Brussell, 17.2.2026

COM(2026) 93 final

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim fir-rigward ta’ Ġibiltà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ġie ffirmat fit-30 ta’ Diċembru 2020, ġie applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2021 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021.

F’konformità mad-direttivi ta’ negozjati tal-25 ta’ Frar 2020 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/266 1 ), il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni ma jinkludix lil Ġibiltà u ma għandu l-ebda effett fuqha. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà li jkun hemm ftehimiet separati bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà f’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea inkluża fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) tal-25 ta’ Novembru 2018 2 .

Fil-31 ta’ Diċembru 2020, Spanja u r-Renju Unit qablu dwar qafas politiku għal Ftehim futur fir-rigward ta’ Ġibiltà bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.

Fil-5 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati għal ftehim mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward ta’ Ġibiltà. Il-Kummissjoni kienet innominata bħala n-negozjatur tal-Unjoni. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill inkludiet ukoll addendum mad-direttivi għan-negozjar ta’ tali ftehim (“direttivi ta’ negozjati”).

Fir-rigward tan-nukleari ċivili, id-direttivi ta’ negozjati jipprevedu l-possibbiltà li l-Ftehim previst ikopri kwistjonijiet skont it-Trattat Euratom u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja tiegħu, b’mod partikolari, iżda mhux limitat għal, dispożizzjonijiet relatati mas-saħħa u s-sikurezza, is-suq komuni nukleari u s-salvagwardji nukleari.

Il-Kummissjoni wettqet in-negozjati f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar ir-Renju Unit u żammet lill-Parlament Ewropew infurmat bis-sħiħ, b’mod partikolari permezz tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar ir-Renju Unit tagħha.

In-negozjati tlestew fit-12 ta’ Diċembru 2025, wara aktar minn 4 snin ta’ negozjati. In-negozjati setgħu jiġu ffinalizzati biss fi stadju tard ħafna minħabba l-kwistjonijiet politiċi u legali kumplessi li għandhom jiġu solvuti fl-oqsma tal-moviment tal-persuni u l-merkanzija koperti mill-Ftehim.

Peress li l-Ftehim fih biss dispożizzjoni waħda dwar il-kooperazzjoni nukleari ċivili li għaliha l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika hija parti, din id-dispożizzjoni nżammet fil-korp tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim huwa kwistjoni ta’ urġenza speċjali. Il-Ftehim jipprevedi t-tneħħija tal-ostakli fiżiċi kollha bejn it-territorju tal-Unjoni u Ġibiltà. Is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ il-ġdida tal-Unjoni Ewropea, li tissostitwixxi l-ittimbrar manwali tal-passaporti b’reġistrazzjoni diġitali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu fiż-żona Schengen, bħalissa tinsab fi tnedija progressiva b’varar operazzjonali sħiħ mistenni fil-fruntieri esterni kollha tad-29 pajjiż parteċipant sal-10 ta’ April 2026. Jekk il-Ftehim fir-rigward ta’ Ġibiltà ma japplikax sal-10 ta’ April 2026, se jkun meħtieġ li jiġi stabbilit kontroll daqslikieku fuq fruntiera konvenzjonali bejn it-territorju tal-Unjoni u Ġibiltà. Dan se jfixkel b’mod sinifikanti lill-individwi, lin-negozji u lil partijiet ikkonċernati oħra li joperaw fiż-żona ta’ Campo del Gibraltar u jmur kontra l-iskop proprju tal-Ftehim, li huwa li joħloq żona ta’ prosperità kondiviża għall-benefiċċju kemm tal-Unjoni kif ukoll ta’ Ġibiltà.

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Ftehim jiġi applikat, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Euratom, fuq bażi proviżorja għal perjodu qasir mid-data tal-varar sħiħ tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ sal-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom għall-istabbiliment tal-kunsens tagħhom li jintrabtu.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni stabbilixxa relazzjoni ġdida bejn l-Unjoni u r-Renju Unit wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – mingħajr ma ġiet inkluża Ġibiltà. Huwa akkumpanjat minn Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjoni dwar l-Użi Sikuri u Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari.

Il-Ftehim jikkomplementa l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni minn dik il-perspettiva u jikkostitwixxi l-aħħar parti tas-sħubija mill-qrib bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li l-Kunsill Ewropew appella għaliha wara l-ħruġ tar-Renju Unit.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni u l-Komunità tal-Euratom

Il-Ftehim jikkonferma l-impenn ċar taż-żewġ Partijiet favur in-nonproliferazzjoni u livell għoli ta’ sikurezza nukleari biex ikun garantit l-użi sikuri u paċifiċi tal-enerġija nukleari. Huwa jiżgura wkoll kooperazzjoni kontinwa fis-sikurezza u s-sigurtà nukleari u s-salvagwardji nukleari, li hija ta’ importanza kbira fid-dawl tal-prossimità ġeografika bejn iż-żewġ Partijiet. Huwa konformi mar-relazzjoni kooperattiva ġenerali bejn l-Euratom u r-Renju Unit mill-Brexit.

2.BAŻI LEGALI

Bażi legali

Il-bażi legali speċifika għan-negozjar u l-konklużjoni tal-Ftehim fir-rigward ta’ Ġibiltà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, hija l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Enerġija Atomika Ewropea.

3.ELEMENTI OĦRAJN

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Id-dispożizzjoni dwar il-kooperazzjoni nukleari ċivili għandha l-għan li tikkonferma l-impenji internazzjonali taż-żewġ Partijiet fir-rigward tal-istandards effettivi tas-sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-Renju Unit se jiżgura li l-istandards ta’ protezzjoni f’dan ir-rigward u l-infurzar tagħhom jiġu applikati f’Ġibiltà.

Ir-Renju Unit jimpenja ruħu li jimplimenta sistema effettiva ta’ kontabbiltà tal-materjal nukleari f’Ġibiltà u li jimplimenta arranġamenti ta’ sikurezza u sigurtà fir-rigward ta’ kwalunkwe faċilità nukleari ċivili u sors radjuattiv rilevanti f’Ġibiltà meta dan ikun meħtieġ.

Ir-Renju Unit jimpenja ruħu li jestendi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà ta’ Parti Terza fil-qasam tal-Enerġija Nukleari, kif emendata l-aħħar bil-Protokoll tat-12 ta’ Frar 2004) għal Ġibiltà u li jżomm arranġamenti operazzjonali ma’ Ġibiltà fir-rigward ta’ avvenimenti f’Ġibiltà jew li jaffettwawha, koperti mill-Konvenzjoni dwar in-Notifika Rapida ta’ Inċident Nukleari u l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza fil-Każ ta’ Inċident Nukleari jew Emerġenza Radjoloġika.

Fl-aħħar nett, ir-Renju Unit jimpenja ruħu li jiżgura effettività u kopertura ekwivalenti, maż-żmien, bħal dawk previsti kemm fid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi kif ukoll fid-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti.

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim fir-rigward ta’ Ġibiltà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101, it-tieni paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dekolonizzazzjoni tat-territorju ta’ Ġibiltà (minn hawn ’il quddiem “Ġibiltà”) jelenkaw lil Ġibiltà bħala “Territorju Mhux Awtonomu Amministrat mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq” b’applikazzjoni tal-Kapitolu XI tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)Fil-5 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea biex tiftaħ negozjati għal ftehim mar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà. Wara n-negozjati, il-Partijiet qablu fil-livell tan-negozjaturi dwar Ftehim fir-rigward ta’ Ġibiltà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra.

(3)Il-Ftehim ikopri kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, jiġifieri d-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni nukleari ċivili. Għalhekk, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi konkluż f’isem il-Komunità fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat Euratom. L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim f’isem l-Unjoni huwa soġġett għal proċedura separata.

(4)Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim jenħtieġ li tiġi approvata.

(5)Il-Ftehim, jew kwalunkwe attività jew miżura meħuda fl-applikazzjoni jew bħala riżultat tiegħu, ma jimplika l-ebda modifika tal-pożizzjoni legali tar-Renju ta’ Spanja fir-rigward tas-sovranità u l-ġuriżdizzjoni fir-rigward ta’ Ġibiltà.

(6)Peress li l-awtoritajiet ta’ Ġibiltà għandhom karattru lokali u jeżerċitaw esklużivament kompetenzi interni, kwalunkwe parteċipazzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim jenħtieġ li titqies bħala mwettqa esklużivament fil-kompetenzi interni ta’ Ġibiltà, sakemm ma jkunx previst speċifikament mod ieħor.

(7)Il-Ftehim jipprevedi t-tneħħija tal-ostakli fiżiċi kollha bejn it-territorju tal-Unjoni u Ġibiltà. Jenħtieġ li s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ tal-Unjoni tiġi varata bis-sħiħ fil-fruntieri esterni kollha taż-żona Schengen sal-10 ta’ April 2026. Jekk il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ sal-10 ta’ April 2026, jenħtieġ li tiġi stabbilita fruntiera konvenzjonali bejn l-Unjoni u Ġibiltà. Dan se jfixkel b’mod sinifikanti lill-individwi, lin-negozji u lil partijiet ikkonċernati oħra li joperaw fiż-żona u jmur kontra l-għan tal-Ftehim li joħloq żona ta’ prosperità kondiviża. Tali tfixkil jista’ jiġi limitat permezz tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim.

(8)Għalhekk, minħabba s-sitwazzjoni eċċezzjonali tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà u l-urġenza tas-sitwazzjoni bis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ varata bis-sħiħ fuq il-fruntieri esterni kollha sal-10 ta’ April 2026, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat fuq bażi proviżorja, għal perjodu qasir, f’konformità mal-Artikolu 336 tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim fir-rigward ta’ Ġibiltà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, inkluż id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-applikazzjoni proviżorja, hija b’dan approvata, fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)

   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/266 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għal ftehim ta’ sħubija ġdid (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 53)

(2)    EUCO XT 20017/18.

Brussell, 17.2.2026

COM(2026) 93 final

ANNESS

tar-

Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim fir-rigward ta’ Ġibiltà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra


FTEHIM
FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

BEJN L-UNJONI EWROPEA

U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,

MINN NAĦA WAĦDA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

MIN-NAĦA L-OĦRA

Werrej

PREAMBOLU    5

L-EWWEL PARTI – DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U ISTITUZZJONALI    9

TITOLU I – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI    9

TITOLU II – BAŻI GĦALL-KOOPERAZZJONI    14

TITOLU III – KOOPERAZZJONI NUKLEARI ĊIVILI    24

TITOLU IV – PRINĊIPJI TA’ INTERPRETAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET    27

TITOLU V – QAFAS ISTITUZZJONALI    31

IT-TIENI PARTI – ĊIRKOLAZZJONI TA’ PERSUNI    36

TITOLU I – PRINĊIPJI U OBJETTIVI ĠENERALI    36

TITOLU II – QSIM TAL-FRUNTIERA    47

TITOLU III – SALVAGWARDJI    60

KAPITOLU 1 – RESIDENZA F’ĠIBILTÀ, REGOLI SPEĊJALI,
ĦRUĠ TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA U TA’ VIŻI
   60

KAPITOLU 2 – APPLIKAZZJONIJIET
GĦALL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI U R-RITORN
   82

KAPITOLU 3 – KOOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA    87



TITOLU IV – IMPLIMENTAZZJONI, APPLIKAZZJONI,
EVALWAZZJONI U INFURZAR
   95

TITOLU V – INFURZAR TAL-LIĠI U KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA    103

KAPITOLU 1 – KOOPERAZZJONI MAL-EUROPOL    104

KAPITOLU 2 – KOOPERAZZJONI MAL-EUROJUST    118

KAPITOLU 3 – SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI TA’ REKORDS KRIMINALI    128

KAPITOLU 4 – KONSENJA    136

KAPITOLU 5 – ASSISTENZA REĊIPROKA    182

KAPITOLU 6 – IFFRIŻAR U KONFISKA    194

TITOLU VI – IL-ĠLIEDA KONTRA L-ĦASIL TAL-FLUS
U L-FINANZJAMENT TAT-TERRORIŻMU
   233

IT-TIELET PARTI – EKONOMIJA U KUMMERĊ    236

TITOLU I – KUNDIZZJONIJIET EKWI GĦAL KOMPETIZZJONI MIFTUĦA U ĠUSTA
U ŻVILUPP SOSTENIBBLI
   236

KAPITOLU 1 – PRINĊIPJI ĠENERALI    236

KAPITOLU 2 – KONTROLL TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT    238



KAPITOLU 3 – TASSAZZJONI    251

KAPITOLU 4 – STANDARDS TAX-XOGĦOL U SOĊJALI    253

KAPITOLU 5 – AMBJENT U KLIMA    256

KAPITOLU 6 – STRUMENTI OĦRA GĦALL-KUMMERĊ
U ŻVILUPP SOSTENIBBLI
   262

KAPITOLU 7 – DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI U ISTITUZZJONALI    272

TITOLU II – ARRANĠAMENTI DWAR ID-DWANA,
IT-TASSAZZJONI INDIRETTA U L-KWISTJONIJIET RELATATI MAL-KUMMERĊ
   278

KAPITOLU 1 – PRINĊIPJI U OBJETTIVI ĠENERALI    278

KAPITOLU 2 – L-UNJONI DOGANALI    279

KAPITOLU 3 – OĠĠETTI MAGĦMULA JEW IMQIEGĦDA FIS-SUQ
F’ĠIBILTÀ
   295

KAPITOLU 4 – TABAKK    305

KAPITOLU 5 – DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI
GĦAL ĊERTI KATEGORIJI TA’ MERKANZIJA
   306

KAPITOLU 6 – IMPLIMENTAZZJONI, APPLIKAZZJONI,
SUPERVIŻJONI U INFURZAR
   315

KAPITOLU 7 – ARRANĠAMENTI TRANŻIZZJONALI    318



TITOLU III – TRASPORT    320

KAPITOLU 1 – AVVJAZZJONI    320

KAPITOLU 2 – TRASPORT BIT-TRIQ    326

KAPITOLU 3 – TRASPORT MARITTIMU    335

TITOLU IV – EĊĊEZZJONIJIET    336

IR-RABA’ PARTI – ĦADDIEMA FRUNTALIERA    343

TITOLU I – KAMP TA’ APPLIKAZZJONI PERSONALI    343

TITOLU II – DRITTIJIET TAL-ĦADDIEMA FRUNTALIERA U DRITTIJIET ANĊILLARI    345

TITOLU III – KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI    353

IL-ĦAMES PARTI – DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI    353

IS-SITT PARTI – SOLUZZJONI TAT-TILWIM    354

KAPITOLU 1 – DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI    354

KAPITOLU 2 – PROĊEDURI    358

KAPITOLU 3 – KONFORMITÀ    367

KAPITOLU 4 – DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI KOMUNI    372

IS-SEBA’ PARTI – DISPOŻIZZJONIJIET FINALI    379



PREAMBOLU

L-UNJONI EWROPEA

U

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

1.    FILWAQT LI JIRRIAFFERMAW l-impenn tagħhom lejn il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, li jikkostitwixxu elementi essenzjali ta’ dan il-ftehim u tal-ftehimiet supplimentari,

2.    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-kooperazzjoni dinjija sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess kondiviż,

3.    FILWAQT LI JINNUTAW li r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea u li Ġibiltà mhijiex inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Ftehimiet dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Atomika Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, magħmula f’Londra u fi Brussell fit-30 ta’ Diċembru 2020,

4.    FILWAQT LI JFITTXU li jistabbilixxu relazzjoni ġdida ta’ kooperazzjoni reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, fir-rigward ta’ Ġibiltà (“il-Partijiet”), li tippromwovi wkoll prosperità kondiviża u relazzjonijiet mill-qrib u kostruttivi fir-rigward ta’ Ġibiltà u ż-żona kontigwa fir-Renju ta’ Spanja, b’mod partikolari t-territorju tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw il-Mancomunidad de Municipios del Campo de Gibraltar,



5.    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni effiċjenti u l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretti ta’ dan il-Ftehim u ta’ kwalunkwe ftehim supplimentari, kif ukoll il-konformità mal-obbligi skont dawk il-ftehimiet, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli għall-governanza, b’mod partikolari regoli għas-soluzzjoni tat-tilwim u għall-infurzar,

6.    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-ostakli fiżiċi attwali kollha għaċ-ċirkolazzjoni ta’ persuni bejn Ġibiltà u ż-żona Schengen jenħtieġ li jitneħħew, filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità taż-żona Schengen permezz ta’ kontrolli, miżuri u salvagwardji xierqa, u filwaqt li jitqies li Ġibiltà ma tipparteċipax fl-acquis ta’ Schengen u mhijiex assoċjata miegħu,

7.    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-Partijiet, it-tneħħija tal-ostakli fiżiċi għaċ-ċirkolazzjoni tal-persuni u l-kontrolli, il-miżuri u s-salvagwardji stabbiliti jenħtieġ li jiġu kkomplementati b’kooperazzjoni bejn il-Partijiet b’rabta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u mal-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika,

8.    FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID, minħabba l-prossimità ġeografika bejn il-Partijiet, l-impenn ta’ kooperazzjoni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxa,

9.    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-ħtieġa għal sħubija ekonomika bbilanċjata li tkun mirfuda fuq kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta u żvilupp sostenibbli, permezz ta’ oqfsa effettivi għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u impenn biex jinżammu l-livelli għoljin rispettivi ta’ protezzjoni tal-Partijiet fl-oqsma tal-istandards tax-xogħol u dawk soċjali, l-ambjent, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u t-tassazzjoni,



10.    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-ostakli fiżiċi kollha għall-moviment tal-merkanzija bl-art bejn Ġibiltà u l-Unjoni jenħtieġ li jitneħħew, filwaqt li tiġi protetta l-integrità tas-Suq Uniku tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tal-Partijiet, inkluż permezz:

   tal-iżgurar tal-ġlieda kontra l-frodi doganali permezz ta’ kontrolli u proċeduri doganali xierqa kif ukoll miżuri oħra;

   tal-provvediment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn il-Partijiet u ta’ salvagwardji, li bl-istess mod jipprevjenu u jiġġieldu l-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa;

   tal-applikazzjoni ta’ regoli rilevanti tal-Unjoni li jirregolaw il-moviment, il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti, inklużi Projbizzjonijiet u Restrizzjonijiet u regoli dwar l-aċċess għas-suq,

11.    FILWAQT LI JFITTXU, minħabba l-prossimità ġeografika bejn il-Partijiet, li jikkooperaw fi kwistjonijiet ta’ sikurezza u sigurtà nukleari ċivili,

12.    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza li jiġi żgurat it-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija bejn Ġibiltà u żona tal-fruntiera kontigwa limitata fit-territorju tal-Unjoni, u t-trasport bit-triq tal-merkanzija bejn Ġibiltà u r-Renju Unit mit-territorju tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ċertu aċċess għall-portijiet tal-Partijiet,

13.    FILWAQT LI JFITTXU li jistabbilixxu regoli applikabbli għall-ajruport ta’ Ġibiltà u l-operat tiegħu,



14.    FILWAQT LI JFITTXU li jistabbilixxu regoli ċari u kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn l-istituzzjonijiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u ta’ Ġibiltà biex jipproteġu u jipprovdu malajr u taħt l-aħjar kundizzjonijiet biex jiżguraw id-drittijiet tal-ħaddiema fruntaliera li jiċċaqilqu bejn ir-Renju ta’ Spanja u Ġibiltà biex jaħdmu u l-koordinazzjoni korrispondenti tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali, kif ukoll jiżguraw id-drittijiet għall-membri tal-familja tagħhom,

15.    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza ta’ mekkaniżmu finanzjarju biex jippromwovi l-koeżjoni bejn Ġibiltà u l-Campo de Gibraltar, filwaqt li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Partijiet,

16.    FILWAQT LI JIXTIEQU li jiġi konkluż ftehim bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni biex tiġi pprovduta bażi legali għal tali kooperazzjoni,

17.    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Partijiet jistgħu jissupplimentaw dan il-Ftehim bi ftehimiet oħra li jiffurmaw parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali ġenerali tagħhom kif irregolati minn dan il-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:



L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U ISTITUZZJONALI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 1

Għan

L-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jistabbilixxi kooperazzjoni reċiproka bejn il-Partijiet, li tippromwovi wkoll prosperità kondiviża u relazzjonijiet mill-qrib u kostruttivi fir-rigward ta’ Ġibiltà u taż-żona kontigwa fir-Renju ta’ Spanja, b’mod partikolari t-territorju tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw il-Mancomunidad de Municipios del Campo de Gibraltar.



ARTIKOLU 2

Sovranità

Dan il-Ftehim, kwalunkwe ftehim supplimentari kif imsemmi fl-Artikolu 3, kwalunkwe arranġament amministrattiv jew arranġament ieħor relatat ma’ dan il-Ftehim, u kwalunkwe miżura jew strument jew imġiba meħuda fl-applikazzjoni jew bħala riżultat ta’ dan il-Ftehim, jew skont tiegħu, għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jew tar-Renju ta’ Spanja fir-rigward tas-sovranità u l-ġuriżdizzjoni, u ma għandhomx jikkostitwixxu l-bażi għal kwalunkwe dikjarazzjoni jew ċaħda tas-sovranità inkluż fi proċedimenti legali jew b’xi mod ieħor.

ARTIKOLU 3

Definizzjonijiet

1.    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim u ta’ kwalunkwe ftehim supplimentari, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “Parti” jew “Partijiet” tfisser l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(b)    “liġi ta’ Parti” jew “il-liġijiet tal-Partijiet” tfisser, b’referenza għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, il-liġijiet applikabbli f’Ġibiltà, sakemm ma jkunx speċifikament previst mod ieħor;



(c)    “soġġett tad-data” tfisser persuna fiżika identifikata jew identifikabbli; persuna identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni jew identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna fiżika;

(d)    “jum” tfisser jum kalendarju;

(e)    “Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(f)    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ soġġett tad-data;

(g)    “Żona kontigwa tal-fruntiera” tfisser il-muniċipalitajiet li jiffurmaw il-Mancomunidad de Municipios del Campo de Gibraltar, fir-Renju ta’ Spanja.

2.    Kwalunkwe referenza għal “l-Unjoni” f’dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari għandha tinftiehem li tinkludi lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor jew ħlief fejn il-kuntest jeżiġi mod ieħor.

3.    Kwalunkwe referenza għar-“Renju Unit” f’dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari għandha tinftiehem bħala li tirreferi għar-Renju Unit bħala l-Istat responsabbli għar-relazzjonijiet esterni ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU 4

Ftehimiet supplimentari

1.    Jekk l-Unjoni u r-Renju Unit jikkonkludu ftehimiet bilaterali oħra bejniethom fir-rigward ta’ Ġibiltà, dawn il-ftehimiet għandhom jikkostitwixxu ftehimiet supplimentari għal dan il-Ftehim sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dawk il-ftehimiet. Tali ftehimiet supplimentari għandhom ikunu parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali ġenerali bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif irregolati minn dan il-Ftehim u għandhom jiffurmaw parti mill-qafas ġenerali.

2.    Il-paragrafu 1 japplika wkoll għal:

(a)    ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, min-naħa l-oħra;

(b)    ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, min-naħa l-oħra.

ARTIKOLU 5

Bona fide

1.    Il-Partijiet għandhom, b’rispett reċiproku sħiħ u in bona fide, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw minn dan il-Ftehim u minn kwalunkwe ftehim supplimentari.



2.    Huma għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, ġenerali jew partikolari, biex jiżguraw l-issodisfar tal-obbligi li jirriżultaw minn dan il-Ftehim u kwalunkwe ftehim supplimentari, u għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola l-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim jew ta’ kwalunkwe ftehim supplimentari.

ARTIKOLU 6

Komunikazzjonijiet u notifiki

1.    Il-komunikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet formali li għandhom jiġu nnotifikati, magħmula mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibiltà jew indirizzati lilhom, għandhom jiġu trażmessi permezz tal-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin, tal-Commonwealth u tal-Iżvilupp tal-Gvern tar-Renju Unit (minn hawn ’il quddiem, “il-FCDO”, Foreign, Commonwealth and Development Office of the Government of the United Kingdom), jew tali korp ieħor tar-Renju Unit, it-tnejn ibbażati fir-Renju Unit, kif il-Gvern tar-Renju Unit jista’ jiddeċiedi li jaħtar.

2.    Il-FCDO għandu jiċċertifika bħala dokumenti awtentiċi maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibiltà fejn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu eżegwiti direttament quddiem qorti jew awtorità ta’ infurzar oħra fi Stat Membru mingħajr il-ħtieġa ta’ notifika formali preċedenti.

3.    In-notifika mir-Renju Unit tal-awtoritajiet kompetenti f’Ġibiltà skont dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari għandha tinkludi wkoll referenza għall-FCDO jew korp ieħor tar-Renju Unit imsemmi fil-paragrafu 2.



ARTIKOLU 7

Tneħħija tal-ostakli fiżiċi

L-ostakli fiżiċi kollha għandhom jitneħħew f’konformità mal-pjan ta’ implimentazzjoni li jinsab fl-arranġament amministrattiv rilevanti bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja.

TITOLU II

BAŻI GĦALL-KOOPERAZZJONI

ARTIKOLU 8

Demokrazija, stat tad-dritt u drittijiet tal-bniedem

1.    Il-Partijiet għandhom ikomplu jħaddnu l-valuri u l-prinċipji kondiviżi tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, li huma l-bażi tal-politiki domestiċi u internazzjonali tagħhom. F’dan ir-rigward, il-Partijiet itennu r-rispett tagħhom għad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u għat-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li huma partijiet fihom.

2.    Il-Partijiet għandhom jippromwovu dawn il-valuri u l-prinċipji komuni f’fora internazzjonali. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-promozzjoni ta’ dawk il-valuri u l-prinċipji, inkluż ma’ jew f’pajjiżi terzi.



ARTIKOLU 9

Ġlieda kontra t-tibdil fil-klima

1.    Il-Partijiet iqisu li t-tibdil fil-klima jirrappreżenta theddida eżistenzjali għall-umanità u jtennu l-impenn tagħhom li jsaħħu r-rispons globali għal din it-theddida. Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem kif elaborata fil-proċess tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (United Nations Framework Convention on Climate Change, “UNFCCC”), u, b’mod partikolari, fil-Ftehim ta’ Pariġi adottat fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas dwar it-Tibdil tal-Klima fil-21 sessjoni tagħha (“il-Ftehim ta’ Pariġi”), tispira l-politiki domestiċi u esterni tal-Unjoni u tar-Renju Unit. Għaldaqstant, kull Parti għandha tirrispetta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-proċess stabbilit mill-UNFCCC u żżomm lura minn atti jew ommissjonijiet li jkunu jistgħu jmorru kontra l-objettiv u l-iskop tal-Ftehim ta’ Pariġi.

2.    Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima f’fora internazzjonali, inkluż billi jinvolvu ruħhom ma’ pajjiżi u ma’ reġjuni oħra sabiex iżidu l-livell ta’ ambizzjoni tagħhom fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.



ARTIKOLU 10

Ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva

1.    Il-Partijiet iqisu li l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva (“AQM”) u tal-mezzi tat-twassil tagħhom, kemm lil atturi statali kif ukoll lil dawk mhux statali, tirrappreżenta waħda mill-aktar theddidiet serji għall-istabbiltà u għas-sigurtà internazzjonali. Għalhekk, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u tal-mezzi tat-twassil tagħhom permezz ta’ konformità sħiħa mal-obbligi eżistenti tagħhom skont it-trattati u l-ftehimiet dwar id-diżarm internazzjonali u n-nonproliferazzjoni u permezz tal-implimentazzjoni nazzjonali tagħhom.

2.    Barra minn hekk, il-Partijiet jaqblu wkoll li jikkooperaw u jikkontribwixxu sabiex jikkumbattu l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u tal-mezzi tat-twassil tagħhom billi:

(a)    jieħdu passi biex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu ma’, kif xieraq, u jimplimentaw bis-sħiħ l-istrumenti internazzjonali rilevanti l-oħra kollha sal-punt li dawk l-istrumenti jkunu miftuħa għall-iffirmar, ir-ratifika jew l-adeżjoni mill-Partijiet; u

(b)    jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontrolli nazzjonali tal-esportazzjoni, li tikkontrolla l-esportazzjoni kif ukoll it-tranżitu ta’ merkanzija li tkun relatata mal-AQM, li tkun tinkludi kontroll tal-użu aħħari tal-AQM fuq it-teknoloġiji b’użu doppju u li jkun fiha sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli tal-esportazzjoni.

3.    Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu regolari fuq dawn il-kwistjonijiet.



ARTIKOLU 11

Armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u armi konvenzjonali oħra

1.    Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illeċiti ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (“SALW”, small arms and light weapons), inklużi l-munizzjon, l-akkumulazzjoni eċċessiva, il-ġestjoni ħażina, il-ħażniet mhux siguri biżżejjed u t-tixrid mhux ikkontrollat tagħhom, għadhom joħolqu theddida serja għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali.

2.    Il-Partijiet jaqblu li josservaw u jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi rispettivi tagħhom fil-każ tar-Renju Unit, kif estiżi għal Ġibiltà, sabiex jittrattaw il-kummerċ illeċitu ta’ armi SALW, inkluż il-munizzjon tagħhom, skont il-ftehimiet internazzjonali eżistenti u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, kif ukoll l-impenji rispettivi tagħhom fil-qafas ta’ strumenti internazzjonali oħrajn applikabbli f’dan il-qasam, bħall-Programm ta’ Azzjoni tan-NU għall-prevenzjoni, għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tal-SALW u għall-qerda tiegħu fl-aspetti kollha tiegħu.

3.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta’ sistemi domestiċi ta’ kontroll għat-trasferiment ta’ armi konvenzjonali f’konformità mal-istandards internazzjonali eżistenti. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li japplikaw dawn il-kontrolli b’mod responsabbli, bħala kontribut għall-paċi, għas-sigurtà u għall-istabbiltà internazzjonali u reġjonali, u għat-tnaqqis tat-tbatija tal-bnedmin, kif ukoll għall-prevenzjoni tad-diverżjoni ta’ armi konvenzjonali.

4.    Il-partijiet jimpenjaw ruħhom, f’dak ir-rigward, li jikkooperaw ma’ xulxin fil-qafas tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, inkluż fil-promozzjoni tal-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dak it-Trattat mill-istati membri kollha tan-NU.



5.    Għalhekk, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw fl-isforzi tagħhom sabiex jirregolaw jew itejbu r-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali f’armi konvenzjonali u li jipprevjenu, jiġġieldu kontra u jeqirdu l-kummerċ illeċitu fl-armi. Il-Partijiet għandhom jieħdu passi biex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu ma’, kif xieraq, u jimplimentaw bis-sħiħ l-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Anness 1 sal-punt li dawk l-istrumenti jkunu miftuħa għall-iffirmar, ir-ratifika jew l-adeżjoni mill-Partijiet.

6.    Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu regolari fuq dawn il-kwistjonijiet.

ARTIKOLU 12

L-aktar reati serji li huma ta’ tħassib għall-komunità internazzjonali

1.    Il-Partijiet itennu li l-aktar reati serji ta’ tħassib għall-komunità internazzjonali fis-sħuħija tagħha ma jistgħux ma jiġux issanzjonati u li l-prosekuzzjoni effettiva tagħhom trid tiġi żgurata billi jittieħdu miżuri fil-livell nazzjonali u billi tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali, fosthom mal-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Partijiet jaqblu li jappoġġaw bis-sħiħ l-universalità u l-integrità tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u ta’ strumenti relatati.

2.    Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu regolari fuq dawn il-kwistjonijiet.



ARTIKOLU 13

Ġlieda kontra t-terroriżmu

1.    Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-livelli bilaterali, reġjonali u internazzjonali sabiex jipprevjenu u jikkumbattu l-atti ta’ terroriżmu fil-forom u fil-manifestazzjonijiet kollha tiegħu f’konformità mal-liġi internazzjonali, inklużi, fejn applikabbli, l-ftehimiet internazzjonali relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet umani, kif ukoll skont il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Partijiet għandhom jieħdu passi biex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu ma’, kif xieraq, u jimplimentaw bis-sħiħ l-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Anness 2 sal-punt li dawk l-istrumenti jkunu miftuħa għall-iffirmar, ir-ratifika jew l-adeżjoni mill-Partijiet.

2.    Il-Partijiet għandhom itejbu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inklużi l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u l-finanzjament tat-terroriżmu, bl-għan li javvanzaw l-interessi tas-sigurtà komuni tagħhom, filwaqt li jqisu l-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Terroriżmu u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, mingħajr preġudizzju għall-infurzar tal-liġi u għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u għall-iskambji ta’ intelligence.

3.    Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu regolari fuq dawn il-kwistjonijiet. Dan id-djalogu, fost l-oħrajn, ikollu l-għan li jippromwovi u jiffaċilita:

(a)    il-kondiviżjoni ta’ valutazzjonijiet dwar it-theddid terroristiku;

(b)    l-iskambju tal-aħjar prattiċi u tal-għarfien espert dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

(c)    il-kooperazzjoni operazzjonali u l-iskambju ta’ informazzjoni; u

(d)    skambji dwar il-kooperazzjoni fil-qafas ta’ organizzazzjonijiet multilaterali.



ARTIKOLU 14

Protezzjoni tad-data personali

1.    Dan l-Artikolu japplika għall-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tad-data personali tagħhom meta tiġi pproċessata kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, jew b’mezzi oħra għajr dawk awtomatizzati meta jiffurmaw parti minn sistema ta’ arkivjar jew ikunu maħsuba biex jiffurmaw parti minn sistema ta’ arkivjar (minn hawn ’il quddiem “protezzjoni tad-data”).

2.    L-Anness 3 għandu jifforma parti integrali minn dan l-Artikolu. Dan l-Anness ma għandux jinkludi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 li jirregolaw il-kompetenza u r-rwol tal-awtorità superviżorja ewlenija u tal-awtorità superviżorja kkonċernata.

3.    L-Artikolu 19 għandu japplika għall-Anness 3.

4.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, id-dispożizzjonijiet tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 18 fil-qasam kopert mill-Anness 3 għandhom jiġu interpretati f’konformità mal-atti rilevanti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (minn hawn ’il quddiem “il-Bord”) bl-istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-Istati Membri. Dan jinkludi l-opinjonijiet li l-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, titlob jew tirċievi skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/679, fir-rigward tar-regoli applikabbli għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li huma l-istess bħar-regoli li jinsabu fl-Anness 3.



5.    L-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tqis bis-sħiħ id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità superviżorja kompetenti skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/679 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679, meta tiddeċiedi dwar każijiet li jqajmu kwistjonijiet simili ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni tal-istess regoli bħal dawk li jinsabu fir-Regolament (UE) 2016/679.

6.    Ir-referenza għall-Istati Membri fl-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 ma għandhiex tinqara bħala li tinkludi lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. L-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tista’ tiġi mistiedna għal-laqgħat tal-Bord biss f’każijiet fejn jiġu diskussi deċiżjonijiet indirizzati lil dik l-awtorità superviżorja jew il-preżenza ta’ dik l-awtorità superviżorja tkun meħtieġa u fl-interess tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-istess regoli bħall-atti tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 18 f’Ġibiltà. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà għandha tipparteċipa bħala espert jew mistieden skont ir-Regoli ta’ proċedura rilevanti tal-Bord. Il-parteċipazzjoni tagħha għandha tkun strettament limitata għall-punti rilevanti tal-aġenda u għandha ssir referenza għaliha fid-dokumenti rilevanti, bħal fil-minuti tal-laqgħa, bħala l-awtorità superviżorja tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

7.    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-referenzi kollha għal pajjiżi terzi u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jinsabu fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 3 għandhom jinftiehmu bħala li ma jinkludux lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-awtoritajiet kompetenti tiegħu dment li jkun hemm konformità mal-paragrafu 2 f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 19.



8.    Kull meta l-Unjoni jkollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni ta’ adegwatezza skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 , ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinżamm infurmat kif xieraq.

ARTIKOLU 15

Kooperazzjoni globali fi kwistjonijiet ta’ interess ekonomiku, ambjentali u soċjali kondiviż

1.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kooperazzjoni dinjija sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess kondiviż ekonomiku, ambjentali u soċjali. Jekk ikun fl-interess reċiproku tagħhom, huma għandhom jippromwovu soluzzjonijiet multilaterali għal problemi komuni.

2.    Filwaqt li jippreservaw l-awtonomija tagħhom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-Ftehim jew għal kwalunkwe ftehim supplimentari, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkooperaw fi kwistjonijiet globali attwali u emerġenti ta’ interess komuni bħall-paċi u s-sigurtà, it-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, it-tniġġis transfruntier, il-ħarsien tal-ambjent, id-diġitalizzazzjoni, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur, it-tassazzjoni, l-istabbiltà finanzjarja u l-kummerċ u l-investiment ħielsa u ġusti. Għal dan il-għan, għandhom jagħmlu ħilithom sabiex iżommu djalogu kostanti u effettiv u biex jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom f’organizzazzjonijiet u f’fora multilaterali li fihom jipparteċipaw il-Partijiet, bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-Grupp ta’ Sebgħa (G-7) u l-Grupp ta’ Għoxrin (G-20), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Dinji u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.



ARTIKOLU 16

Elementi essenzjali

1.    Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 8, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 9 l-paragrafu 1 tal-Artikolu 10 jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-kooperazzjoni stabbilita b’dan il-Ftehim u bi kwalunkwe ftehim supplimentari.

2.    Jekk xi waħda mill-Partijiet tqis li jkun twettaq nuqqas serju u sostanzjali mill-Parti l-oħra biex tissodisfa xi wieħed mill-obbligi li huma deskritti bħala elementi essenzjali fil-paragrafu 1, tista’ tiddeċiedi li ttemm jew tissospendi l-operat ta’ dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari fl-intier tiegħu jew parti minnu.

3.    Qabel ma tagħmel dan, il-Parti li tinvoka l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha titlob li l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jiltaqa’ minnufih bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni f’waqtha u aċċettabbli għat-tnejn. Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni aċċettabbli għat-tnejn fi żmien 30 jum mid-data tat-talba lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, il-Parti tista’ tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2.

4.    Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 2 għandhom jittieħdu b’rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali u għandhom ikunu proporzjonati. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li l-anqas ifixklu l-funzjonament ta’ dan il-Ftehim u ta’ kwalunkwe ftehim supplimentari.

5.    Il-Partijiet jikkunsidraw li, sabiex sitwazzjoni tikkostitwixxi nuqqas serju u sostanzjali li jiġi ssodisfat xi wieħed mill-obbligi deskritti bħala elementi essenzjali fil-paragrafu 1, il-gravità u n-natura tagħha jkollhom ikunu ta’ tip eċċezzjonali li jhedded il-paċi u s-sigurtà jew li jkollu riperkussjonijiet internazzjonali. Għal aktar ċertezza, att jew ommissjoni li materjalment imorru kontra l-objettiv u l-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom dejjem jitqiesu bħala falliment serju u sostanzjali għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.


TITOLU III

KOOPERAZZJONI NUKLEARI ĊIVILI

ARTIKOLU 17

Kooperazzjoni nukleari ċivili

1.    Il-partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali għal arranġamenti effettivi tas-sikurezza nukleari u għandhom jaħdmu flimkien fuq it-titjib kontinwu tal-istandards u l-Konvenzjonijiet internazzjonali tas-sikurezza nukleari, u tal-implimentazzjoni tagħhom. Sakemm dan ma jkunx f’kunflitt mal-iżviluppi fl-istandards internazzjonali legalment vinkolanti tas-sikurezza nukleari, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni ma għandhomx idgħajfu jew inaqqsu l-livelli ta’ protezzjoni taħt dawk previsti mill-istandards ta’ protezzjoni, u mill-infurzar tagħhom, kondiviżi mill-Partijiet u applikati fir-rigward ta’ Ġibiltà sal-31 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat, id-dekummissjonar, il-vjeġġ sikur ta’ materjal nukleari, it-tħejjija u r-rispons għal emerġenza, u l-kontroll effettiv ta’ materjal radjuattiv u sorsi radjuattivi.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jimplimenta sistema robusta u effettiva ta’ kontabbiltà u kontroll tal-materjal nukleari bl-għan li jiżgura li l-materjal nukleari (kif definit fl-Artikolu XII tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika) jintuża esklużivament għal skopijiet paċifiċi f’tali żmien li dawn l-arranġamenti jkunu meħtieġa.



3.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jimplimenta arranġamenti ta’ sikurezza u sigurtà, f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti, fir-rigward ta’ kwalunkwe faċilità nukleari ċivili u sors radjuattiv rilevanti f’Ġibiltà, f’tali żmien li dawn l-arranġamenti jkunu meħtieġa.

4.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jimplimenta, f’tali żmien li dawn l-arranġamenti jkunu meħtieġa, ftehim innegozjat mal-IAEA għall-applikazzjoni ta’ salvagwardji f’Ġibiltà, u għandu jieħu passi biex jiffirma, jirratifika jew jaderixxi, kif xieraq, u jimplimenta bis-sħiħ l-istrumenti internazzjonali elenkati fil-Parti 1 tal-Anness 4 kif ukoll, fejn rilevanti, l-emendi futuri tagħhom sa fejn jiġu ratifikati mir-Renju Unit. Barra minn hekk, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jieħu passi biex isegwi, kif xieraq, id-dokumenti ta’ gwida elenkati fil-Parti 2 tal-Anness 4 kif ukoll l-emendi futuri tagħhom sa fejn jintużaw mir-Renju Unit.

5.    Il-partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali għal arranġamenti effettivi tas-sigurtà nukleari u għandhom jaħdmu flimkien fuq it-titjib kontinwu tal-istandards u l-konvenzjonijiet internazzjonali tas-sigurtà nukleari. L-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx idgħajfu jew inaqqsu l-livelli ta’ protezzjoni taħt dawk previsti mill-istandards ta’ protezzjoni, u mill-infurzar tagħhom, applikati mill-Unjoni u mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, sal-31 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tal-protezzjoni fiżika.



6.    Ir-Renju Unit estenda l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà ta’ Partijiet Terzi fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari konkluża f’Pariġi fid-29 ta’ Lulju 1960, kif emendata mill-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta’ Jannar 1964 u l-Protokoll tas-6 ta’ Novembru 1982 għal Ġibiltà. Il-partijiet jinnotaw li r-Renju Unit se jkompli jieħu passi biex jestendi l-Protokoll tat-12 ta’ Frar 2004 (li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022 fir-Renju Unit) kif ukoll kwalunkwe emenda ulterjuri, sakemm Parti ma tkunx innotifikat lill-Parti l-oħra bil-miktub li ma taċċettax l-emenda.

7.    Ir-Renju Unit, f’isem Ġibiltà, għandu jkompli jżomm u jirrieżamina perjodikament l-arranġamenti operazzjonali fir-rigward ta’ avvenimenti f’Ġibiltà jew li jaffettwawha, il-Konvenzjoni dwar in-Notifika Bikrija ta’ Inċident Nukleari adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika li ltaqgħet f’sessjoni speċjali fi Vjenna fis-26 ta’ Settembru 1986 u l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza fil-Każ ta’ Inċident Nukleari jew Emerġenza Radjoloġika adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika li ltaqgħet f’sessjoni speċjali fi Vjenna fis-26 ta’ Settembru 1986, jekk iseħħ avveniment bħal dan. Dawn l-arranġamenti operazzjonali huma spjegati fid-dettall fl-Anness 5 u l-aġġornamenti tagħhom għandhom jiġu nnotifikati lill-Parti l-oħra mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom, u l-Anness 5 għandu jiġi emendat kif xieraq.

8.    Fir-rigward tal-kontroll effettiv ta’ materjal radjuattiv u sorsi radjuattivi, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura mill-inqas effettività u kopertura ekwivalenti għal dawk previsti kemm fid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi kif ukoll fid-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, inkluż kif emendata jew sostitwita fil-futur.



TITOLU IV

PRINĊIPJI TA’ INTERPRETAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

ARTIKOLU 18

Dritt Internazzjonali Pubbliku

1.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u ta’ kull ftehim supplimentari għandhom jiġu interpretati in bona fede fis-sens ordinarju tagħhom fil-kuntest tagħhom u fid-dawl tal-oġġettiv u l-iskop tal-ftehim f’konformità mar-regoli konswetudinarji ta’ interpretazzjoni tad-liġi internazzjonali pubblika, inkluż dawk kodifikati fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, magħmula fi Vjenna fit-23 ta’ Mejju tal-1969.

2.    Għal aktar ċertezza, ħlief kif previst fil-paragrafi 1 u 4 tal-Artikolu 19 fl-Artikolu 20, la dan il-Ftehim u lanqas kwalunkwe ftehim supplimentari ma jistabbilixxi obbligu li d-dispożizzjonijiet tagħhom jiġu interpretati f’konformità mal-liġi domestika ta’ xi waħda mill-Partijiet.

3.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, għal aktar ċertezza, interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari ieħor li ssir mill-qrati ta’ xi Parti ma għandhiex tkun vinkolanti fuq il-qrati tal-Parti l-oħra.



ARTIKOLU 19

Id-dritt tal-Unjoni applikabbli mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jkollu fis-seħħ fil-liġi domestika tiegħu, u japplika b’mod effettiv, l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li jinsabu:

(a)    fl-atti tal-Unjoni elenkati fid-dispożizzjonijiet jew f’dawk l-Annessi ta’ dan il-Ftehim li għalihom japplika dan l-Artikolu, jew

(b)    skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, f’att sussegwenti tal-Unjoni, jiġifieri:

(i)    att tal-Unjoni li jemenda jew jissostitwixxi att tal-Unjoni kif imsemmi fis-subparagrafu (a);

(ii)    att tal-Unjoni li jissupplimenta jew jimplimenta att tal-Unjoni kif imsemmi fis-subparagrafu (a); jew

(iii)    att ieħor tal-Unjoni dwar is-soġġett ta’ att tal-Unjoni kif imsemmi fis-subparagrafu (a).

2.    Meta l-Unjoni tadotta att sussegwenti tal-Unjoni, hija għandha tinnotifika minnufih lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bl-adozzjoni ta’ tali att.

3.    Fi żmien tletin jum min-notifika msemmija fil-paragrafu 2, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinnotifika lill-Unjoni bid-deċiżjoni tiegħu dwar jekk jaċċettax il-kontenut tal-att sussegwenti tal-Unjoni u jekk jaċċettax li jimplimentah fil-liġi domestika tiegħu. L-aċċettazzjoni mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tal-kontenut ta’ att sussegwenti tal-Unjoni għandha toħloq drittijiet u obbligi bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni.



4.    Jekk l-implimentazzjoni fid-dritt domestiku tal-att sussegwenti tal-Unjoni tirrikjedi l-issodisfar ta’ rekwiżiti kostituzzjonali, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinforma lill-Unjoni b’dan fiż-żmien tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinforma minnufih lill-Unjoni bil-miktub malli jissodisfa r-rekwiżiti kostituzzjonali kollha. Mid-dħul fis-seħħ tal-att sussegwenti tal-Unjoni u sal-informazzjoni malli jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kostituzzjonali, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu japplika proviżorjament, kemm jista’ jkun, l-istess regoli bħal dawk li jinsabu fl-att sussegwenti tal-Unjoni.

5.    Jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà:

(a)    jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu li ma jaċċettax il-kontenut ta’ att sussegwenti tal-Unjoni; jew

(b)    ma jagħmilx notifika fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3; jew

(c)    ma jinformax lill-Unjoni, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara d-dħul fis-seħħ ta’ att sussegwenti tal-Unjoni, dwar l-implimentazzjoni ta’ dak l-att fil-liġi domestika tiegħu

dan il-Ftehim għandu jitqies bħala mitmum sakemm il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, wara eżami bir-reqqa tal-modi biex jitkompla l-Ftehim, ma jiddeċidix mod ieħor fi żmien disgħin jum. It-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ 3 xhur wara li jiskadi l-perjodu ta’ 90 jum.



ARTIKOLU 20

Interpretazzjoni konsistenti

Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 19 għandhom jiġu interpretati u applikati f’konformità mal-metodi u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu interpretati f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

ARTIKOLU 21

Drittijiet privati

1.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 19, l-Artikolu SSC.70 u t-Titoli I u II tar-Raba’ Parti, u bl-eċċezzjoni, fir-rigward tal-Unjoni, tat-Titolu V tat-Tieni Parti, xejn f’dan il-Ftehim jew fi kwalunkwe ftehim supplimentari ma għandu jiġi interpretat bħala li jagħti drittijiet jew jimponi obbligi fuq persuni għajr dawk maħluqa bejn il-Partijiet skont id-dritt internazzjonali pubbliku, u lanqas bħala li jippermetti li dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari jiġi invokat direttament fis-sistemi legali domestiċi tal-Partijiet.

2.    Parti ma għandhiex tipprevedi dritt ta’ azzjoni skont il-liġi tagħha kontra l-Parti l-oħra għax il-Parti l-oħra tkun aġixxiet bi ksur ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari.


TITOLU V

QAFAS ISTITUZZJONALI

ARTIKOLU 22

Kunsill ta’ Kooperazzjoni

1.    Kunsill Konġunt huwa b’dan stabbilit. Għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti skont il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu diskussi.

2.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jkun kopresedut minn Membru tal-Kummissjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Gvern tar-Renju Unit fil-livell Ministerjali. Għandu jiltaqa’ meta jintalab mill-Unjoni jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena, u għandu jistabbilixxi l-iskeda tal-laqgħat tiegħu u l-aġenda tiegħu b’kunsens reċiproku.

3.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jissorvelja l-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim u ta’ kwalunkwe ftehim supplimentari. Huwa għandu jissupervizza u jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ta’ kwalunkwe ftehim supplimentari. Kull Parti tista’ tirreferi lill-Kunsill ta’ Sħubija kull kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari.

4.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jkollu s-setgħa li:

(a)    jadotta deċiżjonijiet fir-rigward tal-materji kollha fejn dan ikun previst f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari;



(b)    jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ kwalunkwe ftehim supplimentari;

(c)    jadotta, permezz ta’ deċiżjoni, emendi għal dan il-Ftehim jew għal kwalunkwe ftehim supplimentari fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari;

(d)    għajr b’rabta mat-Titolu IV tal-Ewwel Parti, sa tmiem ir-raba’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jadotta deċiżjonijiet li jemendaw dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari, dment li dawn l-emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, jindirizzaw ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħra;

(e)    jiddiskuti kwalunkwe materja relatata mal-oqsma koperti minn dan il-Ftehim jew minn kwalunkwe ftehim supplimentari;

(f)    jiddelega wħud mis-setgħat tiegħu lil Kumitat Speċjalizzat, ħlief dawk is-setgħat u r-responsabbiltajiet imsemmija fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu;

(g)    permezz ta’ deċiżjoni, jistabbilixxi Kumitati Speċjalizzati u jassenjalhom kompiti, ixolji kwalunkwe Kumitat Speċjalizzat, jew jibdel il-kompiti assenjati lilhom.

5.    Il-ħidma tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandha tkun regolata mir-regoli ta’ proċedura stabbiliti fl-Anness 6. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jemenda dan l-Anness.



ARTIKOLU 23

Kumitati Speċjalizzati

1.    B’dan huma stabbiliti l-Kumitati Speċjalizzati li ġejjin:

(a)    il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni;

(b)    il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ;

(c)    il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Avjazzjoni.

2.    Rigward il-kwistjonijiet relatati mal-qasam ta’ kompetenza tagħhom, il-Kumitati Speċjalizzati għandu jkollhom is-setgħa li:

(a)    jimmonitorjaw u jirrieżaminaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari u jiżguraw il-funzjonament tajjeb tagħhom;

(b)    jassistu lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u, b’mod partikolari, jirrapportaw lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni u jwettqu il-kompiti assenjati lilhom minn dan tal-aħħar;

(c)    jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li għalihom il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jkun iddelega s-setgħat tiegħu lil Kumitat Speċjalizzat f’konformità mal-punt (f) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 22 jew fejn il-Ftehim jipprevedi dan;



(d)    jiddiskutu kwistjonijiet tekniċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew ta’ kwalunkwe ftehim supplimentari;

(e)    jipprovdu forum għall-Partijiet biex jiskambjaw informazzjoni, jiddiskutu l-aqwa prattiki u jaqsmu l-esperjenza tal-implimentazzjoni.

3.    Il-Kumitati Speċjalizzati għandhom jiġu infurmati kif meħtieġ dwar l-implimentazzjoni tal-arranġamenti amministrattivi konklużi mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

4.    Il-Kumitati Speċjalizzati għandu jkollhom rappreżentanti ta’ kull Parti. Kull Parti għandha tiżgura li r-rappreżentanti tagħha fil-Kumitati Speċjalizzat jkollhom l-għarfien espert xieraq b’rabta mal-kwistjonijiet diskussi.

5.    Il-Kumitati Speċjalizzati għandhom ikunu kopreseduti minn rappreżentant tal-Unjoni u rappreżentant tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

6.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, jew sakemm il-kopresidenti ma jiddeċidux mod ieħor, dawn għandhom jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena.

7.    Il-Kumitati Speċjalizzati għandhom jistabbilixxu l-iskeda u l-aġenda tal-laqgħat tagħhom b’kunsens reċiproku.

8.    Il-ħidma tal-Kumitati Speċjalizzati għandha tkun regolata mir-regoli ta’ proċedura stabbiliti fl-Anness 6.



9.    B’deroga mill-paragrafu 8, Kumitat Speċjalizzat jista’ jadotta u sussegwentement jemenda r-regoli tiegħu stess li għandhom jirregolaw il-ħidma tiegħu.

ARTIKOLU 24

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.    Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jew, skont il-każ, minn Kumitat Speċjalizzat, għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet u għall-korpi kollha stabbiliti skont dan il-Ftehim u skont kwalunkwe ftehim supplimentari, inkluż it-tribunal tal-arbitraġġ imsemmi fit-Titolu I tas-Sitt Parti. Ir-rakkomandazzjonijiet ma għandu jkollhom l-ebda forza vinkolanti.

2.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jew, skont il-każ, xi Kumitat Speċjalizzat, għandu jadotta deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet b’kunsens reċiproku.


IT-TIENI PARTI

ĊIRKOLAZZJONI TA’ PERSUNI

TITOLU I

PRINĊIPJI U OBJETTIVI ĠENERALI

ARTIKOLU 25

Il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

1.    Il-kooperazzjoni prevista f’din il-Parti hija bbażata fuq ir-rispett fit‑tul tal-Partijiet u tal-Istati Membri għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, inkluż kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u fuq l-importanza li d-drittijiet u l-libertajiet f’dik il-Konvenzjoni jingħataw effett domestikament.

2.    Xejn f’din il-Parti ma jimmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji legali kif riflessi, b’mod partikolari, fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u, fil-każ tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.



ARTIKOLU 26

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)    “Verifiki fuq il-fruntiera” tfisser il-verifiki mwettqa f’punti tal-qsim tal-fruntiera, sabiex ikun żgurat li persuni, il-mezzi tat-trasport tagħhom u l-oġġetti fil-pussess tagħhom jistgħu jiġu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri u Ġibiltà jew jitilqu minnu;

(b)    “Kontroll fuq il-fruntieri” tfisser l-attività mwettqa fi fruntiera, f’konformità ma’ dan il-Ftehim u għall-finijiet tiegħu, bħala risposta esklużivament għal xi intenzjoni ta’ qsim jew l-att ta’ qsim ta’ dik il-fruntiera, irrispettivament minn kull konsiderazzjoni oħra, li tikkonsisti f’verifiki fuq il-fruntiera u sorveljanza fil-fruntiera;

(c)    “Sorveljanza fuq il-fruntiera” tfisser is-sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera u s-sorveljanza ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera barra mill-ħinijiet stabbiliti ta’ ftuħ, għall-prevenzjoni jew id-detezzjoni ta’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri jew taċ-ċirkomvenzjoni tal-verifiki fuq il-fruntiera, biex tikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni tas-sitwazzjoni, biex tiġi miġġielda l-kriminalità transfruntiera u biex jittieħdu miżuri kontra persuni li jkunu qasmu l-fruntiera b’mod illegali;

(d)    “Komponent ċivili” tfisser persuni ċivili li huma impjegati mill-Gvern tar-Renju Unit jew ikkuntrattati minnu u li mhumiex persuni residenti f’Ġibiltà jew fl-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta’ persuni li għandhom id-dritt li jirrisjedu fir-Renju Unit jew fiż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar;



(e)    “Azzjoni koerċittiva” tfisser miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ persuna jew oġġett fit-twettiq ta’ funzjonijiet relatati mal-kontroll tal-fruntieri, inkluż bħala segwitu għal allerti f’bażijiet ta’ data u sistemi ta’ informazzjoni użati fil-kuntest tal-kontroll fuq il-fruntieri inkluż, iżda mhux limitat għal, limitazzjoni temporanja tal-moviment, detenzjoni, arrest, tqegħid taħt protezzjoni, inkjesti, tiftix u sekwestru ta’ oġġetti, u kwalunkwe forma oħra ta’ azzjoni b’reazzjoni għal allerti bl-għan li tiġi investigata jew miġbura evidenza li twettaq reat jew ġie ppjanat, kif ukoll rifjuti ta’ dħul;

(f)    “Membri tal-familja li jiffurmaw parti mill-unità domestika” tfisser il-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba ta’ membru mhux residenti tal-Forzi tar-Renju Unit jew ta’ komponent ċivili jew il-wild ta’ tali membru li jiddependu fuqhom għall-manteniment u li mhumiex persuni residenti fl-Unjoni Ewropea jew f’Ġibiltà;

(g)    “Protezzjoni internazzjonali” tfisser status ta’ rifuġjat skont il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati magħmula f’Ġinevra fit-28 ta’ Lulju 1951, kif emendata bil-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967 u status ta’ protezzjoni sussidjarja fejn ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li ma tikkwalifikax bħala rifuġjat iżda li fir-rigward tagħha ntwerew raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li l-persuna kkonċernata, jekk tintbagħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha, jew fil-każ ta’ persuna apolida, lejn il-pajjiż ta’ residenza abitwali ta’ qabel tagħha, tiffaċċja riskju reali li ssofri dannu serju u ma tistax, jew minħabba f’dan ir-riskju, ma tixtieqx tapprofitta ruħha mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż;

(h)    “Stati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ” tfisser l-Istati Membri li neħħew il-verifiki fuq persuni fuq il-fruntieri komuni tagħhom;



(i)    “Forzi mhux residenti tar-Renju Unit” tfisser persuni li jservu fil-Forzi tar-Renju Unit, jew fl-armata regulari jew fir-riżerva, li huma ċittadini tar-Renju Unit, ċittadini tal-Commonwealth, ċittadini tal-Irlanda jew li għandhom id-dritt jirrisjedu fir-Renju Unit jew fiż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar u li mhumiex persuni residenti f’Ġibiltà;

(j)    “Persuni residenti f’Ġibiltà” tfisser persuni li għandhom id-dritt legali jirrisjedu f’Ġibiltà irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni u ċittadini tal-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera kif ukoll ċittadini tal-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehimiet li jagħtu lil dawn iċ-ċittadini drittijiet ta’ moviment liberu;

(k)    “Verifika tat-Tieni Linja” tfisser verifika ulterjuri li tista’ titwettaq f’lok speċjali lil hinn mil-lok li fih titwettaq verifika fuq kull persuna (l-ewwel linja);

(l)    “Żona ta’ Verifiki tat-Tieni Linja” tfisser post speċjali, kif delimitat f’konformità mal-arranġamenti magħmula mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja skont l-Artikolu 33, fejn iseħħu attivitajiet li jinkludu verifiki tat-tieni linja u kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti;



(m)    “Ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx:

(i)    ċittadin tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu, kif imsemmi fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 ;

(ii)    ċittadin tal-Iżlanda, tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, tar-Renju tan-Norveġja, tal-Konfederazzjoni Żvizzera, tal-Prinċipat ta’ Andorra jew tar-Repubblika ta’ San Marino u tal-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, li, skont ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi rispettivi, igawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk imsemmija fis-subparagrafu (a);

(n)    “Forzi mistiedna ta’ pajjiżi terzi” tfisser persuni li jservu jew li huma impjegati mas-servizzi armati ta’ membru tan-NATO jew ikkuntrattati minnhom jew ta’ sħab magħżula li mhumiex persuni residenti fl-Unjoni, jew f’Ġibiltà, u li se jaslu f’Ġibiltà fuq stedina tar-Renju Unit.



ARTIKOLU 27

Referenzi għal ċerti atti tal-Unjoni

Għall-fini ta’ din il-Parti, ir-referenzi għall-atti tal-Unjoni fl-Artikolu 26, 29 u l-Anness imsemmi fihom, 32, 33, 35, 36, 37, 42, 43, 46, 47, 48, 50, 51, 52, 53, 55, 61, 64, 74, 76, 86, 90, 96, 104 u 151 għandhom jinftiehmu li jinkludu dawk l-atti tal-Unjoni kif emendati jew sostitwiti fil-futur kif ukoll kwalunkwe att tal-Unjoni li jimplimenta jew jissupplimenta dawk l-atti tal-Unjoni.

ARTIKOLU 28

Tneħħija tal-ostakli fiżiċi

L-ostakli fiżiċi kollha relatati maċ-ċirkolazzjoni ta’ persuni bejn l-Unjoni u Ġibiltà għandhom jitneħħew.

ARTIKOLU 29

Postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri

1.    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jistabbilixxu punti ta’ qsim tal-fruntiera fil-port u l-ajruport ta’ Ġibiltà, fejn għandhom jitwettqu l-verifiki fuq il-fruntiera kif imsemmi fil-paragrafu 2.



2.    Il-passiġġieri kollha li jidħlu f’Ġibiltà mill-port jew mill-ajruport ta’ Ġibiltà għandhom ikunu soġġetti għal verifiki fuq il-fruntiera fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera stabbiliti skont il-paragrafu 1.

3.    B’deroga mill-paragrafu 1, il-verifiki fuq il-fruntiera jistgħu jitwettqu fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera tal-ajruport, jekk il-volum tat-traffiku li jgħaddi mill-port jippermetti livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontroll fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera tal-ajruport. F’dan il-każ, ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jiżguraw li l-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ li jaslu fil-port jiġu skortati mill-port sal-punt ta’ qsim tal-fruntiera tal-ajruport, għall-finijiet li jgħaddu mill-verifiki msemmija fl-Artikoli 33(1) u (2). Il-modalitajiet għall-applikazzjoni ta’ din id-deroga għandhom jiġu stabbiliti f’arranġament amministrattiv bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja.

4.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jippermettu l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ kontroll fuq il-fruntieri f’dawn il-punti ta’ qsim tal-fruntieri għall-verifiki rispettivi tagħhom ta’ persuni residenti f’Ġibiltà u ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom minn pajjiżi terzi u l-benefiċjarji tad-drittijiet ta’ moviment liberu skont ftehimiet konklużi mill-Unjoni, f’konformità mad-dritt domestiku u tal-Unjoni.

5.    Il-verifiki fuq il-fruntieri mad-dħul għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u sussegwentement mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja. Il-verifiki fuq il-fruntieri mal-ħruġ għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u sussegwentement mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

6.    Kwalunkwe verifika tat-tieni linja trid jitwettaq fiż-Żona ta’ Verifika tat-Tieni Linja.



7.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 32(3) u 43, il-kondizzjonijiet tad-dħul meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom ikunu kumulattivi. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jimpenja ruħu li jallinja l-kundizzjonijiet tad-dħul skont id-dritt tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma’ dawk applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni.

8.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jiżguraw li d-dħul f’Ġibiltà minn barra ż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni jista’ jseħħ biss permezz tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera msemmija fil-paragrafu 1.

9.    Minkejja l-paragrafi 2, 5, u 8, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u tar-Renju ta’ Spanja jistgħu jippermettu d-dħul f’Ġibiltà għajr permezz tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera, fil-każijiet previsti fl-Artikolu 5(2)(a), (b), (c) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) jew fl-Artikolu 38 ta’ dan il-Ftehim.

10.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jiżguraw li l-infrastruttura meħtieġa tkun fis-seħħ u miżmuma b’tali mod li tippermetti li l-punti ta’ qsim tal-fruntiera msemmija fil-paragrafu 1 jitħaddmu b’mod xieraq għall-volum tal-flussi tat-traffiku biex jiġi żgurat livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontroll f’konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Dik l-infrastruttura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Anness 7 ta’ dan il-Ftehim u għandha tiġi stabbilita fl-arranġament amministrattiv bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja msemmi fl-Artikolu 33(5).



11.    Fir-rigward tal-Anness VI tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, il-Punti 2.3.1., 3.1.2, 3.1.4, 3.1.5, 3.2.1, 3.2.5 u 3.2.6 ta’ dak l-Anness għandhom japplikaw fir-rigward tal-verifiki fuq il-fruntieri mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera stabbiliti fl-Artikolu 29(1). Kwalunkwe informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont dawk il-punti għandha tiġi pprovduta simultanjament u mingħajr dewmien kemm lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja.

ARTIKOLU 30

Ċirkolazzjoni ta’ persuni bejn Ġibiltà u l-Istati Membri

1.    Il-partijiet għandhom jiżguraw li l-persuni jkunu jistgħu jiċċirkolaw bejn Ġibiltà u l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ mingħajr ma jitwettqu verifiki fuq il-fruntieri, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-fruntieri tal-baħar fl-Anness VI tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom.

2.    Minkejja l-ewwel paragrafu, fejn ikun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku, is-saħħa pubblika jew is-sigurtà interna, l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, jistgħu eċċezzjonalment jerġgħu jdaħħlu l-kontrolli fuq il-fruntieri bejn Ġibiltà u t-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ għal perjodu limitat ta’ mhux aktar minn 10 ijiem. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu ta’ 20 jum u b’perjodi sussegwenti ta’ xahar sa massimu ta’ sitt xhur. Il-kontrolli fil-fruntieri bejn Ġibiltà u t-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ għandhom jerġgħu jiġu introdotti biss bħala l-aħħar alternattiva, u l-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien ta’ din l-introduzzjoni mill-ġdid ma għandux jaqbeż dak li huwa strettament meħtieġ f’reazzjoni għat-theddida serja.



3.    Meta xi Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jiddeċiedi li jerġa’ jdaħħal jew jestendi l-kontrolli fuq il-fruntiera bejn Ġibiltà u t-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-paragrafu 2, l-Unjoni, fejn il-kontroll fuq il-fruntiera jerġa’ jiddaħħal minn Stat Membru, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn il-kontroll fuq il-fruntiera jerġa’ jiddaħħal minn dan tal-aħħar, għandha tinforma lill-Parti l-oħra b’dan:

(a)    mhux aktar tard minn 4 ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid jew estensjoni ppjanata jew mill-aktar fis possibbli fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-ħtieġa li jerġgħu jiġu introdotti jew jiġu estiżi l-kontrolli fuq il-fruntieri jsiru magħrufa inqas minn 4 ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni ppjanata;

(b)    immedjatament u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara deċiżjoni biex jerġgħu jiddaħħlu jew jiġu estiżi l-kontrolli fuq il-fruntieri b’reazzjoni għal theddida serja li tkun teħtieġ li tittieħed azzjoni immedjata.

4.    Meta tinforma lill-Parti l-oħra dwar deċiżjoni biex jerġgħu jiddaħħlu jew jiġu estiżi l-kontrolli fuq il-fruntieri bejn Ġibiltà u t-territorju ta’ Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ f’konformità mal-paragrafu 3, l-Unjoni, fejn il-kontrolli fuq il-fruntieri jerġgħu jiddaħħlu minn Stat Membru, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn il-kontrolli fuq il-fruntieri jerġgħu jiddaħħlu minn dan tal-aħħar, għandhom jipprovdu lill-Parti l-oħra bl-informazzjoni li ġejja:

(a)    jekk l-introduzzjoni mill-ġdid jew l-estensjoni sseħħx fuq il-bażi ta’ theddida serja għall-ordni pubbliku, is-saħħa pubblika jew is-sigurtà interna tagħha;

(b)    dettalji rilevanti tar-raġuni jew raġunijiet sakemm ma jkunx hemm raġunijiet prevalenti ta’ sigurtà jew kunfidenzjalità biex dan ma jsirx;

(c)    l-ismijiet tal-punti ta’ qsim awtorizzati;



(d)    id-data tal-bidu u d-durata tal-introduzzjoni mill-ġdid jew tal-estensjoni; u

(e)    fejn xieraq, il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Parti l-oħra.

5.    Il-partijiet għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun infurmat b’mod koordinat dwar deċiżjoni biex jerġa’ jiddaħħal jew jiġi estiż il-kontroll fuq il-fruntieri bejn Ġibiltà u t-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, b’mod partikolari d-dati tal-bidu u tat-tmiem u l-ambitu tal-introduzzjoni mill-ġdid, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet prevalenti ta’ sigurtà biex dan ma jsirx.

ARTIKOLU 31

Bażijiet tad-data tal-Unjoni

Skont dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandux ikollhom aċċess għal sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet ta’ data stabbiliti abbażi tad-dritt tal-Unjoni.


TITOLU II

QSIM TAL-FRUNTIERA

ARTIKOLU 32

Il-kontroll fil-fruntieri mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit,
fir-rigward ta’ Ġibiltà

1.    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jeżerċitaw kontroll fuq il-fruntiera, li jinkludi verifiki fuq il-fruntiera u sorveljanza fuq il-fruntiera, f’konformità mal-Att dwar l-Immigrazzjoni, l-Ażil u r-Refuġjati ta’ Ġibiltà, kif emendat jew sostitwit.

2.    Meta, wara verifiki fil-fruntieri mwettqa mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u mir-Renju ta’ Spanja kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikollhom l-intenzjoni li jirrifjutaw id-dħul lil persuna u ma jkun hemm l-ebda rekwiżit li tittieħed azzjoni koerċittiva oħra f’konformità mal-Artikolu 34(3), huma għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera u jeskortaw lill-persuna lejn iż-Żona ta’ Verifika tat-Tieni Linja, fejn l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom jirrieżaminaw jekk il-kundizzjonijiet tad-dħul skont id-dritt tal-Unjoni humiex issodisfati, f’konformità mal-Artikolu CIRCPERS.33 u mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li r-Renju ta’ Spanja jawtorizza d-dħul b’applikazzjoni tal-Artikolu 6(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.



3.    Fejn, abbażi tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, isir evidenti għall-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja li l-persuna kkonċernata hija persuna li jkollha d-dritt ta’ moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż benefiċjarju tad-drittijiet ta’ moviment liberu skont ftehimiet konklużi mill-Unjoni, jew ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, u li jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul u tas-soġġorn skont id-dritt tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom jippermettu lill-persuna tidħol fl-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jittieħdu miżuri skont l-Artikolu 33(4)(c)(ii). L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jippermettu lil tali persuna tidħol fir-Renju ta’ Spanja jew fi Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ.

ARTIKOLU 33

Il-kontroll fuq il-fruntieri mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja

1.    Għall-fini ta’ dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom iwettqu kwalunkwe funzjoni li hija meħtieġa biex jeżerċitaw kontroll fuq il-fruntiera, inklużi verifiki fuq il-fruntiera u sorveljanza tal-fruntiera, kif stabbilit fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u kompiti relatati skont id-dritt tal-Unjoni.

2.    Il-verifiki fuq il-fruntiera għandhom jitwettqu fil-punti tal-qsim tal-fruntiera, stabbiliti fl-Artikolu 29(1), sabiex ikun żgurat li persuni, inklużi l-mezzi tat-trasport tagħhom u l-oġġetti fil-pussess tagħhom ikunu jistgħu jiġu awtorizzati jidħlu fit-territorju tar-Renju ta’ Spanja jew jitilqu minnu.

3.    Is-sorveljanza fuq il-fruntiera għandha titwettaq bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera f’Ġibiltà inkluża s-sorveljanza tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera barra mill-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti, biex ħadd ma jitħalla jevita l-verifiki fuq il-fruntieri u biex jipprevjenu jew jidentifikaw qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera.



4.    Il-funzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)    Funzjonijiet ta’ verifiki fuq il-fruntiera fost l-oħrajn jinkludu d-dritt li:

(i)    jitwettqu verifiki fuq il-fruntieri fuq persuni, inklużi verifiki tat-tieni linja, f’konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

(ii)    jiġi rrifjutat id-dħul lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta’ dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, minbarra persuni residenti f’Ġibiltà, u persuni li jappartjenu għall-kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 6(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ġie miċħud id-dħul ikun inġieb fil-fruntiera minn trasportatur u sakemm titkompla t-trasportazzjoni skont l-obbligi tat-trasportaturi msemmija fl-Artikolu 36, jittieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ġie miċħud id-dħul milli jidħol illegalment;

(b)    Funzjonijiet ta’ sorveljanza fuq il-fruntiera fost l-oħrajn jinkludu d-dritt li:

(i)    jiġi impedit qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, u li jittieħdu miżuri kontra persuni li jkunu qasmu l-fruntiera illegalment, inkluż l-arrest ta’ tali persuni u l-iżgurar tar-ritorn tagħhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 ;

(ii)    titwettaq sorveljanza fuq il-fruntiera b’tali mod li tipprevjeni u tiskoraġġixxi lill-persuni milli jevitaw il-verifiki fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera, permezz ta’ unitajiet stazzjonarji jew mobbli;



(c)    Funzjonijiet imwettqa kemm għal verifiki fuq il-fruntiera kif ukoll għal sorveljanza fuq il-fruntiera fost l-oħrajn jinkludu d-dritt għal:

(i)    użu ta’ sistemi tal-IT u sistemi ta’ informazzjoni li jipproċessaw data personali f’konformità mad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, it-teħid tal-azzjonijiet ta’ segwitu jew l-azzjonijiet kollha meħtieġa li għandhom jittieħdu f’konformità mad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u t-twaqqif tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà meħtieġa mid-dritt nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali biex jipproteġu d-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf aċċidentali, l-alterazzjoni u l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzati, inkluż l-aċċess minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi;

(ii)    l-arrest, it-tiftix, id-detenzjoni, l-intervista, it-tqegħid ta’ persuna taħt protezzjoni, jew is-sekwestru jew it-tiftix ta’ proprjetà, fejn dan ikun iġġustifikat matul il-kontroll fuq il-fruntieri mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u f’konformità mad-dritt Spanjol, tal-Unjoni u internazzjonali;

(iii)    l-aċċettar ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati minn kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja.

5.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom, fejn meħtieġ, jassistu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom imsemmija f’dan l-Artikolu u jiffaċilitaw l-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet.

6.    L-arranġamenti amministrattivi bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi dwar it-twettiq tad-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, l-aspetti ta’ kooperazzjoni operazzjonali relatati mal-kontroll fuq il-fruntieri u t-tqassim ta’ kif se jitwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera.



ARTIKOLU 34

Azzjonijiet ta’ segwitu għall-verifiki fuq il-fruntieri — allerti fis-sistemi ta’ informazzjoni

1.    Fit-twettiq tal-kompiti f’konformità mal-Artikoli 32 u 33, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom, rispettivament, isegwu l-allerti fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi tagħhom, f’konformità mad-dritt domestiku u tal-Unjoni applikabbli.

2.    Fejn l-allerti fil-bażijiet tad-data u s-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi jeħtieġu li tittieħed azzjoni koerċittiva, il-persuna kkonċernata għandha tiġi skortata lejn iż-Żona ta’ Verfiki tat-Tieni Linja, bl-eċċezzjoni tas-sitwazzjoni skont it-tieni subparagrafu.

Meta jkun meħtieġ ġbir diskret ta’ informazzjoni abbażi ta’ allert f’bażi tad-data jew f’sistema ta’ informazzjoni mħaddma mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, l-iskortar tal-persuna għaż-Żona ta’ Verifiki tat-Tieni Linja tista’ tipperikola n-natura diskreta ta’ kwalunkwe miżura li għandha tittieħed, l-awtorità li identifikat l-allert għandha tkun awtorizzata tiġbor kemm jista’ jkun informazzjoni matul il-verifiki ta’ rutina fuq il-fruntieri.

3.    Fejn tkun meħtieġa azzjoni koerċittiva abbażi ta’ allerti li jeżistu biss fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi ta’ informazzjoni operati mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jieħdu l-azzjonijiet ta’ segwitu xierqa skont id-dritt domestiku applikabbli tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



4.    Meta tkun meħtieġa azzjoni koerċittiva abbażi ta’ allerti li jeżistu biss fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi ta’ informazzjoni operati mir-Renju ta’ Spanja, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom jieħdu l-azzjonijiet ta’ segwitu xierqa skont id-dritt nazzjonali u tal-Unjoni.

5.    Meta tkun meħtieġa azzjoni koerċittiva għall-arrest jew għad-detenzjoni ta’ persuna abbażi tal-paragrafi 3 u 4, għandha tapplika l-proċedura li ġejja, kif xieraq:

(a)    Matul il-verifiki fuq il-fruntieri tad-dħul, il-persuna ma għandhiex toġġezzjona għall-arrest jew għad-detenzjoni; jew inkella l-persuna għandha tingħata l-għażla li ma titħalliex tidħol;

(b)    Matul il-verifiki fuq il-fruntieri tal-ħruġ, il-persuna ma għandhiex toġġezzjona għall-arrest jew għad-detenzjoni; jew inkella, il-persuna għandha tingħata l-għażla li tkun meħtieġa toħroġ.

6.    Meta tkun meħtieġa azzjoni koerċittiva kemm abbażi ta’ allerti eżistenti fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi ta’ informazzjoni operati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif ukoll dawk tar-Renju ta’ Spanja, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u tar-Renju ta’ Spanja għandhom jaqblu dwar l-awtorità li tkun se twettaq l-azzjoni inkwistjoni jew li tkun se twettaqha l-ewwel, u, fejn xieraq, dwar kwalunkwe segwitu, bl-eċċezzjoni tas-sitwazzjonijiet skont il-paragrafi 7 u 9.



7.    Fejn tkun meħtieġa azzjoni koerċittiva għall-arrest u d-detenzjoni ta’ persuni jew is-sekwestru ta’ oġġetti kemm abbażi ta’ allerti eżistenti fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi ta’ informazzjoni operati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif ukoll mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, u tali azzjoni koerċittiva tista’ titwettaq biss minn waħda minn dawn l-awtoritajiet, l-azzjoni għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja, f’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti rilevanti tista’ titlob is-sospensjoni tal-arrest u d-detenzjoni meta jkun hemm tħassib individwali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew fejn ikun hemm obbligi internazzjonali konfliġġenti dwar l-estradizzjoni. F’każ bħal dan, il-kwistjonijiet iridu jiġu solvuti mill-awtoritajiet rilevanti qabel ma sseħħ kwalunkwe tneħħija.

8.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra bit-terminazzjoni tal-azzjoni koerċittiva mwettqa skont il-paragrafi 6 u 7 bil-ħsieb li l-awtoritajiet kompetenti l-oħra, fejn xieraq, u bl-eċċezzjoni tas-sitwazzjonijiet skont il-paragrafu 9, ikunu jistgħu jwettqu azzjoni ta’ segwitu abbażi tal-allerti eżistenti fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi ta’ informazzjoni operati mill-awtoritajiet kompetenti.

9.    Meta azzjoni koerċittiva għall-arrest jew għad-detenzjoni tkun meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, u l-persuna kkonċernata tkun persuna residenti f’Ġibiltà, l-azzjoni tista’ titwettaq biss mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà għandhom, fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u wara li jirċievu tali informazzjoni li tkun meħtieġa biex tippermetti l-eżekuzzjoni legali tal-azzjoni koerċittiva, iwettqu l-azzjoni mitluba bil-ħsieb li jippermettu lir-Renju ta’ Spanja jieħu azzjoni ta’ segwitu li tkun se titwettaq abbażi ta’ allerti eżistenti f’bażijiet tad-data u sistemi ta’ informazzjoni operati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja bl-azzjoni koerċittiva mwettqa bil-ħsieb ta’ estradizzjoni rapida skont l-ewwel paragrafu.



10.    Fil-każijiet kollha ta’ arrest skont dan l-Artikolu, il-persuna għandha tingħata salvagwardji proċedurali xierqa qabel kwalunkwe deċiżjoni jew għażla.

11.    Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u tar-Renju ta’ Spanja skont l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

ARTIKOLU 35

Azzjonijiet ta’ segwitu għall-kontroll tal-fruntieri — rifjuti ta’ dħul

1.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinfurzaw rifjut ta’ dħul fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għad-dħul skont id-dritt tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biss, f’konformità mal-Artikolu 32.

2.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom jinfurzaw ċaħda ta’ dħul fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta’ dħul taħt il-liġi tal-Unjoni, biss, f’konformità mal-Artikolu 33(4)(a)(ii), u li ma ġewx awtorizzati jidħlu f’applikazzjoni tal-Artikolu 6(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

3.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u tar-Renju ta’ Spanja, għandhom jinfurzaw b’mod konġunt rifjut ta’ dħul fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tad-dħul kemm skont id-dritt tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif ukoll skont id-dritt tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikoli CIRCPERS.32 u CIRCPERS.33(4)(a)(ii).



4.    Ir-rifjuti ta’ dħul f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jiġu infurzati wara kwalunkwe azzjoni li setgħet ittieħdet bħala segwitu għal allert eżistenti fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u tar-Renju ta’ Spanja f’konformità mal-Artikolu 34.

ARTIKOLU 36

Responsabbiltà tat-Trasportaturi

L-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta’ Ġunju 2001 6 għandhom japplikaw għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u f’Ġibiltà, għat-trasport lejn Ġibiltà bil-baħar jew bl-ajru minn pajjiż terz ta’ persuni għajr ċittadini tal-Unjoni, ċittadini tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, u ċittadini tal-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehimiet li jikkonferixxu tali ċittadini bi drittijiet ta’ moviment liberu, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkollhomx id-dokumenti tal-ivvjaġġar meħtieġa għad-dħul fl-Istati Membri ħlief l-Irlanda.

Għandu japplika l-Artikolu 19.


ARTIKOLU 37

Informazzjoni bil-Quddiem dwar il-Passiġġieri

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li t-trasportaturi jittrasferixxu l-Informazzjoni bil-Quddiem dwar il-Passiġġieri (Advance Passenger Information, API) dwar titjiriet li joriġinaw barra miż-żona Schengen u li jaslu fl-ajruport lill-awtoritajiet tar-Renju ta’ Spanja. Id-data tal-API kif ukoll it-trasferiment tagħha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE 7 .

Għandu japplika l-Artikolu 19.

ARTIKOLU 38

Id-dħul u l-ħruġ ta’ forzi mhux residenti tar-Renju Unit,
il-komponent ċivili tagħhom, il-membri tal-familja tagħhom li jagħmlu parti mill-unità domestika

u forzi mistiedna ta’ pajjiżi terzi

1.    Bil-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2 u soġġett għall-konformità mal-formalitajiet stabbiliti f’dan il-Ftehim relatati mad-dħul u l-ħruġ ta’ membri tal-Forzi mhux residenti tar-Renju Unit jew ta’ forzi mistiedna ta’ pajjiżi terzi, tali persuni għandhom ikunu eżentati mir-regolamenti dwar il-passaporti u l-viża u l-verifiki fuq il-fruntieri ta’ Schengen f’konformità mal-Artikolu 33 fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Schengen imsemmija fl-Artikolu 29(1), iżda ma għandhomx jitqiesu bħala li jiksbu xi dritt għal residenza jew domiċilju permanenti fiż-żona Schengen.



2.    Għandhom ikunu meħtieġa d-dokumenti li ġejjin biss għar-reġistrazzjoni ta’ membri tal-Forzi mhux residenti tar-Renju Unit jew ta’ forzi mistiedna ta’ pajjiżi terzi, li jridu jiġu ppreżentati fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Schengen:

(a)    karta tal-identità personali maħruġa mill-Ministeru tad-Difiża tar-Renju Unit jew mill-Ministeru tad-Difiża tal-forza tal-pajjiż terz viżitatur li turi l-ismijiet, id-data tat-twelid, il-grad u n-numru (jekk ikun hemm), is-servizz, u ritratt;

(b)    ordni ta’ moviment individwali jew kollettiv, bil-lingwa Spanjola u Ingliża, maħruġa mill-Ministeru tad-Difiża tar-Renju Unit u li tiċċertifika l-istatus tal-individwu jew tal-grupp bħala membru jew membri ta’ Forza mhux residenti tar-Renju Unit jew ta’ forza mistiedna tal‑pajjiż terz u tal-moviment ordnat;

Kwalunkwe data miġbura għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu għandha tintuża esklużivament għas-sigurtà tal-fruntieri fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera stabbiliti skont l-Artikolu CIRCPERS.29.

3.    Fir-rigward tad-dħul u l-ħruġ tal-Forzi mhux residenti tar-Renju Unit, ta’ dawk id-detenturi ta’ permess ta’ residenza li huma intitolati għad-dispożizzjoni fl‑Artikolu 50(13) u 51(12), ta’ forzi mistiedna ta’ pajjiżi terzi u tal-komponent ċivili li jaslu u joħorġu abbord inġenji tal-ajru tal-Istat jew bastimenti tal-Istat, ir-Renju Unit għandu jagħmel l-informazzjoni disponibbli meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ tali persuni għar-Renju ta’ Spanja. L-identifikazzjoni ta’ dawn il-persuni mal-wasla jew mat-tluq għandha ssir mill-Uffiċjali ta’ Kollegament maħtura f’konformità ma’ arranġament amministrattiv bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit. Il-membri tal-familja li jiffurmaw parti mill-unità domestika għandhom jiġu diretti lejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera.



4.    Bil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 5 u soġġett għall-konformità mal-formalitajiet stabbiliti f’dan il-Ftehim relatati mad-dħul u l-ħruġ tal-membri tal-komponent ċivili tal-Forzi mhux residenti tar-Renju Unit u l-membri tal-familja li jiffurmaw parti mill-unità domestika, tali persuni għandhom ikunu eżentati mir-regolamenti dwar il-passaport u l-viża u l-ispezzjoni tal-immigrazzjoni fil-verifiki fuq il-fruntieri ta’ Schengen f’konformità mal-Artikolu 33 fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Schengen imsemmija fl-Artikolu 29(1), iżda ma għandhomx jitqiesu li jiksbu xi dritt għal residenza jew domiċilju permanenti fiż-żona Schengen.

5.    Għandhom ikunu meħtieġa d-dokumenti li ġejjin biss għar-reġistrazzjoni tal-membri tal-komponent ċivili tal-Forzi mhux residenti tar-Renju Unit u tal-membri tal-familja li jiffurmaw parti mill-unità domestika li huma ċittadini tar-Renju Unit jew li għandhom id-dritt ta’ residenza fir-Renju Unit jew fiż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar. Dawn għandhom jiġu ppreżentati fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Schengen imsemmija fl-Artikolu 29(1):

(a)    passaport validu tar-Renju Unit jew dokument tal-ivvjaġġar jew permess ta’ residenza validu tar-Renju Unit;

(b)    ordni ta’ moviment individwali jew kollettiv, bil-lingwa Spanjola u Ingliża, maħruġa mill-Ministeru tad-Difiża tar-Renju Unit u li tiċċertifika l-istatus tal-individwu jew tal-grupp bħala membru jew membri tal-komponent ċivili tal-Forzi mhux residenti tar-Renju Unit jew membri tal-familja li jiffurmaw parti mill-unità domestika, u għall-moviment ordnat;

Kwalunkwe data miġbura għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu għandha tintuża esklużivament għas-sigurtà tal-fruntieri fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera msemmija fl-Artikolu 29(1).



6.    Il-membri tal-komponent ċivili jew il-membri tal-familja li jiffurmaw parti mill-unità domestika li mhumiex ċittadini tar-Renju Unit jew li ma għandhomx id-dritt ta’ residenza fir-Renju Unit jew fiż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar għandhom ikunu soġġetti għal verifiki fuq il-fruntieri ta’ Schengen kif previst fl-Artikolu 33. Dawn il-persuni ma għandhomx jgħaddu minn verifiki addizzjonali fuq il-fruntieri ta’ Schengen biex joħorġu jew jidħlu fi Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen skont il-paragrafu 7 dment li d-dħul jew il-ħruġ tagħhom ikun ġie awtorizzat skont dan il-paragrafu.

7.    Dawk il-membri tal-Forzi mhux residenti tar-Renju Unit, ta’ forzi mistiedna ta’ pajjiżi terzi, tal-komponent ċivili u l-membri tal-familja li jiffurmaw parti mill-unità domestika tagħhom, li jixtiequ joħorġu jew jidħlu fi Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ għandhom ikunu soġġetti għall-verifiki fuq il-fruntieri ta’ Schengen f’konformità mal-Artikolu 33 fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Schengen imsemmija fl-Artikolu 29(1). Ir-Renju Unit u r-Renju ta’ Spanja għandhom jinfurmaw lil dawn il-persuni bl-obbligu li jgħaddu minn tali verifiki u bil-possibbiltà li jistgħu jkunu soġġetti għal azzjoni dixxiplinari jekk jonqsu milli jagħmlu dan, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni li jirregolaw ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. Unitajiet jew formazzjonijiet kostitwiti regolarment ma għandhomx jitħallew jidħlu jew joħorġu miż-żona Schengen mill-punti ta’ qsim tal-fruntiera msemmija fl-Artikolu 29(1).



TITOLU III

SALVAGWARDJI

KAPITOLU 1

RESIDENZA F’ĠIBILTÀ,
REGOLI SPEĊJALI, ĦRUĠ TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA U TA’ VIŻI

ARTIKOLU 39

Kamp ta’ applikazzjoni

Għall-fini ta’ dan il-Kapitolu, ir-referenzi għall-Istati Membri għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Istati Membri kollha ħlief l-Irlanda.

ARTIKOLU 40

Relazzjoni mal-liġi tal-UE

Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt jew obbligu li persuni residenti f’Ġibiltà jista’ jkollhom skont id-dritt tal-Unjoni.



ARTIKOLU 41

Vjaġġar mingħajr viża

1.    Iċ-ċittadini tal-Unjoni, il-membri tal-familja tagħhom minn pajjiżi terzi li jkollhom karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ jistgħu jidħlu u jibqgħu f’Ġibiltà mingħajr viża għal perjodu massimu ta’ 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum.

Persuni residenti f’Ġibiltà jistgħu jidħlu u jibqgħu, mingħajr viża għal perjodu massimu ta’ 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum, fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ.

Għal dħul u soġġorn mingħajr viża għal perjodu massimu ta’ 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum fit-territorju ta’ Stati Membri minbarra dawk li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, il-perjodu awtorizzat tas-soġġorn għandu jiġi kkalkulat separatament għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri.

2.    Minkejja t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jimponi rekwiżit ta’ viża fuq persuni residenti f’Ġibiltà li jivvjaġġaw bl-għan li jwettqu attività bi ħlas.

Minkejja l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għall-persuni msemmija f’dak is-subparagrafu, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jiddeċiedi li jimponi rekwiżit ta’ viża fuq tali persuni li jivvjaġġaw għall-finijiet ta’ twettiq ta’ attività bi ħlas.



ARTIKOLU 42

Faċilitazzjonijiet fuq il-fruntieri esterni

1.    Meta jinqasmu l-fruntieri esterni ta’ Stat Membru, inklużi l-punti ta’ qsim tal-fruntiera msemmija fl-Artikolu 29(1), id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ persuni residenti f’Ġibiltà ma għandhomx jiġu ttimbrati għad-dħul jew għal-ħruġ.

Persuni residenti f’Ġibiltà għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ.

2.    Meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ Stat Membru, inklużi l-punti ta’ qsim tal-fruntiera msemmija fl-Artikolu 29(1), persuni residenti f’Ġibiltà għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jkunu fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida skont ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 .

ARTIKOLU 43

Dħul f’Ġibiltà

1.    Persuni residenti f’Ġibiltà ma għandhomx ikunu soġġetti għal verifiki fir-rigward tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera stabbiliti skont l-Artikolu CIRCPERS.29 (1), għall-finijiet tad-dħul f’Ġibiltà.



2.    Il-persuni residenti f’Ġibiltà li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet l-oħra tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, fi kwalunkwe każ ma għandhomx jinżammu milli jaqsmu l-punti ta’ qsim tal-fruntiera stabbiliti skont l-Artikolu 29(1) għall-finijiet tad-dħul f’Ġibiltà.

ARTIKOLU 44

Dħul fl-Istati Membri għal skopijiet ta’ tranżitu

Persuni residenti f’Ġibiltà li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta’ dħul kollha stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri għal finijiet ta’ transitu sabiex ikunu jistgħu jaslu Ġibiltà, sakemm isimhom ma jkunx fuq il-lista nazzjonali ta’ allerti tal-Istat Membru li tiegħu jkunu qed jippruvaw jaqsmu l-fruntieri esterni u l-allert ma jkunx akkumpanjat minn struzzjonijiet biex jiġi rrifjutat id-dħul jew it-tranżitu.

ARTIKOLU 45

Dritt ta’ residenza f’Ġibiltà

1.    Dritt legali ta’ residenza f’Ġibiltà għandu jiġi ppruvat abbażi ta’ persuna li jkollha karta tal-identità valida jew permess ta’ residenza validu maħruġ f’Ġibiltà mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li l-karti tal-identità u l-permessi ta’ residenza maħruġa f’Ġibiltà jinħarġu biss lil persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-intitolament għal tali karta tal-identità jew permess ta’ residenza stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.



3.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet għall-intitolament għal karta tal-identità maħruġa f’Ġibiltà fil-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ikunu konsistenti mad-dritt internazzjonali.

4.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinforma lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni kull meta jiġi propost li jsiru bidliet fil-kundizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu, fi żmien xahar minn meta jiġi infurmat b’dan, jipprovdi l-opinjoni tiegħu dwar jekk dawn il-bidliet humiex kompatibbli jew le ma’ dan il-Ftehim. Tali bidliet ma għandhomx, fi kwalunkwe każ, jagħmluha possibbli għal persuna li tkun tista’ tikseb:

(a)    karta tal-identità maħruġa f’Ġibiltà, abbażi ta’ residenza preċedenti f’Ġibiltà, sakemm ma kinitx residenti f’Ġibiltà għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas għaxar snin immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni għall-karta;

(b)    permess ta’ residenza maħruġ f’Ġibiltà sakemm ma tkunx kapaċi turi konnessjoni ġenwina ma’ Ġibiltà.

5.    Il-kundizzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi li persuna tkun tista’ turi preżenza fiżika attwali u regolari f’Ġibiltà fuq perjodu ta’ żmien xieraq jew fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u verifikabbli oħrajn.

6.    Il-kundizzjonijiet għall-intitolament għal karta tal-identità maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà fuq bażi għajr residenza preċedenti kif ukoll il-kundizzjoni għall-intitolament għal permess ta’ residenza msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ma għandhomx jiġu ssodisfati:

(a)    fuq il-bażi ta’ investimenti predeterminati li jkunu saru fl-ekonomija jew fil-proprjetà immobbli ta’ Ġibiltà; jew



(b)    bħala riżultat ta’ kwalunkwe pagamenti finanzjarji predeterminati li jkunu saru lill-awtoritajiet ta’ Ġibiltà.

7.    Soġġett biss għall-Artikolu 52, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li l-permessi ta’ residenza maħruġa f’Ġibiltà jinħarġu jew jiġġeddu biss f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 u 51.

8.    Permessi ta’ residenza maħruġa lil persuni li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandhom jiġu rtirati.

ARTIKOLU 46

Notifika mtejba għal persuni residenti f’Ġibiltà

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jirrieżamina regolarment ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-possibbiltà li persuni residenti f’Ġibiltà jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Istati Membri fejn l-acquis ta’ Schengen jiġi applikat bis-sħiħ, u għandu regolarment, u mill-inqas, kull 3 xhur, jipprovdi tali valutazzjoni tar-riskju lir-Renju ta’ Spanja. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni tar-riskju, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jqis l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, inkluż b’rabta mal-infurzar u l-investigazzjonijiet u l-operazzjonijiet kontra t-terroriżmu.

Meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikollu raġunijiet biex iqis li persuna residenti f’Ġibiltà tista’ tkun ta’ theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ Stat Membru, huwa għandu jinforma lir-Renju ta’ Spanja mingħajr dewmien billi jistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata dik il-valutazzjoni.



L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għall-iskambju ta’ informazzjoni skont it-tieni subparagrafu.

2.    Jekk, abbażi ta’ informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1, jew abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, ir-Renju ta’ Spanja jqis li persuna residenti f’Ġibiltà tikkostitwixxi theddida serja biżżejjed għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali tagħha, u għal dawn ir-raġunijiet jiddeċiedi li l-individwu huwa pprojbit milli jitlaq minn Ġibiltà biex jivvjaġġa lejn it-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, b’dik il-projbizzjoni.

In-notifika għandha tistabbilixxi r-raġunijiet għall-projbizzjoni, kif ukoll il-mezzi li bihom il-persuna kkonċernata tista’ tappella l-projbizzjoni quddiem qorti nazzjonali tar-Renju ta’ Spanja. Il-preżentazzjoni ta’ appell ma għandhiex tkun meħtieġa jkollha effett sospensiv fuq deċiżjoni li tipprojbixxi d-dħul.

L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għall-iskambju ta’ informazzjoni skont it-tieni subparagrafu.

3.    Meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun irċieva notifika msemmija fil-paragrafu 2, huwa għandu:

(a)    jinforma lill-persuna kkonċernata dwar in-notifika u l-kontenut tagħha;

(b)    jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jipprevjeni l-ivvjaġġar ipprojbit lejn iż-żona Schengen, inkluż permezz tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja mar-Renju ta’ Spanja.

4.    Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal:

(a)    membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, imsemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE;



(b)    il-membri tal-familja, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, ta’ ċittadini tal-Iżlanda, tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, tar-Renju tan-Norveġja, tal-Konfederazzjoni Żvizzera, tal-Prinċipat ta’ Andorra u tar-Repubblika ta’ San Marino, li skont ftehimiet konklużi mill-Unjoni jgawdu minn drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (a).

ARTIKOLU 47

Viżi għal soġġorn qasir fir-rigward ta’ Ġibiltà

1.    Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma meħtieġa jkollhom viża għal soġġorn qasir biex jidħlu u jibqgħu fl-Istati Membri f’konformità mad-dritt tal-Unjoni għandhom ikunu meħtieġa wkoll li jkollhom viża biex jidħlu u jibqgħu f’Ġibiltà.

2.    Ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mir-rekwiżit li jkunu fil-pussess ta’ viża għal soġġorn qasir biex jidħlu u jibqgħu fl-Istati Membri f’konformità mad-dritt tal-Unjoni ma għandhomx ikunu meħtieġa jkunu fil-pussess ta’ viża biex jidħlu u jibqgħu f’Ġibiltà.

3.    Il-viżi għal soġġorn qasir maħruġa f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolamenti (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 u (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 , għandhom ikunu validi wkoll għad-dħul u s-soġġorn f’Ġibiltà għal perjodu massimu ta’ 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum. Fejn l-għan ewlieni huwa li wieħed jibqa’ f’Ġibiltà, ir-Renju ta’ Spanja, l-Istat Membru ġar, għandu joħroġ il-viża.



4.    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jinnotifika lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkollu l-ħsieb joħroġ viża skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 3. Meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jikkunsidra li ma għandhiex tinħareġ viża skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 3, minħabba raġunijiet serji biżżejjed li jappartjenu għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika, inkluż abbażi ta’ allert maħruġ f’Ġibiltà, ir-Renju Unit għandu jinforma lir-Renju ta’ Spanja. F’dak il-każ, kwalunkwe viża maħruġa mir-Renju ta’ Spanja, b’deroga mill-paragrafu 3, ma għandhiex tkun valida għad-dħul u s-soġġorn f’Ġibiltà, u għandha tkun immarkata fit-taqsima “kummenti” tal-viża. L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għan-notifiki skont dan il-paragrafu.

5.    Viżi minbarra dawk maħruġa skont il-paragrafu 3 u skont l-Artikolu 47 ma għandhomx ikunu validi għad-dħul u s-soġġorn f’Ġibiltà.

ARTIKOLU 48

Viżi eċċezzjonali għall-fruntieri esterni fir-rigward ta’ Ġibiltà

1.    Dan l-Artikolu japplika meta, wara li jsiru l-verifiki fuq il-fruntieri, persuna li ma jkollhiex viża valida meħtieġa biex tidħol f’Ġibiltà jew fl-Istati Membri, tesprimi x-xewqa li tidħol u tibqa’ f’Ġibiltà biss.

2.    Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu b’mod eċċezzjonali joħorġu viża għal soġġorn qasir fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni stabbiliti skont l-Artikolu 29(1) meta jkun hemm raġunijiet konvinċenti biex isir dan għal raġunijiet umanitarji, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    l-applikant jissottometti dokumenti ta’ sostenn jew evidenza oħra li tissostanzja raġunijiet imprevedibbli u imperattivi għad-dħul għal raġunijiet umanitarji;



(b)    l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul, għajr il-konformità ma’ waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)    ikollu viża, meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja;

(ii)    ikun qagħad fit-territorju tal-Istati Membri għal mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum;

(iii)    ikun fil-pussess ta’ dokument tal-ivvjaġġar validu li jintitola lid-detentur jaqsam il-fruntiera u li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

a)    il-validità tiegħu taqbeż b’mill-inqas 3 xhur wara d-data prevista tat-tluq;

b)    ikun inħareġ fl-10 snin preċedenti; u

(c)    ir-ritorn tal-applikant lejn il-pajjiż tal-oriġini tiegħu jew tar-residenza jew tat-tranżitu minn Stati li mhumiex Stati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ ikun ivvalutat bħala ċert.

3.    Viża maħruġa eċċezzjonalment fil-fruntieri esterni skont il-paragrafu 2 għandha tkun valida biss għat-territorju ta’ Ġibiltà, u tintitola lid-detentur jibqa’ hemm għal tul ta’ żmien massimu ta’ 15-il jum, skont l-iskop u l-kundizzjonijiet tas-soġġorn intenzjonat. Il-perjodu tad-durata tas-soġġorn jista’ sussegwentement jiġi estiż b’massimu ta’ 15-il jum jekk l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jikkunsidraw li d-detentur tal-viża jkun ipprovda prova ta’ force majeure jew raġunijiet umanitarji li ma ħallewx jitlaq. Ma għandux jagħti lid-detentur id-dritt li jidħol fit-territorju tal-Istati Membri.



4.    Meta r-Renju ta’ Spanja jikkunsidra li ma għandhiex tinħareġ viża jew tiġi estiża f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 minħabba li hemm raġunijiet serji biżżejjed li jappartjenu għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika, inkluż abbażi ta’ allert maħruġ fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, huwa għandu jinforma lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bl-oġġezzjoni tiegħu għall-ħruġ ta’ tali viża. F’dak il-każ, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jżomm lura milli joħroġ viża fil-fruntieri esterni f’konformità mal-paragrafu 2.

5.    Meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jiddeċiedi li joħroġ jew jestendi viża f’konformità mal-paragrafi 2 jew 3, huwa għandu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jirreġistraw id-data tal-applikant, inklużi l-identifikaturi bijometriċi, li hija meħtieġa għall-ħruġ jew l-estensjoni tal-viża f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 . Ir-Renju ta’ Spanja għandu jdaħħal din id-data fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, filwaqt li jżid informazzjoni li tindika li l-viża nħarġet b’validità territorjali limitata għat-territorju ta’ Ġibiltà skont dan l-Artikolu.

6.    L-għadd ta’ viżi skont il-paragrafu 2 ma għandux jaqbeż l-15 f’kull sena kalendarja. Dak l-għadd ta’ viżi maħruġa kull sena kalendarja jista’ jiġi emendat b’deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni.

7.    Il-Viżi maħruġa skont il-paragrafu 2 għandhom jinħarġu f’format li għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jipprovdi lir-Renju ta’ Spanja b’kampjuni ta’ tali viżi u kwalunkwe modifika sussegwenti għalihom għal finijiet ta’ informazzjoni.



ARTIKOLU 49

Viżi għal soġġorn twil validi għal Ġibiltà

Ma għandhomx jinħarġu viżi għal soġġorn twil validi għal Ġibiltà.

ARTIKOLU 50

Permessi ta’ residenza fir-rigward ta’ Ġibiltà

1.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom ikunu responsabbli għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ permessi ta’ residenza fir-rigward ta’ Ġibiltà. Tali permessi ta’ residenza jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu biss, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti skont l-Artikolu 45.

2.    Qabel ma joħorġu jew iġeddu permess ta’ residenza, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja.



3.    Fi żmien 28 jum kalendarju min-notifika skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jistgħu jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bl-oġġezzjoni tagħhom għall-ħruġ jew it-tiġdid ta’ permess ta’ residenza fejn l-applikant jitqies, f’konformità mal-acquis ta’ Schengen, bħala theddida għall-ordni pubbliku 12 , is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, inkluż abbażi ta’ allert maħruġ fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx joħorġu jew iġeddu l-permess ta’ residenza, u għandhom jinfurmaw lill-applikant bl-eżitu u jipprovdu lill-applikant bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja. Fuq talba tal-applikant, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-obbligi tagħhom skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, jinfurmaw lill-applikant dwar:

(a)    id-deċiżjoni tagħhom li joġġezzjonaw għall-ħruġ jew it-tiġdid ta’ permess ta’ residenza;

(b)    ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-ħruġ jew it-tiġdid tal-permess ta’ residenza, minħabba li l-applikant jitqies ta’ theddida għall-ordni pubbliku, jew għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet internazzjonali, flimkien, fejn xieraq, mal-essenza tar-raġunijiet; u

(c)    ir-rimedji xierqa f’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għan-notifiki skont dan il-paragrafu.



4.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jistgħu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li l-perjodu ta’ 28 jum kalendarju msemmi fil-paragrafu 3 huwa estiż b’massimu ta’ 14-il jum kalendarju. In-nuqqas ta’ tweġiba sal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ 28 jum kalendarju għandu jitqies bħala tweġiba pożittiva. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom joqogħdu lura milli joħorġu jew iġeddu permess ta’ residenza qabel tmiem il-perjodu previst f’dan il-paragrafu.

L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għal dan il-paragrafu.

5.    Fejn ikun hemm raġunijiet biex issir oġġezzjoni għal persuna li jkollha permess ta’ residenza, inkluż meta d-detentur jitqies bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ Stat Membru, inkluż abbażi ta’ twissija maħruġa fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex jirtiraw dak il-permess ta’ residenza. F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jirtiraw il-permess ta’ residenza mingħajr dewmien u għandhom jipprovdu lid-detentur bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja. Fuq talba tad-detentur, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-obbligi tagħhom skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, jinfurmaw lid-detentur dwar:

(a)    id-deċiżjoni tagħhom li jitolbu l-irtirar ta’ permess ta’ residenza;

(b)    ir-raġunijiet għalfejn id-detentur jitqies ta’ theddida għall-ordni pubbliku, jew għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet internazzjonali, flimkien, fejn xieraq, mal-essenza tar-raġunijiet; u



(c)    ir-rimedji xierqa f’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għan-notifiki skont dan il-paragrafu.

6.    Meta permess ta’ residenza jinħareġ, jew ma jiġix irtirat, minħabba li l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja ma jkunux oġġezzjonaw għalih skont il-paragrafi 3 jew 5 u minkejja allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul, jew għall-finijiet ta’ ritorn, dak il-permess ta’ residenza ma jagħtix lid-detentur id-dritt li jidħol fit-territorju tal-Istati Membri.

7.    Permess ta’ residenza fir-rigward ta’ Ġibiltà għandu jikkonforma mal-format uniformi stabbilit fid-dritt tal-Unjoni u għandu jkollu indikazzjonijiet ċari li huwa validu għal Ġibiltà.

8.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jipprovdi lir-Renju ta’ Spanja b’kampjuni ta’ permessi fir-rigward ta’ Ġibiltà u kwalunkwe modifika sussegwenti għalihom bl-għan li Spanja tinnotifikahom lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 39(1)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

9.    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jaħtar, f’konformità mal-Artikolu 68, l-awtorità responsabbli biex tirċievi l-informazzjoni skont dan l-Artikolu. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinnotifika, f’konformità mal-Artikolu 68, lill-awtorità responsabbli biex tirċievi applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza, toħroġ jew iġġedded permessi ta’ residenza fir-rigward ta’ Ġibiltà u tippreżenta informazzjoni lir-Renju ta’ Spanja skont dan l-Artikolu.



10.    Dan l-Artikolu għandu japplika sad-data li fiha jibdew l-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skont ir-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 . Minn dik id-data, għandu japplika l-Artikolu 51.

11.    L-Unjoni għandha tinforma lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bid-data li fiha se jibdew l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 9, qabel dik id-data.

12.    Il-paragrafi minn 2 sa 6 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)    membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, imsemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE;

(b)    ċittadin tal-Iżlanda, tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, tar-Renju tan-Norveġja, tal-Konfederazzjoni Żvizzera, tal-Prinċipat ta’ Andorra jew tar-Repubblika ta’ San Marino u tal-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom li skont ftehimiet mal-Unjoni jgawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (a).

13.    Fil-każ ta’ persuni u membri tal-familja li jifformaw parti mill-unità domestika tagħhom stazzjonati f’servizz mal-forzi tar-Renju Unit jew mar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jkunu oġġezzjonaw għall-ħruġ tal-permess ta’ residenza f’konformità mal-paragrafu 3, għandu jinħarġilhom permess ta’ residenza b’validità territorjali limitata għal Ġibiltà.



ARTIKOLU 51

Permessi ta’ residenza fir-rigward ta’ Ġibiltà

1.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom ikunu responsabbli għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ permessi ta’ residenza fir-rigward ta’ Ġibiltà. Tali permessi ta’ residenza jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu biss, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti skont l-Artikolu 45.

2.    Qabel ma joħorġu jew iġeddu permess ta’ residenza, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja.

3.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiżguraw li d-data meħtieġa biex ir-Renju ta’ Spanja jkun jista’ jikkonforma mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza magħmula f’Ġibiltà, tinġabar u tiġi ttrasferita lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta ssir l-applikazzjoni.

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiżguraw li:

(a)    id-data miġbura tkun preċiża, aġġornata u ta’ kwalità u kompletezza ta’ livell adegwat;

(b)    tkun inġabret legalment, filwaqt li jiġu rrispettati s-salvagwardji stabbiliti f’dak il-Kapitolu;

(c)    l-applikant ikun ingħata l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 37(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008; u



(d)    meta japplika, l-applikant ikun ipprovda l-kunsens għall-ipproċessar tad-data tiegħu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

4.    Fi żmien 28 jum kalendarju min-notifika skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jistgħu jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bl-oġġezzjoni tagħhom għall-ħruġ jew it-tiġdid ta’ permess ta’ residenza fejn l-applikant jitqies, f’konformità mal-acquis ta’ Schengen, bħala theddida għall-ordni pubbliku 14 , is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, inkluż abbażi ta’ allert maħruġ fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx joħorġu jew iġeddu l-permess ta’ residenza, u għandhom jinfurmaw lill-applikant bl-eżitu u jipprovdu lill-applikant bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja. Fuq talba tal-applikant, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-obbligi tagħhom skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, jinfurmaw lill-applikant dwar:

(a)    id-deċiżjoni tagħhom li joġġezzjonaw għall-ħruġ jew it-tiġdid ta’ permess ta’ residenza;

(b)    ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-ħruġ jew it-tiġdid tal-permess ta’ residenza, minħabba li l-applikant jitqies ta’ theddida għall-ordni pubbliku, jew għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet internazzjonali, flimkien, fejn xieraq, mal-essenza tar-raġunijiet; u

(c)    ir-rimedji xierqa f’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għan-notifiki skont dan il-paragrafu.



5.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jistgħu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li l-perjodu ta’ 28 jum kalendarju msemmi fil-paragrafu 3 huwa estiż b’massimu ta’ 14-il jum kalendarju. In-nuqqas ta’ tweġiba sal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ 28 jum kalendarju għandu jitqies bħala tweġiba pożittiva. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom joqogħdu lura milli joħorġu jew iġeddu permess ta’ residenza qabel tmiem il-perjodu previst f’dan il-paragrafu.

L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għan-notifiki skont dan il-paragrafu.

6.    Fejn ikun hemm raġunijiet biex issir oġġezzjoni għal persuna li jkollha permess ta’ residenza, inkluż meta d-detentur jitqies bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ Stat Membru, inkluż abbażi ta’ twissija maħruġa fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex jirtiraw dak il-permess ta’ residenza. F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jirtiraw il-permess ta’ residenza mingħajr dewmien u għandhom jipprovdu lid-detentur bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja. Fuq talba tad-detentur, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-obbligi tagħhom skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, jinfurmaw lid-detentur dwar:

(a)    id-deċiżjoni tagħhom li jitlobu l-irtirar ta’ permess ta’ residenza;

(b)    ir-raġunijiet għalfejn id-detentur jitqies ta’ theddida għall-ordni pubbliku, jew għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet internazzjonali, flimkien, fejn xieraq, mal-essenza tar-raġunijiet; u



(c)    ir-rimedji xierqa f’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għan-notifiki skont dan il-paragrafu.

7.    Meta permess ta’ residenza jinħareġ, jew ma jiġix irtirat, minħabba li l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja ma jkunux oġġezzjonaw għalih skont il-paragrafi 4 jew 6 u minkejja allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul, jew għall-finijiet ta’ ritorn, dak il-permess ta’ residenza ma jagħtix lid-detentur id-dritt li jidħol fit-territorju tal-Istati Membri.

8.    Permess ta’ residenza fir-rigward ta’ Ġibiltà għandu jikkonforma mal-format uniformi stabbilit fid-dritt tal-Unjoni u għandu jkollu indikazzjonijiet ċari li huwa validu għal Ġibiltà.

9.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jipprovdi lil Spanja b’kampjuni ta’ permessi fir-rigward ta’ Ġibiltà u kwalunkwe modifika sussegwenti għalihom bl-għan li r-Renju ta’ Spanja jinnotifikahom lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 39(1)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

10.    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jaħtar, f’konformità mal-Artikolu 68, l-awtorità responsabbli biex tirċievi l-informazzjoni skont dan l-Artikolu. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinnotifika, f’konformità mal-Artikolu 68, l-awtorità responsabbli biex tirċievi applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza, toħroġ jew iġġedded permessi ta’ residenza fir-rigward ta’ Ġibiltà u tippreżenta informazzjoni lir-Renju ta’ Spanja skont dan l-Artikolu.

11.    Il-paragrafi minn 2 sa 7 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)    membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, imsemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE;



(b)    ċittadin tal-Iżlanda, tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, tar-Renju tan-Norveġja, tal-Konfederazzjoni Żvizzera, tal-Prinċipat ta’ Andorra jew tar-Repubblika ta’ San Marino u tal-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom li skont ftehimiet mal-Unjoni jgawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (a).

12.    Fil-każ ta’ persuni u membri tal-familja li jifformaw parti mill-unità domestika tagħhom stazzjonati f’servizz mal-forzi tar-Renju Unit jew mar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jkunu oġġezzjonaw għall-ħruġ tal-permess ta’ residenza f’konformità mal-paragrafu 4, għandu jinħarġilhom permess ta’ residenza b’validità territorjali limitata għal Ġibiltà.

ARTIKOLU 52

Regola tranżizzjonali għall-permessi ta’ residenza

1.    Il-permessi ta’ residenza maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ sentejn kalendarji wara dik id-data jew sad-data ta’ skadenza tagħhom, skont liema tiġi l-ewwel.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jipprovdi lil Spanja b’kampjuni ta’ dawn il-permessi u kwalunkwe modifika sussegwenti għalihom bl-għan li r-Renju ta’ Spanja jinnotifikahom lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39(1)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.



3.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja dwar id-detenturi tal-permessi ta’ residenza fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jistgħu, abbażi ta’ kontrolli fuq tali persuni fil-bażijiet tad-data rilevanti tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali, inkluża s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex jirtiraw permess ta’ residenza meta l-applikant jitqies, f’konformità mal-acquis ta’ Schengen, bħala theddida għall-ordni pubbliku 15 , għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri. Malli jirċievu tali talba, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jirtiraw il-permess ta’ residenza rilevanti soġġett għal dritt ta’ appell quddiem qorti nazzjonali.

L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għan-notifiki skont dan il-paragrafu.

4.    Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għal:

(a)    membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, imsemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE;

(b)    ċittadin tal-Iżlanda, tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, tar-Renju tan-Norveġja, tal-Konfederazzjoni Żvizzera, tal-Prinċipat ta’ Andorra jew tar-Repubblika ta’ San Marino u tal-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom li skont ftehimiet mal-Unjoni jgawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (a).


KAPITOLU 2

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI U R-RITORN

ARTIKOLU 53

Applikanti għall-protezzjoni internazzjonali

1.    Soġġett għall-paragrafi 6 sa 10, meta persuna tagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f’Ġibiltà, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom ikunu responsabbli għall-eżami ta’ dik l-applikazzjoni.

2.    Meta ssir applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-paragrafu 1, l-applikant għandu jiġi skortat mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, lejn iż-Żona ta’ Kontroll tat-Tieni Linja għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, soġġett għall-paragrafu 5. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, soġġett għall-paragrafu 5.

3.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta persuna tkun għaddejja mill-verifiki fuq il-fruntiera mwettqa skont l-Artikolu 29, hija tista’ tagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali quddiem l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jew quddiem dawk tar-Renju ta’ Spanja.

4.    Meta persuna tagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali qabel jew matul it-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri mwettqa skont l-Artikolu 29, il-verifiki għandhom jitlestew.



Fil-każ li l-verifiki fuq il-fruntieri jiskattaw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni ta’ segwitu kif imsemmi fl-Artikolu 34, tali azzjoni għandha tittieħed sa fejn tirrispetta u ma ddgħajjifx id-dritt għall-protezzjoni internazzjonali u l-prinċipju ta’ non-refoulement.

Meta ssir applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-paragrafu 3, l-applikant għandu jiġi skortat mill-awtoritajiet kompetenti li quddiemhom ikun għamel l-applikazzjoni lejn iż-Żona ta’ Kontroll tat-Tieni Linja għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, soġġett għall-paragrafu 5.

Meta persuna tagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali quddiem l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, ir-Renju ta’ Spanja għandu jkun responsabbli għall-eżami ta’ dik l-applikazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik domestika.

Meta persuna tagħmel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali quddiem l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jkun responsabbli għall-eżami ta’ dik l-applikazzjoni f’konformità mal-liġi domestika, u soġġett għall-paragrafi 6 sa 10.

5.    Għall-finijiet tal-eżami ta’ applikazzjonijiet individwali u wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx:

(a)    jiżvelaw informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-fatt li tkun saret applikazzjoni, lill-persuna/i li allegatament ikun(u) l-awtur(i) tal-persekuzzjoni jew ħsara serja;



(b)    jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-allegat(i) l-awtur(i) tal-persekuzzjoni jew tal-ħsara serja b’mod li jirriżulta li tali awtur(i) jiġi/u informat(i) direttament bil-fatt li saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li dan jhedded l-integrità fiżika tal-applikant jew tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż ta’ oriġini.

6.    Meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata f’konformità mal-istandards li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli fl-Unjoni fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tagħha, kif ukoll fir-rigward tal-proċeduri applikabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tal-applikanti.

7.    Meta l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jiġu infurmati b’applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f’konformità mal-paragrafu 2, huma jistgħu jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fi żmien 14-il jum kalendarju mill-oġġezzjoni tagħhom għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom joqogħdu lura milli jagħtu protezzjoni internazzjonali sakemm ikunu taw kunsiderazzjoni sħiħa lil kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja bid-deċiżjoni finali u r-raġunijiet għaliha, soġġett għall-paragrafu 5.



L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk il-perjodu ta’ 14-il jum kalendarju msemmi fl-ewwel sentenza jkun se jiġi estiż b’massimu ta’ 14-il jum kalendarju. In-nuqqas ta’ tweġiba sal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ 14-il jum kalendarju għandu jitqies bħala tweġiba pożittiva. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom joqogħdu lura milli jagħtu protezzjoni internazzjonali qabel tmiem il-perjodu previst f’dan il-paragrafu.

8.    Meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, huwa għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li applikant, għajr ċittadin tal-Unjoni, ma jingħatax permess jidħol, u ma jitħalliex jidħol, fit-territorju tal-Istati Membri għat-tul tal-proċedura għal protezzjoni internazzjonali u sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja għandhom mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-iskortar tal-persuna lejn iż-Żona ta’ Kontroll tat-Tieni Linja, jieħdu u jittrażmettu d-data ta’ persuni, minbarra ċittadini tal-Unjoni, li jkunu għamlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont il-paragrafu 1 u jittrażmettu dik id-data fl-EURODAC.

9.    Meta persuna tingħata protezzjoni internazzjonali mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinħarġilha permess ta’ residenza, li għandu jkollu validità territorjali limitata għal Ġibiltà.



Meta tkun ittieħdet deċiżjoni finali li tirrifjuta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-persuna kkonċernata titneħħa minn Ġibiltà, f’konformità mar-regoli u s-salvagwardji li jiżguraw standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 .

10.    Meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun responsabbli għal applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u fejn l-applikant ikun ivvjaġġa b’mod irregolari lejn Stat Membru jew Stat li jkun ikkonkluda ftehim mal-Unjoni dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil, l-applikant għandu jintbagħat lura lejn Ġibiltà.


KAPITOLU 3

KOOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA

ARTIKOLU 54

Skambju tal-informazzjoni

1.    L-objettiv ta’ dan l-Artikolu huwa li jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikunu jistgħu, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-liġi domestika tagħhom u fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat tagħhom, u sa fejn dan ma jkunx previst f’dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu 4 ta’ dan it-Titolu, jassistu lil xulxin billi jagħtu l-informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta’:

(a)    il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, inkluża l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar illegali;

(b)    l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c)    is-salvagwardja kontra, u l-prevenzjoni ta’, theddid għas-sikurezza pubblika; u

(d)    il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

2.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “awtorità kompetenti” tfisser pulizija domestika, awtorità doganali jew awtorità oħra li hija kompetenti skont il-liġi domestika biex twettaq attivitajiet għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.



3.    Informazzjoni, inkluż dwar persuni mfittxija u neqsin kif ukoll oġġetti, tista’ tintalab minn awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ta’ Stat Membru, jew tingħata spontanjament lil awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ta’ Stat Membru. L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta bi tweġiba għal talba jew spontanjament, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-liġi domestika li tapplika għall-awtorità kompetenti li tipprovdi u fl-ambitu tas-setgħat tagħha.

4.    L-informazzjoni tista’ tintalab u tingħata sa fejn il-kundizzjonijiet tal-liġi domestika li tapplika għall-awtorità kompetenti rikjedenti jew l-awtorità kompetenti li tipprovdi ma jistipulawx li t-talba jew l-għoti ta’ informazzjoni għandhom isiru jew jiġu mgħoddija permezz tal-awtoritajiet ġudizzjarji.

5.    F’każijiet urġenti, l-awtorità kompetenti li tipprovdi għandha twieġeb għal talba, jew tipprovdi informazzjoni spontanjament, malajr kemm jista’ jkun.

6.    Awtorità rikjedenti ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’, f’konformità mal-liġi domestika rilevanti, fil-mument li tagħmel it-talba jew aktar tard, titlob il-kunsens mill-awtorità li tipprovdi ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet biex l-informazzjoni tintuża għal finijiet evidenzjali fi proċedimenti quddiem awtorità ġudizzjarja. L-awtorità li tipprovdi l-informazzjoni tista’, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu V ta’ din il-Parti u fil-liġi domestika tagħha, tagħti l-kunsens tagħha biex l-informazzjoni tintuża għal finijiet evidenzjali quddiem awtorità ġudizzjarja fi Stat Membru, meta l-awtorità rikjedenti tkun tappartjeni għal din tal-aħħar, jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-awtorità rikjedenti tkun tappartjeni għal din tal-aħħar. Bl-istess mod, fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta spontanjament, l-awtorità li tipprovdi l-informazzjoni tista’ tagħti l-kunsens tagħha biex l-informazzjoni tintuża għal finijiet evidenzjali fi proċedimenti quddiem awtorità ġudizzjarja fi Stat Membru, fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta lil awtorità kompetenti ta’ din tal-aħħar, jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta lil awtorità kompetenti ta’ din tal-aħħar. Jekk il-kunsens ma jingħatax skont dan il-paragrafu, l-informazzjoni riċevuta ma għandhiex tintuża għal finijiet evidenzjali fi proċedimenti quddiem awtorità ġudizzjarja.



7.    L-awtorità li tipprovdi tista’, skont il-liġi domestika rilevanti, timponi kundizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni pprovduta.

8.    Skont dan l-Artikolu, awtorità kompetenti tista’ tipprovdi kwalunkwe tip ta’ informazzjoni li jkollha, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-liġi domestika li tapplika għaliha u fl-ambitu tas-setgħat tagħha. Din tista’ tinkludi informazzjoni minn sorsi oħra, biss jekk it-trasferiment ulterjuri ta’ dik l-informazzjoni jkun permess fil-qafas li fih tkun inkisbet mill-awtorità kompetenti li tkun qed tipprovdi l-informazzjoni.

9.    L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta skont dan l-Artikolu permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni adatt, inkluża l-linja ta’ komunikazzjoni sigura għall-fini tal-għoti ta’ informazzjoni permezz tal-Europol, soġġett għall-Artikolu 73.

10.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-komunikazzjonijiet u n-notifiki formali kollha skont dan l-Artikolu għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 6(1). Dan ma jinkludix komunikazzjonijiet u deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet urġenti operazzjonali jew loġistiċi.

ARTIKOLU 55

Issoktar tas-sorveljanza

1.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja li, bħala parti minn investigazzjoni kriminali, qed iżommu taħt sorveljanza fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà, skont il-każ, persuna li hija preżunta li pparteċipat f’reat kriminali elenkat fl-Anness 8 jew persuna taħt sorveljanza li tista’ tassisti fl-identifikazzjoni jew it-traċċar ta’ tali persuna, jistgħu jkomplu s-sorveljanza tagħhom, f’konformità mal-acquis rilevanti ta’ Schengen, f’Ġibiltà jew fi Spanja, rispettivament.



2.    L-arranġamenti amministrattivi bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet prattiċi li jikkonċernaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti u l-aspetti ta’ kooperazzjoni operazzjonali relatati mas-sorveljanza kontinwa msemmija fil-paragrafu 1.

ARTIKOLU 56

Insegwiment mhux interrott

1.    L-uffiċjali tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja li jkunu qed isegwu individwu maqbud fl-att tat-twettiq jew tal-parteċipazzjoni f’wieħed mir-reati elenkati fl-Anness 8 jistgħu jkomplu bl-insegwiment, f’konformità mal-acquis ta’ Schengen rilevanti, f’Ġibiltà jew fi Spanja, rispettivament.

L-istess għandu japplika meta l-persuna li warajha jkunu qegħdin jiġru tkun ħarbet minn kustodja temporanja jew waqt li tkun qiegħda tiskonta sentenza li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà.

2.    L-arranġamenti amministrattivi bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet prattiċi li jikkonċernaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti u l-aspetti ta’ kooperazzjoni operazzjonali relatati mal-insegwiment mhux interrott imsemmi fil-paragrafu 1.


ARTIKOLU 57

Komunikazzjoni

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jinstallaw u jżommu fis-seħħ linji ta’ komunikazzjoni u rabtiet diretti oħra biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni tal-pulizija u doganali bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja, b’mod partikolari għat-trażmissjoni f’waqtha ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ sorveljanza kontinwa u insegwiment mhux interrott.

2.    Barra minn hekk, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jikkunsidraw possibbiltajiet ulterjuri għat-tisħiħ tal-komunikazzjoni diretta bejn il-pulizija u s-servizzi doganali tagħhom. Id-dettalji ta’ dawn l-arranġamenti għandhom jiġu stabbiliti bilateralment.

ARTIKOLU 58

Operazzjonijiet konġunti

1.    Sabiex tiżdied il-kooperazzjoni tal-pulizija, l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, minn naħa waħda, u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, min-naħa l-oħra, jistgħu, fiż-żamma tal-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika u fil-prevenzjoni ta’ reati kriminali, jintroduċu pattulji konġunti u operazzjonijiet konġunti oħra li fihom uffiċjali maħtura jew uffiċjali oħra minn xi naħa jipparteċipaw f’operazzjonijiet fl-Istati Membri jew f’Ġibiltà, skont il-każ.



2.    L-Unjoni fir-rigward tal-Istati Membri tagħha u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jippreżentaw dikjarazzjonijiet rigward l-awtoritajiet kompetenti għall-fini ta’ dan l-Artikolu u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni u l-aspetti prattiċi tagħha f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Tali kundizzjonijiet għandhom fost l-oħrajn jispeċifikaw jekk l-uffiċjali maħtura jew uffiċjali oħra msemmija fil-paragrafu 1 jistgħux jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, ir-responsabbiltà għal azzjonijiet imwettqa mill-uffiċjali tan-naħa li qed tissekonda, kif ukoll il-liġi applikabbli.

3.    Kwalunkwe operazzjoni konġunta, inkluż fejn tieħu l-forma ta’ pattulja konġunta, li sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru jew fit-territorju ta’ Ġibiltà għandha tkun awtorizzata b’mod espliċitu, qabel l-operazzjoni konġunta, rispettivament minn dak l-Istat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li għandu wkoll jieħu sehem fiha.

ARTIKOLU 59

Bażijiet tad-data rilevanti

1.    L-Unjoni għandha tiżgura li l-uffiċjali maħtura jew uffiċjali oħra tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti kif imsemmi fl-Artikolu 58, ikunu jistgħu jikkonsultaw il-bażijiet tad-data domestiċi u internazzjonali rilevanti tagħhom stess, kif permess skont id-dritt tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, matul operazzjoni konġunta fi Stat Membru.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li l-uffiċjali tal-Istati Membri li jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti kif imsemmi fl-Artikolu 58, ikunu jistgħu jikkonsultaw il-bażijiet tad-data nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti tagħhom stess, kif permess skont il-liġi domestika tagħhom, matul operazzjoni konġunta f’Ġibiltà.



ARTIKOLU 60

Protezzjoni u assistenza waqt operazzjoni konġunta

L-Istati Membri li jipparteċipaw f’operazzjoni konġunta u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu lill-uffiċjali ta’ xulxin li jipparteċipaw f’dik l-operazzjoni konġunta fit-territorju tagħhom f’konformità mal-Artikolu 58 bl-istess protezzjoni u assistenza matul id-dmirijiethom bħall-uffiċjali tagħhom stess.

ARTIKOLU 61

Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li t-trasportaturi jittrasferixxu d-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) tat-titjiriet li jaslu f’Ġibiltà lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja. Dawn it-trasferimenti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 .

Għandu japplika l-Artikolu 19.



ARTIKOLU 62

Verifiki msaħħa tal-pulizija

1.    Fejn meħtieġ, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, sabiex jiġu evitati reati kriminali u migrazzjoni irregolari, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u tar-Renju ta’ Spanja għandhom iwettqu verifiki msaħħa tal-pulizija f’Ġibiltà u fiż-żona tal-fruntiera kontigwa, rispettivament.

2.    Verifiki msaħħa tal-pulizija kif imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jieħdu l-forma ta’ operazzjonijiet konġunti f’konformità mal-Artikolu 58.

ARTIKOLU 63

Dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 9 ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u f’Ġibiltà.

Japplika l-Artikolu 19.



TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI, APPLIKAZZJONI, EVALWAZZJONI U INFURZAR

ARTIKOLU 64

Evalwazzjonijiet ta’ Schengen

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jħalli jidħlu rappreżentanti u esperti tal-Unjoni u tal-Istati Membri maħtura minn aġenziji tal-Unjoni li jwettqu evalwazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen minn Spanja skont din il-Parti. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jassisti u jiffaċilita lil dawn ir-rappreżentanti fl-eżerċitar tal-kompiti tagħhom, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 18 inkluż, iżda mhux limitat, għaż-żjarat u l-ispezzjoni tal-infrastruttura li tinsab f’Ġibiltà.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu, malli jirċievi notifika għal dawn iż-żjarat skont l-Artikolu 19(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922, jinforma lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU 65

Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni għandu jlesti evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din il-Parti, inklużi l-arranġamenti amministrattivi msemmija fl-Artikolu 33(5) sa mhux aktar tard minn 4 snin wara li din il-Parti tal-Ftehim tidħol fis-seħħ. Sa dak iż-żmien, il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni għandu, wara konsultazzjonijiet, jindirizza rapport dwar l-evalwazzjoni lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni li għandu jinkludi valutazzjoni tal-arranġamenti amministrattivi stabbiliti fl-Artikolu 33(5). Dak ir-rapport għandu jistabbilixxi l-valutazzjoni komuni tar-rappreżentanti tal-Partijiet jew, alternattivament, il-valutazzjoni tar-rappreżentanti ta’ kull Parti.

ARTIKOLU 66

Terminazzjoni tal-ftehim wara l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni

1.    Wara t-tlestija tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 65 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 334, l-Unjoni, inkluż fuq talba tar-Renju ta’ Spanja, u r-Renju Unit jistgħu jtemmu dan il-Ftehim permezz ta’ notifika bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi. Dan il-Ftehim u kull ftehim supplimentari ma għandhomx jibqgħu fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tnax-il xahar wara d-data tan-notifika.

2.    Meta r-Renju ta’ Spanja jkun talab lill-Unjoni ttemm dan il-Ftehim, f’konformità mal-paragrafu 1, l-Unjoni tipproċedi għal tali terminazzjoni.



ARTIKOLU 67

Sospensjoni tal-obbligi

1.    Minkejja l-Artikolu 334, u b’rispett sħiħ tal-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq il-Partijiet fir-rigward tal-liġi u l-ordni, is-salvagwardja tas-sigurtà interna u l-ġestjoni tat-taqsima tagħhom tal-fruntieri esterni, f’każ ta’ nuqqas serju ta’ rispett tal-impenji skont din il-Parti, jew fejn kwalunkwe Parti tqis li hija esposta għal theddida serja u persistenti għas-sigurtà interna minħabba n-nuqqas ta’ kontrolli bejn l-Unjoni u Ġibiltà, kwalunkwe Parti, wara konsultazzjonijiet ma’ xulxin, tista’ tissospendi temporanjament l-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont it-Titoli I sa V ta’ din il-Parti. L-Unjoni se tqis kif xieraq l-opinjoni tar-Renju ta’ Spanja.

2.    Meta xi waħda mill-Partijiet ikollha l-ħsieb li tissospendi l-obbligi tagħha skont il-paragrafu 1, hija għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-parti l-oħra, permezz tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni. Tali notifika għandha tindika l-perjodu li matulu l-Parti jkollha l-ħsieb tapplika s-sospensjoni temporanja tal-obbligi tagħha. Is-sospensjoni temporanja tal-obbligi tal-Parti għandha tidħol fis-seħħ fit-tmien jum tan-notifika jew fi kwalunkwe data aktar tard kif speċifikat fiha. Fuq din il-bażi, l-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jerġgħu jdaħħlu l-kontrolli fuq il-fruntieri bejn l-Unjoni u Ġibiltà.

ARTIKOLU 68

Notifiki, dikjarazzjonijiet, riżervi u deżinjazzjonijiet

1.    Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jagħmlu n-notifiki u d-deżinjazzjonijiet previsti fl-Artikoli 50(9) u 51(10).



2.    Sa dik l-istess data, l-Unjoni fir-rigward tal-Istati Membri, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jagħmlu d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 58(2).

3.    Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jagħmlu kwalunkwe waħda min-notifiki previsti fl-Artikolu 121(2), l-Artikolu 122(2) u l-Artikolu 130(4).

4.    Sa fejn tali notifika ma tkunx saret, fil-mument imsemmi fl-ewwel paragrafu, in-notifiki jistgħu jsiru malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Matul dak il-perjodu interim, kwalunkwe Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li fir-rigward tiegħu ma tkun saret l-ebda notifika prevista fl-Artikoli 121(2), 122(2) u 130(4), u li ma kienx is-soġġett ta’ indikazzjoni li tali notifika ma għandhiex issir, jista’ jagħmel użu mill-possibbiltajiet previsti f’dak l-Artikolu daqslikieku tali notifika kienet saret fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Fil-każ tal-Artikolu 122(2), Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jagħmlu użu biss mill-possibbiltajiet previsti f’dak l-Artikolu sa fejn dan ikun kompatibbli mal-kriterji biex issir notifika.

5.    In-notifiki previsti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin jistgħu jsiru fi kwalunkwe ħin:

(a)    l-Artikolu 118(4);

(b)    l-Artikolu 124(1);



(c)    l-Artikolu 125(2);

(d)    l-Artikolu 144(1);

(e)    l-Artikolu 145(1);

(f)    l-Artikolu 165(4);

(g)    l-Artikolu 166(5);

(h)    l-Artikolu167(5);

(i)    l-Artikolu 176(2); u

(j)    l-Artikolu 184(3) u (7).

6.    In-notifiki u d-dispożizzjonijiet previsti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu mmodifikati fi kwalunkwe ħin:

(a)    l-Artikolu 58(2);

(b)    l-Artikolu 124(1);

(c)    l-Artikolu 125(2); u

(d)    l-Artikolu 184(3) u (7).



7.    In-notifiki previsti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu rtirati fi kwalunkwe ħin:

(a)    l-Artikolu 121(2);

(b)    l-Artikolu 122(2);

(c)    l-Artikolu 124(1);

(d)    l-Artikolu 130(4);

(e)    l-Artikolu 165(4);

(f)    l-Artikolu 166(5); u

(g)    l-Artikolu167(5).

8.    Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà għandu jinnotifika lill-Unjoni bl-identità tal-awtoritajiet li ġejjin:

(a)    l-awtorità meqjusa bħala l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V ta’ din il-Parti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 74 u deskrizzjoni qasira tal-kompetenzi tagħha;

(b)    l-awtorità meqjusa bħala l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V ta’ din il-Parti, kif imsemmi fil-Punt (b) tal-Artikolu 90, u deskrizzjoni qasira tal-kompetenzi tagħha;

(c)    l-awtorità kompetenti bis-saħħa tal-liġi domestika tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex teżegwixxi mandat ta’ arrest kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 117;



(d)    l-awtorità kompetenti bis-saħħa tal-liġi domestika tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex toħroġ mandat ta’ arrest kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 117;

(e)    l-awtorità taħt l-Artikolu 142; u

(f)    l-awtorità notifikata taħt l-Artikolu 182.

9.    Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha, f’isimha jew f’isem l-Istati Membri tagħha, skont il-każ, tinnotifika lir-Renju Unit dwar l-identità tal-awtoritajiet li ġejjin:

(a)    l-awtorità kompetenti bis-saħħa tal-liġi domestika ta’ kull Stat Membru, biex teżegwixxi mandat ta’ arrest kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 117;

(b)    l-awtorità kompetenti bis-saħħa tal-liġi domestika ta’ kull Stat Membru, biex toħroġ mandat ta’ arrest kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 117;

(c)    l-awtorità għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 142;

(d)    il-korp tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 153;

(e)    l-awtorità ċentrali ta’ kull Stat Membru skont l-Artikolu 182(1); u

(f)    kwalunkwe korp tal-Unjoni nnotifikat skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 182(3) u jekk huwiex maħtur ukoll bħala awtorità ċentrali skont l-aħħar sentenza ta’ dak il-paragrafu.



10.    Meta l-Unjoni tagħmel notifika jew dikjarazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu, hija għandha tindika għal liema mill-Istati Membri tagħha tapplika n-notifika jew id-dikjarazzjoni jew jekk hijiex qed tagħmel in-notifika jew id-dikjarazzjoni f’isimha stess.

11.    L-Unjoni, Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jinnotifikaw aktar minn awtorità waħda fir-rigward tal-paragrafi 2, 7 u 8, skont il-każ, u jistgħu jillimitaw tali notifiki għal finijiet partikolari biss.

12.    In-notifiki msemmija fil-paragrafi 7 u 8 jistgħu jiġu modifikati fi kwalunkwe ħin.

13.    In-notifiki, id-dikjarazzjonijiet, ir-riżervi u d-deżinjazzjonijiet kollha msemmija f’dan l-Artikolu għandhom isiru permezz tal-mekkaniżmu stabbilit f’konformità mal-Artikolu 19.

ARTIKOLU 69

Eċċezzjoni dwar is-sigurtà

Xejn fit-Titoli I sa IV ta’ din il-Parti ma għandu jipprevjeni lill-Partijiet jew lill-Istati Membri milli jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jissalvagwardjaw is-sigurtà nazzjonali tagħhom.



TITOLU V

INFURZAR TAL-LIĠI U KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA

ARTIKOLU 70

Objettiv

1.    L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li jipprevedi l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, minn naħa, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ġlieda kontrihom.

2.    Dan it-Titolu japplika biss għall-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali li jseħħu esklużivament bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, minn naħa, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, min-naħa l-oħra. Ma japplikax għal sitwazzjonijiet li jinqalgħu bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u lanqas ma japplika għall-attivitajiet tal-awtoritajiet b’responsabbiltajiet għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali meta jaġixxu f’dan il-qasam.



ARTIKOLU 71

Ambitu tal-kooperazzjoni jekk Stat Membru ma jibqax jipparteċipa
f’miżuri analogi skont id-dritt tal-Unjoni

1.    Dan l-Artikolu japplika jekk Stat Membru ma jibqax jipparteċipa fid-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni relatati mal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali analogi għal kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti ta’ dan it-Titolu, jew igawdi drittijiet skont dawn id-dispożizzjonijiet.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jinnotifika lill-Unjoni bil-miktub bl-intenzjoni tiegħu li jieqaf jopera d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din il-Parti fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru.

3.    Notifika mogħtija skont il-paragrafu 2 tidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih, li ma għandhiex tkun qabel id-data li fiha l-Istat Membru ma jibqax jipparteċipa fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew igawdi drittijiet skonthom.


KAPITOLU 1

KOOPERAZZJONI MAL-EUROPOL

ARTIKOLU 72

Objettiv

L-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jistabbilixxi relazzjonijiet kooperattivi bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, sabiex jiġu sostnuti u jissaħħu l-azzjoni mill-Istati Membri u mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif ukoll il-kooperazzjoni reċiproka bejniethom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra reati serji, terroriżmu u forom ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 75.

ARTIKOLU 73

Komunikazzjoni

Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki kollha msemmija f’dan il-Kapitolu għandhom jitwettqu permezz tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 77(1) jew tal-uffiċjali ta’ kollegament kif stabbiliti fl-Artikoli 77(4) tar-Renju Unit lill-Europol ħlief fejn japplika l-Artikolu 77(2).



ARTIKOLU 74

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “awtorità kompetenti” tfisser, għall-Unjoni, l-Europol u, għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, awtorità domestika tal-infurzar tal-liġi, responsabbli skont il-liġi domestika għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali f’Ġibiltà;

(b)    “Europol” tfisser l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 (ir-“Regolament Europol”).

ARTIKOLU 75

Forom ta’ reati

1.    Il-kooperazzjoni stabbilita skont dan il-Kapitolu hija relatata mal-forom ta’ kriminalità fil-kompetenza tal-Europol, kif elenkati fl-Anness 10, inklużi reati kriminali relatati.



2.    Reati kriminali relatati huma reati kriminali mwettqa sabiex jinkisbu l-mezzi bl-għan li jitwettqu l-forom ta’ reati msemmija fil-paragrafu 1, reati kriminali mwettqa sabiex jiġu ffaċilitati jew jitwettqu tali reati, u reati kriminali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-impunità ta’ tali reati.

3.    Meta l-lista ta’ forom ta’ kriminalità li għalihom hija kompetenti l-Europol skont id-dritt tal-Unjoni tinbidel, il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni jista’, fuq proposta mill-Unjoni, jemenda l-Anness 10 kif xieraq mid-data meta tidħol fis-seħħ il-bidla fil-kompetenza tal-Europol.

ARTIKOLU 76

Ambitu tal-kooperazzjoni

Il-kooperazzjoni tista’, flimkien mal-iskambju ta’ data personali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu u f’konformità mal-kompiti tal-Europol kif definiti fir-Regolament tal-Europol, b’mod partikolari tinkludi:

(a)    l-iskambju ta’ informazzjoni bħal għarfien speċjalizzat;

(b)    rapporti ġenerali dwar is-sitwazzjoni;

(c)    ir-riżultati tal-analiżi strateġika;

(d)    informazzjoni dwar proċeduri ta’ investigazzjoni kriminali;



(e)    informazzjoni dwar metodi ta’ prevenzjoni tal-kriminalità;

(f)    parteċipazzjoni fl-attivitajiet tat-taħriġ; u

(g)    l-għoti ta’ pariri u appoġġ f’investigazzjonijiet kriminali individwali kif ukoll kooperazzjoni operazzjonali.

ARTIKOLU 77

Punt ta’ kuntatt nazzjonali u uffiċjali ta’ kollegament

1.    Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali tar-Renju Unit għall-Europol, maħtur skont l-Artikolu 568(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, għandu jaġixxi bħala l-punt ċentrali ta’ kuntatt bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

2.    L-iskambju ta’ informazzjoni u notifiki bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jseħħ bejn l-Europol u l-punt ta’ kuntatt nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1, ħlief meta l-iskambju dirett ta’ informazzjoni jkun meħtieġ f’każijiet urġenti u jitqies xieraq kemm mill-Europol kif ukoll mill-awtorità kompetenti rilevanti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

3.    Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ukoll il-punt ta’ kuntatt ċentrali fir-rigward tar-rieżami, il-korrezzjoni u t-tħassir ta’ data personali.



4.    L-uffiċjali ta’ kollegament issekondati mir-Renju Unit lill-Europol, skont l-Artikolu 568(4) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-kooperazzjoni stabbilita skont dan il-Kapitolu fir-rigward tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Uffiċjal ta’ kollegament issekondat mill-Europol lir-Renju Unit jista’ jiffaċilita wkoll il-kooperazzjoni fir-rigward tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

5.    Ir-Renju Unit għandu jiżgura li l-uffiċjali ta’ kollegament imsemmija fil-paragrafu 4 ikollhom aċċess rapidu għall-bażijiet tad-data domestiċi rilevanti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li huma meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

6.    Id-dettalji tal-kompiti tal-uffiċjali ta’ kollegament responsabbli għal Ġibiltà, kif imsemmija fil-paragrafu 4, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u l-kostijiet involuti għandhom ikunu rregolati minn arranġamenti ta’ ħidma konklużi bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif imsemmija fl-Artikolu 86.

7.    L-uffiċjali ta’ kollegament responsabbli għal Ġibiltà, kif imsemmija fil-paragrafu 4, u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jiġu mistiedna għal laqgħat operazzjonali. L-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri u l-uffiċjali ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi, il-persunal tal-Europol u partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jattendu laqgħat organizzati mill-uffiċjali ta’ kollegament responsabbli għal Ġibiltà, kif imsemmija fil-paragrafu 4, jew mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU 78

Skambji ta’ informazzjoni

1.    L-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-objettiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Id-data personali għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2.

2.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw b’mod ċar, mhux aktar tard mill-mument tat-trasferiment ta’ data personali, l-iskop jew l-iskopijiet speċifiċi li għalihom tkun qed tiġi ttrasferita d-data personali. Għal trasferimenti lill-Europol, l-iskop jew l-iskopijiet ta’ tali trasferiment għandu/għandhom ikun(u) speċifikat(i) f’konformità mal-iskopijiet speċifiċi tal-proċessar stabbiliti fir-Regolament tal-Europol. Jekk l-awtorità trasferenti kompetenti ma tkunx għamlet dan, l-awtorità kompetenti riċeventi, bi qbil mal-awtorità trasferenti, għandha tipproċessa d-data personali sabiex tiddetermina r-rilevanza tagħha kif ukoll il-fini jew il-finijiet li għalihom għandha tiġi pproċessata ulterjorment. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipproċessaw id-data personali għal skop ieħor għajr l-iskop li għalih tkun ġiet ipprovduta biss jekk ikunu awtorizzati li jagħmlu dan mill-awtorità trasferenti kompetenti.

3.    L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu d-data personali għandhom jieħdu impenn li fih jiddikjaraw li tali data tiġi pproċessata biss għall-iskop li għalih tkun ġiet ittrasferita. Id-data personali għandha titħassar malli ma tibqax meħtieġa għall-iskop li għalih tkun ġiet ittrasferita.

4.    L-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiddeterminaw mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jirċievu d-data personali, jekk u sa liema punt dik id-data personali tkun meħtieġa għall-fini li għalih tkun ġiet ittrasferita u jinformaw lill-awtorità trasferenti kif xieraq.



ARTIKOLU 79

Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal data personali trasferita u fuq l-użu ulterjuri ta’ din

1.    L-awtorità trasferenti kompetenti tista’ tindika, meta titrasferixxi data personali, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għaliha jew fuq l-użu li għandu jsir minnha, f’termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż fir-rigward tat-trasferiment ulterjuri, tat-tħassir jew tal-qerda tagħha wara ċertu perjodu ta’ żmien, jew il-proċessar ulterjuri tagħha. Jekk il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir evidenti wara li d-data personali tkun ġiet ittrasferita, l-awtorità trasferenti kompetenti għandha tinforma lill-awtorità riċeventi kompetenti kif xieraq.

2.    L-awtorità riċeventi kompetenti għandha tikkonforma ma’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess jew fuq l-użu ulterjuri tad-data personali indikata mill-awtorità trasferenti kompetenti kif deskritt fil-paragrafu 1.

3.    Kull Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni trasferita taħt dan il-Kapitolu nġabret, inħażnet u ġiet trasferita skont il-qafas legali rispettiv tagħha. Kull Parti għandha tiżgura, sa fejn ikun possibbli, li tali informazzjoni ma tkunx inkisbet bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Lanqas ma għandha tiġi trasferita tali informazzjoni jekk, sa fejn ikun raġonevolment prevedibbli, tista’ tintuża biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe forma ta’ trattament krudili jew inuman.



ARTIKOLU 80

Kategoriji differenti ta’ soġġetti tad-data

1.    It-trasferiment ta’ data personali fir-rigward ta’ vittmi ta’ reat kriminali, ta’ xhieda jew ta’ persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati kriminali, jew fir-rigward ta’ persuni taħt it-18-il sena, għandu jkun ipprojbit sakemm tali trasferiment ma jkunx strettament meħtieġ u proporzjonat f’każijiet individwali għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra reat kriminali.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Europol għandhom jiżguraw kull wieħed li l-ipproċessar ta’ data personali skont il-paragrafu 1 ikun soġġett għal salvagwardji addizzjonali, inklużi restrizzjonijiet fuq l-aċċess, miżuri ta’ sigurtà addizzjonali u limitazzjonijiet fuq trasferimenti ulterjuri.

ARTIKOLU 81

Il-faċilitazzjoni tal-fluss ta’ data personali bejn ir-Renju Unit,
fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Europol

Fl-interess tal-benefiċċji operazzjonali reċiproċi, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkooperaw fil-futur bil-ħsieb li jiżguraw li l-iskambji ta’ data bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikunu jistgħu jsiru malajr kemm jista’ jkun, u biex jikkunsidraw l-inkorporazzjoni ta’ kwalunkwe proċess u żvilupp tekniku ġdid li jista’ jassisti f’dak l-objettiv, filwaqt li jitqies il-fatt li r-Renju Unit mhuwiex Stat Membru u b’rispett sħiħ għar-reġim ta’ notifiki u komunikazzjonijiet stabbilit skont l-Artikolu 73.



ARTIKOLU 82

Valutazzjoni tal-affidabbiltà tas-sors u l-preċiżjoni tal-informazzjoni

1.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw kemm jista’ jkun, mhux aktar tard minn meta jsir it-trasferiment tal-informazzjoni, l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)    fejn ma hemm ebda dubju dwar l-awtentiċità, l-affidabbiltà u l-kompetenza tas-sors, jew jekk l-informazzjoni tiġi pprovduta minn sors li ta prova li huwa dejjem affidabbli;

(b)    fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi wera li huwa affidabbli;

(c)    fejn l-informazzjoni hija pprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi wera li mhuwiex affidabbli;

(d)    meta l-affidabbiltà tal-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi vvalutata.

2.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw kemm jista’ jkun, sa mhux aktar tard mit-trasferiment tal-informazzjoni, il-preċiżjoni tal-informazzjoni abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)    informazzjoni li ma hemmx dubju dwar il-preċiżjoni tagħha;

(b)    informazzjoni magħrufa personalment mis-sors iżda li mhijiex magħrufa personalment mill-uffiċjal li qed jgħaddiha;



(c)    informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors iżda kkorroborata minn informazzjoni oħra diġà rreġistrata;

(d)    informazzjoni li mhijiex magħrufa personalment mis-sors u li ma tistax tiġi korroborata.

3.    Meta l-awtorità riċeventi kompetenti, fuq il-bażi ta’ informazzjoni diġà fil-pussess tagħha, tasal għall-konklużjoni li l-valutazzjoni tal-informazzjoni jew tas-sors tagħha pprovduta mill-awtorità trasferenti kompetenti f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 teħtieġ korrezzjoni, hija għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u għandha tipprova taqbel dwar emenda għall-valutazzjoni. L-awtorità riċeventi kompetenti ma għandhiex tbiddel il-valutazzjoni tal-informazzjoni riċevuta jew tas-sors tagħha mingħajr tali ftehim.

4.    Jekk awtorità kompetenti tirċievi informazzjoni mingħajr valutazzjoni, hija għandha tipprova kemm jista’ jkun u fejn possibbli bi ftehim mal-awtorità trasferenti kompetenti tivvaluta l-affidabbiltà tas-sors jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni li diġà tkun fil-pussess tagħha.

5.    Jekk ma tkun tista’ ssir l-ebda valutazzjoni affidabbli, l-informazzjoni għandha tiġi evalwata kif previst fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-punt (d) tal-paragrafu 2.

ARTIKOLU 83

Sigurtà tal-iskambju ta’ informazzjoni

1.    Il-miżuri tekniċi u organizzazzjonali stabbiliti biex jiżguraw is-sigurtà tal-iskambju ta’ informazzjoni skont dan il-Kapitolu għandhom jiġu stabbiliti f’arranġamenti amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 86.



2.    Il-partijiet jaqblu dwar l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta’ linji ta’ komunikazzjoni siguri għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni skont dan il-Kapitolu.

3.    L-arranġamenti amministrattivi kif imsemmija fl-Artikolu 85 għandhom jirregolaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-linji ta’ komunikazzjoni siguri.

ARTIKOLU 84

Responsabbiltà għall-proċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta’ data personali

1.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli, f’konformità mal-oqfsa legali rispettivi tagħhom, għal kwalunkwe dannu kkawżat lil individwu bħala riżultat ta’ żbalji legali jew fattwali fl-informazzjoni skambjata. Sabiex tiġi evitata r-responsabbiltà skont l-oqfsa legali rispettivi tagħhom fir-rigward ta’ parti li ġġarrab dannu, la l-Europol u lanqas l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà ma jistgħu jasserixxu li l-awtorità kompetenti l-oħra tkun ittrasferiet informazzjoni impreċiża.

2.    Jekk danni jingħataw jew kontra l-Europol jew kontra l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, minħabba l-użu minn kwalunkwe waħda minnhom ta’ informazzjoni li ġiet ikkomunikata bi żball mill-oħra, jew ikkomunikata bħala riżultat ta’ nuqqas min-naħa tal-parti l-oħra li tikkonforma mal-obbligi tagħhom, l-ammont imħallas bħala kumpens skont il-paragrafu 1 mill-Europol jew mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jitħallas lura mill-ieħor, sakemm l-informazzjoni ma ntużatx bi ksur ta’ dan il-Kapitolu.

3.    Il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx jitolbu lil xulxin iħallsu għal danni punittivi jew mhux kompensatorji skont il-paragrafi 1 u 2.



ARTIKOLU 85

Skambju ta’ informazzjoni klassifikata u ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

L-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u sensittiva mhux klassifikata, jekk meħtieġ skont dan il-Kapitolu, għandhom jiġu rregolati f’arranġamenti ta’ ħidma u amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 86.

ARTIKOLU 86

Arranġamenti tax-xogħol u amministrattivi

1.    Id-dettalji tal-kooperazzjoni bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Europol, kif xieraq sabiex jikkomplementaw u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu s-soġġett ta’ arranġamenti tax-xogħol f’konformità mal-Artikolu 23(4) tar-Regolament Europol u ta’ arranġamenti amministrattivi f’konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament Europol konklużi bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit.

2.    Minflok ma jikkonkludu arranġamenti ta’ ħidma u amministrattivi skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u l-Europol jistgħu jaqblu li kwalunkwe arranġament ta’ ħidma jew amministrattiv eżistenti konkluż bejn l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u l-Europol skont l-Artikolu 577 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ Ġibiltà.

3.    Is-sustanza tal-arranġamenti tax-xogħol u amministrattivi tista’ tiġi stabbilita flimkien f’dokument wieħed.



ARTIKOLU 87

Notifika ta’ implimentazzjoni

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Europol għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku dokument li jistabbilixxi f’forma li tinftiehem id-dispożizzjonijiet dwar il-proċessar ta’ data personali ttrasferita skont dan il-Kapitolu inklużi l-mezzi disponibbli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-soġġetti tad-data u kull wieħed għandu jiżgura li kopja ta’ dak id-dokument tiġi pprovduta lill-ieħor.

2.    Fejn mhux diġà fis-seħħ, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Europol għandhom jadottaw arranġamenti prattiċi li jispeċifikaw kif il-konformità mad-dispożizzjonijiet rigward l-ipproċessar ta’ data personali se tiġi infurzata fil-prattika. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Europol għandhom kull wieħed jibagħtu kopja ta’ dawk l-arranġamenti prattiċi lill-ieħor u lill-awtoritajiet superviżorji rispettivi.

ARTIKOLU 88

Setgħat tal-Europol

Xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jiġi interpretat li joħloq obbligu fuq il-Europol li tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, lil hinn mill-kompetenza tal-Europol kif stabbilita fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.


KAPITOLU 2

KOOPERAZZJONI MAL-EUROJUST

ARTIKOLU 89

Objettiv

L-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jistabbilixxi kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fil-ġlieda kontra reati serji kif imsemmi fl-Anness 11.

ARTIKOLU 90

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “Assistent” tfisser persuna li tista’ tassisti lil Membru Nazzjonali u lid-Deputat tal-Membru Nazzjonali, jew lill-Prosekutur ta’ Kollegament, kif imsemmi fir-Regolament tal-Eurojust u fl-Artikolu 95(3) rispettivament;

(b)    “Kulleġġ” tfisser il-Kulleġġ tal-Eurojust, kif imsemmi fir-Regolament Eurojust;



(c)    “awtorità kompetenti” tfisser, għall-Unjoni, il-Eurojust, irrappreżentata mill-Kulleġġ jew minn Membru Nazzjonali u, għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, awtorità domestika b’responsabbiltajiet skont id-dritt domestiku relatati mal-investigazzjoni u mal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali f’Ġibiltà;

(d)    “Korrispondent Domestiku għal Kwistjonijiet dwar it-Terroriżmu” tfisser il-punt ta’ kuntatt magħżul mir-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 94, responsabbli għat-trattament ta’ korrispondenza relatata ma’ kwistjonijiet ta’ terroriżmu;

(e)    “Eurojust” tfisser l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, imwaqqfa skont ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 (ir-“Regolament Eurojust”);

(f)    “Maġistrat ta’' Kollegament” tfisser il-maġistrat mibgħut mill-Eurojust fir-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 96;

(g)    “Prosekutur ta’ Kollegament” tfisser il-prosekutur pubbliku ssekondat mir-Renju Unit lill-Eurojust u soġġett għal-liġi domestika tar-Renju Unit fir-rigward tal-istatus tal-prosekutur pubbliku, f’konformità mal-Artikolu 95(3);

(h)    “Membru Nazzjonali” tfisser il-Membru Nazzjonali ssekondat lill-Eurojust minn kull Stat Membru, kif imsemmi fir-Regolament Eurojust.



ARTIKOLU 91

Komunikazzjoni

Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki kollha msemmija taħt dan il-Kapitolu għandhom jitwettqu permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 94 u l-prosekuturi ta' kollegament kif stabbilit fl-Artikolu 95.

ARTIKOLU 92

Forom ta’ reati

1.    Il-kooperazzjoni stabbilita skont dan il-Kapitolu hija relatata mal-forom ta’ kriminalità serja fil-kompetenza tal-Eurojust, kif elenkati fl-Anness 11, inklużi reati kriminali relatati.

2.    Reati kriminali relatati huma reati kriminali mwettqa sabiex jinkisbu l-mezzi bil-għan li jitwettqu l-forom ta’ reati serji msemmija fil-paragrafu 1, reati kriminali mwettqa sabiex jiġu ffaċilitati jew jitwettqu tali reati serji, u reati kriminali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-impunità ta’ tali reati serji.

3.    Meta l-lista ta’ forom ta’ kriminalità serja li għalihom hija kompetenti l-Eurojust skont id-dritt tal-Unjoni tinbidel, il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni jista’, fuq proposta mill-Unjoni, jemenda l-Anness 11 kif xieraq mid-data li fiha tidħol fis-seħħ il-bidla fil-kompetenza tal-Eurojust.



ARTIKOLU 93

Ambitu tal-kooperazzjoni

Il-partijiet għandhom jiżguraw li l-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jikkooperaw fl-oqsma ta’ attività stabbiliti fl-Artikoli 2 u 54 tar-Regolament dwar l-Eurojust u f’dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 94 DEFINIZZJONIJIET

Punt ta’ kuntatt tal-Eurojust

Il-punt(i) ta’ kuntatt tal-Eurojust, maħtur(a) jew stabbilit(i) mir-Renju Unit skont l-Artikolu 584 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, inklużi l-punti ta’ kuntatt maħtura bħala l-Korrispondent Domestiku tar-Renju Unit għal Kwistjonijiet dwar it-Terroriżmu, għandhom iservu wkoll bħala punt(i) ta’ kuntatt tal-Eurojust għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

ARTIKOLU 95

Prosekutur ta’ Kollegament

1.    Il-Prosekutur ta’ Kollegament u l-Assistenti tal-Prosekutur ta’ Kollegament tar-Renju Unit għall-Eurojust, issekondati skont l-Artikolu 585(1) u (3) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni stabbilita skont dan il-Kapitolu, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fl-ambitu tal-kompetenza tagħhom. Meta jkun meħtieġ, l-Assistenti jistgħu jissostitwixxu lill-Prosekutur ta’ Kollegament jew jaġixxu f’ismu.



2.    Id-dettalji tal-kompiti tal-Prosekutur ta’ Kollegament u tal-Assistenti tal-Prosekutur ta’ Kollegament imsemmija fil-paragrafu 1, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u l-kostijiet involuti għandhom ikunu rregolati minn arranġament ta’ ħidma, kif imsemmi fl-Artikolu 104.

3.    Ir-Renju Unit għandu jinforma lill-Eurojust dwar in-natura u l-firxa tar-rwol tal-Prosekutur ta’ Kollegament u l-Assistenti tal-Prosekutur ta’ Kollegament, imsemmija fil-paragrafu 1, sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.

4.    Il-Prosekutur ta’ Kollegament u l-Assistenti tal-Prosekutur ta’ Kollegament imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinsab fir-rekord kriminali domestiku, jew fi kwalunkwe reġistru ieħor tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’konformità mal-liġi domestika fil-każ ta’ prosekutur jew persuna ta’ kompetenza ekwivalenti.

5.    Il-Prosekutur ta’ Kollegament u l-Assistenti tiegħu msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom is-setgħa li jikkuntattjaw direttament lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

6.    Id-dokumenti ta’ ħidma tal-Prosekutur ta’ Kollegament u tal-Assistenti tiegħu msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu invjolabbli mill-Eurojust.



ARTIKOLU 96

Maġistrat ta’ Kollegament

1.    Il-Maġistrat ta’ Kollegament tal-Eurojust stazzjonat fir-Renju Unit, skont l-Artikolu 586(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jista’ jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’każijiet li fihom l-Eurojust tipprovdi assistenza, f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament dwar l-Eurojust.

2.    Id-dettalji tal-kompiti tal-Maġistrat ta’ Kollegament imsemmija fil-paragrafu 1, id-drittijiet u l-obbligi tal-Maġistrat ta’ Kollegament u l-kostijiet involuti, għandhom ikunu rregolati minn arranġament ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 104.

ARTIKOLU 97

Laqgħat operazzjonali u strateġiċi

1.    Il-Prosekutur ta’ Kollegament u l-Assistenti tal-Prosekutur ta’ Kollegament imsemmija fl-Artikolu 95(1) u l-punt ta’ kuntatt għall-Eurojust imsemmi fl-Artikolu 94 jistgħu jipparteċipaw f’laqgħat fir-rigward ta’ kwistjonijiet strateġiċi fuq stedina tal-President tal-Eurojust u f’laqgħat fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali bl-approvazzjoni tal-Membri Nazzjonali kkonċernati.

2.    Il-Membri Nazzjonali, id-Deputati u l-Assistenti tagħhom, id-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust u l-persunal tal-Eurojust jistgħu jattendu laqgħat organizzati mill-Prosekutur ta’ Kollegament u l-Assistenti tal-Prosekutur ta’ Kollegament imsemmija fl-Artikolu 95(1) u l-punt ta’ kuntatt għall-Eurojust imsemmi fl-Artikolu 94.



ARTIKOLU 98

Skambju ta’ data mhux personali

L-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jiskambjaw kwalunkwe data mhux personali sa fejn dik id-data tkun rilevanti għall-kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu, u soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni skont l-Artikolu 103.

ARTIKOLU 99

Skambju ta’ data personali

1.    Id-data personali mitluba u riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti skont dan il-Kapitolu għandha tiġi pproċessata minnhom biss għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 89, għall-finijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2 u soġġett għar-restrizzjonijiet fuq l-aċċess jew l-użu ulterjuri msemmija fil-paragrafu 3.

2.    L-awtorità trasferenti kompetenti għandha tindika b’mod ċar, mhux aktar tard minn meta tittrasferixxi data personali, il-fini jew il-finijiet speċifiċi li għalihom tkun qed tiġi ttrasferita d-data.

3.    L-awtorità trasferenti kompetenti, meta titrasferixxi data personali, tista’ tindika kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għaliha jew fuq l-użu li għandu jsir minnha, f’termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż fir-rigward tat-trasferiment ulterjuri, tat-tħassir jew tal-qerda tagħha wara ċertu perjodu ta’ żmien, jew il-proċessar ulterjuri tagħha. Jekk il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir evidenti wara li d-data personali tkun ġiet provduta, l-awtorità trasferenti għandha tinforma lill-awtorità riċeventi kif xieraq.



4.    L-awtorità riċeventi kompetenti għandha tikkonforma ma’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess jew fuq l-użu ulterjuri tad-data personali indikata mill-awtorità trasferenti kompetenti kif previst fil-paragrafu 3.

ARTIKOLU 100

Kanali ta’ trażmissjoni

1.    L-informazzjoni għandha tiġi skambjata, soġġett għall-paragrafu 3, bejn il-Prosekutur ta’ Kollegament jew l-Assistenti tal-Prosekutur ta’ Kollegament imsemmija fl-Artikolu 95(1) jew, jekk ma jkunx hemm wieħed maħtur jew b’xi mod disponibbli, il-punt ta’ kuntatt tar-Renju Unit għall-Eurojust imsemmi fl-Artikolu 94 u l-Membri Nazzjonali kkonċernati jew il-Kulleġġ.

2.    L-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom it-tnejn li huma jiżguraw li r-rappreżentanti rispettivi tagħhom ikunu awtorizzati jiskambjaw informazzjoni fil-livell xieraq u f’konformità mal-oqfsa legali rispettivi tagħhom, u jiġu skrinjati b’mod adegwat.

3.    Fejn meħtieġ f’każijiet urġenti, jekk l-Eurojust tkun stazzjonat Maġistrat ta’ Kollegament fir-Renju Unit, u fejn jitqies xieraq kemm mill-Maġistrat ta’ Kollegament kif ukoll mill-awtorità kompetenti rilevanti, informazzjoni tista’ tiġi skambjata, bejn il-Maġistrat ta’ Kollegament u kwalunkwe awtorità kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà; f’dak il-każ, il-Prosekutur ta’ Kollegament kif stipulat fl-Artikolu 95(1) jew l-Assistenti tal-Prosekutur ta’ Kollegament għandhom jiġu infurmati dwar dan l-iskambju ta’ informazzjoni.



ARTIKOLU 101

Trasferimenti ulterjuri

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Eurojust ma għandhom jikkomunikaw l-ebda informazzjoni pprovduta mill-parti l-oħra lil kwalunkwe pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tal-Eurojust li tkun ipprovdiet l-informazzjoni u mingħajr salvagwardji xierqa rigward il-protezzjoni ta’ data personali.

ARTIKOLU 102

Responsabbiltà għall-proċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta’ data personali

1.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli, f’konformità mal-oqfsa legali rispettivi tagħhom, għal kwalunkwe dannu kkawżat lil individwu bħala riżultat ta’ żbalji legali jew fattwali fl-informazzjoni skambjata. Sabiex tiġi evitata r-responsabbiltà skont l-oqfsa legali rispettivi tagħhom fir-rigward ta’ parti li ġġarrab dannu, la l-Europol u lanqas l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà ma jistgħu jasserixxu li l-awtorità kompetenti l-oħra tkun ittrasferiet informazzjoni impreċiża.

2.    Jekk jingħataw danni kontra kwalunkwe awtorità kompetenti minħabba li tuża informazzjoni li tkun ġiet ikkomunikata b’mod żbaljat mill-parti l-oħra, jew ikkomunikata bħala riżultat ta’ nuqqas min-naħa tal-parti oħra li tikkonforma mal-obbligi tagħha, l-ammont imħallas bħala kumpens skont il-paragrafu 1 mill-awtorità kompetenti għandu jitħallas lura mill-parti oħra, sakemm l-informazzjoni ma tkunx intużat bi ksur ta’ dan il-Kapitolu.



3.    Il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx jitolbu lil xulxin iħallsu danni punittivi jew mhux kompensatorji skont il-paragrafi 1 u 2.

ARTIKOLU 103

Skambju ta’ informazzjoni klassifikata u ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

L-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u sensittiva mhux klassifikata, jekk meħtieġ skont dan il-Kapitolu, għandhom jiġu rregolati f’arranġament ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 104.

ARTIKOLU 104

Arranġament tax-xogħol

1.    Il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Eurojust, kif xieraq biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu s-soġġett ta’ arranġament ta’ ħidma konkluż bejn l-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit f’konformità mal-Artikoli 47(3) u 56(3) tar-Regolament dwar l-Eurojust.

2.    Minflok ma jikkonkludu arranġament ta’ ħidma skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u l-Eurojust jistgħu jaqblu li kwalunkwe arranġament ta’ ħidma eżistenti bejn l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u l-Eurojust skont l-Artikolu 594 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU 105

Setgħat tal-Eurojust

Xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jiġi interpretat li joħloq obbligu fuq il-Eurojust li tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, lil hinn mill-kompetenzi tal-Eurojust kif stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.

KAPITOLU 3

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI TA’ REKORDS KRIMINALI

ARTIKOLU 106

Objettiv

1.    L-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni estratta mir-rekord kriminali bejn l-Istati Membri, minn naħa, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, min-naħa l-oħra.

2.    Fir-relazzjonijiet bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V ta’ din il-Parti fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali.



ARTIKOLU 107

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “kundanna” tfisser kwalunkwe deċiżjoni finali ta’ qorti kriminali kontra persuna fiżika fir-rigward ta’ reat kriminali, sakemm dik id-deċiżjoni tiddaħħal fir-rekord kriminali tal-Istat Membru tal-kundanna jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(b)    “proċedimenti kriminali” tfisser l-istadju ta’ qabel il-proċess kriminali, l-istadju tal-proċess u l-eżekuzzjoni ta’ kundanna;

(c)    “rekord kriminali” tfisser ir-reġistru jew ir-reġistri nazzjonali li jiġbor jew jiġbru l-kundanni skont id-dritt domestiku.

ARTIKOLU 108

Awtoritajiet ċentrali

L-awtoritajiet ċentrali tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u tal-Istati Membri kompetenti għall-iskambju ta’ informazzjoni estratta mir-rekord kriminali skont dan il-Kapitolu u għall-iskambji msemmija fl-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali fir-rigward tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tfisser dawk maħtura u nnotifikati mir-Renju Unit u mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 645 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, għall-iskambju ta’ informazzjoni estratta mir-rekord kriminali bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri.



ARTIKOLU 109

Notifiki

1.    Kull Stat Membru u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kundanni kollha mogħtija mill-qrati kriminali tiegħu jkunu jinkludu, meta pprovduti lir-rekord kriminali tiegħu, informazzjoni dwar in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet tal-persuna kkundannata.

2.    L-awtorità ċentrali ta’ kull Stat Membru għandha tinforma lill-awtorità ċentrali tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dwar il-kundanni kriminali kollha mogħtija mill-qrati kriminali tagħha fir-rigward ta’ ċittadini tar-Renju Unit li jkollhom karta tal-identità valida jew permess ta’ residenza validu maħruġ f’Ġibiltà mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif ukoll dwar kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir sussegwenti ta’ informazzjoni li tinsab fir-rekord kriminali, kif imdaħħla fir-rekord kriminali. L-awtorità ċentrali tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tinforma lill-awtorità ċentrali ta’ kwalunkwe Stat Membru dwar il-kundanni kriminali kollha mogħtija mill-qrati kriminali tiegħu fir-rigward ta’ ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, kif ukoll dwar kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir sussegwenti ta’ informazzjoni li tinsab fir-rekord kriminali, kif imdaħħla fir-rekord kriminali. L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkomunikaw tali informazzjoni lil xulxin mill-inqas darba fix-xahar.



3.    Jekk l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, issir konxja mill-fatt li persuna kkundannata tkun ċittadin ta’ żewġ Stati Membri jew aktar jew ċittadin ta’ Stat Membru wieħed jew aktar u ċittadini tar-Renju Unit li jkollhom karta tal-identità valida jew permess ta’ residenza validu maħruġ f’Ġibiltà, hija għandha tibgħat l-informazzjoni rilevanti lil kull wieħed minnhom, anki jekk il-persuna kkundannata tkun ċittadin tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu dik il-persuna tkun ġiet ikkundannata jew ċittadin tar-Renju Unit li jkollu karta tal-identità valida jew permess ta’ residenza validu maħruġ f’Ġibiltà, li jkun ġie kkundannat f’Ġibiltà.

ARTIKOLU 110

Ħżin ta’ kundanni

1.    L-awtorità ċentrali ta’ kull Stat Membru u tar-Renju Unit, fir-rigward ta' Ġibiltà, għandha taħżen l-informazzjoni kollha nnotifikata skont l-Artikolu 109.

2.    L-awtorità ċentrali ta’ kull Stat Membru u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tiżgura li jekk jiġu nnotifikati alterazzjoni jew tħassir sussegwenti skont l-Artikolu 109, isiru alterazzjoni jew tħassir identiċi fl-informazzjoni maħżuna f’konformità mal-paragrafu 1.

3.    L-awtorità ċentrali ta’ kull Stat Membru u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tiżgura li tiġi pprovduta biss informazzjoni li tkun ġiet aġġornata f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu meta twieġeb għat-talbiet magħmula skont l-Artikolu 111.



ARTIKOLU 111

Talbiet għal informazzjoni

1.    Jekk informazzjoni mir-rekord kriminali ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tintalab fil-livell domestiku għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali kontra persuna jew għal kwalunkwe fini ieħor għajr dak ta’ proċedimenti kriminali, l-awtorità ċentrali ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, tista’, f’konformità mal-liġi domestika tagħha, tippreżenta lill-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru ieħor jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, talba għal informazzjoni u data relatata biex tiġi estratta mir-rekord kriminali.

2.    Jekk persuna tindirizza talba għal informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tagħha stess lill-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li tagħha ma tkunx ċittadin, dik l-awtorità ċentrali għandha tippreżenta lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk il-persuna tkun ċittadin tar-Renju Unit, talba għal informazzjoni u data relatata li għandhom jiġu estratti mir-rekord kriminali sabiex tkun tista’ tinkludi dik l-informazzjoni u data relatata fl-estratt li jkun se jiġi pprovdut lill-persuna kkonċernata.



ARTIKOLU 112

Tweġibiet għat-talbiet

1.    It-tweġibiet għat-talbiet għal informazzjoni għandhom jiġu trażmessi mill-awtorità ċentrali rikjesta ta’ Stat Membru u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, lill-awtorità ċentrali rikjedenti ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-data li fiha tkun waslet it-talba.

2.    L-awtorità ċentrali ta’ kull Stat Membru u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha twieġeb għal talbiet magħmula għal finijiet oħra għajr dawk ta’ proċedimenti kriminali f’konformità mal-liġi domestika tagħha.

3.    Minkejja l-paragrafu 2, meta jwieġbu għal talbiet magħmula għall-finijiet ta’ reklutaġġ għal attivitajiet professjonali jew volontarji organizzati li jinvolvu kuntatti diretti u regolari ma’ tfal, l-Istat Membru u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ kundanni kriminali għal reati relatati mal-abbuż sesswali jew l-isfruttament sesswali tat-tfal, il-pedopornografija, is-solleċitazzjoni tat-tfal għal finijiet sesswali, inkluż l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità jew it-tentattiv li jitwettaq kwalunkwe wieħed minn dawk ir-reati, kif ukoll informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe skwalifika mill-eżerċitar ta’ attivitajiet li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal li jirriżultaw minn dawk il-kundanni kriminali.



ARTIKOLU 113

Mezz ta’ komunikazzjoni

L-iskambju bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ta’ informazzjoni estratta mir-rekord kriminali għandu jsir b’mod elettroniku f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u proċedurali stabbiliti fl-Anness 12.

ARTIKOLU 114

Kundizzjonijiet għall-użu ta’ data personali

1.    Kull Stat Membru u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jużaw data personali riċevuta bi tweġiba għat-talba tiegħu skont l-Artikolu 112 biss għall-finijiet li għalihom tkun intalbet.

2.    Jekk tkun intalbet informazzjoni għal kwalunkwe skop ieħor għajr dak tal-proċedimenti kriminali, id-data personali riċevuta skont l-Artikolu 112 tista’ tintuża minn Stat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’konformità mal-liġi domestika tiegħu biss fil-limiti speċifikati mill-awtorità ċentrali rikjesta fil-formola stabbilita fil-Kapitolu 2 tal-Anness 12.

3.    Minkejja l-paragrafi 1 u 2, id-data personali pprovduta minn awtorità ċentrali rikjesta bi tweġiba għal talba skont l-Artikolu 112 tista’ tintuża mill-Istat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li minnu tkun saret it-talba għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika.



4.    Kull Stat Membru u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ċentrali tagħhom ma jiżvelawx data personali nnotifikata skont l-Artikolu 109 lill-awtoritajiet f’pajjiżi terzi sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    id-data personali tiġi żvelata biss fuq bażi ta’ każ b’każ;

(b)    id-data personali tiġi żvelata lill-awtoritajiet li l-funzjonijiet tagħhom huma direttament relatati mal-finijiet li għalihom id-data personali tiġi żvelata skont il-punt (c) ta’ dan il-paragrafu;

(c)    id-data personali tiġi żvelata biss jekk dan ikun meħtieġ:

(i)    għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali;

(ii)    jew kwalunkwe fini ieħor apparti dak ta’ proċedimenti kriminali; jew

(iii)    għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għall-ordni pubbliku;

(d)    id-data personali tista’ tintuża mill-pajjiż terz rikjedenti biss għall-finijiet li għalihom tkun intalbet l-informazzjoni u fil-limiti speċifikati mill-Istat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, li tkun innotifikat id-data personali skont l-Artikolu 109; u

(e)    id-data personali tiġi żvelata biss jekk l-awtorità ċentrali, wara li tkun ivvalutat iċ-ċirkostanzi kollha tat-trasferiment tad-data personali lejn il-pajjiż terz, tikkonkludi li jeżistu salvagwardji xierqa li jipproteġu d-data personali.



5.    Dan l-Artikolu ma japplikax għal data personali miksuba minn Stat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, taħt dan il-Kapitolu u li toriġina minn dak l-Istat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ.

KAPITOLU 4

KONSENJA

ARTIKOLU 115

Objettiv

L-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jiżgura li s-sistema ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri, minn naħa, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, min-naħa l-oħra, tkun ibbażata fuq mekkaniżmu ta’ konsenja skont mandat ta’ arrest f’konformità mat-termini ta’ dan il-Kapitolu.



ARTIKOLU 116

Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-kooperazzjoni permezz tal-mandat ta’ arrest għandha tkun meħtieġa u proporzjonata, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-persuna rikjesta u l-interessi tal-vittmi, u filwaqt li titqies is-serjetà tal-att, il-piena probabbli li tiġi imposta u l-possibbiltà li l-Istat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jieħdu miżuri inqas koerċittivi mill-konsenja tal-persuna rikjesta b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu evitati perjodi twal bla bżonn ta’ arrest preventiv.

ARTIKOLU 117

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “mandat ta’ arrest” tfisser deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bil-ħsieb tal-arrest u l-konsenja mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew Stat Membru ta’ persuna rikjesta għall-finijiet tat-tmexxija ta’ prosekuzzjoni kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni;

(b)    “awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni” tfisser l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, li tkun kompetenti biex teżegwixxi l-mandat ta’ arrest bis-saħħa tad-dritt domestiku ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;



(c)    “awtorità ġudizzjarja emittenti” tfisser l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li tkun kompetenti sabiex toħroġ mandat ta’ arrest permezz tal-liġi domestika ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(d)    “awtorità ġudizzjarja” tfisser awtorità li hija, skont il-liġi domestika ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, imħallef, qorti jew prosekutur pubbliku; prosekutur pubbliku jitqies bħala awtorità ġudizzjarja biss sa fejn il-liġi domestika tistabbilixxi hekk;

(e)    “pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

ARTIKOLU 118

Kamp ta’ applikazzjoni

1.    Mandat ta’ arrest jista’ jinħareġ għal atti li huma punibbli bil-liġi tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur emittenti, minn sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas 12-il xahar jew, fejn ingħatat sentenza jew saret ordni ta’ detenzjoni, għal sentenzi jew ordnijiet ta’ detenzjoni ta’ mill-inqas 4 xhur.

2.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, il-konsenja hija soġġetta għall-kundizzjoni li l-atti li għalihom ikun inħareġ il-mandat ta’ arrest jikkostitwixxu reat skont id-dritt tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, ikunu xi jkunu l-elementi kostitwenti tiegħu jew il-mod li bih ikun deskritt.



3.    Soġġett għall-Artikolu 119, il-punti (b) sa (h) tal-Artikolu 120(1), u l-Artikoli 121, 122 u 123, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur eżekuttiv, jew tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ma għandux jirrifjuta li jeżegwi mandat ta’ arrest maħruġ fir-rigward tal-imġiba li ġejja fejn tali mġiba hija punibbli b’ċaħda tal-libertà jew ordni ta’ detenzjoni ta’ perjodu massimu ta’ mill-inqas 12-il xahar:

(a)    l-imġiba ta’ kwalunkwe persuna li tikkontribwixxi għat-twettiq minn grupp ta’ persuni li jaġixxu bi skop komuni ta’ reat wieħed jew aktar fil-qasam tat-terroriżmu msemmi fl-Artikoli 1 u 2 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu, magħmula fi Strasburgu fis-27 ta’ Jannar 1977, jew fir-rigward ta’ traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u ta’ sustanzi psikotropiċi, jew ta’ omiċidju volontarju, ta’ ħtif ta’ persuna, ta’ żamma illegali, ta’ teħid ta’ ostaġġi jew ta’ stupru, anki meta dik il-persuna ma tiħux sehem fl-eżekuzzjoni proprja tar-reat jew tar-reati konċernati; tali kontribuzzjoni għandha tkun intenzjonata u ssir bl-għarfien li l-parteċipazzjoni se tikkontribwixxi għall-kisba tal-attivitajiet kriminali tal-grupp; jew

(b)    terroriżmu kif definit fl-Anness 13.

4.    L-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe mill-Istati Membri tagħha u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li, fuq il-bażi tar-reċiproċità, il-kundizzjoni tal-kriminalità doppja msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix applikata dment li r-reat li fuqu huwa bbażat il-mandat ikun:

(a)    wieħed mir-reati elenkati fil-paragrafu 5, kif definit mil-liġi tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti; u



(b)    punibbli fl-Istat Membru emittenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti permezz ta’ sentenza ta’ priġunerija jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas 3 snin.

5.    Ir-reati msemmija fil-paragrafu 4 huma:

(a)    il-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali;

(b)    terroriżmu kif definit fl-Anness 13;

(c)    it-traffikar tal-bnedmin;

(d)    l-isfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija tat-tfal;

(e)    it-traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u f’sustanzi psikotropiċi;

(f)    it-traffikar illeċitu f’armi, f’munizzjon u fi splużivi;

(g)    korruzzjoni, inkluż tixħim;

(h)    frodi, inkluża dik li taffettwa l-interessi finanzjarji tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni;

(i)    il-ħasil ta’ rikavat tal-kriminalità;

(j)    falsifikazzjoni ta’ flus;



(k)    kriminalità tal-informatika;

(l)    reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċi ta’ annimali fil-periklu u ta’ speċi u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu;

(m)    faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati;

(n)    qtil;

(o)    offiża gravi fuq il-persuna;

(p)    il-kummerċ illeċitu ta’ organi u ta’ tessuti tal-bniedem;

(q)    il-ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali u t-teħid ta’ ostaġġi;

(r)    razziżmu u ksenofobija;

(s)    serq organizzat jew bl-użu ta’ armi;

(t)    traffikar illeċitu ta’ oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti;

(u)    truffa;

(v)    rikattar organizzat u estorsjoni;

(w)    falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti;



(x)    il-falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar ta’ dawn;

(y)    il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament;

(z)    it-traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi oħrajn ta’ tkabbir;

(aa)    it-traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi;

(bb)    traffikar ta’ vetturi misruqin;

(cc)    stupru;

(dd)    ħruq doluż;

(ee)    reati li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

(ff)    ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru, bastimenti jew inġenji spazjali; u

(gg)    sabotaġġ.



ARTIKOLU 119

Raġunijiet għan-nuqqas obbligatorju ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest

L-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest għandha tiġi rifjutata:

(a)    jekk ir-reat li fuqu huwa bbażat il-mandat ta’ arrest ikun kopert minn amnestija fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kellhom ġuriżdizzjoni biex jipproċedu kontra r-reat skont id-dritt kriminali tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv;

(b)    jekk l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tkun infurmata li l-persuna rikjesta ġiet finalment iġġudikata minn Stat Membru jew mir-Renju Unit jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà fir-rigward tal-istess atti, dment li, jekk tkun ġiet imposta piena, din tkun ġiet infurzata, tkun fil-proċess li tiġi infurzata jew ma tkunx tista’ tiġi infurzata aktar skont il-liġi tal-Istat Membru li permezz tiegħu l-persuna rikjesta tkun ġiet ikkundannata jew tar-Renju Unit jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn il-persuna rikjesta tkun ġiet ikkundannata minn kwalunkwe wieħed minn dawn; jew

(c)    jekk il-persuna li hija s-suġġett tal-mandat ta’ arrest ma tkunx tista, minħabba l-età tal-persuna, tinżamm kriminalment responsabbli għall-atti li fuqhom huwa bbażat il-mandat ta’ arrest taħt il-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv.



ARTIKOLU 120

Raġunijiet oħrajn għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest

1.    L-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest għandha tiġi rifjutata:

(a)    jekk, f’wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 118(2), l-att li fuqu jkun ibbażat il-mandat ta’ arrest ma jikkostitwixxix reat skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv; madankollu, fir-rigward ta’ taxxi jew dazji, dazji doganali u kambju, l-eżekuzzjoni tal-mandat għall-arrest ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li l-liġi fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, ma timponix l-istess xorta ta’ taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta’ regoli għal dak li għandu x’jaqsam ma’ taxxi jew dazji, dazji doganali u regolamenti ta’ kambju bħal-liġi tar-r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur emittenti jew tal-Istat Membru emittenti;

(b)    jekk il-persuna li tkun is-suġġett tal-mandat ta’ arrest tkun qed tiġi mħarrka fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, għall-istess att bħal dak li fuqu jkun ibbażat il-mandat ta’ arrest;

(c)    jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-awtur eżekuttiv, ikunu ddeċidew jew li ma jiħdux azzjoni kriminali għar-reat li fuqu jkun ibbażat il-mandat ta’ arrest jew li jwaqqfu l-proċedimenti, jew fejn sentenza finali li ma tħallix li jsiru proċedimenti oħra tkun ingħatat lill-persuna rikjesta fi Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fir-rigward tal-istess atti;



(d)    jekk il-prosekuzzjoni kriminali jew il-piena tal-persuna rikjesta tkun preskritta skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, u l-atti jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-liġi kriminali tiegħu stess;

(e)    jekk l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva tiġi informata li l-persuna rikjesta tkun finalment ġiet iġġudikata minn pajjiż terz jew mir-Renju Unit fir-rigward tal-istess atti dment li, jekk tkun ġiet imposta piena, din tkun ġiet eżegwita, tkun fil-proċess li tiġi eżegwita jew ma tkunx tista’ tibqa’ tiġi eżegwita skont il-liġi tal-pajjiż fejn tinqata’ s-sentenza;

(f)    jekk il-mandat ta’ arrest ikun inħareġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni u:

(i)    jekk l-attur eżekuttiv ikun Stat Membru, il-persuna rikjesta tkun qed toqgħod fi, jew tkun ċittadina, jew residenti, ta’ dak l-Istat Membru; jew

(ii)    jekk l-attur eżekuttiv ikun ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, il-persuna rikjesta tkun ċittadina tar-Renju Unit li jkollha karta tal-identità valida jew permess ta’ residenza validu maħruġ f’Ġibiltà mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jew tkun persuna li toqgħod f’Ġibiltà jew li tkun residenti fiha,



u awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, timpenja ruħha li teżegwixxi s-sentenza jew l-ordni ta’ detenzjoni f’konformità mal-liġi domestika tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv; jekk ikun meħtieġ il-kunsens tal-persuna rikjesta għat-trasferiment tal-piena jew tal-ordni ta’ detenzjoni lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, jistgħu jirrifjutaw li jeżegwu l-mandat ta’ arrest biss wara li l-persuna rikjesta tagħti l-kunsens għat-trasferiment tal-piena jew tal-ordni ta’ detenzjoni;

(g)    jekk il-mandat ta’ arrest ikun relatat ma’ reati li:

(i)    huma meqjusa mil-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, bħala li twettqu kompletament jew parzjalment fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew f’Ġibiltà meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur eżekuttiv, jew f’post trattat bħala tali; jew

(ii)    ikunu twettqu barra mill-Istat Membru emittenti jew Ġibiltà meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur emittenti, u l-liġi tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv jew tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, ma tippermettix prosekuzzjoni għall-istess reati jekk jitwettqu barra mit-territorju tiegħu;

(h)    jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen abbażi ta’ elementi oġġettivi li l-mandat ta’ arrest inħareġ għall-fini ta’ prosekuzzjoni jew kastig ta’ persuna fuq il-bażi tas-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ dik il-persuna, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna tista’ tiġi ppreġudikata għal kwalunkwe waħda minn dawk ir-raġunijiet;



(i)    jekk il-mandat ta’ arrest ikun inħareġ għall-fini ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà jew ta’ ordni ta’ detenzjoni, u l-persuna rikjesta ma dehritx personalment fil-proċess li wassal għad-deċiżjoni, sakemm il-mandat ta’ arrest ma jiddikjarax li l-persuna, f’konformità ma’ rekwiżiti proċedurali ulterjuri ddefiniti fil-liġi domestika tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti:

(i)    fi żmien debitu:

(A)    jew tħarrket personalment u għaldaqstant kienet informata bid-data u bil-post tal-proċess li wassal għad-deċiżjoni, jew b’mezzi oħra rċiviet informazzjoni uffiċjali dwar id-data u l-post skedati ta’ dak il-proċess b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li l-persuna kienet konxja tad-data u l-post tal-proċess skedat;

u

(B)    kienet informata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk dik il-persuna ma dehritx għall-kawża;

jew

(ii)    kienet konxja tad-data u l-post tal-proċess skedat, kienet tat mandat lil avukat, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, sabiex jiddefendiha fil-proċess, u ġiet tabilħaqq difiża minn dak l-avukat fil-proċess;

jew



(iii)    wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u wara li kienet informata espliċitament dwar id-dritt ta’ proċess ġdid, jew appell, li fih il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-kawża, inkluża evidenza ġdida, u li jista’ jwassal sabiex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali:

(A)    iddikjarat espressament li l-persuna ma kkontestatx id-deċiżjoni;

jew

(B)    ma talbitx proċess ġdid jew appell fil-perjodu ta’ żmien applikabbli;

jew

(iv)    ma kinitx innotifikata personalment bid-deċiżjoni iżda:

(A)    se tkun innotifikata personalment biha mingħajr dewmien wara l-konsenja u se tkun informata b’mod espliċitu dwar id-dritt għal proċess ġdid, jew appell, li fih il-persuna jkollha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-kawża, inkluża evidenza ġdida, u li jista’ jwassal sabiex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali;

u

(B)    se tiġi informata dwar il-perjodu ta’ żmien li fih il-persuna għandha titlob tali proċess ġdid jew appell, kif imsemmi fil-mandat ta’ arrest rilevanti.



2.    Jekk il-mandat ta’ arrest jinħareġ għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà jew ta’ ordni ta’ detenzjoni taħt il-kundizzjonijiet tal-punti (i) u (iv) tal-paragrafu 1 u l-persuna konċernata ma tkunx irċiviet minn qabel xi informazzjoni uffiċjali dwar l-eżistenza tal-proċedimenti kriminali kontriha, dik il-persuna, meta tiġi informata bil-kontenut tal-mandat ta’ arrest, titlob li tirċievi kopja tas-sentenza qabel il-konsenja tagħha. Minnufih wara li tkun ġiet informata bit-talba, l-awtorità emittenti għandha tipprovdi lill-persuna konċernata l-kopja tas-sentenza permezz tal-awtorità tal-eżekuzzjoni. It-talba tal-persuna konċernata la għandha ddewwem il-proċedura ta’ konsenja u lanqas id-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest. Il-forniment tas-sentenza lill-persuna konċernata għandu jkun għal finijiet biss ta’ informazzjoni; ma għandux jitqies bħala notifika formali tas-sentenza u lanqas ma jistabbilixxi xi limiti ta’ żmien applikabbli biex jintalab proċess ġdid jew appell.

3.    Meta persuna tiġi kkonsenjata skont il-kundizzjonijiet fil-punt (i) (iv) tal-paragrafu 1 u dik il-persuna tkun talbet proċess mill-ġdid jew appell, sakemm dawk il-proċedimenti jiġu ffinalizzati, id-detenzjoni ta’ dik il-persuna li tkun qed tistenna tali kawża mill-ġdid jew appell għandha tiġi rieżaminata f’konformità mal-liġi domestika tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, jew fuq bażi regolari jew fuq talba tal-persuna kkonċernata. Rieżami bħal dan għandu b’mod partikolari jinkludi l-possibbiltà ta’ sospensjoni jew ta’ interruzzjoni tad-detenzjoni. Il-proċess ġdid jew l-appell għandu jibda fi żmien debitu wara l-konsenja.



ARTIKOLU 121

Eċċezzjoni għal reati politiċi

1.    L-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest ma tistax tiġi rrifjutata fuq il-bażi li r-reat jista’ jitqies mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru eżekuttiv jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, bħala reat politiku, bħala reat marbut ma’ reat politiku jew reat ispirat minn motivi politiċi.

2.    Madankollu, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li l-paragrafu 1 se jiġi applikat biss fir-rigward ta’:

(a)    ir-reati msemmija fl-Artikoli 1 u 2 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu;

(b)    reati ta’ konfoffa jew assoċjazzjoni biex jitwettaq wieħed jew aktar mir-reati msemmija fl-Artikoli 1 u 2 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Trażżin tat-Terroriżmu, jekk dawk ir-reati ta’ kospirazzjoni jew assoċjazzjoni jikkorrispondu għad-deskrizzjoni tal-imġiba msemmija fl-Artikolu 118(3) ta’ dan il-Ftehim; u

(c)    terroriżmu kif definit fl-Anness 13.

3.    Fejn mandat ta’ arrest ikun inħareġ minn Stat Membru li f’ismu tkun saret notifika kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew fejn ikun inħareġ mandat ta’ arrest mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u fejn dan tal-aħħar ikun għamel tali notifika, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, jew l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, jista’ japplika r-reċiproċità.



ARTIKOLU 122

Eċċezzjoni minħabba n-nazzjonalità

1.    L-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest ma tistax tiġi rrifjutata għar-raġuni li l-persuna rikjesta tkun ċittadin tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew, f’każijiet fejn l-attur eżekuttiv ikun ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ċittadin tar-Renju Unit.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li ċ-ċittadini tar-Renju Unit stess jew iċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru stess, skont il-każ, mhux se jiġu kkonsenjati jew li l-konsenja tagħhom se tiġi awtorizzata biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifikati. In-notifika għandha tkun ibbażata fuq raġunijiet relatati mal-prinċipji jew il-prattika fundamentali tal-ordni legali domestiku tar-Renju Unit fir-Rigward ta’ Ġibiltà jew tal-Istat Membru li f’ismu tkun saret notifika. F’każ bħal dan, l-Unjoni, f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, tista’ tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni fi żmien raġonevoli wara li tirċievi n-notifika tal-Parti l-oħra li l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, jistgħu jirrifjutaw li jikkonsenjaw liċ-ċittadini tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 1 lil dak l-Istat Membru jew lir-Renju unit fir-rigward ta’ Ġibiltà jew dik il-konsenja għandha tiġi awtorizzata biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifikati.



3.    F’ċirkostanzi fejn Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun irrifjuta li jeżegwi mandat ta’ arrest fuq il-bażi li, fil-każ tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ir-Renju Unit ikun għamel notifika jew, fil-każ ta’ Stat Membru, l-Unjoni tkun għamlet notifika f’ismu, kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkunsidraw li jibdew proċedimenti kontra ċ-ċittadin tar-Renju Unit jew tal-Istat Membru, skont il-każ, li jkunu proporzjonati mas-suġġett tal-mandat ta’ arrest, wara li jkunu qiesu l-fehmiet tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti jew tal-Istat Membru emittenti. F’ċirkostanzi fejn awtorità ġudizzjarja tiddeċiedi li ma tibdiex tali proċedimenti, il-vittma tar-reat li fuqu huwa bbażat il-mandat ta’ arrest għandha tkun tista’ tirċievi informazzjoni dwar id-deċiżjoni f’konformità mal-liġi domestika applikabbli.

4.    Meta, f’konformità mal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jibdew proċedimenti kontra ċ-ċittadini proprji kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom ikunu jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jassistu lill-vittmi u lix-xhieda, b’mod partikolari fir-rigward tal-mod li bih jitmexxew il-proċedimenti, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)    meta l-proċedimenti jkunu qed jinbdew fi Stat Membru, u jkunu jikkonċernaw residenti fir-Renju Unit jew f’Ġibiltà jew fi Stat Membru ieħor;

(b)    meta l-proċedimenti jkunu qed jinbdew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u jkunu jikkonċernaw residenti ta’ Stat Membru.



ARTIKOLU 123

Garanziji li għandhom jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti f’każijiet partikolari

1.    L-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tkun suġġetta għall-garanziji li ġejjin:

(a)    jekk ir-reat li fuqu huwa bbażat il-mandat ta’ arrest ikun punibbli b’sentenza ta’ għomor il-ħabs jew ordni ta’ detenzjoni tul il-ħajja fl-Istat Membru emittenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, jistgħu jagħmlu l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest soġġetta għall-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, jagħtu garanzija meqjusa suffiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, jirrieżaminaw il-piena jew il-miżura imposta, fuq talba jew mhux aktar tard minn 20 snin wara, jew se jinkoraġġixxu l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ klemenza li għalihom il-persuna tkun intitolata li tapplika skont il-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, bl-għan li tali piena jew miżura ma tiġix eżegwita;



(b)    jekk persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni tkun ċittadin jew residenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew, fejn l-attur eżekuttiv jkun ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ċittadin tar-Renju Unit jew persuna residenti f’Ġibiltà, il-konsenja ta’ dik il-persuna tista’ tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna, wara li tkun instemgħet, tiġi rritornata lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew lil Ġibiltà meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur eżekuttiv, sabiex tiskonta hemmhekk il-piena ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni mogħtija kontriha fl-Istat Membru emittenti jew f’Ġibiltà meta l-attur emittenti jkun ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà; jekk ikun meħtieġ il-kunsens tal-persuna rikjesta għat-trasferiment tal-piena jew tal-ordni ta’ detenzjoni lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew lil Ġibiltà meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur eżekuttiv, il-garanzija li l-persuna tiġi rritornata lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew lil Ġibiltà meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur eżekuttiv, biex tiskonta l-piena tagħha hemmhekk tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna rikjesta, wara li tkun instemgħet, tagħti l-kunsens biex tiġi rritornata lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew lil Ġibiltà meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur eżekuttiv;

(c)    jekk ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li hemm riskju reali għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuna rikjesta, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ titlob, kif xieraq, garanziji addizzjonali fir-rigward tat-trattament tal-persuna rikjesta wara l-konsenja tal-persuna qabel ma tiddeċiedi jekk teżegwix il-mandat ta’ arrest.

2.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-persuni għandu jkollu s-setgħa li jadotta kwalunkwe modifika f’dan l-Artikolu kif jista’ jkun meħtieġ biex jirrifletti l-bidliet li saru fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.



ARTIKOLU 124

Rikors għall-awtorità ċentrali

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni tal-awtorità ċentrali tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, tista’ tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni tal-awtorità ċentrali għal kull Stat Membru li jkun ħatar tali awtorità, jew, jekk is-sistema legali tal-Istat Membru rilevanti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tipprevedi dan, ta’ aktar minn awtorità ċentrali waħda biex tassisti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.    Meta jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni skont il-paragrafu 1, ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, kull wieħed minnhom jista’ jindika li, bħala riżultat tal-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tal-Istat Membru rilevanti jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-awtorità ċentrali jew l-awtoritajiet ċentrali huma responsabbli għat-trażmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta’ mandati ta’ arrest kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali l-oħra kollha relatata mat-trażmissjoni amministrattiva u r-riċevuta ta’ mandati ta’ arrest. Trażmissjoni ta’ mandati ta’ arrest bħal din għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 126, għaldaqstant, l-Artikolu 6(1). Indikazzjoni bħal din għandha tkun vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti.



ARTIKOLU 125

Kontenut u forma tal-mandat ta’ arrest

1.    Il-mandat ta’ arrest għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja stabbilita skont il-formola li tinsab fl-Anness 14:

(a)    l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna rikjesta;

(b)    l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità ġudizzjarja emittenti;

(c)    evidenza ta’ sentenza eżegwibbli, mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli oħra li jkollha l-istess effett li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 118;

(d)    in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 118;

(e)    deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li fihom twettaq ir-reat, inklużi l-ħin, il-post u l-grad ta’ parteċipazzjoni fir-reat mill-persuna rikjesta;

(f)    il-piena imposta, jekk hemm sentenza finali, jew l-iskala ta’ pieni preskritta għall-offiża taħt il-liġi tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti; u

(g)    jekk possibbli, konsegwenzi oħrajn tar-reat.



2.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni jista’ jemenda l-formoli msemmija fl-Anness 14 kif ikun meħtieġ.

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni għandu jadotta kwalunkwe modifika għall-formola fl-Anness 14 kif jista’ jkun meħtieġ biex tirrifletti l-bidliet li jkunu saru fl-Anness 43 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

3.    Il-mandat ta’ arrest għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew bl-Ingliż meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur eżekuttiv. L-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, tista’ tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li se tiġi aċċettata traduzzjoni b’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali ta’ Stat Membru.

ARTIKOLU 126

Trażmissjoni ta’ mandat ta’ arrest

1.    L-Artikolu 6(1) għandu japplika biss fir-rigward tat-trażmissjoni inizjali tal-mandat ta’ arrest, li għandha ssir f’konformità ma’ dak l-Artikolu u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

2.    Jekk il-post fejn tinsab il-persuna rikjesta jkun magħruf, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista’ tittrażmetti, f’konformità mal-Artikolu 6(1), il-mandat ta’ arrest lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, li jippermetti lil dik l-awtorità tistabbilixxi l-awtentiċità tal-mandat ta’ arrest.



ARTIKOLU 127

Proċeduri dettaljati għat-trażmissjoni ta’ mandat ta’ arrest

1.    Jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma tkunx taf liema awtorità hija l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni kompetenti, hija għandha tagħmel l-inkjesti meħtieġa sabiex tikseb dik l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv.

2.    Bħala alternattiva għall-Artikolu 126, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista’ titlob lill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (l-“Interpol”) sabiex tittrażmetti mandat ta’ arrest.

3.    Id-diffikultajiet kollha dwar it-trażmissjoni jew l-awtentiċità ta’ kwalunkwe dokument meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest għandhom jiġu ttrattati b’kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji involuti, jew, fejn adatt, bl-involviment tal-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

4.    Jekk l-awtorità li tirċievi mandat ta’ arrest ma tkunx kompetenti sabiex taġixxi fuqu, hija għandha awtomatikament tgħaddi l-mandat ta’ arrest lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru eżekuttiv jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà fejn ikun l-attur eżekuttiv, u għandha tinforma lill-awtorità ġudizzjarja emittenti kif meħtieġ.



ARTIKOLU 128

Drittijiet ta’ persuna rikjesta

1.    Jekk persuna rikjesta tiġi arrestata għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, f’konformità mal-liġi domestika tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, għandha tinforma lil dik il-persuna dwar il-mandat ta’ arrest u l-kontenut tiegħu, kif ukoll dwar il-possibbiltà li tagħti kunsens għall-konsenja lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti jew l-Istat Membru emittenti.

2.    Persuna rikjesta li tiġi arrestata għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest u li ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa tal-proċedimenti tal-mandat ta’ arrest għandu jkollha d-dritt li tkun assistita minn interpretu u li tiġi pprovduta bi traduzzjoni bil-miktub fil-lingwa nattiva tagħha jew fi kwalunkwe lingwa oħra li dik il-persuna titkellem jew tifhem, skont il-liġi domestika tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv.

3.    Persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt li tkun assistita minn avukat mal-arrest, f’konformità mal-liġi domestika tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv.

4.    Il-persuna rikjesta għandha tiġi infurmata bid-dritt tal-persuna li taħtar avukat fl-Istat Membru emittenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur emittenti, għall-fini li jassisti lill-persuna rikjesta fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv jew fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni fil-proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 140.



5.    Persuna rikjesta li tiġi arrestata għandu jkollha d-dritt li l-awtoritajiet konsulari tal-Istat taċ-ċittadinanza ta’ dik il-persuna, jew jekk dik il-persuna tkun apolida, l-awtoritajiet konsulari tal-Istat fejn tirrisjedi s-soltu dik il-persuna, jiġu informati bl-arrest mingħajr dewmien żejjed u jikkomunikaw ma’ dawk l-awtoritajiet, jekk dik il-persuna tkun tixtieq hekk.

ARTIKOLU 129

Żamma tal-persuna f’detenzjoni

Meta persuna tiġi arrestata fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest, l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-persuna rikjesta jenħtieġx li tibqa’ f’detenzjoni, f’konformità mad-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà meta jkun l-attur eżekuttiv. Il-persuna tista’ tiġi rilaxxata proviżorjament fi kwalunkwe ħin f’konformità mal-liġi domestika tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv dment li dak l-Istat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jieħu l-miżuri kollha li jqis meħtieġa biex jipprevjeni lill-persuna milli taħrab.

ARTIKOLU 130

Kunsens għall-konsenja

1.    Jekk il-persuna arrestata tindika l-kunsens tagħha għal konsenja, dak il-kunsens u, jekk meħtieġ, ir-rinunzja espliċita għad-dritt għar-“regola ta’ speċjalità”, imsemmija fl-Artikolu 144(2), irid jingħata quddiem l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva, skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv.



2.    Kull Stat Membru u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-kunsens u, fejn xieraq, ir-rinunzja, kif imsemmija fil-paragrafu 1, ikunu stabbiliti b’tali mod li juri li l-persuna konċernata tkun esprimiethom volontarjament u b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak l-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat.

3.    Il-kunsens u, fejn adatt, ir-rinunzja, kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu rreġistrati formalment f’konformità mal-proċedura stabbilita mil-liġi domestika tal-Istat Membru eżekuttiv jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv.

4.    Fil-prinċipju, il-kunsens ma jistax jiġi rrevokat. Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jista’ jipprevedi li l-kunsens u, jekk xieraq, ir-rinunzja, msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu rrevokati, f’konformità mar-regoli applikabbli skont il-liġi domestika tiegħu. F’tali każ, il-perjodu bejn id-data tal-kunsens u dik tar-revoka tiegħu ma għandux jiġi kkunsidrat fl-istabbiliment tal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 140. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li jixtiequ jirrikorru għal din il-possibbiltà, filwaqt li jispeċifikaw il-proċeduri li bihom ir-revoka tal-kunsens hija possibbli u kwalunkwe emenda għal dawk il-proċeduri.



ARTIKOLU 131

Smigħ tal-persuna rikjesta

Meta l-persuna arrestata ma tagħtix il-kunsens tagħha għall-konsenja kif imsemmi fl-Artikolu 130, dik il-persuna għandha tkun intitolata li tinstema’ mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv.

ARTIKOLU 132

Deċiżjoni ta’ konsenja

1.    L-awtorità ġudizzjarja eżekutorja għandha tiddeċiedi jekk il-persuna għandhiex tiġi kkonsenjata fil-limiti ta’ żmien u skont il-kundizzjonijiet definiti f’dan it-Titolu, b’mod partikolari l-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 116.

2.    Jekk l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva ssib li l-informazzjoni kkomunikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, ma tkunx biżżejjed biex tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-konsenja, hija għandha titlob li l-informazzjoni supplementari meħtieġa, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 116, l-Artikoli 119 sa 121, l-Artikolu 123 u l-Artikolu 125, tiġi pprovduta b’urġenza u tista’ tiffissa limitu ta’ żmien biex tirċeviha, b’kont meħud tal-ħtieġa li jiġu osservati l-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 134.

3.    L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista’ tibgħat kwalunkwe informazzjoni utli addizzjonali lill-awtorità ġudizzjarja eżekutorja fi kwalunkwe ħin.



ARTIKOLU 133

Deċiżjoni fil-każ ta’ talbiet multipli

1.    Jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ żewġ Stati Membri jew aktar jew Stat Membru wieħed jew aktar u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikunu ħarġu mandat ta’ arrest Ewropew jew mandat ta’ arrest għall-istess persuna, id-deċiżjoni dwar liema minn dawk il-mandati ta’ arrest għandu jiġi eżegwit għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, b’kunsiderazzjoni xierqa taċ-ċirkostanzi kollha, speċjalment is-serjetà relattiva tar-reati u l-post tar-reati, id-dati rispettivi tal-mandati ta’ arrest jew tal-mandati ta’ arrest Ewropej u jekk inħarġux għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, u ta’ obbligi legali tal-Istati Membri li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni rigward, b’mod partikolari, il-prinċipji tal-libertà ta’ moviment u n-nondiskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ nazzjonalità.

2.    L-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ta’ Stat Membru tista’ titlob il-parir tal-Eurojust sabiex tagħmel l-għażla msemmija fil-paragrafu 1.

3.    Fil-każ ta’ kunflitt bejn mandat ta’ arrest u talba għall-estradizzjoni ppreżentata minn pajjiż terz jew mandat ta’ arrest ippreżentat mir-Renju Unit skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (“mandat ta’ arrest tat-TCA”), id-deċiżjoni dwar jekk il-mandat ta’ arrest jew it-talba għall-estradizzjoni jew il-mandat ta’ arrest tat-TCA jiħux preċedenza għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv b’kunsiderazzjoni xierqa taċ-ċirkostanzi kollha, b’mod partikolari dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u dawk imsemmija fil-konvenzjoni applikabbli.

4.    Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.



ARTIKOLU 134

Termini preskrittivi u proċeduri għad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest

1.    Mandat ta’ arrest għandu jiġi ttrattat bħala kwistjoni ta’ urġenza.

2.    F’każijiet fejn il-persuna rikjesta tagħti l-kunsens tagħha għall-konsenja, id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest għandha tittieħed fi żmien 10 ijiem wara li jkun ingħata l-kunsens.

3.    F’każijiet oħra, id-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandha tittieħed 60 jum wara l-arrest tal-persuna rikjesta.

4.    Fejn f’każijiet speċifiċi l-mandat ta’ arrest ma jkunx jista’ jiġi eżegwit fit-termini preskrittivi stabbiliti fil-paragrafu 2 jew 3, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja emittenti dwar dak il-fatt, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien. F’każijiet bħal dan, it-termini preskrittivi jistgħu jiġu estiżi bi 30 jum ieħor.

5.    Sakemm l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni finali dwar il-mandat ta’ arrest, hija għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva tal-persuna jibqgħu ssodisfati.

6.    Iridu jingħataw raġunijiet għal kwalunkwe rifjut ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest.



ARTIKOLU 135

Sitwazzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni

1.    Meta l-mandat ta’ arrest jkun inħareġ għall-fini tat-tmexxija ta’ proċedimenti kriminali, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha:

(a)    taqbel li l-persuna rikjesta jenħtieġ li tinstema’ skont l-Artikolu SURRENDER.22 (Smigħ tal-persuna sakemm tittieħed id-deċiżjoni); jew

(b)    taqbel mat-trasferiment temporanju tal-persuna rikjesta.

2.    Il-kundizzjonijiet u d-durata tat-trasferiment temporanju għandhom jiġu ddeterminati bi ftehim reċiproku bejn l-awtorità ġudizzjarja emittenti u dik ta’ eżekuzzjoni.

3.    Fil-każ ta’ trasferiment temporanju, il-persuna għandha tkun tista’ tirritorna fl-Istat Membru eżekuttiv jew f’Ġibiltà fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur eżekuttiv, biex tattendi seduti li jikkonċernaw lil dik il-persuna bħala parti mill-proċedura ta’ konsenja.

ARTIKOLU 136

Smigħ tal-persuna sakemm tittieħed id-deċiżjoni

1.    Il-persuna rikjesta għandha tinstema’ minn awtorità ġudizzjarja. Għal dak l-għan, il-persuna rikjesta għandha tiġi assistita minn avukat maħtur f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti.



2.    Il-persuna rikjesta għandha tinstema’ skont il-liġi tal-Istat Membru eżekuttiv jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, u bil-kundizzjonijiet stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji li joħorġu u dawk li jesegwixxu l-mandat.

3.    L-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni kompetenti tista’ tassenja awtorità ġudizzjarja oħra tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, li tieħu sehem fis-smigħ tal-persuna rikjesta sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 137

Privileġġi u immunitajiet

1.    Meta l-persuna mitluba tgawdi minn privileġġ jew immunità rigward ġuriżdizzjoni jew eżekuzzjoni fl-Istat Membru eżekuttiv jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 134 jibdew jiddekorru biss meta, jew jekk, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tkun infurmata bil-fatt li l-privileġġ jew l-immunità tkun ġiet irtirata.

2.    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għal konsenja effettiva jiġu ssodisfati meta l-persuna ma tibqax tgawdi minn tali privileġġ jew immunità.



3.    Meta s-setgħa ta’ rinunzja tal-privileġġ jew tal-immunità tkun ta’ awtorità tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha titlob lil dik l-awtorità teżerċita dik is-setgħa mingħajr dewmien. Meta s-setgħa ta’ rinunzja tal-privileġġ jew tal-immunità tkun ta’ awtorità ta’ Stat Membru ieħor, tar-Renju Unit, tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ta’ pajjiż terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali, l-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha titlob dik l-awtorità biex teżerċita dik is-setgħa.

ARTIKOLU 138

Obbligi internazzjonali f’kompetizzjoni

1.    Dan il-Ftehim ma jippreġudikax l-obbligi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, meta l-persuna rikjesta tkun ġiet estradita lejn dak l-Istat Membru jew lejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, minn pajjiż terz jew mir-Renju Unit u meta dik il-persuna tkun protetta minn dispożizzjonijiet tal-arranġament li skontu dik il-persuna tkun ġiet estradita fir-rigward tar-regola tal-ispeċjalità. L-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jitlob mingħajr dewmien il-kunsens tal-pajjiż terz jew tar-Renju Unit li minnu l-persuna rikjesta tkun ġiet estradita sabiex il-persuna rikjesta tkun tista’ tiġi kkonsenjata lill-Istat Membru emittenti jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti. Il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 134 ma jibdewx jiddekorru qabel il-jum li fih ma tibqax tapplika din ir-regola tal-ispeċjalità.



2.    Sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-pajjiż terz jew tar-Renju Unit li minnu l-persuna rikjesta ġiet estradita, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għal konsenja effettiva jibqgħu ssodisfati.

ARTIKOLU 139

Notifika tad-deċiżjoni

L-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja emittenti bid-deċiżjoni dwar l-azzjoni li għandha tittieħed dwar il-mandat ta’ arrest.

ARTIKOLU 140

Termini preskrittivi għall-konsenja tal-persuna

1.    Il-persuna rikjesta għandha tiġi konsenjata malajr kemm jista’ jkun f’data miftehma bejn l-awtoritajiet ikkonċernati.

2.    Il-persuna rikjesta għandha tiġi kkonsenjata mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest.



3.    Jekk il-konsenja tal-persuna rikjesta fil-limitu ta’ żmien fil-paragrafu 2 ma tħallietx minħabba ċirkustanzi li mhumiex fil-kontroll ta’ xi wieħed mill-Istat Membri jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni u dawk li joħroġu l-mandat għandhom jikkuntattjaw lil xulxin immedjatament u jiftiehmu dwar data ġdida ta’ konsenja. F’dak il-każ, il-konsenja għandha sseħħ fi żmien 10 ijiem mid-data l-ġdida hekk miftiehma.

4.    Il-konsenja tista’ eċċezzjonalment tiġi posposta temporanjament għal raġunijiet umanitarji serji, pereżempju jekk hemm raġunijiet sostanzjali biex jitwemmen li l-konsenja tpoġġi manifestament f’periklu l-ħajja jew is-saħħa tal-persuna rikjesta. L-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest għandha sseħħ malli dawk ir-raġunijiet ma jibqgħux jeżistu. L-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja emittenti u tiftiehem dwar data ġdida ta’ konsenja. F’dak il-każ, il-konsenja għandha ssir fi żmien 10 ijiem mid-data l-ġdida miftiehma.

5.    Mal-iskadenza tal-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi minn 2 sa 4, jekk il-persuna rikjesta għadha qed tinżamm f’kustodja, dik il-persuna għandha tinħeles. L-awtoritajiet ġudizzjarji eżekutorji u emittenti għandhom jikkuntattjaw lil xulxin malli jidher li persuna għandha tiġi rilaxxata skont dan il-paragrafu u jaqblu dwar l-arranġamenti għall-konsenja ta’ dik il-persuna.



ARTIKOLU 141

Konsenja posposta jew kundizzjonali

1.    Wara li tiddeċiedi li teżegwixxi l-mandat ta’ arrest, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tipposponi l-konsenja tal-persuna rikjesta sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni kriminali kontra l-persuna rikjesta fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur ta’ eżekuzzjoni jew, jekk il-persuna rikjesta tkun diġà ġiet ikkundannata, sabiex il-persuna rikjesta tkun tista’ tiskonta, sentenza mogħtija għal att differenti minn dak imsemmi fil-mandat ta’ arrest fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur ta’ eżekuzzjoni.

2.    Minflok li tipposponi l-konsenja, l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva tista’ tikkonsenja temporanjament il-persuna rikjesta lill-Istat Membru emittenti jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji li jesegwixxu u li joħorġu l-mandat. Il-ftehim għandu jkun magħmul fil-kitba u l-kundizzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha fl-Istat Membru emittenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti.

ARTIKOLU 142

Tranżitu

1.    Kull Stat Membru, ir-Renju Unit u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jippermettu t-tranżitu mit-territorju tagħhom ta’ persuna rikjesta li tkun qed tiġi kkonsenjata dment li jkunu ngħataw informazzjoni dwar:

(a)    l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna suġġetta għall-mandat ta’ arrest;



(b)    l-eżistenza ta’ mandat ta’ arrest;

(c)    in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat; u

(d)    id-deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi tar-reat, inklużi d-data u l-post.

2.    Fejn tkun saret notifika mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’konformità mal-Artikolu 122(2) fis-sens li ċ-ċittadini tar-Renju Unit mhux se jiġu kkonsenjati jew li l-konsenja se tiġi awtorizzata biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifikati, ir-Renju Unit jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, jistgħu jirrifjutaw it-tranżitu ta’ ċittadini tar-Renju Unit taħt l-istess termini jew jissottomettuh għall-istess kundizzjonijiet.

3.    L-Istat Membru, li f’ismu tkun saret notifika skont l-Artikolu 122(2) fis-sens li ċ-ċittadini tiegħu ma jiġux ikkonsenjati jew li l-konsenja tiġi awtorizzata biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifiċi, jista’ jirrifjuta t-tranżitu taċ-ċittadini tiegħu stess mit-territorju tiegħu taħt l-istess termini jew jissottomettih għall-istess: termini jew jissottomettih għall-istess kundizzjonijiet.

4.    L-Istati Membri, ir-Renju Unit u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni bl-awtoritajiet responsabbli biex jirċievu talbiet għal tranżitu u d-dokumenti meħtieġa, kif ukoll kwalunkwe korrispondenza uffiċjali oħra relatata mat-talbiet għal tranżitu.

5.    Ir-rikjesta għat-tranżitu u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nnominata skont il-paragrafu 4 bi kwalunkwe mezz li jista’ jipproduċi rekord bil-miktub. Id-Deċiżjoni tal-awtorità notifikata tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur rikjest għandha tiġi nnotifikata bl-istess proċedura.



6.    Dan l-Artikolu ma japplikax fil-każ ta’ trasport bl-ajru mingħajr waqfa skedata. Madankollu, jekk iseħħ inżul mhux skedat, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, għandhom jipprovdu lill-awtorità nnotifikata skont il-paragrafu 4 bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

7.    Meta tranżitu jikkonċerna persuna li għandha tiġi estradita, jew ikkonsenjata, minn pajjiż terz jew mir-Renju Unit lejn Stat Membru jew lejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew bejn Stati Membri, dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis. B’mod partikolari, ir-referenzi għal “mandat ta’ arrest” għandhom jiġu ttrattati bħala referenzi għal “talba għal estradizzjoni” jew “Mandat ta’ Arrest Ewropew”, jew “mandat ta’ arrest tat-TCA”, skont il-każ.

ARTIKOLU 143

Deduzzjoni fil-perjodu ta’ detenzjoni mgħoddi
fl-Istat Membru eżekuttiv jew f’Ġibiltà

1.    L-Istat Membru emittenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, għandu jnaqqas il-perjodi kollha ta’ detenzjoni li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew mill-perjodu totali ta’ detenzjoni li għandu jiġi skontat fl-Istat Membru emittenti jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur emittenti bħala riżultat ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni li qed tiġi mogħtija.

2.    L-informazzjoni kollha li tikkonċerna d-durata tad-detenzjoni tal-persuna mitluba abbażi tal-mandat ta’ arrest għandha tintbagħat mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni jew mill-awtorità ċentrali nnominata taħt l-Artikolu 124 lill-awtorità ġudizzjarja emittenti fil-mument tal-konsenja.



ARTIKOLU 144

Prosekuzzjoni possibbli għal reati oħrajn

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li, f’relazzjonijiet ma’ Stati Membri oħra li għalihom l-Unjoni tat in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, il-kunsens tiegħu ikun preżunt li ngħata għall-prosekuzzjoni, għas-sentenzjar jew għad-detenzjoni ta’ persuna bil-ħsieb li tiġi eżegwita piena li ċċaħħad il-libertà jew ordni ta’ detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja ta’ persuna, minbarra dak li għalih ġiet ikkonsenjata, sakemm f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.

2.    L-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, tista’ tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun ta n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-kunsens ta’ dawk l-Istati Membri jkun preżunt li ngħata għall-prosekuzzjoni, għas-sentenzjar jew għad-detenzjoni ta’ persuna bil-ħsieb li tiġi eżegwita piena li ċċaħħad il-libertà jew ordni ta’ detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja ta’ persuna, minbarra dak li għalih ġiet ikkonsenjata, sakemm f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva tal-Istat Membru ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.

3.    Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4, persuna kkonsenjata ma tistax tiġi mħarrka, sentenzjata jew b’xi mod ieħor imċaħħda mil-libertà għal reat imwettaq qabel il-konsenja ta’ dik il-persuna minbarra dak li għalih il-persuna ġiet ikkonsenjata.



4.    Il-paragrafu 3 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:

(a)    il-persuna, wara li kellha l-opportunità li titlaq mill-Istat Membru li lilu ġiet ikkonsenjata dik il-persuna jew minn Ġibiltà meta ġiet ikkonsenjata lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għamlitx dan fi żmien 45 jum mir-rilaxx finali ta’ dik il-persuna jew irritornat lejn dak l-Istat Membru jew Ġibiltà, skont il-każ, wara li telqet minnu;

(b)    ir-reat ma jkunx punibbli b’piena li ċċaħħad il-libertà jew b’ordni ta’ detenzjoni;

(c)    il-proċedimenti kriminali ma jwasslux għall-applikazzjoni ta’ miżura li tillimita l-libertà personali;

(d)    il-persuna tista’ tkun suġġetta għal piena jew miżura li ma tinvolvix iċ-ċaħda tal-libertà, b’mod partikolari piena finanzjarja jew miżura minflok penali finanzjarja, anke jekk il-piena jew il-miżura tista’ twassal għal restrizzjoni tal-libertà personali tal-persuna;

(e)    il-persuna tat il-kunsens biex tiġi kkonsenjata, fejn xieraq fl-istess ħin li l-persuna rrinunzjat għar-regola tal-ispeċjalità, f’konformità mal-Artikolu 130;

(f)    il-persuna, wara l-konsenja tal-persuna, irrinunzjat espressament għall-benefiċċju tar-regola tal-ispeċjalità fir-rigward ta’ reati speċifiċi qabel il-konsenja tal-persuna; trid tingħata rinunzja quddiem l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat Membru emittenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, u tkun reġistrata f’konformità mal-liġi domestika ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ; ir-rinunzja trid issir b’mod li jkun jidher ċar li l-persuna tagħtu volontarjament u b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi; għal dan il-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat; u



(g)    l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li kkonsenjat il-persuna tagħti l-kunsens tagħha skont il-paragrafu 4.

5.    Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) u traduzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 125(2). Il-kunsens għandu jingħata meta r-reat li għalih jintalab fih innifsu jkun suġġett għal konsenja f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Il-kunsens għandu jiġi miċħud għar-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 119 u mill-bqija jista’ jiġi miċħud biss għar-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 120, jew l-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 122(2). Id-deċiżjoni għandha tittieħed mhux aktar tard minn 30 jum wara li tiġi rċevuta t-talba. Għas-sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 123, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, iridu jagħtu l-garanziji previsti fih.

ARTIKOLU 145

Konsenja jew estradizzjoni sussegwenti

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li, fir-relazzjonijiet mal-Istati Membri li f’isimhom l-Unjoni tat in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, il-kunsens tiegħu għall-konsenja sussegwenti minn wieħed minn dawk l-Istati Membri, ta’ persuna inizjalment ikkonsenjata lil dak l-Istat Membru mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont mandat ta’ arrest, lil wieħed ieħor minn dawk l-Istati Membri skont mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal reat imwettaq qabel il-konsenja ta’ dik il-persuna, huwa preżunt li ngħata, sakemm f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja lill-Istat Membru li jiddeċiedi dwar il-konsenja sussegwenti.



2.    L-Unjoni, filwaqt li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, tista’ tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun ta n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-kunsens ta’ dawk l-Istati Membri għall-konsenja sussegwenti mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ta’ persuna inizjalment ikkonsenjata lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, minn wieħed minn dawk l-Istati Membri skont mandat ta’ arrest, lil Stat Membru ieħor minn dawk l-Istati Membri skont mandat ta’ arrest maħruġ għal reat imwettaq qabel il-konsenja ta’ dik il-persuna, huwa preżunt li ngħata, sakemm f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tal-Istat Membru li inizjalment ikkonsenja l-persuna lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar dik il-konsenja.

3.    Fi kwalunkwe każ, persuna li ġiet konsenjata lill-Istat Membru emittenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, skont mandat ta’ arrest jew mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tiġi kkonsenjata lil Stat Membru li mhux l-Istat Membru eżekuttiv jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont mandat ta’ arrest jew mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal kwalunkwe reat imwettaq qabel il-konsenja tal-persuna mingħajr il-kunsens tal-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)    il-persuna rikjesta, wara li kellha l-opportunità li titlaq mill-Istat Membru li lilu ġiet ikkonsenjata dik il-persuna jew minn Ġibiltà meta ġiet ikkonsenjata lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għamlitx dan fi żmien 45 jum mir-rilaxx finali ta’ dik il-persuna, jew irritornat lejn dak l-Istat Membru jew lejn Ġibiltà wara li telqet minnu;



(b)    il-persuna rikjesta tagħti l-kunsens biex tiġi kkonsenjata lil Stat Membru minbarra l-Istat Membru eżekuttiv jew lir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont mandat ta’ arrest jew mandat ta’ arrest Ewropew; Irid jingħata kunsens quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, li jkun irreġistrat f’konformità mal-liġi domestika ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà; għandu jsir b’mod li jkun jidher ċar li l-persuna tagħtu volontarjament u b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi; għal dan il-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat; u

(c)    il-persuna rikjesta mhijiex soġġetta għar-regola tal-ispeċjalità, f’konformità mal-punti (a), (e), (f) jew (g) tal-Artikolu 144(3).

4.    L-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tagħti l-kunsens għall-konsenja lil Stat Membru ieħor jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)    it-talba għall-kunsens għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 126, flimkien mal-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 125(1) u t-traduzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 125(2);

(b)    il-kunsens għandu jingħata fejn ir-reat li għalih jintalab minnu nnifsu jkun suġġett għal konsenja f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim;

(c)    id-deċiżjoni għandha tittieħed mhux aktar tard minn 30 jum wara li tiġi rċevuta t-talba; u

(d)    il-kunsens għandu jiġi miċħud għar-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 119 u mill-bqija jista’ jiġi miċħud biss għar-raġunijiet imsemmijin fl-Artikolu 120, l-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 122(2).



5.    Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 123, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, iridu jagħtu l-garanziji previsti fih.

6.    Minkejja l-paragrafi 1 u 2, persuna li ġiet ikkonsenjata skont mandat ta’ arrest ma għandhiex tiġi estradita f’pajjiż terz jew ikkonsenjata lir-Renju Unit mingħajr il-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li kkonsenja l-persuna jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dan ikun ikkonsenja lill-persuna. Tali kunsens għandu jingħata f’konformità mal-Konvenzjonijiet li bihom huwa marbut dak l-Istat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, kif ukoll mal-liġi domestika ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

ARTIKOLU 146

Trasferiment ta’ proprjetà

1.    Fuq it-talba tal-awtorità ġudizzjarja emittenti jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha, f’konformità mal-liġi domestika tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv, tissekwestra u tikkonsenja proprjetà li:

(a)    tista’ tkun meħtieġa bħala evidenza; jew

(b)    tkun inkisbet mill-persuna rikjesta bħala riżultat tar-reat.



2.    Il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ttrasferita anki jekk il-mandat ta’ arrest ma jkunx jista’ jiġi eżegwit minħabba l-mewt jew il-ħarba tal-persuna rikjesta.

3.    Jekk il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 tkun soġġetta għal sekwestru jew konfiska fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew f’Ġibiltà jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur eżekuttiv, l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu, jekk il-proprjetà tkun meħtieġa b’rabta ma’ proċedimenti kriminali pendenti, iżommuha temporanjament jew jgħadduha lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti jew lill-Istat Membru emittenti bil-kundizzjoni li tiġi rritornata.

4.    Kwalunkwe dritt li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur eżekuttiv, jew partijiet terzi setgħu akkwistaw fil-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppreservat. Fejn jeżistu tali drittijiet, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti jew tal-Istat Membru emittenti, għandha tirritorna l-proprjetà mingħajr ħlas lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew lil Ġibiltà jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur eżekuttiv, hekk kif il-proċedimenti kriminali jkunu ġew itterminati.

ARTIKOLU 147

Spejjeż

1.    L-ispejjeż imġarrba fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew f’Ġibiltà fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa l-attur eżekuttiv għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur eżekuttiv.



2.    Il-kostijiet kollha l-oħra għandhom jiġu koperti mill-awtoritajiet tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti.

ARTIKOLU 148

Relazzjoni ma’ strumenti legali oħrajn

1.    Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, min-naħa l-waħda, u l-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, dan il-Kapitolu, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-konvenzjonijiet li ġejjin applikabbli fil-qasam tal-estradizzjoni fir-relazzjonijiet bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà minn naħa waħda, u l-Istati Membri, min-naħa l-oħra:

(a)    il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, magħmula f’Pariġi fit-13 ta’ Diċembru 1957, u l-protokolli addizzjonali tagħha; u

(b)    il-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu f’dak li għandu x’jaqsam mal-estradizzjoni.

2.    Jekk il-Konvenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu japplikaw għat-territorji ta’ Stati jew għat-territorji li Stat ikun responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom, u li għalihom ma japplikax dan it-Titolu, dawk il-Konvenzjonijiet ikomplu jirregolaw ir-relazzjonijiet eżistenti bejn dawk it-territorji u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU 149

Rieżami tan-notifiki

Meta jwettqu r-rieżami konġunt ta’ dan il-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 330, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jżommu n-notifiki magħmula skont l-Artikolu 118(4), l-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 122(2). Jekk in-notifiki msemmija fl-Artikolu 122(2) ma jiġġeddux, dawn għandhom jiskadu fl-aħħar waħda mid-dati ta’ 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew it-tlestija tar-rieżami konġunt ta’ dan il-Ftehim skont l-Artikolu 330. In-notifiki kif imsemmija fl-Artikolu 122(2) jistgħu jiġġeddu jew isiru ġodda biss matul it-3 xhur qabel ir-raba’ anniversarju tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u, sussegwentement, kull 5 snin minn hemm ’il quddiem, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 122(2) jiġu ssodisfati f’dak iż-żmien.

ARTIKOLU 150

Mandati ta’ arrest kurrenti f’każ ta’ diżapplikazzjoni

Minkejja l-Artikoli 66, 67 u 334, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu japplikaw fir-rigward ta’ mandati ta’ arrest fejn il-persuna rikjesta tkun ġiet arrestata qabel id-diżapplikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest, irrispettivament mid-deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni dwar jekk il-persuna rikjesta għandhiex tibqa’ f’detenzjoni jew tiġix rilaxxata proviżorjament.



ARTIKOLU 151

Applikazzjoni għal mandati ta’ arrest Ewropew eżistenti

Dan il-Kapitolu għandu japplika fir-rigward ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa f’konformità mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI 21 mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 fejn il-persuna rikjesta ma tkunx ġiet arrestata għall-fini tal-eżekuzzjoni tagħha sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

KAPITOLU 5

ASSISTENZA REĊIPROKA

ARTIKOLU 152

Objettiv

1.    L-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jissupplimenta d-dispożizzjonijiet u jiffaċilita l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, min-naħa l-oħra, ta’:

(a)    il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali, magħmula fi Strasburgu fl-20 ta’ April 1959 (il-“Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka”);



(b)    il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, magħmul fi Strasburgu fis-17 ta’ Marzu 1978;

(c)    it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, magħmul fi Strasburgu fit-8 ta’ Novembru 2001; u

(d)    it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, magħmul fil-Belt Valletta fid-19 ta’ Settembru 2025.

2.    Dan il-Kapitolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu, li jieħu preċedenza fuq dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 153

Definizzjoni ta’ awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li hija kompetenti li tibgħat jew tirċievi talbiet għal assistenza reċiproka f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u mal-Protokolli tagħha, u fejn applikabbli, kif iddefinita mill-Istati Membri jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fid-dikjarazzjonijiet rispettivi tagħhom indirizzati lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa. “Awtorità kompetenti” tinkludi wkoll il-korpi tal-Unjoni notifikati skont l-Artikolu 68; fir-rigward ta’ tali korpi tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu japplikaw kif xieraq.



ARTIKOLU 154

Formola għal talba għal assistenza reċiproka

1.    It-talbiet għall-assistenza reċiproka għandhom isiru bl-użu tal-formola standard stabbilita fl-Anness 15.

2.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni jista’ jemenda l-formola fl-Anness 15 kif jista’ jkun meħtieġ.

3.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni għandu jadotta kwalunkwe modifika għall-formola fl-Anness 15 kif jista’ jkun meħtieġ biex jirrifletti l-bidliet li jkunu saru fil-formola għat-talbiet għal assistenza reċiproka bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

4.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni jista’ jimpenja ruħu wkoll li jistabbilixxi formola standard għan-notifiki bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni jista’ jemenda tali formola standard għan-notifiki kif jista’ jkun meħtieġ.



ARTIKOLU 155

Kundizzjonijiet għal talba għal assistenza reċiproka

1.    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, tista’ tagħmel talba għal assistenza reċiproka biss jekk tkun sodisfatta li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    it-talba tkun meħtieġa u proporzjonata għall-fini tal-proċedimenti filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata; u

(b)    il-miżura investigattiva jew il-miżuri investigattivi indikati fit-talba setgħu ġew ordnati taħt l-istess kundizzjonijiet f’każ domestiku simili.

2.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jista’ jikkonsulta lill-Istat Membru rikjedenti jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dan ikun għamel it-talba, jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, tkun tal-fehma li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma jkunux issodisfati. Wara l-konsultazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dan ikun għamel it-talba, tista’ tiddeċiedi li tirtira t-talba għal assistenza reċiproka.



ARTIKOLU 156

Rikors għal tip differenti ta’ miżura investigattiva

1.    Kull fejn ikun possibbli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandha tikkunsidra li tirrikorri għal miżura investigattiva għajr il-miżura indikata fit-talba għal assistenza reċiproka jekk:

(a)    Il-miżura investigattiva indikata fit-talba ma teżistix skont il-liġi tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest; jew

(b)    il-miżura investigattiva indikata fit-talba ma tkunx disponibbli f’każ domestiku simili.

2.    Mingħajr preġudizzju għar-raġunijiet għal rifjut disponibbli skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha u skont l-Artikolu 158, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax għall-miżuri investigattivi li ġejjin, li għandhom dejjem ikunu disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest:

(a)    il-kisba ta’ informazzjoni li tinsab f’bażijiet ta’ data miżmuma mill-pulizija jew mill-awtoritajiet ġudizzjarji li tkun aċċessibbli mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, fil-qafas tal-proċedimenti kriminali;



(b)    is-smigħ ta’ xhud, espert, vittma, persuna suspettata jew akkużata jew parti terza fl-Istat Membru rikjest jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjest;

(c)    Kwalunkwe miżura investigattiva mhux koerċittiva, kif definit mil-liġi tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest; u

(d)    l-identifikazzjoni ta’ persuni li jkollhom abbonament għal numru tat-telefown speċifiku jew indirizz IP speċifiku.

3.    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, tista’ tirrikorri wkoll għal miżura investigattiva għajr il-miżura indikata fit-talba għal assistenza reċiproka jekk il-miżura investigattiva magħżula mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, tikseb l-istess riżultat b’mezzi inqas intrużivi mill-miżura investigattiva indikata fit-talba.

4.    Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li ssirlu t-talba jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur li ssirlu t-talba, tiddeċiedi li tirrikorri għal miżura differenti minn dik indikata fit-talba għal assistenza reċiproka kif imsemmi fil-paragrafi 1 jew 3, hija għandha l-ewwel tinforma lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun għamel it-talba, jew tal-Istat Membru rikjedenti, li jista’ jiddeċiedi li jirtira jew jissupplimenta t-talba.



5.    Jekk il-miżura investigattiva indikata fit-talba ma tkunx teżisti skont id-dritt tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew ma tkunx disponibbli f’każ domestiku simili, u ma jkun hemm l-ebda miżura investigattiva oħra li jkollha l-istess riżultat bħall-miżura investigattiva mitluba, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun għamel it-talba, jew tal-Istat Membru rikjedenti, li ma jkunx possibbli li tingħata l-assistenza mitluba.

ARTIKOLU 157

Obbligu li tingħata informazzjoni

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun għamel it-talba, jew tal-Istat Membru rikjedenti, bi kwalunkwe mezz u mingħajr dewmien żejjed jekk:

(a)    ikun impossibbli li tiġi eżegwita t-talba għal assistenza reċiproka minħabba li t-talba ma tkunx kompluta jew tkun manifestament żbaljata; jew



(b)    l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, matul l-eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza reċiproka, tqis mingħajr aktar domandi li jista’ jkun xieraq li jitwettqu miżuri investigattivi mhux previsti inizjalment, jew li ma setgħux jiġu speċifikati meta saret it-talba għal assistenza reċiproka, sabiex l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk tkun għamlet it-talba, jew tal-Istat Membru rikjedenti tkun tista’ tieħu azzjoni ulterjuri fil-każ speċifiku.

ARTIKOLU 158

Ne bis in idem

L-assistenza reċiproka tista’ tiġi rrifjutata, flimkien mar-raġunijiet għal rifjut previsti skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha, għar-raġuni li l-persuna li fir-rigward tagħha tintalab l-assistenza u li tkun soġġetta għal investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet jew proċedimenti kriminali oħra, inklużi proċedimenti ġudizzjarji, fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun għamel it-talba, tkun ġiet iġġudikata b’mod finali minn awtorità tar-Renju Unit, tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ta’ Stat Membru, skont il-każ, fir-rigward tal-istess atti, dment li, jekk tkun ġiet imposta piena, tkun ġiet infurzata, tkun fil-proċess li tiġi infurzata jew ma tkunx tista’ tiġi infurzata aktar, skont il-każ, skont id-dritt tar-Renju Unit, tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tal-Istat Membru li fih il-persuna tkun qed tiġi kkundannata.



ARTIKOLU 159

Termini preskrittivi

1.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jiddeċiedi jekk jeżegwix it-talba għal assistenza reċiproka malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi t-talba u għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun għamel it-talba, jew tal-Istat Membru rikjedenti, bid-deċiżjoni tiegħu.

2.    Talba għal assistenza reċiproka għandha tiġi eżegwita malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 90 jum wara li tkun saret id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew wara li tkun saret il-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 155(2).

3.    Jekk fit-talba għal assistenza reċiproka jkun indikat li, minħabba skadenzi proċedurali, is-serjetà tar-reat jew ċirkostanzi oħra partikolarment urġenti, ikun meħtieġ limitu ta’ żmien iqsar minn dak previst fil-paragrafu 1 jew 2, jew jekk fit-talba jkun indikat li miżura għal assistenza reċiproka għandha titwettaq f’data speċifika, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandha tieħu kont kemm jista’ jkun sħiħ ta’ dak ir-rekwiżit.



4.    Fejn applikabbli, jekk issir talba għal assistenza reċiproka biex jittieħdu miżuri proviżorji skont l-Artikolu 24 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandha tiddeċiedi dwar il-miżura proviżorja, u għandha tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dan ikun għamel it-talba, jew tal-Istat Membru rikjedenti malajr kemm jista’ jkun wara li tkun irċeviet it-talba. Qabel ma tneħħi kwalunkwe miżura proviżorja meħuda skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, kull fejn ikun possibbli, għandha tagħti lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit rikjedenti, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun għamel it-talba, jew tal-Istat Membru rikjedenti, opportunità biex tippreżenta r-raġunijiet tagħha favur it-tkomplija tal-miżura.

5.    Jekk f’każ speċifiku, il-limitu ta’ żmien previst fil-paragrafu 1 jew 2, jew il-limitu ta’ żmien jew id-data speċifika msemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux jistgħu jiġu rrispettati, jew id-deċiżjoni dwar it-teħid ta’ miżuri proviżorji f’konformità mal-paragrafu 4 tiġi ttardjata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dan ikun għamel it-talba, jew tal-Istat Membru rikjedenti bi kwalunkwe mezz, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u għandha tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dan ikun għamel it-talba, jew tal-Istat Membru rikjedenti dwar it-twaqqit xieraq għall-eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza reċiproka.

6.    Għal aktar ċertezza, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jieħdu preċedenza fuq l-Artikolu 6 tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka.



ARTIKOLU 160

Trażmissjoni ta’ talbiet għal assistenza reċiproka

1.    L-Artikolu 6(1) għandu japplika biss fir-rigward tat-trażmissjoni inizjali ta’ talbiet għal assistenza reċiproka u tat-trażmissjoni inizjali ta’ komunikazzjonijiet relatati ma’ informazzjoni u notifiki spontanji msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, li għandhom jiġu trażmessi f’konformità ma’ dak l-Artikolu u d-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha.

2.    Minbarra l-kanali ta’ komunikazzjoni previsti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha, jekk tiġi pprovduta trażmissjoni diretta, skont id-dispożizzjonijiet rispettivi tagħhom, għal talbiet għal assistenza reċiproka, u komunikazzjonijiet relatati ma’ informazzjoni u notifiki spontanji msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, dawn jistgħu jiġu trażmessi wkoll direttament mill-prosekuturi pubbliċi tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Artikolu 6(1) għandu japplika għat-trażmissjoni inizjali ta’ tali talbiet għal assistenza reċiproka, u għat-trażmissjoni inizjali ta’ tali komunikazzjonijiet relatati ma’ informazzjoni u notifiki spontanji msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka minn prosekuturi pubbliċi tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



3.    Minbarra l-kanali ta’ komunikazzjoni previsti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka u l-Protokolli tagħha, f’każijiet urġenti jew fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ żewġ Stati Membri jew aktar u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jeħtieġ li jikkoordinaw il-proċeduri ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, kwalunkwe talba għal assistenza reċiproka, kif ukoll informazzjoni spontanja, jew notifika msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka, u b’deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jiġu trażmessi permezz tal-Europol jew l-Eurojust f’konformità mad-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli rispettivi ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 161

Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistabbilixxu Skwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta, ir-relazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Iskwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta għandha tkun irregolata bid-dritt tal-Unjoni, minkejja l-bażi legali msemmija fil-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ Skwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta.



KAPITOLU 6

IFFRIŻAR U KONFISKA

ARTIKOLU 162

Għanijiet u prinċipji tal-kooperazzjoni

1.    L-objettiv ta’ dan it-il-Kapitolu huwa li jipprevedi kooperazzjoni bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà minn naħa waħda, u l-Istati Membri, min-naħa l-oħra, sa fejn ikun l-aktar possibbli għall-finijiet ta’ investigazzjonijiet u proċedimenti mmirati lejn l-iffriżar ta’ proprjetà bil-ħsieb tal-konfiska sussegwenti tagħha u investigazzjonijiet u proċedimenti mmirati lejn il-konfiska ta’ proprjetà fil-qafas tal-proċedimenti f’materji kriminali. Dan ma jipprekludix kooperazzjoni oħra skont l-Artikolu 171(5) u (6). Dan il-Kapitolu jipprevedi wkoll kooperazzjoni ma’ korpi tal-Unjoni maħtura mill-Unjoni għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw, skont il-kundizzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu, ma’ talbiet minn Stat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà:

(a)    għall-konfiska ta’ elementi speċifiċi ta’ proprjetà, kif ukoll għall-konfiska tar-rikavat li tikkonsisti f’rekwiżit li titħallas somma flus li tikkorrispondi għall-valur tar-rikavat;

(b)    għal assistenza investigattiva u miżuri proviżorji bil-ħsieb ta’ kwalunkwe forma ta’ konfiska msemmija fil-punt (a).



3.    Assistenza investigattiva u miżuri proviżorji mfittxija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom jitwettqu f’konformità u kif permess mil-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà jekk ikun l-attur rikjest. Meta t-talba li tikkonċerna waħda minn dawn il-miżuri tispeċifika l-formalitajiet jew il-proċeduri li huma meħtieġa skont il-liġi domestika tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, anki jekk ma tkunx familjari mal-Istat Membru rikjest jew mar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, dan tal-aħħar għandu jikkonforma ma’ tali talbiet sa fejn l-azzjoni mfittxija ma tmurx kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi domestika tiegħu.

4.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jiżgura li t-talbiet li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-identifikazzjoni, għat-traċċar, għall-iffriżar jew għall-konfiska tar-rikavat u tal-mezzi strumentali, jirċievu l-istess prijorità bħal dawk magħmula fil-qafas tal-proċeduri domestiċi.

5.    Meta jitlob konfiska, assistenza investigattiva u miżuri proviżorji għall-finijiet ta’ konfiska, l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, għandu jiżgura li l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità jiġu rispettati.



6.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw minflok il-Kapitoli tal-“kooperazzjoni internazzjonali” tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil tal-Flus, it-Tiftix, il-Qbid u l-Konfiska tar-Rikavati mill-Kriminalità u dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu, magħmula f’Varsavja fis-16 ta’ Mejju 2005 (“il-Konvenzjoni tal-2005”) u l-Konvenzjoni dwar il-Ħasil, it-Tiftix, is-Sekwestru u l-Konfiska tar-Rikavati mill-Kriminalità, magħmula fi Strasburgu fit-8 ta’ Novembru 1990 (“il-Konvenzjoni tal-1990”). L-Artikolu 163 ta’ dan il-Ftehim għandu jissostitwixxi d-definizzjonijiet korrispondenti fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-2005 u l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-1990. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tal-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Konvenzjoni tal-2005 u tal-Konvenzjoni tal-1990.

ARTIKOLU 163

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “konfiska” tfisser penali jew miżura, ordnata minn qorti b’segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta’ reat kriminali jew reati kriminali, li jirriżultaw fil-privazzjoni finali ta’ proprjetà;

(b)    “iffriżar” jew “qbid” tfisser il-projbizzjoni temporanja tat-trasferiment, il-qerda, il-konverżjoni, id-disponiment jew il-moviment ta’ proprjetà jew l-assunzjoni temporanja tal-kustodja jew tal-kontroll ta’ proprjetà fuq il-bażi ta’ ordni maħruġa minn qorti jew awtorità kompetenti oħra;

(c)    “mezzi strumentali” tfisser kwalunkwe proprjetà użata jew maħsuba biex tintuża, bi kwalunkwe mod, kompletament jew parzjalment, biex jitwettaq reat kriminali jew biex jitwettqu reati kriminali;



(d)    “awtorità ġudizzjarja” tfisser awtorità li, skont id-il-liġi domestika, tkun imħallef, qorti jew prosekutur pubbliku; prosekutur pubbliku jitqies bħala awtorità ġudizzjarja biss sa fejn il-liġi domestika tistabbilixxi hekk;

(e)    “rikavat” tfisser kwalunkwe benefiċċju ekonomiku, derivat minn jew miksub, direttament jew indirettament, minn reati kriminali, jew ammont ta’ flus ekwivalenti għal dak il-benefiċċju ekonomiku; tista’ tikkonsisti minn kwalunkwe proprjetà kif definita f’dan l-Artikolu;

(f)    “proprjetà” tinkludi proprjetà ta’ kwalunkwe deskrizzjoni, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli, u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li jixhdu dritt jew interess fi proprjetà bħal din, li l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jikkunsidra li jkun:

(i)    ir-rikavat minn reat kriminali, jew l-ekwivalenti tiegħu, sew l-ammont sħiħ tal-valur ta’ tali rikavat jew parti biss minn tali rikavat;

(ii)    il-mezzi strumentali ta’ reat kriminali, jew il-valur tali mezzi strumentali;

(iii)    soġġett għall-konfiska skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra relatata mas-setgħat ta’ konfiska skont il-liġi tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fi-rigward ta’ Ġibiltà jekk ikun l-attur rikjedenti, wara proċedimenti fir-rigward ta’ reat kriminali, inklużi l-konfiska ta’ terza persuna, il-konfiska u l-konfiska estiża mingħajr kundanna finali.



ARTIKOLU 164

Obbligu ta’ assistenza

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin, b’talba, l-aktar miżura wiesgħa possibbli ta’ assistenza fl-identifikazzjoni u fit-traċċar tal-istrumenti, tar-rikavat u ta’ proprjetà oħra li tista’ tiġi konfiskata. Tali assistenza għandha tinkludi kull miżura li tipprovdi u tiżgura evidenza dwar l-eżistenza, il-post jew il-moviment, in-natura, l-istatus legali jew il-valur ta’ dawk il-mezzi strumentali, rikavati jew proprjetà oħra.

ARTIKOLU 165

Talbiet għal informazzjoni dwar kontijiet bankarji u kaxex ta’ depożitu sikur

1.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà jekk ikun l-attur rikjedenti, għandu, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiddetermina, bi tweġiba għal talba mibgħuta mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jew Stat Membru, jekk persuna fiżika jew ġuridika li hija s-suġġett ta’ investigazzjoni kriminali għandhiex jew tikkontrollax kont wieħed jew aktar, ta’ kwalunkwe natura, fi kwalunkwe bank li jinsab fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv jew f’Ġibiltà u jekk iva, jipprovdi d-dettalji tal-kontijiet identifikati. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu b’mod partikolari l-isem tad-detentur tal-kont tal-klijent u n-numru IBAN, u fil-każ ta’ kaxex ta’ depożitu sikur l-isem tal-lokatarju jew numru ta’ identifikazzjoni uniku.

2.    L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 japplika biss sa fejn l-informazzjoni tkun fil-pussess tal-bank li jkun qiegħed iżomm il-kont.



3.    Barra mir-rekwiżiti ta’ Artikolu 186, l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, fir-rikjesta għandu:

(a)    jindika għaliex jikkunsidra li l-informazzjoni mitluba x’aktarx li hija ta’ valur sostanzjali għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali dwar ir-reat;

(b)    jiddikjara għal liema raġunijiet jippreżumi li l-banek fl-Istat Membru rikjest jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjest, iżomm il-kont u jispeċifika, sa fejn ikun l-aktar possibbli, liema banek u kontijiet jistgħu jkunu involuti; u

(c)    jinkludi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun disponibbli li tista’ tiffaċilita l-eżekuzzjoni tat-talba.

4.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li dan l-Artikolu se jiġi estiż għal kontijiet miżmuma f’istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji. Tali notifiki jistgħu jsiru suġġetti għall-prinċipju ta’ reċiproċità.

ARTIKOLU 166

Talbiet għal informazzjoni dwar tranżazzjonijiet bankarji

1.    B’talba minn Stat Membru ieħor jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jipprovdi d-dettalji tal-kontijiet bankarji speċifikati u tal-operazzjonijiet bankarji li jkunu twettqu matul perjodu speċifikat permezz ta’ kont wieħed jew aktar speċifikat fit-talba, inklużi d-dettalji ta’ kwalunkwe kont li jibgħat jew jirċievi.



2.    L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 japplika biss sa fejn l-informazzjoni tkun fil-pussess tal-bank li jkun qiegħed iżomm il-kont.

3.    Minbarra r-rekwiżiti tal-Artikolu 186, fit-talba tiegħu l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, għandu jindika fit-talba tiegħu għaliex iqis l-informazzjoni mitluba rilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali dwar ir-reat.

4.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jista’ jagħmel l-eżekuzzjoni ta’ tali talba dipendenti fuq l-istess kundizzjonijiet li japplika fir-rigward ta’ talbiet għal tfittxija u qbid.

5.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li dan l-Artikolu se jiġi estiż għal kontijiet miżmuma f’istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji. Tali notifiki jistgħu jsiru suġġetti għall-prinċipju ta’ reċiproċità.

ARTIKOLU 167

Talbiet għall-monitoraġġ ta’ tranżazzjonijiet bankarji

1.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jiżgura li, fuq talba tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ta’ Stat Membru, ikun jista’ jimmonitorja, matul perjodu speċifikat, l-operazzjonijiet bankarji li jkunu qed jitwettqu permezz ta’ kont wieħed jew aktar speċifikati fit-talba u jikkomunika r-riżultati tal-monitoraġġ lill-Istat Membru rikjedenti jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti.



2.    Minbarra r-rekwiżiti tal-Artikolu 186, fit-talba tiegħu l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, għandu jindika fit-talba tiegħu għaliex iqis l-informazzjoni mitluba rilevanti għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali dwar ir-reat.

3.    Id-Deċiżjoni ta’ monitoraġġ għandha tittieħed f’kull każ individwali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, f’konformità mal-liġi domestika tiegħu.

4.    Id-dettalji prattiċi rigward il-monitoraġġ għandhom jiġu deċiżi b’mod konġunt mill-Istat Membru rikjedenti u dak rikjest jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bħala l-attur rikjedenti jew dak rikjest, skont il-każ.

5.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li dan l-Artikolu se jiġi estiż għal kontijiet miżmuma f’istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji. Tali notifiki jistgħu jsiru suġġetti għall-prinċipju ta’ reċiproċità.



ARTIKOLU 168

Informazzjoni spontanja

Mingħajr preġudizzju għall-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti tiegħu stess, Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ mingħajr talba minn qabel jibgħat lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew lil Stat Membru informazzjoni dwar mezzi strumentali, rikavat u proprjetà oħra li tista’ tiġi kkonfiskata, fejn iqis li d-żvelar ta’ tali informazzjoni tista’ tassisti lill-Istat Membru riċeventi jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur riċeventi, biex jibda jew iwettaq investigazzjonijiet jew proċedimenti jew tista’ twassal għal talba minn dak l-Istat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 169

Obbligu li jittieħdu miżuri proviżorji

1.    B’talba tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ta’ Stat Membru ieħor li jkun fetaħ investigazzjoni jew proċedimenti kriminali, jew investigazzjoni jew proċedimenti għall-fini ta’ konfiska, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, għandu jieħu l-miżuri proviżorji meħtieġa, bħall-iffriżar jew is-sekwestru, biex jipprevjeni kwalunkwe negozjar fi, trasferiment jew disponiment ta’ proprjetà li, fi stadju aktar tard, tista’ tkun is-suġġett ta’ talba għal konfiska jew li tista’ tissodisfa t-talba.

2.    Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li jkun irċieva talba għal konfiska skont l-Artikolu 171 għandu, jekk ikun mitlub, jieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kwalunkwe proprjetà li tkun is-suġġett tat-talba jew li tista’ tissodisfa t-talba.



3.    Meta tasal talba skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonforma mat-talba mingħajr dewmien u bl-istess veloċità u prijorità bħal fil-każ ta’ każ domestiku simili u jibgħat konferma mingħajr dewmien u bi kwalunkwe mezz ta’ produzzjoni ta’ rekord bil-miktub lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti.

4.    Meta l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jiddikjara li l-iffriżar immedjat huwa meħtieġ peress li hemm raġunijiet leġittimi biex wieħed jemmen li l-proprjetà inkwistjoni se titneħħa jew tinqered immedjatament, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew l-Istat Membru rikjest għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonforma mat-talba fi żmien 96 siegħa minn meta jirċievi t-talba u jibgħat konferma lill-Istat Membru rikjedenti jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, bi kwalunkwe mezz biex jipproduċi rekord bil-miktub u mingħajr dewmien.

5.    Meta l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, ma jkunx jista’ jikkonforma mal-limiti ta’ żmien skont il-paragrafu 4, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk huwa l-attur rikjest, għandu jinforma minnufih lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk huwiex l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti u jikkonsulta mar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk huwiex l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti dwar il-passi xierqa li jmiss.

6.    Kwalunkwe skadenza tal-limiti ta’ żmien skont il-paragrafu 4 ma ttemmx ir-rekwiżiti mqiegħda fuq l-Istat Membru rikjest jew fuq ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, minn dan l-Artikolu.



ARTIKOLU 170

Eżekuzzjoni tal-miżuri proviżorji

1.    Wara l-eżekuzzjoni tal-miżuri proviżorji mitluba f’konformità mal-Artikolu 169(1), l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, għandu jipprovdi spontanjament u malajr kemm jista’ jkun lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew l-Istat Membru rikjest l-informazzjoni kollha li tista’ tikkontesta jew timmodifika l-firxa ta’ dawk il-miżuri. L-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, għandu jipprovdi wkoll mingħajr dewmien l-informazzjoni komplementari kollha meħtieġa mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew l-Istat Membru rikjest, u li tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri proviżorji u għas-segwitu tagħhom.

2.    Qabel ma titneħħa kwalunkwe miżura proviżorja meħuda skont l-Artikolu, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu, kull fejn ikun possibbli, jagħti lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti, opportunità li jippreżenta r-raġunijiet tiegħu favur it-tkomplija tal-miżura.



ARTIKOLU 171

Obbligu ta’ konfiska

1.    Jekk Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun irċieva talba għall-konfiska ta’ proprjetà li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjest, huwa għandu:

(a)    jinforza ordni ta’ konfiska magħmula minn qorti fl-Istat Membru rikjedenti jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jkun l-attur rikjedenti, fir-rigward ta’ tali proprjetà; jew

(b)    jippreżenta t-talba lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-fini li jikseb ordni ta’ konfiska u, jekk tingħata tali ordni, jinfurzaha.

3.    Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà għandhom, kull meta jkun meħtieġ, ikollhom il-kompetenza li jibdew proċedimenti ta’ konfiska skont il-liġi domestika tagħhom stess.

4.    Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-konfiska li tikkonsisti f’rekwiżit li titħallas somma ta’ flus li tikkorrispondi għall-valur tar-rikavat, jekk il-proprjetà li għaliha tista’ tiġi eżegwita l-konfiska tkun tinsab fit-territorju tal-Istat Membru rikjest jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjest. F’dawn il-każijiet, jekk tiġi infurzata l-konfiska skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu, jekk ma jinkisibx il-pagament, jissodisfa t-talba dwar kwalunkwe proprjetà disponibbli għal dak il-għan.



5.    Jekk talba għal konfiska tikkonċerna oġġett speċifiku ta’ proprjetà, l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew l-Istat Membru rikjest, jistgħu jiddeċiedu li r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew l-Istat Membru rikjest jista’ jinforza l-konfiska fil-forma ta’ rekwiżit li titħallas somma flus li tikkorrispondi għall-valur tal-proprjetà.

6.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw kemm jista’ jkun skont il-liġi domestika tagħhom ma’ Stat Membru jew mar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li jitlob l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ekwivalenti għal konfiska ta’ proprjetà, jekk it-talba ma tkunx inħarġet fil-qafas ta’ proċedimenti f’materji kriminali, sa fejn tali miżuri jkunu ordnati minn awtorità ġudizzjarja tal-Istati Membri rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fir-rigward ta’ reat kriminali, dment li jkun ġie stabbilit li l-proprjetà tikkostitwixxi rikavat jew:

(a)    proprjetà oħra li fiha r-rikavat ikun ġie ttrasformat jew ikkonvertit;

(b)    proprjetà akkwistata minn sorsi leġittimi, jekk ir-rikavat ikun ġie mħallat, kompletament jew parzjalment, ma’ dik il-proprjetà, sal-valur ivvalutat tar-rikavat imħallat; jew

(c)    introjtu jew benefiċċju ieħor derivat mir-rikavat, minn proprjetà li fiha r-rikavat minn reat ikun ġie ttrasformat jew ikkonvertit jew minn proprjetà li magħha ikun ġie mħallat ir-rikavat ta’ reat, sal-valur ivvalutat tar-rikavat imħallat, bl-istess mod u sal-istess livell bħar-rikavat.

7.    Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 5 jinkludu miżuri li jippermettu l-qbid, id-detenzjoni u s-sekwestru ta’ proprjetà u assi permezz ta’ rikorsi lill-qrati ċivili.



8.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jieħu d-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ konfiska mingħajr dewmien, u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi t-talba. L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jibgħat konferma lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti bi kwalunkwe mezz ta’ produzzjoni ta’ rekord bil-miktub u mingħajr dewmien. Sakemm ma jeżistux raġunijiet għal posponiment skont l-Artikolu 178, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà jekk ikun l-attur rikjest, għandu jieħu l-miżuri konkreti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ konfiska mingħajr dewmien u, tal-anqas, bl-istess ħeffa u prijorità bħal fil-każ ta’ każ domestiku simili.

9.    Meta l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà jekk ikun l-attur rikjest, ma jkunx jista’ jikkonforma mal-limitu ta’ żmien skont il-paragrafu 7, huwa għandu jinforma minnufih lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti u jikkonsulta mar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti dwar il-passi xierqa li jmiss.

10.    Kwalunkwe skadenza tal-limitu ta’ żmien skont il-paragrafu 7 ma ttemmx ir-rekwiżiti mqiegħda fuq l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà jekk ikun l-attur rikjest, minn dan l-Artikolu.



ARTIKOLU 172

Eżekuzzjoni ta’ konfiska

1.    Il-proċeduri għall-kisba u l-infurzar tal-konfiska skont l-Artikolu 171 għandhom ikunu rregolati mil-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest.

2.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jkun marbut bis-sejbiet dwar il-fatti sa fejn dawn ikunu ddikjarati f’kundanna jew f’deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn qorti fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti jew sa fejn tali kundanna jew deċiżjoni ġudizzjarja tkun ibbażata b’mod impliċitu fuqhom.

3.    Jekk il-konfiska tikkonsisti fir-rekwiżit li titħallas somma ta’ flus, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandhom jikkonvertu l-ammont tagħha fil-munita rispettiva tagħhom bir-rata tal-kambju applikabbli fiż-żmien meta tittieħed id-deċiżjoni li tiġi infurzata l-konfiska.

ARTIKOLU 173

Proprjetà konfiskata

1.    Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-proprjetà kkonfiskata skont l-Artikoli 171 u 172 għandha tintrema mill-Istat Membru rikjest jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, f’konformità mal-liġi domestika u l-proċeduri amministrattivi tiegħu.



2.    Meta jaġixxi fuq it-talba magħmula mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew minn Stat Membru skont l-Artikolu 171, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu, sa fejn ikun permess mil-liġi domestika tagħhom u jekk jintalab jagħmel dan, jagħti kunsiderazzjoni prijoritarja lir-ritorn tal-proprjetà kkonfiskata lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti sabiex ikun jista’ jagħti kumpens lill-vittmi tar-reat jew jirritorna tali proprjetà lis-sidien leġittimi tagħhom.

3.    Meta jaġixxi fuq it-talba magħmula mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 171, u wara li jkun qies id-dritt ta’ vittma għar-restituzzjoni jew għall-kumpens ta’ proprjetà skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jiddisponi mill-flus miksuba bħala riżultat tal-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska kif ġej:

(a)    jekk l-ammont ikun ta’ EUR 10 000 jew anqas, l-ammont għandu jakkumula għall-Istat Membru rikjest jew għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest; jew

(b)    jekk l-ammont ikun akbar minn EUR 10 000, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jittrasferixxi 50 % tal-ammont irkuprat lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti.

4.    Minkejja l-paragrafu 3, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jagħtu kunsiderazzjoni speċjali lill-konklużjoni ta’ tali ftehimiet jew arranġamenti oħra dwar id-disponiment ta’ proprjetà kif iqisu xieraq.



ARTIKOLU 174

Dritt ta’ infurzar u ammont massimu ta’ konfiska

1.    Talba għal konfiska magħmula skont l-Artikolu 171 ma taffettwax id-dritt tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, li jeżegwi l-ordni ta’ konfiska huwa stess.

2.    Xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jiġi interpretat li jippermetti li l-valur totali tal-konfiska jaqbeż l-ammont tas-somma ta’ flus speċifikata fl-ordni ta’ konfiska. Jekk Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, isib li dan jista’ jseħħ, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri kkonċernati, għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet biex jevitaw tali effett.

ARTIKOLU 175

Priġunerija f’każ ta’ inadempjenza

l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, ma għandux jimponi priġunerija f’każ ta’ inadempjenza jew kwalunkwe miżura oħra li tirrestrinġi l-libertà ta’ persuna bħala riżultat ta’ talba skont l-Artikolu 171 mingħajr il-kunsens tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti.



ARTIKOLU 176

Raġunijiet għar-rifjut

1.    Il-kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu tista’ tiġi rrifjutata jekk:

(a)    l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, iqis li l-eżekuzzjoni tat-talba tmur kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem; jew

(b)    ir-reat li għalih tirreferi t-talba ma jikkostitwixxix reat skont il-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jekk jitwettaq fil-ġuriżdizzjoni tiegħu; madankollu, din ir-raġuni għal rifjut tapplika għall-kooperazzjoni skont l-Artikoli CONFISC.3 (Obbligu ta’ assistenza) sa CONFISC.7 (Informazzjoni spontanja) biss sa fejn l-assistenza mitluba tkun tinvolvi azzjoni kostretta.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li, abbażi tar-reċiproċità, il-kundizzjoni tal-kriminalità doppja msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mhux se tiġi applikata dment li r-reat li jwassal għat-talba jkun:

(a)    wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 118(5), kif definit mil-liġi tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti; u

(b)    punibbli mill-Istat Membru rikjedenti jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas 3 snin.



3.    Il-kooperazzjoni skont l-Artikoli 164 sa 168, sa fejn l-assistenza mitluba tinvolvi azzjoni koerċittiva, u skont l-Artikoli 169 u 170 tista’ tiġi rrifjutata wkoll jekk il-miżuri mitluba ma setgħux jittieħdu skont il-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għall-finijiet ta’ investigazzjonijiet jew proċedimenti f’każ domestiku simili.

4.    Meta l-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, tkun teħtieġ hekk, il-kooperazzjoni skont l-Artikoli 164 sa 168, sa fejn l-assistenza mitluba tinvolvi azzjoni li tkun koerċittiva, u skont l-Artikoli 169 u 170 tista’ tiġi rrifjutata wkoll jekk il-miżuri mitluba jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effetti simili ma tkunx permessa skont il-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew, jekk it-talba ma tkunx awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja li taġixxi fir-rigward ta’ reati kriminali.

5.    Il-kooperazzjoni skont l-Artikoli 171 sa 175 tista’ wkoll tiġi rrifjutata jekk:

(a)    skont il-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, il-konfiska ma tkunx prevista fir-rigward tat-tip ta’ reat li għalih tirreferi t-talba;

(b)    mingħajr preġudizzju għall-obbligu skont l-Artikolu 171(3), dan imur kontra l-prinċipji tal-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, fir-rigward tal-limiti ta’ konfiska fir-rigward tar-relazzjoni bejn reat u:

(i)    vantaġġ ekonomiku li jista’ jiġi kkwalifikat bħala l-profitti tiegħu; jew



(ii)    proprjetà li tista’ tiġi kkwalifikata bħala l-istrumenti tiegħu;

(c)    skont il-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, il-konfiska ma tistax tibqa’ tiġi imposta jew infurzata minħabba li jkun għadda ż-żmien;

(d)    mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 171(5) u (6), it-talba ma tirrigwardax kundanna preċedenti, jew deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja jew dikjarazzjoni f’tali deċiżjoni li reat jew diversi reati twettqu, li fuq il-bażi tagħhom il-konfiska ġiet ordnata jew mitluba;

(e)    il-konfiska jew ma tkunx infurzabbli fl-Istat Membru rikjedenti jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjedenti, jew ikun għadu soġġett għal mezzi ordinarji ta’ appell; jew

(f)    it-talba tirrigwarda ordni ta’ konfiska li tirriżulta minn deċiżjoni mogħtija in absentia tal-persuna li kontriha nħarġet l-ordni u, fl-opinjoni tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, il-proċedimenti mwettqa mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew jekk l-Istat Membru rikjedenti li jwassal għal tali deċiżjoni ma jkunx issodisfa d-drittijiet minimi ta’ difiża rikonoxxuti bħala dovuti lil kull persuna li kontriha ssir akkuża kriminali.

6.    Għall-fini tal-punt (f) tal-paragrafu 5, deċiżjoni ma titqiesx li ngħatat in absentia jekk:

(a)    tkun ġiet ikkonfermata jew iddikjarata wara oppożizzjoni mill-persuna konċernata; jew



(b)    tkun saret fl-appell, sakemm l-appell ikun ġie ppreżentat mill-persuna konċernata.

7.    Meta jikkunsidraw, għall-finijiet tal-punt (f) tal-paragrafu 5, jekk id-drittijiet minimi tad-difiża ġewx issodisfati, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk huwiex l-attur rikjest, għandhom iqisu l-fatt li l-persuna kkonċernata fittxet deliberatament li tevadi l-ġustizzja jew il-fatt li dik il-persuna, wara li kellha l-possibbiltà li tippreżenta rimedju legali kontra d-deċiżjoni meħuda in absentia, għażlet li ma tagħmilx dan. L-istess japplika meta l-persuna kkonċernata, wara li tkun ġiet debitament innotifikata biċ-ċitazzjoni biex tidher, tkun iddeċidiet li ma tagħmilx dan jew li titlob għal aġġornament.

8.    L-Istati Membri jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx jinvokaw is-segretezza bankarja bħala raġuni biex jirrifjutaw kwalunkwe kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu. Meta d-dritt domestiku tiegħu jirrikjedi dan, Stat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jista’ jirrikjedi li talba għal kooperazzjoni li tinvolvi t-tneħħija tas-segretezza bankarja tiġi awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja li taġixxi fir-rigward ta’ reati kriminali.

9.    l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, ma għandux jinvoka l-fatt li:

(a)    il-persuna taħt investigazzjoni mill-Istat Membru rikjedenti jew mir-Renju Unit, jew soġġetta għal ordni ta’ konfiska tagħhom, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, tkun persuna ġuridika bħala ostaklu għall-għoti ta’ kwalunkwe kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu;



(b)    il-persuna fiżika li kontriha tkun inħarġet ordni ta’ konfiska tar-rikavat tkun mietet jew persuna ġuridika li kontriha tkun inħarġet ordni ta’ konfiska tar-rikavat sussegwentement tkun ġiet xolta bħala ostaklu għall-għoti ta’ assistenza skont il-punt (a) tal-Artikolu 171(1); jew

(c)    il-persuna taħt investigazzjoni mill-Istat Membru rikjedenti jew mir-Renju Unit, jew soġġetta għal ordni ta’ konfiska tagħhom, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, tissemma fit-talba kemm bħala l-awtur tar-reat kriminali sottostanti kif ukoll tar-reat tal-ħasil tal-flus bħala ostaklu għall-għoti ta’ kwalunkwe kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 177

Konsultazzjoni u informazzjoni

Fejn ikun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ffriżar jew ta’ konfiska tkun tinvolvi riskju reali għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu, qabel ma jiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ ffriżar jew ta’ konfiska, jikkonsulta lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti u jista’ jirrikjedi li tiġi pprovduta kwalunkwe informazzjoni meħtieġa.



ARTIKOLU 178

Posponiment

l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jista’ jipposponi azzjoni fuq talba jekk tali azzjoni tippreġudika l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

ARTIKOLU 179

L-għoti parzjali jew kundizzjonali ta’ talba

Qabel ma jirrifjuta jew jipposponi l-kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, fejn xieraq wara li jkun ikkonsultaw lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti, għandu jikkunsidra jekk it-talba tistax tingħata parzjalment jew soġġetta għal tali kundizzjonijiet li jqisu meħtieġa.

ARTIKOLU 180

Notifika tad-dokumenti

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin l-aktar miżura wiesgħa ta’ assistenza reċiproka fin-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji lil persuni affettwati minn miżuri proviżorji u konfiska.



2.    Xejn f’dan l-Artikolu ma huwa maħsub biex jinterferixxi ma’:

(a)    il-possibbiltà li jintbagħtu dokumenti ġudizzjarji, permezz ta’ mezzi postali, direttament lil persuni barra mill-pajjiż; u

(b)    il-possibbiltà li uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru ta’ oriġini, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn ikun l-attur li jibgħat, iwettqu notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji direttament permezz tal-awtoritajiet konsulari ta’ dak l-Istat Membru jew ir-Renju Unit, skont il-każ, jew permezz tal-awtoritajiet ġudizzjarji, inklużi uffiċjali ġudizzjarji u uffiċjali, jew awtoritajiet kompetenti oħra, tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur riċeventi.

3.    Meta jinnotifika dokumenti ġudizzjarji lil persuni barra mill-pajjiż affettwati minn miżuri proviżorji jew ordnijiet ta’ konfiska maħruġa fl-Istat Membru emittenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikunu ntbagħtu minnu, dak l-Istat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jindika liema rimedji legali huma disponibbli skont il-liġi domestika tiegħu għal tali persuni. L-awtorità ċentrali tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk il-persuna li lilha jintbagħtu d-dokumenti ġudizzjarji tirrisjedi f’Ġibiltà, jew fl-Istat Membru li fih tirrisjedi l-persuna li lilha jintbagħtu d-dokumenti ġudizzjarji, skont il-każ, għandha tirċievi kopja ta’ dawn id-dokumenti ġudizzjarji b’mod parallel.



ARTIKOLU 181

Rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet barranin

1.    Meta jittratta talba għal kooperazzjoni skont l-Artikoli 169 sa 175, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jirrikonoxxi kwalunkwe deċiżjoni maħruġa minn awtorità ġudizzjarja meħuda fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti rigward drittijiet mitluba minn partijiet terzi.

2.    Ir-rikonoxximent jista’ jiġi rrifjutat jekk:

(a)    terzi persuni ma kellhomx opportunità adegwata biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom;

(b)    id-Deċiżjoni tkun inkompatibbli ma’ deċiżjoni diġà meħuda fl-Istat Membru rikjest jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjest, dwar l-istess kwistjoni;

(c)    ikun inkompatibbli mal-ordre public tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tal-Istat Membru, skont il-każ; jew

(d)    id-Deċiżjoni ttieħdet kontra d-dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni esklużiva previsti mil-liġi domestika tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest.



ARTIKOLU 182

Awtoritajiet

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni b’awtorità ċentrali li għandha tkun responsabbli biex tibgħat u twieġeb talbiet magħmula skont dan il-Kapitolu, l-eżekuzzjoni ta’ tali talbiet jew it-trażmissjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni tagħhom.

2.    L-Unjoni tista’ taħtar korp tal-Unjoni li jista’, minbarra l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jagħmel talbiet skont dan il-Kapitolu, jekk ikun xieraq, jeżegwi tali talbiet. Kull talba bħal din għandha tiġi ttrattata għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu bħala talba minn Stat Membru. L-Unjoni tista’ wkoll taħtar dan il-korp tal-Unjoni bħala l-awtorità ċentrali responsabbli għall-finijiet biex tibgħat u twieġeb talbiet magħmula skont dan il-Kapitolu minn, jew lil, dan il-korp.

ARTIKOLU 183

Komunikazzjoni

1.    L-Artikolu 6(1) għandu japplika biss fir-rigward ta’ talbiet inizjali magħmula skont dan il-Kapitolu, li għandhom jiġu trażmessi f’konformità ma’ dak l-Artikolu.

2.    Bla ħsara għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet ċentrali għandhom jikkomunikaw direttament ma’ xulxin.



3.    Soġġett għall-paragrafu 1, f’każijiet urġenti, talbiet jew komunikazzjonijiet skont dan il-Kapitolu jistgħu jintbagħtu direttament mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, lill-awtoritajiet ġudizzjarji tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest jew l-Istat Membru rikjest. F’każijiet bħal dawn, għandha tintbagħat kopja fl-istess ħin lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest permezz tal-awtorità ċentrali tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti jew l-Istat Membru rikjedenti.

4.    Meta ssir talba skont il-paragrafu 3 u l-awtorità ma tkunx kompetenti biex tittratta t-talba, hija għandha tirreferi t-talba lill-awtorità domestika kompetenti u għandha tinforma direttament lill-Istat Membru rikjedenti jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti li tkun għamlet dan.

5.    Soġġett għall-paragrafu 1, talbiet jew komunikazzjonijiet skont l-Artikoli 164 sa 168, li ma jinvolvux azzjoni koerċittiva, jistgħu jiġu trażmessi direttament mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest jew l-Istat Membru rikjest.

6.    Abbozzi ta’ talbiet jew komunikazzjonijiet skont dan il-Kapitolu jistgħu jintbagħtu direttament mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti lill-awtoritajiet ġudizzjarji tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest jew l-Istat Membru rikjest qabel talba formali biex jiġi żgurat li t-talba formali tkun tista’ tiġi ttrattata b’mod effiċjenti mal-wasla u li jkun fiha biżżejjed informazzjoni u dokumentazzjoni ta’ sostenn biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest jew l-Istat Membru rikjest.



ARTIKOLU 184

Forma tat-talba u lingwi

1.    It-talbiet kollha skont dan il-Kapitolu għandhom isiru bil-miktub. Dawn jistgħu jiġu trażmessi b’mod elettroniku, jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni, dment li l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, ikun lest, fuq talba, li jipproduċi rekord bil-miktub ta’ tali komunikazzjoni u l-oriġinal fi kwalunkwe ħin.

2.    It-talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom isiru f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew fi kwalunkwe lingwa oħra nnotifikata minn jew f’isem l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, f’konformità mal-paragrafu 3.

3.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni bil-lingwa jew bil-lingwi li, minbarra l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jintużaw biex isiru talbiet skont dan il-Kapitolu.

4.    Talbiet skont l-Artikolu 169 għal miżuri proviżorji għandhom isiru bl-użu tal-formola preskritta fl-Anness 16.

5.    Talbiet skont l-Artikolu 171 għal konfiska għandhom isiru bl-użu tal-formola preskritta fl-Anness 16.



6.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni jista’ jemenda l-formoli fl-Anness 16 msemmija fil-paragrafi 4 u 5 skont kif ikun meħtieġ.

7.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni għandu jadotta kwalunkwe modifika għall-formoli fl-Anness 16 kif jista’ jkun meħtieġ biex jirrifletti l-bidliet li jkunu saru fl-Anness 46 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

8.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni, li taġixxi f’isem kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha, jistgħu jinnotifikaw kull wieħed lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni li jeħtieġu t-traduzzjoni ta’ kwalunkwe dokument ta’ sostenn f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rikjest jew fi kwalunkwe lingwa oħra indikata f’konformità mal-paragrafu 3. Fil-każ ta’ talbiet skont l-Artikolu 169(4), tali traduzzjoni ta’ dokumenti ta’ sostenn tista’ tiġi pprovduta lill-Istat Membru rikjest jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest fi żmien 48 siegħa wara t-trażmissjoni tat-talba, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 169(4).

ARTIKOLU 185

Legalizzazzjoni

Id-dokumenti trażmessi f’applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu eżentati mill-formalitajiet kollha tal-legalizzazzjoni.



ARTIKOLU 186

Kontenut tat-talba

1.    Kull talba għal kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu għandha tispeċifika:

(a)    l-awtorità li tagħmel it-talba u l-awtorità li twettaq l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti;

(b)    l-għan u r-raġuni tat-talba;

(c)    il-kwistjonijiet, inklużi l-fatti rilevanti (bħad-data, il-post u ċ-ċirkostanzi tar-reat) li magħhom huma relatati l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti, ħlief fil-każ ta’ talba għal notifika;

(d)    sa fejn il-kooperazzjoni tinvolvi azzjoni li hija koerċittiva:

(i)    it-test tad-dispożizzjonijiet statutorji jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dikjarazzjoni tal-liġi applikabbli rilevanti; u

(ii)    indikazzjoni li l-miżura mitluba jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effetti simili tista’ tittieħed fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, skont il-liġi domestika tiegħu stess;



(e)    jekk ikun meħtieġ u sa fejn ikun possibbli:

(i)    dettalji tal-persuna jew tal-persuni konċernati, inklużi l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u l-post, u, fil-każ ta’ persuna ġuridika, is-sede tagħha; u

(ii)    l-proprjetà li fir-rigward tagħha tintalab il-kooperazzjoni, il-post fejn tinsab, il-konnessjoni tagħha mal-persuna jew mal-persuni kkonċernati, kwalunkwe konnessjoni mar-reat, kif ukoll kull informazzjoni disponibbli dwar persuni, interessi fil-proprjetà; u

(f)    kwalunkwe proċedura partikolari li l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jixtieq li tiġi segwita.

2.    Talba għal miżuri proviżorji skont l-Artikolu 169 fir-rigward tas-sekwestru ta’ proprjetà li fuqha tista’ titwettaq ordni ta’ konfiska li tikkonsisti fir-rekwiżit li titħallas somma ta’ flus għandha tindika wkoll ammont massimu li għalih jintalab l-irkupru f’dik il-proprjetà.

3.    Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kull talba skont l-Artikolu 171 għandu jkun fiha:

(a)    fil-każ tal-Artikolu 171(1), il-punt (a):

(i)    kopja awtentika ċċertifikata tal-ordni ta’ konfiska magħmula mill-qorti fl-Istat Membru rikjedenti jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjedenti, u dikjarazzjoni tar-raġunijiet li abbażi tagħhom tkun saret l-ordni, jekk ma jkunux indikati fl-ordni nnifisha;



(ii)    attestazzjoni mill-Istat Membru rikjedenti jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, li l-ordni ta’ konfiska hija infurzabbli u mhijiex soġġetta għal mezzi ordinarji ta’ appell;

(iii)    informazzjoni dwar sa fejn jintalab l-infurzar tal-ordni; u

(iv)    informazzjoni dwar il-ħtieġa li tittieħed kwalunkwe miżura proviżorja;

(b)    fil-każ tal-punt (b) tal-Artikolu 171(1), dikjarazzjoni tal-fatti invokati mill-Istat Membru rikjedenti jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, li tkun biżżejjed biex tippermetti lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew l-Istat Membru rikjest ifittex l-ordni skont il-liġi domestika tiegħu;

(c)    fejn terzi persuni kellhom l-opportunità li jitolbu drittijiet, dokumenti li juru li dan kien il-każ.

ARTIKOLU 187

Talbiet difettużi

1.    Jekk talba ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jew l-informazzjoni pprovduta ma tkunx biżżejjed biex tippermetti lill-Istat Membru rikjest jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, biex jittrattaw it-talba, dak l-Istat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jitlob lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti biex jemenda t-talba jew biex jikkompletaha b’informazzjoni addizzjonali.



2.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jista’ jistabbilixxi limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ tali emendi jew informazzjoni.

3.    Sakemm jaslu l-emendi jew l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ talba skont l-Artikolu 171, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jista’ jieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikoli 164 sa 170.

ARTIKOLU 188

Il-pluralità tat-talbiet

1.    Meta l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jirċievi aktar minn talba waħda skont l-Artikolu 169 jew l-Artikolu 171 fir-rigward tal-istess persuna jew proprjetà, il-pluralità tat-talbiet ma għandhiex twaqqaf lil dak l-Istat Membru jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, milli jittrattaw it-talbiet li jinvolvu t-teħid ta’ miżuri proviżorji.

2.    Fil-każ ta’ pluralità ta’ talbiet skont 171, l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jikkunsidra li jikkonsulta lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti.



ARTIKOLU 189

Obbligu li jingħataw raġunijiet

L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jagħti r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjuta, jipposponi jew jagħmel kundizzjonali kwalunkwe kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu.

ARTIKOLU 190

Informazzjoni

1.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, għandu jinforma minnufih lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti dwar:

(a)    l-azzjoni mibdija fuq il-bażi ta’ talba skont dan il-Kapitolu;

(b)    ir-riżultat finali tal-azzjoni mwettqa fuq il-bażi tat-talba skont dan il-Kapitolu;

(c)    deċiżjoni li tiġi rrifjutata, posposta jew kundizzjonali, kompletament jew parzjalment, kwalunkwe kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu;

(d)    kwalunkwe ċirkostanza li tagħmel impossibbli t-twettiq tal-azzjoni mfittxija jew li x’aktarx tittardjaha b’mod sinifikanti; u



(e)    fil-każ ta’ miżuri proviżorji meħuda skont talba skont l-Artikoli 164 sal-Artikolu 169, tali dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tagħha li awtomatikament iwasslu għat-tneħħija tal-miżura proviżorja.

2.    L-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, għandu jinforma minnufih lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew l-Istat Membru rikjest dwar:

(a)    kwalunkwe rieżami, deċiżjoni jew kwalunkwe fatt ieħor li minħabba fih l-ordni ta’ konfiska ma tibqax kompletament jew parzjalment infurzabbli; u

(b)    kwalunkwe żvilupp, fattwali jew legali, li minħabba fih kwalunkwe azzjoni skont dan il-Kapitolu ma tibqax iġġustifikata.

3.    Fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, abbażi tal-istess ordni ta’ konfiska, jitlob konfiska f’aktar minn Stat Membru wieħed, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri kollha li huma affettwati mill-infurzar tal-ordni dwar it-talba.

4.    Meta Stat Membru, abbażi tal-istess ordni ta’ konfiska, jitlob konfiska fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u fi Stat Membru wieħed jew aktar, huwa għandu jinforma lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u lill-Istat Membri kollha li huma affettwati mill-infurzar tal-ordni dwar it-talba.



ARTIKOLU 191

Restrizzjonijiet tal-użu

1.    L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jista’ jagħmel l-eżekuzzjoni ta’ talba dipendenti fuq il-kundizzjoni li l-informazzjoni jew l-evidenza miksuba ma għandhiex, mingħajr il-kunsens minn qabel tiegħu, tintuża jew tiġi trażmessa mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti, għal investigazzjonijiet jew proċedimenti għajr dawk speċifikati fit-talba.

2.    Mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, l-informazzjoni jew l-evidenza pprovduta minnu skont dan il-Kapitolu ma għandhiex tintuża jew tiġi trażmessa mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew l-Istat Membru rikjedenti, f’investigazzjonijiet jew proċedimenti għajr dawk speċifikati fit-talba.

3.    Id-data personali kkomunikata skont dan il-Kapitolu tista’ tintuża mill-Istat Membru li lilu tkun ġiet ittrasferita jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk tiġi ttrasferita lilu:

(a)    għall-finijiet tal-proċedimenti li għalihom japplika dan il-Kapitolu;

(b)    għal proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi oħra direttament relatati mal-proċedimenti msemmija fil-punt (a);

(c)    sabiex jiġi evitat theddid gravi u immedjat għas-sigurtà pubblika; jew



(d)    għal kwalunkwe skop ieħor, biss bil-kunsens minn qabel tal-Istat Membru komunikanti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun għamel il-komunikazzjoni, sakemm l-Istat Membru kkonċernat jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, ma jkunx kiseb il-kunsens tas-suġġett tad-data.

4.    Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal data personali mhux ikkomunikata iżda miksuba mod ieħor skont dan il-Kapitolu.

5.    Dan l-Artikolu ma japplikax għal data personali miksuba mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew Stat Membru skont dan il-Kapitolu u, fil-każ tar-Renju Unit, li toriġina minn Ġibiltà jew, fil-każ ta’ Stat Membru, li toriġina minn dak l-Istat Membru.

ARTIKOLU 192

Kunfidenzjalità

1.    L-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jirrikjedu li r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew l-Istat Membru rikjest iżomm kunfidenzjali l-fatti u s-sustanza tat-talba, ħlief sa fejn ikun meħtieġ biex tiġi eżegwita t-talba. Jekk l-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, ma jkunx jista’ jikkonforma mar-rekwiżit ta’ kunfidenzjalità, huwa għandu jinforma minnufih lill-Istat Membru rikjedenti jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti.



2.    l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, għandu, jekk ma jmurx kontra l-prinċipji bażiċi tal-liġi domestika tiegħu u jekk jintalab jagħmel dan, iżomm kunfidenzjali kwalunkwe evidenza u informazzjoni pprovduta mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest, jew l-Istat Membru rikjest, ħlief sa fejn id-żvelar tagħha tkun meħtieġa għall-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti deskritti fit-talba.

3.    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tiegħu, Stat Membru jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li jkun irċieva informazzjoni spontanja skont l-Artikolu 168 għandu jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit ta’ kunfidenzjalità kif meħtieġ mill-Istat Membru li jforni l-informazzjoni jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun il-fornitur. Jekk l-Istat Membru riċeventi jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun ir-riċevitur tal-informazzjoni, ma jkunx jista’ jikkonforma ma’ tali rekwiżit, huwa għandu jinforma minnufih lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun dak li jittrażmetti l-informazzjoni, jew l-Istat Membru trażmittenti.

ARTIKOLU 193

Kostijiet

Il-kostijiet ordinarji tal-konformità ma’ talba għandhom jitħallsu mill-Istat Membru rikjest jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest. Jekk ikunu meħtieġa kostijiet ta’ natura sostanzjali jew straordinarja biex ikun hemm konformità ma’ talba, l-Istat Membru rikjedenti u l-Istat Membru rikjest għandhom jikkonsultaw sabiex jaqblu dwar il-kundizzjonijiet li fuqhom għandha tiġi eżegwita t-talba u kif se jitħallsu l-kostijiet.



ARTIKOLU 194

Danni

1.    Meta azzjoni legali dwar ir-responsabbiltà għad-danni li jirriżultaw minn att jew ommissjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni skont dan il-Kapitolu tkun inbdiet minn persuna, l-Istati Membri kkonċernati jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, għandhom jikkunsidraw li jikkonsultaw lil xulxin, fejn xieraq, biex jiddeterminaw kif għandha titqassam kwalunkwe somma ta’ danni dovuta.

2.    Meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew Stat Membru jkun sar is-suġġett ta’ litigazzjoni għad-danni, huwa għandu jagħmel ħiltu biex jinforma lill-Istat(i) Membru/i l-ieħor/l-oħrajn jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, b’tali litigazzjoni jekk jista’ jkollhom interess fil-każ.

ARTIKOLU 195

Rimedji legali

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri, għandhom jiżguraw li l-persuni affettwati mill-miżuri skont l-Artikoli 169 sa 172 jkollhom rimedji legali effettivi sabiex jippreżervaw id-drittijiet tagħhom.

2.    Ir-raġunijiet sostantivi għall-miżuri mitluba skont l-Artikoli 169 sa 172 ma għandhomx jiġu kkontestati quddiem qorti fl-Istat Membru rikjest jew f’Ġibiltà, jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjest.



TITOLU VI

ĠLIEDA KONTRA L-ĦASIL TAL-FLUS U KONTRA L-FINANZJAMENT TAT-TERRORIŻMU

ARTIKOLU 196

Objettiv

L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ġlieda kontrihom.

ARTIKOLU 197

Prinċipji

1.    Il-Partijiet jaqblu li jappoġġaw l-isforzi internazzjonali għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u għall-ġlieda kontrihom.

2.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa li jikkooperaw sabiex jiġi evitat l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom biex isir ħasil tar-rikavat mill-attivitajiet kriminali kollha inkluż it-traffikar tad-drogi u l-korruzzjoni, u li jiġġieldu kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

3.    Il-partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu.



4.    Il-partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa li jqisu l-istandards u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja fir-reġimi rispettivi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

ARTIKOLU 198

Nonrigressjoni minn miżuri eżistenti għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra
l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

1.    Il-Partijiet jaffermaw id-dritt ta’ kull Parti li tistabbilixxi l-politiki u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma koperti minn dan il-Kapitolu, li tiddetermina l-livelli meħtieġa biex tipprevjeni u tiġġieled il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li tqis xierqa u li tadotta jew timmodifika l-liġi u l-politiki tagħha b’mod li jkun konsistenti mal-impenji internazzjonali ta’ kull Parti, inklużi dawk li jaqgħu f’dan it-Titolu.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandux idgħajjef jew inaqqas il-miżuri tiegħu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu taħt il-livelli fis-seħħ fl-Unjoni bid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim elenkat fl-Anness 17, inkluż billi jonqos milli jinforza b’mod effettiv il-liġi u l-istandards tiegħu.

3.    Il-Partijiet għandhom ikomplu jagħmlu ħilithom biex iżidu l-livell rispettiv tagħhom ta’ protezzjoni kontra l-ħasil tal-flus u t-terroriżmu msemmija f’dan it-Titolu.

4.    Il-partijiet għandhom jirrieżaminaw regolarment il-ħtieġa li jsaħħu l-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll kull darba li Parti waħda temenda l-leġiżlazzjoni tagħha u taffettwa l-protezzjoni b’mod inkompatibbli ma’ dan il-Kapitolu.



5.    F’każ li jirriżultaw differenzi fil-kundizzjonijiet ekwi bejn il-Partijiet, li jwasslu għal distorsjonijiet fil-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, bħala riżultat ta’ diverġenzi sinifikanti bejn il-Partijiet fil-leġiżlazzjoni domestika tagħhom, għandha ssir konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni bl-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku għall-kwistjoni fi żmien 45 jum.

6.    Jekk ma tinstab l-ebda riżoluzzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku matul il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, kwalunkwe Parti tista’ tieħu miżuri xierqa ta’ riekwilibriju biex tindirizza s-sitwazzjoni. Miżuri ta’ salvagwardja bħal dawn għandhom jiġu ristretti fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u d-durata tagħhom għal dak li jkun strettament meħtieġ sabiex jinstab rimedju għas-sitwazzjoni. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li jfixklu l-inqas it-tħaddim ta’ dan il-Ftehim. Il-valutazzjoni ta’ Parti ta’ dawk l-impatti għandha tkun ibbażata fuq evidenza affidabbli u mhux biss fuq konġettura jew possibbiltà remota.


IT-TIELET PARTI

EKONOMIJA U KUMMERĊ

TITOLU I

TITOLU I – KUNDIZZJONIJIET EKWI GĦAL KOMPETIZZJONI MIFTUĦA U ĠUSTA
U ŻVILUPP SOSTENIBBLI

KAPITOLU 1

PRINĊIPJI ĠENERALI

ARTIKOLU 199

Prinċipji u objettivi

1.    Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-kummerċ u l-investiment bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fir-Rigward ta’ Ġibiltà, skont it-termini stabbiliti f’dan il-Ftehim, jirrikjedi kundizzjonijiet li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta bejn il-Partijiet u li jiżguraw li l-kummerċ u l-investiment iseħħu b’mod li jwassal għall-iżvilupp sostenibbli.

2.    Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-iżvilupp sostenibbli jinkludi l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien tal-ambjent, filwaqt li t-3a huma interdipendenti u jsaħħu lil xulxin u jaffermaw l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ u tal-investiment internazzjonali b’mod li jikkontribwixxi għall-objettiv ta’ żvilupp sostenibbli.



3.    Kull Parti tirriafferma l-ambizzjoni tagħha li tikseb newtralità fil-klima mifruxa fuq l-ekonomija sal-2050.

4.    Il-Partijiet jaffermaw il-fehim komuni li r-relazzjoni ekonomika tagħhom, li għandha x’taqsam ma’ Ġibiltà, tista’ tipprovdi biss benefiċċji b’mod li huwa reċiprokament sodisfaċenti jekk l-impenji relatati mal-kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta jkomplu jippersistu maż-żmien, bil-prevenzjoni tad-distorsjoni tal-kummerċ jew l-investiment, u bil-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli. Il-Partijiet huma determinati li jżommu u jtejbu l-istandards għoljin rispettivi tagħhom fl-oqsma koperti minn dan it-Titolu.

5.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ jista’ jinkludi oqsma addizzjonali jew jistabbilixxi standards ogħla minn dawk imsemmija fil-paragrafu 4 bil-ħsieb li jiżgura ż-żamma ta’ kundizzjonijiet ekwi bejn il-Partijiet maż-żmien.

ARTIKOLU 200

Dritt għar-regolamentazzjoni, prinċipju prekawzjonarju u informazzjoni xjentifika u teknika

1.    Il-Partijiet jaffermaw id-dritt ta’ kull Parti li tistabbilixxi l-politiki u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma koperti minn dan it-Titolu, li tiddetermina l-livelli ta’ protezzjoni li tqis xierqa u li tadotta jew timmodifika l-liġi u l-politiki tagħha b’mod li jkun konsistenti mal-impenji internazzjonali ta’ kull Parti, inklużi dawk li jaqgħu taħt dan it-Titolu.

2.    Il-Partijiet jirrikonoxxu li, f’konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, meta jkun hemm motivi raġonevoli għal tħassib li hemm theddid potenzjali ta’ ħsara serja jew irriversibbli għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, in-nuqqas ta’ ċertezza xjentifika sħiħa ma għandux jintuża bħala raġuni għall-prevenzjoni ta’ Parti milli tadotta miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ tali ħsara.



3.    Meta tħejji jew timplimenta miżuri mmirati sabiex iħarsu l-ambjent jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment, kull Parti għandha tqis l-informazzjoni xjentifika u teknika li tkun rilevanti u disponibbli, standards internazzjonali, linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

KAPITOLU 2

IL-KONTROLL TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

ARTIKOLU 201

Regoli sostantivi

1.    Dan il-Kapitolu u l-Anness 18 japplikaw għall-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, lil attur ekonomiku wieħed jew aktar li:

(a)    jipproduċi, jittrasforma jew jipprovdi oġġetti u l-għajnuna jkollha, jew jista’ jkollha, effett fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn l-Unjoni u Ġibiltà; jew

(b)    huwa involut fil-forniment ta’ servizzi sa fejn l-għajnuna għandha, jew jista’ jkollha, effett fuq il-kummerċ ta’ oġġetti jew l-investiment bejn l-Unjoni u Ġibiltà.



2.    L-Unjoni hija impenjata li żżomm is-sistema tagħha ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat f’konformità mal-Artikoli 93, 106, 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi tapplikaha, fejn rilevanti, għal kwalunkwe għajnuna li għandha, jew li jista’ jkollha, effett fuq il-kummerċ ta’ oġġetti jew fuq l-investiment bejn l-Unjoni u Ġibiltà.

ARTIKOLU 202

Eċċezzjonijiet

Dan il-Kapitolu ma japplikax għal għajnuna mill-Istat:

(a)    koperta mill-Parti IV jew mill-Anness 2 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, parti mill-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO;

(b)    relatata mal-kummerċ fil-ħut u l-prodotti tal-ħut; jew

relatata mas-settur awdjoviżiv.

ARTIKOLU 203

Trasparenza

1.    Fir-rigward ta’ xi sussidju mill-istat mogħti jew miżmum fit-territorju tagħha, kull Parti għandha, fi żmien sitt xhur mill-għoti tas-sussidju, tagħmel disponibbli għall-pubbliku, f’sit web uffiċjali jew bażi ta’ data pubblika, l-informazzjoni li ġejja:

(a)    il-bażi legali u l-objettiv jew l-iskop tal-politika tal-għajnuna mill-istat;



(b)    l-isem tal-benefiċjarju tal-għajnuna mill-istat fejn disponibbli;

(c)    id-data tal-għoti tal-għajnuna mill-istat, it-tul tal-għajnuna mill-istat u kwalunkwe limitu ta’ żmien ieħor marbut mal-għajnuna mill-istat; u

(d)    l-ammont tal-għajnuna mill-istat jew l-ammont ibbaġitjat għall-għajnuna mill-istat.

2.    Għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ miżuri tat-taxxa, l-informazzjoni għandha ssir pubblika fi żmien sena mid-data li fiha tkun dovuta d-dikjarazzjoni tat-taxxa. L-obbligi ta’ trasparenza għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ miżuri tat-taxxa jikkonċernaw l-istess informazzjoni kif elenkata fil-paragrafu 1, ħlief għall-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (d) ta’ dak il-paragrafu, li tista’ tiġi pprovduta bħala firxa.

3.    L-obbligi f’dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Partijiet skont il-liġi rispettivi tagħhom dwar il-libertà tal-informazzjoni jew l-aċċess għal dokumenti.

ARTIKOLU 204

L-użu tal-għajnuna mill-Istat

Kull Parti għandha tiżgura li l-atturi ekonomiċi jużaw l-għajnuna mill-Istat biss għall-iskop speċifiku li għalih tingħata.



ARTIKOLU 205

Awtorità indipendenti u kooperazzjoni

1.    Kull Parti għandha tistabbilixxi jew iżżomm awtorità jew korp operazzjonalment indipendenti bi rwol xieraq fis-sistema tagħha ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Din l-awtorità jew dan il-korp indipendenti għandu jkollhom il-garanziji neċessarji ta’ indipendenza biex jeżerċitaw il-funzjonijiet operazzjonali tagħhom u għandhom jaġixxu b’mod imparzjali.

2.    Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe miżura maħsuba biex tagħti jew tbiddel l-għajnuna lill-awtorità jew lill-korp indipendenti rispettiv tagħha u li tali miżura maħsuba ma tidħolx fis-seħħ qabel ma l-awtorità jew il-korp indipendenti jkunu awtorizzawha.

3.    Parti tista’ teżenta ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat mill-obbligi stabbiliti fit-tieni paragrafu, dment li tali eżenzjonijiet ikunu trasparenti u bbażati fuq kriterji oġġettivi bħad-daqs tal-benefiċjarji u l-limiti kwantitattivi, iżda mhux limitati għalihom. Fil-każ tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tali eżenzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-Anness 18.

4.    Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità jew il-korp indipendenti tagħha jkollu s-setgħa li jordna l-irkupru ta’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat mogħtija mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità jew mill-korp indipendenti.

5.    Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-awtorità jew lill-korp indipendenti tagħha biex jikkooperaw mal-awtorità jew mal-korp indipendenti tal-Parti l-oħra dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-funzjonijiet rispettivi tagħhom, inkluża l-applikazzjoni tal-Artikoli 201 sa 204 kif applikabbli, fil-limiti stabbiliti mill-oqfsa legali rispettivi tagħhom. Il-partijiet, jew l-awtoritajiet jew il-korpi indipendenti rispettivi tagħhom, jistgħu jaqblu dwar qafas separat rigward il-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet jew il-korpi indipendenti.



6.    Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal kwalunkwe miżura maħsuba biex tagħti jew tbiddel l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 201 permezz ta’ Att tal-Parlament ta’ Ġibiltà. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li kwalunkwe miżura maħsuba bħal din tiġi nnotifikata lill-awtorità jew lill-korp indipendenti tiegħu. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li l-awtorità jew il-korp indipendenti tiegħu jkollu s-setgħa li joħroġ opinjoni dwar kwalunkwe miżura maħsuba bħal din. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jqis tali opinjoni u, fejn applikabbli, jipproponi emendi għall-Att inkwistjoni biex jiġu kkunsidrati mill-Parlament ta’ Ġibiltà.

7.    Il-paragrafu 4 ma għandu japplika għall-ebda miżura li tagħti jew tbiddel l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 201 permezz ta’ Att tal-Parlament ta’ Ġibiltà. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li l-awtorità jew il-korp indipendenti tiegħu jkollu s-setgħa li joħroġ opinjoni dwar kwalunkwe miżura bħal din. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jqis tali opinjoni u, fejn applikabbli, jipproponi emendi għall-Att inkwistjoni biex jiġu kkunsidrati mill-Parlament ta’ Ġibiltà.

ARTIKOLU 206

Il-qrati u t-Tribunali

1.    Kull Parti għandha tiżgura li, f’konformità mal-ordni kostituzzjonali tagħha, il-qrati jew it-tribunali tagħha jkunu kompetenti biex:

(a)    jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-istat meħuda minn awtorità awtorizzanti jew, fejn rilevanti, mill-awtorità jew mill-korp indipendenti, f’konformità mas-sistema ta’ kontroll tagħha tal-għajnuna mill-istat;

(b)    jirrieżaminaw kull deċiżjoni rilevanti oħra tal-awtorità jew korp indipendenti u kull nuqqas rilevanti ta’ azzjoni;



(c)    timponi rimedji li huma effettivi, fir-rigward tal-punt (a) jew (b), inklużi s-sospensjoni, il-projbizzjoni jew ir-rekwiżit ta’ azzjoni mill-awtorità tal-għoti, l-għoti tad-danni, u l-irkupru ta’ għajnuna mill-istat mill-benefiċjarju tagħha bl-imgħax.

(d)    tisma’ talbiet minn partijiet interessati fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat fejn dik il-parti interessata jkollha locus standi biex tressaq talba fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat skont il-liġi ta’ dik il-Parti.

2.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 207, “parti interessata” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, attur ekonomiku jew assoċjazzjoni ta’ atturi ekonomiċi li l-interess tagħhom jista’ jiġi affettwat mill-għoti ta’ għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-benefiċjarju, l-atturi ekonomiċi li jikkompetu mal-benefiċjarju jew l-assoċjazzjonijiet kummerċjali rilevanti.

3.    Il-punt (c) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għal kwalunkwe miżura li tagħti jew tbiddel għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 201 abbażi ta’ Att tal-Parlament ta’ Ġibiltà ħlief meta, jekk qorti jew tribunal iqis li tali għajnuna hija inkompatibbli ma’ dan il-Ftehim, jista’ tagħmel dikjarazzjoni ta’ din l-inkompatibbiltà. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jqis tali dikjarazzjoni u jipproponi emendi għall-Att inkwistjoni għall-Parlament ta’ Ġibiltà biex jikkunsidra jew jieħu passi xierqa oħra, fejn applikabbli.

ARTIKOLU 207

Rkupru

1.    Kull Parti għandu jkollha fis-seħħ mekkaniżmu effettiv ta’ rkupru fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat f’konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-awtorità jew tal-korp indipendenti kif stabbilit fl-Artikolu 205 u għal rimedji oħrajn li jeżistu fil-liġi ta’ dik il-Parti.



2.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, kull Parti għandha tiżgura li, dment li parti interessata tkun ikkontestat deċiżjoni ta’ dik il-Parti li tagħti għajnuna mill-Istat quddiem qorti jew tribunal fil-perjodu ta’ żmien rilevanti, f’konformità mas-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat ta’ dik il-Parti, l-irkupru jista’ jiġi ordnat jekk qorti jew tribunal ta’ dik il-Parti tagħmel sejba ta’ żball materjali ta’ liġi jew fatt, li:

(a)    miżura li tikkostitwixxi għajnuna mill-istat ma ġietx ittrattata mill-awtorità awtorizzanti bħala għajnuna mill-istat;

(b)    l-awtorità awtorizzanti ma tkunx ikkonformat mas-sistema rilevanti ta’ kontroll tal-għajnuna mill-istat li torbotha; jew

(c)    l-awtorità awtorizzanti, billi ddeċidiet li tagħti dik l-għajnuna mill-istat, aġixxiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat tagħha jew użat ħażin dawk is-setgħat f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.

3.    Kull Parti għandha tissospendi l-ħlas ta’ kwalunkwe għajnuna ġdida mill-istat lil benefiċjarju sakemm l-għajnuna mogħtija lil dak il-benefiċjarju, li fir-rigward tagħha tkun saret ordni ta’ rkupru, tkun ġiet irkuprata kompletament, inkluż kwalunkwe mgħax ta’ rkupru dovut.

4.    F’konformità mal-Artikoli 205 (6) u (7) u 206 (3), l-irkupru ta’ għajnuna mill-istat ma għandux ikun meħtieġ meta tali għajnuna tingħata jew tinbidel abbażi ta’ Att tal-Parlament ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU 208

Konsultazzjonijiet

1.    Jekk Parti tqis li l-Parti l-oħra tat għajnuna mill-istat jew li hemm evidenza ċara li l-Parti l-oħra għandha l-intenzjoni li tagħti għajnuna mill-istat u li l-għoti tal-għajnuna mill-istat għandu jew jista’ jkollu effett negattiv fuq il-kummerċ f’oġġetti jew l-investiment bejn il-Partijiet, hija tista’ titlob lill-Parti l-oħra biex tipprovdi spjegazzjoni ta’ kif dan il-Ftehim ġie rrispettat fir-rigward ta’ dik l-għajnuna mill-istat.

2.    Parti tista’ titlob ukoll l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 203 sa fejn din tkun għadha ma ġietx magħmula disponibbli pubblikat f’sit web uffiċjali jew bażi tad-data pubblika skont l-Artikolu 203, jew ma tkunx ġiet magħmula disponibbli b’mod faċli li jista’ jiġi aċċessat malajr.

3.    Il-Parti l-oħra għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba bil-miktub mhux aktar tard minn 45 jum wara d-data li tasal it-talba. Jekk ma tkunx tista’ tiġi pprovduta kwalunkwe informazzjoni mitluba, dik il-Parti għandha tispjega n-nuqqas ta’ tali informazzjoni fit-tweġiba tagħha bil-miktub.

4.    Jekk, wara li tirċievi l-informazzjoni mitluba, il-Parti rikjedenti xorta tqis li l-għajnuna mill-istat mogħtija jew maħsuba li tingħata mill-Parti l-oħra għandha jew jista’ jkollha effett negattiv fuq il-kummerċ f’oġġetti jew l-investiment bejn il-Partijiet, il-Parti rikjedenti tista’ titlob konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ. It-talba għandha tkun bil-miktub u għandha tinkludi spjegazzjoni tar-raġunijiet tal-Parti li tagħmel it-talba, għalfejn qiegħda titlob konsultazzjoni.



5.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ għandu jagħmel kull tentattiv biex jasal għal riżoluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti tal-kwistjoni. Għandu jorganizza l-ewwel laqgħa tiegħu fi żmien 30 jum mit-talba għall-konsultazzjoni.

6.    Iż-żminijiet tal-konsultazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 3 u 5 jistgħu jiġu estiżi bi ftehim bejn il-Partijiet.

ARTIKOLU 209

Miżuri ta’ rimedju

1.    Parti tista’ tibgħat lill-Parti l-oħra talba bil-miktub għal informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar għajnuna mill-istat li hija tqis li tikkawża, jew li jkun hemm riskju serju li tikkawża, effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ f’oġġetti jew l-investiment bejn il-Partijiet. Il-parti rikjedenti jenħtieġ li tipprovdi f’dik it-talba l-informazzjoni rilevanti kollha biex il-Partijiet ikunu jistgħu jsibu soluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku, inkluża deskrizzjoni tal-għajnuna mill-istat u t-tħassib tal-Parti rikjedenti rigward l-effett tagħha fuq il-kummerċ ta’ oġġetti jew investiment.

2.    Mhux aktar tard minn 30 jum mid-data meta tasal it-talba, il-Parti rikjesta għandha tagħti tweġiba bil-miktub li tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-Parti rikjedenti, u l-Partijiet għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet, li jitqiesu konklużi 60 jum mid-data meta tasal dik it-talba, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor. Tali konsultazzjonijiet, u b’mod partikolari l-informazzjoni kollha indikata bħala kunfidenzjali u l-pożizzjonijiet meħuda mill-Partijiet matul il-konsultazzjonijiet, għandhom ikunu kunfidenzjali u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ xi waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe proċediment ulterjuri.



3.    Mhux aktar kmieni minn 60 jum mid-data meta tasal it-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-Parti rikjedenti tista’ unilateralment tieħu miżuri ta’ rimedju xierqa jekk ikun hemm evidenza li l-għajnuna mill-istat tal-Parti rikjesta tikkawża, jew ikun hemm riskju serju li tikkawża, effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ fl-oġġetti jew l-investiment bejn il-Partijiet.

4.    Mhux aktar kmieni minn 45 jum mid-data meta tasal it-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-Parti rikjedenti għandha tinnotifika lill-Parti li ssirilha t-talba dwar il-miżuri ta’ rimedju li biħsiebha tieħu skont il-paragrafu 3. Il-Parti rikjedenti għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-miżuri li biħsiebha tieħu biex il-Partijiet ikunu jistgħu jsibu soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat. Il-Parti rikjedenti ma tistax tieħu dawk il-miżuri ta’ rimedju qabel 15-il jum mid-data tal-kunsinna tan-notifika ta’ dawk il-miżuri lill-Parti li ssirilha t-talba.

5.    Il-valutazzjoni minn Parti jekk teżistix theddida ta’ dannu serju għandha tkun ibbażata fuq il-fatti u mhux sempliċiment fuq allegazzjoni, konġettura jew possibbiltà remota. Il-bidla fiċ-ċirkostanzi li toħloq sitwazzjoni li fiha l-għajnuna mill-istat tikkawża effett negattiv sinifikanti bħal dan trid tkun prevedibbli b’mod ċar.

6.    Il-valutazzjoni ta’ Parti tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-istat jew ta’ effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ f’oġġetti jew investiment bejn il-Partijiet ikkawżat mill-għajnuna mill-istat għandha tkun ibbażata fuq evidenza affidabbli u mhux biss fuq konġettura jew possibbiltà remota, u għandha tkun relatata ma’ oġġetti identifikabbli jew atturi ekonomiċi, inkluż, jekk rilevanti, fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna mill-istat.

7.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Kummerċ u l-Ekonomija jista’ jżomm lista illustrattiva ta’ x’jammonta għal effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ f’oġġetti jew l-investiment bejn il-Partijiet skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li jadottaw miżuri ta’ rimedju.



8.    Il-miżuri ta’ rimedju meħuda skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu ristretti għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat sabiex jiġi rimedjat l-effett negattiv sinifikanti kkawżat jew biex jiġi indirizzat ir-riskju serju ta’ tali effett. Għandha tingħata prijorità għal dawk il-miżuri li jfixklu l-inqas it-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.

9.    Fi żmien ħamest ijiem mid-data li fiha l-miżuri ta’ rimedju msemmija fil-paragrafu 3 jidħlu fis-seħħ u mingħajr ma jkun hemm rikors minn qabel għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 304, il-Parti notifikata tista’ titlob, skont l-Artikolu 305(2), l-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ permezz ta’ talba bil-miktub mibgħuta lill-Parti rikjedenti sabiex it-tribunal tal-arbitraġġ jiddeċiedi jekk:

(a)    miżura ta’ rimedju meħuda mill-Parti rikjedenti tkun inkonsistenti mal-paragrafu 3 jew 5;

(b)    il-Parti rikjedenti ma pparteċipatx fil-konsultazzjonijiet wara li l-Parti rikjesta tkun tat l-informazzjoni mitluba u qablet li jsiru tali konsultazzjonijiet; jew

(c)    kien hemm nuqqas milli tittieħed jew tiġi nnotifikata miżura ta’ rimedju skont il-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 3 jew 4 rispettivament.

Din it-talba ma għandux ikollha effett sospensiv fuq il-miżuri ta’ rimedju. Barra minn hekk, it-tribunal tal-arbitraġġ ma għandux jivvaluta l-applikazzjoni minn Parti tas-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-istat tagħha.

10.    It-Tribunal tal-arbitraġġ stabbilit wara t-talba msemmija fil-paragrafu 9 għandu jwettaq il-proċedimenti tiegħu f’konformità mal-Artikolu 327 jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu fi żmien 30 jum mill-istabbiliment tiegħu.



11.    Fil-każ ta’ deċiżjoni kontra l-Parti konvenuta, il-Parti konvenuta għandha, mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tal-għoti tad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ, tagħti notifika lill-Parti lmentatriċi dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet biex tikkonforma ma’ dik id-deċiżjoni.

12.    Sussegwentement għal deċiżjoni kontra l-Parti konvenuta fil-proċedura msemmija fil-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu, il-Parti lmentatriċi tista’ titlob lit-tribunal tal-arbitraġġ, fi żmien 30 jum mid-deċiżjoni tiegħu, biex jiddetermina livell ta’ sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim jew ftehim supplimentari li ma jaqbiżx il-livell ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew l-indeboliment ikkawżat mill-applikazzjoni tal-miżuri rimedjali, jekk issib li l-inkonsistenza tal-miżuri rimedjali mal-paragrafu 3 jew 8 ta’ dan l-Artikolu hija sinifikanti. It-talba għandha tipproponi livell ta’ sospensjoni tal-obbligi f’konformità mal-prinċipji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 316. Il-Parti lmentatriċi tista’ tissospendi l-obbligi skont dan il-Ftehim jew ftehim supplimentari skont il-livell ta’ sospensjoni tal-obbligi stabbilit mit-tribunal tal-arbitraġġ. Tali sospensjoni ma għandhiex tiġi applikata qabel 15-il jum wara tali deċiżjoni.

13.    Parti ma għandhiex tinvoka l-Ftehim tad-WTO jew kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor biex tipprekludi lill-Parti l-oħra milli tieħu miżuri skont dan l-Artikolu, inkluż fejn dawk il-miżuri jikkonsistu fis-sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim jew ftehim supplimentari.

14.    Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ jekk l-impożizzjoni jew iż-żamma ta’ miżuri ta’ rimedju fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott humiex ristretti għal dak li huwa strettament neċessarju jew proporzjonat għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, Parti:

(a)    għandha tqis il-miżuri kumpensatorji applikati jew miżmuma f’konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim SCM u skont proċess ġust u trasparenti; u



(b)    tista’ tqis il-miżuri anti-dumping applikati jew miżmuma f’konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim dwar l-Anti-Dumping u skont proċess ġust u trasparenti.

15.    Jekk il-Parti li kontriha jkunu ttieħdu miżuri ta’ rimedju ma tippreżentax talba skont il-paragrafu 9 fil-perjodu ta’ żmien stabbilit f’dak il-paragrafu, dik il-Parti tista’ tibda l-proċedura ta’ arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 305 biex tikkontesta miżura ta’ rimedju għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 9 mingħajr ma tirrikorri minn qabel għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 304. Tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta’ urġenza għall-fini tal-Artikolu 310.

16.    Għall-finijiet tal-proċedimenti skont il-paragrafu 9 jew 15, fil-valutazzjoni ta’ jekk miżura ta’ rimedju hijiex strettament meħtieġa jew proporzjonata, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jqis kif xieraq il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 5, 6 u 13.

ARTIKOLU 210

Soluzzjoni ta’ tilwim

1.    Soġġett għall-paragrafi 2 u 3, it-Titolu I tas-Sitt Parti japplika għal tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, ħlief għall-Artikoli 205 u 206.

2.    Tribunal ta’ arbitraġġ ma għandu ebda ġuriżdizzjoni rigward:

(a)    miżura individwali ta’ għajnuna mill-istat, inkluż jekk tali miżura tkunx ikkonformat mas-sistema rilevanti ta’ kontroll tal-għajnuna mill-istat tal-Parti; u



(b)    jekk ir-rimedju ta’ rkupru fis-sens tal-Artikolu 207 ġiex applikat b’mod korrett fi kwalunkwe każ individwali.

3.    It-Titolu I tas-Sitt Parti għandu japplika għall-Artikolu 209 f’konformità ma’ dak l-Artikolu u l-Artikolu 327.

KAPITOLU 3

TASSAZZJONI

ARTIKOLU 211

Governanza tajba

Il-Partijiet jirrikonoxxu u jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw il-prinċipji ta’ governanza tajba fil-kwistjonijiet tat-taxxa, b’mod partikolari l-istandards globali dwar it-trasparenza tat-taxxa u l-iskambju tal-informazzjoni u kompetizzjoni ġusta fil-qasam tat-taxxa. Il-partijiet itennu l-appoġġ tagħhom għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS) tal-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku u ta’ Kooperazzjoni (OECD) u jaffermaw l-impenn tagħhom li jimplimentaw l-istandards minimi tal-OECD kontra l-BEPS. Il-Partijiet jippromwovu l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, itejbu l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-tassazzjoni u jiffaċilitaw il-ġbir tad-dħul mit-taxxa.



ARTIKOLU 212

Standards tat-tassazzjoni

1.    Parti ma għandhiex iddgħajjef jew tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni previst fil-leġiżlazzjoni tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2020 taħt il-livell previst mill-istandards u r-regoli li jkunu ġew miftiehma fl-OECD fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, fir-rigward ta’:

(a)    l-iskambju ta’ informazzjoni kemm jekk fuq talba, spontanjament jew awtomatikament, dwar il-kontijiet finanzjarji, id-deċiżjonijiet transfruntiera tat-taxxa, ir-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, u l-arranġamenti potenzjali transfruntiera ta’ ppjanar tat-taxxa;

(b)    ir-regoli dwar il-limitazzjoni tal-imgħax, korporazzjonijiet barranin ikkontrollati u diskrepanzi ibridi.

2.    Parti ma għandhiex iddgħajjef jew tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni previst fil-leġiżlazzjoni tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u mid-ditti tal-investiment, għajr ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi.

ARTIKOLU 213

Soluzzjoni ta’ tilwim

Dan il-Kapitolu ma għandux ikun soġġett għas-soluzzjoni tat-tilwim skont it-Titolu I tal-Parti 6.


KAPITOLU 4

STANDARDS TAX-XOGĦOL U SOĊJALI

ARTIKOLU 214

Definizzjoni

1.    Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “livelli ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali” tfisser il-livelli ta’ protezzjoni previsti b’mod globali fil-liġi u fl-istandards ta’ Parti 22 , f’kull wieħed minn dawn l-oqsma 23 :

(a)    drittijiet fundamentali fix-xogħol;

(b)    l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(c)    kundizzjonijiet tax-xogħol u standards tal-impjieg ġusti;

(d)    id-drittijiet ta’ informazzjoni u konsultazzjoni fil-livell tal-kumpaniji; jew

(e)    ristrutturar ta’ impriżi.

2.    Għall-Unjoni, “livelli ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali” tfisser livelli ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali li huma applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni u li huma komuni fihom.



ARTIKOLU 215

Nonrigressjoni mill-livelli ta’ protezzjoni

1.    Il-Partijiet jaffermaw id-dritt ta’ kull Parti li tistabbilixxi l-politiki u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma koperti minn dan il-Kapitolu, li tiddetermina l-livelli ta’ protezzjoni li tqis xierqa u li tadotta jew timmodifika l-liġi u l-politiki tagħha b’mod li jkun konsistenti mal-impenji internazzjonali ta’ kull Parti, inklużi dawk li jaqgħu f’dan il-Kapitolu.

2.    Parti ma għandhiex iddgħajjef jew tnaqqas, b’mod li jaffettwa l-kummerċ jew l-investiment bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, il-livelli ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali tagħha taħt il-livelli fis-seħħ fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluż billi tonqos milli tinforza b’mod effettiv il-liġi u l-istandards tagħha.

3.    Il-Partijiet jirrikonoxxu li kull Parti żżomm id-dritt li teżerċita diskrezzjoni raġonevoli u li tieħu deċiżjonijiet in bona fide rigward l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-infurzar tax-xogħol fir-rigward ta’ liġi tax-xogħol oħra determinata li jkollha prijorità ogħla, sakemm l-eżerċizzju ta’ dik id-diskrezzjoni, u dawk id-deċiżjonijiet, ma jkunux inkonsistenti mal-obbligi tagħha skont dan il-Kapitolu.

4.    Il-Partijiet għandhom ikomplu jagħmlu ħilithom biex iżidu l-livell rispettiv tagħhom ta’ protezzjoni tax-xogħol u soċjali skont dan il-Kapitolu.



ARTIKOLU 216

Infurzar

Għall-finijiet tal-infurzar kif imsemmi fl-Artikolu 215 kull Parti għandu jkollha u żżomm sistema għal infurzar domestiku effettiv, u b’mod partikolari sistema effettiva ta’ spezzjonijiet tax-xogħol f’konformità mal-impenji internazzjonali tagħha relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u mal-protezzjoni tal-ħaddiema; tiżgura li jkunu disponibbli proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji li jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-individwi bil-locus standi jippreżentaw azzjoni fil-ħin kontra ksur tal-liġi tax-xogħol u l-istandards soċjali; u jipprevedu rimedji xierqa u effettivi, inklużi miżuri interim, kif ukoll fejn xieraq, japplikaw sanzjonijiet proporzjonati u dissważivi f’konformità mal-liġi domestika tagħhom. Fl-implimentazzjoni domestika u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 215, kull Parti għandha tirrispetta r-rwol u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali fil-livell domestiku, jekk rilevanti, skont il-liġi u l-prattika applikabbli.

ARTIKOLU 217

Soluzzjoni ta’ tilwim

1.    Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha permezz ta’ djalogu, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni biex jindirizzaw kull nuqqas ta’ qbil dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

2.    B’deroga mit-Titolu I tas-Sitt Parti, fil-każ ta’ tilwima bejn il-Partijiet rigward l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandu jkollhom rikors esklużiv għall-proċeduri stabbiliti skont l-Artikoli 235 sa 237.


KAPITOLU 5

AMBJENT U KLIMA

ARTIKOLU 218

Definizzjonijiet

1.    Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “livelli ta’ protezzjoni ambjentali u klimatika” tfisser il-livelli ta’ protezzjoni previsti b’mod ġenerali fil-liġi ta’ Parti li għandhom l-għan li jipproteġu l-ambjent u l-klima, inkluża l-prevenzjoni ta’ periklu għall-ħajja jew għas-saħħa tal-bniedem mill-impatti ambjentali u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, f’kull wieħed mill-oqsma li ġejjin:

(a)    l-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent;

(b)    il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali;

(c)    il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u l-valutazzjoni strateġika ambjentali;

(d)    emissjonijiet fl-arja u kwalità tal-arja;

(e)    natura u konservazzjoni tal-bijodiversità;

(f)    il-ġestjoni tal-iskart, inklużi l-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart fejn rilevanti;



(g)    emissjonijiet tal-ħsejjes;

(h)    il-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-ambjent akkwatiku u tal-baħar, inkluż l-użu tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart fejn rilevanti;

(i)    il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-eliminazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jirriżultaw mill-produzzjoni, l-użu, ir-rilaxx u r-rimi ta’ sustanzi kimiċi; jew

(j)    it-tibdil fil-klima b’mod partikolari l-emissjonijiet u t-tneħħija tal-gassijiet serra, inklużi s-sistemi effettivi tal-ipprezzar tal-karbonju jew miżuri ekwivalenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

2.    Għall-Unjoni, “livelli ta’ protezzjoni ambjentali u klimatika” tfisser livelli ta’ protezzjoni ambjentali u klimatika li huma applikabbli għall-Istati Membri kollha u fihom u li huma komuni għalihom.

3.    Għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, “livelli ta’ protezzjoni ambjentali u klimatika” tfisser livelli ta’ protezzjoni ambjentali u klimatika fil-liġi domestika ta’ Ġibiltà, inklużi impenji internazzjonali li ġew estiżi għal Ġibiltà.

ARTIKOLU 219

Livelli ta’ protezzjoni

1.    Il-Partijiet jaffermaw id-dritt ta’ kull Parti li tistabbilixxi l-politiki u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma koperti minn dan il-Kapitolu, li tiddetermina l-livelli ta’ protezzjoni ambjentali u klimatika li tqis xierqa u li tadotta jew timmodifika l-liġi u l-politiki tagħha b’mod li jkun konsistenti mal-impenji internazzjonali ta’ kull Parti, inklużi dawk li jaqgħu f’dan il-Kapitolu.



2.    Il-Partijiet jirrikonoxxu li kull Parti żżomm id-dritt li teżerċita diskrezzjoni raġonevoli u li tieħu deċiżjonijiet in bona fide rigward l-allokazzjoni ta’ riżorsi ta’ infurzar ambjentali fir-rigward ta’ liġijiet ambjentali oħra u politiki dwar il-klima determinati li jkollhom prijoritajiet ogħla, sakemm l-eżerċizzju ta’ dik id-diskrezzjoni, u dawk id-deċiżjonijiet, ma jkunux inkonsistenti mal-obbligi tagħha taħt dan il-Kapitolu.

3.    L-Unjoni ma għandhiex iddgħajjef jew tnaqqas il-livelli ta’ protezzjoni ambjentali u klimatika tagħha taħt il-livelli fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020 inkluż billi tonqos milli tinforza b’mod effettiv il-liġi ambjentali u klimatika tagħha.

4.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jirrispetta l-livelli ta’ protezzjoni ambjentali u klimatika li huma ekwivalenti għal-livelli fis-seħħ fl-Unjoni, inkluż billi jinforza b’mod effettiv il-liġi ambjentali u klimatika applikabbli għal Ġibiltà u fiha.

ARTIKOLU 220

Prezzar tal-karbonju

1.    Kull Parti għandu jkollha fis-seħħ sistema effettiva ta’ pprezzar tal-karbonju jew miżuri ekwivalenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li s-sistema tal-ipprezzar tal-karbonju jew miżuri ekwivalenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet li japplikaw f’Ġibiltà għandu jkollha kamp ta’ applikazzjoni u effettività ekwivalenti għal dawk fis-seħħ fl-Unjoni fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim.



3.    Fir-rigward tal-avjazzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-Unjoni tal-ipprezzar tal-karbonju għandu jkopri t-titjiriet kollha bejn iż-Żona Ekonomika Ewropea u Ġibiltà. Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema tar-Renju Unit tal-ipprezzar tal-karbonju għandu jkopri t-titjiriet kollha bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà.

4.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ għandu jiġi infurmat regolarment dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-paragrafi 1 sa 3.

5.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jirrieżamina l-implimentazzjoni tas-sistema tiegħu tal-ipprezzar tal-karbonju jew miżuri ekwivalenti fl-2030 u regolarment fil-kuntest tal-progressjoni lil hinn mill-oqfsa attwali tiegħu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

ARTIKOLU 221

Prinċipji ambjentali u klimatiċi

Filwaqt li jqisu l-fatt li l-Unjoni u Ġibiltà jikkondividu bijosfera komuni fir-rigward tat-tniġġis transfruntier, l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw il-prinċipji ambjentali rikonoxxuti internazzjonalment li impenjaw ruħhom għalihom, bħal fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, adottata f’Rio de Janeiro fl-14 ta’ Ġunju 1992 (id-“Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-1992”) u l-ftehimiet ambjentali multilaterali li japplikaw fir-rigward tal-Unjoni u tar-Renju Unit li ġew estiżi għal Ġibiltà, inklużi l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, magħmula f’Rio de Janeiro fil-5 ta’ Ġunju 1992 (il-“Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika”), b’mod partikolari:

(a)    il-prinċipju li l-ħarsien tal-ambjent għandu jiġi integrat fit-tfassil tal-politiki, inkluż permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt;



(b)    il-prinċipju ta’ azzjoni preventiva biex tiġi evitata l-ħsara ambjentali;

(c)    il-prinċipju ta’ prekawzjoni msemmi fl-Artikolu 200;

(d)    il-prinċipju li l-ħsara lill-ambjent jenħtieġ li, bħala prijorità, tissewwa f’ras il-għajn; u

(e)    il-prinċipju li “min iniġġes iħallas”.

ARTIKOLU 222

Infurzar

Għall-finijiet tal-infurzar, kull Parti għandha, f’konformità mal-liġi tagħha, tiżgura li:

(a)    l-awtoritajiet domestiċi kompetenti biex jinfurzaw il-liġi rilevanti fir-rigward tal-ambjent u l-klima jqisu b’mod xieraq il-ksur allegat ta’ tali liġi li jiġu għall-attenzjoni tagħhom; dawn l-awtoritajiet għandu jkollhom disponibbli rimedji adegwati u effettivi, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni kif ukoll sanzjonijiet proporzjonati u dissważivi jekk xieraq; u

(b)    ikunu disponibbli proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji domestiċi għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi b’interess suffiċjenti li jippreżentaw azzjonijiet kontra ksur ta’ liġi ambjentali u li jfittxu rimedji effettivi, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni, u li l-proċedimenti ma jkunux għaljin b’mod projbittiv u jitwettqu b’mod ġust, ekwu u trasparenti.



ARTIKOLU 223

Soluzzjoni ta’ tilwim

1.    Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha permezz ta’ djalogu, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni biex jindirizzaw kull nuqqas ta’ qbil dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

2.    B’deroga mit-Titolu I tas-Sitt Parti, fil-każ ta’ tilwima bejn il-Partijiet rigward l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandu jkollhom rikors esklużiv għall-proċeduri stabbiliti skont l-Artikoli 235 sa 237.



KAPITOLU 6

STRUMENTI OĦRA GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

ARTIKOLU 224

Kuntest u objettivi

1.    Il-Partijiet ifakkru fl-Aġenda 21, adottata f’Rio de Janeiro fit-13 ta’ Ġunju 1992, u d-Dikjarazzjoni ta’ Rio tal-1992 dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, il-Pjan ta’ Johannesburg ta’ Implimentazzjoni tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2002, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta, adottata f’Ġinevra fl-10 ta’ Ġunju 2008 mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol waqt is-97 Sessjoni tagħha, kif emendata fl-2022 (id-“Dikjarazzjoni ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta”), id-Dokument ta’ Eżitu tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp sostenibbli tal-2012 intitolat “The Future We Want” approvat bir-Riżoluzzjoni 66/288 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU adottata fis-27 ta’ Lulju 2012 u l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata bir-Riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta’ Settembru 2015 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha.

2.    Fid-dawl tal-paragrafu 1, l-objettiv ta’ dan il-Kapitolu huwa li jsaħħaħ l-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari d-dimensjonijiet tax-xogħol u ambjentali tiegħu, fir-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment tal-Partijiet u f’dan ir-rigward li jikkomplementa l-impenji tal-Partijiet skont il-Kapitoli 4 u 5 ta’ dan it-Titolu.



ARTIKOLU 225

Trasparenza

Il-Partijiet jenfasizzaw l-importanza li tiġi żgurata t-trasparenza bħala element neċessarju biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni pubblika u biex l-informazzjoni ssir pubblika fil-kuntest ta’ dan il-Kapitolu. Skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, kull Parti għandha:

(a)    tiżgura li kull miżura ta’ applikazzjoni ġenerali għall-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Kapitolu titwettaq b’mod trasparenti, inkluż billi l-pubbliku jiġu pprovdut b’opportunitajiet raġonevoli u b’biżżejjed żmien biex jikkummenta, billi tippubblika t-tali miżuri;

(b)    tiżgura li l-pubbliku ġenerali jingħata aċċess għall-informazzjoni ambjentali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi jew għalihom, kif ukoll tiżgura d-disseminazzjoni attiva ta’ dik l-informazzjoni lill-pubbliku ġenerali b’mezzi elettroniċi;

(c)    tinkoraġġixxi dibattitu pubbliku mal-atturi mhux statali u bejniethom dwar l-iżvilupp u d-definizzjoni ta’ politiki li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta’ liġi rilevanti għal dan il-Kapitolu mill-awtoritajiet pubbliċi tagħha; b’rabta mal-ambjent, dan għandu jinkludi l-parteċipazzjoni pubblika fi proġetti, pjanijiet u programmi; u

(d)    tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku għal-liġijiet u għall-istandards tagħha rilevanti għal dan il-Kapitolu, kif ukoll il-proċeduri ta’ infurzar u konformità, billi tieħu passi biex tavvanza l-għarfien u l-fehim tal-pubbliku; b’rabta mal-liġijiet u mal-istandards tax-xogħol, dan għandu jinkludi l-ħaddiema, l-impjegaturi u r-rappreżentanti tagħhom.



ARTIKOLU 226

L-istandards u l-ftehimiet multilaterali dwar ix-xogħol

1.    Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali b’mod li jwassal għal xogħol deċenti għal kulħadd, kif espress fid-Dikjarazzjoni ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta.

2.    F’konformità mal-Kostituzzjoni tal-ILO u mad-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u s-Segwitu tagħha, adottata f’Ġinevra fit-18 ta’ Ġunju 1998 mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fis-86 Sessjoni tagħha, kif emendata fl-2022, kull Parti timpenja ruħha li tirrispetta, tippromwovi u timplimenta b’mod effettiv il-prinċipji li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali, kif definiti fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, li huma:

(a)    il-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv;

(b)    l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ xogħol furzat jew obbligatorju;

(c)    l-abolizzjoni effettiva tax-xogħol mit-tfal;

(d)    l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol; u

(e)    ambjent tax-xogħol sikur u tajjeb għas-saħħa.

3.    Kull Parti timpenja ruħha li timplimenta b’mod effettiv il-konvenzjonijiet kollha tal-ILO li r-Renju Unit estenda għal Ġibiltà u l-Istati Membri rratifikaw rispettivament.



4.    Kull Parti għandha tagħmel sforzi kontinwi u sostnuti biex tirratifika jew testendi għal Ġibiltà, skont il-każ, il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO jekk tkun għadha ma għamlitx dan.

5.    Il-partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni, regolarment u kif xieraq, dwar is-sitwazzjonijiet u l-progress rispettivi tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fir-rigward tar-ratifika tal-konvenzjonijiet jew tal-protokolli tal-ILO kklassifikati bħala aġġornati mill-ILO u ta’ strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn.

6.    Kull Parti għandha tkompli tippromwovi, permezz tal-liġijiet u l-prattiki tagħha, l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO kif stabbilita fid-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta, kif emendata fl-2022 (il- “Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO”) u konvenzjonijiet rilevanti oħra tal-ILO, u impenji internazzjonali oħra, b’mod partikolari:

(a)    kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għal kulħadd, fir-rigward ta’, fost l-oħrajn, pagi u qligħ, ħinijiet tax-xogħol, liv tal-maternità u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol;

(b)    is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, inkluża l-prevenzjoni ta’ korriment jew mard fil-post tax-xogħol u l-kumpens fil-każ ta’ tali korriment jew mard; u

(c)    in-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż għall-ħaddiema migranti.

7.    Kull Parti għandha tipproteġi u tippromwovi d-djalogu soċjali dwar kwistjonijiet ta’ xogħol fost il-ħaddiema u l-impjegaturi, u l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom, u mal-awtoritajiet governattivi rilevanti.



ARTIKOLU 227

Ftehimiet multilaterali dwar l-ambjent

1.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-Assemblea tan-NU għall-Ambjent tal-Programm tan-NU għall-Ambjent u tal-governanza u l-ftehimiet ambjentali multilaterali bħala rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi u għall-istress ambjentali globali jew reġjonali u jenfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ reċiproku bejn il-politiki, ir-regoli u l-miżuri kummerċjali u ambjentali.

2.    Fid-dawl tal-paragrafu 1, kull Parti timpenja ruħha li timplimenta b’mod effettiv il-ftehimiet, il-protokolli u l-emendi ambjentali multilaterali li għalihom hija parti. Fir-rigward tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dan ifisser ftehimiet ambjentali multilaterali li ġew estiżi għal Ġibiltà jew li huma riflessi b’xi mod ieħor fil-liġijiet u l-prattiki tagħha.

3.    Il-Partijiet itennu d-dritt ta’ kull Parti li tadotta jew iżżomm miżuri sabiex issaħħaħ l-objettivi ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali li tkun parti għalihom.

ARTIKOLU 228

Kummerċ u tibdil fil-klima

1.    Il-partijiet jirrikonoxxu l-importanza li tittieħed azzjoni urġenti sabiex jiġu miġġielda t-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu, u r-rwol tal-kummerċ u tal-investiment fl-ilħuq ta’ dak l-objettiv, f’konformità mal-UNFCCC, mal-iskop u mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u ma’ ftehimiet ambjentali multilaterali u ma’ strumenti multilaterali oħrajn fil-qasam tat-tibdil fil-klima.



2.    Fid-dawl tal-paragrafu 1, kull Parti:

(a)    timpenja ruħha li timplimenta b’mod effettiv l-UNFCCC, u l-Ftehim ta’ Pariġi li wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu huwa t-tisħiħ tar-rispons globali għat-tibdil fil-klima u li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm sew taħt it-2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali;

(b)    għandha tippromwovi l-appoġġ reċiproku tal-politiki u tal-miżuri dwar il-kummerċ u l-klima u b’hekk tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u żvilupp reżiljenti għall-klima; u

(c)    għandha tiffaċilita t-tneħħija ta’ ostakli għall-kummerċ u l-investiment ta’ rilevanza partikolari għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, bħall-enerġija rinnovabbli, prodotti u servizzi effiċjenti fl-użu tal-enerġija, pereżempju billi tindirizza ostakli tariffarji u mhux tariffarji jew permezz tal-adozzjoni ta’ oqfsa ta’ politika li jwasslu għall-użu tal-aħjar soluzzjonijiet disponibbli.

ARTIKOLU 229

Kummerċ u diversità bijoloġika

1.    Il-partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-konservazzjoni u tal-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika u tar-rwol tal-kummerċ fl-ilħuq ta’ dawn l-objettivi, inkluż billi jippromwovu l-kummerċ sostenibbli jew jikkontrollaw jew jirrestrinġu l-kummerċ fi speċijiet fil-periklu, f’konformità mal-ftehimiet ambjentali multilaterali rilevanti li għalihom huma parti u sa fejn ir-Renju Unit estenda tali ftehimiet għal Ġibiltà, u d-deċiżjonijiet adottati fl-ambitu tagħhom, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-protokolli tagħha, u l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu, magħmula f’Washington D.C. fit-3 ta’ Marzu 1973 (“CITES”).



2.    Fid-dawl tal-paragrafu 1, kull Parti għandha:

(a)    timplimenta miżuri effettivi sabiex tiġġieled kontra l-kummerċ illegali ta’ organiżmi selvaġġi, inkluż fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, kif xieraq;

(b)    tippromwovi l-użu tas-CITES bħala strument għall-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-inklużjoni tal-ispeċijiet tal-annimali u tal-pjanti fl-appendiċi għas-CITES fejn l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ dik l-ispeċi jitqies f’riskju minħabba l-kummerċ internazzjonali;

(c)    tinkoraġġixxi l-kummerċ fi prodotti derivati minn użu sostenibbli ta’ riżorsi bijoloġiċi u tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-bijodiversità; u

(d)    tkompli tieħu miżuri biex tippreserva d-diversità bijoloġika meta tkun soġġetta għal pressjonijiet marbuta mal-kummerċ u l-investiment, inklużi miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi u miżuri għall-qerda possibbli ta’ dawk diġà preżenti.

ARTIKOLU 230

Kummerċ u foresti

1.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti biex jipprovdu funzjonijiet ambjentali u opportunitajiet ekonomiċi u soċjali għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, u r-rwol tal-kummerċ fil-kisba ta’ dan l-objettiv.



2.    Fid-dawl tal-paragrafu 1 u b’mod konsistenti mal-obbligi internazzjonali tagħha, kull Parti għandha:

(a)    tkompli timplimenta miżuri għall-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ relatat, inkluż fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, kif xieraq, u tippromwovi l-kummerċ fi prodotti tal-foresti maqtugħin b’mod legali;

(b)    tippromwovi l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-kummerċ u tal-konsum tal-injam u tal-prodotti tal-injam maqtugħin f’konformità mad-dritt tal-pajjiż tal-ħsad u minn foresti ġestiti b’mod sostenibbli.

ARTIKOLU 231

Kummerċ u ġestjoni sostenibbli
tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-akkwakultura

Kull Parti għandha tikkonforma mad-dritt internazzjonali, inkluż l-adozzjoni u ż-żamma tal-għodod effettivi rispettivi tagħha għall-ġlieda kontra s-sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (“IUU”, Illegal, Unreported and Unregulated), u għandha tadotta miżuri biex teskludi l-prodotti tas-sajd IUU mill-flussi kummerċjali, u tikkoopera għal dak l-għan.

ARTIKOLU 232

Kummerċ u investiment li jiffavorixxu l-iżvilupp sostenibbli

1.    Il-Partijiet jikkonfermaw l-impenn tagħhom li jsaħħu l-kontribut tal-kummerċ u tal-investiment għall-għan ta’ żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu.



2.    Skont il-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom ikomplu jippromwovu:

(a)    politiki li jikkonċernaw il-kummerċ u l-investiment li jappoġġaw l-4 objettivi strateġiċi tal-Aġenda għal Xogħol Deċenti tal-ILO, konsistenti mad-Dikjarazzjoni ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta, inkluż il-paga minima li tiggarantixxi l-għajxien, is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol, u aspetti oħra relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(b)    il-kummerċ u l-investiment fi prodotti u f’servizzi ambjentali, bħall-enerġija rinnovabbli u prodotti u servizzi effiċjenti fl-enerġija, inkluż permezz tal-indirizzar ta’ ostakli mhux tariffarji relatati jew permezz tal-adozzjoni ta’ oqfsa ta’ politika li jwasslu għall-użu tal-aħjar soluzzjonijiet disponibbli;

(c)    il-kummerċ ta’merkanzija u servizzi li jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet soċjali mtejba u prattiki ambjentalment sodi, inklużi dawk soġġetti għal skemi volontarji ta’ assigurazzjoni tas-sostenibbiltà bħal skemi ta’ kummerċ ġust u etiku u ekotikketti.

3.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi għall-iżvilupp sostenibbli billi jiġu rieżaminati, immonitorjati u vvalutati l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali tal-azzjonijiet possibbli, filwaqt li jikkunsidraw il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati.

ARTIKOLU 233

Kummerċ u ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista

1.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-ġestjoni responsabbli tal-ktajjen tal-provvista permezz ta’ mġiba responsabbli fin-negozju u prattiki ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva u r-rwol tal-kummerċ fit-twettiq ta’ dan l-objettiv.



2.    Fid-dawl tal-paragrafu 1, kull Parti għandha:

(a)    tinkoraġġixxi r-responsabbiltà soċjali korporattiva / imġiba responsabbli fin-negozju, inkluż billi tipprovdi oqfsa ta’ politika ta’ appoġġ li jħeġġu l-adozzjoni ta’ prattiki rilevanti min-negozji; u

(b)    tappoġġa l-aderenza, l-implimentazzjoni, is-segwitu u d-disseminazzjoni ta’ strumenti internazzjonali rilevanti, bħal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali adottati mill-Kunsill tal-OECD fis-27 ta’ Ġunju 2000, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali adottata mill-Korp Governattiv tal-ILO fil-204 sessjoni tagħha f’Ġinevra f’Novembru 1977, il-Patt Globali tan-NU, u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

3.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-utilità ta’ linji gwida internazzjonali speċifiċi għas-settur fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u mġiba responsabbli fin-negozju u għandhom jinkoraġġixxu ħidma konġunta f’dan ir-rigward. Fir-rigward tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal ktajjen ta’ provvista responsabbli ta’ minerali minn żoni affettwati minn kunflitt u minn żoni ta’ riskju għoli u s-supplimenti tagħha, il-Partijiet għandhom jimplimentaw ukoll miżuri sabiex jippromwovu l-adozzjoni ta’ dik il-Gwida.

ARTIKOLU 234

Soluzzjoni ta’ tilwim

1.    Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha permezz ta’ djalogu, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni biex jindirizzaw kull nuqqas ta’ qbil dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.



2.    B’deroga mis-[Soluzzjoni tat-Tilwim], fil-każ ta’ tilwima bejn il-Partijiet rigward l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, il-Partijiet għandhom jirrikorru esklużivament għall-proċeduri stabbiliti skont l-Artikoli 235 u 236.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI U ISTITUZZJONALI

ARTIKOLU 235

Konsultazzjonijiet

1.    Parti tista’ titlob konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra dwar xi kwistjoni li tinqala’ skont l-Artikolu 199(3) u l-Kapitoli 4, 5, u 6 ta’ dan it-Titolu billi tibgħat talba bil-miktub lill-Parti l-oħra. Fit-talba bil-miktub tagħha, il-Parti lmentatriċi għandha tispeċifika r-raġunijiet u l-bażi għat-talba, inkluża l-identifikazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, filwaqt li tispeċifika d-dispożizzjonijiet li tqis applikabbli. Il-konsultazzjonijiet iridu jibdew fil-pront wara li Parti twassal talba għal konsultazzjonijiet, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-konsenja tat-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux fuq perjodu itwal.

2.    Il-Partijiet għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet bl-għan li jsibu riżoluzzjoni sodisfaċenti b’mod reċiproku għall-kwistjoni. Matul il-konsultazzjonijiet, kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra biżżejjed informazzjoni li jkollha sabiex tippermetti eżami komplet tal-kwistjonijiet imqajma. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ persunal tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għandhom l-għarfien espert fil-kwistjoni soġġetta għall-konsultazzjonijiet.



3.    Fi kwistjonijiet relatati mal-Artikolu 199(3) jew mal-ftehimiet jew l-istrumenti multilaterali msemmija fil-Kapitoli 4 5, jew 6 il-Partijiet għandhom iqisu l-informazzjoni disponibbli mill-ILO jew korpi jew organizzazzjonijiet rilevanti stabbiliti skont ftehimiet ambjentali multilaterali. Jekk ikun rilevanti, il-Partijiet għandhom b’mod konġunt ifittxu parir mingħand tali organizzazzjonijiet jew il-korpi tagħhom, jew mingħand kwalunkwe espert jew korp ieħor li jqisu xieraq.

4.    Kull riżoluzzjoni li tintlaħaq mill-Partijiet għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

ARTIKOLU 236

Bord ta’ esperti

1.    Għal kull kwistjoni li mhijiex indirizzata b’mod sodisfaċenti permezz ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 235, Parti tista’, 90 jum wara li tkun irċeviet talba għal konsultazzjonijiet skont dak l-Artikolu, titlob li jitlaqqa’ bord ta’ esperti biex jeżamina din il-kwistjoni, billi tibgħat talba bil-miktub lill-Parti l-oħra. It-talba għandha tidentifika l-miżura inkwistjoni, tispeċifika u tispjega kif dik il-miżura ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jew Kapitoli b’mod suffiċjenti biex l-ilment jiġi ppreżentat b’mod ċar.

2.    Il-Bord tal-Esperti għandu jkun magħmul minn 3 membri.

3.    Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi lista ta’ mill-anqas 15-il individwu li jkunu lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord. Kull Parti għandha tinnomina mill-inqas ħames persuni mil-lista biex iservu bħala membri tal-bord. Il-Partijiet għandhom ukoll jinnominaw mill-anqas 3 persuni li ma huma nazzjonali ta’ ebda Parti u li jkunu disposti u kapaċi jservu bħala l-president ta’ bord ta’ esperti. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jiżgura li l-lista tinżamm aġġornata u li l-għadd ta’ esperti jinżamm f’minimu ta’ 15-il individwu.



4.    L-esperti li jkunu ġew proposti bħala membri tal-bord għandu jkollhom għarfien speċjalizzat jew kompetenzi fil-qasam tal-liġi tax-xogħol jew ambjentali, fi kwistjonijiet oħra indirizzati f’din it-Taqsima, jew fir-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet li jinqalgħu taħt ftehimiet internazzjonali. Ma jistgħux ikunu affiljati ma’ xi waħda mill-Partijiet u lanqas ma jieħdu struzzjonijiet mingħandhom. Ma jistgħux ikunu affiljati ma’ xi waħda mill-Partijiet u lanqas ma jieħdu struzzjonijiet mingħandhom. Huma ma għandhomx ikunu persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-gvern ta’ Stat Membru, jew tal-gvern tar-Renju Unit jew ta’ Ġibiltà.

5.    Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti, it-termini ta’ referenza għandhom ikunu:

“li tiġi eżaminata, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti, il-kwistjoni msemmija fit-talba għall-istabbiliment tal-bord ta’ esperti, u li jiġi ppreżentat rapport f’konformità ma’ dan l-Artikolu li jasal għal konklużjonijiet dwar il-konformità tal-miżura mad-dispożizzjonijiet rilevanti”.

6.    Fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati ma’ ftehimiet multilaterali koperti f’dan It-Titolu, jenħtieġ li l-bord ta’ esperti jfittex informazzjoni mill-ILO jew mill-korpi rilevanti stabbiliti skont dawn il-ftehimiet, inklużi kull gwida, konklużjoni jew deċiżjoni interpretattiva pertinenti adottati mill-ILO u dawk il-korpi.

7.    Il-bord ta’ esperti jista’ jitlob u jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub jew kull informazzjoni oħra minn persuni b’informazzjoni rilevanti jew għarfien speċjalizzat.

8.    Il-bord ta’ esperti għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli lil kull Parti, b’tali mod li jippermettilhom jippreżentaw l-kummenti tagħhom fi żmien 20 jum minn meta jirċevuha.



9.    Il-bord ta’ esperti għandu joħroġ rapport interim lill-Partijiet u rapport finali li jistabbilixxi l-konklużjonijiet ta’ fatt, id-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, inklużi fir-rigward ta’ jekk il-Parti konvenuta tkunx konformi mal-obbligi tagħha taħt dan il-Kapitolu jew Kapitoli u r-raġunament bażiku wara kwalunkwe konklużjoni u determinazzjoni li tasal għaliha. Għal ċertezza akbar, il-Partijiet huma tal-istess fehma li jekk fir-rapport tiegħu l-Bord jagħmel rakkomandazzjonijiet, il-Parti konvenuta ma jkollhiex għalfejn issegwi dawn ir-rakkomandazzjonijiet biex tiżgura l-konformità ma’ dan il-Ftehim.

10.    Il-bord ta’ esperti għandu jgħaddi r-rapport interim lill-Partijiet fi żmien 100 jum wara d-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti. Meta l-bord ta’ esperti jqis li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-President tal-bord ta’ esperti għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord jippjana li joħroġ ir-rapport interim tiegħu. Il-bord ta’ esperti ma għandu, taħt l-ebda ċirkostanza, joħroġ ir-rapport interim tiegħu aktar tard minn 125 jum wara d-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti.

11.    Kull Parti tista’ tibgħat talba motivata lill-bord ta’ esperti biex jirrieżamina aspetti partikolari tar-rapport interim fi żmien 25 jum mill-wasla tagħha. Parti tista’ tikkummenta fuq it-talba tal-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum mill-wasla tat-talba.

12.    Wara kunsiderazzjoni ta’ dawk il-kummenti il-bord ta’ esperti għandu jħejji r-rapport finali. Jekk ma tasal l-ebda talba għar-rieżami ta’ aspetti partikolari tar-rapport interim fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 11, ir-rapport interim għandu jsir ir-rapport finali tal-bord ta’ esperti.

13.    Il-bord ta’ esperti għandu jgħaddi r-rapport finali tiegħu lill-Partijiet fi żmien 175 jum wara d-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti. Meta l-bord ta’ esperti jqis li dan il-limitu ta’ żmien ma jistax jintlaħaq, il-president tiegħu għandu jinnotifika lill-Partijiet bil-miktub, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord ta’ esperti jippjana li jagħti r-rapport finali tiegħu. Il-bord ta’ esperti ma għandu, fl-ebda ċirkostanza, joħroġ ir-rapport finali tiegħu aktar tard minn 195 jum wara d-data tal-istabbiliment tal-bord ta’ esperti.



14.    Ir-rapport finali għandu jinkludi diskussjoni dwar kwalunkwe talba bil-miktub mill-Partijiet dwar ir-rapport interim u jindirizza b’mod ċar il-kummenti tal-Partijiet.

15.    Il-Partijiet għandhom jagħmlu r-rapport finali disponibbli għall-pubbliku fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tiegħu mill-bord ta’ esperti.

16.    Jekk ir-rapport finali tal-bord ta’ esperti jiddetermina li Parti ma kkonformatx mal-obbligi tagħha skont il-Kapitolu jew Kapitoli rilevanti, il-Partijiet għandhom, fi żmien 90 jum mill-preżentazzjoni tar-rapport finali, jiddiskutu miżuri xierqa li għandhom jiġu implimentati filwaqt li jitqies ir-rapport tal-bord ta’ esperti.

17.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jimmonitorja s-segwitu għar-rapport tal-bord ta’ esperti.

18.    Meta l-Partijiet ma jaqblux dwar l-eżistenza jew il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ xi miżura meħuda biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità, il-Parti lmentatriċi tista’ tibgħat talba, li għandha tkun bil-miktub, lill-bord ta’ esperti oriġinali biex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. It-talba għandha tidentifika kull miżura inkwistjoni u tispjega kif din il-miżura mhijiex konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti b’mod suffiċjenti biex tippreżenta l-ilment b’mod ċar. Il-bord ta’ esperti għandu jagħti l-konklużjonijiet tiegħu lill-Partijiet fi żmien 45 jum mid-data tal-wasla tat-talba.

19.    Ħlief jekk previst mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-Artikolu 305, l-Artikolu 306 u l-Artikoli 318 sa 323, għandhom japplikaw mutatis mutandis.



ARTIKOLU 237

Bord ta’ esperti għal oqsma ta’ nonrigressjoni

1.    L-Artikolu 236 għandu japplika għal tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5.

2.    Għall-finijiet ta’ tali tilwim, addizzjonalment għall-Artikoli elenkati fl-Artikolu 236, 316 u 317 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.    Il-Partijiet jirrikonoxxu li, fejn il-Parti konvenuta tagħżel li ma tieħu l-ebda azzjoni biex tikkonforma mar-rapport tal-bord tal-esperti u ma’ dan il-Ftehim, kwalunkwe rimedju awtorizzat skont l-Artikolu DS.17 (Miżuri temporanji) jibqa’ disponibbli għall-Parti lmentatriċi.


TITOLU II

ARRANĠAMENTI DWAR ID-DWANA, IT-TASSAZZJONI
INDIRETTA U KWISTJONIJIET RELATATI MAL-KUMMERĊ

KAPITOLU 1

PRINĊIPJI U OBJETTIVI ĠENERALI

ARTIKOLU 238

Prinċipji u objettivi

L-għan ta’ dan it-Titolu huwa li jistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa biex jitneħħew l-ostakli fiżiċi kollha u l-proċeduri relatati bejn Ġibiltà u l-Unjoni għall-merkanzija li tiġi ttrasportata bl-art, filwaqt li tiġi protetta l-integrità tas-Suq Uniku tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tal-Partijiet.

ARTIKOLU 239

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà” tfisser Ġibiltà Doganali tal-Maestà Tiegħu jew awtoritajiet rilevanti oħra f’Ġibiltà;



(b)    “awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni” tfisser awtoritajiet doganali jew awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Membri jew tal-Unjoni;

(c)    “formalitajiet tal-iżdoganar tal-merkanzija” tfisser il-proċeduri, il-miżuri u l-kontrolli kollha li għandhom jitwettqu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Tkopri l-formalitajiet doganali, il-konformità mar-regoli, ir-rekwiżiti u l-istandards tal-prodott, il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji kif previst fid-dritt tal-Unjoni, u kwalunkwe formalità oħra meħtieġa għar-rilaxx tal-merkanzija għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni;

(d)    “post doganali deżinjat” tfisser dawk il-postijiet doganali elenkati fl-Appendiċi 1 tal-Anness 21.

KAPITOLU 2

L-UNJONI DOGANALI

ARTIKOLU 240

Stabbiliment ta’ unjoni doganali

Unjoni doganali bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, hija b’dan stabbilita f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti taħt dan il-Kapitolu.



ARTIKOLU 241

Territorji doganali

It-territorju doganali tal-unjoni doganali bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinkludi:

(a)    it-territorju doganali tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 (il-“Kodiċi Doganali tal-Unjoni”); u

(b)    it-territorju doganali ta’ Ġibiltà, li jikkostitwixxi territorju doganali separat mit-territorju doganali tar-Renju Unit.

ARTIKOLU 242

Il-moviment liberu ta’ merkanzija fi ħdan l-unjoni doganali

1.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal:

(a)    merkanzija prodotta fit-territorju doganali tal-Unjoni jew fit-territorju doganali ta’ Ġibiltà, inkluż dik miksuba kompletament jew parzjalment minn merkanzija li tiġi minn pajjiżi jew territorji barra mill-unjoni doganali u li tkun f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew f’Ġibiltà; u



(b)    merkanzija li tiġi minn pajjiżi jew territorji barra mill-unjoni doganali u li tkun f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew f’Ġibiltà.

2.    Il-merkanzija li tkun ġejja minn pajjiżi jew territorji barra mill-unjoni doganali għandha titqies li tkun f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew f’Ġibiltà jekk il-formalitajiet tal-iżdoganar tal-merkanzija jkunu ġew sodisfatti, u jkunu ġew imposti kwalunkwe dazji doganali jew imposti b’effett ekwivalenti li jkunu pagabbli, u jekk ma kien hemm l-ebda rifużjoni totali jew parzjali ta’ tali dazji jew imposti fir-rigward tal-merkanzija msemmija.

3.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw ukoll għal merkanzija miksuba jew prodotta fl-Unjoni jew f’Ġibiltà li fil-manifattura tagħha jkunu ntużaw prodotti minn pajjiżi jew territorji barra mill-unjoni doganali li ma jkunux f’ċirkolazzjoni libera la fl-Unjoni u lanqas f’Ġibiltà, dment li jkunu tlestew il-formalitajiet tal-iżdoganar tal-merkanzija u jkunu ġew imposti kwalunkwe dazji jew imposti doganali b’effett ekwivalenti pagabbli fuq tali prodotti minn pajjiżi jew territorji barra mill-unjoni doganali.

4.    Il-modalitajiet tal-prova li l-merkanzija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jinsabu fl-Anness 19.

ARTIKOLU 243

Projbizzjoni tad-dazji doganali

Ma għandu jiġi applikat l-ebda dazju doganali fuq l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet jew l-ebda ħlas li jkollu effett ekwivalenti bejn l-Unjoni u Ġibiltà. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għal dazji doganali ta’ natura fiskali.



ARTIKOLU 244

Projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi

Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet u l-miżuri kollha li għandhom effett ekwivalenti għandhom ikunu pprojbiti bejn l-Unjoni u Ġibiltà.

ARTIKOLU 245

Tassazzjoni interna

1.    L-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhom jimponu direttament jew indirettament fuq il-merkanzija ta’ xulxin l-ebda tassazzjoni li tiddiskrimina direttament jew indirettament favur merkanzija domestika simili.

2.    Il-merkanzija ttrasportata bejn it-territorji msemmija fl-Artikolu 241 ma għandhiex tkun eliġibbli għal rifużjoni ta’ imposti domestiċi li tkun ogħla mill-imposti li jkunu ġew imposti direttament jew indirettament.

ARTIKOLU 246

Tneħħija tal-ostakli fiżiċi

1.    L-ostakli fiżiċi kollha preżenti bejn Ġibiltà u l-Unjoni għall-merkanzija li tinġarr bejniethom bl-art għandhom jitneħħew, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 252 jew għall-formalitajiet meħtieġa u l-verifiki u l-kontrolli li jistgħu jitwettqu mill-Partijiet biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ dan it-Titolu.



2.    Sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 247(1), għandhom jitwettqu l-formalitajiet tal-iżdoganar tal-merkanzija, il-formalitajiet tal-esportazzjoni, u l-proċeduri tal-ġbir tal-imposti u tad-dazji tal-Unjoni previsti f’dan it-Titolu li jirreferu għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif previst fl-Artikolu 247(3).

ARTIKOLU 247

Importazzjonijiet lejn Ġibiltà u esportazzjonijiet minnha

1.    Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 20 għandhom japplikaw għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u f’Ġibiltà, dment li l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jadotta deċiżjoni:

(a)    li tispeċifika d-data minn meta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 20 japplikaw għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u f’Ġibiltà; u

(b)    id-dikjarazzjoni li l-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u l-uffiċċji doganali ġew stabbiliti fil-port u fl-ajruport u li joperaw u huma kkontrollati f’konformità mal-modalitajiet u mal-proċeduri definiti f’dik id-deċiżjoni u li l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni ġew maħtura.

2.    Meta jadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jemenda l-lista ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fl-Anness 20.

3.    Sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, merkanzija għajr dik li tinġarr minn vjaġġaturi fil-bagalji personali tagħhom f’konformità mal-Anness 23 għandha tiddaħħal f’Ġibiltà u tiġi esportata minn Ġibiltà biss bl-art u f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness 19, 21, 22 u 24.



4.    B’deroga mill-paragrafu 3:

(a)    Il-merkanzija tal-Unjoni tista’ tiddaħħal ukoll f’Ġibiltà bil-baħar f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Anness 19, l-Artikolu 7 tal-Anness 21, u fl-Annessi 22 u 24;

(b)    il-merkanzija tista’ wkoll tiġi ttrasportata bil-baħar minn Ġibiltà lejn pajjiżi terzi f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Anness 19, l-Artikoli 7 u 8 tal-Anness 21 u fl-Annessi 22 u 24.

5.    Sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, Ġibiltà għandha titqies bħala territorju terz għall-finijiet doganali tal-Unjoni.

6.    Id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi arranġamenti għal azzjonijiet u kontrolli konġunti, kif ukoll kooperazzjoni doganali u kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni kif ukoll kwalunkwe regola jew proċedura oħra meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni elenkati fl-Anness 20 għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u f’Ġibiltà, l-applikazzjoni korretta ta’ dan it-Titolu, kif ukoll tal-applikazzjoni korretta ta’ dik id-deċiżjoni.

7.    Meta jadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jikkunsidra wkoll il-mod li bih kwalunkwe formalità fuq il-fruntiera u kwalunkwe kontroll u verifika fuq il-fruntiera rilevanti fil-postijiet fil-fruntiera jew fl-uffiċċji doganali f’Ġibiltà, inkluż it-twettiq ta’ analiżi tar-riskju u kontrolli ta’ wara r-rilaxx, għandhom jitwettqu sabiex jiġi protett il-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku tal-Unjoni.



ARTIKOLU 248

Tassazzjoni indiretta

1.    Sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 247(1), għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.

2.    Il-merkanzija prodotta jew importata f’Ġibiltà għandha tkun soġġetta għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet.

3.    Il-merkanzija soġġetta għad-dazji tas-sisa skont id-dritt tal-Unjoni importati jew prodotti f’Ġibiltà għandha tkun soġġetta wkoll għal dazju tas-sisa f’Ġibiltà.

4.    It-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u d-dazju tas-sisa għandhom jiġu imposti f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 24.

5.    Korp konsultattiv indipendenti stabbilit mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja stabbilit fi [...] għandu:

(a)    javża fi kwalunkwe ħin, fuq talba tal-Partijiet, abbażi tal-valutazzjoni kontinwa tagħha tal-kundizzjonijiet rilevanti tas-suq f’Ġibiltà u ż-żona tal-fruntiera kontigwa jekk il-kundizzjonijiet skont il-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 249(1) humiex issodisfati; u

(b)    jivvaluta u jagħti pariri kull sena dwar l-impatt tar-rati tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, inklużi r-rati mnaqqsa u dawk imnaqqsa ħafna, u r-rati tad-dazju tas-sisa applikati f’Ġibiltà fuq il-livell tal-kompetizzjoni u kwalunkwe distorsjoni attwali sinifikanti fil-kummerċ bejn Ġibiltà u ż-żona tal-fruntiera kontigwa.



6.    Jekk tiġi stabbilita kwalunkwe distorsjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 4 mill-korp konsultattiv indipendenti, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jaġġusta r-rati ta’ tassazzjoni indiretta li għandhom jiġu applikati f’Ġibiltà għal livell meqjus xieraq skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-korp konsultattiv indipendenti biex jiġu evitati tali distorsjonijiet u fil-limiti stabbiliti fl-Artikoli 2 u 6 tal-Anness 24.

ARTIKOLU 249

Proċedura ta’ salvagwardja

1.    L-Unjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ salvagwardja prevista f’dan l-Artikolu jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma jikkonformax mal-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 248(5) fir-rigward tal-Artikolu 248(4)(a) u jekk jitqies xieraq mill-Unjoni, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    ikunu qed iseħħu distorsjonijiet sinifikanti fil-kummerċ bejn Ġibiltà u l-Unjoni fir-rigward tal-merkanzija jew tal-kategorija ta’ merkanzija kkonċernati;

(b)    id-distorsjonijiet imsemmija fil-punt (a) huma marbuta ma’ differenzi fil-livelli tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u tad-dazji tas-sisa imposti fuq dik il-merkanzija mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta mqabbla mar-rati tal-VAT u tad-dazji tas-sisa imposti mir-Renju ta’ Spanja fuq l-istess merkanzija jew kategorija ta’ merkanzija;

(c)    id-distorsjonijiet imsemmija fil-punt (a) ikunu ilhom jeżistu għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum; u

(d)    l-Unjoni għandha informazzjoni oġġettiva, konvinċenti u verifikabbli biex tappoġġa sejba li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) huma ssodisfati.



2.    L-Unjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ salvagwardja ta’ dan l-Artikolu jekk ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà ma jikkonformax mal-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 248(5) fir-rigward tal-Artikolu 248(4)(b) u jekk jitqies xieraq mill-Unjoni.

3.    L-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, b’mod sħiħ bl-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u għandha tidħol f’konsultazzjonijiet immedjati mar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku. In-notifika trid tipprovdi dettalji tar-rakkomandazzjoni rilevanti tal-korp konsultattiv indipendenti, il-merkanzija speċifika jew il-kategorija ta’ merkanzija li fir-rigward tagħhom tkun saret is-sejba, inkluż, fejn rilevanti, il-marka jew l-għamla u l-mudell.

4.    Jekk, wara 10 ijiem ta’ xogħol mill-bidu tal-konsultazzjonijiet, ma tintlaħaqx soluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku, l-Unjoni tista’, għal perjodu mhux itwal minn 30 jum, timponi l-VAT u s-sisa applikabbli għall-oġġett speċifiku jew għall-kategorija speċifika ta’ merkanzija identifikata fin-notifika meta tiftaħ il-proċedura ta’ tranżitu għal kwalunkwe tali merkanzija f’konformità mal-Annessi 19 u 21 meta jkun destinat għal Ġibiltà. Ir-rata tal-VAT u s-sisa applikata għandha tkun dik applikabbli fl-Istat Membru tal-post doganali deżinjat rilevanti.

5.    Soġġett għall-paragrafu 6, il-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 4 jista’ jiġi estiż b’perjodu ulterjuri ta’ 30 jum jekk jippersistu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

6.    L-Unjoni għandha tinnotifika lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li biħsiebha testendi l-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 4, skont il-paragrafu 5, mhux inqas minn 4 ijiem tax-xogħol qabel ma tali estensjoni tidħol fis-seħħ. L-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 li tappoġġa sejba li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 għadhom qed jiġu ssodisfati jew li s-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tippersisti, għandha tiġi pprovduta bis-sħiħ lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, b’dik in-notifika.



7.    Il-proċessi stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 jistgħu jiġu ripetuti sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jibqgħux jiġu ssodisfati, sakemm tintlaħaq soluzzjoni alternattiva miftiehma b’mod reċiproku, jew sakemm jiġi konkluż il-proċess ta’ arbitraġġ imsemmi fil-paragrafu 8.

8.    Jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jibda l-proċedura ta’ arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 305 biex jikkontesta kwalunkwe att mill-Unjoni skont dan l-Artikolu, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jittratta l-kwistjoni bħala każ ta’ urġenza għall-finijiet tal-Artikolu 310.

9.    Matul kwalunkwe perjodu li fih l-Unjoni timponi l-VAT u s-sisa fuq il-merkanzija skont dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jirrikjedu li r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jimponi taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u dazji tas-sisa fuq dik il-merkanzija m’għandhomx japplikaw.

10.    L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għall-komunikazzjonijiet magħmula skont dan l-Artikolu.

11.    L-ammonti tal-VAT u tad-dazji tas-sisa miġbura mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jinżammu minn dak l-Istat Membru.

ARTIKOLU 250

Kooperazzjoni u assistenza amministrattiva reċiproka

1.    Sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 247(1), għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu.



2.    Il-partijiet għandhom jikkooperaw fil-qasam tad-dwana u tat-tassazzjoni indiretta, inkluż permezz ta’:

(a)    komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni b’mod rapidu u sigur biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali u tat-taxxa u biex jiġu evitati u miġġielda l-frodi doganali u tat-taxxa, il-kuntrabandu, b’mod partikolari ta’ prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa jew kwalunkwe taxxa indiretta oħra, bħall-prodotti tat-tabakk, it-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-armi tan-nar u tal-prekursuri tal-isplussivi, inklużi l-movimenti tal-flus kontanti u l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fir-rigward tagħhom u t-traffikar illegali tal-iskart. Tali skambji jistgħu jsiru b’mod awtomatizzat u sistematiku u jistgħu jinkludu data tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet;

(b)    koordinazzjoni tal-kontrolli doganali u tat-taxxa;

(c)    kooperazzjoni relatata mal-moviment ta’ merkanzija li hija soġġetta għal kontrolli doganali u tat-taxxa; u

(d)    l-adozzjoni ta’ miżuri oħra biex jiġi ffaċilitat u promoss il-kummerċ sigur u leċitu, inkluż fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati u l-kollaborazzjoni dwar forom speċjali ta’ kooperazzjoni previsti mid-dritt tal-Unjoni jew miftiehma bejn il-Partijiet.

3.    L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jipprovdu lil xulxin b’assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet tad-dwana f’konformità mal-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet tad-dwana.



4.    L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni relatata mal-VAT, it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u d-dazji tas-sisa u fl-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi u dazji f’konformità mal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi u dazji.

5.    Kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’konformità ma’ dan il-Kapitolu għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu PCUST.12 tal-Protokoll dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet tad-dwana, mutatis mutandis, kif ukoll għal kwalunkwe rekwiżit ta’ kunfidenzjalità stabbilit fid-dritt tal-Unjoni u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

6.    L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fil-qasam tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti mhux tal-ikel.

7.    L-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom biex iwettqu l-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka fuq it-taxxi doganali u indiretti previsti f’dan l-Artikolu.

8.    L-Artikolu 6(1) għandu japplika biss għall-iskambji ta’ data u informazzjoni perjodiċi konformi skont dan l-Artikolu.



ARTIKOLU 251

Aċċess għas-sistemi tal-IT

1.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 242, 245, 247 u 248, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jkollhom aċċess għas-sistema tal-IT Ewropea ta’ tranżitu u prova tal-istatus tal-Unjoni jew għas-sistema speċifika ta’ tranżitu tal-Annessi 19 u 21 permezz tas-sistema tal-IT tar-Renju ta’ Spanja.

2.    L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni għandu jkollhom aċċess f’ħin reali u kontinwu għal kwalunkwe sistema tal-IT rilevanti użata mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu.

3.    L-arranġamenti amministrattivi bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

ARTIKOLU 252

Eċċezzjonijiet u Salvagwardji

1.    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 244 m’għandhomx jipprekludu l-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija, jew għal merkanzija fi tranżitu, ġustifikati għal raġunijiet ta’ moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ bnedmin, annimali jew pjanti; il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali. Madankollu, tali projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ma għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



2.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 334, l-Unjoni jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jissospendu l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew jieħdu l-miżuri previsti fil-paragrafu 3 f’każ ta’:

(a)    applikazzjoni insuffiċjenti jew difettuża tad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, jew tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 19 sa fejn dan tal-aħħar ikun relatat ma’ atti tad-dritt tal-Unjoni li jsiru applikabbli għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u f’Ġibiltà bid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 247(1);

(b)    nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex jiġu indirizzati l-irregolaritajiet, il-frodi jew id-devjazzjoni tal-kummerċ, inkluż fir-rigward tal-aċċess sħiħ tal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 251;

(c)    informazzjoni oġġettiva, konvinċenti u verifikabbli li jkun twettaq ksur sistematiku u fuq skala kbira jew ċirkomvenzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali; jew

(d)    żbalji, amministrazzjoni ħażina jew abbużi mwettqa mill-Unjoni jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

3.    Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2:

(a)    l-Unjoni tista’ żżid il-kost tal-ġbir imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Anness 21 jew tissospendi r-rifużjoni tad-dazji miġbura; u



(b)    l-Unjoni tista’ timponi l-VAT u, fejn rilevanti, id-dazji tas-sisa applikabbli fl-Istat Membru tal-post doganali deżinjat meta tiftaħ il-proċedura ta’ tranżitu għall-merkanzija destinata għal Ġibiltà f’konformità mal-Annessi 19 u 21.

4.    Jekk l-Unjoni jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikollhom l-intenzjoni li jaġixxu skont il-paragrafu 2, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni u jkunu lesti li jidħlu f’konsultazzjonijiet fuq talba fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku. Jekk l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jonqsu milli jaqblu dwar soluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku fi żmien 3 xhur wara d-data tan-notifika, l-Unjoni jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jiddeċiedu li jaġixxu skont il-paragrafu 2 b’mod unilaterali.

5.    Fil-każ li Parti jkollha l-ħsieb li tieħu miżura skont il-paragrafu 4, għandhom japplikaw il-modalitajiet li ġejjin:

(a)    dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar id-deċiżjoni tagħha filwaqt li tispeċifika r-raġuni għat-teħid tal-miżura u l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura unilaterali, li ma għandux ikun itwal minn 3 xhur;

(b)    il-perjodu għall-applikazzjoni tal-miżura unilaterali jista’ jiġġedded skont l-istess proċedura, jekk il-kundizzjonijiet taħt il-paragrafu 2 jippersistu mal-iskadenza tal-perjodu stabbilit fl-avviż imsemmi fis-subparagrafu (a);

(c)    kwalunkwe miżura unilaterali skont dan l-Artikolu għandha tkun is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet regolari fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mid-data tal-applikazzjoni tal-miżura, bl-għan li tintemm il-miżura kkonċernata qabel l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fl-avviż imsemmi fis-subparagrafu (a) fil-każ li l-Parti li tapplika l-miżura tiddeċiedi li l-miżura ma għadhiex meħtieġa; u



(d)    Il-partijiet jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni biex jirrieżamina kwalunkwe miżura meħuda taħt dan l-artikolu.

ARTIKOLU 253

Ceuta u Melilla

L-importazzjoni minn Ceuta u Melilla ta’ merkanzija f’Ġibiltà minn għandha tkun soġġetta għall-istess trattament bħal dak mogħti mid-dritt tal-Unjoni għal merkanzija importata minn Ceuta u Melilla fl-Unjoni.

ARTIKOLU 254

Kumitat Speċjalizzat għall-Ekonomija u l-Kummerċ

1.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ għandu jkollu s-setgħa li:

(a)    jadotta miżuri xierqa biex jimplimenta u jagħmel effettivi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 250;

(b)    jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 251;

(c)    jadotta emendi għall-annessi, l-appendiċi u l-protokolli ta’ dan it-Titolu; u

(d)    jistabbilixxi kwalunkwe arranġament ieħor meħtieġ għall-implimentazzjoni xierqa ta’ dan it-Titolu.



2.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Kummerċ u l-Ekonomija għandu jiddiskuti regolarment l-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu.

KAPITOLU 3

MERKANZIJA PRODOTTA JEW IMQIEGĦDA FIS-SUQ F’ĠIBILTÀ

ARTIKOLU 255

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “ikel” tfisser kull sustanza jew prodott, inkluż xorb, sew jekk ipproċessat, parzjalment ipproċessat jew mhux ipproċessat, maħsub li jkun, jew raġonevolment mistenni li jittiekel mill-bniedem. “Ikel” m’għandux jinkludi għalf, annimali ħajjin sakemm ma jkunux ippreparati għat-tqegħid fis-suq għall-konsum mill-bniedem, pjanti qabel il-ħsad, prodotti mediċinali, kożmetiċi, tabakk u prodotti tat-tabakk, sustanzi narkotiċi jew psikotropiċi, residwi, kontaminanti u apparat mediku;

(b)    “GHA” tfisser l-Awtorità tas-Saħħa ta’ Ġibiltà;

(c)    “tikketta” tfisser kwalunkwe tikketta, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv ieħor miktub, stampat, stensiljat, immarkat, ibbuzzat jew imwaħħal fuq l-imballaġġ ta’ xi ikel jew il-kaxxa li jkun fih, jew imwaħħal miegħu, u li ma jkunx jista’ jitneħħa jew jiċċara faċilment;



(d)    “ikel ippakkjat minn qabel” tfisser ippreparat għal preżentazzjoni ta’ kull prodott individwali bħala tali lill-konsumatur finali u lill-operaturi tal-catering, li jikkonsisti fl-imballaġġ li jitqiegħdu l-oġġetti bl-imnut fih qabel ma jiġu offruti għall-bejgħ, sew jekk dak il-pakkett jiksi l-oġġetti bl-imnut kompletament u sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ, b’tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi alterat mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel l-imballaġġ. “Ikel ippakkjat bil-lest” m’għandhiex tinkludi ikel ippakkjat fil-post fejn jinbiegħ fuq talba tal-konsumatur jew ikel ippakkjat bil-lest għall-bejgħ dirett; u

(e)    “bejgħ bl-imnut” tfisser it-trattament jew l-ipproċessar ta’ ikel u l-ħażna tiegħu fil-punt tal-bejgħ jew ta’ twassil lill-konsumatur finali, inklużi stazzjonijiet ta’ distribuzzjoni, operazzjonijiet ta’ catering, canteens ta’ fabbriki, catering istituzzjonali, ristoranti u operazzjonijiet simili ta’ servizzi tal-ikel, ħwienet, ċentri ta’ tqassim ta’ supermarkets u ħwienet li jbigħu bl-ingrossa.

ARTIKOLU 256

Rekwiżiti ġenerali

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jkollu fis-seħħ u japplika b’mod effettiv leġiżlazzjoni li tiżgura li l-merkanzija tista’ tiġi prodotta jew titqiegħed fis-suq f’Ġibiltà biss jekk tikkonforma mar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw il-produzzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ dik il-merkanzija.

2.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-merkanzija mqiegħda legalment fis-suq fi kwalunkwe Stat Membru għandha tiġi preżunta li hija konformi ma’ kwalunkwe regola attwali jew futura applikabbli għall-merkanzija li għandha titqiegħed fis-suq f’Ġibiltà.



3.    Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)    merkanzija prodotta f’Ġibiltà esklużivament għall-esportazzjoni barra minn Ġibiltà jew mill-Unjoni mingħajr ma jitqiegħdu għall-ewwel darba fis-swieq ta’ Ġibiltà jew tal-Unjoni;

(b)    ikel prodott f’Ġibiltà jew ippreparat, ipproċessat jew ippakkjat mill-ġdid minn stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut f’Ġibiltà u mqiegħed fis-suq f’Ġibiltà għall-konsum lokali 25 ; u

(c)    ikel importat f’Ġibiltà, fir-rigward tat-trasport, il-ħżin u d-distribuzzjoni tiegħu wara d-dħul f’Ġibiltà.

Meta l-ikel imsemmi fis-subparagrafu (b), ikun ippakkjat bil-lest, l-imballaġġ individwali għandu jkollu tikketta li tiddikjara b’mod ċar il-kliem “Not for EU”.

Sabiex jiġi żgurat li l-ikel imsemmi fis-subparagrafi (b) u (c) ma jkunx jista’ sussegwentement jiġi mċaqlaq lejn Stat Membru jew jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ sorveljanza biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu u għandhom jiżguraw li tali ikel ikun maħsub biss għall-bejgħ bl-imnut u għall-konsum lokali u li l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mar-rekwiżit tat-tikkettar previst f’dan l-Artikolu.



4.    Minkejja l-paragrafu 1, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jippermetti li prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem kif definiti fis-subparagrafu (2) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 jitqiegħdu fis-suq f’Ġibiltà dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)    l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit ikunu awtorizzaw it-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit tal-prodott mediċinali f’konformità mad-dritt tar-Renju Unit u f’konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni mogħtija minnhom;

(b)    il-prodotti mediċinali kkonċernati ma jkollhomx l-identifikatur uniku tal-UE; iżda jkollhom tikketta individwali li għandha tiddikjara l-kliem “UK only” li għandha titwaħħal mal-imballaġġ tal-prodott mediċinali f’post li jidher b’tali mod li jkun faċilment viżibbli, jinqara b’mod ċar, u li ma jitħassarx u bl-ebda mod ma għandu jkun moħbi, mgħotti, imnaqqas minn, jew interrott minn kwalunkwe materjal ieħor miktub jew bi stampi jew kwalunkwe materjal ieħor li jintervjeni; u

(c)    ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun ħa miżuri effettivi ta’ monitoraġġ u infurzar imwettqa permezz ta’ awditi u spezzjonijiet sabiex jiżgura li l-prodotti mediċinali kif imsemmija f’dan il-paragrafu 27 ma jkunux jistgħu jiġu mċaqalqin minn Ġibiltà lejn l-Unjoni jew jitqiegħdu fis-suq fi Stat Membru u li l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mar-rekwiżit tat-tikkettar previst f’dan l-Artikolu.



5.    Minkejja l-paragrafu 1, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jippermetti l-importazzjoni f’Ġibiltà, kif stabbilit fl-Artikolu 247(4), ta’ apparati mediċi, aċċessorji għal apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro kif definit fl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 u l-Artikolu 2(2) u 2(4) tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “apparati”), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    l-apparati jistgħu jitqiegħdu fis-suq legalment fir-Renju Unit;

(b)    l-apparati jiġu akkwistati u importati minn jew għal entitajiet imqiegħda taħt ir-responsabbiltà diretta tal-GHA 30 ;

(c)    l-uniċi utenti finali tal-apparati ikunu entitajiet taħt ir-responsabbiltà diretta tal-GHA u professjonisti impjegati mill-GHA;



(d)    meta l-prodott ma jkollux marka “CE”, għandha tiġi applikata marka jew stiker viżibbli b’mod ċar, li tinqara u li ma titħassarx għal kull kunsinna ta’ apparati koperti mill-paragrafu 5 fil-punt tal-ewwel maniġġ f’Ġibiltà wara l-ħatt mill-mezz tat-trasport. Dan l-immarkar jew stiker jenħtieġ li jitqiegħed fuq l-imballaġġ ta’ barra nett tal-kunsinna jew tal-kaxxa tal-konsenja, filwaqt li jiddikjara l-kliem “Gibraltar (GHA) only”. Dan għandu jitwaħħal mal-imballaġġ ta’ barra tal-prodott f’post li jidher b’tali mod li jkun jidher faċilment, jinqara b’mod ċar, u li ma jitħassarx; dan m’għandu bl-ebda mod ikun moħbi, mgħotti, imnaqqas jew imfixkel b’xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal ieħor li jintervjeni.

Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, “imballaġġ ta’ barra nett” tfisser l-ewwel livell ta’ imballaġġ viżibbli mal-wasla tal-kunsinna wara l-ħatt, eskluż kwalunkwe pakkett intern, kartun jew unitajiet ta’ prodott individwali li jkun hemm fiha; u

(e)    ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun ħa miżuri effettivi ta’ monitoraġġ u infurzar imwettqa permezz ta’ awditi u spezzjonijiet sabiex jiżgura li l-apparat kif imsemmi f’dan il-paragrafu 31 ma jkunx jista’ jiġi mċaqlaq minn Ġibiltà lejn l-Unjoni jew jitqiegħed fis-suq fi Stat Membru u li l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti f’dan l-Artikolu.



6.    Kwalunkwe apparat importat skont il-paragrafu 5, li ma jkollux marka “CE”, jista’ jħalli l-bini tal-entitajiet taħt ir-responsabbiltà diretta tal-GHA biss jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ saħħa tal-pazjenti, fl-opinjoni tal-professjonisti impjegati mill-GHA. Għal kwalunkwe apparat bħal dan li jħalli l-bini ta’ entitajiet taħt ir-responsabbiltà diretta tal-GHA, għandu jiġi applikat immarkar jew stiker viżibbli b’mod ċar, leġġibbli u li ma jitħassarx li jiddikjara l-kliem “Gibraltar (GHA) only” fuq l-imballaġġ ta’ barra immedjat tal-apparat, jew fuq l-apparat innifsu jekk ma jkunx ippakkjat meta jħalli l-bini. Dan għandu jitwaħħal mal-imballaġġ tal-prodott mediċinali f’post li jidher b’tali mod li jidher faċilment, jinqara b’mod ċar, u ma jitħassarx; dan m’għandu bl-ebda mod ikun moħbi, mgħotti, imnaqqas jew imfixkel b’xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal ieħor li jintervjeni.

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal apparati impjantabbli jew fejn ma jkunx possibbli li jiġi applikat tali mmarkar jew stiker mingħajr ma jiġi mfixkel il-funzjonament tajjeb tiegħu, minħabba d-daqs jew in-natura tal-apparat.

7.    Qabel ma joħroġ kwalunkwe liċenzja ta’ awtorizzazzjoni ġdida relatata mal-produzzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija f’Ġibiltà, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinforma lill-Unjoni permezz tal-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ.

ARTIKOLU 257

Monitoraġġ tal-konformità u kooperazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu:

(a)    jistabbilixxi u jiżgura l-operat effettiv tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li se jwettqu attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 256(1) u 256(3);



(b)    jiżgura s-separazzjoni ta’ funzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq mill-funzjonijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità; u

(c)    jiżgura l-imparzjalità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kontroll jew tas-superviżjoni tal-operaturi ekonomiċi.

2.    Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru tkun sabet li l-merkanzija prodotta jew imqiegħda fis-suq f’Ġibiltà mhijiex konformi mar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw il-produzzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ din il-merkanzija fl-Unjoni u tkun infurmat lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dwar dan, u dment li tipprovdi r-raġunijiet għas-sejba tagħha, l-awtoritajiet tal-aħħar għandhom mingħajr dewmien jieħdu l-miżuri ta’ infurzar xierqa u meħtieġa kollha. L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għal skambji ta’ informazzjoni skont dan il-paragrafu.

3.    Meta l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikunu sabu li merkanzija importata minn Stat Membru u mqiegħda fis-suq f’Ġibiltà mhijiex konformi mal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 256(1) u meta t-tmiem ta’ tali nuqqas ta’ konformità jkun jirrikjedi li jittieħdu miżuri fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, dawk l-awtoritajiet jistgħu jibagħtu talba motivata lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ dak l-Istat Membru biex jinvestigaw jekk dik il-merkanzija hijiex konformi mar-regoli li japplikaw li kieku dik il-merkanzija titqiegħed fis-suq fl-Unjoni u, jekk jinstab li l-merkanzija ma tkunx konformi, biex jieħdu miżuri korrettivi xierqa.



4.    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet tad-dwana, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni għandhom jivverifikaw f’konformità mal-Artikolu 265, kif previst hawn taħt, jekk il-merkanzija prodotta jew imqiegħda fis-suq f’Ġibiltà tikkonformax mar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għal dik il-merkanzija fl-Unjoni.

Għall-finijiet tal-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex iwettqu ċerti azzjonijiet u miżuri matul żjarat konġunti. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom iwettqu dawk il-miżuri malajr.

Il-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu jistgħu jinkludu dan li ġej:

(a)    il-forniment, sal-aħħar ta’ Jannar u Lulju ta’ kull sena, lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni tal-lista ta’ operaturi ekonomiċi liċenzjati u ta’ merkanzija prodotta jew imqiegħda fis-suq ipprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-verifika tal-preċiżjoni ta’ dik il-lista permezz tal-produzzjoni tal-liċenzji tan-negozju rilevanti;

(b)    il-verifika li l-produzzjoni attwali ta’ merkanzija prodotta jew imqiegħda fis-suq f’Ġibiltà titwettaq mill-produttur f’konformità mar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-produzzjoni ta’ din il-merkanzija fl-Unjoni u fl-Istat Membru li fis-suq tiegħu huma maħsuba li titqiegħed il-merkanzija; u



(c)    il-verifika li l-merkanzija mqiegħda fis-suq f’Ġibiltà hija konformi mar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ dik il-merkanzija fl-Unjoni.

5.    Sabiex l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni jkunu jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta’ kriterji ta’ sorveljanza tas-suq ibbażati fuq ir-riskju, jekk humiex meħtieġa żjarat konġunti ta’ verifika u sa liema punt, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni b’lista tal-produtturi eżistenti ta’ merkanzija f’Ġibiltà sal-aħħar ta’ Jannar u ta’ Lulju ta’ kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dik il-lista għandha tindika:

(a)    kwalunkwe produttur liċenzjat ġdid, inkluża deskrizzjoni tal-prodotti manifatturati minn dak il-produttur;

(b)    il-kwantitajiet prodotti matul il-perjodu preċedenti ta’ sitt xhur għal kull produttur u għal kull prodott; u

(c)    il-volum tal-bejgħ għal kull produttur u għal kull prodott skont il-post tad-destinazzjoni (jew Ġibiltà jew il-post fejn il-merkanzija ġiet esportata).

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ jista’ jadotta deċiżjoni li temenda l-kontenut ta’ tali lista.

6.    Il-partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kooperazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq, is-sikurezza u l-konformità tal-prodotti għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u għall-protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ utenti oħrajn u għall-bini ta’ fiduċja reċiproka bbażata fuq informazzjoni kondiviża f’waqtha u għandhom jieħdu azzjoni xierqa kif xieraq.



KAPITOLU 4

TABAKK

ARTIKOLU 258

Miżuri speċifiċi dwar il-monitoraġġ u t-traċċar tat-tabakk

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar it-traċċabilità, il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu tat-tabakk u miżuri addizzjonali relatati mal-prodotti tat-tabakk:

(a)    jistabbilixxi sistema ta’ traċċabbiltà tat-tabakk li tkun ekwivalenti għas-sistema tal-Unjoni u d-dritt rilevanti tal-Unjoni;

(b)    jadotta miżuri addizzjonali fir-rigward tat-twissijiet bl-istampi, it-tabakk għall-użu orali u l-bejgħ transfruntier mill-bogħod għall-prodotti tat-tabakk;

(c)    jikkondividi l-informazzjoni dwar it-traċċabbiltà dwar il-movimenti tal-prodotti tat-tabakk f’Ġibiltà mal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni, fuq talba;

(d)    jistabbilixxi mekkaniżmi ta’ monitoraġġ għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni dwar it-tabakk mhux maħdum, mhux manifatturat u l-prodotti tat-tabakk manifatturati li jiddaħħlu, jiġu importati jew jinbiegħu f’Ġibiltà jew jinħarġu jew jiġu esportati minn Ġibiltà; u



(e)    jikkoopera, inkluż billi jiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni biex jiġġieled il-kuntrabandu tat-tabakk, inkluż biex jidentifika persuni li jistgħu jinstabu direttament jew indirettament responsabbli għall-atti msemmija.

L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika għal skambji ta’ informazzjoni taħt il-punti (d) u (e).

KAPITOLU 5

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI KATEGORIJI TA’ OĠĠETTI

ARTIKOLU 259

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “komponent ċivili” tfisser persuni ċivili li huma impjegati jew ikkuntrattati mill-Gvern tar-Renju Unit u li mhumiex persuni residenti f’Ġibiltà jew fl-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta’ persuni li għandhom id-dritt li jirrisjedu fir-Renju Unit jew fiż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar;

(b)    “forzi mhux residenti tar-Renju Unit” tfisser persuni li jservu fil-Forzi tar-Renju Unit, jew fl-armata regulari jew fir-riżerva, li huma ċittadini tar-Renju Unit, ċittadini tal-Commonwealth, ċittadini tal-Irlanda jew li għandhom id-dritt jirrisjedu fir-Renju Unit jew fiż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar u li mhumiex persuni residenti f’Ġibiltà; u



(c)    “forzi mistiedna ta’ pajjiżi terzi” tfisser persuni li jservu jew li huma impjegati jew ikkuntrattati mis-servizzi armati ta’ membru tan-NATO jew ta’ sħab magħżula li mhumiex persuni residenti fl-Unjoni, jew f’Ġibiltà, u li waslu f’Ġibiltà fuq stedina tar-Renju Unit.

ARTIKOLU 260

Regoli applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ merkanzija

1.    Bl-eċċezzjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 4 u tal-merkanzija ttrasferita għal finijiet kummerċjali, l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ merkanzija li għandha tiġi ttrasferita lejn u minn Ġibiltà esklużivament għall-użu uffiċjali tal-Ministeru għad-Difiża tar-Renju Unit jew tal-forzi mistiedna ta’ pajjiżi terzi , għandhom jiżguraw li l-kontrolli doganali jsiru biss f’post doganali deżinjat, matul il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti. L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni għandhom jiżguraw li l-kontrolli doganali jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment prattikabbli. Id-dritt tal-Unjoni għandu japplika għat-trasferiment ta’ tali merkanzija minn Ġibiltà għat-territorju doganali tal-Unjoni.

2.    It-trasferiment għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-merkanzija ta’ dan it-Titolu bl-eċċezzjoni tal-ġbir ta’ dazji doganali jew taxxi indiretti u l-applikazzjoni tal-Artikolu 265.

3.    Id-dħul temporanju u r-riesportazzjoni ta’ vetturi tas-servizz tal-Forzi mhux residenti tar-Renju Unit jew il-komponent ċivili taħt il-potenza tagħhom stess jew vetturi bil-mutur privati għall-użu personali tagħhom għandhom jitħallew ħielsa minn dazji doganali u tassazzjoni indiretta fuq il-preżentazzjoni ta’ qafas ta’ 3 pilastri fil-forma inkluża fl-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 7.



4.    Id-dokumenti uffiċjali taħt siġill uffiċjali għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu. Il-kurrieri, ikun xi jkun l-istatus tagħhom, li jġorru dawn id-dokumenti għandhom ikunu fil-pussess ta’ ordni ta’ missjoni individwali kif imsemmi fit-tieni inċiż tal-Artikolu 38(2). Din l-ordni ta’ missjoni għandha turi n-numru ta’ dispaċċi ttrasportati u tiċċertifika li fihom biss dokumenti uffiċjali.

5.    Għandhom isiru arranġamenti speċjali sabiex il-fjuwil, iż-żejt u l-lubrikant għall-użu f’vetturi tas-servizz, inġenji tal-ajru u bastimenti tal-Forzi mhux residenti tar-Renju Unit jew il-komponent ċivili, ikunu jistgħu jiġu kkonsenjati mingħajr id-dazji u t-taxxi kollha.

6.    Il-merkanzija koperta minn dan l-Artikolu ma titqiesx li hija f’ċirkolazzjoni libera f’Ġibiltà iżda f’forma ta’ dħul temporanju taħt il-kontroll tal-awtoritajiet rilevanti. Il-merkanzija koperta minn dan l-Artikolu ma tistax tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta din il-merkanzija titqiegħed fis-suq f’Ġibiltà, għandu japplika t-Titolu II.

7.    L-arranġamenti amministrattivi bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet prattiċi għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.



ARTIKOLU 261

Tagħmir u teknoloġija militari

1.    Trasferimenti ta’ oġġetti inklużi fil-Lista 32 Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea kif ukoll armi tan-nar tal-Kategorija A, B u C skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 , u r-Regolament (UE) 2025/41 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 , meta jkunu destinati għall-forzi armati, il-pulizija, jew l-awtoritajiet pubbliċi tar-Renju Unit f’Ġibiltà għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu kif ukoll għar-regoli tad-dritt Spanjol dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ materjal ta’ difiża u b’użu doppju. Ir-Renju ta’ Spanja għandu jimponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fuq it-trasferimenti ta’ dawn l-oġġetti.

2.    L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)    applikazzjonijiet għal liċenzji għal esportazzjonijiet fiżiċi, inklużi dawk għall-fini ta’ produzzjoni b’liċenzja ta’ tagħmir militari f’pajjiżi terzi;



(b)    applikazzjonijiet għal liċenzji għal importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c)    applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ senserija;

(d)    applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ “tranżitu” jew “trażbord”; u

(e)    applikazzjonijiet għal liċenzji għal kwalunkwe trasferiment mhux tanġibbli ta’ software u teknoloġija b’mezzi bħall-medja elettronika, il-fax jew it-telefon.

3.    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jivvaluta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ppreżentati għal trasferimenti ta’ oġġetti fuq il-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea fuq bażi ta’ każ b’każ skont il-kriterji stabbiliti mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK 35 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/779 36 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari.



ARTIKOLU 262

Merkanzija u teknoloġiji b’użu doppju

1.    It-trasferimenti ta’ merkanzija inkluża fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu kif ukoll għar-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u dak Spanjol dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ materjal ta’ difiża u b’użu doppju. Ir-Renju ta’ Spanja għandu jimponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fuq it-trasferimenti ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.    Ir-Renju ta’ Spanja jista’ jimponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fuq it-trasferiment ta’ ċerti oġġetti mhux elenkati fl-Anness I, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/821.

3.    Ir-Renju ta’ Spanja jista’ jipprojbixxi jew jimponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fuq it-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821 għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, inkluża l-prevenzjoni ta’ atti ta’ terroriżmu, jew għal kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.

4.    L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)    applikazzjonijiet għal liċenzji għal esportazzjonijiet fiżiċi, inklużi dawk għall-fini ta’ produzzjoni b’liċenzja ta’ tagħmir militari f’pajjiżi terzi;

(b)    applikazzjonijiet għal liċenzji għal importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Unjoni;



(c)    applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ senserija;

(d)    applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ “tranżitu” jew “trażbord”; u

(e)    applikazzjonijiet għal liċenzji għal kwalunkwe trasferiment mhux tanġibbli ta’ software u teknoloġija b’mezzi bħall-medja elettronika, il-fax jew it-telefon.

ARTIKOLU 263

Awtorizzazzjonijiet

1.    L-awtorizzazzjonijiet ta’ trasferiment skont dan il-Kapitolu għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti tar-Renju ta’ Spanja f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fir-rigward tal-armi tan-nar, l-awtorizzazzjonijiet ta’ trasferiment skont dan il-Ftehim għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti tar-Renju ta’ Spanja f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 258/2012 u r-Regolament (UE) 2025/41.

2.    Meta tittieħed deċiżjoni jekk tingħatax awtorizzazzjoni jew jiġix pprojbit tranżitu skont dan il-Ftehim, ir-Renju ta’ Spanja għandu jqis il-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inklużi:

(a)    l-obbligi u l-impenji internazzjonali tar-Renju ta’ Spanja, b’mod partikolari l-obbligi u l-impenji li huwa aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali rilevanti ta’ nonproliferazzjoni u l-arranġamenti rilevanti għall-kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti;



(b)    l-obbligi tiegħu taħt sanzjonijiet imposti minn atti legali tal-Unjoni jew minn deċiżjoni tal-OSKE jew minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

(c)    kunsiderazzjonijiet ta’ politika barranija u ta’ sigurtà nazzjonali, inklużi dawk koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2008/944/CFSP kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/779; u

(d)    kunsiderazzjonijiet dwar l-użu finali intenzjonat u r-riskju ta’ devjazzjoni.

3.    L-awtorità kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, li taġixxi f’konformità ma’ dan il-Kapitolu, tista’ tirrifjuta li tagħti awtorizzazzjoni ta’ trasferiment u tista’ tannulla, tissospendi, timmodifika jew tirrevoka awtorizzazzjoni ta’ trasferiment li tkun diġà tat, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 258/2012 u r-Regolament (UE) 2025/41.

ARTIKOLU 264

Proċedura speċjali

1.    It-trasferiment tal-oġġetti msemmija fl-Artikoli 260, 261 u 262, bl-eċċezzjoni ta’ merkanzija ttrasferita għal finijiet kummerċjali u merkanzija sanitarja u fitosanitarja għandu jkun regolat esklużivament mill-proċedura speċjali ta’ dan l-Artikolu, dment li tali oġġetti:

(a)    jaslu jew jitilqu mill-ajruport jew mill-port ta’ Ġibiltà abbord inġenji tal-ajru tal-Istat jew bastimenti tal-Istat jew f’kunsinni tal-Istat kif definit fl-arranġamenti amministrattivi msemmija fl-Artikolu 260(7); u



(b)    huma destinati f’Ġibiltà esklussivament għall-użu uffiċjali tal-Ministeru tad-Difiża tar-Renju Unit jew biex iżuru forzi ta’ pajjiżi terzi.

Il-merkanzija koperta minn dan l-Artikolu ma għandhiex titqies li hija f’ċirkolazzjoni libera f’Ġibiltà iżda f’forma ta’ dħul temporanju taħt il-kontroll tal-awtoritajiet rilevanti. Din il-merkanzija ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Unjoni. Fil-każ li din il-merkanzija titqiegħed fis-suq f’Ġibiltà, it-Titolu II għandu japplika. Id-dritt tal-Unjoni għandu japplika għat-trasferiment ta’ din merkanzija minn Ġibiltà għat-territorju doganali tal-Unjoni.

2.    Meta l-kundizzjonijiet skont il-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli u fi kwalunkwe każ qabel it-trasferiment tal-oġġetti, ir-Renju Unit għandu jipprovdi lill-Uffiċjal ta’ Kollegament tar-Renju ta’ Spanja lista tal-oġġetti u ċertifikat iffirmat mill-Uffiċjal ta’ Kollegament tar-Renju Unit li jiggarantixxi li tali oġġetti:

(a)    se jiġi ttrasportat u maħżun b’mod sigur f’faċilitajiet magħżula; u

(b)    se jkunu soġġetti għal sistema stretta ta’ kontabbiltà u traċċar.



KAPITOLU 6

IMPLIMENTAZZJONI, APPLIKAZZJONI, SUPERVIŻJONI U INFURZAR

ARTIKOLU 265

Implimentazzjoni, applikazzjoni, superviżjoni u infurzar

1.    L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni għandhom jivverifikaw il-konformità ma’ dan it-Titolu u jwettqu kwalunkwe kompitu meħtieġ, filwaqt li jkollhom, fost l-oħrajn, aċċess għall-infrastrutturi, id-dokumentazzjoni u r-rekords rilevanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

2.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkooperaw f’dak ir-rigward u għandhom jiġu infurmati minn qabel bir-raġunijiet għal kwalunkwe żjara, sabiex tkun tista’ titwettaq b’mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni.

3.    Il-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness 22.



ARTIKOLU 266

Id-dritt tal-Unjoni li japplika għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà,
u f’Ġibiltà f’konformità mal-Artikolu 247(1)

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li japplikaw għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u f’Ġibiltà, bis-saħħa tal-Artikolu 247(1), għandu japplika dan li ġej, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19:

(a)    kwalunkwe referenza għat-territorju definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fid-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dan il-Ftehim, kif ukoll fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li saru applikabbli għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u f’Ġibiltà, b’dan il-Ftehim, għandha tinqara bħala li tinkludi lil Ġibiltà. B’mod partikolari, fir-rigward tad-Direttivi tal-Unjoni dwar it-taxxa indiretta, l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet jew il-movimenti bejn Ġibiltà u l-Istati Membri jew bejn l-Istati Membri u Ġibiltà ma jiġux ittrattati bħala tranżazzjonijiet jew movimenti bejn pajjiżi jew territorji terzi u l-Unjoni;

(b)    sakemm l-Unjoni ma tqisx li l-aċċess sħiħ jew parzjali mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa strettament meħtieġ biex ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan il-Ftehim, fir-rigward tal-aċċess għal kwalunkwe network, sistema ta’ informazzjoni jew bażi ta’ data stabbilita abbażi tad-dritt tal-Unjoni, ir-referenzi għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dan il-Ftehim jagħmel applikabbli ma għandhomx jinqraw bħala li jinkludu lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà; u



(c)    l-awtoritajiet tar-Renju Unit jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx jaġixxu bħala awtorità ewlenija għall-valutazzjonijiet tar-riskju, l-eżamijiet, l-approvazzjonijiet u l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni previsti fid-dritt tal-Unjoni li sar applikabbli b’dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 267

Merkanzija, flus kontanti u annimali domestiċi miġjuba minn persuni

Sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 247(2), id-dħul f’Ġibiltà ta’ merkanzija li tinġarr minn vjaġġaturi fil-bagalji personali tagħhom, kif ukoll l-annimali domestiċi tagħhom, u d-dħul u l-ħruġ ta’ flus kontanti għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi 22 u 23.

ARTIKOLU 268

Referenzi għal ċerti atti tal-Unjoni

Għall-fini ta’ dan it-Titolu, ir-referenzi għall-atti tal-Unjoni fl-Artikoli 241, 256, 261, 262, 263 u 266 kif ukoll fil-paragrafu 1(a) tal-Artikolu 3 tal-Anness 19 u l-paragrafu 5 tal-Artikolu 1 tal-Anness 21 għandhom jinftiehmu li jinkludu dawk l-atti tal-Unjoni kif emendati jew sostitwiti fil-futur kif ukoll kwalunkwe att tal-Unjoni li jimplimenta jew jissupplimenta dawk l-atti tal-Unjoni.



KAPITOLU 7

ARRANĠAMENTI TRANŻIZZJONALI

ARTIKOLU 269

Merkanzija mqiegħda fis-suq f’Ġibiltà

1.    It-Titolu II ma għandux japplika għal merkanzija li l-moviment tagħha beda qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u ntemm wara dan.

2.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim relatati mat-taxxa indiretta ma għandhomx japplikaw għal merkanzija li hija koperta minn ċertifikat ta’ eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni maħruġ mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont ir-Regolament 8, it-Tielet Parti tar-Regolamenti dwar it-Tariffi Integrati ta’ Ġibiltà tal-2017 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, sa fejn stabbilit fil-paragrafu 4, dment li r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun ipprovda lill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni kopji taċ-ċertifikati eżistenti kollha bħal dawn flimkien ma’ informazzjoni rilevanti dwar il-kwantità rispettiva ta’ merkanzija importata matul l-aħħar 3 snin fejn applikabbli. Il-kwantitajiet ta’ merkanzija li għandha tiġi importata għandhom ikunu proporzjonati mal-proġetti rilevanti koperti miċ-ċertifikat.

3.    Meta operatur ekonomiku jiddependi fuq il-paragrafu 1 jew 2 fir-rigward ta’merkanzija jew merkanzija speċifika, dak l-operatur għandu jġorr il-piż li juri, abbażi ta’ kwalunkwe dokument rilevanti, li l-moviment beda qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew li ċ-ċertifikat inħareġ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.



4.    Il-paragrafu 1 għandu jieqaf japplika xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Il-paragrafu 2 għandu japplika għal perjodu ta’ mhux aktar mit-tul ta’ żmien taċ-ċertifikat rilevanti jew perjodu ta’ 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, skont liema jkun l-iqsar.

5.    Kwalunkwe merkanzija li tkun tqiegħdet fis-suq legalment f’Ġibiltà qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ma għandhiex, għal perjodu ta’ 3-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-Artikolu 256.

6.    Meta operatur ekonomiku jiddependi fuq il-paragrafu 5 fir-rigward ta’ merkanzija speċifika, dak l-operatur għandu jġorr il-piż li juri, abbażi ta’ kwalunkwe dokument rilevanti, li l-merkanzija li tqiegħdet fis-suq f’Ġibiltà qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, flimkien mal-għoti ta’ dettalji tal-kwantitajiet ta’ merkanzija kkonċernata.

ARTIKOLU 270

Tmiem tal-ħażna temporanja jew tal-proċeduri doganali speċjali

1.    Dan it-Titolu ma għandux japplika għal merkanzija li kienet f’ħażna temporanja f’Ġibiltà jew kwalunkwe proċedura doganali speċjali mibdija skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, dment li, kif applikabbli:

(a)    il-merkanzija tinħeles mill-proċedura speċjali fi żmien xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim; jew



(b)    il-ħażna temporanja tintemm qabel il-limitu ta’ żmien legali għall-ħażna temporanju stabbilit f’dik il-leġiżlazzjoni.

2.    Dan it-Titolu għandu japplika għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, għar-rilaxx tal-proċedura speċjali u għal kwalunkwe riesportazzjoni minn Ġibiltà tal-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1.

TITOLU III

TRASPORT

KAPITOLU 1

AVJAZZJONI

ARTIKOLU 271

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “trasportatur tal-ajru” tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja operattiva valida jew ekwivalenti;



(b)    “trasport bl-ajru” tfisser it-trasport, separatament jew flimkien, ta’ passiġġieri, bagalji, merkanzija u posta fuq inġenji tal-ajru, offrut lill-pubbliku bi ħlas jew għall-kiri, inklużi servizzi tal-ajru kemm jekk skedati kif ukoll mhux skedati;

(c)    “awtorità kompetenti” tfisser aġenzija jew entità tal-gvern responsabbli għall-funzjonijiet regolatorji u amministrattivi rilevanti skont dan il-Ftehim; u

(d)    “Ajruport ta’ Ġibiltà” tfisser l-ajruport li jinsab fl-isthmus ta’ Ġibiltà 38 fir-rigward tas-servizzi li huma s-suġġett tal-Impriża Konġunta msemmija fl-Artikolu AIR.4.

ARTIKOLU 272

Id-Distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku

1.    Għat-twettiq tat-trasport bl-ajru, it-trasportaturi tal-ajru ta’ kull Parti għandu jkollhom fuq bażi mhux diskriminatorja:

(a)    id-dritt li jtiru tul it-territorju ta’ Ġibiltà mingħajr inżul; u

(b)    id-dritt li jagħmlu waqfiet għal finijiet mhux tat-traffiku fl-ajruport ta’ Ġibiltà.



2.    Is-servizzi tat-trasport bl-ajru bejn l-ajruport ta’ Ġibiltà u l-punti fit-territorju tal-Unjoni jistgħu jiġu pprovduti biss minn trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni jew minn trasportaturi tal-ajru awtorizzati mill-Unjoni. Dawn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

3.    Is-servizzi tat-trasport bl-ajru bejn l-ajruport ta’ Ġibiltà u l-punti fir-Renju Unit jistgħu jiġu pprovduti biss minn trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit jew minn trasportaturi tal-ajru awtorizzati mir-Renju Unit. Dawn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti f’konformità mad-dritt tar-Renju Unit.

4.    L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin dwar l-estensjoni possibbli għal Ġibiltà ta’ ftehimiet eżistenti jew futuri rilevanti jew strumenti legali internazzjonali oħra kif meħtieġ kif ukoll dwar l-implimentazzjoni prattika tagħhom.

ARTIKOLU 273

Regoli applikabbli għall-ajruport ta’ Ġibiltà

1.    Il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti lit-traffiku tal-ajru ċivili fl-ajruport ta’ Ġibiltà għandhom joffru livell ta’ sikurezza u interoperabbiltà ma’ operazzjonijiet u sistemi ċivili li huwa ekwivalenti għas-servizzi pprovduti f’ajruporti ċivili fejn japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

2.    Is-sikurezza u s-sigurtà pprovduti lit-traffiku tal-ajru ċivili fl-ajruport ta’ Ġibiltà għandhom jiġu pprovduti, bħala minimu, fil-livell ta’ servizzi ekwivalenti pprovduti f’ajruporti ċivili fejn japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-ICAO.



3.    Fil-qasam tal-imposti tal-ajruport, is-servizzi fuq l-art, is-slots, il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-atti elenkati fl-Anness 25 għandhom japplikaw għall-ajruport ta’ Ġibiltà.

4.    Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi kwalunkwe att sussegwenti:

(a)    l-emendar jew is-sostituzzjoni ta’ att elenkat fl-Anness 25;

(b)    is-supplimentar jew l-implimentazzjoni ta’ att elenkat fl-Anness 25; jew

(c)    dwar is-suġġett ta’ att elenkat fl-Anness 25.

għandu japplika wkoll għall-ajruport ta’ Ġibiltà.

5.    Meta l-Unjoni tadotta att sussegwenti msemmi fil-paragrafu 3, hija għandha tinnotifika minnufih lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bl-adozzjoni ta’ dak l-att. Fi żmien tletin jum minn din in-notifika, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinnotifika lill-Unjoni bid-deċiżjoni tiegħu jekk jaċċettax il-kontenut tal-att sussegwenti tal-Unjoni u jekk jimplimentahx fid-dritt domestiku tiegħu. L-aċċettazzjoni mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tal-kontenut tal-att sussegwenti tal-Unjoni għandha toħloq drittijiet u obbligi bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni.

6.    Fi żmien tletin jum min-notifika tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 4, għandu japplika l-paragrafu 3 fir-rigward tal-att sussegwenti tal-Unjoni.



7.    L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom, taħt l-awspiċi tal-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Avjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu AIR.5:

(a)    jiskambjaw informazzjoni regolari dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza u sigurtà; u

(b)    twettaq żjarat konġunti ta’ spezzjoni fl-ajruport ta’ Ġibiltà għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness u s-sigurtà fl-ajruport ta’ Ġibiltà.

Iż-żjarat għandhom ikunu proporzjonati u jsiru fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet li l-Parti l-oħra ma tistax tirrifjuta. Tali żjarat ta’ spezzjoni u skambju ta’ informazzjoni għandhom iseħħu fir-rigward u matul l-operat ta’ titjiriet bejn l-ajruport ta’ Ġibiltà u l-punti fl-Unjoni kif ukoll it-tħejjija għal tali operazzjoni. Il-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu se jiġu miftiehma mill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Avjazzjoni.

L-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jirrapportaw lura dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Avjazzjoni.

8.    It-trasportaturi tal-ajru li huma s-suġġett ta’ projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 ma għandhomx jitħallew joperaw lejn u mill-ajruport ta’ Ġibiltà.

Ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 għandha tinftiehem li tinkludi r-regolament kif emendat jew sostitwit fil-futur kif ukoll kwalunkwe att tal-Unjoni li jimplimenta jew jissupplimenta dan ir-regolament.

9.    It-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi ta’ xi waħda mill-Partijiet ma għandhomx jitħallew joperaw lejn u mill-ajruport ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU 274

Impriża konġunta

Kumpanija ta’ impriża konġunta għandha tiġi kostitwita taħt ir-responsabbiltà kondiviża tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Il-kumpanija ta’ impriża konġunta ma għandhiex tkun kostitwita f’xi wieħed mill-Istati li jikkondividu r-responsabbiltà għall-kumpanija ta’ impriża konġunta u għandha tkun kostitwita fi Stat Membru tal-UE. L-impriża konġunta għandha tagħżel, permezz ta’ sejħa għall-offerti pubblika regolari, u tissorvelja l-kumpanija kummerċjali inkarigata mill-ġestjoni ta’ kuljum tal-ajruport ta’ Ġibiltà.

L-offerta pubblika tista’ tipprevedi id-dritt kuntrattwali u tax-xogħol applikabbli għall-kumpanija kummerċjali u l-operazzjonijiet tagħha.

Persuni jew kumpaniji privati li jillitigaw kontra l-impriża konġunta jew il-kumpanija kummerċjali jistgħu jagħmlu dan f’konformità mal-istrumenti domestiċi, tal-Unjoni jew internazzjonali rilevanti, kif ukoll kwalunkwe modalità stabbilita f’dawk l-istrumenti, inkluż permezz tal-qrati tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ta’ Stat Membru, kif xieraq.

ARTIKOLU 275

Kumitat Speċjalizzat dwar l-Avjazzjoni

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Avjazzjoni għandu jindirizza kwistjonijiet skont dan il-Kapitolu u għandu jkollu s-setgħa li:

(a)    jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni biex jadotta deċiżjoni li temenda l-Anness 25;



(b)    jimmonitorja u jirrieżamina l-implimentazzjoni u jiżgura l-funzjonament xieraq ta’ dan il-Kapitolu;

(c)    jindirizza d-diskrepanzi wara żjarat konġunti ta’ spezzjoni skont l-Artikolu AIR.3(6);

(d)    jiddiskuti kwistjonijiet tekniċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;

(e)    jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;

(f)    jikkunsidra kwalunkwe materja ta’ interess relatata ma’ qasam kopert minn dan il-Kapitolu; u

(g)    jimmonitorja u jorganizza djalogi u skambji f’oqsma ta’ interess komuni, bil-ħsieb li jiġu identifikati opportunitajiet għall-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u għarfien espert.

KAPITOLU 2

TRASPORT BIT-TRIQ

ARTIKOLU 276

Trasport ta’ merkanzija u moviment ta’ ambulanzi
bejn it-territorji tal-Partijiet

1.    Il-Partijiet għandhom jippermettu t-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn it-territorji tagħhom. Madankollu, fit-territorju tal-Unjoni, dawk l-operazzjonijiet tat-trasport għandhom ikunu limitati għaż-żona tal-fruntiera kontigwa.



2.    L-Unjoni għandha tippermetti fit-territorju tagħha l-forniment tas-servizzi tal-ambulanza li ġejjin meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa, minn operaturi stabbiliti f’Ġibiltà u li jaġixxu taħt id-direzzjoni tal-Awtorità tas-Saħħa ta’ Ġibiltà, soġġett għar-rekwiżit li din id-dispożizzjoni tiġi applikata b’mod raġonevoli li ma jwassalx għal diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli jew għal restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi:

(a)    servizzi ta’ ambulanza ta’ emerġenza;

(b)    is-servizzi tal-ambulanza meħtieġa għall-immaniġġjar speċjalizzat ta’ kundizzjonijiet mediċi serji u akuti bejn Ġibiltà u dawk l-istabbilimenti elenkati fl-Anness 26, li huma kontigwi għal Ġibiltà għal skopijiet ta’ saħħa pubblika.

3.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jippermetti fit-territorju ta’ Ġibiltà l-forniment tas-servizzi tal-ambulanza li ġejjin meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa, minn operaturi tal-Unjoni stabbiliti fiż-żona tal-fruntiera kontigwa u li jaġixxu taħt id-direzzjoni ta’ awtoritajiet debitament awtorizzati skont ir-regolamenti rilevanti, soġġett għar-rekwiżit li din id-dispożizzjoni tiġi applikata b’mod raġonevoli li ma jwassalx għal diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli jew għal restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi:

(a)    servizzi ta’ ambulanza ta’ emerġenza; u

(b)    is-servizzi tal-ambulanza meħtieġa għall-immaniġġjar speċjalizzat ta’ kundizzjonijiet mediċi serji u akuti bejn Ġibiltà u dawk l-istabbilimenti elenkati fl-Anness 26, li huma kontigwi għal Ġibiltà għal skopijiet ta’ saħħa pubblika.



ARTIKOLU 277

Trasport ta’ merkanzija lejn u minn Ġibiltà mit-territorju tal-Unjoni

L-Unjoni għandha tippermetti t-trasport, bi tranżitu mit-territorju tagħha, ta’ merkanzija bit-triq b’fini kummerċjali bejn it-territorju tar-Renju Unit u Ġibiltà, u vjaġġi mingħajr tagħbija li jsiru flimkien ma’ dak it-trasport.

ARTIKOLU 278

Rekwiżiti għall-operaturi

1.    L-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti li jwettqu vjaġġ imsemmi fl-Artikoli 276 jew 277 għandu jkollhom liċenzja valida maħruġa f’konformità mal-paragrafu 2.

2.    Il-liċenzji għandhom jinħarġu biss, f’konformità mad-dritt tal-Partijiet, lill-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness 27 li jirregolaw l-ammissjoni għall-xogħol ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u l-eżerċitar tagħha.

3.    Kopja vera attestata tal-liċenzja għandha tinżamm abbord il-vettura u għandha tiġi ppreżentata fuq it-talba ta’ kwalunkwe uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat minn Parti. Il-liċenzja u l-kopja vera attestata għandhom jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Appendiċi X-A-1-3 tal-Parti A tal-Anness 27, li jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tagħha. Il-liċenzja għandu jkun hemm fiha tal-anqas tnejn mill-karatteristiċi tas-sigurtà elenkati fl-Appendiċi X-A-1-4 tal-Parti A tal-Anness 27.



ARTIKOLU 279

Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ liċenzjar fiż-żona tal-fruntiera kontigwa

It-tipi ta’ trasport ta’ merkanzija u vjaġġi mingħajr tagħbija li ġejjin, li jsiru flimkien ma’ tali trasport, jistgħu jitwettqu fiż-żona tal-fruntiera kontigwa mingħajr liċenzja valida kif imsemmi fl-Artikolu TRANSP.3:

(a)    it-trasport tal-posta bħala servizz universali;

(b)    it-trasport ta’ vetturi li jkunu ġarrbu ħsarat jew li waqfu jiffunzjonaw;

(c)    it-trasport ta’ merkanzija f’vetturi bil-mutur li l-massa massima awtorizzata tagħha, inkluża dik tat-trejlers, ma taqbiżx it-2.5 tunnellati;

(d)    it-trasport ta’ prodotti mediċinali, ta’ apparat, ta’ tagħmir u ta’ oġġetti oħra meħtieġa għall-kura medika f’assistenza ta’ emerġenza, b’mod partikolari għal diżastri naturali u għal assistenza umanitarja;

(e)    it-trasport ta’ merkanzija f’vetturi dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)    il-merkanzija li tinġarr tkun il-proprjetà tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew tkun nbiegħet, inxtrat, inkriet jew ingħatat b’lokazzjoni, ġiet prodotta, estratta, proċessata jew imsewwija mill-operatur;

(ii)    l-iskop tal-vjaġġ huwa li tinġarr merkanzija lejn jew mill-bini tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew li jmexxihom, jew ġewwa jew barra l-operatur għall-ħtiġijiet tiegħu stess;



(iii)    il-vetturi użati għal tali trasport jkunu misjuqa minn persunal impjegat minn operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu, taħt obbligu kuntrattwali;

(iv)    il-vetturi li jġorru l-merkanzija jkunu proprjetà tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, inxtraw minnu b’termini differiti jew inkrew; u

(v)    tali trasport ma jkunx aktar milli anċillari għall-attivitajiet ġenerali tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq;

(f)    it-trasport ta’ merkanzija permezz ta’ vetturi bil-mutur b’veloċità massima awtorizzata li ma taqbiżx l-40 km/h.

ARTIKOLU 280

Rekwiżiti għas-sewwieqa

Is-sewwieqa tal-vetturi tal-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti li jwettqu vjaġġ imsemmi fl-Artikoli 276 jew 277 għandhom:

(a)    ikollhom Ċertifikat ta’ Kompetenza Professjonali maħruġ f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness 27; u

(b)    jikkonformaw mar-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tax-xogħol, il-perjodi ta’ mistrieħ, il-pawżi u l-użu tat-takografi f’konformità mat-Taqsimiet minn 2 sa 4 tal-Parti B tal-Anness 27.



ARTIKOLU 281

Rekwiżiti għal vetturi

Parti ma għandhiex tirrifjuta jew tipprojbixxi l-użu ta’ vettura li twettaq vjaġġ imsemmi fl-Artikoli TRANSP fit-territorju tagħha. 276 jew 277 jekk il-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness 27.

Il-vetturi tal-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti li jwettqu vjaġġ imsemmi fl-Artikoli 276 jew 277 għandhom ikunu mgħammra b’takografu mibni, installat, użat, ittestjat u kkontrollat f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 27.

ARTIKOLU 282

Regoli dwar it-traffiku fit-toroq

Is-sewwieqa tal-vetturi tal-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti li jwettqu vjaġġ imsemmi fl-Artikoli 276 jew 277 għandhom, meta jkunu fit-territorju tal-Parti l-oħra, jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ f’dak it-territorju dwar it-traffiku fit-toroq.

ARTIKOLU 283

Żvilupp ta’ liġijiet u Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ

1.    Meta Parti tipproponi miżura regolatorja ġdida f’qasam kopert mill-Anness 27, din għandha:

(a)    tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miżura regolatorja proposta malajr kemm jista’ jkun; u



(b)    iżżomm lill-Parti l-oħra infurmata dwar il-progress tal-miżura regolatorja.

2.    Fuq talba ta’ Parti, għandu jsir skambju ta’ fehmiet fil-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ, mhux aktar tard minn xahrejn wara s-sottomissjoni tat-talba, dwar jekk il-miżura regolatorja l-ġdida proposta tapplikax għall-vjaġġi msemmija fl-Artikoli 276 jew 277.

3.    Meta Parti tadotta miżura regolatorja ġdida msemmija fil-paragrafu 1, din għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra, u tipprovdilha t-test tal-miżura regolatorja l-ġdida fi żmien ġimgħa mill-pubblikazzjoni tagħha.

4.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ għandu jiltaqa’ biex jiddiskuti kwalunkwe miżura regolatorja ġdida adottata, fuq talba minn Parti, fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tat-talba, kemm jekk tkun saret notifika f’konformità mal-paragrafu 1 jew 3 kif ukoll jekk le, jew tkun saret diskussjoni f’konformità mal-paragrafu 2.

5.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Kummerċ u l-Ekonomija għandu jkollu s-setgħa li:

(a)    jemenda l-Anness 26;

(b)    jikkonferma li l-emendi magħmula mill-miżura regolatorja l-ġdida jikkonformaw mal-Anness 27;

(c)    jiddeċiedi fuq xi miżura oħra mmirata biex tissalvagwardja l-funzjoni sewwa ta’ dan il-Kapitolu; u

(d)    jadotta kwalunkwe modifika għall-Anness 27 kif jista’ jkun meħtieġ biex jiġu riflessi l-bidliet li saru fl-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.



ARTIKOLU 284

Miżuri ta’ rimedju

1.    Jekk Parti tqis li l-Parti l-oħra tkun adottat miżura regolatorja ġdida li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 27, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ ma jkunx ħa deċiżjoni skont l-Artikolu 283, u l-Parti l-oħra xorta tapplika d-dispożizzjonijiet tal-miżura regolatorja l-ġdida għall-operaturi, għas-sewwieqa jew għall-vetturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Parti, il-Parti tista’, wara li tinnotifika lill-Parti l-oħra, tadotta miżuri ta’ rimedju xierqa, inkluż is-sospensjoni tal-obbligi skont dan il-Ftehim jew xi Ftehim supplimentari, dment li tali miżuri:

(a)    ma jeċċedux il-livell ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew l-indeboliment ikkawżat minħabba l-miżura regolatorja ġdida adottata mill-Parti l-oħra li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 27; u

(b)    jidħlu fis-seħħ mhux qabel sebat ijiem wara li l-Parti li jkollha l-ħsieb li tieħu tali miżuri tkun tat lill-Parti l-oħra avviż skont dan il-paragrafu.

2.    Il-miżuri ta’ rimedju xierqa għandhom jieqfu japplikaw:

(a)    meta l-Parti li tkun ħadet tali miżuri tkun sodisfatta li l-Parti l-oħra tkun qed tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dan il-Kapitolu; jew

(b)    f’konformità ma’ sentenza tat-tribunal tal-arbitraġġ.

3.    Parti ma għandhiex tinvoka l-Ftehim tad-WTO jew kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor biex tipprekludi lill-Parti l-oħra milli tissospendi l-obbligi taħt dan l-Artikolu.



ARTIKOLU 285

Tassazzjoni

1.    Il-vetturi użati mill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti għat-trasport tal-merkanzija f’konformità mal-Artikoli 276 jew 277 għandhom ikunu eżentati mit-taxxi u mit-tariffi imposti fuq il-pussess jew iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi fit-territorju tal-Parti l-oħra.

2.    L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:

(a)    taxxa jew imposta fuq il-konsum tal-fjuwil;

(b)    imposta għall-użu ta’ triq jew network ta’ toroq; jew

(c)    imposta għall-użu ta’ pontijiet, mini jew laneċ partikolari.

3.    Il-fjuwil li jinsab fit-tankijiet standard tal-vetturi u tal-kontenituri u ta’ kontejners speċjali, li jiddaħħal b’mod temporanju, li jintużaw direttament għall-iskop ta’ propulsjoni u, fejn xieraq, għat-tħaddim, waqt it-trasport, ta’ sistemi ta’ refriġerazzjoni u sistemi oħra, kif ukoll lubrifikanti preżenti fil-vetturi bil-mutur u meħtieġa għall-operazzjoni normali tagħhom matul il-vjaġġ, għandhom ikunu ħielsa minn dazji doganali u kwalunkwe taxxa u imposta oħra, bħall-VAT u d-dazji tas-sisa, u ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-importazzjoni.

4.    L-ispare parts importati għat-tiswija ta’ vettura fit-territorju ta’ Parti waħda li tkun ġiet irreġistrata jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni fil-Parti l-oħra, għandhom jiddaħħlu taħt il-kopertura ta’ dħul temporanju mingħajr dazju u mingħajr projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni. Il-parts mibdula huma soġġetti għad-dazji doganali u taxxi oħra (VAT) u għandhom jiġu esportati mill-ġdid jew meqruda taħt il-kontroll tal-awtoritajiet doganali tal-Parti l-oħra.


KAPITOLU 3

TRASPORT MARITTIMU

ARTIKOLU 286

Trasport marittimu

Kull Parti għandha:

(a)    tagħti lill-bastimenti li jipprovdu servizzi ta’ trasport marittimu internazzjonali 39 u li jtajru l-bandiera ta’ kwalunkwe Stat Membru jew tar-Renju Unit (Ġibiltà), jew operati minn fornituri ta’ servizzi tal-Parti l-oħra, trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti lill-bastimenti tagħha stess fir-rigward ta’: (i) l-aċċess għall-portijiet; (ii) l-użu tal-infrastruttura tal-portijiet; (iii) l-użu ta’ servizzi awżiljarji marittimi 40 ; u (iv) faċilitajiet doganali u l-assenjament ta’ postijiet ta’ rmiġġ u ta’ faċilitajiet għat-tagħbija u għall-ħatt, inklużi t-tariffi u l-imposti relatati;



(b)    tagħmel disponibbli, fil-port u fl-ilmijiet interni tal-port, lill-fornituri tas-servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali tal-Parti l-oħra b’termini u kundizzjonijiet li jkunu kemm raġonevoli kif ukoll mhux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-fornituri jew għall-bastimenti tagħha stess (inklużi t-tariffi u l-imposti, l-ispeċifikazzjonijiet u l-kwalità tas-servizz li għandu jiġi pprovdut), is-servizzi portwarji li ġejjin: pilotaġġ, assistenza għall-irmonk, proviżjonament, għoti tal-fjuwil u tal-ilma, ġbir tal-iskart u rimi tal-iskart tas-saborra, servizzi ta’ kaptan tal-port, għajnuniet għan-navigazzjoni, faċilitajiet ta’ tiswija ta’ emerġenza, ankraġġ, irmiġġ, servizzi ta’ rmiġġ u ta’ ħall mill-irmiġġ u servizzi operazzjonali bbażati fuq l-art essenzjali għall-operazzjonijiet tal-bastimenti, inklużi l-komunikazzjonijiet, il-provvisti tal-ilma u tal-elettriku.

TITOLU IV

EĊĊEZZJONIJIET

ARTIKOLU 287

Eċċezzjonijiet ġenerali

1.    Xejn fit-Titoli I u II tal-Parti Tlieta ma għandu jiġi interpretat bħala li jipprevjeni lil Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri kompatibbli mal-Artikolu XX tal-GATT 1994. Għal dak il-għan, l-Artikolu XX tal-GATT 1994, inklużi n-Noti u d-Dispożizzjonijiet Supplimentari tiegħu, huwa inkorporat u integrat f’dan il-Ftehim, mutatis mutandis.



2.    Soġġett għar-rekwiżit li tali miżuri ma jiġux applikati b’mod li jikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli bejn pajjiżi fejn jipprevalu kundizzjonijiet simili, jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi, xejn fit-Titolu III tat-Tielet Parti ma għandu jiġi interpretat li jipprevjeni l-adozzjoni jew l-infurzar minn kwalunkwe Parti ta’ miżuri:

(a)    meħtieġa sabiex iħarsu s-sigurtà pubblika u l-morali pubblika jew biex iżommu l-ordni pubbliku 41 ;

(b)    meħtieġa sabiex iħarsu l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti;

(c)    meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità mal-liġijiet jew regolamenti li mhumiex inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu ma’:

(i)    il-prevenzjoni ta’ prattiki qarrieqa u frodulenti jew it-trattament tal-effetti ta’ inadempjenza ta’ kuntratti;

(ii)    il-protezzjoni tal-privatezza tal-individwi b’relazzjoni għall-ipproċessar u għat-tixrid tad-data personali u l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ rekords u ta’ kontijiet individwali; u

(iii)    is-sigurtà.



3.    Għal aktar ċertezza, il-Partijiet jifhmu li, sa fejn miżuri bħal dawn ikunu inkonsistenti b’xi mod ieħor mad-dispożizzjonijiet tat-titoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu:

(a)    il-miżuri msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu XX tal-GATT tal-1994 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jinkludu miżuri ambjentali, li jkunu neċessarji għall-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti;

(b)    l-Artikolu XX tal-GATT tal-1994, il-punt (g), japplika għal miżuri relatati mal-konservazzjoni ta’ riżorsi naturali eżawribbli ħajjin u mhux ħajjin; u

(c)    il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali jistgħu jaqgħu taħt il-punt (b) jew (g) tal-Artikolu XX tal-GATT 1994 jew taħt il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.    Qabel ma Parti tieħu kwalunkwe miżura prevista fil-punti (i) u (j) tal-Artikolu XX tal-GATT tal-1994, dik il-Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra bl-informazzjoni rilevanti kollha, bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim fi żmien 30 jum mill-għoti tal-informazzjoni, il-Parti tista’ tapplika l-miżuri rilevanti. Jekk ċirkustanzi eċċezzjonali u kritiċi li jeħtieġu azzjoni immedjata jagħmlu l-informazzjoni jew l-eżami minn qabel impossibbli, il-Parti li jkun biħsiebha tieħu l-miżuri tista’ tapplika minnufih il-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa sabiex tindirizza s-sitwazzjoni. Dik il-Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra minnufih b’dan.



ARTIKOLU 288

Eċċezzjonijiet ta’ sigurtà

Xejn fit-Tielet Parti ma għandu jiġi interpretat:

(a)    li jirrikjedi li Parti tagħti jew tippermetti l-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni, li hija tqis li d-żvelar tagħha tmur kontra l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha; jew

(b)    li jipprevjeni lil Parti milli tieħu azzjoni li hija tqis neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha:

(i)    li tkun marbuta mal-produzzjoni jew mat-traffikar tal-armi, tal-ammunizzjon u tal-istrumenti tal-gwerra u ma’ tali traffikar u tranżazzjonijiet li jsiru f’merkanzija u f’materjali oħrajn, u ma’ attivitajiet ekonomiċi, imwettqin direttament jew indirettament għall-iskop ta’ provvista lil stabbiliment militari;

(ii)    li jkollha x’taqsam ma’ materjali fissili u fużjonabbli jew materjali meħuda minnhom; jew

(iii)    meħuda fiż-żmien ta’ gwerra jew emerġenza oħra fir-relazzjonijiet internazzjonali; jew

(c)    jipprevjeni lil Parti milli tieħu xi tip ta’ azzjoni sabiex tfittex li twettaq l-obbligi skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali.



ARTIKOLU 289

Tassazzjoni

1.    Xejn fit-Titoli I u II tat-Tielet Parti ma għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont kwalunkwe konvenzjoni dwar it-taxxa. Fil-każ ta’ xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u kwalunkwe tali konvenzjoni dwar it-taxxa, il-konvenzjoni dwar it-taxxa għandha tipprevali fir-rigward tal-inkonsistenza. Fir-rigward ta’ konvenzjoni dwar it-taxxa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti taħt dan il-Ftehim u li l-konvenzjoni dwar it-taxxa għandhom jiddeterminaw b’mod konġunt jekk teżistix xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u l-konvenzjoni dwar it-taxxa 42 .

2.    L-Artikoli 276 u 277 ma għandhomx japplikaw għal vantaġġ mogħti minn Parti skont konvenzjoni dwar it-taxxa.



3.    Soġġett għar-rekwiżit li l-miżuri tat-taxxa ma jiġux applikati b’mod li jikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli bejn pajjiżi fejn jipprevalu kundizzjonijiet simili, jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ u l-investiment, xejn fit-Titoli I u II tal-Tielet Parti ma għandu jiġi interpretat li jipprevjeni l-adozzjoni, iż-żamma jew l-infurzar minn Parti ta’ kwalunkwe miżura li:

(a)    hija mmirata sabiex tiżgura l-impożizzjoni jew il-ġbir ekwu jew effettiv 43 ta’ taxxi diretti; jew

(b)    tagħmel distinzjoni bejn kontribwenti li ma jkunux fl-istess sitwazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom jew fir-rigward tal-post fejn ikun investit il-kapital tagħhom.



4.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)    “taxxi diretti” jinkludu t-taxxi kollha fuq l-introjtu jew fuq il-kapital, inklużi t-taxxi fuq il-qligħ mill-aljenazzjoni tal-proprjetà, it-taxxi fuq il-patrimonji, il-wirt u d-donazzjonijiet, it-taxxi fuq il-pagi jew fuq is-salarji mħallsa mill-impriżi u t-taxxi fuq l-apprezzament tal-kapital

(b)    “residenza” tfisser residenza għall-finijiet tat-taxxa; u

(c)    “konvenzjoni dwar it-taxxa” tfisser konvenzjoni għall-evitar tat-taxxa doppja jew kwalunkwe ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor relatat għalkollox jew primarjament mat-tassazzjoni 44 .

ARTIKOLU 290

Eżenzjonijiet tad-WTO

Jekk obbligu f’dan il-Ftehim ikun sostanzjalment ekwivalenti għal obbligu li jinsab fil-Ftehim tad-WTO, kwalunkwe miżura meħuda f’konformità ma’ eżenzjoni adottata skont l-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO titqies li tkun f’konformità mad-dispożizzjoni sostanzjalment ekwivalenti ta’ dan il-Ftehim.



IR-RABA’ PARTI

ĦADDIEMA FRUNTALIERA

TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI PERSONALI

ARTIKOLU 291

Kamp ta’ applikazzjoni personali

1.    Din il-Parti għandha tapplika għall-persuni li ġejjin:

(a)    Ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu legalment fir-Renju ta’ Spanja;

(b)    Ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu legalment f’Ġibiltà; u

(c)    Membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-punt (a) dment li jkunu jirrisjedu legalment fi Spanja u membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-punt (b) dment li jkunu jirrisjedu legalment f’Ġibiltà. Għall-finijiet ta’ din il-Parti u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, il-membri tal-familja huma:

(i)    il-konjugi;



(ii)    is-sieħeb/sieħba li miegħu/magħha l-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) ikunu daħlu f’kuntratt ta’ sħubija reġistrata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ Stat Membru jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, sakemm il-leġiżlazzjoni ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tittratta s-sħubijiet reġistrati bħala ekwivalenti għaż-żwieġ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, rispettivament.

(iii)    id-dixxendenti diretti li għandhom inqas minn 21 sena jew li huma dipendenti u dawk tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba kif definit fil-punt (ii);

(iv)    il-qraba diretti dipendenti fil-linja axxendenti u dawk tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba kif definiti fil-punt (ii).

2.    Għall-finijiet ta’ din il-Parti, il-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 li jwettqu attività ekonomika bħala persuna impjegata jew f’Ġibiltà jew fi Spanja u li jirritornaw mill-inqas darba fil-ġimgħa lejn Spanja jew Ġibiltà, rispettivament, huma ħaddiema fruntaliera impjegati.

3.    Għall-finijiet ta’ din il-Parti, il-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 li jwettqu attività ekonomika bħala persuna li taħdem għal rasha kemm f’Ġibiltà, f’konformità mad-dritt tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif ukoll fi Spanja, f’konformità mad-dritt ta’ Spanja, u li jirritornaw mill-inqas darba fil-ġimgħa fi Spanja u f’Ġibiltà, rispettivament, huma ħaddiema fruntaliera li jaħdmu għal rashom.


TITOLU II

DRITTIJIET TAL-ĦADDIEMA FRUNTALIERA U DRITTIJIET ANĊILLARI

ARTIKOLU 292

Drittijiet tal-Ħaddiema Fruntaliera

1.    Il-persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(a) għandu jkollhom id-dritt li jibdew u jwettqu attività bħala ħaddiem fruntalier impjegat f’Ġibiltà skont ir-regoli applikabbli għaċ-ċittadini tar-Renju Unit f’Ġibiltà.

2.    Il-persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(b) għandu jkollhom id-dritt li jibdew u jwettqu attività bħala ħaddiema fruntaliera impjegati fir-Renju ta’ Spanja f’konformità mar-regoli applikabbli għaċ-ċittadini Spanjoli fir-Renju ta’ Spanja.

3.    Persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(a) li huma ħaddiema fruntaliera impjegati għandhom igawdu d-dritt għal trattament ugwali bħall-persuni impjegati msemmija fl-Artikolu 291(1)(b) f’Ġibiltà. Dan għandu jinvolvi:

(a)    id-dritt li ma jiġux diskriminati minħabba ċittadinanza fir-rigward ta’ impjieg, ta’ remunerazzjoni u ta’ kundizzjonijiet oħra tax-xogħol u tal-impjieg;

(b)    id-dritt għal trattament indaqs fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, b’mod partikolari rigward ir-remunerazzjoni, is-sensja u fil-każ ta’ qgħad, ta’ riintegrazzjoni jew ta’ impjieg mill-ġdid;



(c)    vantaġġi soċjali u fiskali, ħlief id-drittijiet ta’ aċċess għall-akkomodazzjoni;

(d)    is-sħubija fi trade unions u l-eżerċizzju tad-drittijiet marbuta magħhom, inkluż id-dritt tal-vot u d-dritt li jkunu eliġibbli għall-pożizzjonijiet amministrattivi jew maniġerjali ta’ trade union, madankollu, jistgħu jiġu esklużi milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta’ korpi rregolati mid-dritt pubbliku u milli jkollhom pożizzjoni rregolata mid-dritt pubbliku;

(e)    l-istess drittijiet fir-rigward tal-aċċess għat-taħriġ fl-iskejjel vokazzjonali u ċ-ċentri ta’ taħriġ mill-ġdid.

4.    Persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(b) li huma ħaddiema fruntaliera impjegati għandhom igawdu l-istess dritt għal trattament ugwali bħaċ-ċittadini Spanjoli impjegati fir-Renju ta’ Spanja fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

5.    Il-persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(a) u (b) għandhom igawdu d-drittijiet li ġejjin f’Ġibiltà u fir-Renju ta’ Spanja, rispettivament:

(a)    id-dritt li jidħlu, joqogħdu u jitilqu sabiex jirreġistraw mas-servizzi tal-impjiegi biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg li jikkorrispondu għall-kwalifiki professjonali tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, jieħdu l-passi xierqa biex isibu impjieg bħala ħaddiema fruntaliera impjegati; dan għandu jinkludi d-dritt li jkunu assistiti mill-uffiċċji tal-impjiegi taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tar-Renju Unit f’Ġibiltà u ċ-ċittadini Spanjoli fir-Renju ta’ Spanja;

(b)    id-dritt li wieħed jidħol, joqgħod u jitlaq waqt li jkun impjegat bħala ħaddiem fruntalier jew iwettaq attività bħala ħaddiem fruntalier li jaħdem għal rasu;



(c)    id-dritt li jinżamm l-istatus ta’ ħaddiem fruntalier dment li jkunu f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(i)    temporanjament ma jkunux jistgħu jaħdmu bħala riżultat ta’ marda jew aċċident;

(ii)    ikunu jinsabu f’qgħad involontarju rreġistrat wara li kienu impjegati għal aktar minn sena u jkunu rreġistraw bħala persuni li qed ifittxu xogħol mal-uffiċċju tal-impjiegi rilevanti;

(iii)    ikunu jinsabu f’qgħad involontarju rreġistrat wara li jkunu lestew kuntratt ta’ impjieg għal terminu fiss ta’ inqas minn sena jew wara li jkunu spiċċaw f’qgħad involontarju matul l-ewwel tnax-il xahar u jkunu rreġistraw bħala persuni li qed ifittxu xogħol mal-uffiċċju tal-impjiegi rilevanti. F’dan il-każ, l-istatus ta’ ħaddiem għandu jinżamm għal perjodu li mhux inqas minn sitt xhur;

(iv)    jibdew taħriġ vokazzjonali. Sakemm ma jkunux jinsabu f’qgħad involontarju, iż-żamma tal-istatus ta’ ħaddiem għandha teħtieġ li t-taħriġ ikun relatat mal-impjieg preċedenti.

6.    Il-persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(a) u (b) jistgħu jiġu rrifjutati d-dritt li jibdew impjieg fis-servizz pubbliku li jinvolvi parteċipazzjoni diretta jew indiretta fl-eżerċizzju ta’ setgħat mogħtija mid-dritt pubbliku u dmirijiet imfassla biex jissalvagwardjaw l-interessi ġenerali tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ jew ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra.

7.    Persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(a) u (b) li huma ħaddiema fruntaliera li jaħdmu għal rashom għandhom igawdu d-drittijiet stabbiliti fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3.



8.    Il-paragrafu 7 għandu japplika mutatis mutandis għal persuni kif imsemmija fl-Artikolu 291(1)(b) li huma ħaddiema fruntaliera li jaħdmu għal rashom.

ARTIKOLU 293

Membri tal-familja ta’ ħaddiema fruntaliera

1.    Membri tal-familja, kif definiti fl-Artikolu 291(1)(c) ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(a) li huma ħaddiema fruntaliera impjegati jew ħaddiema fruntaliera li jaħdmu għal rashom, għandhom igawdu dritt derivat għal trattament ugwali fl-aċċess għal vantaġġi soċjali u ta’ taxxa ma’ membri tal-familja ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(b) li huma impjegati jew jaħdmu għal rashom f’Ġibiltà.

2.    It-tfal ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(a) li huma impjegati jew ħaddiema fruntaliera li jaħdmu għal rashom f’Ġibiltà sakemm dawn it-tfal jirrisjedu f’Ġibiltà għandhom igawdu d-dritt għal trattament ugwali fl-aċċess għall-korsijiet edukattivi ġenerali, ta’ apprendistat u ta’ taħriġ vokazzjonali, mat-tfal ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(b) impjegati f’Ġibiltà.

3.    Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja u t-tfal tal-persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(b) li huma ħaddiema fruntaliera impjegati jew ħaddiema fruntaliera li jaħdmu għal rashom fir-Renju ta’ Spanja.



ARTIKOLU 294

Miżuri ġustifikati b’mod oġġettiv

Miżuri li jidderogaw mit-trattament ugwali skont il-paragrafi 3, 4 u 7 tal-Artikolu 292 huma permissibbli biss jekk ikunu oġġettivament ġustifikati. Sabiex ikunu ġġustifikati, huma jridu jkunu xierqa sabiex jiggarantixxu t-twettiq ta’ objettiv leġittimu u ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

ARTIKOLU 295

Ħaddiema stazzjonati

1.    Il-persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(a) u (b) li jeżerċitaw attività bħala persuna impjegata għal impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu fir-Renju ta’ Spanja u f’Ġibiltà, rispettivament, u li jkunu stazzjonati għal perjodu limitat minn dak l-impjegatur f’Ġibiltà u fir-Renju ta’ Spanja, rispettivament, sabiex jipprovdu servizzi li huma kemm prodotti lokalment kif ukoll ikkonsmati fiż-żona kontigwa tal-fruntiera f’isem dak l-impjegatur għandhom igawdu d-dritt li jidħlu, jitilqu u joqogħdu mingħajr xkiel meħtieġ għall-provvista ta’ dawk is-servizzi u għandhom igawdu, abbażi tal-ugwaljanza fit-trattament, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg li huma stabbiliti fit-territorju fejn il-ħaddiem ikun stazzjonat u li jkunu stabbiliti f’dak it-territorju b’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva u/jew bi ftehimiet kollettivi jew sentenzi ta’ arbitraġġ li ġew iddikjarati universalment applikabbli jew li b’xi mod ieħor japplikaw f’konformità mal-paragrafu 2. Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma elenkati fl-Anness 28 ta’ dan il-Ftehim. L-applikazzjoni ta’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg m’għandhiex timpedixxi l-applikazzjoni ta’ termini u kundizzjonijiet ta’ impjieg li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema stazzjonati.



2.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “ftehimiet kollettivi jew deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ li jkunu ġew iddikjarati applikabbli b’mod universali” tfisser ftehimiet kollettivi jew deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ li jridu jiġu osservati mill-impriżi kollha fiż-żona ġeografika u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernata.

3.    Fin-nuqqas ta’, jew flimkien ma’, sistema biex ftehimiet kollettivi jew sentenzi ta’ arbitraġġ jiġu ddikjarati li jkollhom applikazzjoni universali fis-sens tas-subparagrafu preċedenti, Ġibiltà u r-Renju ta’ Spanja, jistgħu, jekk jiddeċiedu hekk, jibbażaw ruħhom fuq:

(a)    ftehimiet kollettivi jew deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ li huma ġeneralment applikabbli għall-impriżi simili kollha fiż-żona ġeografika u fil-professjoni jew fl-industrija ikkonċernata; u/jew

(b)    ftehimiet kollettivi li ġew konklużi mill-organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi tal-impjegaturi u tax-xogħol fuq livell nazzjonali u li huma applikati fit-territorju nazzjonali kollu.

4.    Trattament ugwali, fis-sens tal-paragrafu 1, għandu jitqies li jeżisti meta impjegaturi nazzjonali f’pożizzjoni simili:

(a)    ikunu soġġetti, fil-post inkwistjoni jew fis-settur ikkonċernat, għall-istess obbligi bħall-impjegaturi li jistazzjonaw fir-rigward tal-kwistjonijiet elenkati fl-Anness 28, u

(b)    ikunu meħtieġa jissodisfaw dawk l-obbligi bl-istess effetti.



ARTIKOLU 296

Dokumentazzjoni

Persuni msemmija fl-Artikolu 291(1)(a) u (b) li huma impjegati jew ħaddiema fruntaliera li jaħdmu għal rashom għandu jkollhom id-dritt li jinħarġilhom dokument li jiċċertifika l-istatus tagħhom taħt din il-Parti. Dan id-dokument jista’ jkun f’forma diġitali.

ARTIKOLU 297

Il-politika pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika

1.    Id-drittijiet mogħtija taħt dan it-Titolu jistgħu jiġu ristretti permezz ta’ miżuri li huma ġġustifikati għal raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika.

2.    Il-miżuri meħuda minħabba raġunijiet ta’ politika pubblika jew ta’ sigurtà pubblika għandhom ikunu skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità u għandhom ikunu bbażati esklussivament fuq il-kondotta personali ta’ l-individwu kkonċernat. Kundanni kriminali preċedenti fihom infushom ma għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet biex jittieħdu miżuri bħal dawn.

3.    L-uniku mard li jiġġustifika miżuri li jirrestrinġu s-soġġorn, id-dħul jew il-ħruġ għandu jkun il-mard b’potenzjal epidemiku kif definit mill-istrumenti rilevanti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u mard infettiv ieħor jew mard parassitiku kontaġjuż jekk ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni li japplikaw għall-persuni kif imsemmi fl-Artikolu 291(1)(a) u (b).



4.    Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu avżati bil-miktub bi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont il-punt 1 b’tali mod li jkunu jistgħu jifhmu l-kontenut tagħha u l-implikazzjonijiet għalihom. Huma għandhom jiġu informati, b’mod preċiż u sħiħ, dwar ir-raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni meħuda fil-każ tagħhom, sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi tas-sigurtà tal-Istat. In-notifika għandha tispeċifika l-awtorità amministrattiva u dik ta’ ġurisprudenza li magħha l-persuna kkonċernata tista’ tippreżenta appell, il-limitu ta’ żmien għall-appell u, fejn applikabbli, iż-żmien permess għall-persuna biex titlaq mit-territorju.

5.    Il-persuni kkonċernati għandu jkollhom aċċess għal proċeduri ġudizzjarji u, fejn xieraq, amministrattivi ta’ rimedju biex jappellaw kontra jew ifittxu rieżami ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda kontrihom għal raġunijiet ta’ politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika. Il-proċeduri ta’ rimedju għandhom jinkludu eżami tal-legalità tad-deċiżjoni, kif ukoll tal-fatti u taċ-ċirkostanzi li fuqhom ġiet ibbażata l-miżura proposta. Huma għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni ma tkunx sproporzjonata.

6.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ir-Renju ta’ Spanja, ma jistax jipprevjeni lill-individwu milli jippreżenta d-difiża tiegħu personalment, ħlief meta d-dehra tiegħu tista’ tikkawża problemi serji għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika jew meta l-appell jew ir-rieżami ġudizzjarju jikkonċernaw ċaħda tad-dħul fit-territorju.


TITOLU III

KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

ARTIKOLU 298

Koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

Sabiex jiġu żgurati d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tal-persuni koperti mill-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom japplikaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom f’konformità mal-Protokoll.

IL-ĦAMES PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

ARTIKOLU 299

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi mekkaniżmu finanzjarju biex jippromwovi l-koeżjoni bejn Ġibiltà u ż-żona tal-fruntiera kontigwa, inkluż dwar kwistjonijiet ta’ taħriġ u impjieg. Kwalunkwe miżura bħal din għandha tqis il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet kontra l-frodi u attivitajiet illegali u irregolaritajiet oħra.

2.    Iż-żewġ Partijiet għandhom jipprovdu finanzjament għal dan il-mekkaniżmu.


IS-SITT PARTI

SOLUZZJONI TA’ TILWIM

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 300

Objettivi

L-objettiv ta’ dan it-Titolu huwa li jistabbilixxi mekkaniżmu effettiv u effiċjenti sabiex jiġi evitat u solvut kull tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u l-ftehimiet supplimentari, bl-għan li jsibu, fejn ikun possibbli, soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.

ARTIKOLU 301

Kamp ta’ applikazzjoni

1.    Dan it-Titolu japplika, soġġett għall-paragrafi 2 sa 5, għal tilwim bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jew ta’ kwalunkwe ftehim supplimentari (“dispożizzjonijiet koperti”).



2.    Id-dispożizzjonijiet koperti għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe ftehim supplimentari bl-eċċezzjoni ta’:

(a)    l-Artikolu 2;

(b)    It-Titolu II tal-Ewwel Parti;

(c)    It-Titolu V tat-Tieni Parti, inkluż meta tapplika fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet irregolati minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-Ftehim;

(d)    L-Artikolu 199(1), (2) u (4), 207 u 208, il-Kapitoli 3, 4, 5 u 6 tat-Titolu I tal-Parti.

3.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jiġi inkarigat minn Parti bl-għan li jsolvi tilwima fir-rigward tal-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4.    L-Artikolu 302 japplika għad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

5.    Minkejja l-paragrafi 1 u 2, ta’ din il-Parti ma għandhomx japplikaw għal tilwim li jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jew l-Annessi tiegħu f’każijiet individwali.

6.    Din il-Parti ma tapplika għall-ebda tilwim fir-rigward tas-sovranità u l-ġurisdizzjoni. Jekk il-Parti konvenuta tippreżenta dikjarazzjoni motivata lit-tribunal tal-arbitraġġ, fis-sens li t-talba tista’ taffettwa l-pożizzjoni legali tar-Renju Unit jew tar-Renju ta’ Spanja jew fir-rigward tas-sovranità u l-ġuriżdizzjoni, it-tribunal tal-arbitraġġ ma għandux jiddeċiedi dwar it-tilwima fir-rigward tas-sovranità u l-ġuriżdizzjoni jew dwar kwalunkwe kwistjoni li tirrikjedi jew timplika deċiżjoni dwar is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni u għandu jiddikjara minnufih in-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni tiegħu fuq il-kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sovranità u l-ġuriżdizzjoni jew li jkollhom effett fuqhom.



Kwalunkwe deċiżjoni adottata fil-qafas ta’ din il-Parti, inklużi deċiżjonijiet minn tribunal tal-arbitraġġ, ma għandha tipproduċi l-ebda effett legali dirett jew indirett, fuq il-pożizzjoni legali tar-Renju Unit jew tar-Renju ta’ Spanja fir-rigward tas-sovranità u l-ġuriżdizzjoni.

ARTIKOLU 302

Esklużività

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li ma jippreżentawx tilwima bejniethom rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jew ta’ xi ftehim supplimentari għal mekkaniżmu ta’ soluzzjoni minbarra dawk previsti f’dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 303

Għażla ta’ forum

1.    Jekk tinqala’ tilwima fir-rigward ta’ miżura allegatament bi ksur ta’ obbligu skont dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari u ta’ obbligu sostanzjalment ekwivalenti skont ftehim internazzjonali ieħor li ż-żewġ Partijiet huma parti għalih, il-Parti li tkun qed tfittex rimedju għandha tagħżel il-forum li fih tissolva t-tilwima.

2.    Ladarba Parti tkun għażlet il-forum u bdiet proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim jew skont dan it-Titolu jew skont ftehim internazzjonali ieħor, dik il-Parti ma għandhiex tibda tali proċeduri skont il-ftehim internazzjonali l-ieħor fir-rigward tal-miżura partikolari msemmija fil-paragrafu 1, sakemm il-forum magħżul ma jonqosx l-ewwel milli jagħmel sejbiet għal raġunijiet proċedurali jew ġuriżdizzjonali.



3.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)    il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim skont din il-Parti jitqiesu li jinbdew permezz ta’ talba minn Parti għall-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 305; u

(b)    il-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ tilwim skont kull ftehim ieħor jitqiesu li jkunu nbdew jekk jinbdew skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dak il-ftehim.

4.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, xejn f’dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari ma għandu jipprekludi Parti milli tissospendi l-obbligi awtorizzati skont il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim ta’ ftehim internazzjonali ieħor li l-Partijiet ikunu parti għalih. Kwalunkwe ftehim internazzjonali bejn il-Partijiet ma għandux jiġi invokat sabiex jipprekludi Parti milli tissospendi l-obbligi skont din il-Parti.



KAPITOLU 2

PROĊEDURA

ARTIKOLU 304

Konsultazzjonijiet

1.    Jekk Parti (“il-Parti lmentatriċi”) tqis li l-Parti l-oħra (“il-Parti konvenuta”) tkun kisret obbligu skont dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex isolvu l-kwistjoni billi jidħlu f’konsultazzjonijiet in bona fide, bl-għan li jilħqu soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.

2.    Il-Parti lmentatriċi tista’ tfittex konsultazzjonijiet permezz ta’ talba bil-miktub mibgħuta lill-Parti konvenuta. Fit-talba bil-miktub tagħha, il-Parti lmentatriċi għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba, inkluża l-identifikazzjoni tal-miżuri inkwistjoni u l-bażi legali għat-talba, kif ukoll id-dispożizzjonijiet koperti li tqis applikabbli.

3.    Il-Parti konvenuta għandha twieġeb għat-talba minnufih, u f’kull każ mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data li tirċeviha. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien 30 jum mid-data meta tasal it-talba personalment jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni miftiehem mill-Partijiet. Jekk isiru personalment, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fit-territorju tal-Parti konvenuta, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.

4.    Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 45 jum mid-data meta tasal it-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jkomplu bil-konsultazzjonijiet.



5.    Konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ urġenza, inkluż dawk dwar merkanzija li teħżien jew merkanzija staġjonali, għandhom isiru fi żmien 20 jum mid-data meta tasal it-talba. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 20 jum, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jkomplu bil-konsultazzjonijiet.

6.    Kull Parti għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni fattwali sabiex tippermetti eżami komplet tal-miżura inkwistjoni, inkluż studju dwar kif dik il-miżura tista’ taffettwa l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ persunal tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għandhom l-għarfien espert fil-kwistjoni soġġetta għall-konsultazzjonijiet.

7.    Il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fil-qafas tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, ħlief għal tilwim relatat mal-Kapitoli 3, 4 u 5 tat-Titolu I tat-it-Tielet Parti. Il-Kunsill ta’ Koperazzjoni jista’ jsolvi t-tilwima b’deċiżjoni. Il-perjodi ta’ żmien imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw. Il-post tal-laqgħat għandu jkun irregolat mir-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni.

8.    Il-konsultazzjonijiet, u b’mod partikolari l-informazzjoni kollha indikata bħala kunfidenzjali u l-pożizzjonijiet meħuda mill-Partijiet matul il-konsultazzjonijiet, għandhom ikunu kunfidenzjali, u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ xi waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe proċediment ulterjuri.



ARTIKOLU 305

Proċedura ta’ arbitraġġ

1.    Il-Parti lmentatriċi tista’ titlob li jitwaqqaf tribunal tal-arbitraġġ jekk:

(a)    il-Parti konvenuta ma tweġibx għat-talba għal konsultazzjonijiet fi żmien għaxart ijiem mid-data meta tasal it-talba;

(b)    il-konsultazzjonijiet ma jsirux fil-perjodi ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 304(1), (2) jew (3);

(c)    il-Partijiet jaqblu li ma jkollhomx konsultazzjonijiet; jew

(d)    il-konsultazzjonijiet ġew konklużi mingħajr ma nstabet soluzzjoni li jaqblu magħha t-tnejn.

2.    It-talba għall-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ għandha ssir permezz ta’ talba bil-miktub mibgħuta lill-Parti konvenuta. Fit-talba tagħha, il-Parti lmentatriċi għandha tidentifika b’mod espliċitu l-miżura inkwistjoni u tispjega kif dik il-miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet koperti b’mod suffiċjenti sabiex tippreżenta l-bażi legali għall-ilment b’mod ċar.

ARTIKOLU 306

L-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ

1.    Tribunal tal-arbitraġġ għandu jkun magħmul minn 3 arbitri.



2.    Mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data meta tasal it-talba għall-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bl-għan li jaqblu dwar il-kompożizzjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ.

3.    Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-kompożizzjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ fil-perjodu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2, kull Parti għandha taħtar arbitru mis-sublista għal dik il-Parti stabbilita skont l-Artikolu 319 mhux aktar tard minn ħamest ijiem mill-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2. Jekk Parti tonqos milli taħtar arbitru mis-sublista tagħha f’dak il-perjodu ta’ żmien, il-kopresident tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mill-Parti lmentatriċi għandu jagħżel, mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jiskadi dak il-perjodu ta’ żmien, arbitru bil-polza mis-sublista tal-Parti li tkun naqset milli taħtar arbitru. Il-kopresident tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mill-Parti lmentatriċi jista’ jiddelega tali għażla bil-polza tal-arbitru.

4.    Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ fil-perjodu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2, il-kopresident tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mill-Parti lmentatriċi għandu jagħżel, mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ żmien, il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ bil-polza mis-sublista ta’ presidenti stabbilita skont l-Artikolu 319. Il-kopresident tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mill-Parti lmentatriċi jista’ jiddelega tali għażla bil-polza tal-president tat-tribunal tal-arbitraġġ.

5.    Jekk xi waħda mil-listi previsti fl-Artikolu 319 ma tkunx ġiet stabbilita jew ma jkunx fiha biżżejjed ismijiet fiż-żmien li fih issir l-għażla skont il-paragrafi 3 jew 4, l-arbitri għandhom jintgħażlu bil-polza mill-individwi li jkunu ġew formalment proposti minn Parti waħda jew miż-żewġ Partijiet f’konformità mal-Anness 29 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura għas-Soluzzjoni tat-Tilwim.



6.    Id-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ għandha tkun id-data li fiha l-aħħar wieħed mit-3 arbitri jkun innotifika lill-Partijiet dwar l-aċċettazzjoni tal-ħatra tagħhom f’konformità mal-Anness 29 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura.

ARTIKOLU 307

Rekwiżiti għall-arbitri

1.    L-arbitri kollha għandhom:

(a)    ikunu wrew għarfien espert fid-dritt, inkluż id-dritt internazzjonali, u fi kwalunkwe kwistjoni koperta minn dan il-Ftehim jew minn kwalunkwe ftehim supplimentari u, fil-każ ta’ president, ikollhom ukoll esperjenza fil-proċeduri ta’ arbitraġġ;

(b)    ma jkunux affiljati ma’ xi waħda mill-Partijiet u lanqas ma jieħdu struzzjonijiet mingħandha;

(c)    iservu fil-kapaċitajiet individwali tagħhom u ma jiħdux struzzjonijiet mingħand xi organizzazzjoni jew gvern fir-rigward ta’ materji relatati mat-tilwima; u

(d)    jikkonformaw mal-Anness 30 dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta għall-arbitri.

2.    L-arbitri kollha għandhom ikunu persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom, li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra fl-ogħla uffiċċju ġudizzjarju fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom jew li jkunu ġurikonsulti ta’ kompetenza rikonoxxuta.



ARTIKOLU 308

Il-funzjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ

It-tribunal tal-arbitraġġ:

(a)    għandu jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-kwistjoni quddiemu, li tinkludi valutazzjoni oġġettiva tal-fatti tal-każ u tal-applikabbiltà tal-miżuri inkwistjoni u tal-konformità ta’ dawn mad-dispożizzjonijiet koperti;

(b)    għandu jistabbilixxi, fid-deċiżjonijiet u s-sentenzi tiegħu, il-konklużjonijiet tal-fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet koperti u r-raġunament wara kull konklużjoni li jagħmel; u

(c)    għandu jikkonsulta b’mod regolari mal-Partijiet u jipprovdi opportunitajiet adegwati għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.

ARTIKOLU 309

Termini ta’ referenza

1.    Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara d-data meta jitwaqqaf it-tribunal tal-arbitraġġ, it-termini ta’ referenza tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom ikunu:

“li jeżamina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti koperti ta’ dan il-Ftehim jew ta’ ftehim supplimentari, il-kwistjoni msemmija fit-talba għall-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ, li jiddeċiedi dwar il-konformità tal-miżura inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 301 u li joħroġ deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 311”.



2.    Jekk il-Partijiet jaqblu dwar termini ta’ referenza oħrajn minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, għandhom jinnotifikaw it-termini ta’ referenza miftiehma lit-tribunal tal-arbitraġġ fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1.

ARTIKOLU 310

Proċedimenti urġenti

1.    Jekk Parti titlob dan, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jiddeċiedi, mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data tal-istabbiliment tiegħu, jekk il-każ jikkonċernax kwistjonijiet ta’ urġenza.

2.    F’każijiet ta’ urġenza, il-perjodi ta’ żmien applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 311 għandhom ikunu nofs iż-żmien preskritt fih.

ARTIKOLU 311

Sentenza tat-tribunal tal-arbitraġġ

1.    It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jippreżenta rapport interim lill-Partijiet fi żmien 100 jum wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ. Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ iqis li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ għandu jinnotifika bil-miktub lill-Partijiet, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha t-tribunal tal-arbitraġġ jippjana li joħroġ ir-rapport interim tiegħu. It-Tribunal tal-arbitraġġ għandu jippreżenta r-rapport interim tiegħu mhux aktar tard minn 130 jum wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ taħt kwalunkwe ċirkostanza.



2.    Kull Parti tista’ tibgħat talba bil-miktub lit-tribunal tal-arbitraġġ biex jirrieżamina aspetti preċiżi tar-rapport interim fi żmien 14-il jum mill-wasla tagħha. Parti tista’ tikkummenta fuq it-talba tal-Parti l-oħra fi żmien sitt ijiem mill-wasla tat-talba.

3.    Jekk ma tasal l-ebda talba bil-miktub għar-rieżami ta’ aspetti preċiżi tar-rapport interim fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rapport interim għandu jsir is-sentenza tat-tribunal tal-arbitraġġ.

4.    It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti s-sentenza tiegħu lill-Partijiet fi żmien 130 jum mid-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ. Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ iqis li l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-president tiegħu għandu jinnotifika lill-Partijiet bil-miktub, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha t-tribunal tal-arbitraġġ jippjana li jagħti s-sentenza tiegħu. It-Tribunal tal-arbitraġġ ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza jagħti d-deċiżjoni tiegħu aktar tard minn 160 jum wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ.

5.    Is-sentenza għandha tinkludi diskussjoni dwar kwalunkwe talba bil-miktub mill-Partijiet dwar ir-rapport interim u tindirizza b’mod ċar il-kummenti tal-Partijiet.

6.    Għal aktar ċertezza, "sentenza" jew "sentenzi" kif imsemmija fl-Artikoli 308, 309, 320 u l-Artikolu 321(1), (3), (4) u (6) għandhom jinftiehmu li jirreferu wkoll għar-rapport interim tat-tribunal tal-arbitraġġ.



ARTIKOLU 312

Tilwim li jqajjem kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni dwar id-dritt tal-Unjoni

1.    Meta tilwima ppreżentata għall-arbitraġġ f’konformità ma’ din il-Parti tqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ kunċett jew ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tinsab f’att tal-Unjoni msemmi f’dan il-Ftehim, il-bord tal-arbitraġġ ma għandu jiddeċiedi dwar l-ebda kwistjoni bħal din. F’tali każ, huwa għandu jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tagħti tali deċiżjoni li għandha tkun vinkolanti fuq il-bord ta’ arbitraġġ.

Il-Bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel din it-talba wara li jkun sema’ lill-Partijiet.

2.    Mingħajr preġudizzju għall-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jekk l-Unjoni jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jikkunsidraw li għandha ssir talba f’konformità mal-paragrafu 1, huma jistgħu jagħmlu sottomissjonijiet lill-bord ta’ arbitraġġ għal dak l-għan. F’każ bħal dan, il-bord ta’ arbitraġġ għandu jippreżenta t-talba f’konformità mal-paragrafu 1 sakemm il-kwistjoni mqajma ma tikkonċernax l-interpretazzjoni ta’ kunċett jew ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tinsab f’att tal-Unjoni msemmi f’dan il-Ftehim. Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jipprovdi raġunijiet għall-valutazzjoni tiegħu. Fi żmien 10 ijiem wara l-valutazzjoni, kull Parti tista’ jitlob lill-bord ta’ arbitraġġ biex jirrieżamina l-valutazzjoni tiegħu, u għandu jiġi organizzat smigħ fi żmien 15-il jum mit-talba biex il-Partijiet jinstemgħu dwar il-kwistjoni. Il-bord ta’ arbitraġġ għandu jipprovdi raġunijiet għall-valutazzjoni tiegħu.

3.    Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 311 għandhom jiġu sospiżi sa meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tkun tat id-deċiżjoni tagħha. Il-bord ta’ arbitraġġ ma għandux ikun obbligat jagħti d-deċiżjoni tiegħu anqas minn 60 jum mid-data li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tkun tat id-deċiżjoni tagħha.



KAPITOLU 3

KONFORMITÀ

ARTIKOLU 313

Miżuri ta’ konformità

1.    Jekk, fid-deċiżjoni tiegħu msemmija fl-Artikolu 311(4), it-tribunal tal-arbitraġġ isib li l-Parti konvenuta kisret obbligu skont dan il-Ftehim jew skont kwalunkwe ftehim supplimentari, dik il-Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma immedjatament mad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ sabiex iġġib lilha nnifisha f'konformità mad-dispożizzjonijiet koperti.

2.    Il-Parti konvenuta għandha, mhux aktar tard minn 30 jum wara li tingħata s-sentenza, tibgħat notifika lill-Parti lmentatriċi dwar il-miżuri li tkun ħadet jew li tkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma.

ARTIKOLU 314

Perjodu ta’ żmien raġonevoli

1.    Jekk il-konformità immedjata ma tkunx possibbli, il-Parti konvenuta, mhux aktar tard minn 30 jum wara l-għoti tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 311(4), għandha tagħti notifika lill-Parti lmentatriċi dwar it-tul tal-perjodu raġonevoli ta' żmien li tkun teħtieġ għall-konformità mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 311(4). Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar it-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jikkonformaw.



2.    Jekk il-Partijiet ma jkunux qablu dwar it-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-Parti lmentatriċi tista’, mhux aktar tard minn 20 jum wara li tingħata n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, titlob bil-miktub lit-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jiddetermina t-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 20 jum mid-data meta tasal it-talba.

3.    Il-Parti konvenuta għandha tagħti notifika bil-miktub dwar il-progress tagħha biex tikkonforma mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 311(4) lill-Parti lmentatriċi mill-inqas xahar qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli.

4.    Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jestendu l-perjodu ta’ żmien raġonevoli.

ARTIKOLU 315

Rieżami tal-konformità

1.    Il-Parti konvenuta għandha, mhux aktar tard mid-data tal-iskadenza tal-perjodu raġonevoli ta’ żmien, tagħti notifika lill-Parti lmentatriċi dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet biex tikkonforma mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 311(4).

2.    Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar l-eżistenza tad-dispożizzjonijiet koperti, jew il-konsistenza magħhom, ta’ kwalunkwe miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità, il-Parti lmentatriċi tista’ tibgħat talba, li għandha tkun bil-miktub, lit-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. It-talba għandha tidentifika kwalunkwe miżura inkwistjoni u tispjega kif dik il-miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet koperti b’mod suffiċjenti sabiex tippreżenta l-bażi legali għall-ilment b’mod ċar. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 45 jum mid-data meta tasal it-talba.



ARTIKOLU 316

Miżuri temporanji

1.    Il-Parti konvenuta għandha, b’talba minn u wara konsultazzjonijiet mal-Parti lmentatriċi, tippreżenta offerta għal kumpens temporanju jekk:

(a)    il-Parti konvenuta tagħti notifika lill-Parti lmentatriċi li mhuwiex possibbli li tikkonforma mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 311; jew

(b)    il-Parti konvenuta tonqos milli tagħti notifika ta’ kwalunkwe miżura meħuda biex tikkonforma sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 313 jew qabel id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli msemmi fl-Artikolu 314; jew

(c)    it-tribunal tal-arbitraġġ isib li ma teżisti l-ebda miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità jew li l-miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità hija inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet koperti.

2.    Fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, il-Parti lmentatriċi tista’ tibgħat notifika bil-miktub lill-Parti konvenuta li jkollha l-ħsieb li tissospendi l-applikazzjoni tal-obbligi skont id-dispożizzjonijiet koperti jekk:

(a)    il-Parti lmentatriċi tiddeċiedi li ma tagħmilx talba skont il-paragrafu 1; jew

(b)    il-partijiet ma jaqblux dwar il-kumpens temporanju fi żmien 20 jum wara l-iskadenza jew l-għoti tad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 315 jekk issir talba skont il-paragrafu 1.



In-notifika għandha tispeċifika l-livell ta’ sospensjoni tal-obbligi maħsuba.

3.    L-obbligi skont il-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jew l-Annessi tiegħu ma jistgħux jiġu sospiżi skont dan l-Artikolu.

4.    Is-sospensjoni tal-obbligi ma għandhiex taqbeż il-livell ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew il-ħsara kkawżata mill-ksur.

5.    Il-Parti lmentatriċi tista' tissospendi l-obbligi għaxart ijiem wara d-data tal-kunsinna tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 sakemm il-Parti konvenuta ma tkunx għamlet talba skont il-paragrafu 6.

6.    Jekk il-Parti konvenuta tqis li l-livell notifikat ta’ sospensjoni tal-obbligi jaqbeż il-livell ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew l-indeboliment ikkawżati mill-ksur, hija tista’ tibgħat talba bil-miktub lit-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ 10 ijiem stabbilit fil-paragrafu 5 biex tiddeċiedi dwar il-kwistjoni. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 30 jum mid-data tat-talba. L-obbligi ma għandhomx jiġu sospiżi sakemm it-tribunal tal-arbitraġġ ikun ta d-deċiżjoni tiegħu. Is-sospensjoni tal-obbligi għandha tkun konsistenti ma’ din id-deċiżjoni.

7.    Is-sospensjoni tal-obbligi jew il-kumpens imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jkun temporanju u ma għandux jiġi applikat wara li:

(a)    il-Partijiet ikunu laħqu soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku skont l-Artikolu 323;

(b)    il-Partijiet ikunu qablu li l-miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità ġġib lill-Parti konvenuta f’konformità mad-dispożizzjonijiet koperti; jew



(c)    kull miżura li tittieħed sabiex tinkiseb konformità li t-tribunal tal-arbitraġġ ikun sab li kienet inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet koperti ġiet irtirata jew emendata sabiex il-Parti konvenuta tinġieb f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet koperti.

ARTIKOLU 317

Rieżami ta’ kwalunkwe miżura meħuda għall-konformità
wara l-adozzjoni ta’ miżuri temporanji

1.    Il-Parti konvenuta għandha tibgħat notifika lill-Parti lmentatriċi dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet sabiex tikkonforma wara s-sospensjoni tal-obbligi jew wara l-applikazzjoni ta’ kumpens temporanju, skont il-każ. Il-Parti lmentatriċi għandha ttemm is-sospensjoni tal-obbligi fi żmien 30 jum mill-kunsinna tan-notifika. F’każijiet fejn ikun ġie applikat kumpens, il-Parti konvenuta tista’ ttemm l-applikazzjoni ta’ tali kumpens fi żmien 30 jum mill-kunsinna tan-notifika tagħha li hija kkonformat.

2.    Jekk il-Partijiet ma jilħqux ftehim dwar jekk il-miżura notifikata ġġibx il-Parti konvenuta f’konformità mad-dispożizzjonijiet koperti fi żmien 30 jum mid-data li fiha tintbagħat in-notifika, il-Parti lmentatriċi għandha tibgħat talba bil-miktub lit-tribunal tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 46 jum mid-data meta tasal it-talba. Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ isib li l-miżura meħuda sabiex tinkiseb konformità tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet koperti, is-sospensjoni tal-obbligi jew il-kumpens, skont il-każ, għandu jintemm. Jekk ikun rilevanti, il-livell ta’ sospensjoni tal-obbligi jew ta’ kumpens għandu jiġi aġġustat fid-dawl tad-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ.



KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI KOMUNI

ARTIKOLU 318

Wasla tal-informazzjoni

1.    B’talba ta’ Parti, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, it-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jfittex mingħand il-Partijiet l-informazzjoni rilevanti li huwa jqis neċessarja u xierqa. Il-Partijiet għandhom iwieġbu minnufih u b’mod sħiħ għal kwalunkwe talba mingħand it-tribunal tal-arbitraġġ għal informazzjoni bħal din.

2.    B’talba ta’ Parti, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, it-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jfittex minn kwalunkwe sors kull informazzjoni li huwa jqis xierqa. It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ wkoll fittex l-opinjoni ta’ esperti kif iqis xieraq u soġġett għal kwalunkwe terminu u kundizzjoni miftiehma mill-Partijiet, fejn applikabbli.

3.    It-Tribunal tal-arbitraġġ għandu jikkunsidra sottomissjonijiet amicus curiae minn persuni fiżiċi ta’ Parti jew minn persuni ġuridiċi stabbiliti f’Parti f’konformità mal-Anness 29 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura.

4.    Kull informazzjoni miksuba mit-tribunal tal-arbitraġġ skont dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli għall-Partijiet u l-Partijiet jistgħu jippreżentaw kummenti dwar din l-informazzjoni lit-tribunal tal-arbitraġġ.



ARTIKOLU 319

Lista ta’ arbitri

1.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu, mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jistabbilixxi lista ta’ individwi b’għarfien espert fis-setturi koperti minn dan il-Ftehim jew mill-ftehimiet supplimentari tiegħu li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ tribunal tal-arbitraġġ. Il-lista għandha tkun ta’ mill-anqas 15-il persuna u għandha tkun magħmula minn 3 sublisti:

(a)    sublista waħda ta’ individwi stabbilita fuq il-bażi ta’ proposti mill-Unjoni;

(b)    sublista waħda ta’ individwi stabbilita abbażi ta’ proposti mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà; u

(c)    sublista waħda ta’ individwi li ma jkunu ċittadini tal-ebda Parti li għandhom iservu bħala president tat-tribunal tal-arbitraġġ.

Kull sublista għandha tinkludi mill-anqas ħames individwi. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jiżgura li l-lista tinżamm dejjem f’dan in-numru minimu ta’ individwi.

2.    Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tinkludi persuni li huma membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-Gvern ta’ Stat Membru, jew tal-Gvern tar-Renju Unit jew ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU 320

Sostituzzjoni tal-arbitri

Jekk matul il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim skont din il-Parti, arbitru ma jkunx jista’ jipparteċipa, jirtira, jew ikun jeħtieġ li jiġi sostitwit minħabba li dak l-arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 306. Il-perjodu ta’ żmien biex tingħata s-sentenza jew id-deċiżjoni għandu jiġi estiż għaż-żmien meħtieġ għall-ħatra tal-arbitru l-ġdid.

ARTIKOLU 321

Deċiżjonijiet u sentenzi tat-tribunal tal-arbitraġġ

1.    Id-deliberazzjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jinżammu kunfidenzjali. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz sabiex jabbozza sentenzi u jieħu deċiżjonijiet b’kunsens. Jekk dan ma jkunx possibbli, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jiddeċiedi dwar il-kwistjoni b’vot ta’ maġġoranza. Fl-ebda każ ma għandhom jiġu żvelati l-opinjonijiet separati tal-arbitri.

2.    Id-deċiżjonijiet u s-sentenzi tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jorbtu lill-Unjoni u lir-Renju Unit. Dawn ma għandhom joħolqu ebda dritt jew obbligu fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

3.    Id-deċiżjonijiet u s-sentenzi tat-tribunal tal-arbitraġġ ma jistgħux iżidu jew inaqqsu d-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont dan il-Ftehim jew xi ftehim supplimentari.



4.    Għal aktar ċertezza, it-tribunal tal-arbitraġġ ma għandu jkollu l-ebda ġuriżdizzjoni sabiex jiddetermina l-legalità ta’ miżura allegata li tikkostitwixxi ksur ta’ dan il-Ftehim jew ta’ kull ftehim supplimentari, skont id-dritt domestiku ta’ Parti. L-ebda sejba li ssir mit-tribunal tal-arbitraġġ meta tittieħed deċiżjoni dwar tilwima bejn il-Partijiet ma għandha torbot lill-qrati jew lit-tribunali domestiċi ta’ xi waħda mill-Partijiet dwar it-tifsira li għandha tingħata lid-dritt domestiku ta’ dik il-Parti.

5.    Kull Parti għandha tagħmel is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ disponibbli għall-pubbliku, soġġett għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

6.    L-informazzjoni mressqa mill-Partijiet lit-tribunal tal-arbitraġġ għandha tiġi ttrattata f’konformità mar-regoli ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Anness 29 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura.

ARTIKOLU 322

Sospensjoni u terminazzjoni tal-proċedimenti ta’ arbitraġġ

B’talba taż-żewġ Partijiet, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jissospendi l-ħidma tiegħu fi kwalunkwe ħin għal perjodu miftiehem mill-Partijiet u li ma jaqbiżx 12-il xahar konsekuttivi. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jerġa’ jibda l-ħidma tiegħu qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ sospensjoni b’talba bil-miktub taż-żewġ Partijiet, jew fi tmiem il-perjodu ta’ sospensjoni b’talba bil-miktub ta’ xi waħda mill-Partijiet. Il-Parti rikjedenti għandha tibgħat notifika lill-Parti l-oħra kif xieraq. Jekk Parti ma titlobx il-bidu mill-ġdid tal-ħidma tat-tribunal tal-arbitraġġ meta jiskadi l-perjodu ta’ sospensjoni, l-awtorità tat-tribunal tal-arbitraġġ għandha tiskadi u l-proċedura għas-soluzzjoni ta’ tilwim għandha tintemm. F’każ ta’ sospensjoni tal-ħidma tat-tribunal tal-arbitraġġ, il-perjodi ta’ żmien rilevanti għandhom jiġu estiżi bl-istess perjodu ta’ żmien li għalih il-ħidma tat-tribunal tal-arbitraġġ kienet sospiża.



ARTIKOLU 323

Soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku

1.    Il-Partijiet jistgħu fi kwalunkwe ħin jilħqu soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku fir-rigward ta’ kwalunkwe tilwima msemmija fl-Artikolu 301.

2.    Jekk soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku tinkiseb matul proċedimenti tal-bord, il-Partijiet għandhom jinnotifikaw b’mod konġunt is-soluzzjoni miftehma lill-President tat-tribunal tal-arbitraġġ. Wara tali notifika, il-proċedimenti tal-arbitraġġ għandhom jintemmu.

3.    Is-soluzzjoni tista’ tiġi adottata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni. Is-soluzzjonijiet miftiehma b’mod reċiproku għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Il-verżjoni żvelata lill-pubbliku ma għandhiex tinkludi xi informazzjoni li Parti tkun iddikjarat bħala kunfidenzjali.

4.    Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex timplimenta s-soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku fil-perjodu ta’ żmien miftiehem.

5.    Mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ żmien miftiehem, il-Parti li timplimenta għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar kwalunkwe miżura li għaldaqstant ħadet biex timplimenta s-soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.

ARTIKOLU 324

Perjodi ta’ żmien

1.    Il-perjodi ta’ żmien kollha stabbiliti f’din il-Parti għandhom jingħaddu f’jiem mill-jum wara l-att li jirreferu għalih.



2.    Kwalunkwe perjodu ta’ żmien imsemmi f’din il-Parti jista’ jiġi mmodifikat bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.

3.    It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ fi kwalunkwe ħin jipproponi lill-Partijiet li jimmodifikaw xi perjodu ta’ żmien imsemmi f’din il-Parti, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għall-proposta.

ARTIKOLU 325

Kostijiet

1.    Kull Parti għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha stess li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fil-proċedura tat-tribunal tal-arbitraġġ.

2.    Il-Partijiet għandhom jaqsmu flimkien u bl-istess mod l-ispejjeż li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzattivi, inklużi r-remunerazzjoni u l-ispejjeż tal-membri tat-tribunal tal-arbitraġġ. Ir-remunerazzjoni tal-arbitri għandha tkun f’konformità mal-Anness 29 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura.

ARTIKOLU 326

Annessi

1.    Il-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ tilwim stabbiliti f’din il-Parti għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta’ proċedura stabbiliti fl-Anness 29 dwar ir-regoli ta’ Proċedura u mwettqa skont l-Anness 30 dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta.

2.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jemenda l-Anness dwar ir-Regoli ta’ proċedura u l-Anness dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta.



ARTIKOLU 327

Proċeduri speċjali għal miżuri ta’ rimedju

1.    Għall-finijiet tal-Artikolu 209, dan it-Titolu japplika bil-modifiki stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.    B’deroga mill-Artikolu 306 u l-Anness 29 jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar il-kompożizzjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ fi żmien jumejn, il-kopresident tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mill-Parti li tressaq l-ilment għandu jagħżel, mhux aktar tard minn jum wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ jumejn, arbitru bil-polza mis-sublista ta’ kull Parti u l-president tat-tribunal tal-arbitraġġ bil-polza mis-sublista ta’ presidenti stabbilita skont l-Artikolu 319. Il-kopresident tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mill-Parti lmentatriċi jista’ jiddelega tali għażla bil-polza tal-arbitru jew tal-president. Kull individwu għandu jikkonferma d-disponibbiltà tiegħu liż-żewġ Partijiet fi żmien jumejn mid-data li fiha jkun ġie infurmat bil-ħatra tiegħu. Il-laqgħa organizzattiva msemmija fir-Regola 10 tal-Anness 29 għandha ssir fi żmien jumejn mit-twaqqif tat-tribunal tal-arbitraġġ.

3.    B’deroga mir-Regola 13 tal-Anness 29 il-Parti lmentatriċi għandha tippreżenta s-sottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn sebat ijiem wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ. Il-Parti konvenuta għandha tippreżenta s-sottomissjoni bil-miktub tagħha sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara d-data tal-wasla tas-sottomissjoni bil-miktub tal-Parti lmentatriċi. It-Tribunal tal-arbitraġġ għandu jaġġusta kwalunkwe perjodu ta’ żmien rilevanti ieħor tal-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim kif meħtieġ biex jiżgura t-twassil fil-ħin tar-rapport.



4.    L-Artikolu 311 ma japplikax u referenzi għad-deċiżjoni f’dan it-Titolu għandhom jinqraw bħala referenzi għad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 209(10).

5.    B’deroga mill-Artikolu 315, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet fi żmien 30 jum mid-data meta tasal it-talba.

IS-SEBA’ PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

ARTIKOLU 328

Ambitu Territorjali

Dan il-Ftehim japplika:

(a)    it-territorji li għalihom huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati; u

(b)    it-territorju ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU 329

Relazzjoni ma’ ftehimiet oħrajn

1.    Dan il-Ftehim mhuwiex ftehim supplimentari għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2 (Ftehimiet supplimentari) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

2.    Dan il-Ftehim u kwalunkwe ftehim supplimentari japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bilaterali preċedenti dwar Ġibiltà bejn ir-Renju Unit, minn naħa waħda, u l-Unjoni, min-naħa l-oħra. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-obbligu tagħhom li jimplimentaw kull tali ftehim.

ARTIKOLU 330

Rieżami

Il-Partijiet għandhom jirrieżaminaw b’mod konġunt l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u l-ftehimiet supplimentari u kwalunkwe kwistjoni relatata magħhom 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u b’mod regolari wara dan.



ARTIKOLU 331

Informazzjoni kunfidenzjali

1.    Xejn f’dan il-Ftehim jew fi kwalunkwe ftehim supplimentari ma għandu jiġi interpretat bħala li jirrikjedi li Parti tagħmel disponibbli informazzjoni kunfidenzjali, li d-żvelar tagħha tkun timpedixxi l-infurzar tal-liġi, jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, jew li tkun tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ intrapriżi partikolari, pubbliċi jew privati, ħlief meta tribunal tal-arbitraġġ jirrikjedi tali informazzjoni kunfidenzjali fi proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Parti Sitta jew bord ta’ esperti skont it-Titolu I tat-Tielet Parti. F’każijiet bħal dawn, it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jiżgura li l-kunfidenzjalità tkun protetta bis-sħiħ f’konformità mal-Anness 29 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura.

2.    Meta Parti tippreżenta informazzjoni lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jew lil Kumitati Speċjalizzati li hija kkunsidrata kunfidenzjali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali, sakemm il-Parti li tissottomettiha ma taqbilx mod ieħor.

ARTIKOLU 332

Informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

Xejn f’dan il-Ftehim jew f’xi ftehim supplimentari ma għandu jiġi interpretat bħala li jirrikjedi li Parti tagħmel disponibbli informazzjoni klassifikata.

Il-partijiet għandhom jaqblu dwar l-istruzzjonijiet ta’ trattament biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni klassifikata u materjal skambjat bejniethom.



ARTIKOLU 333

Partijiet integrali ta’ dan il-Ftehim

1.    Il-protokolli , l-Annessi, l-Appendiċijiet u n-noti f’qiegħ il-paġna għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

2.    Kull wieħed mill-Annessi ta’ dan il-Ftehim, inkluż l-appendiċi tiegħu, għandu jifforma parti integrali mill-Parti, mit-Titolu, mill-Kapitolu jew mill-Protokoll li jirreferi għal dak l-Anness jew li għalih issir referenza f’dak l-Anness.

ARTIKOLU 334

Terminazzjoni

Kull Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim b’notifika bil-miktub b’mezzi diplomatiċi. Dan il-Ftehim u kull ftehim supplimentari ma għandhomx jibqgħu fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tnax-il xahar wara d-data tan-notifika.

ARTIKOLU 335

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim għandu jitfassal b’mod duplikat bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u kull test ikun ugwalment awtentiku.



ARTIKOLU 336

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih iż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom għall-istabbiliment tal-kunsens tagħhom li jintrabtu.

2.    Il-partijiet jistgħu jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim b’mod proviżorju minn data qabel il-jum imsemmi fil-paragrafu 1, dment li qabel id-data minn meta dan il-Ftehim jiġi applikat b’mod proviżorju l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-fatt li l-pjan ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 7 u l-arranġamenti amministrattivi msemmija fl-Artikoli 29, 33, 38, 55, 56, 251, 260, 265 u SSC.31 ikunu fis-seħħ u jkunu ġew implimentati bis-sħiħ, u li l-miżuri deskritti fl-Artikolu 258 ikunu fis-seħħ.

3.    L-applikazzjoni proviżorja għandha tieqaf fil-jum imsemmi fil-paragrafu 1.

4.    Mid-data minn meta dan il-Ftehim jiġi applikat proviżorjament, il-Partijiet għandhom jifhmu r-referenzi f’dan il-Ftehim għad-“data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim” jew għad-“dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim” bħala referenzi għad-data minn meta dan il-Ftehim jiġi applikat proviżorjament.

5.    It-titoli I sa IV tat-Tieni Parti, it-Titolu II tat-Tielet Parti u t-Titolu III tar-Raba’ Parti għandhom jieqfu japplikaw mill-jum li fih l-arranġamenti amministrattivi msemmija fl-Artikoli 29, 33, 38, 55, 56, 251, 260, 265 u SSC.31 jiġu sospiżi jew terminati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tagħhom. Huma għandhom jibdew japplikaw mill-ġdid mill-jum li fih titneħħa s-sospensjoni ta’ dawn l-arranġamenti amministrattivi jew li fih jiġu konklużi arranġamenti amministrattivi ġodda.

ANNESS 1

LISTA TA’ INSTRUMENTI
IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(5) TA’ DAN IL-FTEHIM

1.    Konvenzjoni fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini Kontra l-Persunal u fuq id-distruzzjoni Tagħhom, adottata f’Oslo fit-18 ta’ Settembru 1997;

2.    It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, adottat fi New York, fit-2 ta’ April 2013;

3.    Il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali, li Jistgħu Jitqiesu li Huma ta’ Ħsara Eċċessiva jew li Għandhom Effetti Indiskriminati, adottata f’Ġinevra, fl-10 ta’ Ottubru 1980, u l-Protokolli li ġejjin tagħha:

   Il-Protokoll I (dwar il-Fragmenti li mhumiex osservabbli ) għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali li jistgħu jitqiesu li huma ta’ Ħsara Eċċessiva jew li għandhom Effetti Indiskriminati, adottat f’Ġinevra fl-10 ta’ Ottubru 1980;

   Il-Protokoll II (dwar il-Mini, Bombi Moħbija u Tagħmir Ieħor) għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali li jistgħu jitqiesu li huma ta’ Ħsara Eċċessiva jew li għandhom Effetti Indiskriminati, adottat f’Ġinevra fit-3 ta’ Mejju 1996;



   Il-Protokoll III (dwar l-Armi Inċendjarji) għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali li jistgħu jitqiesu li huma ta’ Ħsara Eċċessiva jew li għandhom Effetti Indiskriminati, adottat f’Ġinevra fl-10 ta’ Ottubru 1980;

   Il-Protokoll IV (dwar Armi Laser li Jagħmew) għall-Konvenzjoni dwar Projbizzjonijiet u Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali li jistgħu jitqiesu li huma ta’ Ħsara Eċċessiva jew li għandhom Effetti Indiskriminati, adottat fi Vjenna fit-13 ta’ Ottubru 1995;

   Il-Protokoll V (dwar Fdalijiet Splussivi tal-Gwerra) għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjonijiet u r-Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta’ Ċerti Armi Konvenzjonali li jistgħu jitqiesu li huma ta’ Ħsara Eċċessiva jew li għandhom Effetti Indiskriminati, adottat f’Ġinevra fit-28 ta’ Novembru 2003.

4.    Il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet Dispersivi, adottata f’Dublin fit-30 ta’ Mejju 2008.

_______________

ANNESS 2

IL-LISTA TA’ STRUMENTI
MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 13(1) TAL-FTEHIM

1.    Il-Konvenzjoni dwar l-Immarkar ta’ Splussivi tal-Plastik għall-Iskop ta’ Detezzjoni, adottata f’Montreal, l-1 ta’ Marzu 1991;

2.    Il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti Terroristiċi bil-Bombi, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York fil-15 ta’ Diċembru 1997;

3.    Il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York fid-9 ta’ Diċembru 1999;

4.    Il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York fit-13 ta’ April 2005.

________________

ANNESS 3

LISTA TAL-LIĠI TAL-UNJONI
IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 14 TA’ DAN IL-FTEHIM

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data);

2.    Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI;

3.    (2010/625/UE): ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta’ Ottubru 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali f’Andorra (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7084);

4.    (2003/490/KE): ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Ġunju 2003 bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali fl-Arġentina;



5.    (2002/2/KE): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2001 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tat-tagħrif personali provduta bl-Att Kanadiż dwar il-Protezzjoni tat-Tagħrif Personali u d-Dokumenti Elettroniċi (notifikata bid-dokument numru C(2001) 4539);

6.    (2010/146/KE): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni pprovduta mill-Att tal-Gżejjer Faroe dwar l-Ipproċessar ta’ Data Personali (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1130);

7.    (2003/821/KE): ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Novembru 2003 fuq il-protezzjoni adegwata ta’ data personali fil-Guernsey (notifikata bid-dokument numru C(2003) 4309);

8.    (2011/61/UE): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2011 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mill-Istat ta’ Iżrael fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali (notifikata bid-dokument numru C(2011) 332);

9.    (2004/411/KE): ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-28 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali fl-Isle of Man (notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 1556);

10.    (2019/304/UE): Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/419 tat-23 ta’ Jannar 2019 skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta’ data personali mill-Ġappun skont l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informazzjoni Personali (notifikata bid-dokument numru C(2019) 304);



11.    (2008/393/KE): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2008 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali f’Jersey (notifikata bid-dokument numru C(2008) 1746);

12.    (2013/65/UE): Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2012 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali min-New Zealand (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9557);

13.    (2021/9316/UE): Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/254 tas-17 ta’ Diċembru 2021 skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mir-Repubblika tal-Korea skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (notifikata bid-dokument C(2021) 9316);

14.    (2000/518/KE): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2000 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta’ data personali pprovduta fl-Iżvizzera (notifikata bid-dokument numru C(2000) 2304);

15.    (2021/4800/UE): Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1772 tat-28 ta’ Ġunju 2021 skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta’ data personali mir-Renju Unit (notifikata bid-dokument C(2021)4800), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19.12.2025 (notifikata bid-dokument C(2021)4800);



16.    (2021/4801): Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1773 tat-28 ta’ Ġunju 2021 skont id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta’ data personali mir-Renju Unit (notifikata bid-dokument C(2021)4801), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19.12.2025 (notifikata bid-dokument C(2021)4801);

17.    (2023/4745/UE): Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni UE 2023/1795 tal-10 ta’ Lulju 2023 skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali skont il-Qafas dwar il-Privatezza tad-Data UE-Stati Uniti.(notifikata bid-dokument C(2023) 4745);

18.    (2012/484/UE): Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2012 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5704);

19.    (2025/4626/UE): Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1382 tal-15 ta’ Lulju 2025 skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi (notifikata bid-dokument C(2025) 4626);

20.    (2021/3972/UE): Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/914 tal-4 ta’ Ġunju 2021 dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

________________

ANNESS 4

IL-LISTA TA’ STRUMENTI
MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 17 TAL-FTEHIM

KOOPERAZZJONI NUKLEARI ĊIVILI

PARTI 1

1.    Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari, adottata fi Vjenna fit-3 ta’ Marzu 1980 u li daħlet fis-seħħ b’mod ġenerali fit-8 ta’ Frar 1987, u l-emenda għal dik il-Konvenzjoni magħmula fi Vjenna fit-8 ta’ Lulju 2005 u li daħlet fis-seħħ b’mod ġenerali fit-8 ta’ Mejju 2016 (“CPPNM Emendat”);

2.    Il-Protokoll tat-12 ta’ Frar 2004 għall-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà ta’ Partijiet Terzi fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari konkluż f’Pariġi fid-29 ta’ Lulju 1960, kif emendat mill-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta’ Jannar 1964 u mill-Protokoll tas-16 ta’ Novembru 1982;

3.    Il-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, adottata fi Vjenna fis-17 ta’ Ġunju 1994;

4.    Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Karburant Użat u dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Skart Radjuattiv, adottata fi Vjenna fil-5 ta’ Settembru 1997;

5.    Il-Konvenzjoni dwar in-Notifika Rapida ta’ Inċident Nukleari, adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika li ltaqgħet f’sessjoni speċjali fi Vjenna fis-26 ta’ Settembru 1986;



6.    Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza fil-Każ ta’ Inċident Nukleari jew Emerġenza Radjoloġika, adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika li ltaqgħet f’sessjoni speċjali fi Vjenna fis-26 ta’ Settembru 1986.

PARTI 2

1.    Il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sikurezza u s-Sigurtà ta’ Sorsi Radjuattivi approvat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fit-8 ta’ Settembru 2003;

2.    Gwida dwar il-ġestjoni ta’ sorsi radjuattivi mhux użati kif approvata mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fit-8 ta’ Settembru 2003 fil-11 ta’ Settembru 2017;

3.    Gwida dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sorsi radjuattivi kif riveduta bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fit-12 ta’ Settembru 2011;

4.    L-Anness C tal-Linji Gwida għat-Trasferimenti Nukleari stabbiliti fid-dokument INFCIRC/254/Parti 1 u 2 tal-IAEA;

5.    Ir-rakkomandazzjonijiet INFCIRC/225/Rev.5 tal-IAEA (Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sigurtà Nukleari dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u tal-Faċilitajiet Nukleari).

________________

ANNESS 5

KOOPERAZZJONI NUKLEARI ĊIVILI – ARRANĠAMENTI OPERAZZJONALI
GĦAL NOTIFIKA U ASSISTENZA BIKRIJA

F’KAŻ TA’ INĊIDENTI NUKLEARI

KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 17 TAL-FTEHIM

L-arranġamenti operazzjonali eżistenti għan-notifika internazzjonali ta’ inċidenti kemm ċivili kif ukoll ta’ difiża, inklużi aċċidenti u emerġenzi tat-tip ikkontemplat minn kull waħda mill-Konvenzjoni dwar in-Notifika Bikrija ta’ Inċident Nukleari adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika li ltaqgħet f’sessjoni speċjali fi Vjenna fis-26 ta’ Settembru 1986 u l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza fil-Każ ta’ Inċident Nukleari jew Emerġenza Radjoloġika adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika li ltaqgħet f’sessjoni speċjali fi Vjenna fis-26 ta’ Settembru 1986, bħalissa qed jinżammu fil-gwida ta’ rispons operazzjonali tad-Dipartiment tar-Renju Unit għas-Sigurtà tal-Enerġija u l-Emissjonijiet Żero Netti (DESNZ). In-notifika ta’ inċident bħal dan f’Ġibiltà jew li jaffettwa lil Ġibiltà hija parti minn dawn l-arranġamenti. Fil-qosor, jekk il-Kwartieri Ġenerali operazzjonali tal-Flotta Navali Rjali jiġu avżati dwar inċident ta’ din in-natura, huma jinnotifikaw lill-Ministeru tad-Difiża tar-Renju Unit (MOD). Min-naħa tiegħu, il-MOD se jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibiltà, sabiex il-pjanijiet ta’ emerġenza tagħhom ikunu jistgħu jiġu implimentati mingħajr dewmien, u lid-DESNZ, filwaqt li jipprovdi biżżejjed informazzjoni dwar l-inċidenza, sabiex DESNZ tkun tista’ twettaq notifika tal-IAEA permezz tas-Sistema Unifikata tal-IAEA għall-Iskambju ta’ Informazzjoni f’Inċidenti u Emerġenzi (USIE) fi żmien sagħtejn (2) minn meta tiġi nnotifikata. Bl-istess mod, DESNZ se tittratta kwalunkwe talba għal assistenza li tirċievi minn Ġibiltà permezz tas-sistema RANET jew mod ieħor. Minħabba r-riskji transfruntiera f’dawn it-tipi ta’ inċidenti, ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà jimpenja ruħu li jistabbilixxi kanal bilaterali reċiproku dirett ta’ notifika ma’ Spanja.

________________

ANNESS 6

REGOLI TA’ PROĊEDURA
TAL-KUNSILL TA’ KOOPERAZZJONI U TAL-KUMITATI SPEĊJALIZZATI

MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22 U 23

TAL-FTEHIM

REGOLA 1

President

1.    L-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rispett ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lil xulxin bl-isem, il-pożizzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kopresidenti maħtura rispettivi tagħhom. Il-kopresident jitqies li jkollu l-awtorizzazzjoni li jirrappreżenta, rispettivament, lill-Unjoni jew lir-Renju Unit sad-data li fiha kopresident ġdid ikun innotifikat lill-Parti l-oħra.

2.    Id-deċiżjonijiet tal-kopresidenti previsti minn dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jittieħdu b’kunsens reċiproku.

3.    Il-kopresident jista’ jiġi sostitwit minn persuna nominata għal laqgħa partikolari. Il-kopresident, jew il-persuna nominata, għandha tinnotifika lill-kopresident l-ieħor u lis-Segretarjat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bin-nomina kmieni kemm jista’ jkun. Kull referenza f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għall-kopresidenti għandha tinftiehem li tinkludi persuna nominata.



REGOLA 2

Segretarjat

Is-Segretarjat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni (is-“Segretarjat”) għandu jkun magħmul minn uffiċjal tal-Unjoni u uffiċjal tal-Gvern tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Is-Segretarjat għandu jwettaq il-kompiti li jingħatawlu permezz ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. L-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lil xulxin bl-isem, il-pożizzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal li huwa l-membru tas-Segretarjat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għall-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, rispettivament. Dan l-uffiċjal jitqies li jkompli jaġixxi bħala membru tas-Segretarjat għall-Unjoni jew għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, sad-data li fiha l-Unjoni jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikunu nnotifikaw membru ġdid.

REGOLA 3

Laqgħat

1.    Kull laqgħa tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandha tissejjaħ mis-Segretarjat f’data u ħin miftiehma mill-kopresidenti. Meta l-Unjoni jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikunu bagħtu talba għal laqgħa permezz tas-Segretarjat, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jagħmel ħiltu biex jiltaqa’ fi żmien 30 jum minn tali talba, jew qabel f’każijiet previsti f’dan il-Ftehim.



2.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jorganizza l-laqgħat tiegħu b’mod alternat fi Brussell u f’Londra, sakemm il-kopresidenti ma jiddeċidux mod ieħor.

3.    B’deroga mill-paragrafu 2, il-kopresidenti jistgħu jaqblu li laqgħa tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni ssir permezz ta’ vidjokonferenza jew telekonferenza.

REGOLA 4

Parteċipazzjoni fil-laqgħat

1.    Fi żmien raġonevoli qabel kull laqgħa, l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà għandhom jinfurmaw lil xulxin permezz tas-Segretarjat dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom u għandhom jispeċifikaw l-isem u l-funzjoni ta’ kull membru tad-delegazzjoni.

2.    Fejn xieraq, il-kopresidenti jistgħu, b’kunsens reċiproku, jistiednu esperti (jiġifieri uffiċjali mhux governattivi) biex jattendu laqgħat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett speċifiku u biss għall-partijiet tal-laqgħa fejn tali suġġetti speċifiċi jiġu diskussi.



REGOLA 5

Dokumenti

Id-dokumenti bil-miktub li fuqhom huma bbażati d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati lill-Unjoni u lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, mis-Segretarjat.

REGOLA 6

Korrispondenza

1.    L-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jibagħtu l-korrispondenza tagħhom indirizzata lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni permezz tas-Segretarjat. Tali korrispondenza tista’ tintbagħat fi kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni bil-miktub, inkluż permezz tal-posta elettronika.

2.    Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni titwassal lill-kopresidenti u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, f’konformità mar-Regola 5.

3.    Il-korrispondenza kollha mill-kopresidenti jew indirizzata direttament lilhom għandha tintbagħat lis-Segretarjat u għandha tiġi ċċirkolata fejn xieraq, f’konformità mar-Regola 5.



REGOLA 7

Aġenda tal-laqgħat

1.    Għal kull laqgħa, għandu jitfassal abbozz tal-aġenda proviżorja mis-Segretarjat. Din għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-kopresidenti sa mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel id-data tal-laqgħa.

2.    L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti mitluba mill-Unjoni jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Kwalunkwe tali talba, flimkien ma’ kwalunkwe dokument rilevanti, għandha tiġi ppreżentata lis-Segretarjat mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.    Il-kopresidenti għandhom jiddeċiedu dwar l-aġenda proviżorja għal laqgħa mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel id-data tal-laqgħa.

4.    L-aġenda għandha tkun approvata mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni fil-bidu ta’ kull laqgħa. Fuq talba mill-Unjoni jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jiżdiedu punti oħra mal-aġenda b’kunsens.

5.    Il-kopresidenti, b’kunsens reċiproku, jistgħu jqassru jew itawlu l-perjodi ta’ żmien speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ każ partikolari.



REGOLA 8

Minuti

1.    L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa għandu jitħejja mill-uffiċjal li jaġixxi bħala membru tas-Segretarjat tal-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa, fi żmien 15-il jum wara li tintemm il-laqgħa, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-kopresidenti. L-abbozz tal-minuti għandu jintbagħat lill-membru tas-Segretarjat maħtur mill-Parti l-oħra għall-kummenti. Din tal-aħħar tista’ tippreżenta kummenti fi żmien sebat ijiem mid-data li fiha tirċievi l-abbozz tal-minuti.

2.    Il-minuti għandhom, bħala regola, jagħmlu sinteżi ta’ kull punt fl-aġenda, u jispeċifikaw fejn applikabbli:

(a)    id-dokumenti ppreżentati lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni;

(b)    kull dikjarazzjoni li wieħed mill-kopresidenti jkun talab li tiddaħħal fil-minuti; u

(c)    id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet miftiehma u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

3.    Il-minuti għandhom jinkludu bħala anness lista tal-parteċipanti li tistabbilixxi l-ismijiet u l-funzjonijiet tal-individwi kollha li attendew il-laqgħa f’isem kull delegazzjoni.



4.    Is-Segretarjat għandu jaġġusta l-abbozz tal-minuti fuq il-bażi tal-kummenti li jkun irċieva u l-abbozz tal-minuti, kif rivedut, għandu jiġi approvat mill-kopresidenti fi żmien 28 jum mid-data tal-laqgħa, jew sa kwalunkwe data oħra maqbula mill-kopresidenti. Ladarba approvati, iż-żewġ verżjonijiet tal-minuti għandhom jiġu awtentikati bil-firem tal-membri tas-Segretarjat. L-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jirċievu kull waħda minn dawn il-verżjonijiet awtentiċi. Il-kopresidenti jistgħu jaqblu li l-iffirmar u l-iskambju ta’ kopji elettroniċi jissodisfaw dan ir-rekwiżit.

REGOLA 9

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.    Fil-perjodu bejn il-laqgħat, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet permezz ta’ proċedura bil-miktub. It-test ta’ abbozz ta’ deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandu jiġi ppreżentat bil-miktub minn kopresident lill-kopresident l-ieħor fil-lingwa operattiva tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni. Il-parti l-oħra għandu jkollha xahar, jew kwalunkwe perjodu itwal ta’ żmien speċifikat mill-Parti li qed tagħmel il-proposta, biex tesprimi l-qbil tagħha dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni jew rakkomandazzjoni. Jekk il-Parti l-oħra ma tesprimix qbil. Id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni proposta għandha tiġi diskussa u tista’ tiġi adottata fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni. L-abbozzi ta’ deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala adottati ladarba l-Parti l-oħra tesprimi l-qbil tagħha u għandha tiġi rreġistrata fil-minuti tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni skont ir-Regola 8.



2.    Jekk il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet, il-kliem “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni”, rispettivament, għandhom jiddaħħlu fit-titolu ta’ tali atti. Is-Segretarjat għandu jirreġistra kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni taħt numru ta’ serje u b’referenza għad-data tal-adozzjoni tagħhom.

3.    Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill ta’ Koperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data li fiha jidħlu fis-seħħ.

4.    Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandhom jiġu stabbiliti f’żewġ kopji fil-lingwi awtentiċi u ffirmati mill-kopresidenti u għandhom jintbagħtu mis-Segretarjat lill-Unjoni u lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, immedjatament wara l-iffirmar. Il-kopresidenti jistgħu jaqblu li l-iffirmar u l-iskambju ta’ kopji elettroniċi jissodisfaw ir-rekwiżit għal firma.

REGOLA 10

Trasparenza

1.    Il-kopresidenti jistgħu jaqblu li l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jiltaqa’ fil-pubbliku.

2.    Kull Parti tista’ tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni fil-ġurnal uffiċjali rispettiv jew online.

3.    Jekk l-Unjoni jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jippreżentaw lill-Kunsill ta’ Sħubija informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali jew protetta milli tkun żvelata skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni li tkun irċeviet bħala kunfidenzjali.



4.    L-aġendi proviżorji tal-laqgħat għandhom isiru pubbliċi qabel ma ssir il-laqgħa tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni. Il-minuti tal-laqgħat għandhom isiru pubbliċi wara li jiġu approvati skont ir-Regola 8.

5.    Il-pubblikazzjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha ssir f’konformità mar-regoli applikabbli taż-żewġ Partijiet dwar il-protezzjoni tad-data.

REGOLA 11

Lingwi

1.    Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u tar-Renju Unit.

2.    Il-lingwa operattiva tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandha tkun l-Ingliż. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-kopresidenti, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumenti mħejjija bl-Ingliż.

3.    Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jadotta deċiżjonijiet dwar l-emenda jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim fil-lingwi tat-testi awtentiċi ta’ dan il-Ftehim. Id-deċiżjonijiet l-oħra kollha tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, inklużi dawk fejn dawn ir-Regoli ta’ Proċedura huma emendati, għandhom jiġu adottati fil-lingwa ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 2.



REGOLA 12

Spejjeż

1.    L-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom ilaħħqu ma’ kwalunkwe spiża li jġarrbu bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni.

2.    L-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-parti li tospita l-laqgħa.

3.    In-nefqa marbuta mal-interpretazzjoni lejn u mil-lingwa/i ta’ ħidma tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni fil-laqgħat għandha titħallas mill-parti li titlob tali interpretazzjoni.

4.    Kull Parti għandha tkun responsabbli għat-traduzzjoni ta’ deċiżjonijiet u dokumenti oħra fil-lingwa/i uffiċjali tagħha stess, jekk meħtieġ skont ir-Regola 11, bi spejjeż tagħha stess.

REGOLA 13

Kumitati

1.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ din ir-Regola, ir-Regoli minn 1 sa 12 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Kumitati.

2.    Il-kumitati għandhom jinfurmaw lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bl-iskedi u l-aġenda tal-laqgħat tagħhom fi żmien suffiċjenti qabel il-laqgħat tagħhom, u għandhom jirrapportaw lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni dwar ir-riżultati u l-konklużjonijiet ta’ kull waħda mil-laqgħat tagħhom.

________________

ANNESS 7

ANNESS
ANNESS IMSEMMI FL-ARTIKOLU 29(10)
TAL-FTEHIM

Infrastruttura tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera fil-port u l-ajruport ta’ Ġibiltà

1.    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiżguraw li l-infrastruttura meħtieġa għat-tħaddim tal-punti ta’ qsim tal-fruntieri skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fil-port u l-ajruport ta’ Ġibiltà tkun fis-seħħ u miżmuma. L-infrastruttura pprovduta għandha tkun xierqa għall-volumi ta’ flussi tat-traffiku f’dawn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera u l-ħtieġa li jiġi żgurat livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontroll f’dawn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera f’konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

2.    L-infrastruttura f’dawn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera għandha tkun konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u b’mod partikolari l-punti 2 (fruntieri tal-ajru) u l-punti 3 (fruntieri tal-baħar) tal-Anness VI sabiex l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jkunu jistgħu jwettqu verifiki fuq il-fruntieri f’konformità mar-rekwiżiti skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Għandhom jiġu pprovduti faċilitajiet xierqa li jippermettu t-twettiq ta’ kontrolli bir-reqqa fiż-Żona tal-Kontrolli tat-Tieni Linja. L-infrastruttura għandha tippermetti wkoll il-forniment ta’ korsiji separati, kif preskritt mill-Artikolu 10 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u l-Anness III tiegħu.



3.    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li l-operatur (i) tal-ajruport jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdu l-infrastruttura biex jisseparaw fiżikament il-flussi ta’ passiġġieri fuq titjiriet lejn jew minn Stati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ mill-flussi ta’ passiġġieri fuq titjiriet oħra u biex jipprevjenu persuni mhux awtorizzati milli jidħlu u joħorġu minn żoni riżervati, bħal żoni ta’ tranżitu. Għal dak l-għan għandha tiġi stabbilita infrastruttura xierqa.

4.    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li l-operatur(i) tal-port jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdu l-infrastruttura għall-kontrolli li għandhom jitwettqu f’żona xierqa allokata għal dak l-għan fil-viċinanza immedjata tal-port, dment li ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(3).

Obbligu fuq il-kaptani ta’ titjiriet privati u l-kaptani ta’ bastimenti

5.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li l-kaptan ta’ titjira privata li tinżel jew titlaq fl-ajruport ta’ Ġibiltà minn jew lejn pajjiżi li mhumiex Stati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-punt 2.3 tal-Anness VI tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, u b’mod partikolari li qabel it-tluq, dikjarazzjoni ġenerali li tinkludi inter alia pjan tat-titjira skont l-Anness 2 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u informazzjoni dwar l-identità tal-passiġġieri tingħata simultanjament u mingħajr dewmien kemm lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



6.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li għall-bastimenti, inklużi bastimenti tal-kruċiera, dgħajjes għar-rikreazzjoni, laneċ u bastimenti tal-merkanzija, il-kaptan, l-aġent tal-bastiment jew xi persuna oħra debitament awtorizzata mill-kaptan jew awtentikata b’mod miftiehem mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, b’mod partikolari l-obbligu li jfasslu u jippreżentaw listi tal-ekwipaġġ u listi tal-passiġġieri, jirrapportaw bidliet f’dawn il-listi, u jindikaw il-preżenza ta’ passiġġieri klandestini simultanjament u mingħajr dewmien kemm lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

__________________

ANNESS 8

LISTA TA’ REATI KRIMINALI
MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 55 U
56 TAL-FTEHIM

Lista ta’ reati kriminali:

(a)    terroriżmu,

(b)    il-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

(c)    omiċidju u offiżi gravi fuq il-persuna,

(d)    omiċidju involontarju,

(e)    serq organizzat jew bl-użu ta’ armi,

(f)    l-isfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija tat-tfal,

(g)    stupru,

(h)    ħruq doluż,

(i)    kriminalità tal-informatika,

(j)    falsifikar ta’ flus,

(k)    falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti,



(l)    falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom,

(m)    serq aggravat bil-vjolenza u meta wieħed jirċievi merkanzija misruqa,

(n)    korruzzjoni, inkluż tixħim,

(o)    frodi,

(p)    rikattar organizzat u estorsjoni,

(q)    truffa,

(r)    il-ħasil ta’ rikavat tal-kriminalità,

(s)    il-ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali u t-teħid ta’ ostaġġi,

(t)    traffikar tal-bnedmin,

(u)    kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem,

(v)    faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati,

(w)    razziżmu u ksenofobija,

(x)    it-traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u f’sustanzi psikotropiċi,

(y)    traffikar illeċitu ta’ oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,

(z)    it-traffikar illeċitu f’armi, f’munizzjon u fi splussivi,



(aa)    traffikar ta’ vetturi misruqa,

(bb)    ħsara volontarja permess ta’ l-użu ta’ splussivi,

(cc)    trasport illeċitu ta’ skart tossiku u perikoluż,

(dd)    reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu fi speċi ta’ annimali fil-periklu u fi speċi u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu,

(ee)    it-traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi oħrajn ta’ tkabbir,

(ff)    it-traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi,

(gg)    reati li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

(hh)    ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru/bastimenti, inġenji tal-ispazju,

(ii)    sabotaġġ.

U, barra minn hekk, ir-reati li ġejjin għall-finijiet tal-Artikolu 55:

ir-reati kriminali l-oħra kollha li jistgħu jwasslu għal estradizzjoni jew konsenja u, fejn ikunu konformi mad-dritt nazzjonali, jevadu wkoll il-kontrolli mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

U, barra minn hekk, ir-reati li ġejjin għall-finijiet tal-Artikolu 56:

ir-reati kriminali l-oħra kollha li jistgħu jwasslu għal estradizzjoni jew konsenja, iżda wkoll fir-rigward ta’ persuni li jistgħu jwasslu għall-identifikazzjoni jew it-traċċar ta’ tali persuni suspettati.

________________

ANNESS 9

LISTA TAD-DRITT TAL-UNJONI
MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 
63 TAL-FTEHIM

Għall-finijiet tal-Artikolu 63, il-punti li ġejjin tad-Dritt tal-Unjoni għandhom japplikaw ukoll:

1.    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/JHA tat-28 ta’ Novembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-tranżitu u r-residenza mhux awtorizzati;

2.    Id-Direttiva (UE) 2021/555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (kodifikazzjoni);

3.    Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-tranżitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni;



4.    Ir-Regolament (UE) Nru 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013;

5.    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi.

________________

ANNESS 10

FOROM TA’ REATI LI JAQGĦU TAĦT IL-KOMPETENZA TAL-EUROPOL

Forom ta’ kriminalità li għalihom hija kompetenti l-EUROPOL kif imsemmi fl-Artikolu 75 tal-Ftehim:

(a)    Terroriżmu;

(b)    Kriminalità organizzata;

(c)    Traffikar tad-droga;

(d)    Attivitajiet ta’ ħasil tal-flus;

(e)    Reati konnessi ma’ sustanzi nukleari u radjuattivi;

(f)    Faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni;

(g)    It-traffikar tal-bnedmin;

(h)    Reati konnessi ma’ vetturi bil-mutur;

(i)    Qtil u offiża gravi fuq il-persuna;

(j)    Il-kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem;



(k)    Il-ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali u t-teħid ta’ ostaġġi;

(l)    Razziżmu u ksenofobija;

(m)    Serq u serq aggravat;

(n)    Traffikar illeċitu ta’ oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti;

(o)    Truffa u frodi;

(p)    Kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(q)    Abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq finanzjarju;

(r)    Rikattar organizzat u estorsjoni;

(s)    Falsifikazzjoni u piraterija tal-prodotti;

(t)    Il-falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar ta’ dawn;

(u)    Falsifikazzjoni ta’ flus u mezzi ta’ ħlas;

(v)    Kriminalità tal-informatika;

(w)    Korruzzjoni;

(x)    Traffikar illeċitu fl-armi, ammunizzjon u splussivi;



(y)    Traffikar illeċitu fi speċijiet ta’ annimali fil-periklu;

(z)    Traffikar illeċitu fi speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu;

(aa)    Reati ambjentali, inkluż it-tniġġis mill-bastimenti;

(bb)    It-traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi oħrajn ta’ tkabbir;

(cc)    Abbuż sesswali u sfruttament sesswali, inkluż materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal u s-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali;

(dd)    Ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.

________________

ANNESS 11

FOROM TA’ REATI SERJI LI JAQGĦU TAĦT IL-KOMPETENZA TAL-EUROJUST

Forom ta’ kriminalità serja li għalihom l-EUROJUST hija kompetenti kif imsemmi fl-Artikoli 89 u 92 tal-Ftehim:

(a)    Terroriżmu;

(b)    Kriminalità organizzata;

(c)    Traffikar tad-droga;

(d)    Attivitajiet ta’ ħasil tal-flus;

(e)    Reati konnessi ma’ sustanzi nukleari u radjuattivi;

(f)    Faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni;

(g)    It-traffikar tal-bnedmin;

(h)    Reati konnessi ma’ vetturi bil-mutur;

(i)    Qtil u offiża gravi fuq il-persuna;

(j)    Il-kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem;



(k)    Il-ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali u t-teħid ta’ ostaġġi;

(l)    Razziżmu u ksenofobija;

(m)    Serq u serq aggravat;

(n)    Traffikar illeċitu ta’ oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti;

(o)    Truffa u frodi;

(p)    Kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(q)    Abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq finanzjarju;

(r)    Rikattar organizzat u estorsjoni;

(s)    Falsifikazzjoni u piraterija tal-prodotti;

(t)    Il-falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar ta’ dawn;

(u)    Falsifikazzjoni ta’ flus u mezzi ta’ ħlas;

(v)    Kriminalità tal-informatika;

(w)    Korruzzjoni;

(x)    Traffikar illeċitu fl-armi, ammunizzjon u splussivi;



(y)    Traffikar illeċitu fi speċijiet ta’ annimali fil-periklu;

(z)    Traffikar illeċitu fi speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu;

(aa)    Reati ambjentali, inkluż it-tniġġis mill-bastimenti;

(bb)    It-traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi oħrajn ta’ tkabbir;

(cc)    Abbuż sesswali u sfruttament sesswali, inkluż materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal u s-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali;

(dd)    Ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.

________________

ANNESS 12

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI TA’ REKORDS KRIMINALI – SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI U PROĊEDURALI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 113 TAL-FTEHIM

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 1

Objettiv

L-objettiv ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet proċedurali u tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu 3 (Skambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali) tat-Titolu V tat-Tieni Parti ta’ dan il-Ftehim.



ARTIKOLU 2

Network tal-komunikazzjonijiet

1.    L-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali bejn, minn naħa, Stat Membru u, min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jsir bl-użu ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni li tipprevedi l-komunikazzjonijiet kriptati.

2.    L-infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni għandha tkun in-network tal-komunikazzjoni tas-Servizzi Trans-Ewropej Sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (Trans European Services for Telematics between Administrations, TESTA). Kwalunkwe żvilupp ulterjuri tiegħu jew kwalunkwe network sigur alternattiv għandu jiżgura li l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni fis-seħħ tkompli tissodisfa r-rekwiżiti ta’ sigurtà adegwati għall-iskambju ta’ informazzjoni mir-rekord kriminali.

ARTIKOLU 3

Software ta’ interkonnessjoni

1.    L-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà għandhom jużaw software ta’ interkonnessjoni standardizzat li jippermetti l-konnessjoni tal-awtoritajiet ċentrali tagħhom mal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni sabiex jiskambjaw l-informazzjoni estratta mir-rekord kriminali mal-awtoritajiet ċentrali l-oħra b’mod elettroniku f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 (Skambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali) tat-Titolu V tat-Tieni Parti ta’ dan il-Ftehim u dan l-Anness.



2.    Għall-Istati Membri, is-software ta’ interkonnessjoni għandu jkun is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS jew is-software ta’ implimentazzjoni nazzjonali tal-ECRIS tagħhom, jekk ikun meħtieġ adattat għall-finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni mar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif stabbilit f’dan il-Ftehim.

3.    Għal Ġibiltà, is-software ta’ interkonnessjoni għandu jkun is-software ta’ interkonnessjoni żviluppat u miżmum mir-Renju Unit għall-iskambju ta’ informazzjoni estratta mir-rekord kriminali bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri.

4.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jkun responsabbli għall-iżvilupp u t-tħaddim tas-software ta’ interkonnessjoni tiegħu stess. Għal dan il-għan, sa mhux aktar tard qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura li s-software ta’ interkonnessjoni nazzjonali tiegħu jiffunzjona f’konformità mal-protokolli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti għas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS, u ma’ kwalunkwe rekwiżit tekniku ieħor stabbilit mill-eu-LISA.

5.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiżgura wkoll l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe adattament tekniku sussegwenti fis-software ta’ interkonnessjoni nazzjonali tiegħu meħtieġ minn kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti għas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS, jew bidliet fi kwalunkwe rekwiżit tekniku ulterjuri stabbilit mill-eu-LISA, mingħajr dewmien żejjed. Għal dak l-għan, l-Unjoni għandha tiżgura li r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla ppjanata fl-ispeċifikazzjonijiet jew fir-rekwiżiti tekniċi u jiġi pprovdut bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan l-Anness.



ARTIKOLU 4

Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa fin-notifiki, fit-talbiet u fit-tweġibiet

1.    In-notifiki kollha msemmija fl-Artikolu 109 (Notifiki) għandhom jinkludu l-informazzjoni obbligatorja li ġejja:

(a)    informazzjoni dwar il-persuna kkundannata (isem sħiħ, data tat-twelid, post tat-twelid (belt u Stat jew territorju), ġeneru, ċittadinanza u – jekk applikabbli – isem/ismijiet preċedenti);

(b)    informazzjoni dwar in-natura tal-kundanna (data tal-kundanna, isem tal-qorti, data li fiha d-deċiżjoni saret finali);

(c)    informazzjoni dwar ir-reat li jwassal għall-kundanna (data tar-reat li jwassal għall-kundanna u l-isem jew il-klassifikazzjoni legali tar-reat kif ukoll referenza għad-dispożizzjonijiet legali applikabbli); u

(d)    informazzjoni dwar il-kontenut tal-kundanna, (b’mod partikolari s-sentenza kif ukoll kwalunkwe piena supplimentari, miżura ta’ sigurtà u deċiżjoni sussegwenti li jimmodifikaw l-infurzar tas-sentenza).

2.    L-informazzjoni fakultattiva li ġejja għandha tiġi trażmessa f’notifiki jekk din l-informazzjoni tiddaħħal fir-rekord kriminali (punti minn (a) sa (d)) jew tkun disponibbli għall-awtorità ċentrali (punti minn (e) sa (h)):

(a)    isem il-ġenituri tal-persuna kundannata;



(b)    in-numru ta’ referenza tal-kundanna;

(c)    il-post tar-reat;

(d)    l-iskwalifiki li jirriżultaw mill-kundanna;

(e)    in-numru tal-identità tal-persuna kundannata, jew it-tip u n-numru tad-dokument tal-identifikazzjoni tal-persuna;

(f)    marki tas-swaba’ li jkunu ttieħdu minn dik il-persuna;

(g)    jekk applikabbli, psewdonimu u/jew isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa dik il-persuna;

(h)    immaġni tal-wiċċ.

Barra minn hekk, tista’ tiġi trażmessa kwalunkwe informazzjoni oħra dwar kundanni reġistrati fir-rekord kriminali.

3.    It-talbiet kollha għal informazzjoni msemmija fl-Artikolu 111 (Talbiet għal informazzjoni) għandhom jiġu sottomessi f’format elettroniku standardizzat skont il-formola mudell stabbilita fil-Kapitolu 2 (Formoli) ta’ dan l-Anness, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



4.    It-tweġibiet kollha għat-talbiet imsemmija fl-Artikolu 112 (Tweġibiet għal talbiet) għandhom jiġu ppreżentati f’format elettroniku standardizzat skont il-formola mudell stabbilita fil-Kapitolu 2 (Formoli) ta’ dan l-Anness, u jkunu akkumpanjati minn lista ta’ kundanni, kif previst mid-dritt nazzjonali. L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jwieġeb jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu jew bi kwalunkwe lingwa oħra aċċettata għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri.

5.    Il-formoli fil-Kapitolu 2 (Formoli) ta’ dan l-Anness imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu l-istess bħall-formoli għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri. Il-[Kumitat Speċjalizzat] għandu jadotta kwalunkwe modifika għall-formoli fil-Kapitolu 2 (Formoli) ta’ dan l-Anness imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 kif jista’ jkun meħtieġ f’dan ir-rigward.

ARTIKOLU 5

Format tat-trażmissjoni tal-informazzjoni

1.    Meta jittrażmettu informazzjoni skont l-Artikolu 109 (Notifiki) u l-Artikolu 112 (Tweġibiet għal talbiet) relatati mal-isem jew il-klassifikazzjoni legali tar-reat u mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli, l-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jirreferu għall-kodiċi korrispondenti għal kull wieħed mir-reati msemmija fit-trażmissjoni, kif previst fit-tabella tar-reati fil-Kapitolu 3 (Format standardizzat tat-trażmissjoni tal-informazzjoni) ta’ dan l-Anness. Bħala eċċezzjoni, jekk ir-reat ma jkunx jikkorrispondi għal xi subkategorija speċifika, għandu jintuża l-kodiċi “kategorija miftuħa” tal-kategorija rilevanti jew tal-eqreb kategorija ta’ reati jew, fin-nuqqas ta’ din tal-aħħar, għandu jintuża kodiċi “reati oħrajn” għal dak ir-reat partikolari.



2.    L-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jipprovdu wkoll informazzjoni disponibbli relatata mal-livell ta’ tlestija u l-livell ta’ parteċipazzjoni fir-reat u, jekk applikabbli, mal-eżistenza ta’ eżenzjoni totali jew parzjali mir-responsabbiltà kriminali, jew mar-reċidiva.

3.    Meta jittrażmettu informazzjoni skont l-Artikolu 109 (Notifiki) u l-Artikolu 112 (Tweġibiet għal talbiet) relatata mal-kontenut tal-kundanna, b’mod partikolari s-sentenza kif ukoll kwalunkwe piena supplimentari, miżura ta’ sigurtà u deċiżjoni sussegwenti li jimmodifikaw l-infurzar tas-sentenza, l-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jirreferu għall-kodiċi korrispondenti għal kull waħda mill-pieni u l-miżuri msemmija fit-trażmissjoni, kif previst fit-tabella tal-pieni u l-miżuri fil-Kapitolu 3 (Format standardizzat tat-trażmissjoni tal-informazzjoni) ta’ dan l-Anness. Bħala eċċezzjoni, jekk il-piena jew il-miżura ma tkunx tikkorrispondi għal xi subkategorija speċifika, għandu jintuża l-kodiċi “kategorija miftuħa” tal-kategorija rilevanti jew tal-eqreb kategorija ta’ pieni u miżuri jew, fin-nuqqas ta’ din tal-aħħar, għandu jintuża kodiċi “pieni u miżuri oħra” għal dik il-piena jew miżura partikolari.

4.    L-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jipprovdu wkoll, jekk applikabbli, informazzjoni disponibbli relatata man-natura u/jew il-kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tal-piena jew tal-miżura imposta kif previst fit-tabella tal-parametri tal-Kapitolu 3 (format standardizzat tat-trażmissjoni tal-informazzjoni) ta’ dan l-Anness. Il-parametru “deċiżjoni mhux kriminali” għandu jiġi indikat biss f’każijiet fejn l-informazzjoni dwar tali deċiżjoni tiġi pprovduta fuq bażi volontarja mill-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk il-persuna tkun ċittadin tar-Renju Unit, meta twieġeb għal talba għal informazzjoni dwar kundanni.



5.    L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri u mir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni, bil-ħsieb b’mod partikolari li jxerrdu informazzjoni lil Stati oħra:

(a)    il-lista ta’ reati nazzjonali f’kull waħda mill-kategoriji msemmija fit-tabella ta’ reati fil-Kapitolu 3 (format standardizzat tat-trażmissjoni tal-informazzjoni) ta’ dan l-Anness. Il-lista għandha tinkludi l-isem jew il-klassifikazzjoni legali tar-reat u referenza għad-dispożizzjonijiet legali applikabbli. Hija tista’ tinkludi wkoll deskrizzjoni qasira tal-elementi kostituttivi r-reat;

(b)    il-lista ta’ tipi ta’ sentenzi, pieni supplimentari possibbli u miżuri ta’ sigurtà u deċiżjonijiet sussegwenti possibbli li jimmodifikaw l-eżekuzzjoni tas-sentenza kif definit fid-dritt nazzjonali, f’kull waħda mill-kategoriji msemmija fit-tabella tal-pieni u l-miżuri fil-Kapitolu 3 (format standardizzat tat-trażmissjoni tal-informazzjoni) ta’ dan l-Anness. Din tista’ tinkludi wkoll deskrizzjoni qasira tal-piena jew tal-miżura speċifika.

Il-listi u d-deskrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu aġġornati regolarment mill-Istati Membri u mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Għandha tintbagħat informazzjoni aġġornata lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni.

6.    It-tabelli fil-Kapitolu 3 (Format standard ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni) ta’ dan l-Anness imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jinżammu l-istess bħat-tabelli għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni għandu jadotta kwalunkwe modifika tat-tabelli fil-Kapitolu 3 (format standardizzat tat-trażmissjoni tal-informazzjoni) ta’ dan l-Anness imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5 skont kif ikun meħtieġ f’dan ir-rigward.



ARTIKOLU 6

Kontinwità ta’ trażmissjoni

Jekk il-mod elettroniku ta’ trażmissjoni tal-informazzjoni ma jkunx disponibbli temporanjament, l-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jittrażmettu informazzjoni bi kwalunkwe mezz li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha, għall-perjodu kollu ta’ tali nuqqas ta’ disponibbiltà.

ARTIKOLU 7

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom josservaw speċifikazzjonijiet tekniċi komuni dwar l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni estratta mir-rekord kriminali kif ipprovdut mill-eu-LISA fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għandhom jadattaw is-sistemi tagħhom kif xieraq mingħajr dewmien żejjed.



KAPITOLU 2

FORMOLI

Talba għal informazzjoni estratta mir-rekord kriminali

(a)    Informazzjoni dwar l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà:

Stat:

Awtorità(jiet) Ċentrali:

Persuna ta’ kuntatt:

Telefon (inkluż il-kodiċi STD):

Fax (inkluż il-kodiċi STD):

Indirizz elettroniku:

Indirizz għall-korrispondenza:

Referenza tal-fajl, jekk magħrufa:



(b)    Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna kkonċernata mit-talba(1):

Isem sħiħ (ismijiet u l-kunjomijiet kollha)

Ismijiet preċedenti:

Psewdonimu u/jew isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa, jekk hemm:

Ġeneru: M ☐ F ☐

Ċittadinanza:

Data tat-twelid (f’ċifri: jj/xx/ssss):

Post tat-twelid (belt u stat):

Isem il-missier:

Isem l-omm:

Residenza jew indirizz magħruf:

Numru tal-identità tal-persuna jew it-tip u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna:

Marki tas-swaba’:

Immaġni tal-wiċċ:

Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni disponibbli:



(c)    Għan tat-talba:

(1)

proċedimenti kriminali (identifika l-awtorità li quddiemha huma pendenti l-proċedimenti u, jekk disponibbli, in-numru ta’ referenza tal-każ)…

(2)

talba barra l-kuntest tal-proċedimenti kriminali (identifika l-awtorità li quddiemha huma pendenti l-proċedimenti u, jekk disponibbli, in-numru ta’ referenza tal-każ meta timmarka l-kaxxa rilevanti):

(i)    minn awtorità ġudizzjarja…

(ii)    minn awtorità amministrattiva kompetenti…

(iii)    minn persuna kkonċernata għal informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tagħha stess…

Immarka l-kaxxa adatta

L-għan li għalih qed tintalab l-informazzjoni:

L-awtorità rikjedenti:

il-persuna kkonċernata ma tagħtix il-kunsens tagħha biex din l-informazzjoni tiġi żvelata (jekk il-persuna kkonċernata ntalbet tagħti l-kunsens tagħha skont il-liġi tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà).

Il-persuna li għandha tiġi kkuntattjata jekk tkun meħtieġa aktar informazzjoni:

Isem:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Informazzjoni oħra (per eżempju: l-urġenza tat-talba):

Tweġiba għat-talba

Informazzjoni relatata mal-persuna kkonċernata

Immarka l-kaxxa adatta

L-awtorità sottoskritta tikkonferma:

m’hemm l-ebda informazzjoni dwar il-kundanni fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata

hemm informazzjoni dwar il-kundanni mdaħħla fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata; lista ta’ kundanni hija mehmuża

hemm informazzjoni oħra mdaħħla fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata; tali informazzjoni hija mehmuża (fakultattiva)

hemm informazzjoni dwar kundanni mdaħħla fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata iżda l-Istat Membru tal-kundanna jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, indika li l-informazzjoni dwar dawn il-kundanni ma tistax tiġi trażmessa mill-ġdid għal kwalunkwe fini għajr dak ta’ proċedimenti kriminali. It-talba għal aktar informazzjoni tista’ tintbagħat direttament lil … (jekk jogħġbok indika l-Istat Membru tal-kundanna jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà)

f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, it-talbiet magħmula għal kwalunkwe skop ieħor għajr dak tal-proċedimenti kriminali ma jistgħux jiġu ttrattati.

Il-persuna li għandha tiġi kkuntattjata jekk tkun meħtieġa aktar informazzjoni:

Isem:

Telefon:

Indirizz elettroniku:

Informazzjoni oħra (limitazzjonijiet tal-użu tad-data dwar talbiet barra l-kuntest tal-proċedimenti kriminali):

Indika n-numru tal-paġni mehmuża mal-formola ta’ risposta:

Magħmul fi

fi

Firma u timbru uffiċjali (jekk ikun il-każ):

Isem u pożizzjoni / organizzazzjoni:

Jekk xieraq, jekk jogħġbok ehmeż lista ta’ kundanni u ibgħat il-pakkett sħiħ lill-Istat Membru rikjedenti jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Mhuwiex meħtieġ li l-formola jew il-lista jiġu tradotti fil-lingwa tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

________________

(1)    Biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-persuna għandha tingħata kemm jista’ jkun informazzjoni.



KAPITOLU 3

FORMAT STANDARDIZZAT TAT-TRAŻMISSJONI TAL-INFORMAZZJONI

Tabella komuni ta’ kategoriji ta’ reati, b’tabella ta’ parametri, imsemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) tal-Kapitolu 1

Kodiċi

Kategoriji u subkategoriji ta’ pieni u miżuri

0100 00

kategorija miftuħa

Reati li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti kriminali internazzjonali

0101 00

Ġenoċidju

0102 00

Reati kontra l-umanità

0103 00

Reati tal-gwerra

0200 00

kategorija miftuħa

Parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali

0201 00

Tmexxija ta’ organizzazzjoni kriminali

0202 00

Parteċipazzjoni volontarja fl-attivitajiet kriminali ta’ organizzazzjoni kriminali

0203 00

Parteċipazzjoni volontarja fl-attivitajiet mhux kriminali ta’ organizzazzjoni kriminali

0300 00

kategorija miftuħa

Terroriżmu

0301 00

Tmexxija ta’ grupp terroristiku

0302 00

Parteċipazzjoni volontarja fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku

0303 00

Finanzjament tat-terroriżmu

0304 00

Provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku

0305 00

Reklutaġġ jew taħriġ għat-terroriżmu

0400 00

kategorija miftuħa

Traffikar tal-bnedmin

0401 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ sfruttament ta’ xogħol jew servizzi

0402 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ sfruttament tal-prostituzzjoni ta’ oħrajn jew forom oħra ta’ sfruttament sesswali

0403 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet tat-tneħħija ta’ organi jew ta’ tessut uman

0404 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ skjavitù, ta’ prattiki simili għal skjavitù jew servitù

0405 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ sfruttament ta’ xogħol jew servizzi ta’ persuna minorenni

0406 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ sfruttament tal-prostituzzjoni ta’ minorenni jew ta’ forom oħra ta’ sfruttament sesswali tagħhom

0407 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet tat-tneħħija ta’ organi jew ta’ tessut uman ta’ minorenni

0408 00

Traffikar ta’ persuni għal skopijiet ta’ skjavitù, prattiki simili għal skjavitù jew servitù ta’ minorenni

0500 00

kategorija miftuħa

Traffikar illeċitu(1) u reati oħra relatati mal-armi, l-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom, munizzjon u splussivi

0501 00

Manifattura illeċita ta’ armi, armi tan-nar, il-partijiet u komponenti tagħhom, munizzjon u splussivi

0502 00

Manifattura illeċita ta’ armi, armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom, munizzjon u splussivi fil-livell nazzjonali(2)

0503 00

Esportazzjoni jew importazzjoni illeċita ta’ armi, armi tan-nar, il-partijiet u komponenti tagħhom, ammunizzjon u splussivi

0504 00

Pussess mhux awtorizzat jew użu ta’ armi, armi tan-nar, il-partijiet u komponenti tagħhom, ammunizzjon u splussivi

0600 00

kategorija miftuħa

Reat ambjentali

0601 00

Qerda jew ħsara ta’ speċi protetti ta’ flora u fawna

0602 00

Rimi illegali ta’ sustanzi li jniġġsu jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma

0603 00

Reati relatati mal-iskart, inkluż l-iskart tossiku

0604 00

Reati relatati mat-traffikar illeċitu (1) ta’ speċijiet protetti ta’ flora u fawna jew ta’ partijiet minnhom

0605 00

Reati involontarji kontra l-ambjent

0700 00

kategorija miftuħa

Reati relatati mad-drogi jew prekursuri, u reati oħra kontra s-saħħa pubblika

0701 00

Reati relatati mat-traffikar illeċitu (3) ta’ drogi narkotiċi, sustanzi psikotropiċi u prekursuri mhux esklużivament għall-konsum personali

0702 00

Konsum illeċitu ta’ drogi u l-akkwist tagħhom, il-manifattura jew il-produzzjoni esklużivament għall-konsum personali

0703 00

Għajnuna jew tixwix ta’ oħrajn sabiex jużaw drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi illeċitament

0704 00

Manifattura jew produzzjoni ta’ drogi narkotiċi li ma jkunux esklużivament għall-użu personali

0800 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-persuna

0801 00

Omiċidju volontarju

0802 00

Każijiet aggravati ta’ omiċidju volontarju (4)

0803 00

Omiċidju involontarju

0804 00

Omiċidju volontarju kommess fuq tarbija tat-twelid minn ommha

0805 00

Abort illegali

0806 00

Ewtanażja illegali

0807 00

Reati relatati mat-twettiq ta’ suwiċidju

0808 00

Vjolenza li tikkawża l-mewt

0809 00

Offiża gravi fuq il-persuna, sfreġju jew diżabbiltà permanenti

0810 00

Offiża gravi involontarja fuq il-persuna, sfreġju jew diżabbiltà permanenti

0811 00

Offiża ħafifa fuq il-persuna

0812 00

Offiża ħafifa involontarja fuq il-persuna

0813 00

Tqegħid fil-periklu tal-mewt jew ta’ offiża gravi fuq il-persuna

0814 00

Tortura

0815 00

Nuqqas ta’ offerta ta’ għajnuna jew assistenza

0816 00

Reati relatati mat-tneħħija ta’ organi jew ta’ tessut mingħajr l-awtorizzazzjoni jew il-kunsens

0817 00

Reati relatati mat-traffikar illeċitu (3) ta’ organi u tessuti umani

0818 00

Vjolenza domestika jew theddid domestiku

0900 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-libertà personali, id-dinjità jew interessi protetti oħra, inklużi r-razziżmu u l-ksenofobija

0901 00

Ħtif ta’ persuna, ħtif ta’ persuna għal skopijiet ta’ estorsjoni, arrest illegali

0902 00

Arrest illegali jew ċaħda tal-libertà minn awtorità pubblika

0903 00

Teħid ta’ ostaġġi

0904 00

Ħtif illegali ta’ ajruplan jew vapur

0905 00

Insulti, inġurji, malafama, disprezz

0906 00

Theddid

0907 00

Forza, pressjoni, segwiment ta’ persuna bil-moħbi, fastidju jew aggressjoni ta’ natura psikoloġika jew emozzjonali

0908 00

Estorsjoni

0909 00

Estorsjoni aggravata

0910 00

Dħul illegali fi proprjetà privata

0911 00

Invażjoni tal-privatezza minbarra d-dħul illegali fi proprjetà privata

0912 00

Reati kontra l-protezzjoni ta’ data personali

0913 00

Interċettazzjoni illegali ta’ data jew komunikazzjoni

0914 00

Diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, razza, orjentazzjoni sesswali, reliġjon jew oriġini etnika

0915 00

Tixwix pubbliku għal diskriminazzjoni razzjali

0916 00

Tixwix pubbliku għal mibegħda razzjali

0917 00

Rikatt

1000 00

kategorija miftuħa

Reati sesswali

1001 00

Stupru

1002 00

Stupru aggravat (5) minbarra stupru ta’ minorenni

1003 00

Aggressjoni sesswali

1004 00

Tlaqqigħ għall-prostituzzjoni jew għal att sesswali

1005 00

Espożizzjoni indeċenti

1006 00

Fastidju sesswali

1007 00

Solleċitazzjoni minn prostituta

1008 00

Sfruttament sesswali tat-tfal

1009 00

Reati relatati mal-pornografija tat-tfal jew immaġini indeċenti ta’ minorenni

1010 00

Stupru ta’ minorenni

1011 00

Aggressjoni sesswali ta’ minorenni

1100 00

kategorija miftuħa

Reati kontra liġi tal-familja

1101 00

Relazzjonijiet sesswali illeċiti bejn membri familjari stretti

1102 00

Poligamija

1103 00

Evażjoni tal-obbligu ta’ manteniment

1104 00

Traskuraġni jew l-abbandun ta’ persuna minorenni jew b’diżabbiltà

1105 00

Nuqqas ta’ konformità ma’ ordni dwar il-kustodja ta’ minorenni

1200 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-istat, l-ordni pubbliku, il-kors tal-ġustizzja jew uffiċjali pubbliċi

1201 00

Spjunaġġ

1202 00

Tradiment Għoli

1203 00

Reati relatati ma’ elezzjonijiet jew referendum

1204 00

Attentat fuq il-ħajja jew is-saħħa ta’ kap ta’ Stat

1205 00

Insult kontra l-Istat, in-Nazzjon jew simboli tal-Istat

1206 00

Insult jew reżistenza lil rappreżentant tal-awtorità pubblika

1207 00

Estorsjoni, forza, pressjoni fuq rappreżentant tal-awtorità pubblika

1208 00

Aggressjoni jew theddid lil rappreżentant ta’ awtorità pubblika

1209 00

Reati kontra l-ordni pubbliku, ksur tal-paċi pubblika

1210 00

Vjolenza waqt avvenimenti sportivi

1211 00

Serq ta’ dokumenti pubbliċi jew amministrattivi

1212 00

Tfixkil jew tgħawwiġ tal-kors tal-ġustizzja, allegazzjonijiet foloz waqt proċedimenti kriminali jew ġudizzjarji, sperġur

1213 00

Personifikazzjoni illegali ta’ persuna jew awtorità

1214 00

Evażjoni minn kustodja legali

1300 00

kategorija miftuħa

Reati kontra proprjetà pubblika jew interessi pubbliċi

1301 00

Frodi pubblika, ta’ sigurtà soċjali jew ta’ benefiċċju tal-familja

1302 00

Frodi li tolqot il-benefiċċji jew il-konċessjonijiet Ewropej

1303 00

Reati relatati ma’ logħob tal-azzard illegali

1304 00

Tfixkil fil-proċeduri għal sejħiet għal offerti pubbliċi

1305 00

Korruzzjoni attiva jew passiva ta’ impjegat fis-servizz pubbliku, persuna li għandha kariga pubblika jew awtorità pubblika

1306 00

Serq, approprjazzjoni indebita jew forom oħra ta’ abbuż ta’ proprjetà minn uffiċjal pubbliku

1307 00

Abbuż ta’ funzjoni minn uffiċjal pubbliku

1400 00

kategorija miftuħa

Reati fiskali u doganali

1401 00

Reati fiskali

1402 00

Reati doganali

1500 00

kategorija miftuħa

Reati ekonomiċi jew relatati mal-kummerċ

1501 00

Falliment jew insolvenza frodulenti

1502 00

Ksur ta’ regolament tal-kontabbiltà, serq, ħabi ta’ assi jew żieda illegali fil-passiv ta’ kumpannija

1503 00

Ksur ta’ regoli ta’ kompetizzjoni

1504 00

Ħasil ta’ fondi minn reati

1505 00

Korruzzjoni passiva jew attiva fis-settur privat

1506 00

Żvelar ta’ sigriet jew il-ksur tal-obbligu ta’ segretezza

1507 00

“Abbuż minn informazzjoni privileġġata”

1600 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-proprjetà jew l-ikkawżar ta’ ħsara lil merkanzija

1601 00

Approprjazzjoni illegali

1602 00

Approprjazzjoni illegali jew devjazzjoni ta’ enerġija

1603 00

Frodi inklużi truffa

1604 00

Kummerċ ta’ merkanzija misruqa

1605 00

Traffikar illeċitu (6) ta’ oġġetti kulturali, inkluż antikitajiet u opri ta’ arti

1606 00

Ħsara jew distruzzjoni volontarja ta’ proprjetà

1607 00

Ħsara jew distruzzjoni involontarja ta’ proprjetà

1608 00

Sabutaġġ

1609 00

Reati kontra l-proprjetà industrijali jew intellettwali

1610 00

Ħruq doluż

1611 00

Ħruq doluż li jikkawża l-mewt jew dannu ta’ persuni

1612 00

Ħruq doluż fil-foresti

1700 00

kategorija miftuħa

Reati ta’ Serq

1701 00

Serq

1702 00

Serq wara dħul illegali fi proprjetà

1703 00

Serq, bl-użu ta’ vjolenza jew armi, jew b’theddid ta’ vjolenza jew armi kontra persuna

1704 00

Forom ta’ serq aggravat li ma jinvolvux l-użu tal-vjolenza jew armi, jew l-użu tat-theddid ta’ vjolenza jew armi, kontra persuni.

1800 00

kategorija miftuħa

Reati kontra sistemi ta’ informazzjoni u reati oħrajn relatati mal-informatika

1801 00

Aċċess illegali għal sistemi ta’ informazzjoni

1802 00

Interferenza illegali f’sistema

1803 00

Interferenza illegali fid-data

1804 00

Produzzjoni, pussess, disseminazzjoni jew traffikar ta’ tagħmir informatiku jew data li jippermettu t-twettiq ta’ reati relatati mal-informatika

1900 00

kategorija miftuħa

Falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas

1901 00

Kontrafazzjoni jew falsifikazzjoni ta’ muniti

1902 00

Falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas mhux bi flus

1903 00

Falsifikazzjoni ta’ dokumenti fiduċjarji pubbliċi

1904 00

Tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni/użu ta’ flus foloz, mezzi ta’ ħlas mhux bi flus jew dokumenti fiduċjarji pubbliċi

1905 00

Pussess ta’ apparat għall-falsifikazzjoni tal-flus jew dokumenti fiduċjarji pubbliċi

2000 00

kategorija miftuħa

Falsifikazzjoni ta’ dokumenti

2001 00

Falsifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi jew amministrattivi minn individwu privat

2002 00

Falsifikazzjoni ta’ dokument minn impjegat fis-servizz pubbliku jew awtorità pubblika

2003 00

Provvista jew akkwist ta’ dokument pubbliku jew amministrattiv falsifikat; provvista jew akkwist ta’ dokument falsifikat minn impjegat fiċ-ċivil jew awtorità pubblika

2004 00

Użu ta’ dokumenti pubbliċi jew amministrattivi ffalsifikati

2005 00

Pussess ta’ apparat għall-falsifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi jew amministrattivi

2006 00

Falsifikazzjoni ta’ dokumenti privati minn individwu privat

2100 00

kategorija miftuħa

Reati kontra regolamenti tat-traffiku

2101 00

Sewqan perikoluż

2102 00

Sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew tad-drogi narkotiċi

2103 00

Sewqan mingħajr liċenzja jew waqt l-iskwalifika tal-liċenzja

2104 00

Nuqqas ta’ waqfien wara inċident fit-triq

2105 00

Evitar ta’ ispezzjoni fit-triq

2106 00

Reati relatati mat-trasport fit-toroq

2200 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-liġi dwar ix-xogħol

2201 00

Impjieg illegali

2202 00

Reati relatati mar-remunerazzjoni inklużi l-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali

2203 00

Reati relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol

2204 00

Reati relatati mal-aċċess għall-attività professjonali jew mal-eżerċizzju tagħha

2205 00

Reati relatati mal-ħinijiet tax-xogħol u l-ħin ta’ mistrieħ

2300 00

kategorija miftuħa

Reati kontra dispożizzjonijiet dwar il-migrazzjoni

2301 00

Dħul jew residenza mhux awtorizzati fil-pajjiż

2302 00

Faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati

2400 00

kategorija miftuħa

Reati kontra l-obbligi militari

2500 00

kategorija miftuħa

Reati relatati mat-traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi ta’ tkabbir oħrajn

2501 00

Importazzjoni, esportazzjoni jew provvista illeċitu ta’ sustanzi ormonali u promoturi ta’ tkabbir oħrajn

2600 00

kategorija miftuħa

Reati relatati ma’ materjal nukleari jew sustanzi radjoattivi perikolużi oħrajn

2601 00

Importazzjoni, esportazzjoni, provvista jew akkwist illeċitu ta’ materjal nukleari jew radjuattiv

2700 00

kategorija miftuħa

Reati oħrajn

2701 00

Reati volontarji oħrajn

2702 00

Reati volontarji oħrajn

________________

(1)    Jekk mhux speċifikat mod ieħor f’din il-kategorija, “traffikar” tfisser importazzjoni, esportazzjoni, akkwist, bejgħ, kunsinna, moviment jew trasferiment.

(2)    Għall-finijiet ta’ din is-subkategorija, it-traffikar jinkludi l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsinna, il-moviment jew it-trasferiment.

(3)    Għall-finijiet ta’ din is-subkategorija, it-traffikar jinkludi l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsinna, il-moviment jew it-trasferiment.

(4)    Pereżempju: ċirkostanzi partikolarment gravi.

(5)    Pereżempju stupru bi krudeltà partikolari.

(6)    Traffikar jinkludi l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsinna, il-moviment jew it-trasferiment.

Parametri

Livell ta’ kompletezza:

Att komplet

C

Tentattiv jew preparazzjoni

A

Element mhux trażmess

Ø

Livell ta’ parteċipazzjoni:

Awtur tar-reat

M

Kompliċi jew instigatur/organizzatur, kospiratur jew assoċjat

H

Element mhux trażmess

Ø

Eżenzjoni mir-responsabbiltà kriminali:

Insanità jew responsabbiltà mitigata

S

Reċidiva

R

Tabella komuni ta’ kategoriji ta’ penali u miżuri, b’tabella ta’ parametri, imsemmija fl-Artikolu 5(3) u (4) tal-Kapitolu 1

Kodiċi

Kategoriji u subkategoriji ta’ penali u miżuri

1000

kategorija miftuħa

Ċaħda tal-libertà

1001

Priġunerija

1002

Sentenza ta’ għomor il-ħabs

2000

kategorija miftuħa

Restrizzjoni tal-libertà personali

2001

Projbizzjoni li jkunu frekwentati xi postijiet

2002

Restrizzjoni ta’ safar

2003

Projbizzjoni sabiex toqgħod f’xi postijiet

2004

Projbizzjoni ta’ dħul f’attivitajiet tal-massa

2005

Projbizzjoni ta’ kuntatt ma’ ċerti persuni bi kwalunkwe mezz

2006

Tqegħid taħt sorveljanza elettronika(1)

2007

Obbligu li tirrapporta f’ħinijiet speċifiċi lil awtorità speċifika

2008

Obbligu ta’ waqfa/residenza f’ċertu post

2009

Obbligu li tkun fil-post ta’ residenza fil-ħin stabbilit

2010

Obbligu ta’ konformità mal-miżuri ta’ probation ordnati mill-qorti inkluż l-obbligu li jibqa’ taħt superviżjoni

3000

kategorija miftuħa

Projbizzjoni ta’ dritt jew kapaċità speċifika

3001

Skwalifika minn funzjoni

3002

Telf/sospensjoni tal-kapaċità ta’ persuna li tokkupa jew tinħatar f’kariga pubblika

3003

Telf/sospensjoni tad-dritt ta’ persuna li tivvota jew tiġi elett

3004

It-tnaqqis tal-kapaċità li persuna tagħmel kuntratt ma’ amministrazzjoni pubblika

3005

It-tnaqqis tal-eliġibbiltà għall-għoti ta’ sussidji pubbliċi

3006

Kanċellazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan(2)

3007

Sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan

3008

Projbizzjoni li ssuq ċerti vetturi

3009

Telf/sospensjoni tal-awtorità tal-ġenituri

3010

Telf/sospensjoni tad-dritt li persuna tkun perit fi proċedimenti tal-qorti/xhud taħt ġurament/ġurat

3011

Telf/sospensjoni tad-dritt li persuna tkun kustodja legali(3)

3012

Telf/sospensjoni tad-dritt ta’ onorifiċenza jew titolu

3013

Projbizzjoni tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali, kummerċjali jew soċjali

3014

Projbizzjoni ta’ xogħol jew attività ma’ minorenni

3015

Impożizzjoni tal-obbligu li jingħalaq stabbiliment

3016

Projbizzjoni ta’ pussess jew ġarr ta’ armi

3017

Irtirar ta’ permess għal-liċenzja tal-kaċċa/tas-sajd

3018

Projbizzjoni tal-ħruġ ta’ ċekkijiet jew l-użu ta’ karti ta’ ħlas/ta’ kreditu

3019

Projbizzjoni taż-żamma ta’ annimali

3020

Projbizzjoni ta’ pussess jew użu ta’ ċerti oġġetti minbarra armi

3021

Projbizzjoni ta’ ċerti logħob/sports

4000

kategorija miftuħa

Projbizzjoni jew tkeċċija minn territorju

4001

Projbizzjoni minn territorju nazzjonali

4002

Tkeċċija minn territorju nazzjonali

5000

kategorija miftuħa

Obbligu personali

5001

Assuġġettar għal trattament mediku jew forom oħra ta’ terapija

5002

Assuġġettar għal programm soċjoedukattiv

5003

Impożizzjoni tal-obbligu li persuna tkun taħt il-kura/kontroll tal-familja

5004

Miżuri edukattivi

5005

Probation soċjo-ġuridika

5006

Impożizzjoni tal-obbligu għat-taħriġ/xogħol

5007

Impożizzjoni tal-obbligu li persuna tipprovdi informazzjoni speċifika lill-awtoritajiet ġuridiċi

5008

Impożizzjoni tal-obbligu li tiġi pubblikata s-sentenza

5009

Impożizzjoni tal-obbligu li persuna tikkumpensa għall-preġudizzju kkawżat mir-reat

6000

kategorija miftuħa

Piena fuq proprjetà privata

6001

Konfiska

6002

Twaqqigħ

6003

Restawr

7000

kategorija miftuħa

Tqegħid f’istituzzjoni

7001

Tqegħid f’istituzzjoni psikjatrika

7002

Tqegħid f’istituzzjoni ta’ diżintossikazzjoni

7003

Tqegħid f’istituzzjoni edukattiva

8000

kategorija miftuħa

Piena finanzjarja

8001

Multa

8002

Multa għal kull jum(4)

8003

Multa għall-benefiċċju ta’ riċevitur speċjali(5)

9000

kategorija miftuħa

Piena ta’ xogħol

9001

Xogħol jew servizz komunitarju

9002

Servizz komunitarju jew xogħol akkumpanjat minn miżuri restrittivi oħrajn

10000

kategorija miftuħa

Piena militari

10001

Telf ta’ grad militari(6)

10002

Tkeċċija minn servizz militari professjonali

10003

Priġunerija militari

11000

kategorija miftuħa

Eżenzjoni/differiment ta’ sentenza/piena, twissija

12000

kategorija miftuħa

Pieni u miżuri oħra

Parametri (li għandhom jiġu speċifikati fejn applikabbli)

ø

Piena

m

Miżura

a

Piena/miżura sospiża

b

Piena/miżura sospiża parzjalment

c

Piena/miżura sospiża bi probation/superviżjoni

d

Piena/miżura sospiża parzjalment bi probation/superviżjoni

e

Konverżjoni tal-piena/miżura

f

Piena/miżura alternattiva imposta bħala piena prinċipali

g

Piena alternattiva/miżura imposta inizjalment f’każ li ma tiġix rispettata l-piena prinċipali

h

Revoka tal-piena/miżura sospiża

i

Formazzjoni sussegwenti ta’ piena ġenerali

j

Interruzzjoni tal-eżekuzzjoni/posponiment tal-piena/miżura(7)

k

Maħfra tal-piena

l

Maħfra tal-piena sospiża

n

Tmiem tal-piena

o

Maħfra

p

Amnestija

q

Liberazzjoni taħt kundizzjoni (liberazzjoni ta’ persuna qabel tmiem is-sentenza tagħha taħt ċerti ċirkostanzi)

r

Riabilitazzjoni (bit-tneħħija jew le tal-piena mir-rekords kriminali)

s

Piena jew miżura speċifika għall-minorenni

t

Sentenza mhux kriminali(8)



________________

(1)    Tqegħid fiss jew mobbli.

(2)    Ikun meħtieġ li wieħed japplika mill-ġdid biex jikseb liċenzja tas-sewqan ġdida.

(3)    Kustodju legali għal persuna li tkun legalment inkompetenti jew għal persuna minorenni.

(4)    Multa espressa f’unitajiet ta’ kuljum.

(5)    Pereżempju: għal istituzzjoni, assoċjazzjoni, fondazzjoni jew vittma.

(6)    Dimozzjoni militari.

(7)    Ma twassalx għall-evitar tal-eżekuzzjoni tal-piena.

(8)    Dan il-parametru se jiġi indikat biss meta tali informazzjoni tiġi pprovduta bi tweġiba għat-talba riċevuta mill-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk il-persuna tkun ċittadina tar-Renju Unit.

________________

ANNESS 13

DEFINIZZJONI TA’ TERRORIŻMU

1.    Kamp ta’ applikazzjoni

Għall-finijiet tal-Kapitolu 3 (Skambju ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali); L-Artikolu 118(3)(b) u (4) (Konsenja – Kamp ta’ applikazzjoni), l-Artikolu 121 (Konsenja – Eċċezzjoni għal reati politiċi), u l-Artikolu 176(2)(a) (Iffriżar u Konfiska – Raġunijiet għar-Rifjut) ta’ dan il-Ftehim, l-Anness 14 (Konsenja – Mandat ta’ Arrest) u l-Anness 16 (Iffriżar u Konfiska: Formoli), “terroriżmu” tfisser ir-reati kif definiti fil-paragrafi 3 sa 14 ta’ dan l-Anness.

2.    Definizzjonijiet ta’ grupp terroristiku u grupp strutturat

2.1.    “Grupp terroristiku” tfisser grupp strutturat ta’ aktar minn żewġ persuni, stabbilit għal perjodu ta’ żmien u li jaġixxi b’mod unit sabiex iwettaq reati terroristiċi.

2.2.    “Grupp strutturat” tfisser grupp li ma ġiex iffurmat b’mod każwali għat-twettiq immedjat ta’ reat u li ma għandux għalfejn ikollu rwoli definiti formalment għall-membri tiegħu, sħubija kontinwa fih jew struttura żviluppata.



3.    Reati terroristiċi

3.1.    Atti intenzjonali, kif definiti bħala reati skont id-dritt domestiku, li minħabba n-natura jew il-kuntest tagħhom jistgħu jagħmlu ħsara serja lil pajjiż jew lil organizzazzjoni internazzjonali, meta jitwettqu b’wieħed mill-għanijiet elenkati fil-paragrafu 3.2:

(a)    attakki fuq il-ħajja ta’ persuna li jistgħu jikkaġunaw il-mewt;

(b)    attakki fuq l-integrità fiżika ta’ persuna;

(c)    ħtif ta’ persuna jew teħid ta’ ostaġġi;

(d)    ikkawżar ta’ qerda estensiva fuq faċilità tal-gvern jew pubblika, sistema ta’ trasport, faċilità infrastrutturali, li tinkludi sistema ta’ informazzjoni, pjattaforma fissa li tkun tinsab fuq il-blata kontinentali, post pubbliku jew proprjetà privata li x’aktarx li tipperikola l-ħajja tal-bniedem jew tirriżulta f’telf ekonomiku kbir;

(e)    ħtif ta’ ajruplani, vapuri jew mezzi oħra tat-trasport pubbliku jew tal-merkanzija;

(f)    manifattura, pussess, akkwist, trasport, provvista jew użu ta’ splussivi jew armi, inklużi armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari, kif ukoll ir-riċerka rigward l-armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari u l-iżvilupp tagħhom;

(g)    rilaxx ta’ sustanzi perikolużi, jew ikkawżar ta’ nirien, għargħar jew splużjonijiet li l-effett tagħhom ikun li jipperikolaw il-ħajja tal-bniedem;



(h)    interferenza u tfixkil tal-provvista ta’ ilma, enerġija jew kwalunkwe riżors naturali u fundamentali, li l-effett tagħhom ikun li jipperikolaw il-ħajja tal-bniedem;

(i)    tfixkil jew interruzzjoni serja tal-funzjonament ta’ sistema ta’ informazzjoni bid-dħul ta’ data tal-kompjuter, bit-trażmissjoni, il-ħsara, it-tħassir, id-deterjorament, it-tibdil jew it-tneħħija ta’ tali data, jew billi tali data tkun magħmula inaċċessibbli, intenzjonalment u mingħajr dritt, f’każijiet meta:

(i)    numru sinifikanti ta’ sistemi ta’ informazzjoni ġew affettwati bl-użu ta’ għodda mfassla jew adattata primarjament għal dak il-għan;

(ii)    ir-reat jikkawża ħsara serja;

(iii)    ir-reat jitwettaq kontra sistema ta’ informazzjoni ta’ infrastruttura essenzjali;

(j)    it-tħassir, il-ħsara, id-deterjorament, it-tibdil jew it-tneħħija ta’ data tal-kompjuter fuq sistema tal-informazzjoni, jew li tali data tkun magħmula inaċċessibbli, intenzjonalment u mingħajr dritt, f’każijiet meta r-reat jitwettaq kontra sistema ta’ informazzjoni ta’ infrastruttura kritika;

(k)    theddid li jitwettaq kwalunkwe wieħed mill-atti elenkati fil-punti (a) sa (j).



3.2.    L-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 3.1 huma:

(a)    intimidazzjoni serja tal-popolazzjoni;

(b)    ġegħil mhux xieraq lil gvern jew organizzazzjoni internazzjonali biex iwettqu jew jibqgħu lura milli jwettqu kwalunkwe att;

(c)    destabbilizzazzjoni serja jew qerda tal-istrutturi politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew soċjali fundamentali ta’ pajjiż jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali.

4.    Reati relatati ma’ grupp terroristiku

L-atti intenzjonali li ġejjin:

(a)    it-tmexxija ta’ grupp terroristiku;

(b)    il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku, li jinkludi wkoll il-provvista ta’ informazzjoni jew riżorsi materjali, jew billi jiffinanzja bi kwalunkwe mod l-attivitajiet tiegħu, bl-għarfien tal-fatt li tali parteċipazzjoni tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali tal-grupp.

5.    Provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku

Id-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni bi kwalunkwe mezz, kemm online kif ukoll offline, ta’ messaġġ lill-pubbliku, bl-intenzjoni li jinċita t-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1 meta tali mġiba, direttament jew indirettament, bħal bil-glorifikazzjoni ta’ atti terroristiċi, tippromwovi t-twettiq ta’ reati terroristiċi, u b’hekk tikkawża periklu li jistgħu jitwettqu reat jew reati bħal dan meta jitwettaq intenzjonalment.



6.    Reklutaġġ għal skopijiet ta’ terroriżmu

Solleċitazzjoni ta’ persuna oħra biex twettaq jew tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1, jew fil-paragrafu 4 meta titwettaq intenzjonalment.

7.    Għoti ta’ taħriġ għat-terroriżmu

L-għoti ta’ struzzjonijiet dwar il-manifattura jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, sabiex jitwettaq jew tingħata kontribuzzjoni għat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1, bl-għarfien li l-ħiliet provduti huma maħsuba biex jintużaw għal dan il-għan meta jitwettaq intenzjonalment.

8.    Riċeviment ta’ taħriġ għat-terroriżmu

L-għoti ta’ struzzjonijiet dwar il-manifattura jew l-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, sabiex jitwettaq jew tingħata kontribuzzjoni għat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1, bl-għarfien li l-ħiliet provduti huma maħsuba biex jintużaw għal dan il-għan meta jitwettaq intenzjonalment.



9.    Vjaġġar għall-fini ta’ terroriżmu

9.1.    Vjaġġar lejn pajjiż għajr dak l-Istat Membri jew it-territorju ta’ Ġibiltà għall-iskop ta’ twettiq, jew kontribuzzjoni għal twettiq, reat terrorista kif imsemmi fil-paragrafu 3, għall-iskop ta’ parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku bl-għarfien tal-fatt li tali parteċipazzjoni se tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali ta’ tali grupp kif imsemmi fil-paragrafu 4, jew għall-iskop ta’ provvediment jew riċeviment ta’ taħriġ għat-terroriżmu kif imsemmi fil-paragrafi 7 u 8 meta jitwettaq intenzjonalment.

9.2.    Barra minn hekk, l-imġiba li ġejja meta titwettaq intenzjonalment:

(a)    l-ivvjaġġar lejn dak l-Istat Membru jew Ġibiltà bil-għan li jitwettaq, jew isir kontribut għat-twettiq ta’, reat terroristiku kif imsemmi fil-paragrafu 3, għall-fini tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku bl-għarfien tal-fatt li tali parteċipazzjoni se tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali ta’ tali grupp kif imsemmi fil-paragrafu 4, jew għall-fini li jingħata jew jiġi riċevut taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu kif imsemmi fil-paragrafi 7 u 8; jew

(b)    atti preparatorji mwettqa minn persuna li tidħol f’dak l-Istat Membru jew f’Ġibiltà, skont il-każ, bl-intenzjoni li twettaq, jew tikkontribwixxi għat-twettiq ta’, reat terroristiku kif imsemmi fil-paragrafu 3.1.



10.    Organizzazzjoni jew faċilitazzjoni xort’oħra tal-ivvjaġġar għall-fini tat-terroriżmu

Kwalunkwe att ta’ organizzazzjoni jew faċilitazzjoni li jassisti lil kwalunkwe persuna fl-ivvjaġġar għall-finijiet ta’ terroriżmu, kif imsemmi fil-paragrafu 9.1 u fil-punt (a) tal-paragrafu 9.2, bl-għarfien li dik l-assistenza tkun għal dak il-għan meta jitwettaq intenzjonalment

11.    Finanzjament tat-terroriżmu

11.1.    L-għoti jew il-ġbir ta’ fondi, bi kwalunkwe mezz, direttament jew indirettament, bl-intenzjoni li jintużaw, jew bl-għarfien li se jintużaw, b’mod sħiħ jew parzjali, biex jitwettaq, jew biex isir kontribut għat-twettiq ta’, kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fil-paragrafi 3 sa 10 meta jitwettqu intenzjonalment.

11.2.    Meta l-finanzjament tat-terroriżmu kif imsemmi fil-paragrafu 11.1 jikkonċerna kwalunkwe wieħed mir-reati stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 9, ma għandux ikun meħtieġ li l-fondi fil-fatt jintużaw, totalment jew parzjalment, sabiex jitwettaq, jew sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta’, kwalunkwe wieħed minn dawk ir-reati, u lanqas ma għandu jkun meħtieġ li l-awtur ikun jaf għal liema reat speċifiku jew reati speċifiċi se jintużaw il-fondi.

12.    Reati oħra relatati ma’ attivitajiet terroristiċi

L-atti intenzjonali li ġejjin:

(a)    serq aggravat bil-ħsieb li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fil-paragrafu 3;



(b)    estorsjoni bil-ħsieb li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fil-paragrafu 3;

(c)    tfassil jew użu ta’ dokumenti amministrattivi foloz bil-ħsieb li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 3.1, il-punt (b) tal-paragrafu 4, u l-paragrafu 9.

13.    Relazzjonijiet ma’ reati terroristiċi

Biex reat imsemmi fil- paragrafi 4 sa 12 ikun meqjus terroriżmu kif imsemmi fil-paragrafu 1, ma għandux ikun meħtieġ li jitwettaq att terroristiku, u lanqas ma għandu jkun meħtieġ, sa fejn huma kkonċernati r-reati msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 u 12, li tiġi stabbilita rabta ma’ reat speċifiku ieħor stabbilit f’dan l-Anness.

14.    Għajnuna u assistenza, inċitazzjoni u tentattiv

L-atti li ġejjin:

(a)    għajnuna u kompliċità f’reat imsemmi fil-paragrafi 3 sa 8, 11 u 12;

(b)    l-inċitazzjoni ta’ reat imsemmi fil-paragrafi minn 3 sa 12; u

(c)    it-tentattiv li jitwettaq reat imsemmi fil-paragrafi 3, 6 u 7, il-paragrafu 9.1, il-punt (a) tal-paragrafu 9.2, u l-paragrafi 11 u 12, bl-eċċezzjoni tal-pussess kif previst fil-punt (f) tal-paragrafu 3.1 u r-reat imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 3.1.

________________

ANNESS 14

MANDAT TA’ ARREST
KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 125 TAL-FTEHIM

Dan il-mandat inħareġ minn awtorità ġudizzjarja kompetenti. Nitlob li l-persuna msemmija hawn taħt tiġi arrestata u kkonsenjata għall-iskopijiet li titwettaq prosekuzzjoni kriminali jew tingħata piena li ċċaħħad il-libertà jew ordni ta’ detenzjoni. 45

(a)

Informazzjoni dwar l-identità tal-persuna rikjesta:

Isem:

 

Isem/Ismijiet:

Kunjom ta’ xebba, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Residenza u/jew indirizz magħruf:

Lingwa/i li l-persuna rikjesta affettwata tifhem (jekk magħrufa):

Marki distintivi/deskrizzjoni tal-persuna rikjesta:

Ritratt u marki tas-swaba’ tal-persuna rikjesta, jekk ikunu jinsabu għad-dispożizzjoni u jistgħu jiġu trażmessi, jew dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata sabiex tinkiseb dik l-informazzjoni jew profil tad-DNA (meta din l-evidenza tkun tista’ tingħata iżda ma tkunx ġiet inkluża)

(b)

Id-deċiżjoni li fuqha huwa bbażat il-mandat:

1.

Mandat ta’ arrest jew deċiżjoni ġudizzjarja li għandha l-istess effett:

Tip:

2.

Sentenza li tista’ tiġi infurzata:

Referenza:

(c)

Indikazzjonijiet dwar it-tul tas-sentenza:

1.

It-tul massimu tas-sentenza ta’ kustodja jew tal-ordni ta’ detenzjoni li tista’ tiġi imposta għar-reat(i):

2.

It-tul tas-sentenza ta’ kustodja jew tal-ordni ta’ detenzjoni imposta:

Il-bqija tas-sentenza li għad trid tiġi skontata:

(d)

Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni:

1.

   Iva, il-persuna dehret personalment waqt il-proċess li wassal għad-deċiżjoni.

2.

   Le, il-persuna ma dehritx personalment waqt il-proċess li wassal għad-deċiżjoni.

3.

Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punt 2, ikkonferma l-eżistenza ta’ wieħed minn dawn li ġejjin, jekk applikabbli:

   3.1a.    il-persuna kienet ikkonvokata personalment fi … (jum/xahar/sena) u għaldaqstant informata bid-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultaw fid-deċiżjoni u kienet informata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hi ma tidhirx għall-kawża;

JEW

   3.1b.    il-persuna ma kinitx ikkonvokata personalment iżda b’mezzi oħrajn realment irċeviet l-informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultat fid-deċiżjoni, b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hi kienet konxja mill-kawża skedata, u kienet informata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;

JEW

   3.2.    konxja mill-kawża skedata, il-persuna kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew maħtur mill-persuna kkonċernata jew mill-Istat Membru jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;

JEW

   3.3.    il-persuna kienet innotifikata bid-deċiżjoni fi … (jum/xahar/sena) u kienet informata espressament dwar id-dritt għal proċess ġdid jew appell, li fihom il-persuna kellha d-dritt li tipparteċipa u li ppermetta l-eżami mill-ġdid tal-merti tal-każ, inkluż provi ġodda, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali, u

   il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax din id-deċiżjoni;

JEW

   il-persuna ma talbitx proċess ġdid jew appell fl-iskadenzi applikabbli;

JEW


   3.4.    il-persuna ma ġietx innotifikata personalment bid-deċiżjoni, iżda

   il-persuna se tkun innotifikata personalment b’din id-deċiżjoni mingħajr dewmien wara l-konsenja; u

   meta notifikata bid-deċiżjoni, il-persuna tkun informata espressament dwar id-dritt tiegħu jew tagħha għal kawża mill-ġdid jew appell, li fihom huwa jew hija għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali; u

   il-persuna se tkun informata bil-perjodu taż-żmien li fih għandha tippreżenta talba għal proċess ġdid jew appell, li se ikun fi …… jiem.

4.



Jekk inti mmarkajt il-kaxxa taħt il-punt 3.1b, 3.2 jew 3.3 hawn fuq, ipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata l-kundizzjoni rilevanti:

………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………



(e)

Reati:

Dan il-mandat jirrigwarda total ta’:

reati

Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom sar(u) ir-reat(i), inkluż il-ħin, il-post u l-grad ta’ parteċipazzjoni fir-reat(i) mill-persuna rikjesta:

In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) u d-dispożizzjoni/kodiċi statutorja/u applikabbli:

I.

Dan li ġej japplika biss f’każ li kemm l-Istat Membru emittenti kif ukoll ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti, u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur ta’ eżekuzzjoni jew l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, ikunu għamlu notifika skont l-Artikolu 118 (Kamp ta’ Applikazzjoni) (4) tal-Ftehim: jekk applikabbli, immarka wieħed jew aktar mir-reati li ġejjin, kif definit mil-liġi tal-Istat Membru emittenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta jkun l-attur emittenti, punibbli fl-Istat Membru emittenti jew f’Ġibiltà, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-Istat emittenti, b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas 3 snin:

   il-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

   terroriżmu kif definit fl-Anness 13 għall-Ftehim,

   traffikar tal-bnedmin,

   l-isfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija tat-tfal,

   it-traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u f’sustanzi psikotropiċi,

   it-traffikar illeċitu f’armi, f’munizzjon u fi splussivi,

   korruzzjoni, inkluż tixħim,

   frodi, inkluża dik li taffettwa l-interessi finanzjarji tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni,

   il-ħasil ta’ rikavat tal-kriminalità,

   falsifikazzjoni ta’ flus,

   kriminalità tal-informatika,

   reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu fi speċi ta’ annimali fil-periklu u fi speċi u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu,

   faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati,

   omiċidju volontarju, offiżi fiżiċi gravi fuq il-persuna,

   kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem,

   ħtif ta’ persuni, żamma illegali u teħid ta’ ostaġġi,

   razziżmu u ksenofobija,

   serq organizzat jew bl-użu ta’ armi,

   traffikar illeċitu ta’ oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,

   truffa,

   rikattar organizzat u estorsjoni,

   falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti,

   falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom,

   falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas,

   it-traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi oħrajn ta’ tkabbir,

   it-traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi,

   traffikar ta’ vetturi misruqa,

   stupru,

   ħruq doluż,

   reati li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

   ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru, bastimenti jew inġenji spazjali,

   sabotaġġ.

II.

Deskrizzjonijiet kompluti ta’ reat(i) mhux kopert(i) mit-Taqsima I ta’ hawn fuq:

(f)

Ċirkostanzi oħra rilevanti għall-każ (informazzjoni fakultattiva):
(NB: Din tista’ tkopri kummenti dwar l-extraterritorjalità, l-interruzzjoni ta’ perjodi ta’ limitazzjoni taż-żmien u konsegwenzi oħra tar-reat)

(g)

Dan il-mandat huwa rilevanti wkoll għas-sekwestru u għat-trasferiment ta’ proprjetà li tista’ tkun meħtieġa bħala evidenza:

Dan il-mandat huwa rilevanti wkoll għas-sekwestru u għat-trasferiment ta’ proprjetà akkwistata mill-persuna rikjesta bħala riżultat tar-reat:

Deskrizzjoni tal-proprjetà (u l-lokalità) (jekk tkun magħrufa):

(h)

Ir-reat(i) li fuq il-bażi tiegħu/tagħhom inħareġ dan il-mandat huwa/huma punibbli

wassal/wasslu għal sentenza ta’ għomor il-ħabs jew ordni ta’ detenzjoni għal għomor il-ħabs:

L-Istat Membru emittenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur emittenti fuq talba mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur ta’ eżekuzzjoni jagħti assigurazzjoni li se:

   jirrieżamina l-piena jew il-miżura imposta – b’talba jew mill-inqas wara 20 sena,

u/jew

   jinkoraġġixxu l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ klemenza li għalihom il-persuna hija intitolata tapplika skont il-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru emittenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk tkun l-attur emittenti, bl-għan li tali piena jew miżura ma tiġix eżegwita.

(i)

L-awtorità ġudizzjarja li ħarġet il-mandat:

Isem uffiċjali:

Isem ir-rappreżentant tagħha: 46

Pożizzjoni (titolu/grad):

Referenza tal-fajl:

Indirizz:

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Nru tal-Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Indirizz elettroniku:

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li għandha tkun ikkuntattjata biex isiru l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-konsenja:

Meta awtorità ċentrali tkun ingħatat ir-responsabbiltà għat-trażmissjoni u r-riċezzjoni amministrattiva ta’ mandati ta’ arrest:

Isem l-awtorità ċentrali:

Persuna ta’ kuntatt, jekk applikabbli (titlu/grad u isem):

Indirizz:

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Nru tal-Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Indirizz elettroniku:

Firma tal-awtorità ġudizzjarja emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha:

Isem:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Data:

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):

________________

ANNESS 15

TALBA GĦAL ASSISTENZA REĊIPROKA F’MATERJI KRIMINALI

Din il-formola għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti li għalihom tapplika skont l-Artikolu 154 tal-Kapitolu ASSISTENZA REĊIPROKA tal-Ftehim.

L-informazzjoni pprovduta trid tkun rilevanti u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tiġi eżegwita din it-talba, f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-protezzjoni tad-data.

TAQSIMA A

Referenza tal-Każ:    

L-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:    

Awtorità Rikjedenti:    

L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk huwa l-attur rikjest:    

Awtorità Rikjesta (jekk magħrufa):    

TAQSIMA B: Urġenza

Jekk jogħġbok indika jekk hemmx xi urġenza minħabba:

   Evidenza li tinħeba jew tinqered

   Data tal-proċess imminenti

   Persuna f’kustodja

   Perjodu ta’ preskrizzjoni li jkun se jiskadi

   Kwalunkwe raġuni oħra

Jekk jogħġbok speċifika hawn taħt:

   

Il-limiti ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tat-talba huma stabbiliti fl-Artikolu 159 tal-Ftehim. Madankollu, jekk din it-talba tkun urġenti u/jew teħtieġ azzjoni sa/f’data speċifika, jekk jogħġbok speċifika u spjega r-raġuni għal dan:    

   

TAQSIMA C: Kunfidenzjalità

   Din it-talba hija kunfidenzjali

Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni addizzjonali fejn rilevanti:    

   

TAQSIMA D: Relazzjoni ma’ talba għal assistenza preċedenti jew simultanja

Jekk jogħġbok identifika kwalunkwe azzjoni meħuda f’dawn il-proċedimenti jew f’dawk relatati biex din l-evidenza tiġi mfittxija permezz ta’ mezzi oħra, fejn applikabbli. Jekk jogħġbok indika jekk din it-talba għal assistenza reċiproka tissupplimentax talba/talbiet għal assistenza preċedenti jew simultanja lill-Istat Membru rikjest jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk kienx l-attur rikjest, u, jekk rilevanti, lil Stat ieħor jew lir-Renju Unit.

   Impenn preċedenti mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, prosekuturi jew awtoritajiet oħra

Ipprovdi d-dettalji ta’ kwalunkwe kuntatt minn qabel mill-Istat Membru rikjedenti jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk kien l-attur rikjedenti, inkluż l-isem tal-Istat (inkluż, fil-każ tar-Renju Unit, jekk indirizzat lir-Renju Unit jew lir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà), l-awtorità kkuntattjata, id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti u kwalunkwe numru ta’ referenza tal-każ:    

   

   

   Talba preċedenti relatata jew simultanja għal assistenza reċiproka jew Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea

Ipprovdi informazzjoni rilevanti biex tidentifika t-talbiet l-oħra inkluż l-isem tal-Istat (inkluż, fil-każ tar-Renju Unit, jekk humiex indirizzati lir-Renju Unit jew lir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà), l-awtorità li lilha ġiet trażmessa, id-data tat-talba, u n-numri ta’ referenza mogħtija mill-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti: …………………………………………………................................................................................

………………………………………………………………………………………………………

   ………………………………………………………………………………………………………

   Oħrajn

Jekk rilevanti, ipprovdi informazzjoni relatata ma’ din it-talba l-oħra għal assistenza:

   

   

   

TAQSIMA E: Raġuni tat-talba

1.    Klassifikazzjoni tar-reat(i)

Biex jiġi żgurat li din it-talba tintbagħat lis-sede xierqa, x’inhi n-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) li għalih(om) issir it-talba:    

   

   

Jekk jogħġbok ipprovdi l-piena massima, it-termini preskrittivi u jekk applikabbli, it-test tad-dispożizzjoni/kodiċi statutorja inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-pieni:

   

   

2.    Espożizzjoni fil-qosor tal-fatti

Deskrizzjoni tal-imġiba li wasslet għar-reat(i) li fir-rigward tiegħu qiegħda tintalab l-assistenza u sommarju tal-fatti sottostanti:    

   

   

Għan-notifika ta’ dokumenti proċedurali u deċiżjonijiet ġudizzjarji, jekk jogħġbok ipprovdi sommarju qasir tad-dokument(i) u/jew tad-deċiżjoni(jiet) li għandhom jiġu nnotifikati, jekk dan ma jkunx disponibbli bil-lingwa tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest: ………………………………………………………………………………………………..

………………………………………………………………………………………………………

Għal talbiet oħra, jekk jogħġbok iddeskrivi kif l-evidenza/miżura li qed tfittex li tikseb tista’ tgħin fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reat(i):    

   

Stadju tal-investigazzjoni/proċedimenti:

   investigazzjoni

   prosekuzzjoni

   proċess

   ieħor, speċifika:    

   

   

Deskrizzjoni tar-riskji assoċjati mal-kisba ta’ din l-evidenza, jekk applikabbli:    

   

   

Kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, iqis utli għall-awtorità ta’ eżekuzzjoni fl-eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza, jekk applikabbli:……………………….    

   

   

3.    Tipi ta’ proċedimenti li t-talba qiegħda tinħareġ għalihom:

   proċedimenti fir-rigward ta’ reati li l-piena tagħhom, fiż-żmien tat-talba għall-assistenza, taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk tkun l-attur rikjedenti.

   proċedimenti mressqa minn awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ atti li huma punibbli skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti jew rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, billi huma ksur tar-regoli tal-liġi, fejn id-deċiżjoni tista’ twassal għal proċedimenti quddiem qorti li għandha ġuriżdizzjoni b’mod partikolari f’materji kriminali.

TAQSIMA F: L-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati

Jekk jogħġbok ipprovdi biss informazzjoni li hija rilevanti u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal din it-talba. Jekk aktar minn persuna waħda hija kkonċernata, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull persuna.

1.    Agħti l-informazzjoni kollha, sa fejn tkun magħrufa, dwar l-identità tal-persuna/i kkonċernata/i mill-miżura:

(i)    Fil-każ ta’ persuna/i fiżika/fiżiċi

Isem:    

Isem/ismijiet:    

Isem/ismijiet rilevanti oħra, jekk applikabbli:    

Isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa, jekk applikabbli:    

Sess:    

Ċittadinanza:    

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali:    

Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità (karta tal-identità, passaport), jekk disponibbli:

   

Data tat-twelid:    

Post tat-twelid:    

Residenza u/jew indirizz magħruf; jekk l-indirizz mhux magħruf, niżżel l-aħħar indirizz magħruf:

   

Post tax-xogħol (inklużi d-dettalji ta’ kuntatt):    

Dettalji oħra ta’ kuntatt (email, nru tat-telefown):    

Lingwa/i li l-persuna tifhem:    

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-pożizzjoni li l-persuna kkonċernata għandha fil-proċedimenti:

   Persuna suspettata jew akkużata

   Vittma

   Xhud

   Esperti

   Parti Terza

   Oħrajn (Jekk jogħġbok speċifika):    

(ii)    Fil-każ ta’ persuna/i ġuridika/ġuridiċi

Isem:    

Għamla ta’ persuna ġuridika:    

Isem imqassar, isem ta’ użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli:

   

Sede/uffiċċju reġistrat(a):    

Numru tar-reġistrazzjoni:    

Indirizz tal-persuna ġuridika:    

Dettalji oħra ta’ kuntatt (email, nru tat-telefown): …………………………………………………………...

Isem ir-rappreżentant tal-persuna ġuridika:    

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-pożizzjoni li l-persuna kkonċernata għandha fil-proċedimenti:

   Persuna suspettata jew akkużata

   Vittma

   Xhud

   Esperti

   Parti Terza

   Oħrajn (Jekk jogħġbok speċifika):    

2.    Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti:

   

   

TAQSIMA G: Miżura rikjesta

1.    Jekk jogħġbok speċifika l-miżura rikjesta:

   Perkwiżizzjoni u sekwestru (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H1)

   Forniment ta’ dokumenti u/jew rekords tal-operat

   Forniment ta’ materjal b’rabta mal-banek jew informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H2)

   Notifika ta’ dokumenti proċedurali u deċiżjonijiet ġudizzjarji bl-assistenza tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest

   Il-kisba ta’ informazzjoni jew evidenza li tkun diġà fil-pussess tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest

   Ksib ta’ informazzjoni li tinsab fil-bażijiet tad-data miżmuma mill-pulizija jew mill-awtoritajiet ġudizzjarji

   Dikjarazzjonijiet u Smigħ (Jekk din tiġi mmarkata, iridu jimtlew it-Taqsima F (L-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati) u t-Taqsima I (Formalitajiet u proċeduri mitluba għall-eżekuzzjoni):

   xhud

   espert

   persuna suspettata jew akkużata

   vittma

   parti terza

   Smigħ b’vidjokonferenza, konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra. (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H4):

   xhud

   espert

   persuna suspettata jew akkużata

   vittma

   parti terza

   Ksib ta’ data dwar l-abbonat / l-entità (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H3)

   Ksib ta’ data dwar it-traffiku / l-eventi (inkluża dwar il-lokalizzazzjoni) (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H3)

   Ksib ta’ data dwar il-kontenut (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H3)

   Miżura investigattiva li timplika l-ġbir ta’ evidenza fi żmien reali, kontinwament u matul ċertu perjodu ta’ żmien:

   monitoraġġ ta’ operazzjonijiet bankarji jew finanzjarji oħra

   konsenji kkontrollati

   oħra (Jekk jogħġbok speċifika):    

   Miżura/i proviżorja/i għall-fini tal-preservazzjoni tal-evidenza, ta’ żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti jew ta’ protezzjoni ta’ interessi legali fil-periklu (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H5)

   Trasferiment temporanju ta’ persuna miżmuma f’kustodja lejn l-Istat Membru rikjedenti jew lejn Ġibiltà, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa l-attur rikjedenti (Jekk tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H6)

   Trasferiment temporanju ta’ persuna miżmuma f’kustodja lejn l-Istat Membru rikjest jew lejn Ġibiltà, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa l-attur rikjest (Jekk tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H6)

   Investigazzjoni sigrieta (Jekk din tiġi mmarkata, trid timtela t-taqsima H7)

   L-użu ta’ apparati tekniċi ta’ reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru rikjest jew ta’ Ġibiltà, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa l-attur rikjest (jekk applikabbli)

   Oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din):    

   

   

2.    Jekk jogħġbok iddeskrivi l-assistenza meħtieġa, u, jekk magħrufa, il-postijiet fejn tinsab/huwa maħsub li tinsab l-evidenza u kwalunkwe informazzjoni neċessarja li hemm bżonn biex titwettaq din il-miżura. Biex titlob li tiġi osservata kwalunkwe formalità jew proċedura, jekk jogħġbok ara t-taqsima I:    

   

   

   

TAQSIMA H: Rekwiżiti addizzjonali għal ċerti miżuri

Imla t-taqsimiet rilevanti għall-miżura/i investigattiva/i rikjesta/i:

TAQSIMA H1: Perkwiżizzjoni u sekwestru

Persuna fiżika jew ġuridika marbuta mal-perkwiżizzjoni. Jekk aktar minn waħda, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji għal kull waħda:

   

   

Bini li għandha ssir il-perkwiżizzjoni tiegħu. Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji dwar kif il-persuna hija kkollegata mal-bini. Jekk aktar minn waħda, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull waħda:    

   

   

Liema evidenza qiegħda tiġi mfittxija? Identifika l-materjal li trid tipperkwiżixxi f’kemm jista’ jkun dettall:    

   

   

Għaliex temmen li l-evidenza x’aktarx li tinsab fil-post imsemmi hawn fuq u li hija rilevanti u ta’ valur sostanzjali għall-investigazzjoni:    

   

   

Hemm xi riskju li jinstab materjal privileġġat? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji:

   

   

   

Se jkun meħtieġ li xi uffiċjali tat-territorju rikjedenti jkunu preżenti waqt il-perkwiżizzjoni? (Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima I):

   Iva

   Le

Kwalunkwe informazzjoni magħrufa relatata ma’ investigazzjonijiet fi territorji jew stati oħra li jista’ jkollha impatt fuq din it-talba ta’ perkwiżizzjoni u sekwestru:    

   

   

Jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata mal-perkwiżizzjoni u s-sekwestru:

   

TAQSIMA H2: Għoti ta’ informazzjoni dwar kontijiet bankarji jew kontijiet finanzjarji oħra

Jekk aktar minn kont wieħed huwa kkonċernat, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni għal kull kont.

Jekk jogħġbok speċifika liema informazzjoni qiegħda tintalab:

   Informazzjoni dwar kontijiet bankarji li għandha l-persuna li għandha l-prokura fir-rigward tagħhom

   Informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji oħra li għandha l-persuna jew li għandha l-prokura fir-rigward tagħhom

   Informazzjoni dwar operazzjonijiet bankarji:

   Rendikonti tal-Bank

   Dokumentazzjoni tal-ftuħ ta’ kontijiet bankarji

   Prokura jew intestatarju addizzjonali tal-kont bankarju

   Oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din):    

   Informazzjoni dwar operazzjonijiet finanzjarji oħra:

   Rendikonti tal-Kontijiet Bankarji

   Dokumentazzjoni tal-ftuħ ta’ kontijiet bankarji

   Prokura jew intestatarju addizzjonali tal-kont bankarju

   Oħra (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din):    

Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi:

Isem id-Detentur tal-Kont:    

Isem il-bank/istituzzjoni finanzjarja:    

L-IBAN jew in-Numru tal-Kont u l-Kodiċi li jidentifika l-Bank:    

Skala ta’ Żmien għat-tranżazzjonijiet:    

   Oħrajn (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din):    

Jekk jogħġbok ipprovdi ġustifikazzjoni addizzjonali għaliex din l-evidenza x’aktarx li tkun rilevanti u ta’ valur sostanzjali għall-investigazzjoni, inkluża r-rabta tal-kont mar-reat imwettaq:    

   

   

Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li x’aktarx tkun meħtieġa biex tiġi eżegwita din it-talba:    

   

TAQSIMA H3: Data dwar l-abbonat, it-traffiku, il-lokalizzazzjoni u l-kontenut

Tip ta’ data mitluba:

   Data dwar l-abbonat / l-entità (pereż. abbonament għal numru tat-telefown jew indirizz IP), speċifika:    

   

   Data dwar it-traffiku / l-eventi, speċifika:    

   Data ta’ lokalizzazzjoni, speċifika:    

   Data dwar il-kontenut (pereż. dump tal-web/kaxxa tal-posta elettronika jew log tal-messaġġi, snapshot), speċifika:    

   

   Oħrajn, speċifika:    

It-talbiet kollha għal data dwar l-abbonat, it-traffiku jew il-lokalizzazzjoni, u d-data ta’ kontenut jirrikjedu l-informazzjoni segwenti:

   Data (JJ/XX/SSSS):    

   Kronogramma (ss:mm:ss):    

   Żona tal-ħin:    

Ipprovdi dettalji ulterjuri biex tgħin fl-identifikazzjoni tad-data rikjesta:

   Indirizz IP (u n-Numru tal-port jekk applikabbli):    

   Numru/i tat-telefown:    

   Numru/i IMEI:    

   Oħrajn (Jekk jogħġbok speċifika):    

TAQSIMA H4: Vidjokonferenza jew konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra

Jekk huwa rikjest smigħ b’vidjokonferenza jew konferenza telefonika jew trażmissjoni awdjoviżiva oħra:

Jekk jogħġbok indika l-isem tal-awtorità li se tmexxi s-smigħ (jekk jogħġbok inkludi l-isem tal-persuna li se tmexxi s-smigħ/id-dettalji ta’ kuntatt/il-lingwa meta disponibbli):    

   

Data/i proposta/i (JJ/XX/SSSS):    

Ħin tal-bidu tal-konferenza (ss:mm:ss):    

Żona tal-ħin:    

Tul approssimattiv tas-smigħ:    

Dettalji tekniċi:

Isem is-sit:    

Sistema ta’ komunikazzjoni:    

Kuntatti tat-tekniku (lingwa):    

Data u ħin tal-prova qabel:    

Dettalji ta’ kuntatt għall-operatur tal-prova ta’ qabel jekk magħruf:    

L-arranġamenti lingwistiċi u ta’ interpretazzjoni:    

Kwalunkwe rekwiżit ieħor (Jekk jogħġbok speċifika jekk għażilt din):    

   

   

   

   Din it-talba tikkonċerna persuna akkużata jew il-persuna suspettata u s-smigħ huwa l-proċess ta’ din il-persuna, jew jifforma parti minnu

Raġuni(jiet) għaliex mhuwiex mixtieq jew possibbli li x-xhud jew l-espert jattendi personalment (imla biss jekk applikabbli):

   

Jekk jogħġbok speċifika jekk l-individwu, il-persuna suspettata jew akkużata tawx il-kunsens tagħhom:

   Iva

   Le

   Nitlob li jintalab il-kunsens tal-persuna qabel tipproċedi din it-talba

TAQSIMA H5: Miżuri proviżorji

Jekk tintalab miżura proviżorja għall-fini tal-preservazzjoni tal-evidenza, ta’ żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti jew ta’ protezzjoni ta’ interessi legali fil-periklu, jekk jogħġbok indika jekk:

   l-oġġett għandu jiġi ttrasferit lill-Istat Membru rikjedenti jew lil Ġibiltà, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjedenti

   l-oġġett għandu jibqa’ fl-Istat Membru rikjest jew f’Ġibiltà, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjest; jekk jogħġbok indika data stmata:

għat-tneħħija tal-miżura proviżorja:    

għall-preżentazzjoni ta’ talba sussegwenti rigward l-oġġett:    

TAQSIMA H6: Trasferiment ta’ persuna miżmuma f’kustodja

(1)    Jekk jintalab trasferiment temporanju lejn l-Istat Membru rikjedenti jew lejn Ġibiltà, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjedenti, ta’ persuna miżmuma f’kustodja għall-fini tal-investigazzjoni, jekk jogħġbok indika jekk il-persuna tatx il-kunsens tagħha għal din il-miżura:

   Iva        Le        Nitlob li jintalab il-kunsens tal-persuna

(2)    Jekk jintalab trasferiment temporanju lejn l-Istat Membru rikjest jew lejn Ġibiltà, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur rikjest, ta’ persuna miżmuma f’kustodja għall-fini ta’ investigazzjoni, jekk jogħġbok indika jekk il-persuna tatx il-kunsens tagħha għal din il-miżura:

   Iva        Le

Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali:    

TAQSIMA H7: Investigazzjonijiet Sigrieti

Jekk jogħġbok indika r-raġunijiet għaliex tqis li l-miżura investigattiva sigrieta hija rilevanti għall-fini tal-proċedimenti kriminali:

   

   

   

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni segwenti:

(a)    Informazzjoni għall-fini li jiġi identifikat is-soġġett tal-investigazzjoni sigrieta:    

   

(b)    Id-data mixtieqa tal-bidu tal-miżura sigrieta u t-tul ta’ żmien tagħha:    

(c)    Dettalji tal-vetturi/indirizz tal-miżura sigrieta:    

(d)    Jekk meħtieġ, jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-eżekuzzjoni ta’ din it-talba:

   

   

TAQSIMA I: Formalitajiet u proċeduri mitluba għall-eżekuzzjoni

1.    Immarka u imla, jekk applikabbli

   Huwa mitlub li l-awtorità rilevanti/kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk tkun l-attur rikjest, tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri li ġejjin (inkluż kwalunkwe dritt/twissija li jeħtieġu jiġu kkomunikati lill-persuna):    

   

2.    Immarka u imla, jekk applikabbli

   Huwa mitlub li uffiċjal wieħed jew aktar tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, ikun preżenti matul l-eżekuzzjoni tat-talba b’appoġġ għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjest.

Isem, titolu tal-impjieg u dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjali:

   

   

Il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni, jekk differenti mil-lingwa indikata fit-taqsima J:

   

   

In-natura tal-assistenza li għandha tiġi pprovduta mill-uffiċjal(i) tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, u/jew kwalunkwe dettall rilevanti ieħor:

   

   

3.    Trażmissjoni sigura ta’ informazzjoni u/jew evidenza

Jekk jogħġbok speċifika rotta ta’ trażmissjoni elettronika sigura, f’każ li tiġi aċċettata t-trażmissjoni elettronika:

   

   

Jekk it-trażmissjoni elettronika ma tiġix aċċettata jew ma tkunx xierqa f’dan il-każ, jekk jogħġbok indika l-metodu ta’ trażmissjoni rikjest:………………………………………….    

   

TAQSIMA J: Dettalji tal-awtorità li ħarġet it-talba

1.    Isem l-awtorità li ħarġet it-talba:    

Isem tar-rappreżentant / tal-punt ta’ kuntatt:    

Indirizz:    

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)    

Indirizz elettroniku:    

2.    Jekk differenti minn dan ta’ hawn fuq, isem l-awtorità li tmexxi l-investigazzjoni kriminali:

   

Isem u titolu ta’ uffiċjal li qiegħed iwettaq l-investigazzjoni kriminali:    

   

Indirizz:    

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)    

Indirizz elettroniku:    

3.    Lingwi li bihom huwa possibbli li ssir komunikazzjoni mal-awtorità rikjedenti:

   

4.    Jekk differenti minn dawk ta’ hawn fuq, id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i li wieħed għandu jikkuntattja għal informazzjoni addizzjonali jew biex isiru l-arranġamenti prattiċi għat-trasferiment tal-evidenza:

Isem/Titolu/Organizzazzjoni:    

Indirizz:    

Indirizz elettroniku:    

Nru tat-Telefown ta’ Kuntatt:    

TAQSIMA K: Iffirmar

Billi niffirma din il-formola, niċċertifika li:

   il-kontenut tat-talba kif stabbilit f’din il-formola huwa preċiż u korrett,

   din it-talba nħarġet minn awtorità kompetenti,

   il-ħruġ ta’ din it-talba huwa meħtieġ għall-fini tal-proċedimenti, u

   il-miżuri investigattivi rikjesti setgħu ġew ordnati taħt l-istess kundizzjonijiet f’każ domestiku simili, u meta applikabbli nkisbet l-awtorizzazzjoni neċessarja.

Firma tal-awtorità rikjedenti u/jew tar-rappreżentant tagħha:

Isem:    

Pożizzjoni okkupata:    

Data:    

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):

Lista ta’ hemżiet (jekk applikabbli):

   

   

________________

ANNESS 16

FORMOLA TAL-IFFRIŻAR U TAL-KONFISKA

Formola ta’ Talba
għall-Miżuri tal-Iffriżar / Proviżorji

TAQSIMA A

L-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:    

L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:    

TAQSIMA B: Urġenza

Raġunijiet għall-urġenza u/jew id-data tal-eżekuzzjoni mitluba:

Il-limiti ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tat-talba tal-iffriżar huma stabbiliti fl-Artikolu 169 (Obbligu li jittieħdu miżuri proviżorji) tal-Ftehim. Madankollu, jekk ikun meħtieġ limitu taż-żmien iqsar jew speċifiku, ipprovdi d-data u spjega r-raġuni għal din:

TAQSIMA C: Persuni rilevanti

Niżżel l-informazzjoni kollha, magħrufa, rigward l-identità tal-persuna/i (1) fiżika/fiżiċi jew (2) ġuridika/ġuridiċi kkonċernata/i fit-talba tal-iffriżar jew tal-persuna/i li hi/huma s-sid/is-sidien tal-proprjetà koperta mit-talba tal-iffriżar (jekk aktar minn persuna waħda hija kkonċernata, agħti l-informazzjoni dwar kull persuna):

1.    Persuna fiżika:

Isem:

Isem/ismijiet:

Isem/ismijiet rilevanti oħra, jekk applikabbli:

Isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa, jekk applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali:

Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità (karta tal-identità, passaport), jekk disponibbli:

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Residenza u/jew indirizz magħruf; jekk l-indirizz mhux magħruf, niżżel l-aħħar indirizz magħruf:

Lingwa/i li l-persuna tifhem:

Indika jekk it-talba tal-iffriżar hijiex diretta kontra din il-persuna jew jekk hijiex kontra s-sid tal-proprjetà koperta mit-talba tal-iffriżar:

2.    Persuna ġuridika:

Isem:

Għamla ta’ persuna ġuridika:

Isem imqassar, isem ta’ użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli:

Sede rreġistrata:

Numru tar-reġistrazzjoni:

Indirizz tal-persuna ġuridika:

Isem ir-rappreżentant tal-persuna ġuridika:

Indika jekk it-talba tal-iffriżar hijiex diretta kontra din il-persuna ġuridika jew jekk hijiex kontra s-sid tal-proprjetà koperta mit-talba tal-iffriżar:

Jekk differenti mill-indirizz ta’ hawn fuq, indika l-post li fih għandha tiġi eżegwita l-miżura tal-iffriżar:

3.    Terzi persuni:

(i)    Terzi persuni li d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-proprjetà koperta mit-talba tal-iffriżar huma direttament preġudikati bit-talba (identità u raġunijiet), jekk applikabbli:

(ii)    Jekk terzi persuni kellhom l-opportunità li jitolbu drittijiet, ehmeż id-dokumenti li juru li dan kien il-każ.

4.    Agħti kwalunkwe informazzjoni oħra li tgħin fl-eżekuzzjoni tat-talba ta’ ffriżar:

TAQSIMA D: Proprjetà rilevanti

Indika l-informazzjoni kollha, sa fejn magħrufa, rigward l-assi li huma suġġetti għat-talba tal-iffriżar. Ipprovdi d-dettalji tal-proprjetà u tal-oġġetti individwali kollha fejn applikabbli:

1.    Jekk ikun relatat ma’ ammont ta’ flus:

(i)    Raġunijiet biex wieħed jemmen li l-persuna għandha proprjetà/introjtu fit-territorju tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dan ikun l-attur rikjedenti

(ii)    Deskrizzjoni u sit tal-proprjetà/sors ta’ dħul ta’ dik il-persuna

(iii)    Sit eżatt tal-proprjetà/sors tad-dħul ta’ dik il-persuna

(iv)    Dettalji tal-kont bankarju ta’ dik il-persuna (jekk magħruf)

2.    Jekk it-talba tal-iffriżar tikkonċerna oġġett(i) speċifiku/speċifiċi ta’ proprjetà (jew proprjetà ta’ valur ekwivalenti għal tali proprjetà):

(i)    Raġunijiet biex wieħed jemmen li l-oġġetti(i) speċifiku/speċifiċi jinsab(u) fit-territorju tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dan ikun l-attur rikjedenti

(ii)    Deskrizzjoni u s-sit tal-oġġett(i) speċifiku/speċifiċi tal-proprjetà

(iii)    Informazzjoni rilevanti oħra

3.    L-ammont totali mitlub għall-iffriżar jew għall-eżekuzzjoni fl-Istat Membru rikjest jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti (f’ċifri u fi kliem, indika l-munita):

TAQSIMA E: Raġunijiet għat-talba jew għall-ħruġ tal-ordni ta’ ffriżar (jekk applikabbli)

Fatti fil-qosor:

1.    Indika r-raġunijiet għat-talba tal-iffriżar jew għalfejn inħarġet l-ordni, inkluż sommarju tal-fatti sottostanti u r-raġunijiet għall-iffriżar, deskrizzjoni tar-reat(i) kriminali tal-akkuża, tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti, l-istadju tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti, ir-raġunijiet għal kwalunkwe fattur ta’ riskju u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

2.    In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) kriminali li b’rabta magħhom hija relatata t-talba tal-iffriżar jew inħarġet l-ordni ta’ ffriżar u d-dispożizzjoni(jiet) legali applikabbli.

3.    Dan li ġej japplika biss fil-każ(ijiet) fejn saru notifiki taħt l-Artikolu 176(2): Raġunijiet għar-rifjut tal-Ftehim fir-rigward kemm tal-Istat Membru rikjedenti kif ukoll tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti: jekk applikabbli, immarka wieħed jew aktar mir-reati li ġejjin, kif definit mil-liġi tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, punibbli fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas 3 snin. Jekk it-talba jew l-ordni ta’ ffriżar tikkonċerna diversi reati kriminali, indika n-numri fil-lista ta’ reati kriminali hawn taħt (li jikkorrispondu għar-reati kriminali kif deskritti taħt il-punti 1 u 2 hawn fuq):

   parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali

   terroriżmu kif definit fl-Anness [X]

   traffikar tal-bnedmin

   sfruttament sesswali ta’ tfal u pornografija tat-tfal

   traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u ta’ sustanzi psikotropiċi

   traffikar illeċitu fl-armi, munizzjon u splussivi

   korruzzjoni, inkluż tixħim

   frodi, inkluża dik li taffettwa l-interessi finanzjarji tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni

   ħasil ta’ flus ta’ rikavat minn attività kriminali

   falsifikazzjoni ta’ flus

   kriminalità relatata mal-kompjuter

   kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċijiet ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu li jinqerdu

   faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati

   omiċidju volontarju

   offiża gravi fuq il-persuna

   kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem

   il-ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali u t-teħid ta’ ostaġġi

   razziżmu u ksenofobija

   serq organizzat jew bl-użu ta’ armi

   traffikar illeċitu ta’ oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti

   truffa

   rikattar organizzat u estorsjoni

   falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti

   falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom

   falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas

   traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi oħrajn ta’ tkabbir

   traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjuattivi

   traffikar ta’ vetturi misruqin

   stupru

   ħruq doluż

   reati li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali

   ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru, bastimenti jew inġenji spazjali

   sabotaġġ

4.    Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (eż. ir-relazzjoni bejn il-proprjetà u r-reat kriminali):

TAQSIMA F: Kunfidenzjalità

   Il-ħtieġa li l-informazzjoni fit-talba tinżamm kunfidenzjali wara l-eżekuzzjoni:

   Ħtieġa għal formalitajiet speċifiċi fil-mument tal-eżekuzzjoni:

TAQSIMA G: Talbiet lil aktar minn Stat Membru wieħed jew, fejn l-attur rikjedenti jkun Stat Membru, lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u Stat Membru wieħed jew aktar

Meta talba għall-iffriżar tkun ġiet trażmessa lil aktar minn Stat Membru wieħed jew, meta l-attur rikjedenti jkun Stat Membru, lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u Stat Membru wieħed jew aktar, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1.    Talba ta’ ffriżar intbagħtet lil dawn l-Istati Membri li ġejjin (Stat Membru u awtorità):

2.    Jekk jogħġbok indika r-raġunijiet għat-trażmissjoni ta’ talbiet għall-iffriżar lil diversi Stati Membri jew, meta l-attur rikjedenti jkun Stat Membru, lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u Stat Membru wieħed jew aktar:

3.    Valur tal-assi, jekk magħruf, f’kull Stat Membru rikjest:

4.    Indika kwalunkwe ħtieġa speċifika:

TAQSIMA H: Relazzjoni ma’ talbiet jew ordnijiet ta’ ffriżar preċedenti

Jekk applikabbli, ipprovdi informazzjoni rilevanti biex jiġu identifikati talbiet tal-iffriżar preċedenti jew relatati:

1.    Data tat-talba jew tal-ħruġ u tat-trażmissjoni tal-ordni:

2.    L-awtorità li lilha ġiet trażmessa:

3.    Referenza mogħtija mill-awtoritajiet emittenti u ta’ eżekuzzjoni:

TAQSIMA I: Konfiska

Din it-talba għall-iffriżar hija akkumpanjata minn ordni ta’ konfiska maħruġa fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti (numru ta’ referenza tal-ordni ta’ konfiska):

   Iva, numru ta’ referenza:

   Le

Il-proprjetà għandha tibqa’ ffriżata fl-Istat Membru rikjest jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti sakemm tiġi trażmessa u eżegwita l-ordni ta’ konfiska (id-data stmata għall-preżentazzjoni tal-ordni ta’ konfiska, jekk possibbli):

TAQSIMA J: Rimedji legali (jekk applikabbli)

Jekk jogħġbok indika jekk jistax jintalab rimedju legali fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti kontra l-ħruġ ta’ talba/ordni ta’ ffriżar, u jekk iva jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji (deskrizzjoni tar-rimedju legali, inklużi l-passi meħtieġa li għandhom jittieħdu u l-iskadenzi):

TAQSIMA K: Awtorità Emittenti

Jekk hemm ordni ta’ ffriżar fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, li fuqha tkun ibbażata din it-talba ta’ ffriżar, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji li ġejjin:

1.    Tip ta’ awtorità emittenti:

   imħallef, qorti, prosekutur pubbliku

   Awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru rikjedenti jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti

2.    Id-dettalji ta’ kuntatt:

Isem uffiċjali tal-awtorità emittenti:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Nru tal-fajl:

Indirizz:

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Indirizz elettroniku:

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità emittenti:

Firma tal-awtorità emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha li tiċċertifika li l-kontenut tal-Formola ta’ Talba għall-Miżuri tal-Iffriżar / Proviżorji huwa preċiż u korrett:

Isem:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Data:

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):

TAQSIMA L: Awtorità ta’ validazzjoni

Indika t-tip ta’ awtorità li vvalidat il-Formola ta’ Talba għall-Miżuri tal-Iffriżar / Proviżorji, jekk applikabbli:

   imħallef, qorti, prosekutur pubbliku

   awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru rikjedenti jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti

Isem uffiċjali tal-awtorità li tirratifika:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Nru tal-fajl:

Indirizz:

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Indirizz elettroniku:

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti:

TAQSIMA M: Awtorità Ċentrali

Jekk jogħġbok indika l-awtorità ċentrali responsabbli għat-trażmissjoni amministrattiva u r-riċevuta tat-talbiet għall-iffriżar fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:

Isem uffiċjali tal-awtorità ċentrali:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Nru tal-fajl:

Indirizz:

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Indirizz elettroniku:

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti:

TAQSIMA N: Aktar informazzjoni

1.    Jekk jogħġbok indika jekk il-punt ta’ kuntatt ewlieni fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti għandux ikun:

   l-awtorità emittenti

   l-awtorità kompetenti

   l-awtorità ċentrali

2.    Jekk differenti minn dawk indikati hawn fuq, ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i għall-ksib ta’ informazzjoni addizzjonali rigward din it-talba tal-iffriżar:

Isem/Titolu/Organizzazzjoni:

Indirizz:

Indirizz elettroniku/Nru tat-Telefon ta’ Kuntatt:

Firma tal-awtorità emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha li tiċċertifika li l-kontenut tal-Formola ta’ Talba għall-Miżuri tal-Iffriżar / Proviżorji huwa preċiż u korrett:

Isem:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Data:

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):

TAQSIMA O: Annessi

Il-kopja oriġinali jew awtentikata kif xieraq tal-ordni ta’ ffriżar trid tiġi pprovduta mal-Formola ta’ Talba għal Miżuri tal-Iffriżar/Proviżorji jekk tkun inħarġet ordni ta’ ffriżar fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti.



Formola ta’ Talba ta’ Konfiska

TAQSIMA A

L-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:    

L-Istat Membru rikjest jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:    

TAQSIMA B: Ordni ta’ konfiska

Data tal-ħruġ:    

Data li fiha l-ordni saret finali:    

Numru ta’ referenza:    

Ammont totali tal-ordni f’ċifri u kliem, indika l-munita

Ammont mitlub għall-eżekuzzjoni fl-Istat Membru rikjest jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jew jekk tkun/ikunu tip(i) speċifiku/speċifiċi ta’ proprjetà, deskrizzjoni u post tal-proprjetà

Ipprovdi d-dettalji tal-konklużjonijiet tal-qorti b’rabta mal-ordni ta’ konfiska:

   il-proprjetà hija r-rikavat ta’ reat, jew ekwivalenti għall-valur sħiħ jew parti mill-valur ta’ tali rikavati

   il-proprjetà tikkostitwixxi l-istrumentalitajiet ta’ tali reat

   il-proprjetà tista’ tkun suġġetta għal konfiska estiża

   il-proprjetà hija soġġetta għal konfiska skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra relatata mas-setgħat ta’ konfiska, inkluża l-konfiska mingħajr kundanna finali, skont il-liġi tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti wara proċedimenti fir-rigward ta’ reat kriminali

TAQSIMA C: Persuni affettwati

Niżżel l-informazzjoni kollha, magħrufa, rigward l-identità tal-persuna/i (1) fiżika/fiżiċi jew (2) ġuridika/ġuridiċi affettwata/i mit-talba ta’ konfiska (jekk aktar minn persuna waħda hija kkonċernata, agħti l-informazzjoni dwar kull persuna):

1.    Persuna fiżika:

Isem:

Isem/ismijiet:

Isem/ismijiet rilevanti oħra, jekk applikabbli:

Isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa, jekk applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali:

Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità (karta tal-identità, passaport), jekk disponibbli:

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Residenza u/jew indirizz magħruf; jekk l-indirizz mhux magħruf, niżżel l-aħħar indirizz magħruf:

Lingwa/i li l-persuna tifhem:

Indika jekk it-talba ta’ konfiska hijiex diretta kontra din il-persuna jew jekk hijiex is-sid tal-proprjetà koperta mit-talba ta’ konfiska:

2.    Persuna ġuridika:

Isem:

Għamla ta’ persuna ġuridika:

Isem imqassar, isem ta’ użu komuni jew isem kummerċjali, jekk applikabbli:

Sede rreġistrata:

Numru tar-reġistrazzjoni:

Indirizz tal-persuna ġuridika:

Isem ir-rappreżentant tal-persuna ġuridika:

Jekk differenti mill-indirizz ta’ hawn fuq, indika l-post li fih għandha tiġi eżegwita t-talba ta’ konfiska:

3.    Terzi persuni:

(i)    Partijiet terzi li d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-propjetà koperta mit-talba ta’ konfiska huma direttament preġudikati bit-talba (identità u raġunijiet), jekk magħrufa/applikabbli:

(ii)    Jekk terzi persuni kellhom l-opportunità li jitolbu drittijiet, ehmeż id-dokumenti li juru li dan kien il-każ.

4.    Agħti kwalunkwe informazzjoni oħra li tgħin fl-eżekuzzjoni tat-talba ta’ konfiska:

TAQSIMA D: Proprjetà affettwata

Indika l-informazzjoni kollha, sa fejn magħrufa, rigward l-assi li huma suġġetti għall-konfiska. Ipprovdi d-dettalji tal-proprjetà u tal-oġġetti individwali kollha fejn applikabbli:

1.    Jekk ikun relatat ma’ ammont ta’ flus:

(i)    Raġunijiet biex wieħed jemmen li l-persuna għandha proprjetà/introjtu fit-territorju tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:

(ii)    Deskrizzjoni u sit tal-proprjetà/sors ta’ dħul:

2.    Jekk it-talba tkun tikkonċerna oġġett(i) speċifiku/speċifiċi ta’ proprjetà:

(i)    Raġunijiet biex wieħed jemmen li oġġett(i) speċifiku/speċifiċi ta’ propjetà jinsab(u) fit-territorju tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:

(ii)    Deskrizzjoni u s-sit tal-oġġett(i) speċifiku/speċifiċi ta’ proprjetà:

3.    Valur tal-proprjetà:

(i)    Ammont totali tat-talba (ammont approssimattiv):

(ii)    Ammont totali mitlub għall-eżekuzzjoni fl-Istat Membru rikjest jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti (ammont approssimattiv):

(iii)    Jekk tip(i) speċifiku/speċifiċi ta’ proprjetà, deskrizzjoni u sit tal-proprjetà:

TAQSIMA E: Raġunijiet għall-konfiska

Fatti fil-qosor:

1.    Spjega għaliex inħarġet ordni ta’ konfiska, inkluż sommarju tal-fatti sottostanti u r-raġunijiet għall-konfiska, deskrizzjoni tar-reati, ir-raġunijiet għal kwalunkwe fattur ta’ riskju u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (bħad-data, il-post u ċ-ċirkostanzi tar-reat):

2.    In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) li b’rabta magħhom inħarġet l-ordni ta’ konfiska u d-dispożizzjoni(jiet) legali applikabbli:

3.    Dan li ġej japplika biss fil-każ fejn in-notifiki jkunu saru skont l-Artikolu 176(2): Raġunijiet għar-rifjut tal-Ftehim fir-rigward kemm tal-Istat Membru rikjedenti kif ukoll tal-Istat Membru rikjest jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti: jekk applikabbli, immarka wieħed jew aktar mir-reati li ġejjin, kif definit mil-liġi tal-Istat Membru rikjedenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, punibbli fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas 3 snin. Jekk l-ordni ta’ konfiska tikkonċerna diversi reati kriminali, indika n-numri fil-lista ta’ reati kriminali hawn taħt (li jikkorrispondu għar-reati kriminali kif deskritti taħt il-punti 1 u 2 hawn fuq):

   parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali

   terroriżmu kif definit fl-Anness [X]

   traffikar tal-bnedmin

   sfruttament sesswali ta’ tfal u pornografija tat-tfal

   traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u ta’ sustanzi psikotropiċi

   traffikar illeċitu fl-armi, munizzjon u splussivi

   korruzzjoni, inkluż tixħim

   frodi, inkluża dik li taffettwa l-interessi finanzjarji tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni

   ħasil ta’ flus ta’ rikavat minn attività kriminali

   falsifikazzjoni ta’ flus

   kriminalità relatata mal-kompjuter

   kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċijiet ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu li jinqerdu

   faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati

   omiċidju volontarju

   offiża gravi fuq il-persuna

   kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem

   il-ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali u t-teħid ta’ ostaġġi

   razziżmu u ksenofobija

   serq organizzat jew bl-użu ta’ armi

   traffikar illeċitu ta’ oġġetti kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti

   truffa

   rikattar organizzat u estorsjoni

   falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti

   falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom

   falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas

   traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi oħrajn ta’ tkabbir

   traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjuattivi

   traffikar ta’ vetturi misruqin

   stupru

   ħruq doluż

   reati li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali

   ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru, bastimenti jew inġenji spazjali

   sabotaġġ

4.    Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (eż. ir-relazzjoni bejn il-proprjetà u r-reat kriminali):

TAQSIMA F: Kunfidenzjalità

   Ħtieġa li l-informazzjoni fit-talba jew parti minnha tinżamm kunfidenzjali

Indika kwalunkwe informazzjoni rilevanti:

TAQSIMA G: Talbiet lil aktar minn Stat Membru wieħed jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u Stat Membru wieħed jew aktar

Meta talba ta’ konfiska tkun ġiet trażmessa lil aktar minn Stat Membru wieħed jew, meta l-attur rikjedenti jkun Stat Membru, lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u Stat Membru wieħed jew aktar, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1.    Talba ta’ konfiska ntbagħtet ukoll lil dawn l-Istati Membri li ġejjin (Stat u awtorità):

2.    Raġunijiet għat-trażmissjoni ta’ talba ta’ konfiska lil diversi Stati Membri jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u lil Stat Membru wieħed jew aktar (agħżel raġunijiet xierqa):

(i)    Jekk talba tkun tikkonċerna oġġett(i) speċifiku/speċifiċi ta’ proprjetà:

   Oġġetti differenti koperti mit-talba huma maħsuba li jinsabu fi Stati Membri differenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u Stat Membru wieħed jew aktar

   It-talba ta’ konfiska tirrigwarda oġġett speċifiku ta’ proprjetà u teħtieġ azzjoni f’aktar minn Stat Membru wieħed jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u Stat Membru wieħed jew aktar

(ii)    Jekk it-talba ta’ konfiska tikkonċerna ammont ta’ flus:

   Il-valur stmat tal-proprjetà li tista’ tiġi kkonfiskata fil-parti rikjedenti u fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri rikjesti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, x’aktarx li ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ammont sħiħ stabbilit fl-ordni

   Ħtiġijiet speċifiċi oħrajn:

3.    Valur tal-assi, jekk magħruf, f’kull Stat Membru rikjest, jew, meta l-attur rikjedenti jkun Stat Membru, fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u kull Stat Membru rikjest:

4.    Jekk il-konfiska tal-oġġett(i) speċifiku/speċifiċi ta’ proprjetà teħtieġ azzjoni f’aktar minn Stat Membru wieħed jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u Stat Membru wieħed jew aktar, deskrizzjoni tal-azzjoni li għandha tittieħed fl-Istat rikjest jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà:

TAQSIMA H: Konverżjoni u trasferiment ta’ proprjetà

1.    Jekk it-talba ta’ konfiska tikkonċerna oġġett speċifiku ta’ proprjetà, ikkonferma jekk l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, jippermettux li l-konfiska fl-Istat Membru rikjest jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti, tieħu l-forma ta’ rekwiżit li titħallas somma flus li tikkorrispondi għall-valur tal-proprjetà:

   Iva

   Le

2.    Jekk il-konfiska tikkonċerna ammont ta’ flus, iddikjara jekk il-proprjetà, minbarra flus miksuba mill-eżekuzzjoni tat-talba ta’ konfiska, tistax tiġi ttrasferita lill-Istat Membru rikjedenti jew lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:

   Iva

   Le

TAQSIMA I: Priġunerija f’każ ta’ inadempjenza jew miżuri oħra li jirrestrinġu l-libertà ta’ persuna

Jekk jogħġbok indika jekk l-Istat Membru rikjedenti jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti jippermetti l-applikazzjoni mill-Istat Membru rikjest jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti ta’ priġunerija f’kontumaċja jew miżuri oħra li jirrestrinġu l-libertà ta’ persuna fejn ma jkunx possibbli li tiġi eżegwita t-talba ta’ konfiska, kompletament jew parzjalment:

   Iva

   Le

TAQSIMA J: Restituzzjoni jew kumpens għall-vittmi

1.    Indika, fejn rilevanti:

   Awtorità emittenti jew awtorità kompetenti oħra fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti tkun ħarġet deċiżjoni biex tikkumpensa lill-vittma, jew tirrestitwixxi lill-vittma, is-somma ta’ flus li ġejja:

   Awtorità emittenti jew awtorità kompetenti oħra fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti tkun ħarġet deċiżjoni għar-restituzzjoni tal-proprjetà li ġejja għajr flus lill-vittma:

2.    Id-dettalji tad-deċiżjoni ta’ restituzzjoni tal-proprjetà, jew ta’ kumpens, lill-vittma:

Awtorità emittenti (isem uffiċjali):

Data tad-deċiżjoni:

Numru ta’ riferenza tad-deċiżjoni (jekk disponibbli):

Deskrizzjoni tal-proprjetà li għandha tiġi restitwita jew l-ammont mogħti bħala kumpens:

Isem il-vittma:

Indirizz tal-vittma:

TAQSIMA K: Rimedji legali

Indika jekk intalabx diġà rimedju legali kontra l-ħruġ ta’ ordni ta’ konfiska, jekk iva, agħti aktar dettalji (deskrizzjoni tar-rimedju legali, inklużi l-passi li meħtieġ li jittieħdu u l-iskadenzi):

TAQSIMA L: Awtorità Emittenti

Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar l-awtorità li ħarġet it-talba ta’ konfiska fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:

1.    Tip ta’ awtorità emittenti:

   imħallef, qorti, prosekutur pubbliku

   awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru rikjedenti jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti

2.    Id-dettalji ta’ kuntatt:

Isem uffiċjali tal-awtorità emittenti:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Nru tal-fajl:

Indirizz:

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Indirizz elettroniku:

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità emittenti:

Firma tal-awtorità emittenti u/jew tar-rappreżentant tagħha li tiċċertifika li l-kontenut tal-Formola ta’ Talba ta’ Konfiska huwa preċiż u korrett:

Isem:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Data:

Timbru uffiċjali (jekk disponibbli):

TAQSIMA M: Awtorità ta’ validazzjoni

Indika t-tip ta’ awtorità li vvalidat il-Formola ta’ Talba ta’ Konfiska, jekk applikabbli:

   imħallef, qorti, prosekutur pubbliku

   awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru emittenti jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti

Isem uffiċjali tal-awtorità li tirratifika:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Nru tal-fajl:

Indirizz:

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Indirizz elettroniku:

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti:

TAQSIMA N: Awtorità Ċentrali

Jekk jogħġbok indika l-awtorità ċentrali responsabbli għat-trażmissjoni amministrattiva u r-riċevuta tal-Formola ta’ Talba għal Konfiska fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti:

Isem uffiċjali tal-awtorità ċentrali:

Isem ir-rappreżentant tagħha:

Pożizzjoni (titolu/grad):

Nru tal-fajl:

Indirizz:

Numru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)

Indirizz elettroniku:

Lingwi li bihom hija possibbli l-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti:

TAQSIMA O: Aktar informazzjoni

1.    Jekk jogħġbok indika jekk il-punt ta’ kuntatt ewlieni fl-Istat Membru rikjedenti jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk ikun l-attur rikjedenti għandux ikun:

   l-awtorità emittenti

   l-awtorità kompetenti

   l-awtorità ċentrali

2.    Jekk differenti minn dawk indikati hawn fuq, ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i għall-ksib ta’ informazzjoni addizzjonali rigward din il-Formola ta’ Talba ta’ Konfiska:

Isem / Titolu / Organizzazzjoni:

Indirizz:

Indirizz elettroniku/Nru tat-Telefon ta’ Kuntatt:

TAQSIMA P: Annessi

Il-kopja oriġinali jew awtentikata kif xieraq tal-ordni ta’ konfiska trid tiġi pprovduta mal-Formola ta’ Talba ta’ Konfiska.

________________

ANNESS 17

IL-ĠLIEDA KONTRA L-ĦASIL TAL-FLUS
U L-FINANZJAMENT TAT-TERRORIŻMU

KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 198 TAL-FTEHIM

1.    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018, id-Direttiva (UE) 2019/2177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019, ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 u d-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024.

2.    Ir-Regolament (UE) Nru 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

3.    Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849.



4.    Ir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

5.    Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849.

________________

ANNESS 18

REGOLI SOSTANTIVI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT
KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 201 TAL-FTEHIM

L-Artikolu 19 għandu japplika għall-atti tal-Unjoni elenkati f’dan l-Anness, soġġett għall-paragrafi li ġejjin.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “atti tal-Unjoni” għandha tinkludi wkoll il-linji gwida, l-avviżi u l-komunikazzjonijiet kollha elenkati f’dan l-Anness.

Dan l-Anness japplika skont l-Artikolu 201(1).

Il-Partijiet jinnotaw li dan l-Anness fih atti tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri kif infurzata mill-Kummissjoni Ewropea. Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 201(1), tali atti tal-Unjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis, inkluż għall-valutazzjoni sostantiva tal-għajnuna mill-Istat, kif ukoll il-proċeduri ta’ infurzar tal-awtorità jew tal-korp indipendenti tagħha.

Il-linji gwida, l-avviżi u l-komunikazzjonijiet rilevanti elenkati f’dan l-Anness għandhom jiġu implimentati f’Ġibiltà bl-istess mod bħal fl-Unjoni, u l-awtorità jew il-korp indipendenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu japplikahom bl-istess mod bħall-Kummissjoni Ewropea.



Il-Partijiet jirrikonoxxu li minħabba restrizzjonijiet oġġettivi li jirriżultaw mill-ispeċifiċitajiet ġeografiċi ta’ Ġibiltà, ċerti atti tal-Unjoni f’dan l-Anness jistgħu ma jkunux immedjatament rilevanti għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, pereżempju peress li bħalissa jista’ ma jkollhiex ċerti attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tagħha, tali atti tal-Unjoni huma altrimenti impossibbli li jiġu applikati, jew tali atti tal-Unjoni jirregolaw miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jiddependu fuq dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni li ma japplikawx għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Il-Partijiet jinnotaw li r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, mhuwiex meħtieġ jinkorpora tali atti tal-Unjoni fis-sistema legali domestika tiegħu sakemm ikollu l-attivitajiet ekonomiċi rispettivi rregolati minn dawk l-atti tal-Unjoni fit-territorju tiegħu jew sakemm ma jkollux l-intenzjoni li jagħti għajnuna li potenzjalment taqa’ taħt tali atti tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità jew il-korp indipendenti tagħha għandu jqis kif xieraq mingħajr dewmien l-atti rilevanti tal-Unjoni f’dan l-Anness jekk jintalab jivvaluta l-għajnuna mill-Istat.

1.    Regoli dwar Għajnuna mill-Istat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 47 (“TFUE”)

L-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE

L-Artikolu 106 TFUE, sa fejn jikkonċerna għajnuna mill-Istat

L-Artikolu 93 TFUE

2.    Atti li jirreferu għall-kunċett ta’ għajnuna

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE 48 għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

3.    Regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija

3.1    Regolament ta’ Abilitazzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1911 tas-26 ta’ Novembru 2018 (ĠU L 311, 7.12.2018, p. 8).

3.2    Ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1), kif emendat bi:

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 156, 20.6.2017, p. 1);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/972 tat-2 ta’ Lulju 2020 (ĠU L 215, 7.7.2020, p. 3);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/452 tal-15 ta’ Marzu 2021 (ĠU L 89, 16.3.2021, p. 1);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1237 tat-23 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 270, 29.7.2021, p. 39); u

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2023/1315 tat-23 ta’ Ġunju 2023 (ĠU L 167, 30.6.2023, p. 1).

3.3    Regolamenti settorjali ta’ eżenzjoni ta’ kategorija

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2472 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, (ĠU L 327, 21.12.2022, p. 1) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2607 tat-22 ta’ Novembru 2023 (ĠU L, 23.11.2023).

   Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1) kif emendat bir-Regolament (UE) 2016/2338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 (ĠU L 345, 2312.2016).

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida interpretattivi li jikkonċernaw ir-Regolament (KE) 1370/2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (ĠU C 92, 29.3.2014, p. 1).

   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

3.4    Regolamenti dwar l-għajnuna de minimis

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għall-għajnuna de minimis (ĠU L, 2023/2831, 15.12.2023); u

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2023/2832 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għall-għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L, 2023/2832, 15.12.2023).

4.    Regoli proċedurali

   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-TFUE (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1), kif emendat bi:

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 tal-24 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 10);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1935/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 407, 15.2.2007, p.1);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1147/2008 tal-31 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 313, 22.11.2008, p.1);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2009 tal-24 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 15);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2009 tat-23 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 308, 24.11.2009, p. 5);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 372/2014 tad-9 ta’ April 2014 (ĠU L 109, 12.4.2014, p. 14);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2282 tas-27 ta’ Novembru 2015 (ĠU L 325, 10.12.2015, p. 1);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/246 tat-3 ta’ Frar 2016 (ĠU L 51, 26.2.2016, p. 1);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2105 tal-1 ta’ Diċembru 2016 (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 19);

   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/905 tat-12 ta’ Mejju 2025 (ĠU L, 2025/905, 13.6.2025, p. 1);

   L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat – C/2019/5396 (ĠU C 247, 23.07.2019, p. 1);

   L-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat illegali (ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22);

   L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat mill-qrati nazzjonali (ĠU C 305, 30.7.2021, p. 1);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Kodiċi tal-Aħjar Prattiki għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C, C/2025/2810, 13.6.2025, p. 1); u

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2003) 4582 tal-1 ta’ Diċembru 2003 dwar is-segretezza professjonali fid-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat (ĠU C 297, 9.12.2003, p. 6).

5.    Regoli dwar il-kompatibbiltà

5.1    Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (ĠU C 528, 30.12.2021, p. 10).

5.2    Għajnuna agrikola

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali (ĠU C 485, 21.12.2022, p. 1).

5.3    Għajnuna reġjonali

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1).

5.4    Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Qafas għall-għajnuna mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (ĠU C 414, 28.10.2022, p. 1).

5.5    Għajnuna għall-kapital ta’ riskju

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (ĠU C 508, 16.12.2021, p. 1).

5.6    Għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1), kif estiża mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà, fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni (ĠU C, C/2023/1212, 29.11.2023).

5.7    Għajnuniet għat-taħriġ

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għat-taħriġ soġġetta għal notifika individwali (ĠU C 188, 11.8.2009, p. 1).

5.8    Għajnuna għall-impjieg

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità soġġetta għal notifika individwali (ĠU C 188, 11.8.2009, p. 6).

5.9    Regoli temporanji b’reazzjoni għall-kriżi ekonomika u finanzjarja

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 329, 7.12.2010, p. 7);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7); u

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).

5.10    Assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 u 108 TFUE għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir (ĠU C 497, 10.12.2021, p. 5).

5.11    Enerġija u ambjent

5.11.1    Ambjent u Enerġija

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2022 (ĠU C 80, 18.2.2022, p. 1);

   Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 (ĠU C 317, 25.09.2020, p. 5).

5.11.2    Elettriku (kostijiet mhux rekuperabbli)

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija tal-analiżi tal-għajnuna mill-Istat marbuta mal-kostijiet li ma ġewx irkuprati (Ittra tal-Kummissjoni SG (2001) D/290869 tas-6 ta’ Awwissu 2001).

5.11.3    Patt għal Industrija Nadifa

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Qafas għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw il-Patt għal Industrija Nadifa (Qafas tal-Għajnuna mill-Istat għall-Patt għal Industrija Nadifa) (ĠU C, C/2025/3602, 4.7.2025).

5.12    Industriji bażiċi u l-manifattura (azzar)

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward ċerti aspetti tat-trattament ta’ każijiet ta’ kompetizzjoni li jirriżultaw mill-iskadenza tat-Trattat KEFA (ĠU C 152, 26.6.2002, p. 5).

5.13    Servizzi postali

   Avviż mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ regoli tal-kompetizzjoni lis-settur postali u dwar l-istima ta’ ċerti miżuri statali dwar is-servizzi postali (ĠU C 39, 6.2.1998, p. 2).

5.14    Trasport u Infrastruttura

   Il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għall-impriżi ferrovjarji (ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti gwida dwar għajnuna mill-Istat li tikkumplementa l-finanzjament Komunitarju għall-varar tal-awtostradi tal-baħar (ĠU C 317, 12.12.2008, p. 10);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti gwida dwar għajnuna mill-Istat għal kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti (ĠU C 132, 11.6.2009, p. 6);

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

5.15 Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI, Services of general economic interest)

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

6.    Trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi

   Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318 17.11.2006 p. 17), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2025/1442 tat-18 ta’ Lulju 2025 (ĠU L, 2025/1442, 21.7.2025).

7.    Definizzjoni ta’ SME

   Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

________________

ANNESS 19

MODALITAJIET RELATATI MAL-PROVA LI L-MERKANZIJA TISSODISFA
L-KUNDIZZJONIJIET TAL-ARTIKOLU 242 TAL-ARTIKOLU 248

FL-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 247(3)

ARTIKOLU 1

Merkanzija fi tranżitu mill-Unjoni lejn Ġibiltà

1.    Merkanzija mibgħuta lejn Ġibiltà li tkun f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 242 ta’ dan il-Ftehim fil-mument tal-preżentazzjoni tagħha f’post doganali deżinjat, għandha tiġi ttrasportata bl-art jew bil-baħar bl-użu tas-Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata (“NCTS”, New Computerised Transit System) bl-applikazzjoni tal-kodiċi T2GI. Id-data tat-tranżitu tal-merkanzija kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ddikjarati fl-NCTS fil-post doganali deżinjat, li jaġixxi bħala uffiċċju tat-tluq, u l-merkanzija għandha tiġi ttrasportata wara l-proċess ta’ tranżitu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li jaġixxu bħala uffiċċju tad-destinazzjoni.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, it-tagħmir professjonali kif definit fl-Artikolu 1 tal-Anness B2 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar l-Ammissjoni Temporanja jista’ jiġi mċaqlaq bl-art mingħajr ma jintuża l-NCTS.



2.    Għall-finijiet ta’ kontroll, għandu jinżamm reġistru mill-post doganali deżinjat li jkun fih id-dettalji tal-esportazzjonijiet kollha lejn Ġibiltà, inkluża referenza għall-kodiċijiet tal-komodità, il-kwantitajiet u l-valur tal-oġġetti abbażi ta’ fattura pprovduta mid-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu, id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, l-oġġetti ta’ ħlas, in-numru ta’ referenza ewlieni (T2GI XXX), u kwalunkwe data oħra meħtieġa għall-kalkolu tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u d-dazju tas-sisa fejn applikabbli. Din l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa fil-livell ta’ oġġett lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-kalkolu tal-ammont tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u tad-dazju tas-sisa dovuti fil-mument tal-preżentazzjoni tal-merkanzija f’Ġibiltà lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, permezz tal-proċedura speċjali ta’ tranżitu definita fil-paragrafu 1.

3.    Il-proċedura speċjali ta’ tranżitu għandha tintemm għand l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bl-użu ta’ messaġġ ta’ “avviż tal-wasla”, għandhom jinnotifikaw lill-post doganali deżinjat li aġixxa bħala l-uffiċċju tat-tluq bil-wasla tal-oġġetti fil-jum li l-oġġetti jiġu ppreżentati f’Ġibiltà fl-uffiċċju tad-destinazzjoni u għandhom jibagħtu messaġġ ta’ “riżultati tal-kontroll” lill-uffiċċju tat-tluq mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li l-oġġetti jiġu ppreżentati fl-uffiċċju tad-destinazzjoni flimkien ma’ prova li t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u d-dazji tas-sisa, fejn rilevanti, ikunu ġew imposti f’Ġibiltà fuq l-oġġetti, sakemm l-oġġetti ma jkunux koperti mid-deroga msemmija fil-paragrafu 5. F’każijiet fejn tapplika tali deroga, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jibagħtu lill-uffiċċju tat-tluq, messaġġ li jindika li l-merkanzija ġiet inkluża fi proċedura speċjali għal finijiet ta’ taxxa (ħażna, ipproċessar attiv jew dħul temporanju) minflok il-prova li t-taxxa fuq it-tranżazzjoni u d-dazji tas-sisa, fejn rilevanti, ġew imposti f’Ġibiltà.



4.    Meta l-messaġġi jew il-provi dwar it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u s-sisa imposti, fejn rilevanti, ma jiġux ippreżentati, jew meta l-moviment ta’ tranżitu ma setax jiġi rilaxxat, għandha ssir entrata fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 mill-post doganali deżinjat. F’dan il-każ, il-post doganali deżinjat rilevanti għandu jittratta l-moviment bħala dħul irregolari u jimponi l-VAT u d-dazji tas-sisa applikabbli fl-Istat Membru tal-post doganali deżinjat. Id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu għandu jkun responsabbli għall-ammont rilevanti. Din l-applikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe korrezzjoni, li tista’ tkun meħtieġa, pereżempju, fid-dawl tal-investigazzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-arranġamenti ta’ tranżitu jew bħala riżultat ta’ azzjoni mwettqa fil-kuntest tal-assistenza reċiproka kif stabbilit fil-Protokolli dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali u dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi u dazji.

5.    B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, merkanzija tal-Unjoni, li għaliha hemm ħtieġa ġustifikata ta’ negozju li tissospendi l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u dazji tas-sisa, fejn applikabbli, tista’ tibbenefika mill-eċċezzjoni li ġejja. Tali merkanzija tista’ tiġi rrilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-finijiet tat-taxxa għal proċedura ta’ ħażna f’maħżen doganali awtorizzat f’Ġibiltà, fil-każ ta’ maħżen doganali għall-finijiet tat-taxxa għal provvisti ta’ bastimenti mingħajr perjodu minimu ta’ ħażna, inkella għal perjodu ta’ bejn xahar u 9 xhur jew għal proċedura ta’ proċessar attiv jew għal proċedura ta’ dħul temporanju għal perjodu ta’ mhux aktar minn 3 xhur, biex tidħol fis-seħħ simultanjament mat-tmiem tal-proċedura ta’ tranżitu T2GI. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jipprovdu informazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ lill-post doganali deżinjat li aġixxiet bħala l-uffiċċju tat-tluq għall-proċedura ta’ tranżitu T2GI fir-rigward ta’ merkanzija li nħarġet mill-proċedura speċjali għal finijiet ta’ taxxa biex titqiegħed fis-suq f’Ġibiltà, tinħareġ minn Ġibiltà taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni mill-ġdid, jew tinqered mingħajr ma jifdal skart.



6.    Barra minn hekk, fil-każ tat-twettiq tal-proċeduri speċjali għal finijiet ta’ taxxa permezz tat-tqegħid fis-suq tal-merkanzija f’Ġibiltà, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jipprovdu lill-post doganali deżinjat, li aġixxiet bħala l-uffiċċju tat-tluq għall-proċedura ta’ tranżitu T2GI, fuq bażi ta’ kull xahar, prova li t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u, jekk applikabbli, id-dazji tas-sisa, ġew imposti mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għal merkanzija mqiegħda fis-suq f’Ġibiltà.

Fil-każ tat-twettiq tal-proċeduri speċjali għal finijiet ta’ taxxa billi l-merkanzija tinħareġ minn Ġibiltà jew tinqered mingħajr ma jibqa’ skart, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jipprovdu lill-post doganali deżinjat, li aġixxa bħala l-uffiċċju tat-tluq għall-proċedura ta’ tranżitu T2GI, fuq bażi ta’ każ b’każ, prova tal-ħruġ tagħhom minn Ġibiltà jew prova ta’ dik il-qerda.

Perjodu ta’ aktar minn 3 xhur għar-rilaxx jista’ jiġi awtorizzat fil-każ ta’ proċedura ta’ proċessar attiv jew proċedura ta’ dħul temporanju, fil-ħin li ssir l-applikazzjoni, jew permezz ta’ estensjoni jekk ikun hemm ċirkostanzi debitament ġustifikati aċċettati mill-post doganali deżinjat, li aġixxa bħala l-uffiċċju tat-tluq għall-proċedura ta’ tranżitu T2GI.



Fejn il-messaġġi jew il-provi ta’ rilaxx ma jiġux ippreżentati jew fejn il-proċeduri speċjali ma setgħux jiġu rilaxxati fi żmien il-perjodu ta’ 9 xhur (jew perjodu itwal awtorizzat fil-każ ta’ proċedura ta’ proċessar attiv jew proċedura ta’ dħul temporanju taħt ċirkostanzi debitament ġustifikati), għandha ssir entrata fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 mill-post doganali deżinjat. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jittrasferixxu lill-Istat Membru tal-uffiċċju tat-tluq l-ammont tal-VAT u tad-dazji tas-sisa applikabbli fil-mument tar-rilaxx tal-moviment ta’ tranżitu f’dak l-Istat Membru.

7.    Il-postijiet doganali deżinjati elenkati fl-Appendiċi 1 tal-Anness 21 għandhom ikunu l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għall-esportazzjonijiet kollha tal-merkanzija mill-Unjoni lejn Ġibiltà.

Il-merkanzija li tkun eliġibbli għal eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni skont ir-regoli tal-Unjoni dwar id-dħul temporanju, tista’ tingħata eżenzjoni sħiħa mit-taxxa indiretta mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont awtorizzazzjoni għal dħul temporanju mogħtija f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

It-tagħmir professjonali kif definit fl-Artikolu 1 tal-Anness B2 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar l-Ammissjoni Temporanja jista’ jitqiegħed ukoll fil-proċedura ta’ ammissjoni temporanja bl-att tad-dħul tiegħu f’Ġibiltà.

8.    L-arranġamenti amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.



ARTIKOLU 2

Merkanzija fi tranżitu minn Ġibiltà lejn l-Unjoni

1.    Meta l-merkanzija f’ċirkolazzjoni libera f’Ġibiltà (jew merkanzija f’ħażna doganali, proċessar attiv jew proċedura ta’ dħul temporanju għal finijiet ta’ taxxa) tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bil-ħsieb li tiġi ttrasportata lejn l-Unjoni, il-NCTS għandha tintuża billi jiġi applikat il-kodiċi T2GI. Id-data tat-tranżitu tal-merkanzija għandha tiġi ddikjarata fl-NCTS u l-merkanzija għandha tiġi ttrasportata wara l-proċess ta’ tranżitu lejn il-post doganali deżinjat fl-Unjoni li taġixxi bħala uffiċċju tad-destinazzjoni, sabiex tingħata evidenza li l-merkanzija inkwistjoni tinsab f’ċirkolazzjoni libera f’Ġibiltà.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, it-tagħmir professjonali kif definit fl-Artikolu 1 tal-Anness B2 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar l-Ammissjoni Temporanja jista’ jiġi mċaqlaq bl-art mingħajr ma jintuża l-NCTS.

2.    Il-proċedura tal-Artikolu 1(3) ta’ dan l-Anness għandha tapplika mutatis mutandis. Meta l-uffiċċju tat-tluq f’Ġibiltà ma jkunx irċieva l-informazzjoni meħtieġa biex jagħti prova li l-merkanzija tkun waslet f’post doganali deżinjat, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiġbor il-VAT u d-dazji tas-sisa rilevanti applikabbli fl-Istat Membru tal-post doganali deżinjat u għandu jittrasferixxi t-taxxi imposti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu, fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jipprovdu evidenza konklużiva li l-merkanzija fi tranżitu fl-aħħar mill-aħħar baqgħet f’Ġibiltà, minflok għandhom jiġu imposti t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u, jekk applikabbli, id-dazji tas-sisa ta’ Ġibiltà.



3.    L-arranġamenti amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2.

ARTIKOLU 3

Il-liġi applikabbli tal-Unjoni

1.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

(a)    ir-regoli tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni għandhom japplikaw, inkluż kif emendati jew sostitwiti fil-futur kif ukoll kwalunkwe att tal-Unjoni li jimplimenta jew jissupplimenta dawk ir-regoli tal-Unjoni;

(b)    ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu japplika r-regoli tal-proċedura ta’ ħażna doganali tal-Unjoni, l-ipproċessar attiv u l-proċeduri ta’ dħul temporanju, l-awtorizzazzjonijiet u s-superviżjoni elenkati hawn taħt mutatis mutandis mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti f’dan l-Anness, dment li l-awtorizzazzjoni ma tkoprix il-merkanzija msemmija fl-Anness 21. Għandu japplika l-Artikolu 19 ta’ dan il-Ftehim.

2.    Id-dokumenti ta’ garanzija u ċ-ċertifikati maħruġa skont l-Artikoli 1 u 2 ta’ dan l-Anness għandu jkollhom il-kliem “Ġibiltà”.



3.    Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), id-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi applikat mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jkopri l-atti li ġejjin:

(a)    Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni kif emendat bi

(i)    Ir-Regolament (UE) 2016/2339 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016

(ii)    Ir-Regolament (UE) 2019/474 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019

(iii)    Ir-Regolament (UE) 2019/632 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019

(iv)    Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022

Ikkoreġuti minn:

Rettifika, ĠU L 287, 29.10.2013, p. 90 (952/2013)

Rettifika, ĠU L 267, 30.9.2016, p. 2 (952/2013)

Definizzjoni ta’ deċiżjoni: l-Artikolu 5(39)



Provvista ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet doganali: l-Artikolu 15

Deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet Doganali: l-Artikoli minn 22 sa 32

Appelli: l-Artikoli minn 43 sa 45

Żamma ta’ dokumenti u ta’ informazzjoni oħra: l-Artikolu 51

Tiġrib ta’ dejn doganali: l-Artikoli minn 77 sa 88

Garanzija għal Dejn Doganali potenzjali jew eżistenti: l-Artikoli minn 88 sa 100

Irkupru, ħlas, ħlas lura u remissjoni: l-Artikoli minn 101 sa 126

Dispożizzjonijiet li japplikaw għad-dikjarazzjonijiet doganali kollha: l-Artikoli minn 170 sa 176

Verifika u rilaxx ta’ merkanzija: l-Artikoli minn 188 sa 194

Disponiment ta’ merkanzija: l-Artikoli minn 197 sa 200

Proċeduri Speċjali – Dispożizzjonijiet ġenerali: l-Artikoli minn 210 sa 224

Ħażna doganali: l-Artikoli minn 237 sa 242

Dħul Temporanju: l-Artikoli minn 250 sa 253

Proċessar Attiv: l-Artikoli minn 255 sa 258



(b)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni kif emendat bi:

(i)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta’ Diċembru 2015

(ii)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/651 tal-5 ta’ April 2016

(iii)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1063 tas-16 ta’ Mejju 2018

(iv)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1118 tas-7 ta’ Ġunju 2018

(v)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/841 tal-14 ta’ Marzu 2019

(vi)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1143 tal-14 ta’ Marzu 2019

(vii)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/877 tat-3 ta’ April 2020

(viii)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2191 tal-20 ta’ Novembru 2020

(ix)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/234 tas-7 ta’ Diċembru 2020



(x)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1934 tat-30 ta’ Lulju 2021

(xi)    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/398 tal-14 ta’ Diċembru 2022

Ikkoreġuti minn:

Rettifika, ĠU L 087, 2.4.2016, p. 35 (2015/2446)

Rettifika, ĠU L 096, 5.4.2019, p. 55 (2016/341)

Definizzjonijiet: l-Artikoli 1 (2), (3), (4), (12), (17), (23), (29), (30), (32), (33), (36), (41), (42)

Deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali: l-Artikoli minn 7a sa 18

Tiġrib ta’ dejn doganali: l-Artikoli 72, 74, 76, 79

Garanzija għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti: l-Artikoli minn 81 sa 84

Notifika tad-dejn doganali u talba għall-ħlas mill-assoċjazzjoni li tagħti garanzija: l-Artikoli 87 u 88

Il-ħlas tad-dejn doganali: l-Artikoli minn 89 sa 91



Ħlas lura u maħfra tad-dejn doganali: l-Artikoli minn 92 sa 97

Għeluq ta’ dejn doganali: Artikolu 103

Dispożizzjonijiet li japplikaw għad-dikjarazzjonijiet doganali kollha: Artikolu 148

Merkanzija ritornata: Artikolu 158

Proċeduri speċjali – Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni: l-Artikoli 161, 162, 164,165,166 sa 175, 177, 178 sa 180 u 182

Ħażna doganali: l-Artikoli minn 201 sa 203

Dħul Temporanju: l-Artikoli minn 204 sa 238

Proċessar attiv: l-Artikoli 240, 241

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta fil-polza għar-rilaxx: l-Anness 71-06



(c)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni kif emendat bi:

(i)    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/989 tat-8 ta’ Ġunju 2017

(ii)    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/604 tat-18 ta’ April 2018

(iii)    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1394 tal-10 ta’ Settembru 2019

(iv)    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/893 tad-29 ta’ Ġunju 2020

(v)    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1727 tat-18 ta’ Novembru 2020

(vi)    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2038 tal-10 ta’ Diċembru 2020

(vii)    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/235 tat-8 ta’ Frar 2021

(viii)    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2334 tad-29 ta’ Novembru 2022

Ikkoreġuti minn:

Rettifika, ĠU L 087, 2.4.2016, p. 35 (2015/2447)

Deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet doganali: l-Artikoli minn 8 sa 15



Dejn doganali u garanziji: l-Artikoli minn 148 sa 158

Rkupru, ħlas lura u maħfra tad-dejn doganali: l-Artikoli 165, 166, 170, 171, 172 sa 181

Tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali: Artikolu 221

Verifika u rilaxx ta’ merkanzija: l-Artikoli minn 238 sa 247

Disponiment ta’ merkanzija: l-Artikoli minn 248 sa 250

Proċeduri speċjali dispożizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni u d-deċiżjonijiet għal awtorizzazzjoni: l-Artikoli minn 258 sa 271

Dħul Temporanju: l-Artikoli 322 u 232

Proċessar attiv: l-Artikoli 324 u 325



ARTIKOLU 4

Merkanzija tal-Unjoni li tidħol f’Ġibiltà mill-baħar

B’applikazzjoni tal-Artikolu 247 ta’ dan il-Ftehim, il-merkanzija tal-Unjoni li tkun ġiet ikklerjata għall-ħruġ mill-Unjoni fil-post doganali deżinjat f’Algeciras tista’ tiġi ttrasportata bil-baħar direttament minn dan il-post doganali deżinjat permezz tal-iqsar rotta lejn Ġibiltà, li tasal fi żmien sagħtejn mill-ħruġ mill-port taħt il-kopertura ta’ proċedura ta’ tranżitu T2GI, kif previst fl-Artikolu 1(1) sa 1(7) ta’ dan l-Anness. Il-bastiment għandu jinħatt kompletament f’Ġibiltà.

ARTIKOLU 5

Merkanzija tal-Unjoni li titlaq minn Ġibiltà

Merkanzija tal-Unjoni li għandha tiġi esportata minn Ġibiltà bħala provvisti tal-bastimenti tista’ titlaq mit-territorju ta’ Ġibiltà permezz tal-port jew tal-ajruport, dment li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet doganali u tat-tassazzjoni indiretta tal-Unjoni applikabbli għal tranżazzjonijiet komparabbli fl-Unjoni. Japplika l-Artikolu 8(1) tal-Anness 21, bl-eċċezzjoni tal-preżentazzjoni tal-merkanzija f’post doganali deżinjat.

________________

ANNESS 20

DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DRITT TAL-UNJONI
MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 247(1)

1.    L-atti tal-Unjoni u leġiżlazzjoni ekwivalenti oħra kif meħtieġ biex jiġu evitati distorsjonijiet mar-reġjun ġar fir-rigward tal-Artikolu 247(1) għandhom jiġu applikati fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. L-oqsma koperti huma dawn li ġejjin:

(a)    il-leġiżlazzjoni doganali kif definita fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, bl-esklużjoni tal-kwoti tariffarji kollha, u tat-tariffi stabbiliti f’livell aktar baxx minn dawk li jinsabu fl-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji tal-Unjoni dwar il-kummerċ fil-merkanzija, inkorporati fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (1994) abbażi ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali, jew minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tagħti preferenzi tariffarji unilaterali;

(b)    atti tal-Unjoni li jirregolaw projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni għal raġunijiet ta’ moralità pubblika, ordni pubbliku jew sigurtà pubblika, fost l-oħrajn; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, annimali jew pjanti; il-protezzjoni tal-ambjent; il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali jew kummerċjali, inklużi kontrolli fuq prekursuri tad-droga, merkanzija li tikser ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u flus kontanti; kif ukoll atti tal-Unjoni li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tas-sajd u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali, miżuri ta’ sikurezza u sigurtà jew relatati ma’ kwalunkwe formalità u proċedura tal-fruntiera li għandhom jiġu kkontrollati u applikati mill-awtoritajiet doganali;



(c)    kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li l-implimentazzjoni tiegħu taqa’ kompletament jew parzjalment taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri;

(d)    il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni Ewropea biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) 2015/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 ;

(e)    atti tal-Unjoni li jistabbilixxu r-regoli, ir-rekwiżiti u l-istandards tal-prodotti applikabbli fis-Suq Uniku tal-Unjoni, inkluż dwar it-tabakk u prodotti relatati, is-sustanzi kimiċi, l-iskart u l-miżuri sanitarji u fitosanitarji;

(f)    it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-atti rilevanti tal-Unjoni, li għandhom bħala bażi legali dak it-Trattat;

(g)    atti tal-Unjoni li jirregolaw l-istatistika tal-kummerċ, aspetti ġenerali relatati mal-kummerċ, strumenti għad-difiża tal-kummerċ u salvagwardji bilaterali;



(h)    Leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri; u

(i)    Leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-VAT, is-sisa, u l-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza għall-irkupru.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu dawk applikabbli f’dak iż-żmien fl-Unjoni.

2.    Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati f’aktar dettall mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni.

3.    Il-ġbir xieraq tad-dazji doganali f’Ġibiltà għandu jitqies bħala parti mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

________________

ANNESS 21

PROĊEDURA GĦAL MERKANZIJA
LI TIDĦOL FI U TIĠI ESPORTATA MINN ĠIBILTÀ

MINN U LEJN PAJJIŻI U TERRITORJI

BARRA MILL-UNJONI DOGANALI

F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 247(3)

ARTIKOLU 1

Importazzjonijiet minn pajjiżi u territorji barra mill-unjoni doganali lejn Ġibiltà

1.    L-Unjoni hija awtorizzata twettaq, f’isem l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, formalitajiet ta’ żdoganar tal-merkanzija, meħtieġa għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni ppreżentata f’post doganali deżinjat, jew għat-tqegħid ta’ tali merkanzija taħt proċedura ta’ ħażna doganali, ta’ proċessar attiv jew ta’ dħul temporanju kif definit fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. L-Unjoni hija responsabbli wkoll għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, għas-superviżjoni u għall-aspetti li jifdal ta’ dawn il-proċeduri skont il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, inkluż fejn l-awtorizzazzjoni tkopri wkoll il-merkanzija msemmija fl-Anness 19. Tali formalitajiet ta’ żdoganar u awtorizzazzjoni doganali għandhom jitwettqu minn post doganali deżinjat, ħlief formalitajiet ta’ żdoganar relatati sanitarji u fitosanitarji li għandhom jitwettqu fl-ewwel punt ta’ dħul tal-Unjoni meta meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-liċenzji ta’ negozjar u għall-awtorizzazzjonijiet ta’ negozjar li jista’ jkollhom bżonn jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, lill-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-attivitajiet li jseħħu f’Ġibiltà.



2.    Il-formalitajiet ta’ żdoganar tal-merkanzija għandhom jitwettqu f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li jkunu japplikaw kieku l-merkanzija kellha tiġi żdoganata fl-Unjoni. Madankollu, il-kwoti tariffarji kollha, u t-tariffi stabbiliti f’livell aktar baxx minn dawk li jinsabu fl-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji tal-Unjoni dwar il-kummerċ fil-merkanzija, inkorporati fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (1994) abbażi ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali, jew minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tagħti preferenzi tariffarji unilaterali ma għandhomx japplikaw, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim internazzjonali rilevanti.

3.    Meta d-dazji fuq l-importazzjoni jkunu pagabbli fuq merkanzija skont il-paragrafu 1, dawk id-dazji għandhom jiġu imposti fil-post doganali deżinjat rilevanti f’isem ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, m’għandux jirrifondi dawn is-somom direttament jew indirettament.

4.    Id-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet doganali fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Għall-finijiet ta’ kontroll, id-dazji mdaħħla fil-kontijiet għandhom jiġu rreġistrati wkoll fir-reġistru, imsemmi fl-Artikolu 6(1) ta’ dan l-Anness, li jkun fih dettalji tal-importazzjonijiet kollha destinati għal Ġibiltà, inkluża referenza għall-merkanzija importata, id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ importazzjoni, l-oġġetti ta’ ħlas, l-ammont ta’ dazju involut u n-numru ta’ referenza prinċipali.

5.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw ir-regoli tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni, inkluż kif emendati jew sostitwiti fil-futur kif ukoll kwalunkwe att tal-Unjoni li jimplimenta jew jissupplimenta dawk ir-regoli tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti f’dan l-Anness.



ARTIKOLU 2

Movimenti ta’ merkanzija lejn Ġibiltà minn postijiet doganali deżinjati tal-Unjoni

1.    Meta l-merkanzija speċifikata fl-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness u destinata għal Ġibiltà tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera jew għal proċeduri speċjali ta’ ħażna doganali, ipproċessar attiv jew dħul temporanju f’wieħed mill-postijiet doganali deżinjati, il-NCTS għandha tintuża minn hemm’ il quddiem billi jiġi applikat il-kodiċi T1GI. Id-data tat-tranżitu tal-merkanzija kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan l-Anness għandhom jiġu ddikjarati fl-NCTS fil-post doganali deżinjat, li jaġixxi bħala uffiċċju tat-tluq, u l-merkanzija għandha tiġi ttrasportata wara l-proċess ta’ tranżitu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li jaġixxu bħala uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

2.    L-Uffiċċju doganali tad-destinazzjoni f’Ġibiltà, bl-użu ta’ messaġġ ta’ “avviż tal-wasla”, għandu jinnotifika lill-post doganali deżinjat li jkun aġixxa bħala l-uffiċċju tat-tluq bil-wasla tal-merkanzija fil-jum li fih il-merkanzija tiġi ppreżentata f’Ġibiltà fl-uffiċċju tad-destinazzjoni u għandu jibgħat messaġġ ta’ “riżultati tal-kontroll” lill-uffiċċju tat-tluq sa mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol wara l-jum li fih il-merkanzija tiġi ppreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, flimkien ma’ prova li t-taxxa fuq it-tranżazzjoni u d-dazji tas-sisa, fejn rilevanti, ikunu ġew imposti f’Ġibiltà fuq il-merkanzija, sakemm il-merkanzija ma tkunx koperta mill-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) ta’ dan l-Anness jew minn proċedura speċjali skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.



ARTIKOLU 3

Ġbir ta’ dazju fuq l-importazzjoni u dħul fil-kontijiet rilevanti

1.    Fir-rigward tal-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni miġbur fuq merkanzija destinata għal Ġibiltà, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 50 għandu japplika mutatis mutandis. B’mod partikolari, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)    L-Istati Membri b’postijiet doganali deżinjati għandhom iżommu kontijiet separati ta’ Ġibiltà għad-dazju fuq l-importazzjoni miġbur fuq merkanzija destinata għal Ġibiltà, identiċi għal dawk previsti fir-rigward tar-riżorsi proprji tal-Unjoni skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014; u

(b)    Id-dazji tal-importazzjoni relatati mad-dokument T1GI għandhom jiġu stabbiliti mill-postijiet doganali deżinjati f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u jiddaħħlu fil-kontijiet imsemmija fil-punt (a).

2.    Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika mutatis mutandis għal prodotti pproċessati u għal merkanzija ttrasportata fit-territorju ta’ Ġibiltà li għaliha jkun inħoloq dejn doganali.



3.    L-Istati Membri għandhom, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, jibagħtu lill-Kummissjoni Ewropea dikjarazzjoni tal-kontijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1(a). Id-dikjarazzjoni għandha tiġi stabbilita bl-istess mod bħad-dikjarazzjonijiet stabbiliti għar-riżorsi proprji u mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ dawk relatati mar-riżorsi proprji. Madankollu, id-dikjarazzjonijiet għandhom jindikaw ukoll l-ammont totali ta’ dazji tal-importazzjoni miġbura f’kull post doganali deżinjat u għandu jiġi pprovdut tqassim fil-livell tat-tranżazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fuq talba.

4.    Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jinżammu f’konformità mal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014. Dawn id-dokumenti u d-dokumenti l-oħra relatati mar-riżorsi proprji għandhom jiġu ffajljati separatament.

5.    Il-korrezzjonijiet għad-drittijiet stabbiliti jew għall-kontijiet li jsiru wara l-31 ta’ Diċembru tat-tielet sena wara s-sena tal-istabbiliment inizjali m’għandhomx jiddaħħlu fil-kontijiet, ħlief għall-punti nnotifikati qabel din id-data mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru jew mir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà.

6.    Għandu japplika l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/768 51 . Il-miżuri ta’ spezzjoni in kwistjoni għandhom japplikaw ukoll għal tali dokumenti fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament li jagħtu prova li l-merkanzija waslet f’Ġibiltà.



7.    L-Istati Membri għandhom jikkreditaw fil-kont tal-Kummissjoni Ewropea previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, fil-limiti ta’ żmien indikati fl-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament, l-intitolamenti mdaħħla fil-kontijiet f’konformità mal-paragrafu 1(a). L-Istati Membri għandhom iżommu, bħala kostijiet tal-ġbir, perċentwal tad-dazji tal-importazzjoni miġbura f’isem ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’konformità mar-rata ta’ żamma applikabbli fl-Unjoni.

8.    L-Istati Membri għandhom jinħelsu mill-obbligu li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea l-ammonti li jikkorrispondu għad-dazji rreġistrati għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 ikunu ġew issodisfati.

9.    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrasferixxi l-ammonti kkreditati f’kont miftuħ mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fi żmien tletin jum mid-data tan-notifika minn Stat Membru li ammont ikun ġie kkreditat. Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea bid-dettalji tal-kont li għandu jiġi kkreditat u għandu jġorr kwalunkwe imposta fuq dan il-kont.

10.    Fl-implimentazzjoni tal-paragrafi 1(a) u 1(b), għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 ta’ dan l-Anness.



ARTIKOLU 4

Tlestija tal-proċeduri kontabilistiċi f’postijiet doganali deżinjati

1.    Id-dazju fuq l-importazzjoni għandu jiddaħħal fil-“kontijiet tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà” (permezz ta’ proċedura analoga għal dik dettaljata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014) f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu. Madankollu, l-awtoritajiet tal-Istati Membri b’postijiet doganali deżinjati jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux entrata fil-“kontijiet tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà” jekk id-dazji stabbiliti li għalihom tkun ġiet ipprovduta garanzija jkunu ġew ikkontestati u jistgħu, mas-soluzzjoni tat-tilwim, ikunu soġġetti għal tibdil. F’dan il-każ, sakemm joħroġ ir-riżultat tal-proċeduri amministrattivi jew legali nazzjonali li jirriżultaw meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, l-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni għandu jiġi rreġistrat f’kontijiet separati tar-“Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà” (bi proċedura analoga għal dik dettaljata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014).

2.    Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “awtoritajiet kompetenti”:

(a)    għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għal materji doganali, l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat Membru li wettqu l-iżdoganar tal-merkanzija jew, fejn xieraq, dawk tal-Unjoni;



(b)    għal kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ dispożizzjonijiet proċedurali, l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat Membru li wettaq l-iżdoganar; u

(c)    għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni li tikkonċerna l-irkupru furzat tad-djun, l-awtoritajiet ġudizzjarji tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’Ġibiltà jew l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni fit-territorju tagħhom.

ARTIKOLU 5

Rilaxx tal-proċedura ta’ tranżitu speċjali

1.    Il-proċedura speċjali ta’ tranżitu għandha tiġi rilaxxata mill-uffiċċju doganali tat-tluq meta jkun possibbli li jiġi stabbilit, abbażi ta’ tqabbil tad-data disponibbli għall-uffiċċju doganali tat-tluq u dik disponibbli għall-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, li l-proċedura ntemmet b’mod korrett.



2.    F’każ li l-proċedura speċjali ta’ tranżitu ma tkunx tista’ tiġi rilaxxata u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 3 xhur wara r-rilaxx tal-merkanzija għat-tranżitu, għandha ssir entrata fir-reġistru msemmi hawn fuq fl-Artikolu 1(4) ta’ dan l-Anness u għandha ssir korrezzjoni fl-entrata inizjali fil-kontijiet tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. F’dan il-każ, id-dazji tal-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti bħala riżorsi proprji tal-Unjoni u jiddaħħlu fil-kontijiet dettaljati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 jew, fejn xieraq, fil-kontijiet separati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament. Din l-applikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe korrezzjoni, li tista’ tkun meħtieġa, pereżempju, fid-dawl tal-investigazzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-arranġamenti ta’ tranżitu jew bħala riżultat ta’ azzjoni meħuda fil-kuntest tal-assistenza reċiproka kif stabbilit fil-Protokolli dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali u dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi u dazji.

ARTIKOLU 6

Taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u dazji tas-sisa

1.    Għall-finijiet ta’ kontroll, għandu jinżamm reġistru wkoll mill-post doganali deżinjat li jkun fih dettalji tal-importazzjonijiet kollha destinati għal Ġibiltà, inklużi:

(a)    referenza għad-dazji mdaħħla fil-kontijiet;

(b)    il-kodiċi tal-komodità;



(c)    il-kwantitajiet u l-valur tal-merkanzija;

(d)    id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni;

(e)    l-oġġetti ta’ ħlas;

(f)    l-ammont ta’ dazju involut;

(g)    in-numru ta’ referenza prinċipali (T1GIXXX); u

(h)    kwalunkwe data oħra meħtieġa għall-kalkolu tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u, fejn applikabbli, id-dazju tas-sisa.

Din l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-kalkolu tal-ammont tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u tad-dazju tas-sisa, fejn applikabbli, dovuti fil-mument tal-preżentazzjoni tal-oġġetti f’Ġibiltà lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



2.    Meta l-messaġġi jew il-provi dwar it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u d-dazji tas-sisa, fejn rilevanti, ma jiġux ippreżentati, jew meta l-moviment ta’ tranżitu ma setax jiġi rilaxxat, għandha ssir entrata fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1. F’dan il-każ, il-post doganali deżinjat rilevanti għandu jittratta l-moviment bħala dħul irregolari u jimponi l-VAT u d-dazji tas-sisa applikabbli fl-Istat Membru tal-post doganali deżinjat. Id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu għandu jkun responsabbli għall-ammont rilevanti. Din l-applikazzjoni tal-VAT u tad-dazju tas-sisa għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe korrezzjoni li tista’ tkun meħtieġa fid-dawl ta’ investigazzjoni mwettqa jew bħala riżultat ta’ azzjoni meħuda fil-kuntest tal-assistenza reċiproka kif stabbilit fil-Protokolli dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali u dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u tad-dazju tas-sisa u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi u ma’ dazji.

3.    B’deroga mill-paragrafu 2, l-oġġetti rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fir-rigward tad-dazji tal-importazzjoni, li għalihom hemm ħtieġa ġustifikata ta’ negozju li tissospendi l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u dazji tas-sisa jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(5) tal-Anness 19, bil-kundizzjonijiet u l-proċedura stabbiliti fil-paragrafi 5 sa 9 tal-Artikolu 1 tal-Anness 19 ikunu applikabbli mutatis mutandis.



ARTIKOLU 7

Tlestija tal-formalitajiet fuq il-fruntiera
għal merkanzija mqiegħda taħt proċedura speċjali minbarra t-tranżitu

1.    Il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal prodotti pproċessati u għal merkanzija ttrasportata fit-territorju ta’ Ġibiltà li għaliha jkun inħoloq dejn doganali.

2.    Id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx tal-ipproċessar attiv jew tal-proċeduri ta’ dħul temporanju għandha tiġi ppreżentata lill-post doganali deżinjat fejn ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni għat-tqegħid tal-merkanzija taħt dik il-proċedura. Il-prodotti pproċessati derivati mill-merkanzija li tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, jew il-merkanzija li tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv jew ta’ dħul temporanju f’Ġibiltà jridu jiġu ppreżentati fiżikament f’dak il-post doganali deżinjat meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx.

3.    F’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, merkanzija jew prodotti pproċessati derivati mill-merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ proċessar attiv jew merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ dħul temporanju tista’ tħalli Ġibiltà bil-baħar lejn pajjiżi u territorji barra mill-unjoni doganali mill-port f’Ġibiltà mingħajr preżentazzjoni fiżika fil-post doganali deżinjat. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni fil-post doganali deżinjat li jkun ta l-awtorizzazzjoni ta’ proċessar attiv għall-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 8(1) ta’ dan l-Anness, mill-inqas 48 siegħa qabel it-tneħħija effettiva mill-port ta’ Ġibiltà. Il-merkanzija trid tkun fiżikament preżenti fil-port ta’ Ġibiltà fil-mument li d-dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni tiġi ppreżentata lill-post doganali deżinjat. Dan il-post doganali deżinjat għandu jirrilaxxa l-proċedura ta’ proċessar attiv ladarba d-detentur tal-awtorizzazzjoni jipprovdi prova li l-merkanzija tkun telqet mill-unjoni doganali.



4.    F’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-merkanzija li tasal bil-baħar fil-port f’Ġibiltà minn pajjiżi u territorji barra mill-unjoni doganali tista’ titqiegħed taħt proċedura ta’ proċessar attiv jew ta’ dħul temporanju. Barra minn hekk, il-karburant għall-bastimenti tal-baħar kummerċjali li għandu jitqiegħed taħt il-proċedura tal-ħażna doganali għall-użu sussegwenti fil-kuntest tal-provvisti tal-bastimenti jista’ jasal bil-baħar fil-port ta’ Ġibiltà. Id-dikjarazzjoni doganali għandha tintbagħat f’post doganali deżinjat u l-merkanzija ma għandhiex tiġi ttrasportata mill-port sakemm tiġi rilaxxata l-merkanzija għall-proċeduri speċjali rilevanti mill-post doganali deżinjat.

ARTIKOLU 8

Esportazzjoni lejn pajjiżi u territorji barra mill-unjoni doganali minn Ġibiltà

1.    L-operazzjonijiet ta’ żdoganar tal-merkanzija relatati mal-esportazzjonijiet minn Ġibiltà lejn pajjiżi u territorji barra mill-unjoni doganali għandhom jitwettqu fi kwalunkwe post doganali deżinjat.

L-operazzjonijiet ta’ żdoganar tal-merkanzija relatati mal-esportazzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom jitwettqu mill-postijiet doganali deżinjati skont dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li jkunu japplikaw kieku l-merkanzija kienet esportata mill-Unjoni.



2.    Meta l-merkanzija tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-fini tal-paragrafu 1, dawk l-awtoritajiet għandhom joħorġu dokument T1GI jew T2GI li għandu jiġi ppreżentat lil post doganali deżinjat, li jaġixxi bħala uffiċċju doganali tad-destinazzjoni. Meta l-merkanzija f’Ġibiltà tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bil-ħsieb li tiġi ttrasportata lejn l-Unjoni, il-NCTS għandha tintuża billi jiġi applikat il-kodiċi T1GI jew T2GI skont il-każ (riesportazzjoni minn maħżen doganali jew wara proċessar attiv jew dħul temporanju). Id-data tat-tranżitu tal-merkanzija għandha tiġi ddikjarata fl-NCTS u l-merkanzija tiġi ttrasportata wara l-proċess ta’ tranżitu għall-post doganali deżinjat li jaġixxi bħala uffiċċju tad-destinazzjoni.

3.    Il-proċedura fl-Artikoli 5 ta’ dan l-Anness għandha tapplika mutatis mutandis. Meta l-uffiċċju doganali tat-tluq f’Ġibiltà ma jkunx irċieva l-informazzjoni meħtieġa biex jagħti prova li l-merkanzija tkun waslet f’post doganali deżinjat, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiġbor, fil-każ tal-kodiċi T2GI, il-VAT u d-dazji tas-sisa rilevanti applikabbli fl-Istat Membru tal-post doganali deżinjat u għandu jittrasferixxi t-taxxi imposti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu, fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jipprovdu evidenza konklużiva li l-oġġetti taħt tranżitu fl-aħħar mill-aħħar baqgħu f’Ġibiltà, minflok għandhom jiġu imposti t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u, fejn applikabbli, id-dazji tas-sisa ta’ Ġibiltà.



Fil-każ ta’ T1GI, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jinforma lill-post doganali deżinjat li jaġixxi bħala uffiċċju tad-destinazzjoni fl-Unjoni li għandu jistabbilixxi d-dazji doganali, il-VAT u d-dazji tas-sisa, fejn applikabbli.

4.    L-arranġamenti amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 3.

5.    Il-provvisti tal-bastimenti jistgħu jitilqu mit-territorju ta’ Ġibiltà permezz tal-port jew tal-ajruport biss f’konformità mad-dispożizzjonijiet doganali u tat-tassazzjoni indiretta tal-Unjoni applikabbli għal tranżazzjonijiet komparabbli fl-Unjoni. Il-paragrafu 1 japplika bl-eċċezzjoni tal-preżentazzjoni tal-merkanzija f’post doganali deżinjat.



Appendiċi 1

POSTIJIET DOGANALI DEŻINJATI

1.    Dan l-Appendiċi jinkludi l-lista ta’ postijiet doganali deżinjati mill-Unjoni għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim (“postijiet doganali deżinjati”), li ma għandhomx ikunu inqas minn 3a u għandhom ikunu jinsabu fi Spanja, kif ġej:

(a)    La Línea de la Concepción;

(b)    Algeciras; u

(c)    Sagunto

2.    Madankollu, post doganali deżinjat sussidjarju għandu jkun deżinjat fil-[Portugall] biex ikun aċċessibbli għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim u biex jiffunzjona esklussivament fil-każ li l-ebda post doganali deżinjat fi Spanja ma jkun aċċessibbli għal aktar minn 24 siegħa minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew għal raġunijiet ta’ force majeure. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tikkomunika mingħajr dewmien lill-[Portugall] il-ħtieġa li jiġu attivati l-funzjonijiet tal-postijiet doganali deżinjati sussidjarji li għandhom japplikaw il-Proċeduri tal-Kontinwità tal-Operat skont id-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni.



Appendiċi 2

Meta l-merkanzija tkun eliġibbli għal trattament tariffarju preferenzjali stabbilit fil-ftehim ta’ hawn taħt, il-kwoti tariffarji u t-tariffi rispettivi u, skont il-każ, il-proċeduri ta’ verifika u ta’ kooperazzjoni amministrattiva għandhom jiġu applikati:

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra 52 .

________________

ANNESS 22

MODALITAJIET PRATTIĊI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 265

ARTIKOLU 1

Żjarat konġunti f’Ġibiltà

1.    L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni għandhom jippreżentaw notifika lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-fini tat-twettiq ta’ żjara konġunta minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex jispezzjonaw l-inġenji tal-ajru, il-bastimenti, l-infrastrutturi u l-faċilitajiet rilevanti f’Ġibiltà fejn ikun ġie identifikat riskju għas-Suq Uniku tal-Unjoni għall-merkanzija.

2.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jagħmlu lilhom infushom disponibbli sabiex iż-żjara tkun tista’ titwettaq b’mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni.

3.    Il-modalitajiet prattiċi taż-żjarat imwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti f’arranġamenti amministrattivi bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja.



ARTIKOLU 2

Azzjonijiet u miżuri

1.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 260 sa 264 ta’ dan il-Ftehim, l-azzjonijiet u l-miżuri li jistgħu jittieħdu matul iż-żjarat konġunti għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)    il-verifika tal-informazzjoni online, inklużi d-dokumenti doganali, li għandha tiġi pprovduta f’ħin reali mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, rigward bastimenti u inġenji tal-ajru li jidħlu u joħorġu mill-port u mill-ajruport, b’mod partikolari għal finijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju;

(b)    spezzjonijiet ta’ vapuri u inġenji tal-ajru fil-port jew fl-ajruport, biex jiġi vverifikat li l-merkanzija ma titgħabbiex jew ma tinħattx minn dawn il-vapuri u l-inġenji tal-ajru ħlief f’konformità ma’ dan it-Titolu;

(c)    kontrolli selettivi ta’ merkanzija li tinġarr f’bastimenti u f’inġenji tal-ajru fil-port jew fl-ajruport abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju;

(d)    spezzjoni aleatorja u bbażata fuq ir-riskju tal-merkanzija miġjuba minn passiġġieri ta’ vapuri u inġenji tal-ajru, biex jiġi vverifikat li dawn il-passiġġieri ma jġorrux merkanzija pprojbita, jew merkanzija fi kwantitajiet li jaqbżu dawk permessi abbażi ta’ dan il-Ftehim mingħajr preġudizzju għall-Anness 23; u

(e)    miżuri ta’ spezzjoni kif previsti fl-Artikolu 3(6) tal-Anness 21.

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom iwettqu l-azzjonijiet u l-miżuri malajr.



2.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 260 sa 264 ta’ dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni għandu jkollhom aċċess online kontinwu f’ħin reali għall-informazzjoni li ġejja:

(a)    l-iskeda taż-żmien tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru kollha li jkunu deħlin u ħerġin fil-port u fl-ajruport;

(b)    l-avviżi tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri, tad-dgħajjes u tal-inġenji tal-ajru kollha;

(c)    kwalunkwe dokument doganali disponibbli fir-rigward tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a); u

(d)    l-għadd u l-karatteristiċi tal-verifiki preċedenti kollha mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fuq l-ekwipaġġ u l-passiġġieri tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru kollha msemmija fis-subparagrafu (a) li jidħlu jew joħorġu mill-port u l-ajruport.

ARTIKOLU 3

Infurzar u segwitu ta’ żjarat konġunti

1.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 252, jekk l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(2), il-moviment ta’ oġġetti kummerċjali lejn jew mill-port, u fejn permess, fl-ajruport f’Ġibiltà għandu jiġi sospiż wara notifika mill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni lill-Kummissjoni Ewropea. Kwalunkwe sospensjoni bħal din għandha tintemm fil-punt li l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(2).



2.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni bil-miżuri u s-sanzjonijiet meħuda wara s-sejbiet ta’ żjara konġunta.

ARTIKOLU 4

Il-protezzjoni tad-data

L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni jistgħu jużaw l-informazzjoni kif imsemmi f’dan l-Anness biss għall-fini li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-Ftehim. L-Unjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni ma jiżvelawx informazzjoni għajr lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, sakemm ma jkunux ġew awtorizzati jagħmlu dan mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma jistgħux jirrifjutaw li jawtorizzaw tali żvelar ħlief għal raġunijiet debitament ġustifikati.

ARTIKOLU 5

Informazzjoni minn postijiet doganali deżinjati

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom ikunu intitolati li jitolbu informazzjoni bil-miktub dwar kif qed jiġi amministrat il-kummerċ destinat għal Ġibiltà. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-post doganali deżinjat malajr kemm jista’ jkun.

________________

ANNESS 23

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR MERKANZIJA, ANNIMALI DOMESTIĊI U FLUS KONTANTI LI JINĠARRU MINN VJAĠĠATURI
F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 247 (3) U 267

TAQSIMA 1

KONTROLLI FUQ FLUS KONTANTI

ARTIKOLU 1

Definizzjonijiet

1.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “strumenti negozjabbli għall-portatur” tfisser strumenti li mhumiex munita, li jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom li jitolbu ammont finanzjarju meta jippreżentaw l-istrumenti, mingħajr ma jkollhom bżonn jagħtu prova tal-identità tagħhom jew jagħtu prova li huma intitolati għal dak l-ammont. Dawk l-istrumenti huma:

(i)    ċekkijiet tal-vjaġġaturi; u

(ii)    ċekkijiet, nota promissorja u money orders li jew huma f’forma għall-portatur, iffirmati imma mingħajr isem min se jirċievi l-flus, iffirmati mingħajr restrizzjoni, indirizzati lil prenditur fittizju, jew inkella tali li t-titoli tagħhom jiġu ttrasferiti mal-għoti tagħhom.



(b)    “flus kontanti” tfisser munita, strumenti negozjabbli għall-portatur, komoditajiet użati bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur u kards bi ħlas antiċipat, skont ir-Regolament (UE) 2018/1672 53 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c)    “komodità li tintuża bħala ħażna likwida ħafna ta’ valur” tfisser oġġett, kif elenkat fil-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1672 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni, li għandu proporzjon kbir bejn il-valur tiegħu u l-volum tiegħu u li jista’ jinbidel f’munita faċilment permezz tas-swieq tan-negozjar aċċessibbli filwaqt li joħloq biss kostijiet tat-tranżazzjoni żgħar;

(d)    “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ir-Renju ta’ Spanja – skont id-destinazzjoni; u

(e)    “munita” tfisser karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju jew li kienu fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju u li għadu possibbli li jiġu skambjati, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali, għal karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju.

2.    Għandu japplika l-Artikolu 19 ta’ dan il-Ftehim.



ARTIKOLU 2

L-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati

1.    Min iġorr flus kontanti ta’ valur ta’ EUR 10 000 jew aktar għandu jiddikjara dawk il-flus kontanti lill-awtoritajiet kompetenti fl-ajruport bħala regola ġenerali meta jidħlu jew joħorġu minn Ġibiltà u jagħmluhom disponibbli għall-kontroll. L-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ flus kontanti ma għandux jitqies li jkun issodisfat jekk l-informazzjoni li tingħata ma tkunx korretta jew sħiħa jew jekk ma jingħatax aċċess għall-flus kontanti għall-finijiet ta’ kontroll.

2.    Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti dettalji dwar dawn li ġejjin:

(a)    il-portatur, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni;

(b)    sid il-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn is-sid ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn is-sid ikun persuna ġuridika;

(c)    jekk ikun disponibbli, ir-riċevitur intenzjonat tal-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna ġuridika;



(d)    in-natura u l-ammont jew il-valur tal-flus kontanti;

(e)    il-provenjenza ekonomika tal-flus kontanti;

(f)    l-użu intenzjonat tal-flus kontanti;

(g)    ir-rotta tat-trasport; u

(h)    il-mezz tat-trasport.

3.    Id-dettalji elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu pprovduti bil-miktub jew b’mod elettroniku, permezz tal-formola tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Meta tintalab, għandha tingħata kopja approvata tad-dikjarazzjoni lid-dikjarant.

ARTIKOLU 3

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.    Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati stabbilit fl-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jwettqu kontrolli fuq persuni fiżiċi, il-bagalji tagħhom u l-mezzi tat-trasport tagħhom, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim u fil-liġi domestika. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu fil-bini tal-ajruport bħala regola ġenerali, inkluż fir-rigward ta’ passiġġieri li jaslu jew jitilqu mill-port.



2.    Jekk ma jkunx ġie ssodisfat l-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati taħt l-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu, bil-miktub jew f’forma elettronika, dikjarazzjoni ex officio li għandha tinkludi sa fejn possibbli d-dettalji elenkati fl-Artikolu 2(2).

3.    Għall-finijiet tal-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom taħt dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 4

Ammonti taħt il-livell limitu ssuspettati li jkunu relatati ma’ attività kriminali

Fejn l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw portatur b’ammont ta’ flus kontanti taħt il-livell limitu msemmi fl-Artikolu 2 u jaraw indikazzjonijiet li l-flus kontanti huma marbutin ma’ attività kriminali, huma għandhom jirreġistraw dik l-informazzjoni u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 2(2).

ARTIKOLU 5

Żamma temporanja ta’ flus kontanti mill-awtoritajiet kompetenti

1.    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżommu l-flus kontanti temporanjament permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim u fil-liġi domestika fejn:

(a)    l-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati skont l-Artikolu 2 ma jkunx ġie ssodisfat; jew



(b)    ikun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti, irrispettivament mill-ammont, ikunu marbutin ma’ attività kriminali.

2.    Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għal rimedju effettiv f’konformità mal-proċeduri previsti fil-liġi domestika. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjoni amministrattiva lil:

(a)    il-persuna meħtieġa tagħmel id-dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2; jew

(b)    il-persuna meħtieġa tipprovdi l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4.

3.    Il-perjodu ta’ żamma temporanja għandu jkun limitat strettament taħt il-liġi domestika għaż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ jiġġustifikawx żamma itwal. Il-perjodu ta’ żamma temporanja ma għandux jeċċedi 30 jum. Wara li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ żamma temporanja itwal, huma jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-perjodu ta’ żamma temporanja sa massimu ta’ 90 jum. Fejn ma tiġix iddeterminata żamma itwal tal-flus kontanti f’dak il-perjodu, jew jekk jiġi ddeterminat li ċ-ċirkostanzi tal-każ ma jiġġustifikawx żamma itwal, il-flus kontanti għandhom jiġu minnufih rilaxxati lil:

(a)    il-persuna li lilha jkunu nżammewlha temporanjament il-flus kontanti fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2; jew

(b)    il-persuna li lilha jkunu nżammewlha temporanjament il-flus kontanti fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4.



ARTIKOLU 6

Għoti ta’ informazzjoni lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU, Financial Intelligence Unit)

L-awtorità kompetenti għandha tittrażmetti l-informazzjoni miksuba fid-dikjarazzjonijiet tal-flus kontanti u matul il-kontrolli tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU, Financial Intelligence Unit) kompetenti għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

ARTIKOLU 7

Penali

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jintroduċi penali li għandhom japplikaw fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati stabbilit fl-Artikolu 2. Tali penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.



TAQSIMA 2

KONĊESSJONIJIET LILL-VJAĠĠATURI

ARTIKOLU 8

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu, fuq il-bażi jew ta’ limiti monetarji jew ta’ limiti kwantitattivi li ma għandhomx jaqbżu dawk previsti f’dan l-Anness, jeżenta mid-dazji doganali u mit-tassazzjoni indiretta l-oġġetti importati fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi, dment biss li l-importazzjonijiet ikunu ta’ natura mhux kummerċjali.

ARTIKOLU 9

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet, il-bagalji personali għandhom jitqiesu bħala l-bagalji kollha li min ikun qed jivvjaġġa jkun jista’ jippreżenta lill-awtoritajiet doganali mal-wasla tiegħu, kif ukoll il-bagalji li jippreżenta aktar tard lill-istess awtoritajiet, bil-kundizzjoni li jkun ippruvat li tali bagalji kienu rreġistrati bħala bagalji akkumpanjati, fil-ħin tat-tluq tiegħu, mal-kumpannija li kienet responsabbli biex twassalhom. Karburant ieħor, għajr dak imsemmi fl-Artikolu 15, ma għandux jitqies bħala bagalji personali.



ARTIKOLU 10

1.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11 sa 17 ta’ dan l-Anness, l-importazzjonijiet għandhom jitqiesu li huma ta’ natura mhux kummerċjali jekk jikkonsistu esklussivament minn merkanzija għall-użu personali jew tal-familja ta’ vjaġġaturi, jew minn merkanzija maħsuba bħala rigali. Il-frekwenza li biha l-oġġetti jiġu importati mill-vjaġġaturi, in-natura tagħhom jew il-kwantità tagħhom ma jridux ikunu tali li jindikaw li qed jiġu importati għal raġunijiet kummerċjali.

2.    L-oġġetti importati fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi li jaqbżu l-limiti monetarji jew il-limiti kwantitattivi previsti f’dan l-Anness, iżda li xorta jitqiesu mhux kummerċjali f’konformità mal-paragrafu 1, għandhom ikunu soġġetti għad-dikjarazzjonijiet, il-kontrolli u l-verifiki stabbiliti fl-Artikolu 22(2) ta’ dan l-Anness.

ARTIKOLU 11

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jeżenta mid-dazji doganali u mit-tassazzjoni indiretta l-importazzjonijiet ta’ merkanzija mhux kummerċjali fil-każ ta’ vjaġġaturi bl-ajru u bil-baħar, għajr dawk imsemmija fl-Artikoli 12, 13 u 15 ta’ dan l-Anness, li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx l-ekwivalenti ta’ EUR 430 għal kull persuna.

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni għandhom jeżentaw mid-dazji doganali u mit-tassazzjoni indiretta l-importazzjonijiet ta’ merkanzija mhux kummerċjali fil-każ ta’ vjaġġaturi bl-art għajr dawk imsemmija fl-Artikoli 12, 13 u 15 ta’ dan l-Anness, li l-valur totali tagħha ma jaqbiżx l-ekwivalenti ta’ EUR 300 għal kull persuna.



2.    Fil-każ ta’ vjaġġaturi taħt il-15-il sena, ikun xi jkun il-mezz ta’ trasport tagħhom, il-limiti monetarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ta’ EUR 175.

3.    Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tal-limiti monetarji, il-valur ta’ oġġett individwali ma jistax jinqasam.

4.    Il-valur tal-bagalji personali ta’ vjaġġatur, li jkunu importati temporanjament jew importati mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja tagħhom, u l-valur tal-prodotti mediċinali meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet personali tal-vjaġġatur m’għandhomx jiġu kkunsidrati għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

ARTIKOLU 12

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jeżenta mid-dazji doganali u mit-tassazzjoni indiretta l-importazzjonijiet bl-ajru u bil-baħar tat-tipi ta’ prodotti tat-tabakk li ġejjin:

(a)    200 sigarett jew 80 sigarett fil-każ ta’ membri tal-ekwipaġġ ta’ mezz ta’ trasport użat għall-ivvjaġġar għall-qsim tal-fruntieri;

(b)    100 cigarillo;

(c)    50 sigarru; u

(d)    250g tabakk għat-tipjip.



2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni għandhom jeżentaw mid-dazji doganali u mit-tassazzjoni indiretta l-importazzjonijiet bl-art tat-tipi ta’ prodotti tat-tabakk li ġejjin:

(a)    200 sigarett jew 80 sigarett fil-każ ta’ residenti jew ħaddiema fruntaliera;

(b)    100 cigarillo;

(c)    50 sigarru; u

(d)    250g tabakk għat-tipjip.

3.    Kull ammont speċifikat fil-punti (a) sa (d) jirrappreżenta, għall-għanijiet tal-paragrafu 4, 100 % tal-konċessjoni totali għal prodotti tat-tabakk. Is-cigarillos ma jistgħux jaqbżu piż massimu ta’ 3 grammi kull wieħed.

4.    Fil-każ ta’ kwalunkwe vjaġġatur wieħed, l-eżenzjoni tista’ tiġi applikata għal kwalunkwe kombinazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk, sakemm it-total tal-perċentwali użati mill-konċessjonijiet individwali ma jaqbiżx il-100 %.



ARTIKOLU 13

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jeżenta mid-dazji doganali u t-tassazzjoni indiretta l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku minbarra l-inbid bla gass u l-birra, soġġett għal-limiti kwantitattivi li ġejjin:

(a)    total ta’ litru wieħed ta’ alkoħol u xorb alkoħoliku ta’ qawwa alkoħolika li teċċedi t-22 % ta’ volum, jew ta’ alkoħol etiliku mhux denaturat ta’ 80 % ta’ volum u aktar; u

(b)    total ta’ 2 litri ta’ alkoħol u xorb alkoħoliku ta’ qawwa alkoħolika li ma teċċedix it-22 % ta’ volum.

Kull wieħed mill-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) jirrappreżentaw, għall-għanijiet tal-paragrafu 2, 100 % tal-konċessjoni totali għall-alkoħol u xorb alkoħoliku.

2.    Fil-każ ta’ kwalunkwe vjaġġatur wieħed, l-eżenzjoni tista’ tkun applikata għal kwalunkwe kombinazzjoni tat-tipi ta’ alkoħol u xorb alkoħoliku msemmija fil-paragrafu 1, sakemm it-total tal-perċentwali użati mill-konċessjonijiet individwali ma jaqbiżx il-100 %.

3.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jeżenta mit-tassazzjoni indiretta total ta’ 4 litri nbid bla gass u 16-il litru birra.



ARTIKOLU 14

L-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 12 jew 13 ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ vjaġġaturi taħt is-17-il sena.

ARTIKOLU 15

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jeżenta mid-dazji doganali u mit-tassazzjoni indiretta, fil-każ ta’ kwalunkwe mezz wieħed ta’ trasport bil-mutur, il-karburant li jkun jinsab fit-tank standard u kwantità ta’ karburant li ma taqbiżx l-10 litri li jkunu f’kontenitur li jista’ jinġarr.

ARTIKOLU 16

Il-valur ta’ merkanzija msemmija fl-Artikoli 12, 13 jew 15 m’għandux jiġi kkunsidrat għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 11.

ARTIKOLU 17

Merkanzija miġjuba minn vjaġġaturi ta’ natura mhux kummerċjali f’konformità mal-Artikoli 8 sa 16 ta’ dan l-Anness fi tranżitu bejn l-Unjoni u Ġibiltà ma għandhiex tkun soġġetta għar-rimborż ta’ taxxi indiretti meta titlaq mit-territorju ta’ Parti u tidħol fit-territorju tal-Parti l-oħra.



ARTIKOLU 18

Fl-aħħar tal-perjodu tranżitorju kif stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Anness 6 jew kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 248 minkejja l-Artikolu 247(5) ta’ dan il-Ftehim:

(a)    l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-oġġetti mhux kummerċjali fil-bagalji ta’ vjaġġaturi minn Ġibiltà permezz tal-art jew permezz tal-ajruport jew il-port ta’ Ġibiltà jiġu ttrattati bħala tranżazzjonijiet li joriġinaw fi Spanja fir-rigward kemm tad-dazji tas-sisa armonizzati kif ukoll tal-VAT dment li tkun ġiet stabbilita sistema f’Ġibiltà li tapplika d-dazji tas-sisa u t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, inklużi r-rati u l-eżenzjonijiet kif previst f’dan il-Ftehim;

(b)    ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li oġġetti mhux kummerċjali fil-bagalji ta’ vjaġġaturi lejn Ġibiltà permezz tal-art jew minn ajruport jew port fl-Unjoni jiġu ttrattati bħala tranżazzjonijiet li joriġinaw f’Ġibiltà fir-rigward kemm tad-dazji tas-sisa armonizzati kif ukoll tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet dment li tkun ġiet stabbilita sistema f’Ġibiltà li tapplika dazji tas-sisa u taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, inklużi rati u eżenzjonijiet kif previst f’dan il-Ftehim; u

(c)    meta tkun ġiet stabbilita distorsjoni skont l-Artikolu 248(4)(b) mill-korp konsultattiv indipendenti u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma jkunx ikkonforma mal-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 248(5), il-Partijiet jistgħu jintroduċu mill-ġdid konċessjonijiet għall-oġġetti mhux kummerċjali fil-bagalji tal-vjaġġaturi. Il-partijiet ma jistgħux jintroduċu mill-ġdid tali konċessjonijiet meta l-Unjoni tkun invokat il-proċedura ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 249.



TAQSIMA 3

IKEL, PJANTI, PRODOTTI TAL-PJANTI U ANNIMALI DOMESTIĊI

ARTIKOLU 19

1.    Fir-rigward tal-bagalji personali u l-annimali domestiċi li jakkumpanjaw lill-vjaġġaturi li jidħlu fil-port u fl-ajruport f’Ġibiltà, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-dritt tal-Unjoni għandhom japplikaw fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà:

(a)    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) – il-Parti VI (l-Artikoli 244 sa 256);

(b)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 , fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi li għandu jiġi adottat b’applikazzjoni tal-Artikoli 3(5), 245(3), 246(3), 249(3), 252(1) u 254 tal-AHL [f’applikazzjoni mit-22 ta’ April 2026];



(c)    Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rispettivament “li jadottaw listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi”, “li jistabbilixxu mudelli tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni u mudelli tad-dikjarazzjonijiet għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi” u “li jemendaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 56 fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis u li jikkoreġu l-Anness VIII”, li għandhom jiġu adottati b’applikazzjoni tal-Artikoli 36 (4), 245 (4), 253 (1) u 255 tal-AHL [f’applikazzjoni mit-22 ta’ April 2026];

(d)    Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE;

(e)    L-Artikoli 7, 8, 9, 11 u 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 58 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u merkanzija eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011;



(f)    L-Artikoli 164 u 165 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 59 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali; u

(g)    L-Artikolu 3(s) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 60 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

[Leġiżlazzjoni f’applikazzjoni sal-21 ta’ April 2026:]

(h)    Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (f’applikazzjoni sal-21 ta’ April 2026);

(i)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 62 tat- 28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (f’applikazzjoni sal-21 ta’ April 2026);



(j)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 63 tal-21 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1152/2011 (f’applikazzjoni sal-21 ta’ April 2026);

(k)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 64 tat-18 ta’ Ġunju 2018 li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (f’applikazzjoni sal-21 ta’ April 2026);

(l)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 65 tal-14 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz (f’applikazzjoni sal-21 ta’ April 2026); u

(m)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1938 66 tad-9 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz u li jħassar id-Deċiżjoni 2007/25/KE (f’applikazzjoni sal-21 ta’ April 2026).



2.    Il-proċeduri u l-kontrolli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-bagalji personali u għall-annimali domestiċi miġjuba minn vjaġġaturi li jiċċaqilqu bejn l-Unjoni u Ġibiltà minn ġol-fruntiera tal-art.

3.    Għandu japplika l-Artikolu 19 ta’ dan il-Ftehim.

TAQSIMA 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI OĦRA

ARTIKOLU 20

1.    Il-prodotti li jiddaħħlu fl-Unjoni minn vjaġġaturi permezz tal-art immedjatament wara li jidħlu mill-port u mill-ajruport huma eżentati mill-proċeduri applikabbli għall-merkanzija, għall-annimali domestiċi u għall-flus kontanti stabbiliti f’dan l-Anness.

2.    Għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-merkanzija fil-bagalji tal-passiġġieri li jkunu ġejjin mill-port tiġi ttrasferita immedjatament lejn l-ajruport, bħala regola ġenerali, għall-finijiet li tgħaddi mill-verifiki meħtieġa, flimkien u taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-passiġġieri nfushom kif previst fl-Artikolu 29(3) ta’ dan il-Ftehim.



ARTIKOLU 21

Il-leġiżlazzjoni rilevanti attwali u futura tal-Unjoni dwar:

(a)    projbizzjonijiet u restrizzjonijiet, inklużi b’mod partikolari r-regoli fir-rigward tal-armi, l-użu doppju, il-beni kulturali u s-CITES; u

(b)    l-obbligu li jiġu imposti sanzjonijiet

għandu japplika fir-rigward tal-merkanzija ta’ dan l-Anness li tidħol u toħroġ minn Ġibiltà kif speċifikat mill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ.

ARTIKOLU 22

1.    Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti amministrattivi bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar dikjarazzjonijiet u informazzjoni miksuba skont dan l-Anness u fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ proċeduri, kontrolli u verifiki fuq merkanzija, flus kontanti u annimali domestiċi li jinġarru minn passiġġieri li jidħlu f’Ġibiltà jew fl-Unjoni fuq l-art, kif ukoll fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Artikolu 21 ta’ dan l-Anness.



2.    L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni għandhom jistabbilixxu skrivanija, li sservi bħala fergħa ta’ post doganali deżinjat, fl-ajruport għall-iskop uniku ta’ dikjarazzjonijiet, kontrolli u verifiki:

(a)    fir-rigward ta’ merkanzija li tiddaħħal minn vjaġġaturi minn barra l-unjoni doganali f’Ġibiltà jew għal merkanzija li tiddaħħal minn vjaġġaturi fl-Unjoni minn Ġibiltà; u

(b)    fir-rigward ta’ flus kontanti li għandhom jiddaħħlu fl-Unjoni

bl-art, bil-baħar jew bl-ajru.

3.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-kontrolli u l-verifiki jistgħu jiġu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fuq dik il-merkanzija li tinġarr minn vjaġġaturi bejn l-Unjoni u Ġibiltà fi kwalunkwe mument u fi kwalunkwe punt fit-territorju doganali rispettiv tagħhom, inkluża l-fruntiera fuq l-art, meta jitqies meħtieġ.



Appendiċi 1

IL-FORMOLA TAD-DIKJARAZZJONI TAL-FLUS KONTANTI 67

________________

ANNESS 24

TASSAZZJONI INDIRETTA F’ĠIBILTÀ BL-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLI 247(3) U 248

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 1

Kamp ta’ applikazzjoni u imponibbiltà tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u tad-dazju tas-sisa

1.    It-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, u d-dazju tas-sisa, fejn applikabbli, għandhom jiġu imposti u miġbura mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà:

(a)    meta l-merkanzija li kienet f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tiġi ttrasportata lejn Ġibiltà, malli tiġi ppreżentata l-merkanzija lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ittrasportata bis-sistema ta’ tranżitu speċjali għal Ġibiltà, f’konformità mal-proċedura prevista fl-Anness 19;

(b)    meta l-merkanzija tiġi importata minn pajjiżi u territorji barra mill-unjoni doganali f’Ġibiltà, malli tiġi ppreżentata l-merkanzija lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ittrasportata bis-sistema ta’ tranżitu speċjali għal Ġibiltà f’konformità mal-proċedura prevista fl-Anness 21;



(c)    meta, fi ħdan il-proċeduri speċjali stabbiliti fl-Annessi 19 u 21 (proċeduri fiskali jew doganali), il-merkanzija tal-Unjoni titqiegħed fis-suq f’Ġibiltà jew ikun inħoloq dejn doganali għal merkanzija mhux tal-Unjoni;

(d)    meta l-merkanzija prodotta f’Ġibiltà titlaq mis-sit tal-produzzjoni;

(e)    meta l-merkanzija tinstab li tkun daħlet b’mod irregolari f’Ġibiltà; jew

(f)    meta l-merkanzija tiddaħħal f’Ġibiltà minn vjaġġaturi u tkun taqbeż il-limiti kwantitattivi previsti fl-Anness 23 iżda xorta ma titqiesx ta’ natura kummerċjali malli tiġi ddikjarata jew malli jitlestew il-verifiki.

2.    Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, il-merkanzija titqies li tkun telqet mis-sit tal-produzzjoni:

(a)    meta l-merkanzija tintbagħat jew tiġi ttrasportata fiżikament barra mill-faċilità tal-produzzjoni mill-produttur jew f’ismu, irrispettivament mid-destinazzjoni jew l-iskop ta’ tali moviment;

(b)    il-mument meta d-dritt li wieħed jeħles minn merkanzija bħala sid jiġi ttrasferit lil parti oħra, kemm jekk permezz ta’ bejgħ, skambju jew kwalunkwe mezz legali ieħor, anke jekk il-merkanzija tibqa’ fil-faċilità tal-produzzjoni.



ARTIKOLU 2

Ammont taxxabbli u rata tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet

1.    L-ammont taxxabbli għal merkanzija importata f’Ġibiltà għandu jiġi ddeterminat b’referenza għall-valur għal finijiet doganali. Għandu jinkludi, dment li dawn l-elementi ma kinux diġà inklużi fil-valur doganali:

(a)    taxxi, dazji, imposti u ħlasijiet oħra (inklużi dazji tas-sisa) dovuti minħabba l-importazzjoni, eskluża t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet li għandha tiġi imposta; u

(b)    spejjeż inċidentali, bħal kummissjoni, ippakkjar, trasport u kostijiet tal-assigurazzjoni.

2.    L-ammont taxxabbli għal merkanzija prodotta f’Ġibiltà għandu jkun il-valur tas-suq miftuħ fiż-żmien meta l-merkanzija titlaq mis-sit tal-produzzjoni.

“Valur tas-suq miftuħ” għandha tfisser l-ammont sħiħ li, sabiex jakkwista l-merkanzija inkwistjoni f’dak iż-żmien, klijent fl-istess stadju ta’ kummerċjalizzazzjoni jkollu jħallas, b’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, lil fornitur b’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta f’Ġibiltà.

Fejn l-ebda provvista ta’ merkanzija komparabbli ma tista’ tiġi aċċertata, “il-valur tas-suq miftuħ” għandha tfisser ammont li ma jkunx inqas mill-prezz tax-xiri tal-merkanzija jew ta’ merkanzija simili jew, fin-nuqqas ta’ prezz tax-xiri, il-prezz tal-kost, determinat fil-mument li l-merkanzija titlaq mis-sit tal-produzzjoni.



3.    Ir-rata tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet għandha tiġi stabbilita kif ġej:

(a)    ir-rata standard għandha tiġi stabbilita għal mhux inqas mill-aktar rata standard baxxa tal-VAT applikata minn Stat Membru, li fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim hija ta’ 17 %.

B’deroga minn dan ta’ hawn fuq, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jżid gradwalment ir-rata standard tiegħu fuq perjodu ta’ 3 snin biex jilħaq l-aktar rata standard baxxa tal-VAT applikata minn Stat Membru, li fiż-żmien tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim hija ta’ 17 %, f’konformità mat-tabella ta’ hawn taħt wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Sena 1

Sena 2

Sena 3

15 %

16 %

17 % (jew dik ir-rata li tista’ tkun l-aktar baxxa applikata minn kwalunkwe Stat Membru f’dak iż-żmien)

Fil-kuntest tal-valutazzjoni kontinwa tiegħu skont l-Artikolu 248(4)(a), il-korp konsultattiv indipendenti jista’, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet attwali sinifikanti f’Ġibiltà jew fil-Campo de Gibraltar, jirrakkomanda, fi kwalunkwe ħin matul jew wara l-perjodu ta’ 3 snin imsemmi hawn fuq, li għandha tapplika rata standard ogħla jew aktar baxxa għal għażla ta’ merkanzija jew ta’ kategoriji ta’ merkanzija. F’każijiet bħal dawn:

(i)    ir-rata ogħla li tista’ tiġi proposta tkun tali rata li l-korp konsultattiv indipendenti jista’ jqis xierqa biex jelimina d-distorsjonijiet marbuta mad-differenzi fir-rati tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet imposta fuq dik il-merkanzija jew il-kategoriji ta’ merkanzija mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta mqabbla mar-rati tal-VAT imposti mir-Renju ta’ Spanja fuq l-istess merkanzija jew kategorija ta’ merkanzija;



(ii)    ir-rata aktar baxxa li tista’ tiġi proposta mill-korp konsultattiv indipendenti qatt ma tkun inqas minn 2pp taħt l-aktar rata standard baxxa tal-VAT applikata minn kwalunkwe Stat Membru.

Wara l-perjodu ta’ 3 snin, jekk ir-rakkomandazzjonijiet biex jiġu applikati rati differenti (ogħla jew aktar baxxi) mir-rata standard għal għażla ta’ merkanzija jew kategoriji ta’ merkanzija ma kinux biżżejjed biex jiġu evitati distorsjonijiet attwali sinifikanti f’Ġibiltà jew fil-Campo de Gibraltar marbuta mad-differenzi fir-rati tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet imposta mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta mqabbla mar-rati tal-VAT imposti mir-Renju ta’ Spanja, il-korp konsultattiv indipendenti jista’ jirrakkomanda, fil-kuntest tal-valutazzjoni annwali tiegħu skont l-Artikolu 248(4)(b), li r-rata standard tiġi aġġustata ’l fuq jew ’l isfel għall-merkanzija kollha soġġetta għal dik ir-rata.

(b)    ir-rata mnaqqsa applikabbli għall-merkanzija stabbilita skont il-paragrafu 5 m’għandhiex tkun inqas minn 5 %.

Kwalunkwe aġġustament tar-rata mnaqqsa mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, wara rakkomandazzjoni tal-korp konsultattiv indipendenti msemmi fl-Artikolu 248(4) jista’ jikkonċerna jew il-merkanzija kollha jew merkanzija speċifika jew kategorija ta’ merkanzija, u jista’ jinvolvi t-tibdil ta’ merkanzija jew kategorija ta’ merkanzija minn rata mnaqqsa għal rata standard jew rata mnaqqsa ħafna.

4.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ japplika rata mnaqqsa ħafna ta’ inqas minn 5 % għall-merkanzija elenkata fl-Artikolu 2 tal-Appendiċi 1.

Kwalunkwe aġġustament tar-rata mnaqqsa mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, wara rakkomandazzjoni tal-korp konsultattiv indipendenti msemmi fl-Artikolu 248(4) jista’ jikkonċerna jew il-merkanzija kollha jew merkanzija speċifika jew kategorija ta’ merkanzija, u jista’ jinvolvi t-tibdil ta’ merkanzija jew kategorija ta’ merkanzija minn rata mnaqqsa għal rata standard jew rata mnaqqsa ħafna.



5.    Il-lista ta’ merkanzija li għaliha tapplika rata tat-taxxa mnaqqsa jew imnaqqsa ħafna kif ukoll ir-rata attwali li għandha tiġi applikata hija inkluża fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Il-lista ta’ merkanzija li għaliha tapplika rata mnaqqsa jew rata mnaqqsa ħafna għandha tinkludi biss merkanzija li għaliha l-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-VAT, japplikaw rata mnaqqsa jew rata mnaqqsa ħafna.

6.    Jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jimmodifika l-lista ta’ merkanzija msemmija fil-paragrafu 5, huwa għandu jagħmel dan biss f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-VAT u għandu jinnotifika lill-Unjoni qabel ma jidħlu fis-seħħ il-modifiki.

ARTIKOLU 3

Il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u tad-dazju tas-sisa ta’ Ġibiltà

1.    Il-persuna li tiddikjara l-merkanzija jew li f’isimha tiġi ddikjarata għad-dħul f’Ġibiltà u, fil-każ ta’ dħul irregolari, kwalunkwe persuna oħra involuta fid-dħul irregolari tal-merkanzija, għandha tkun responsabbli li tħallas it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u d-dazju tas-sisa ta’ Ġibiltà fejn applikabbli.

2.    Il-persuna li tipproduċi l-merkanzija f’Ġibiltà għandha tkun responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u, jekk ikun il-każ, tad-dazju tas-sisa ta’ Ġibiltà.

Fil-każ ta’ produzzjoni irregolari kwalunkwe persuna involuta fil-produzzjoni għandha tkun responsabbli li tħallas id-dazju tas-sisa.

3.    Meta jkun hemm bosta persuni responsabbli għall-ħlas tad-dazju tas-sisa ta’ Ġibiltà dawn għandhom ikunu responsabbli in solidum għal dak id-dejn.



ARTIKOLU 4

Eżenzjonijiet

1.    Il-merkanzija għandha tkun eżentata mit-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet meta, kieku tali merkanzija ġiet importata, ipprovduta jew akkwistata fl-Unjoni, kienet tibbenefika minn eżenzjoni obbligatorja mill-VAT. Il-merkanzija għandha tkun eżentata mid-dazju tas-sisa f’każijiet fejn, kieku tali merkanzija ġiet rilaxxata għall-konsum fl-Unjoni, kienet tibbenefika minn eżenzjoni obbligatorja mid-dazju tas-sisa armonizzat.

Meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ifittex li jagħmel użu minn eżenzjoni diskrezzjonali mill-VAT jew mid-dazju tas-sisa armonizzat fir-rigward ta’ kwalunkwe merkanzija, huwa għandu l-ewwel jinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ li għandu jivvaluta jekk l-eżenzjoni tistax tiġi implimentata. Il-Kumitat Speċjalizzat għandu japprova jew jirrifjuta l-implimentazzjoni ta’ tali eżenzjonijiet abbażi ta’ evidenza u raġunijiet oġġettivi.

2.    Barra minn hekk, il-Gass Naturali Likwifikat importat u użat għall-produzzjoni tal-elettriku kif ukoll tal-elettriku prodott f’Ġibiltà għandu jkun eżentat mit-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u mid-dazju tas-sisa.



ARTIKOLU 5

Rifużjoni tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u tad-dazju tas-sisa
meta l-merkanzija tiġi esportata minn Ġibiltà

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jirrimborża t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u d-dazju tas-sisa fejn applikabbli imposti fuq merkanzija malli tiġi esportata lejn l-Unjoni dment li l-esportatur ikun jista’ jagħti prova li l-VAT jew, fejn applikabbli, il-VAT u d-dazju tas-sisa jkunu tħallsu fl-Unjoni.

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jirrimborża wkoll it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u d-dazju tas-sisa fejn applikabbli meta l-merkanzija tiġi esportata lejn pajjiż barra mill-unjoni doganali permezz ta’ post doganali deżinjat. Il-post doganali deżinjat għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, b’dan.

Il-merkanzija kkunsmata f’Ġibiltà ma għandhiex tkun eliġibbli għal rifużjoni tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u tad-dazji tas-sisa fejn applikabbli.



TAQSIMA 2

DAZJU TAS-SISA

ARTIKOLU 6

Kamp ta’ applikazzjoni u impożizzjoni ta’ dazji tas-sisa

1.    Id-dazji tas-sisa f’Ġibiltà għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar is-sisa fi kwalunkwe ħin partikolari.

Kwalunkwe dazju tas-sisa ġdid tal-Unjoni għandu japplika wkoll f’Ġibiltà sakemm il-korp konsultattiv indipendenti ma jirrakkomandax, f’konformità mal-Artikolu 248(4) ta’ dan il-Ftehim, sospensjoni temporanja sa sena waħda (1).

2.    Il-merkanzija soġġetta għad-dazji tas-sisa fl-Unjoni, il-bażi taxxabbli u l-minimi tad-dazju tagħha, huma stabbiliti fl-Appendiċi 2. Il-livelli tad-dazji tas-sisa għandhom japplikaw kif ġej:

(a)    Ir-rati minimi tas-sisa tal-Unjoni għandhom japplikaw malli jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim;

(b)    ir-rati tas-sisa fil-mira li ma jvarjawx b’aktar minn 6 pp minn jew li huma ekwivalenti għal 94 % tar-rati tas-sisa applikati fir-Renju ta’ Spanja għandhom japplikaw fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.



3.    Il-paragrafu 2(a) ma għandux japplika għall-merkanzija tal-fjuwil. Dik il-merkanzija hija dik imsemmija fit-tabella A tat-taqsima 2(3) fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

4.    B’deroga mill-paragrafu 2, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Kummerċ u l-Ekonomija, fuq rakkomandazzjoni tal-korp konsultattiv indipendenti msemmi fl-Artikolu 248(4), f’każ ta’ riskju ta’ provvista ta’ fjuwil għall-vetturi fil-pompi tal-petrol f’Ġibiltà, jista’ jippermetti lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, japplika dazji tas-sisa inqas mid-dazji tas-sisa minimi tal-Unjoni.

5.    B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-prodotti tat-tabakk manifatturati għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 3 tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

6.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 sa 5, minn 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u fil-kuntest tal-valutazzjoni kontinwa tiegħu skont l-Artikolu 248(4)(a), il-korp konsultattiv indipendenti jista’, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet attwali sinifikanti f’Ġibiltà jew fil-Campo de Gibraltar, jirrakkomanda li għandhom japplikaw rati tas-sisa ogħla jew aktar baxxi minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2(b).

F’dawk il-każijiet:

(a)    ir-rata ogħla li tista’ tiġi proposta tkun tali rata li l-korp konsultattiv indipendenti jista’ jqis xierqa biex telimina d-distorsjonijiet marbuta mad-differenzi fil-livelli tad-dazju tas-sisa impost fuq dik il-merkanzija jew il-kategorija ta’ merkanzija mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta mqabbla mar-rati tad-dazju tas-sisa imposti mir-Renju ta’ Spanja fuq l-istess merkanzija jew kategorija ta’ merkanzija;



(b)    ir-rata aktar baxxa li tista’ tiġi proposta mill-korp konsultattiv indipendenti qatt ma tkun aktar baxxa mir-rati minimi tas-sisa tal-Unjoni.

ARTIKOLU 7

Reġistrazzjoni tal-operaturi tad-dazju tas-sisa

Kwalunkwe persuna responsabbli għad-dħul, il-produzzjoni, iż-żamma, il-ħżin, il-moviment, jew il-ħruġ ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa għal finijiet kummerċjali f’Ġibiltà għandha:

(a)    tkun irreġistrata mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(b)    iżomm kontijiet tal-istokk u tal-movimenti ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa u tissottomettihom perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà; u

(c)    tagħti kunsens għal kull monitoraġġ u kontroll tal-istokk.

ARTIKOLU 8

Rifużjoni tad-dazju tas-sisa f’każ ta’ qerda totali jew telf irrimedjabbli

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jirrimborża d-dazji tas-sisa ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa meta jkun hemm qerda totali jew telf irrimedjabbli, totali jew parzjali, ta’ din il-merkanzija bħala riżultat ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, jew bħala konsegwenza ta’ awtorizzazzjoni għall-qerda tal-merkanzija mill-awtoritajiet kompetenti.



TAQSIMA 3

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

ARTIKOLU 9

Ċirkostanzi eċċezzjonali

1.    Bi tweġiba għal ċirkostanzi eċċezzjonali u soġġett għal ċerti kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jieħu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)    japplika rata mnaqqsa temporanja tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet għal merkanzija speċifika meqjusa essenzjali biex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali; jew

(b)    jeżenta temporanjament mit-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u mid-dazji tas-sisa, fejn applikabbli, merkanzija speċifika meqjusa essenzjali biex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.

2.    Il-merkanzija speċifika eliġibbli għal rata mnaqqsa temporanja jew eżenzjoni temporanja, flimkien mat-tul ta’ żmien ta’ din il-miżura, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni fi żmien massimu ta’ ġimgħa waħda (1) min-notifika tagħhom mill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ filwaqt li titqies in-natura taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u l-ħtieġa għal rispons rapidu.



3.    Għandu jiġi żgurat li tali miżuri temporanji ma jkollhom l-ebda impatt negattiv fuq is-suq intern tal-Unjoni fil-forma ta’ riskji ta’ frodi fiskali u lanqas ma jkollhom l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni.

ARTIKOLU 10

Informazzjoni statistika

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiġbor u jipprovdi lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ statistika dwar it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet u d-dazju tas-sisa mħallsa f’Ġibiltà fuq bażi trimestrali.



Appendiċi 1

TASSAZZJONI INDIRETTA F’ĠIBILTÀ: LISTA TA’ MERKANZIJA
ELIĠIBBLI GĦAL RATI MNAQQSA TAT-TAXXA FUQ IT-TRANŻAZZJONIJIET

ARTIKOLU 1

Ġibiltà għandha tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet ta’ 5 % għal merkanzija li taqa’ fil-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin:

   Il-merkanzija ta’ tip normalment maħsuba għall-użu fil-produzzjoni agrikola imma eskluża merkanzija kapitali bħal makkinarju jew bini; u, sal-1 ta’ Jannar 2032, il-provvista ta’ pestiċidi kimiċi u fertilizzanti kimiċi (11).

   Ekwini ħajjin (11a).

   Pjanti ħajjin u prodotti oħra tal-florikultura, inkluż basal, qoton, għeruq u affarijiet simili, fjuri maqtugħa u faxxina ornamentali (23).

   Ilbies u żraben tat-tfal; sedili tat-tfal li jintużaw fil-karrozzi (24).

   Roti, inklużi roti elettriċi (25);



   Xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet elenkati fl-Anness IX, il-Partijiet A, B u C tad-Direttiva tal-VAT tal-UE (26).

   Għodod u tagħmir ieħor ta’ tip normalment maħsub biex jintuża f’servizzi ta’ salvataġġ jew tal-ewwel għajnuna meta jiġu pprovduti lil korpi pubbliċi jew lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ attivi fil-protezzjoni ċivili jew komunitarja(28).

ARTIKOLU 2

Ġibiltà għandha tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet ta’ 0 % għal merkanzija li taqa’ fil-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin:

   Oġġetti ta’ l-ikel (inkluż ix-xorb imma eskluż ix-xorb alkoħoliku) għall-konsum mill-bnedmin u mill-annimali; annimali ħajjin, żerriegħa, pjanti u ingredjenti normalment maħsuba għall-użu fil-preparazzjoni ta’ affarijiet ta’ l-ikel; prodotti normalment maħsuba li jkunu użati biex jissupplimentaw jew jissostitwixxu l-oġġetti ta’ l-ikel (1).

   Provvista tal-ilma (2).

   Prodotti farmaċewtiċi użati għal skopijiet mediċi u veterinarji, inkluż prodotti użati għall-kontraċezzjoni u għall-protezzjoni sanitarja tan-nisa, u prodotti assorbenti tal-iġjene (3).

   Tagħmir mediku, tagħmir, apparat, oġġetti, għajnuniet u tagħmir protettiv, inklużi maskri għall-protezzjoni tas-saħħa, normalment maħsuba għall-użu fil-kura tas-saħħa jew għall-użu minn persuni b’diżabilità, merkanzija essenzjali biex tikkumpensa għad-diżabbiltà u biex tegħlibha (4).



   Il-forniment, inkluż is-self mil-libreriji, ta’ kotba, gazzetti u perjodiċi, jew fuq mezzi fiżiċi ta’ appoġġ inkella fornuti elettronikament, jew it-tnejn (inkluż brochures, fuljetti u materjal simili stampat, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata jew f’forma ta’ manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili), minbarra pubblikazzjonijiet kompletament jew b’mod predominanti ddedikati għar-reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li kompletament jew b’mod predominanti jikkonsistu minn kontenut ta’ vidjo jew awdjo mużikali; produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ (6).

   Il-forniment ta’ pannelli solari fuq u maġenb djar privati, akkomodazzjoni u bini pubbliku u bini ieħor użat għal attivitajiet fl-interess pubbliku (10c).



Appendiċi 2

TASSAZZJONI INDIRETTA F’ĠIBILTÀ: MERKANZIJA SOĠĠETTA
GĦAD-DAZJU TAS-SISA U GĦAR-RATI MINIMI TAD-DAZJU TAL-UNJONI

MALLI JIDĦOL FIS-SEĦĦ DAN IL-FTEHIM

TAQSIMA 1

ALKOĦOL ETILIKU U XORB ALKOĦOLIKU

L-alkoħol etiliku u x-xorb alkoħoliku għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa. L-alkoħol etiliku u x-xorb alkoħoliku huma:

(a)    Birra, li tkopri kull prodott li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2203 jew kull prodott li fih taħlita ta’ birra ma’ xorb mhux alkoħoliku li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2206, fi kwalunkwe każ b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li teċċedi 0,5 % vol.

(b)    Inbid bla gass, li jkopri l-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2204 u 2205, minbarra l-inbid frizzanti kif definit fin-Nru 3, li għandu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li taqbeż 1,2 % vol. iżda li ma taqbiżx 15 % vol., sakemm l-alkoħol li jinsab fil-prodott lest ikun kollu kemm hu ta’ oriġini ffermentata, jew li jkollu qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li taqbeż 15 % vol u li ma taqbiżx 18 % vol sakemm ikun ġie prodott mingħajr ebda arrikkiment u l-alkoħol li jinsab fil-prodott lest ikun kollu kemm hu ta’ oriġini ffermentata.



(c)    Inbid frizzanti, li jkopri l-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2204 10, 2204 21 06, 2204 21 07, 2204 21 08, 2204 21 09, 2204 29 10 u 2205 li jinsabu fi fliexken b’“tappijiet f’għamla tal-faqqiegħ” miżmumin f’posthom b’rabtiet u bi qfil, jew li għandhom pressjoni żejda minħabba d-diossidu tal-karbonju f’soluzzjoni ta’ 3 bar jew aktar, u li għandhom qawwa alkoħolika proprja skont il-volum li taqbeż 1,2 % vol iżda li ma taqbiżx 15 % vol, sakemm l-alkoħol li jinsab fil-prodott finali jkun kollu kemm hu ta’ oriġini ffermentata.

(d)    Xorb ieħor iffermentat mingħajr gass, mingħajr preġudizzju għan-Nru 6, li jkopri l-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2204 u 2205, iżda mhux imsemmija fin-Nru 2 u n-Nru 3, u prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2206, ħlief xorb ieħor iffermentat bil-gass kif definit fin-Nru 5 u kwalunkwe prodott kopert min-Nru 1:

(i)    b’saħħa alkoħolika attwali bil-volum aktar minn 1,2 % vol iżda mhux ogħla minn 10 % vol;

(ii)    b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li teċċedi 10 % iżda ma teċċedix 15 % vol, kemm-il darba l-alkoħol li jkollu l-prodott ikun kollu kemm hu ta' oriġini ffermentata.

(e)    Xorb ieħor iffermentat bil-gass, mingħajr preġudizzju għan-Nru 6, li jkopri l-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2206 00 31 u 2206 00 39 kif ukoll prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2204 10, 2204 21 06, 2204 21 07, 2204 21 08, 2204 21 09, 2204 29 10 u 2205 mhux imsemmija fin-Nru 2 u n-Nru 3, li:

(i)    ikunu miżmuma fi fliexken b’“tappijiet f’għamla tal-faqqiegħ” miżmumin f’posthom b’rabtiet jew bi qfil, jew li għandhom pressjoni żejda minħabba d-diossidu tal-karbonju f’soluzzjoni ta’ 3 bar jew iżjed;



(ii)    għandhom saħħa alkoħolika attwali bil-volum aktar minn 1,2 % vol, iżda mhux aktar minn 13 % vol;

(iii)    jkollhom qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li teċċedi 13 % iżda ma teċċedix 15 % vol, kemm-il darba l-alkoħol li jkollu l-prodott ikun kollu kemm hu ta’ oriġini ffermentata.

(f)    Prodotti intermedji, li jkopru l-prodotti kollha ta’ qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li tkun aktar minn 1,2 % vol, iżda li ma tkunx aktar minn 22 % vol u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2204, 2205 u 2206 iżda li ma jkunux koperti f’numri preċedenti.

(g)    Alkoħol etiliku, li jkopri:

(i)    il-prodotti kollha b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li teċċedi 1,2 % volum u li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2207 u 2208, anki fejn dawn il-prodotti jifformaw parti minn prodott li jaqa’ taħt Kapitolu ieħor tan-NM;

(ii)    prodotti ta’ kodiċi NM 2204, 2205 u 2206 li għandhom qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li teċċedi 22 % vol;

(iii)    spirti li jinxtorbu li jkollhom prodotti, kemm jekk f’taħlita likwida jew le.

Ir-rati minimi tat-taxxa tas-sisa għall-alkoħol etiliku u x-xorb alkoħoliku huma:

(a)    Għall-birra EUR 1,87 għal kull ettolitru/grad ta’ alkoħol tal-prodott lest; fl-evalwazzjoni tat-taxxa fuq il-birra, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jinjora frazzjonijiet ta’ grad ta’ qawwa alkoħolika attwali skont il-volum,



(b)    Għall-inbid EUR 0 għal kull ettolitru ta’ prodott lest,

(c)    Għax-xarbiet iffermentati għajr l-inbid u l-birra EUR 0 għal kull ettolitru ta’ prodott lest,

(d)    Għall-prodotti intermedjarji EUR 45 għal kull ettolitru ta’ prodott lest,

(e)    Għall-alkoħol etiliku EUR 1 000 għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur f’20 °C, ikkalkulat b’referenza għan-numru ta’ ettolitri ta’ alkoħol pur.

TAQSIMA 2

ELETTRIKU U PRODOTTI TAL-ENERĠIJA

1.    Il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa. Il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku huma dawk:

(a)    li huma deskritti taħt Kodiċi NM 1507 sa 1518, jekk dawn il-prodotti se jintużaw bħala karburant li jsaħħan u karburant tal-karozzi;

(b)    li huma deskritti taħt Kodiċi NM 2701, 2702 u 2704 sa 2715;

(c)    li jaqgħu fil-Kodiċi NM 2901 u 2902;



(d)    li huma deskritti taħt Kodiċi NM 2905 11 00, li ma għandhomx oriġini sintetika, jekk dawn se jintużaw bħala fjuwil għat-tisħin jew fjuwil tal-magni;

(e)    jaqgħu fil-Kodiċi NM 3403;

(f)    jaqgħu fil-Kodiċi NM 3811;

(g)    li huma deskritti taħt Kodiċi NM 3817;

(h)    li huma deskritti taħt il-Kodiċijiet NM 3824 99 86, 3824 99 92 (esklużi l-preparati kontra s-sadid li fihom l-ammini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-thinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93, 3824 99 96 (esklużi l-preparati kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-thinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3826 00 10 u 3826 00 90 jekk dawn se jintużaw bħala fjuwil għat-tisħin jew fjuwil tal-magni;

(i)    jaqgħu fil-Kodiċi NM 2716.

2.    Meta l-prodotti tal-enerġija, għajr dawk li għalihom hemm livell ta’ tassazzjoni speċifikata f’dan l-Anness, ikunu intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tal-magni jew fjuwil għat-tisħin, offruti għall-bejgħ jew użati bħala tali, dawn għandhom jiġu intaxxati skont l-użu, bl-istess rata tal-fjuwil tat-tisħin jew tal-magni.

Minbarra dawn il-prodotti taxxabli kif imniżżla fil-paragrafu 1, kull prodott li se jintuża, jinbiegħ jew jiġi użat bħala fjuwil tal-magni, jew bħala addittiv jew sustanza miżjuda fil-fjuwil tal-magni, għandu jiġi intaxxat bl-istess rata tal-fjuwil tal-magni.



Minbarra dawn il-prodotti taxxabli kif imniżżla fil-paragrafu 1, kull idrokarbur ieħor, minbarra l-pit, li se jintuża, jinbiegħ jew jiġi użat biex isaħħan għandu jiġi intaxxat b’rata ekwivalenti ta’ prodott ta’ enerġija.

3.    Il-livelli minimi ta’ tassazzjoni huma kif ġej:

Tabella A. – Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għal fjuwils tal-magni

Merkanzija soġġetta għas-sisa

Kwantità

Petrol biċ-ċomb

Kodiċijiet NM 2710 12 31, 2710 12 51 u 2710 12 59

f’euro għal kull 1 000 l

Petrol mingħajr ċomb

Kodiċijiet NM 2710 12 31, 2710 12 41, 2710 12 45 u 2710 12 49

f’euro għal kull 1 000 l

Nafta

Kodiċijiet NM 2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19

f’euro għal kull 1 000 l

Pitrolju

Kodiċijiet NM 2710 19 21 u 2710 19 25

f’euro għal kull 1 000 l

L-LPG

Kodiċijiet NM minn 2711 12 11 sa 2711 19 00

f’euro għal kull 1 000 kg

Gass naturali

Kodiċijiet NM 2711 11 00 u 2711 21 00

f’euro għal kull gigajoule tal-gross valur kalorifiku



Tabella B. – Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għal fjuwils tal-magni
użati għall-iskopijiet industrijali u kummerċjali li ġejjin:

(a)    xogħol agrikolu, ortikulturali jew pixxikulturali, u fil-foresti;

(b)    magni stazzjonarji;

(c)    impjant u makkinarju użati fil-kostruzzjoni, inġinerija ċivili u xogħlijiet pubbliċi;

(d)    vetturi intenzjonati għall-użu mhux fit-triq pubblika jew li għadhom ma ngħatawx permess biex jintużaw l-iktar fi triq pubblika.

Merkanzija

Kwantità

Taxxa minima

Nafta

Kodiċijiet NM 2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19

f’euro għal kull 1 000 l

21

Pitrolju

Kodiċijiet NM 2710 19 21 u 2710 19 25

f’euro għal kull 1 000 l

21

L-LPG

Kodiċijiet NM minn 2711 12 11 sa 2711 19 00

f’euro għal kull 1 000 kg

41

Gass naturali

Kodiċijiet NM 2711 11 00 u 2711 21 00

f’euro għal kull gigajoule tal-gross valur kalorifiku

0,3



Tabella C. – Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tat-tisħin u l-elettriku

Merkanzija

Kwantità

Taxxa minima

Użu għan-negozju

Użu privat

Nafta

Kodiċijiet NM 2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19

f’euro għal kull

1 000 l

21

21

Żejt tal-fjuwil tqil

Kodiċijiet NM 2710 19 62 sa 2710 19 68 u 2710 20 31 sa 2710 20 39

f’euro għal kull

1 000 kg

15

15

Pitrolju

Kodiċijiet NM 2710 19 21 u 2710 19 25

f’euro għal kull

1 000 l

0

0

L-LPG

Kodiċijiet NM minn 2711 12 11 sa 2711 19 00

f’euro għal kull

1 000 kg

0

0

Gass naturali

Kodiċijiet NM 2711 11 00 u 2711 21 00

f’euro għal kull gigajoule tal-gross valur kalorifiku

0,15

0,3

Faħam u kokk

Kodiċijiet NM 2701, 2702 u 2704

f’euro għal kull gigajoule tal-gross valur kalorifiku

0,15

0,3

Elettriku

Kodiċi NM 2716

f’ euro għal kull MWh

0,5

1,0

Għall-prodotti tal-enerġija speċifikati fit-tabelli, b’livelli ta’ tassazzjoni bbażati fuq il-volumi, il-volum jitkejjel f’temperatura ta’ 15 °C.



4.    “Użu għal negozju” għandu jfisser l-użu minn entità kummerċjali, identifikata skont il-paragrafu 2, li indipendentament twettaq, fi kwalunkwe post, il-provvista ta’ merkanzija u servizzi, ikun xi jkun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dan it-tip ta’ attivitajiet ekonomiċi.

L-attivitajiet ekonomiċi ikopru l-attivitajiet kollha ta’ produtturi, negozjanti u persuni li jfornu servizzi li jinkludu xogħol fil-minjieri u attività agrikulturali u attività professjonali.

Stati, awtoritajiet governattivi reġjonali u lokali u istituzzjonijiet oħra immexxija mill-liġi pubblika ma għandhomx jiġu kkonsidrati bħala entitajiet kummerċjali fil-każ ta’ attivitajiet u operazzjonijiet li huma jwettqu bħala awtoritajiet pubbliċi. Madankollu, meta jwettqu tali attivitajiet u tranżazzjonijiet, huma għandhom jiġu kkonsidrati bħala negozju fil-każ ta’ dawn l-attivitajiet jew tranżazzjonijiet u li f’każ li ma jkunux ikkunsidrati bħala negozju dan jista’ jwassal għal tfixkil sostanzjali fil-kompetizzjoni.

5.    L-entità kummerċjali ma tistax tiġi kkunsidrata bħala iżgħar minn parti ta’ intrapriża jew qafas legali li jekk tħares lejha minn lenti ta’ organizzazzjoni tikkostitwixxi negozju indipendenti, jiġifieri entità li tista’ tiffunzjona bil-mezzi tagħha nnfisha.

6.    Fejn isir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika skont kull tip ta’ użu proporzjonalment, għalkemm fejn kemm l-użu għal kummerċ u dak li mhuwiex ikun bla valur, dan jista’ jiġi trattat bħala żero.

7.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jista’ jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-livell imnaqqas ta’ tassazzjoni għall-użu kummerċjali.



TAQSIMA 3

TABAKK MANIFATTURAT

1.    It-tabakk manifatturat għandu jkun soġġett għad-dazji tas-sisa. It-tabakk manifatturat huwa:

(a)    sigaretti;

(b)    sigarri u cigarillos;

(c)    tabakk tat-tipjip:

(i)    tabakk imqatta’ fin għall-brim tas-sigaretti;

(ii)    tabakk ieħor għat-tipjip.

2.    Prodotti magħmula kollha kemm huma jew parti minnhom minn sostanzi li mhux tabakk iżda li xorta jaqgħu taħt il-kriterji ta’ sigaretti, sigarri, cigarillos, u tabakk tat-tipjip rispettivament għandhom jiġu trattati bħala sigaretti, sigarri, cigarillos, u tabakk tat-tipjip.

3.    Is-sigaretti għandhom ikunu soġġetti għal dazju tas-sisa ad valorem ikkalkulat fuq il-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut, inklużi d-dazji doganali, kif ukoll għal dazju tas-sisa speċifiku (ta’ bejn 7,5 % u 76,5 % tal-piż totali tat-taxxa) ikkalkulat għal kull unità tal-prodott.



Id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u dazju ad valorem minbarra l-VAT) ma għandux ikun inqas minn EUR 115 għal kull 1 000 sigarett. Id-differenza fil-prezz li tirriżulta mid-dazju tas-sisa globali applikabbli ma għandhiex taqbeż EUR 0,80 jew 15 % għal kull pakkett ta’ sigaretti, skont liema minnhom twassal għad-differenzjal l-aktar baxx fil-prezz.

Ir-rata tad-dazju tas-sisa ad valorem u l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifiku għandhom ikunu l-istess għas-sigaretti kollha.

4.    Id-dazju tas-sisa minimu għat-tabakk manifatturat ħlief is-sigaretti għandu jkun:

(a)    jew dazju ad valorem ikkalkulat fuq il-bażi tal-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut ta’ kull prodott; jew

(b)    dazju speċifiku mfisser bħala ammont għal kull kilogramm, jew fil-każ ta’ sigarri u cigarillos, alternattivament għal numru mogħti ta’ oġġetti; jew

(c)    taħlita tat-tnejn, li tgħaqqad element ad valorem u element speċifiku.

5.    Id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet), imfisser bħala perċentwal, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal numru deċiż ta’ oġġetti, għandu jkun mill-anqas ekwivalenti għar-rati jew għall-ammonti minimi stipulati għal:

(a)    sigarri jew cigarillos: 15 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, jew EUR 12 għal kull 1 000 oġġett jew kull kilogramma;



(b)    tabakk tat-tipjip imqatta’ rqiq maħsub għall-brim tas-sigaretti: 50 % tal-prezz medju ponderat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew EUR 60 għal kull kilogramma;

(c)    tabakk ieħor għat-tipjip: 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxex kollha, jew EUR 22 għal kull kilogramma.

6.    Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 5, il-prezz medju ponderat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti u tat-tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti għandu jiġi kkalkulat b’referenza għall-valur totali tas-sigaretti kollha u tat-tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum, abbażi tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, diviż bil-kwantità totali tas-sigaretti u tat-tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Dan għandu jiġi ddeterminat mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena abbażi ta’ data relatata mar-rilaxx għall-konsum kollu li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti.

7.    Ir-rati msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom ikunu effettivi għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-grupp tat-tabakk manifatturat ikkonċernat, mingħajr distinzjoni f’kull grupp għal dik li hija kwalità, preżentazzjoni, oriġini tal-prodotti, il-materjali użati, il-karatteristiċi tad-ditti involuti jew kwalunkwe kriterju ieħor.

8.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jipprovdu data tal-istatistika dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa applikati fuq it-tabakk manifatturat. L-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim ma japplikax.

_______________

ANNESS 25

AVJAZZJONI

Lista ta’ dritt tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 273 tal-Ftehim:

   Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1),

Emendata bis-segwenti: Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 50),

   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36),

Emendata bis-segwenti: Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1254 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 li temenda d-Direttivi 2009/12/KE, 2009/33/KE u (UE) 2022/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tat-trasport bit-triq u tal-avjazzjoni (ĠU L, 2024/1254, 30.4.2024),


   Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11),

Emendata bis-segwenti: Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1254 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 li temenda d-Direttivi 2009/12/KE, 2009/33/KE u (UE) 2022/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tat-trasport bit-triq u tal-avjazzjoni (ĠU L, 2024/1254, 30.4.2024),

   Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).

________________

ANNESS 26

LISTA TA’ STABBILIMENTI
MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 276 TAL-FTEHIM

LISTA TA’ FORNITURI TAS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA:

1.    “Cidat”, La Linea de la Concepcion.

2.    “Hospital Quironsalud Campo de Gibraltar”, Palmones.

3.    “Scanner Sur”, Algeciras.

4.    “Hospital Punta de Europa”, Algeciras.

5.    “Vithas Xanit International Hospital”, Benalmadena.

6.    “Vithas Hospital Parque San Antonio”, Malaga.

7.    “HLA Hospital Jerez Puerta del Sur”, Jerez.

________________

ANNESS 27

TRASPORT TA’ MERKANZIJA BIT-TRIQ

PARTI A

REKWIŻITI GĦALL-OPERATURI TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA BIT-TRIQ:
AMMISSJONI GĦAL, U T-TWETTIQ TA’,

IMPJIEG TA’ OPERATUR TAT-TRASPORT BIT-TRIQ

ARTIKOLU 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din il-Parti A tirregola l-ammissjoni għal, u t-twettiq ta’, xogħol ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u għandha tapplika għall-operaturi kollha tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti involuta fit-trasport tal-merkanzija fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 276 u 277 ta’ dan il-Ftehim.



ARTIKOLU 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Parti A, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “awtorizzazzjoni għat-twettiq tax-xogħol ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq” tfisser deċiżjoni amministrattiva li tawtorizza lil persuna fiżika jew ġuridika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’din it-Taqsima sabiex twettaq ix-xogħol ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq;

(b)    “awtorità kompetenti” tfisser awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali f’Parti, li bil-għan li tawtorizza l-eżerċitar tal-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, tivverifika jekk persuna fiżika jew ġuridika tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’din it-taqsima, u li għandha s-setgħa li tagħti, tissospendi jew tirtira awtorizzazzjoni tal-eżerċitar tal-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq; u

(c)    “residenza normali” tfisser il-post fejn persuna tgħix is-soltu, jiġifieri għal tal-anqas 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali li juru konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qiegħda tgħix.



ARTIKOLU 3

Rekwiżiti għat-twettiq tax-xogħol ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq

Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu x-xogħol ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq għandu:

(a)    ikollhom stabbiliment effettiv u stabbli f’Parti kif stipulat fl-Artikolu 5 ta’ din il-Parti;

(b)    ikollhom reputazzjoni tajba kif stipulat fl-Artikolu 6 ta’ din il-Parti;

(c)    ikollhom kapaċità finanzjarja xierqa kif stipulat fl-Artikolu 7 ta’ din il-Parti; u

(d)    ikollhom il-kompetenza professjonali meħtieġa kif stipulat fl-Artikolu 8 ta’ din il-Parti.

ARTIKOLU 4

Il-maniġer tat-trasport

1.    Operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq għandu jaħtar mill-inqas persuna fiżika waħda biex tkun il-maniġer tat-trasport, li effettivament u kontinwament imexxi l-attivitajiet tat-trasport tiegħu u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 3 u li:

(a)    għandu rabta ġenwina mal-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, bħal pereżempju li jkun impjegat, direttur, sid jew azzjonista jew li jamministrah, jew ikun dik il-persuna; u



(b)    ikun residenti fil-Parti li fit-territorju tagħha jkun stabbilit l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

2.    Jekk persuna fiżika jew ġuridika ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ kompetenza professjonali, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-persuna fiżika jew ġuridika biex twettaq ix-xogħol ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq mingħajr ma taħtar maniġer tat-trasport f’konformità mal-paragrafu 1, dment li:

(a)    il-persuna fiżika jew ġuridika taħtar persuna fiżika li tirrisjedi fil-Parti tal-istabbiliment tal-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 3 li hija intitolata skont kuntratt li twettaq dmirijiet bħala maniġer tat-trasport f’isem l-impriża;

(b)    il-kuntratt li jorbot lill-persuna fiżika jew ġuridika mal-persuna msemmija fil-punt (a) jispeċifika l-kompiti li għandhom jitwettqu fuq bażi effettiva u kontinwa minn dik il-persuna u jindika r-responsabbiltajiet ta’ dik il-persuna bħala maniġer tat-trasport. Il-kompiti li għandhom jiġu speċifikati għandhom jinkludu, partikolarment, dawk relatati mal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-vettura, mal-verifika tal-kuntratti u tad-dokumenti tat-trasport, mal-kontabilità bażika, mal-assenjazzjoni ta’ tagħbijiet jew servizzi lis-sewwieqa u lill-vetturi, u mal-verifika tal-proċeduri ta’ sikurezza;

(c)    fil-kapaċità tagħha bħala maniġer tat-trasport, il-persuna msemmija fil-punt (a) tista’ tiġġestixxi l-attivitajiet ta’ trasport ta’ mhux aktar minn 4 operaturi differenti ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq imwettqa bi flotta totali massima kombinata ta’ 50 vettura; u



(d)    il-persuna msemmija fil-punt (a) twettaq il-kompiti speċifikati unikament fl-interessi tal-persuna fiżika jew ġuridika u r-responsabbiltajiet ta’ dik il-persuna jiġu eżerċitati indipendentement minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għaliha twettaq operazzjonijiet ta’ trasport.

3.    Parti tista’ tiddeċiedi li maniġer tat-trasport maħtur skont il-paragrafu 1 ma jistax ukoll jinħatar f’konformità mal-paragrafu 2, jew jista’ jinħatar b’dan il-mod biss fir-rigward ta’ għadd limitat ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew flotta ta’ vetturi li tkun iżgħar minn dik imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

4.    Il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-maniġer jew tal-maniġers tat-trasport maħtura.

ARTIKOLU 5

Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-istabbiliment

Sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta’ stabbiliment effettiv u stabbli fil-Parti ta’ stabbiliment, persuna fiżika jew ġuridika għandha:

(a)    ikollha bini, li fih tkun tista’ taċċessa d-dokumenti oriġinali tad-dokumenti ewlenin tan-negozju tagħha, sew jekk fil-forma elettronika jew fi kwalunkwe forma oħra, partikolarment il-kuntratti tagħha dwar it-trasport, id-dokumenti relatati mal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika, id-dokumenti dwar il-kontabilità, id-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-persunal, il-kuntratti tax-xogħol, id-dokumenti dwar is-sigurtà soċjali, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-vjaġġi, mal-ħin tas-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ, u kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kompetenti jrid ikollha aċċess għalih sabiex tivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’din il-Parti;



(b)    tkun irreġistrata fir-reġistru tal-kumpaniji kummerċjali ta’ dik il-Parti jew f’reġistru simili kull meta jkun meħtieġ skont il-liġi nazzjonali;

(c)    tkun suġġetta għal taxxa fuq id-dħul u, kull meta jkun meħtieġ skont il-liġi nazzjonali, ikollha assenjat numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT;

(d)    ladarba tingħata awtorizzazzjoni, ikollha għad-dispożizzjoni tagħha vettura waħda jew aktar li jkunu rreġistrati jew imqegħdin fiċ-ċirkolazzjoni u awtorizzati sabiex jintużaw f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ dik il-Parti, kemm jekk dawk il-vetturi jkunu totalment proprjetà tagħha kif ukoll jekk, pereżempju, ikunu miżmuma taħt ftehim ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri jew taħt kuntratt ta’ kiri jew lokazzjoni;

(e)    twettaq b’mod effettiv u kontinwu l-attivitajiet amministrattivi u kummerċjali tagħha bit-tagħmir u l-faċilitajiet xierqa f’bini kif imsemmi fil-punt (a) li jkun jinsab f’dik il-Parti u tiġġestixxi b’mod effettiv u kontinwu l-operazzjonijiet tat-trasport tagħha bl-użu tal-vetturi msemmija fil-punt (f) permezz tat-tagħmir tekniku xieraq li jkun jinsab f’dik il-Parti; u

(f)    fuq bażi kontinwa jkollha għad-dispożizzjoni regolari tagħha għadd ta’ vetturi konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (d) u sewwieqa normalment ibbażati f’ċentru operazzjonali f’dik il-Parti, proporzjonat għall-volum tal-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mill-impriża.



ARTIKOLU 6

Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba

1.    Suġġetti għall-paragrafu 2, il-Partijiet għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-maniġers tat-trasport għandhom jissodisfaw sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba.

Fid-determinazzjoni ta’ jekk persuna fiżika jew ġuridika tkunx issodisfat dak ir-rekwiżit, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-kondotta tal-persuna fiżika jew ġuridika, il-maniġers tat-trasport tagħhom, id-diretturi eżekuttivi u kwalunkwe persuna rilevanti oħra kif jista’ jiġi ddeterminat mill-Parti. Kull referenza f’dan l-Artikolu għal kundanni, penali jew ksur għandha tinkludi kundanni, penali jew ksur tal-persuna fiżika jew ġuridika nnifisha, tal-maniġers tat-trasport tagħha, tad-diretturi eżekuttivi u ta’ kwalunkwe persuna rilevanti oħra kif jista’ jiġi ddeterminat mill-Parti.

Il-kundizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom jinkludu tal-anqas:

(a)    li ma jkunx hemm raġunijiet konvinċenti sabiex wieħed jiddubita r-reputazzjoni tajba tal-maniġer tat-trasport jew tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, bħal kundanni jew penali għal kwalunkwe ksur serju tar-regoli nazzjonali fis-seħħ fl-oqsma:

(i)    tal-liġi kummerċjali;

(ii)    tal-liġi dwar il-falliment;

(iii)    tal-kundizzjonijiet ta’ paga u impjieg fil-professjoni;



(iv)    tat-traffiku tat-toroq;

(v)    tar-responsabbiltà professjonali;

(vi)    tat-traffikar ta’ bnedmin jew tad-droga;

(vii)    tal-liġi tat-taxxa; u

(b)    li l-maniġer tat-trasport jew l-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ma jkunux instabu f’waħda mill-Partijiet jew fit-tnejn li huma, ħatja ta’ reat kriminali serju jew ikunu ġarrbu penali għal ksur serju tar-regoli tal-Artikoli 278 sa 282 ta’ dan il-Ftehim jew ta’ regoli nazzjonali relatati b’mod partikolari ma’:

(i)    il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodu ta’ mistrieħ għax-xufiera, il-ħinijiet tax-xogħol, u l-istallazzjoni u l-użu tat-tagħmir tar-reġistrazzjoni;

(ii)    il-piżijiet massimi u d-dimensjonijiet tal-vetturi kummerċjali użati għat-trasport internazzjonali;

(iii)    il-kwalifiki inizjali u t-taħriġ kontinwu tax-xufiera;

(iv)    l-istat ta’ kemm vetturi kummerċjali huma tajbin għat-triq inkluża l-ispezzjoni teknika annwali obbligatorja tal-vetturi bil-mutur;

(v)    l-aċċess għas-suq fit-trasport tal-merkanzija bit-triq internazzjonali;

(vi)    is-sikurezza fit-trasport stradali tal-merkanzija perikoluża;



(vii)    l-istallazzjoni u l-użu ta’ tagħmir għall-kontroll tal-veloċità fuq ċerti kategoriji ta’ vetturi;

(viii)    il-liċenzji tas-sewqan;

(ix)    id-dħul għall-professjoni;

(x)    it-trasport tal-annimali;

(xi)    l-istazzjonar tal-ħaddiema fit-trasport bit-triq;

(xii)    il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali; u

(xiii)    vjaġġi li l-punti tat-tagħbija u tal-ħatt tagħhom jinsabu fil-Parti l-oħra.

2.    Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-maniġer tat-trasport jew l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ikun ġie kkundannat b’reat kriminali serju jew ingħata penali għal wieħed mill-aktar ksur serju kif stabbilit fl-Appendiċi X-A-1-1, f’waħda mill-Partijiet jew fiż-żewġ Partijiet, l-awtorità kompetenti fil-Parti ta’ stabbiliment għandha twettaq u tikkompleta b’mod xieraq u f’waqtu proċedura amministrattiva, li għandha tinkludi, jekk ikun xieraq, verifika fil-post fil-bini tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.



Matul il-proċedura amministrattiva, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk, minħabba ċirkostanzi speċifiċi, it-telf ta’ reputazzjoni tajba jikkostitwixxix rispons sproporzjonat fil-każ individwali. F’dik il-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-għadd ta’ ksur serju tar-regoli kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll l-għadd tal-aktar ksur serju kif stabbilit fl-Appendiċi X-A-1-1, li għalih ikun instab ħati jew ingħata penali l-maniġer tat-trasport jew l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq. Kull sejba bħal din għandha tkun debitament motivata u ġustifikata.

Meta l-awtorità kompetenti ssib li t-telf ta’ reputazzjoni tajba jkun sproporzjonat, din għandha tiddeċiedi li l-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata għadha ta’ reputazzjoni tajba. Meta l-awtorità kompetenti ma ssibx li t-telf ta’ reputazzjoni tajba jkun sproporzjonat, il-kundanna jew il-penali għandha twassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba.

3.    Minbarra l-lista tal-aktar ksur serju stabbilita fl-Appendiċi X-A-1-1, il-ksur serju stabbilit fl-Appendiċi X-A-1-1bis jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba.

4.    Ir-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba ma għandux jiġi ssodisfat sakemm ma tkunx ittieħdet miżura ta’ riabilitazzjoni jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effett ekwivalenti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali tal-Partijiet.



ARTIKOLU 7

Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-pożizzjoni finanzjarja

1.    Sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta’ pożizzjoni finanzjarja, persuna fiżika jew ġuridika għandha, fuq bażi permanenti, tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena kontabilistika annwali. Il-persuna fiżika jew ġuridika għandha turi, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata debitament, li, kull sena, din ikollha għad-dispożizzjoni tagħha kapital u riżervi:

(a)    li jammontaw għal tal-anqas EUR 9 000 / GBP 8 000 meta tintuża biss vettura bil-mutur waħda, EUR 5 000 / GBP 4 500 għal kull vettura bil-mutur addizzjonali użati jew vettura kombinata li għandha massa mgħobbija permissibbli li taqbeż it-3,5 tunnellati użata u EUR 900 / GBP 800 għal kull vettura bil-mutur addizzjonali jew vettura kombinata li għandha massa mgħobbija permissibbli, li taqbeż it-2,5 tunnellati iżda mhux it-3,5 tunnellati;

(b)    il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jeżerċitaw l-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq bl-użu biss ta’ vetturi bil-mutur jew vetturi kombinati li għandhom massa mgħobbija permissibbli li taqbeż it-2,5 tunnellati iżda mhux it-3,5 tunnellati għandhom juru, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata debitament, li, kull sena, huma għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kapital u riżervi li jammontaw għal tal-anqas EUR 1 800 / GBP 1 600 meta tintuża vettura waħda biss u EUR 900 / GBP 800 għal kull vettura addizzjonali li tintuża.



2.    B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ taqbel jew tirrikjedi li impriża turi l-kapaċità finanzjarja tagħha permezz ta’ ċertifikat determinat mill-awtorità kompetenti, bħal garanzija bankarja jew assigurazzjoni, inkluża assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali minn bank wieħed jew aktar jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn inkluż kumpaniji tal-assigurazzjoni jew dokument vinkolanti ieħor li jipprovdi garanzija in solidum għall-impriża fir-rigward tal-ammonti speċifikati fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

3.    B’deroga mill-paragrafu 1, fin-nuqqas ta’ kontijiet annwali ċċertifikati għas-sena tar-reġistrazzjoni ta’ impriża, l-awtorità kompetenti għandha taqbel li impriża għandha turi l-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta’ ċertifikat, bħal garanzija bankarja, dokument maħruġ minn istituzzjoni finanzjarja li jistabbilixxi aċċess għal kreditu f’isem l-impriża, jew dokument vinkolanti ieħor kif determinat mill-awtorità kompetenti li jagħti prova li l-impriża għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-ammonti speċifikati fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

4.    Il-kontijiet annwali msemmija fil-paragrafu 1, u l-garanzija msemmija fil-paragrafu 2, li għandhom jiġu vverifikati, huma dawk tal-entità ekonomika stabbilita fil-Parti li fiha tkun saret applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u mhux dawk ta’ kwalunkwe entità oħra stabbilita fil-Parti l-oħra.



ARTIKOLU 8

Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-kompetenza professjonali

1.    Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stipulat ta’ kompetenza professjonali, il-persuna jew persuni kkonċernati għandu jkollhom għarfien li jikkorrispondi għal-livell previst fil-Parti I tal-Appendiċi X‑A‑1‑2 fis-suġġetti elenkati fih. Dak l-għarfien għandu jintwera permezz ta’ eżami obbligatorju bil-miktub li, jekk Parti hekk tiddeċiedi, jista’ jiġi supplimentat b’eżami orali. Dawk l-eżamijiet għandhom jiġu organizzati skont il-Parti II tal-Appendiċi X‑A‑1‑2. Għal dan il-għan, Parti tista’ tiddeċiedi li timponi taħriġ qabel l-eżami.

2.    Il-persuni kkonċernati għandhom jagħmlu l-eżami fil-Parti li fiha jkollhom ir-residenza normali tagħhom.

3.    L-awtoritajiet jew il-korpi awtorizzati debitament għal dan il-għan minn Parti, skont il-kriterji definiti minnha, biss, jistgħu jorganizzaw u jiċċertifikaw l-eżamijiet bil-miktub u orali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-Partijiet għandhom jivverifikaw regolarment li l-kundizzjonijiet li taħthom dawk l-awtoritajiet jew korpi jorganizzaw l-eżamijiet ikunu skont l-Appendiċi X-A-1-2.

4.    Parti tista’ teżenta lid-detenturi ta’ ċerti kwalifiki ta’ edukazzjoni għolja jew kwalifiki ta’ edukazzjoni teknika maħruġa f’dik il-Parti, li jkunu speċifikament imfassla għal dan il-għan u li jkunu jinkludu l-għarfien tas-suġġetti kollha elenkati fl-Appendiċi X-A-1-2 mill-eżami fis-suġġetti koperti minn dawk il-kwalifiki. L-eżenzjoni għandha tapplika biss għal dawk it-taqsimiet tal-Parti I tal-Appendiċi X-A-1-2 li għalihom il-kwalifika tkopri s-suġġetti kollha elenkati taħt l-intestatura ta’ kull Taqsima.



Parti tista’ teżenta minn partijiet speċifiċi tal-eżamijiet detenturi ta’ ċertifikati ta’ kompetenza professjonali validi għal operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali f’dik il-Parti.

ARTIKOLU 9

Eżenzjoni mill-eżami

Għall-fini tal-għoti ta’ liċenzja lil operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li jopera biss vetturi bil-mutur jew vetturi kombinati li l-massa mgħobbija permissibbli tagħhom ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, Parti tista’ tiddeċiedi li teżenta mill-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) persuni li juru prova li għall-perjodu ta’ għaxar snin qabel l-20 ta’ Awwissu 2020, b’mod kontinwu ġestew persuna fiżika jew ġuridika tal-istess tip.



ARTIKOLU 10

Proċedura għas-sospensjoni u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet

1.    Meta awtorità kompetenti tistabbilixxi li persuna fiżika jew ġuridika tkun f’riskju li ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3, din għandha tinnotifika lill-persuna fiżika jew ġuridika b’dan. Meta awtorità kompetenti tistabbilixxi li wieħed jew aktar minn dawk ir-rekwiżiti ma għadux aktar issodisfat, din tista’ tistabbilixxi wieħed mil-limiti ta’ żmien li ġejjin għall-persuna fiżika jew ġuridika sabiex tirrettifika s-sitwazzjoni:

(a)    limitu ta’ żmien li ma jeċċedix is-6 xhur, li jista’ jiġi estiż bi 3 xhur fl-eventwalità ta’ mewt jew diżabbiltà fiżika tal-maniġer tat-trasport, għar-reklutaġġ ta’ sostitut għall-maniġer tat-trasport meta l-maniġer tat-trasport ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ reputazzjoni jew kompetenza professjonali;

(b)    limitu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur fejn il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha tirrettifika s-sitwazzjoni billi turi li l-persuna fiżika jew ġuridika għandha stabbiliment effettiv u stabbli; jew

(c)    limitu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur li fih ir-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja ma jkunx issodisfat, sabiex turi li r-rekwiżit ġie ssodisfat mill-ġdid fuq bażi permanenti.

2.    L-awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi li persuna fiżika jew ġuridika li l-awtorizzazzjoni tagħha tkun ġiet sospiża jew irtirata tiżgura li l-maniġers tat-trasport tagħha jkunu għaddew mill-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura ta’ riabilitazzjoni.



3.    Jekk l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-persuna fiżika jew ġuridika ma għadhiex tissodisfa wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3, din għandha tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ twettiq tax-xogħol ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 11

Dikjarazzjoni tal-inkapaċità tal-maniġer tat-trasport

1.    Meta maniġer tat-trasport jitlef ir-reputazzjoni tajba skont l-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara lill-maniġer tat-trasport inkapaċi li jiġġestixxi l-attivitajiet tat-trasport ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq.

L-awtorità kompetenti ma għandhiex tirriabilita l-maniġer tat-trasport aktar kmieni minn sena mid-data tat-telf ta’ reputazzjoni tajba u qabel ma l-maniġer tat-trasport ikun wera li segwa taħriġ xieraq għal perjodu ta’ tal-anqas 3 xhur jew eżami dwar is-suġġetti elenkati fil-Parti I tal-Appendiċi X-A-1-2.

2.    Meta maniġer tat-trasport jitlef reputazzjoni tajba skont l-Artikolu 6, applikazzjoni għal riabilitazzjoni tista’ tiġi introdotta wara mhux anqas minn sena mid-data tat-telf ta’ reputazzjoni tajba.



ARTIKOLU 12

L-eżami u r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet

1.    L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jirreġistraw fir-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 13(1) id-data relatata mal-impriżi li jawtorizzaw.

2.    Meta jivvalutaw ir-reputazzjoni tajba ta’ impriża, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw, jekk fiż-żmien tal-applikazzjoni l-maniġer jew il-maniġers tat-trasport maħtura humiex iddikjarati, f’waħda mill-Partijiet, bħala inkapaċi li jiġġestixxu l-attivitajiet tat-trasport ta’ impriża skont l-Artikolu 11.

3.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw b’mod regolari jekk l-impriżi li huma awtorizzaw sabiex iwettqu x-xogħol ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli, inkluż, fejn xieraq, verifiki fil-post fil-bini tal-impriża kkonċernata, billi jimmiraw dawk l-impriżi li jkunu klassifikati li jikkostitwixxu riskju miżjud.

ARTIKOLU 13

Reġistri elettroniċi nazzjonali

1.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru elettroniku nazzjonali ta’ impriżi tat-trasport bit-triq li jkunu ġew awtorizzati li jwettqu x-xogħol ta’ operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq.



2.    Id-data li tinsab fir-reġistri nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għal din id-data huma stabbiliti fl-Appendiċi X-A-1-5.

ARTIKOLU 14

Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.    L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ din il-Parti.

2.    L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jikkooperaw mill-qrib u għandhom jipprovdu lil xulxin mingħajr dewmien b’assistenza reċiproka u bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ din l-Parti.

3.    L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom iwettqu kontrolli individwali sabiex jivverifikaw jekk impriża tissodisfax il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-ammissjoni għall-okkupazzjoni ta’ operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq kull meta awtorità kompetenti fil-Parti l-oħra titlob dan f’każijiet motivati debitament. Din għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fil-Parti l-oħra bir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u bil-miżuri meħuda jekk jiġi stabbilit li l-impriża ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’din il-Parti.

4.    L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar kundanni jew penali għal kwalunkwe ksur serju msemmi fl-Artikolu 6(2).

5.    Ir-regoli dettaljati dwar il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 huma stabbiliti fl-Appendiċi XXXXXX.



Appendiċi X-A-1-1

L-AKTAR KSUR SERJU
GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 6(2) TAL-PARTI A TAL-ANNESS X

1.    Jinqabżu limiti ta’ żmien kif ġej:

(a)    meta jinqabeż il-limitu massimu tal-ħin ta’ sewqan, ta’ kull 6 ijiem jew ta’ kull ġimagħtejn, b’marġini ta’ 25 % jew aktar;

(b)     meta jinqabeż il-limitu massimu tal-ħin ta’ sewqan ta’ kuljum, matul perjodu ta’ ħidma ta’ kuljum, b’marġni ta’ 50 % jew iżjed.

2.    In-nuqqas ta’ twaħħil ta’ takografu u/jew regolatur tal-veloċità eċċessiva, jew li fil-vettura jkun hemm u/jew jintuża apparat frawdolenti li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u/jew tar-regolatur tal-veloċità eċċessiva jew jiffalsifika l-folji ta’ reġistrazzjoni jew id-data mniżżla mit-takografu u/jew mill-kard tas-sewwieq.

3.    Sewqan mingħajr ċertifikat validu tal-affidabbiltà stradali u/jew sewqan b’nuqqas serju ħafna, fost l-oħrajn, tas-sistema tal-ibbrejkjar, il-konnessjonijiet tal-istering, ir-roti/it-tajers, is-sospensjoni jew ix-xażì li joħolqu dak ir-riskju mmedjat għas-sikurezza fit-toroq li jwassal għal deċiżjoni li tiġi mmobilizzata l-vettura.



4.    Trasportazzjoni ta’ merkanzija perikoluża li hija pprojbita għat-trasport jew trasportazzjoni ta’ dik il-merkanzija f’mezz ta’ konteniment ipprojbit jew mhux approvat jew mingħajr ma tiġi identifikata fuq il-vettura bħala merkanzija perikoluża, b’riżultat ta’ periklu għall-ħajja jew l-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi mmobilizzata l-vettura.

5.    Il-ġarr ta’ merkanzija mingħajr ma wieħed ikollu liċenzja tas-sewqan valida jew il-ġarr minn impriża li ma jkollhiex liċenzja tal-operatur valida kif imsemmi fl-Artikolu 278 ta’ dan il-Ftehim.

6.    Sewqan b’kard tas-sewwieq li ġiet iffalsifikata, jew b’kard li s-sewwieq mhuwiex id-detentur tagħha, jew li ġiet akkwistata fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti falsifikati.

7.    Il-ġarr ta’ merkanzija li teċċedi l-massa massima bit-tagħbija permessa b’20 % jew iżjed għal vetturi li l-piż tagħhom bit-tagħbija jaqbeż it-12-il tunnellata, u b’25 % jew iżjed għal vetturi li l-piż tagħhom bit-tagħbija ma jaqbiżx it-12-il tunnellata.



Appendiċi X-A-1-1bis

LISTA TA’ KSUR SERJU
GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 6(2) TAL-PARTI A TAL-ANNESS X

It-tabelli li ġejjin fihom il-kategoriji u t-tipi ta’ ksur serju tal-Anness X tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, maqsum fi 3 kategoriji ta’ serjetà skont il-potenzjal tiegħu li joħloq riskju ta’ fatalitajiet jew ta’ korrimenti gravi u/jew li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq: l-aktar ksur serju (MSI, most serious infringement), ksur serju ħafna (VSI, very serious infringement) u ksur serju (SI, serious infringement).

(1)    Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

Perjodi ta’ sewqan

1.

L-Artikolu 4(1) u l-Appendiċi 31-A-1-1

Aktar minn 9 sigħat ta’ sewqan kuljum meta mhux permessa l-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta’ 10 sigħat

10h ≤ … < 11h

X

2.

11h ≤ …

X

3.

Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan ta’ 9 sigħat kuljum b’50 % jew aktar

13h30 ≤ …

X

4.

Jinqabeż il-ħin estiż ta’ sewqan kuljum ta’ 10 sigħat jekk l-estensjoni hija permessa

11h ≤ … < 12h

X

5.

12h ≤ …

X

6.

Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan ta’ 10 sigħat ta’ sewqan kuljum b’50 % jew aktar

15h ≤ …

X

7.

L-Artikolu 4(2) u l-Appendiċi 31-A-1-1

Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan permess fil-ġimgħa

60h ≤ … < 65h

X

8.

65h ≤ … < 70h

X

9.

Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan permess fil-ġimgħa b’25 % jew aktar

70h ≤ …

X

10.

L-Artikolu 4(3) u l-Appendiċi 31-A-1-1

Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan massimu totali f’ġimagħtejn (2) konsekuttivi

100h ≤ … < 105h

X

11.

105h ≤ … < 112h30

X

12.

Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan massimu totali f’ġimagħtejn (2) konsekuttivi b’25 % jew aktar

112h30 ≤ …

X

Pawżi

13.

Artikolu 5

Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan mhux interrott ta’ 4,5 sigħat qabel il-pawża

5h ≤ … < 6h

X

14.

6h ≤ …

X

Perjodi ta’ Mistrieħ

15.

Artikolu 6(2)

Perjodu insuffiċjenti ta’ mistrieħ ta’ inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ kuljum

8h30 ≤ … < 10h

X

16.

… < 8h30

X

17.

Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum imnaqqas insuffiċjenti ta’ inqas minn 9 sigħat jekk it-tnaqqis huwa permess

7h ≤ … < 8h

X

18.

… < 7h

X

19.

Perjodu maqsum insuffiċjenti ta’ mistrieħ kuljum ta’ inqas minn 3 sigħat + 9 sigħat

3h + [7h ≤ …< 8h]

X

20.

3h + [… < 7h]

X

21.

Artikolu 6(5)

Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum insuffiċjenti ta’ inqas minn 9 sigħat għal vettura b’aktar minn sewwieq wieħed

7h ≤ … < 8h

X

22.

… < 7h

X

23.

Artikolu 6(6)

Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa mnaqqas insuffiċjenti ta’ inqas minn 24 siegħa

20h ≤ … < 22h

X

24.

… < 20h

X

25.

Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa insuffiċjenti ta’ inqas minn 45 siegħa jekk ma jkunx permess perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa mnaqqas

36h ≤ … < 42h

X

26.

… < 36h

X

27.

Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta’ 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta’ mistrieħ fil-ġimgħa

3h ≤ … < 12h

X

28.

12h ≤ …

X

29.

Artikolu 6(7)

L-ebda mistrieħ ta’ kumpens għal żewġ perjodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa

X

30.

Artikolu 6(9)

Perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jew kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud f’vettura

X

31.

L-impjegatur ma jkoprix il-kostijiet għall-akkomodazzjoni barra mill-vettura

X

Organizzazzjoni tax-xogħol

32.

Artikolu 6(10)

Impriża tat-trasport li ma tkunx qed torganizza x-xogħol tas-sewwieqa b’tali mod li s-sewwieqa jkunu jistgħu jirritornaw lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur, jew jirritornaw lejn il-post tar-residenza tas-sewwieqa

X

33.

Artikolu 7(1)

Rabta bejn il-paga/ħlas u d-distanza misjuqa, il-veloċità tal-kunsinna u/jew l-ammont ta’ merkanzija trasportata

X

34.

Artikolu 7(2)

L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lis-sewwieq li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi

X



(2)    Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 4 tal-Parti B u tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

Installazzjoni ta’ takografu

1.

L-Artikoli 3 u 5 tat-Taqsima 2 tal-Parti C u l-Appendiċi 31-A-1-1

L-ebda takografu tat-tip approvat installat u użat

X

Użu tat-takografu, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta’ reġistrazzjoni

2.

L-Artikolu 6(1) tat-Taqsima 2 tal-Parti C

L-użu ta’ takografu mhux spezzjonat minn workshop approvat

X

3.

L-Artikoli 3 tat-Taqsima 4 tal-Parti B u l-Appendiċi 31-A-1-1

Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu

X

4.

Sewqan b’karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħajr karta tas-sewwieq)

X

5.

Sewqan b’karta tas-sewwieq li s-sewwieq mhuwiex id-detentur tagħha (meqjus bħala sewqan mingħajr karta tas-sewwieq)

X

6.

Sewqan b’karta tas-sewwieq li nkisbet abbażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta’ dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħajr karta tas-sewwieq)

X

7.

L-Artikolu 7(1) tat-Taqsima 4 tal-Parti B u l-Artikolu 15(1) tat-Taqsima 2 tal-Parti C

It-takografu ma jaħdimx sew (eż.: it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b’mod tajjeb)

X

8.

It-takografu ma jintużax kif suppost (eż.: użu ħażin b’mod intenzjonat, volontarju jew impost, nuqqas ta’ struzzjonijiet dwar l-użu korrett, eċċ.)

X

9.

L-Artikoli 7(2) tat-Taqsima 4 tal-Parti B u l-Appendiċi 31-A-1-1

Il-pussess fil-vettura u/jew l-użu ta’ apparat frodulenti li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu

X

10.

Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-data rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-data maħżuna u mniżżla mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq

X

11.

L-Artikolu 15(2) tat-Taqsima 2 tal-Parti C

L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u data mniżżla

X

12.

Id-data rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena

X

13.

L-Artikolu 6(1) tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Il-folji ta’ reġistrazzjoni/karta tas-sewwieq jintużaw ħażin

X

14.

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji ta’ reġistrazzjoni jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-data rilevanti

X

15.

Użu ta’ folja ta’ reġistrazzjoni jew ta’ karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak li tkun maħsuba għalih u t-telf ta’ xi data

X

16.

L-Artikolu 6(2) tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Jintużaw folji ta’ reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-data mhijiex leġġibbli

X

17.

L-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ

X

18.

L-Artikolu 6(4) tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Ma tintużax il-folja ta’ reġistrazzjoni korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slot ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)

X

19.

L-Artikolu 6(5) tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Il-mekkaniżmu ta’ kommutazzjoni jintuża ħażin

X

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

20.

L-Artikolu 6(5), il-punt (b)(v), tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Użu ħażin jew nuqqas ta’ użu tas-sinjal tal-lanċa/ferrovija

X

21.

L-Artikolu 6(6) tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Informazzjoni meħtieġa mhux imdaħħla fil-folja ta’ reġistrazzjoni

X

22.

L-Artikolu 6(7) tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Ir-reġistrazzjonijiet ma jurux is-simboli tal-pajjiżi li l-fruntieri tagħhom ikunu nqasmu mis-sewwieq matul il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum

X

23.

L-Artikolu 6(7) tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Ir-reġistrazzjonijiet ma jurux is-simboli tal-pajjiżi fejn beda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum tas-sewwieq

X

24.

L-Artikolu 10 tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Rifjut li ssir verifika

X

25.

Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet manwali u l-kopji stampati ta’ matul dak il-jum u matul is-56 jum preċedenti

X

26.

Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda

X

Ħsara

27.

L-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 5(1) tat-Taqsima 2 tal-Parti C

Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop approvati

X

28.

L-Artikolu 11 tat-Taqsima 4 tal-Parti B

Is-sewwieq ma jimmarkax l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta’ ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista’ jissewwa jew ikun bil-ħsara

X



(3)    Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 3 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

Ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa

1.

Artikolu 3

Aktar mill-ħin tax-xogħol massimu ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa meta l-possibbiltajiet għal estensjoni għal 60 siegħa diġà ġew eżawriti

56h ≤ … 60h

X

2.

60h ≤ …

X

3.

Jinqabeż il-ħin tax-xogħol massimu ta’ 60 siegħa fil-ġimgħa jekk ma tingħata l-ebda deroga skont l-Artikolu 7

65 ≤ … < 70h

X

4.

70h ≤ …

X

Pawżi

5.

Artikolu 4

Pawża obbligatorja insuffiċjenti meħuda meta l-ħin tax-xogħol huwa ta’ bejn 6 u 9 sigħat

10 < … ≤ 20 min

X

6.

… ≤ 10 min

X

7.

Pawża obbligatorja insuffiċjenti meħuda meta l-ħin tax-xogħol huwa ta’ aktar minn 9 sigħat

20 < … ≤ 30 min

X

8.

… ≤ 20 min

X

Xogħol ta’ bil-lejl

9.

Artikolu 6

Ħin tax-xogħol ta’ kuljum f’kull 24 siegħa meta jitwettaq ix-xogħol ta’ billejl jekk ma tingħata l-ebda deroga skont l-Artikolu 7

11h ≤ … < 13h

X

10.

13h ≤ …

X

Rekords

11.

Artikolu 8

L-impjegaturi jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjutaw li jipprovdu reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni

X

12.

Is-sewwieqa impjegati/li jaħdmu għal rashom jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet jew jirrifjutaw li jipprovdu r-reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni

X



(4)    Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

Piżijiet

1.

L-Artikolu 1 u l-Appendiċi 31‑A‑1‑1

Jinqabżu l-piżijiet massimi permissibbli għal vetturi N3

5 % ≤ … < 10 %

X

2.

10 % ≤ … < 20 %

X

3.

20 % ≤ …

X

4.

Jinqabeż il-piż massimu permissibbli għal vetturi N2

5 % ≤ … < 15 %

X

5.

15 % ≤ … < 25 %

X

6.

25 % ≤ …

X

Tulijiet

7.

Artikolu 1

Jinqabeż it-tul massimu permissibbli

2 % < … < 20 %

X

8.

20 % ≤ …

X

Wisa’

9.

Artikolu 1

Tinqabeż il-wisa’ massima permissibbli

2,65 m ≤ … < 3,10 m

X

10.

3,10 metri ≤ …

X



(5)    Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar l-ispezzjoni teknika mal-ġenb tat-triq

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

Affidabbiltà stradali

1.

L-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(1)(b)(iv) u l-Appendiċi 31‑A‑1‑1

Sewqan mingħajr prova valida ta’ testijiet tal-affidabbiltà stradali b’suċċess, kif meħtieġ mid-dritt tal-UE u tar-Renju Unit

X

2.

In-nuqqas ta’ żamma ta’ vettura f’kundizzjoni sikura u tajba għat-triq li jirriżulta f’difett serju ħafna fis-sistema tal-ibbrejkjar, fil-konnessjonijiet tal-istering, fir-roti/fit-tajers, fis-sospensjoni jew fix-xażi jew f’tagħmir ieħor li joħloq tali riskju mmedjat għas-sikurezza fit-toroq li jwassal għad-deċiżjoni li l-vettura tiġi mmobilizzata

X

(6)    Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar ir-regolaturi tal-veloċità eċċessiva

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

1.

L-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(1)(b)(xii)

L-apparat li jillimita l-veloċità mhux installat

X

2.

L-apparat li jillimita l-veloċità ma jissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli

X

3.

L-apparat li jillimita l-veloċità mhux installat minn workshop approvat

X

4.

Pussess u/jew użu ta’ apparat frodulenti li jkun kapaċi jiffalsifika d-data tal-apparat li jillimita l-veloċità jew pussess u/jew użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità frodulenti

X



(7)    Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

Taħriġ u Liċenzja

1.

Artikolu 3

Il-ġarr ta’ merkanzija mingħajr kwalifika inizjali obbligatorja u/jew taħriġ perjodiku obbligatorju

X

2.

L-Artikolu 9 u l-Appendiċi 31-B-1-2

Ma jkunx possibbli li s-sewwieq jippreżenta kard ta’ kwalifika valida jew il-liċenzja tas-sewqan bil-markatura, kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali (eż.: mitlufa, minsija, bil-ħsara, ma tinqarax)

X

(8)    Gruppi ta’ ksur tar-rekwiżiti tal-liċenzja tas-sewqan

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

1.

L-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(1)(b)(viii) u l-Appendiċi 31-A-1-1

Il-ġarr ta’ merkanzija mingħajr liċenzja tas-sewqan valida

X

2.

L-użu ta’ liċenzja tas-sewqan li hija danneġġata jew li mhijiex leġġibbli jew li mhijiex konformi ma’ mudell komuni

X



(9)    Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

1.

L-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(1)(b)(vi) u l-Appendiċi 31‑A-1-1

It-trasport ta’ merkanzija perikoluża li hija pprojbita għat-trasport

X

2.

It-trasport ta’ merkanzija perikoluża f’mezzi ta’ konteniment li huma pprojbiti jew mhux approvati, b’riżultat ta’ periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi mmobilizzata l-vettura

X

3.

It-trasport ta’ merkanzija perikoluża mingħajr l-identifikazzjoni tagħha fuq il-vettura bħala merkanzija perikoluża, b’riżultat ta’ periklu għall-ħajja jew għall-ambjent sa tali punt li dan iwassal għal deċiżjoni li tiġi mmobilizzata l-vettura

X

4.

It-tnixxija ta’ sustanzi perikolużi

X

5.

Il-ġarr ta’ volumi f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz

X

6.

Il-ġarr f’vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta’ approvazzjoni

X

7.

Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni u tippreżenta periklu immedjat

X

8.

Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija

X

9.

Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta’ pakketti

X

10.

Id-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f’unità waħda tat-trasport ma jkunux ġew osservati, inklużi livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti;

X

11.

Nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr li tippermetti d-determinazzjoni tal-grad ta’ serjetà tar-reat (eż. in-numru NU, l-isem uffiċjali tat-trasport, il-grupp tal-ippakkjar)

X

12.

Is-sewwieq ma għandux ċertifikat ta’ taħriġ vokazzjonali validu

X

13.

Qed jintuża nar jew dawl mhux protett

X

14.

Il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhix qed tiġi osservata.

X

15.

Il-vettura mhijiex taħt superviżjoni jew mhix ipparkjata kif suppost

X

16.

L-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semitrejler wieħed

X

17.

Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat

X

18.

Il-vettura mhux qed iġġorr tagħmir operattiv għat-tifi tan-nar kif meħtieġ

X

19.

Il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-ADR jew mill-istruzzjonijiet bil-miktub

X

20.

Qed jinġarru pakketti b’ippakkjar danneġġat, IBCs jew ippakkjar kbir jew danneġġat, mhux imnaddaf u vojt

X

21.

Merkanzija ppakkjata qed tinġarr f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb għas-servizz

X

22.

It-tankijiet/Il-kontejners tat-tankijiet (inklużi dawk li huma vojta u mhux imnaddfa) ma jingħalqux sew

X

23.

It-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards mhumiex korretti fuq il-vettura u/jew il-konteniment

X

24.

Ma hemmx struzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-struzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-merkanzija li qed tinġarr

X



(10)    Gruppi ta’ ksur tat-Titolu I tal-Intestatura Tlieta tal-Parti Tnejn tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

Liċenzja

1.

L-Artikolu 463(1) u l-Appendiċi 31-A-1-1

Il-ġarr ta’ merkanzija mingħajr liċenzja valida (jiġifieri: liċenzja ma teżistix, hija ffalsifikata, irtirata, skaduta, eċċ.)

X

2.

Artikolu 463(3)

L-impriża tat-trasport bit-triq jew is-sewwieq ma jkunux jistgħu jippreżentaw liċenzja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri: liċenzja jew kopja attestata awtentika tal-liċenzja mitlufa, minsija, danneġġata, eċċ.)

X

Attestazzjoni tas-sewwieq

3.

L-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(1)(b)(v)

Sewwieqa li jġorru merkanzija mingħajr attestazzjoni tas-sewwieq valida (jiġifieri l-attestazzjoni tas-sewwieq ma tkunx teżisti, tkun iffalsifikata; irtirata, skaduta, eċċ.)

X

4.

L-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(1)(b)(v)

Ma jkunx possibbli għas-sewwieq jew għall-impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, li jippreżentaw attestazzjoni tas-sewwieq valida jew kopja attestata awtentika valida tal-attestazzjoni tas-sewwieq lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri attestazzjoni tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika tal-attestazzjoni tas-sewwieq mitlufin, minsijin, danneġġati, eċċ.)

X

Operazzjonijiet speċifiċi tat-trasport permessi skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni

5.

L-Artikolu 462, il-paragrafi 3 sa 7

It-twettiq ta’ kabotaġġ jew ta’ operazzjonijiet oħra tat-trasport mhux f’konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi, inkluż il-limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ vjaġġi, fis-seħħ fil-Parti ospitanti.

X



(11)    Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar it-trasport tal-annimali

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

1.

L-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(1)(b)(x)

Id-diviżorji mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-piż tal-annimali

X

2.

L-użu ta’ rampi tat-tagħbija jew tal-ħatt li għandhom uċuħ jiżolqu, li ma għandhomx protezzjonijiet laterali jew li huma weqfin wisq

X

3.

L-użu ta’ pjattaformi ta’ rfigħ jew ta’ sulari ta’ fuq li ma għandhomx ostakli tas-sikurezza li jżommu l-annimali milli jaqgħu jew milli jaħarbu matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt

X

4.

Mezzi tat-trasport mhux approvati għal vjaġġi twal, jew mhux approvati għat-tip ta’ annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati.

X

5.

It-trasport mingħajr id-dokumentazzjoni valida meħtieġa, il-ġurnal tal-vjaġġ jew l-awtorizzazzjoni tat-trasportatur jew iċ-ċertifikat ta’ kompetenza

X

(12)    Gruppi ta’ ksur tal-liġijiet applikabbli għall-obbligi kuntrattwali

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

1.

L-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(1)(b)(xii)

Ksur tal-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali

X



(13)    Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni

BAŻI LEGALI

TIPI TA’ KSUR

GRAD TA’ SERJETÀ

MSI

VSI

SI

1.

L-Artikolu 6(1), il-punt (a)

Informazzjoni mhux kompluta dwar id-dikjarazzjoni tal-istazzjonar

X

2.

Nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-istazzjonar lill-pajjiż 68 li fih jiġi stazzjonat is-sewwieq mhux aktar tard mill-bidu tal-istazzjonar

X

3.

L-Artikolu 6(1), il-punt (b)

Dikjarazzjoni tal-istazzjonar iffalsifikata għas-sewwieqa

X

4.

Impossibbiltà għas-sewwieq li jippreżenta dikjarazzjoni tal-istazzjonar valida

X

5.

Nuqqas ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tas-sewwieq ta’ dikjarazzjoni valida tal-istazzjonar

X

6.

L-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

Nuqqas ta’ preżentazzjoni tad-dokumenti mitluba lill-pajjiż ospitanti1fi żmien tmien ġimgħat mid-data tat-talba. L-Artikolu 6(1), il-punt (c), jispeċifika t-tipi ta’ dokumenti li jridu jiġu pprovduti

X

7.

Artikolu 6(4)

Nuqqas min-naħa tal-operatur li jżomm id-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar aġġornati fl-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI

X

Gradi ta’ serjetà tal-ksur serju

(1)    Il-gradi ta’ serjetà tal-ksur għandhom ikunu serji (“SI”), serji ħafna (“VSI”) u l-aktar serji (“MSI”).



(2)    Ksur serju u serju ħafna, meta jitwettaq ripetutament mill-istess operatur, għandu jitqies bħala aktar serju mill-awtorità kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment. Meta tiġi kkalkolata l-frekwenza tal-okkorrenza tal-ksur ripetut, l-awtoritajiet kompetenti fil-Parti għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:

Is-serjetà tal-ksur (SI jew VSI);

   Il-ħin (mill-inqas tnax-il xahar konsekuttivi mid-data ta’ kontroll);

   L-għadd ta’ vetturi li jintużaw għall-attivitajiet tat-trasport ġestiti mill-maniġer tat-trasport (medja għal kull sena).

(3)    Filwaqt li jitqies il-potenzjal li jinħoloq riskju għas-sikurezza fit-toroq, il-frekwenza massima ta’ ksur serju li tmur lil hinn minn dak li għandu jitqies bħala aktar serju għandha tiġi stabbilita kif ġej:

   3 SI għal kull vettura fis-sena = 1 VSI;

   3 VSI għal kull vettura fis-sena = tnedija ta’ proċedura nazzjonali dwar ir-reputazzjoni tajba.

(4)    L-għadd ta’ ksur għal kull vettura fis-sena huwa ċ-ċifra medja kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-għadd totali tal-ksur kollha tal-istess grad ta’ serjetà (SI jew VSI) bl-għadd medju ta’ vetturi użati matul is-sena. Il-formula tal-frekwenza tipprevedi livell limitu massimu għall-okkorrenza ta’ ksur serju li lil hinn minnu dawn għandhom jitqiesu bħala aktar serji. L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jistgħu jistabbilixxu limiti aktar stretti jekk dawn ikunu previsti fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba.



Appendiċi X-A-1-2

PARTI I

LISTA TA’ SUĠĠETTI
MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8 TAL-PARTI A TAL-ANNESS X

L-għarfien li jrid jiġi kkunsidrat għar-rikonoxximent uffiċjali tal-kompetenza professjonali mill-Partijiet irid ikopri tal-anqas is-suġġetti elenkati hawn taħt. Fir-rigward ta’ dawn is-suġġetti, l-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq applikanti irid ikollhom il-livelli ta’ għarfien u ta’ aptitudni prattika meħtieġa għall-ġestjoni ta’ impriża tat-trasport.

Il-livell minimu ta’ għarfien, kif indikat hawn taħt, irid jikkorrispondi tal-anqas għal-livell ta’ għarfien miksub matul il-kors tal-edukazzjoni obbligatorja, li huwa ssupplimentat jew minn taħriġ vokazzjonali u taħriġ tekniku supplimentari jew minn skola sekondarja jew taħriġ tekniku ieħor.

A.    Dritt ċivili

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)    ikun familjari mat-tipi prinċipali ta’ kuntratti użati fit-trasport bit-triq u mad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnhom;

(b)    ikun kapaċi jinnegozja kuntratt ta’ trasport legalment validu, notevolment fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tal-ġarr;



(c)    ikun kapaċi jikkunsidra pretensjoni mill-prinċipal tal-applikant rigward kumpens għal telf ta’ jew ħsara lil merkanzija matul it-trasport jew għall-kunsinna tardiva tagħhom, u jifhem kif tali pretensjoni taffettwa r-responsabbiltà kuntrattwali tal-applikant; u

(d)    ikun familjari mar-regoli u l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni CMR dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti bit-Triq magħmul f’Ġinevra fid-19 ta’ Mejju 1956.

B.    Dritt kummerċjali

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)    ikun familjari mal-kundizzjonijiet u l-formalitajiet stabbiliti biex jitħaddem il-kummerċ, l-obbligi eżistenti li jaqgħu fuq operaturi tat-trasport (ir-reġistrazzjoni, iż-żamma ta’ dokumenti, eċċ.) u l-konsegwenzi ta’ falliment; u

(b)    ikollu għarfien xieraq tad-diversi tipi ta’ soċjetajiet kummerċjali u r-regoli li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-operat tagħhom.

C.    Liġi soċjali

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari, ikun familjari ma’ li ġej:

(a)    mar-rwol u l-funzjoni tal-istituzzjonijiet soċjali li għandhom x’jaqsmu mat-trasport bit-triq (it-trade unions, il-kunsilli tax-xogħol, ir-rappreżentanti tal-persunal, l-ispetturi tax-xogħol, eċċ.);



(b)    mal-obbligi tas-sigurtà soċjali ta’ min iħaddem;

(c)    mar-regoli li jirregolaw il-kuntratti tax-xogħol għall-kategoriji varji ta’ ħaddiema impjegati tal-impriżi tat-trasport bit-triq (il-forom ta’ kuntratti, l-obbligazzjonijiet tal-partijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħinijiet tax-xogħol, il-leave imħallas, ir-remunerazzjoni, il-ksur tal-kuntratt, eċċ.);

(d)    ir-regoli applikabbli għall-ħin tas-sewqan, il-perjodi ta’ mistrieħ u l-ħin tax-xogħol, u l-miżuri prattiċi għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet; u

(e)    ir-regoli applikabbli għall-kwalifika inizjali u t-taħriġ kontinwu tas-sewwieqa stipulati fit-Taqsima 1 tal-Parti B ta’ dan l-Anness.

D.    Liġi fiskali

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari, ikun familjari mar-regoli li jirregolaw:

(a)    it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq is-servizzi tat-trasport;

(b)    it-taxxa fuq vetturi bil-mutur;

(c)    it-taxxi fuq ċerti vetturi għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq u pedaġġi u ħlasijiet għall-użu ta’ infrastruttura; u

(d)    it-taxxa fuq id-dħul.



E.    Ġestjoni tan-negozju u dik finanzjarja

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)    ikun familjari mal-liġijiet u l-prattika fir-rigward tal-użu taċ-ċekkijiet, kambjali, ċedoli, karti ta’ kreditu u mezzi jew metodi oħrajn ta’ ħlas;

(b)    ikun familjari mal-forom varji ta’ kreditu (kreditu tal-bank, kreditu dokumentarju, depożiti ta’ garanzija, ipoteki, twellija, kiri, fatturament eċċ.) u mal-imposti u l-obbligi naxxenti minnhom;

(c)    ikun jaf x’inhi karta bilanċjali, kif inhi mqassma u kif għandu jinterpretaha;

(d)    ikun kapaċi jaqra u jinterpreta kont ta’ qligħ u telf;

(e)    ikun kapaċi jagħmel stima tal-profitt u l-pożizzjoni finanzjarja, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ proporzjonijiet finanzjarji;

(f)    ikun kapaċi jipprepara estimi;

(g)    ikun familjari mal-elementi ta’ kostijiet tal-impriża (kostijiet fissi, kostijiet varjabbli, kapital tax-xogħol, deprezzament eċċ.), u jkun kapaċi jikkalkola l-kostijiet ta’ kull vettura, ta’ kull kilometru, ta’ kull vjaġġ jew ta’ kull tunnellata;

(h)    ikun kapaċi jfassal organigramma dwar il-persunal tal-impriża fit-totalità tagħha u jorganizza pjani ta’ xogħol, eċċ.;



(i)    ikun familjari mal-prinċipji tal-marketing, tar-reklamar u tar-relazzjonijiet pubbliċi, inklużi s-servizzi tat-trasport, il-promozzjoni tal-bejgħ u t-tħejjija ta’ fajls tal-klijenti, eċċ.;

(j)    ikun familjari mat-tipi differenti ta’ assigurazzjoni ta’ trasport bit-triq (assigurazzjoni għar-responsabbiltà, għal-korriment minn inċidenti, assigurazzjoni fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja u assigurazzjoni fuq bagalji) u mal-garanziji u l-obbligi naxxenti minnhom;

(k)    ikun familjari mal-applikazzjonijiet ta’ trażmissjoni ta’ data elettronika fit-trasport bit-triq;

(l)    ikun kapaċi japplika r-regoli li jirregolaw il-fatturar ta’ servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u jkun jaf it-tifsira u l-implikazzjonijiet tal-Incoterms; u

(m)    ikun familjari mal-kategoriji differenti ta’ awżiljari tat-trasport, ir-rwol tagħhom, il-funzjoni tagħhom u, fejn xieraq, l-istatus tagħhom.

F.    Aċċess għas-suq

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari, ikun familjari ma’ li ġej:

(a)    ir-regolamenti dwar l-okkupazzjoni li jirregolaw it-trasport bit-triq, il-kiri u s-sottokuntrattar ta’ vetturi industrijali, u b’mod partikolari r-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni uffiċjali tal-okkupazzjoni, l-ammissjoni għall-okkupazzjoni, l-awtorizzazzjonijiet għall-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq, l-ispezzjonijiet u l-penali;

(b)    mar-regoli għall-istabbiliment ta’ impriża tat-trasport bit-triq;



(c)    mad-dokumenti varji meħtieġa għall-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport bit-triq u l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll li jiżguraw li d-dokumenti approvati dwar kull operazzjoni tat-trasport, u b’mod partikolari dawk dwar il-vettura, ix-xufier, il-merkanzija u l-bagalji jinżammu kemm fil-vettura u kemm fil-bini tal-impriża;

(d)    mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, kif ukoll, mar-regoli dwar il-ġestjoni u l-loġistika tat-trasport tal-merkanzija; u

(e)    il-formalitajiet tal-fruntiera, ir-rwol u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dokumenti T u carnets TIR, u l-obbligi u r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-użu tagħhom.

G.    Standards tekniċi u aspetti tekniċi tal-operazzjoni

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)    ikun familjari mar-regoli dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi fil-Partijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ tagħbiji mhux normali li jikkostitwixxu eċċezzjoni għal dawn ir-regoli;

(b)    ikun kapaċi jagħżel vetturi u l-komponenti tagħhom (ix-xażì, il-magna, is-sistema ta’ trażmissjoni, is-sistema tal-ibbrejkjar, eċċ.) skont il-bżonnijiet tal-impriża;

(c)    ikun familjari mal-formalitajiet dwar it-tip ta’ approvazzjoni, reġistrazzjoni u spezzjoni teknika ta’ dawn il-vetturi;



(d)    jifhem x’miżuri għandhom jittieħdu għat-tnaqqis tal-ħoss u għal ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja minn dħaħen tal-exhaust ta’ vetturi bil-mutur;

(e)    ikun kapaċi jikteb pjanijiet ta’ manutenzjoni perjodika għall-vetturi u t-tagħmir tagħhom;

(f)    ikun familjari mat-tipi differenti ta’ maniġġ ta’ merkanzija u apparat tat-tagħbija (tailboards, kontejners, palits, eċċ.) u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri u joħroġ struzzjonijiet għat-tagħbija u għall-ħatt tal-merkanzija (tqassim tat-tagħbija, tqegħid fuq xulxin, stivar, blocking u chocking, eċċ.);

(g)    ikun familjari ma’ tekniċi varji ta’ “piggy-back (minn fuq dahar)” u trasport ikkombinat ta’ roll-on roll-off;

(h)    ikun kapaċi jimplimenta proċeduri sabiex jikkonforma mar-regoli dwar it-trasport ta’ merkanzija u skart perikoluż;

(i)    ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed ikun konformi mar-regoli tal-ġarr ta’ oġġetti tal-ikel li jitħassru, partikolarment dawk li joħorġu mill-Ftehim dwar il-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti tal-Ikel li Jitħassru u dwar it-Tagħmir Speċjali li għandu jintuża għall-trasport bħal dan (ATP); u

(j)    ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma mar-regoli tat-trasport ta’ annimali ħajjin.



H.    Sigurtà tat-Toroq

L-applikant jeħtieġlu, b’mod partikolari:

(a)    ikun jaf xi kwalifiki huma rekwiżiti għas-sewwieqa (liċenzja tas-sewqan, ċertifikati mediċi, ċertifikati ta’ kundizzjoni tajba, eċċ.);

(b)    ikun kapaċi jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiżgura li s-sewwieqa jikkonformaw mar-regoli tat-traffiku, il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fis-seħħ fil-Partijiet (limiti tal-veloċità, prijoritajiet, restrizzjonijiet ta’ stennija u pparkjar, użu tad-dwal, sinjali tat-triq, eċċ.);

(c)    ikun kapaċi jfassal struzzjonijiet lix-xufiera għall-kontroll tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ sikurezza dwar il-kundizzjoni tal-vetturi, it-tagħmir tagħhom u t-tagħbija, u dwar miżuri preventivi li għandhom jittieħdu;

(d)    ikun kapaċi jistabbilixxi proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ inċident u biex jiġu implimentati proċeduri xierqa li jimpedixxu r-rikorrenza ta’ inċidenti jew ksur serju tat-traffiku; u

(e)    ikun kapaċi jimplimenta proċeduri għall-irbit tajjeb tal-merkanzija u jkun familjari mat-teknika korrispondenti.



PARTI II

ORGANIZZAZZJONI TAL-EŻAMI

1.    Il-Partijiet se jorganizzaw eżami obbligatorju bil-miktub li huma jistgħu jissupplementaw b’eżami orali fakultattiv sabiex jistabbilixxu jekk operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq applikanti kisbux il-livell ta’ għarfien meħtieġ fis-suġġetti elenkati fil-Parti I u b’mod partikolari, il-kapaċità tagħhom li jużaw l-istrumenti u t-tekniki relatati ma’ dawk is-suġġetti u li jissodisfaw id-dmirijiet korrispondenti eżekuttivi u ta’ koordinazzjoni.

(a)    L-eżami obbligatorju bil-miktub għandu jinvolvi żewġ testijiet, li huma:

(i)    mistoqsijiet bil-miktub li jikkonsistu jew minn mistoqsijiet multipli (kull waħda b’4 tweġibiet possibbli), mistoqsijiet li jirrikjedu tweġibiet diretti jew taħlita taż-żewġ sistemi; u

(ii)    eżerċizzi bil-miktub/studji ta’ każijiet.

Id-durata minima ta’ kull test se tkun ta’ sagħtejn.

(b)    Meta jiġi organizzat eżami orali, il-Partijiet jistgħu jistipulaw li l-parteċipazzjoni tkun suġġetta għat-tlestija b’suċċess tal-eżami bil-miktub.



2.    Meta l-Partijiet jorganizzaw ukoll eżami orali, dawn iridu jipprovdu, fir-rigward ta’ kull wieħed mit-3 testijiet, għal piż ta’ marki ta’ minimu ta’ 25 % u massimu ta’ 40 % tan-numru totali tal-marki li se jingħataw. Meta l-Partijiet jorganizzaw biss eżami bil-miktub, dawn iridu jipprovdu, fir-rigward ta kull test, għal piż ta’ marki ta’ minimu ta’ 40 % u massimu ta’ 60 % tan-numru totali tal-marki li ser jingħataw.

3.    Fir-rigward tat-testijiet kollha, l-applikanti jeħtiġilhom jiksbu medja ta’ tal-anqas 60 % tan-numru totali tal-marki li se jingħataw, filwaqt li f’kull test partikolari jiksbu mhux anqas minn 50 % tan-numru totali ta’ marki possibbli. F’test wieħed biss, Parti tista’ tnaqqas dik il-marka minn 50 % għal 40 %.



Appendiċi X-A-1-3

PARTI A
MUDELL TAL-LIĊENZJA GĦALL-UNJONI

KOMUNITÀ EWROPEA

(a)

(Kulur Pantone ċelesti 290, jew kemm jista’ jkun viċin dan il-kulur,
format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m
2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(Test bil-lingwa (b’waħda mil-lingwi) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja)

Is-sinjal ta’ distinzjoni tal-

Istat Membru(1) li joħroġ il-liċenzja

 

Isem tal-awtorità jew korp kompetenti

LIĊENZJA Nru … jew

KOPJA ATTESTATA AWTENTIKA Nru ...

għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq f’isem ħaddieħor

Il-liċenzja tintitola(2)

…………………………………………………………………

……………………………………………………………………………………………….…

………………………………………………………………………………………………….

biex iwettaq trasport bit-triq internazzjonali ta’ merkanzija f’isem ħadd ieħor fuq kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 (ĠU UE L 300, 14.11.2009, p. 72) dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija u skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ din il-liċenzja.

Kummenti partikolari: .............................................................................................................................

..............................................................................................................................................................

Din il-liċenzja hija valida minn .....................................

sa ........................................................................

Maħruġa fi ..............................................................,

nhar ......................................................................

...............................................................................(3)

______________

(1)    Is-simboli distintivi tal-Istati Membri huma: (B) il-Belġju, (BG) il-Bulgarija, (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, (EST) l-Estonja, (IRL) l-Irlanda, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (I) l-Italja, (CY) Ċipru, (LV) il-Latvja, (LT) il-Litwanja, (L) il-Lussemburgu, (H) l-Ungerija, (MT) Malta, (NL) in-Netherlands, (A) l-Awstrija, (PL) il-Polonja, (P) il-Portugall, (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja, (SK) is-Slovakkja, (FIN) il-Finlandja, (S) l-Iżvezja.

(2)    Isem jew isem il-kumpanija u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

(3)    Il-firma u s-siġill tal-awtorità jew tal-korp kompetenti tal-ħruġ tal-liċenzja.



(b)

(It-tieni paġna tal-liċenzja)

(Test bil-lingwa (b’waħda mil-lingwi) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja)

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Din il-liċenzja hija maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

Din tintitola lid-detentur li jeżerċita t-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq f’isem ħaddieħor fuq kwalunkwe rotta għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità u, fejn xieraq, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati hawnhekk:

   meta l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla jkunu jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti, bi jew mingħajr tranżitu minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar,

   minn Stat Membru lejn pajjiż terz jew viċi versa, bi tranżitu minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew aktar, jew mingħajr tranżitu,

   bejn pajjiżi terzi bi tranżitu mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, u vjaġġi mingħajr tagħbija b’konnessjoni ma’ tali trasport.

Fil-każ ta’ trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz jew viċi versa, din il-liċenzja hija valida għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Komunità. Hija għandha tkun valida biss fl-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt wara l-konklużjoni tal-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz inkwistjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

Il-liċenzja hija personali għad-detentur u mhijiex trasferibbli.

Din tista’ tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħariġha, partikolarment meta d-detentur:

   ma jkunx ikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha għall-użu tal-liċenzja,

   ikun ta informazzjoni li ma kinitx korretta fir-rigward tad-data meħtieġa għall-ħruġ jew l-estensjoni tal-liċenzja.

Il-kopja oriġinali tal-liċenzja trid tinżamm mill-impriża tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Kopja attestata tal-liċenzja għandha tinżamm fil-vettura(1). Fil-każ ta’ kombinazzjoni akkoppjata ta’ vetturi, din trid takkumpanja l-vettura bil-mutur. Din tkopri l-kombinazzjoni akkoppjata ta’ vetturi anke jekk it-trejler jew is-semitrejler ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq f’isem id-detentur tal-liċenzja jew jekk ikun irreġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq fi Stat ieħor.

Il-liċenzja trid tiġi preżentata b’talba ta’ kwalunkwe uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.

Fit-territorju ta’ kull Stat Membru, id-detentur jeħtieġlu jikkonforma mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u tat-traffiku.

__________________

(1)    “Vettura” tfisser vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru jew kombinazzjoni akkoppjata ta’ vetturi, li tal-anqas il-vettura bil-mutur tagħhom tkun irreġistrata fi Stat Membru, użata esklużivament għat-trasport tal-merkanzija.


PARTI B

MUDELL TA’ LIĊENZJA GĦAR-RENJU UNIT, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, Liċenzja għall-Komunità

(a)

(Kulur Pantone ċelesti, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(Test bl-Ingliż jew bil-Welsh)

UK

ISEM IR-RENJU UNIT, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ, AWTORITÀ KOMPETENTI

(1)

LIĊENZJA Nru:

jew

KOPJA AWTENTIKA ĊĊERTIFIKATA Nru:

għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq f’isem ħaddieħor

Il-liċenzja tintitola(2)

li jwettaq trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq b’kiri jew b’kumpens bi kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa b’kiri jew b’kumpens fit-territorju ta’ Stat Membru kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009(3).

Kummenti partikolari: …………………………………………………………………………………

………………………………………………………………………………………………………

Din il-liċenzja hija valida minn ………………………

sa …………………………………………

Maħruġa fi …………………………………………

nhar …………………………………………

____________________

(1)    L-awtorità kompetenti għar-reġjun rilevanti li għalih inħareġ iċ-ċertifikat.

(2)    Isem jew isem il-kumpanija u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

(3)    Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit mit-Taqsima 3 tal-Att tal-Unjoni Ewropea (Ħruġ) tal-2018 u kif emendat minn regolamenti magħmula skont it-Taqsima 8 ta’ dan l-Att.



(b)

(It-tieni paġna tal-liċenzja)

(Test bl-Ingliż jew bil-Welsh)

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Din il-liċenzja hija maħruġa taħt ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009(1).

Din tintitola lid-detentur li jwettaq it-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq b’kiri jew b’kumpens bi kwalunkwe rotta għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru permess minn kwalunkwe ftehim internazzjonali bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru.

Il-liċenzja hija personali għad-detentur u mhijiex trasferibbli.

Tista’ tiġi rtirata mid-Driver and Vehicles Licensing Department (Gvern ta’ Ġibiltà Ministeru għat-Trasport, Traffiku u Servizz Tekniku), pereżempju, meta d-detentur:

   ma jkunx ikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha għall-użu tal-liċenzja,

   ikun ta informazzjoni li ma kinitx korretta fir-rigward tad-data meħtieġa għall-ħruġ jew l-estensjoni tal-liċenzja.

Il-kopja oriġinali tal-liċenzja trid tinżamm mill-impriża tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Kopja attestata tal-liċenzja għandha tinżamm fil-vettura(2). Fil-każ ta’ kombinazzjoni akkoppjata ta’ vetturi, din trid takkumpanja l-vettura bil-mutur. Din tkopri l-kombinazzjoni akkoppjata ta’ vetturi anke jekk it-trejler jew is-semitrejler ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq f’isem id-detentur tal-liċenzja jew jekk ikun irreġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq fi Stat ieħor.

Il-liċenzja trid tiġi preżentata b’talba ta’ kwalunkwe uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.

Fit-territorju ta’ Ġibiltà jew ta’ kull Stat Membru, id-detentur jeħtieġlu jikkonforma mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u tat-traffiku.

_______________________

(1)    Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kif miżmum fil-liġi tar-Renju Unit mit-Taqsima 3 tal-Att tal-Unjoni Ewropea (Ħruġ) tal-2018 u kif emendat minn regolamenti magħmula skont it-Taqsima 8 ta’ dan l-Att.

(2)    “Vettura” tfisser vettura bil-mutur irreġistrata f’Ġibiltà, jew fi Stat Membru, jew kombinazzjoni akkoppjata ta’ vetturi li tal-anqas il-vettura bil-mutur tagħhom tkun irreġistrata f’Ġibiltà jew fi Stat Membru, użata esklużivament għat-trasport tal-merkanzija.



Appendiċi X-A-1-4

KARATTERISTIĊI TAS-SIGURTÀ TAL-LIĊENZJA

Il-liċenzja jrid ikollha tal-anqas tnejn mill-karatteristiċi tas-sigurtà li ġejjin:

   ologramma;

   fibri speċjali fil-karta li jsiru viżibbli taħt dawl UV;

   tal-anqas linja waħda tal-mikrostampar (l-istampar ikun viżibbli biss b’lenti u ma jiġix riprodott minn magni tal-fotokopjar);

   karattri, simboli jew disinji tattili;

   numerazzjoni doppja: numru tas-serje tal-liċenzja, tal-kopja ċċertifikata tagħha kif ukoll, f’kull każ, in-numru tal-ħarġa;

   sfond b’disinn tas-sigurtà b’disinji guilloche sottili u b’kolorazzjoni qawsalla.



Appendiċi X-A-1-5

Parti 1

Data li tinsab fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq
u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għal din id-data

1.    Ir-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 13(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għandu jkun fihom mill-anqas id-data li ġejja:

(a)    l-isem u l-forma legali tal-impriża tat-trasport bit-triq;

(b)    l-indirizz tal-istabbiliment tagħha;

(c)    l-ismijiet tal-maniġers tat-trasport deżinjati bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 3 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni relatati ma’ reputazzjoni tajba u kompetenza professjonali jew, kif xieraq, l-isem ta’ rappreżentant legali;

(d)    it-tip ta’ awtorizzazzjoni, l-għadd ta’ vetturi li tkopri u, fejn xieraq, in-numru tas-serje tal-liċenzja msemmija fl-Artikolu 463(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u tal-kopji veri ċċertifikati;

(e)    l-għadd, il-kategorija u t-tip ta’ ksur serju, kif imsemmi fl-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(2) tal-FKK, li rriżulta f’kundanna jew piena matul l-aħħar sentejn (2);



(f)    l-isem ta’ kwalunkwe persuna ddikjarata inkompetenti biex tmexxi l-attivitajiet ta’ trasport ta’ impriża, sakemm ma tkunx ġiet stabbilita mill-ġdid ir-reputazzjoni tajba ta’ dik il-persuna skont l-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, u l-miżuri ta’ riabilitazzjoni applikabbli;

(g)    in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-impriżi skont l-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 5(f) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; u

(h)    il-medda tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriża skont il-liġi u/jew il-proċeduri applikabbli f’kull Parti.

2.    Id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data personali applikabbli f’kull Parti.

L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti jistgħu jagħżlu li jżommu d-data msemmija fil-punti (e) sa (h) tal-paragrafu 1 f’reġistri separati. F’każijiet bħal dawn, id-data imsemmija fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1 għandha ssir disponibbli fuq talba jew għandha tkun direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Partit ikkonċernat. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta tasal it-talba.

Id-data msemmija fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1 għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti matul il-kontrolli f’ġenb it-triq.



Id-data msemmija fil-punti (e) sa (h) tal-paragrafu 1 għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti meta dawk l-awtoritajiet ikunu debitament ingħataw is-setgħat relatati mas-superviżjoni u mal-impożizzjoni ta’ pieni fis-settur tat-trasport bit-triq u l-uffiċjali tagħhom ikunu ħadu ġurament ta’ segretezza jew ikunu b’xi mod ieħor taħt obbligu formali ta’ segretezza.

3.    Data li tikkonċerna impriża li l-awtorizzazzjoni tagħha kienet sospiża jew irtirata għandha tibqa’ fir-reġistru elettroniku nazzjonali għal sentejn (2) mill-iskadenza tas-sospensjoni jew l-irtirar tal-liċenzja, u mbagħad għandha titneħħa minnufih.

Data li tikkonċerna kwalunkwe persuna ddikjarata inkompetenti għall-professjoni ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq għandha tibqa’ fir-reġistru elettroniku nazzjonali sakemm ir-reputazzjoni tajba ta’ dik il-persuna ma tkunx ġiet stabbilita mill-ġdid skont l-Anness 31, il-Parti A, it-Taqsima 1, l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Meta tittieħed tali miżura ta’ riabilitazzjoni jew kwalunkwe miżura li jkollha effett ekwivalenti, id-data għandha titneħħa immedjatament.

Id-data li hemm referenza għaliha fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandha tispeċifika r-raġunijiet għas-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet jew id-dikjarazzjoni ta’ inkompetenza, skont il-każ, u t-tul ta’ żmien korrispondenti.

4.    Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-data kollha li tinsab fir-reġistru elettroniku nazzjonali tinżamm aġġornata u tkun akkurata



Parti 2

Rekwiżiti minimi għad-data li trid tiddaħħal
fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq

1.    Ir-rekwiżiti minimi għad-data li għandha tiddaħħal fir-reġistri elettroniċi nazzjonali stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti f’konformità mal-Artikolu 13 tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE 69 u fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2164 70 , kif adattat mill-paragrafi li ġejjin.

2.    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw l-adattamenti li ġejjin għall-Anness tad-Deċiżjoni 2009/992/UE:

(a)    Ir-referenza għal “Stat Membru” hija sostitwita b’“Pajjiż” 71 .

(b)    Ir-referenzi għal “liċenzja Komunitarja”, kull fejn iseħħu, huma sostitwiti b’“liċenzja msemmija fl-Artikolu 463(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.



(c)    Fil-każ tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-oqsma li ġejjin ma humiex meħtieġa: “Għadd ta’ persuni impjegati”, u “Klassifikazzjoni tar-riskju”.

(d)    Għal “l-Artikolu 16(2), il-punt (c), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009” issostitwixxi “il-punt (c) tal-Parti 1 tal-Appendiċi X-A-1–5 tal-Anness X tal-Ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit dwar Ġibiltà”.

3.    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-oġġett tad-data “Pajjiż tar-Reġistrazzjoni tal-Vettura” imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2164 għandu, fil-każ tar-Renju Unit, jiġi stabbilit awtomatikament għal “Renju Unit”.

Parti 3

Modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni msemmija

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom jużaw ir-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU), stabbiliti bir-Regolament (UE) 2016/480, għall-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 14 tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jwettaq l-interkonnessjoni tar-reġistru elettroniku nazzjonali tiegħu mal-ERRU f’konformità mal-proċeduri u r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/480 kif adattat mill-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni.



3.    Kull Parti għandha tiżgura li l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni jitwettaq biss għall-fini tal-verifika tal-konformità mat-Titolu I tal-Intestatura Tlieta tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u mal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

4.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u kull Stat Membru tal-Unjoni għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt tal-ERRU responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni tal-Parti l-oħra fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Parti 4

Adattamenti għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERRU

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw l-adattamenti li ġejjin għar-Regolament (UE) 2016/480:

1.    Ir-referenzi għal “Stat Membru”, kull fejn iseħħu, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal “Pajjiż” 72 u r-referenzi għal “Stati Membri”, kull fejn iseħħu, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal “Pajjiżi” 73 .

2.    Ir-referenzi għal “dan ir-Regolament”, kull fejn iseħħu, “l-Annessi I sa VII ta’ dan ir-Regolament” u “l-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament” għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-“Appendiċi X-A-1–5 ta’ [isem il-Ftehim ta’ Ġibiltà bejn l-UE u r-Renju Unit]”.



3.    Ir-referenzi għal “liċenzja Komunitarja”, kull fejn iseħħu, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal “liċenzja msemmija fl-Artikolu 463(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

4.    Fl-Artikoli 1 sa 3 għal “l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009” u “l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009”, issostitwixxi “l-Appendiċi X-A-1-5 ta’ [isem il-Ftehim ta’ Ġibiltà bejn l-UE u r-Renju Unit]”.

5.    Fl-Artikolu 2, għal “l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009” issostitwixxi bi “l-Artikolu 2 tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

6.    Fl-Artikolu 2, il-punt (e), “l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009” issostitwixxi bi “l-Artikolu 465(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.

7.    L-Artikoli 6 u 7 ma għandhomx ikunu applikabbli għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

8.    Fil-punt 1.3 tal-Anness II,

(a)    Għal “Klassifikazzjoni tar-riskju u medda tal-klassifikazzjoni tar-riskju” issostitwixxi bi “medda tal-klassifikazzjoni tar-riskju”.

(b)    Ir-referenza għal “għadd ta’ impjegati” għandha titneħħa.



9.    Fl-Appendiċi tal-Anness III,

(a)    L-oqsma li ġejjin ma għandhomx ikunu inklużi f’messaġġ ta’ Tweġiba tal-Kontroll tad-Data tal-Impriża tat-Trasport: “Għadd ta’ Persuni Impjegati”, “Klassifikazzjoni tar-Riskju”;

(b)    Għal “Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru (UE) 2016/403”, issostitwixxi bi “L-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra u l-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1/2025 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”

10.    Fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII, għal “l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009” issostitwixxi bi “l-Artikolu 12(2) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”.



11.    Fit-Taqsima 2.1 tal-Anness VIII, “id-Direttiva 2006/22/KE jew fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009” issostitwixxi bi “l-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra u l-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1/2025 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra* 74+

Parti 5

Sospensjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, konnessjoni mal-ERRU

L-Unjoni tista’ tissospendi l-aċċess tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-ERRU jekk ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Appendiċi.



PARTI B

REKWIŻITI GĦAS-SEWWIEQA INVOLUTI FIT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA
SKONT L-ARTIKOLU 280 TA’ DAN IL-FTEHIM

TAQSIMA 1

ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA PROFESSJONALI

ARTIKOLU 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika għall-attività ta’ sewqan minn kwalunkwe persuna impjegata jew użata minn operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti li twettaq vjaġġi msemmija fl-Artikoli 276 jew 277 ta’ dan il-Ftehim u bl-użu ta’ vetturi li għalihom hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C1, C1+E, C jew C+E, jew liċenzja tas-sewqan rikonoxxuta bħala ekwivalenti mill-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq.



ARTIKOLU 2

Eżenzjonijiet

Ċertifikat ta’ kompetenza professjonali (CPC) mhuwiex meħtieġ għal sewwieqa ta’ vetturi:

(a)    b’veloċità massima awtorizzata li ma taqbiżx 45 km/h;

(b)    użati mill-forzi armati, id-difiża ċivili, is-servizz tat-tifi tan-nar, il-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, u s-servizzi ta’ emerġenza bl-ambulanza, jew taħt il-kontroll tagħhom, meta l-ġarr isir bħala konsegwenza tal-kompiti assenjati lil dawk is-servizzi;

(c)    li jkunu qegħdin isirulhom testijiet fit-triq għal skopijiet ta’ żvilupp tekniku, tiswija jew manutenzjoni, jew is-sewwieqa ta’ vetturi ġodda jew mibnija mill-ġdid li għadhom ma bdewx jintużaw;

(d)    użati f’każijiet ta’ emerġenza jew assenjati għal missjonijiet ta’ salvataġġ;

(e)    li jkunu qegħdin iġorru materjal, tagħmir jew makkinarju li jkun ser jintuża mis-sewwieqa matul il-ħidma tagħhom, bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività prinċipali tas-sewwieqa; jew

(f)    użati, jew mikrija mingħajr sewwieq, minn impriżi agrikoli, ortikulturali, tal-forestrija, tal-biedja jew tas-sajd għall-ġarr ta’ merkanzija bħala parti mill-attività imprenditorjali tagħhom stess, ħlief jekk is-sewqan ikun parti mill-attività prinċipali tas-sewwieq jew is-sewqan jaqbeż distanza stabbilita fil-liġi nazzjonali mis-sede tal-impriża li tkun is-sid tal-vettura, tikriha jew twelliha.



ARTIKOLU 3

Kwalifika u taħriġ

1.    L-attività tas-sewqan kif definit fl-Artikolu 1, għandha tkun suġġetta għal kwalifika inizjali obbligatorja u taħriġ perjodiku obbligatorju. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jipprevedu:

(a)    sistema ta’ kwalifika inizjali li tikkorrispondi għal waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin:

(i)    sistema li tiġbor fiha kemm attendenza għall-kors kif ukoll eżami

F’konformità mat-Taqsima 2(2.1) tal-Appendiċi X-B-1-1, dan it-tip ta’ kwalifika inizjali jinvolvi attendenza obbligatorja għall-kors għal perjodu speċifiku. Dan għandu jiġi konkluż b’test. Wara li t-test ikun sar b’suċċess, il-kwalifika għandha tiġi ċċertifikata minn CPC kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1);

(ii)    sistema li jkollha eżamijiet biss

F’konformità mat-Taqsima 2(2.2) tal-Appendiċi X-B-1-1, dan it-tip ta’ kwalifika inizjali ma jinvolvix attendenza obbligatorja għall-kors, iżda testijiet teoretiċi u prattiċi biss. Wara li t-test ikun sar b’suċċess, il-kwalifika għandha tiġi ċċertifikata minn CPC kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1).

Madankollu, Parti tista’ tawtorizza lil sewwieq sabiex isuq fit-territorju tagħha qabel ma jingħata CPC, meta huwa jkun qiegħed jattendi kors ta’ taħriġ vokazzjonali nazzjonali ta’ tal-anqas sitt xhur, għal perjodu massimu ta’ 3 snin. Fil-kuntest ta’ dan il-kors ta’ taħriġ vokazzjonali, it-testijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) ta’ dan il-punt jistgħu jsiru fi stadji;



(b)    sistema ta’ taħriġ perjodiku

F’konformità mat-Taqsima 4 tal-Appendiċi X-B-1-1, taħriġ perjodiku jinvolvi attendenza obbligatorja għall-kors. Dan għandu jiġi ċċertifikat minn CPC kif previst fl-Artikolu 8(1).

2.    Parti tista’ tipprevedi wkoll sistema ta’ kwalifika inizjali aċċellerata sabiex sewwieq ikun jista’ jsuq fil-każijiet imsemmija fil-punti (a)(ii) u (b) tal-Artikolu 5(2).

F’konformità mat-Taqsima 3 tal-Appendiċi X-B-1-1, il-kwalifika inizjali aċċellerata għandha tinvolvi attendenza obbligatorja għall-kors. Dan għandu jiġi konkluż b’test. Wara li t-test ikun sar b’suċċess, il-kwalifika għandha tiġi ċċertifikata minn CPC kif previst fl-Artikolu 6(2).

3.    Parti tista’ teżenta sewwieqa li jkunu kisbu ċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali previst fil-Parti A mit-testijiet imsemmija fil-punti (a)(i) u (ii) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fis-suġġetti koperti mit-test previst f’dik il-parti ta’ dan l-Anness u, fejn ikun xieraq, milli jattendu għal parti tal-kors li tikkorrispondi magħhom.

ARTIKOLU 4

Drittijiet akkwistati

Is-sewwieqa li għandhom liċenzja tal-kategorija C1, C1+E, C jew C+E, jew liċenzja rikonoxxuta bħala ekwivalenti mill-Kumitat Speċjalizzat dwar it-Trasport bit-Triq, maħruġa mhux aktar tard mill-10 ta’ Settembru 2009, għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa li jiksbu kwalifika inizjali.



ARTIKOLU 5

Kwalifika tal-bidu

1.    Aċċess għal kwalifika inizjali ma għandux jirrikjedi li tinkiseb minn qabel il-liċenzja tas-sewqan korrispondenti.

2.    Sewwieqa ta’ vettura maħsuba għat-trasport tal-merkanzija jistgħu jsuqu:

(a)    mill-età ta’ 18-il sena:

(i)    vettura b’liċenzja tal-kategoriji C u C+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(1); u

(ii)    vettura b’liċenzja tal-kategoriji C1 u C1+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2);

(b)    mill-età ta’ 21 sena, vettura b’liċenzja tal-kategoriji C u C+E, jekk ikollu CPC, kif imsemmi fl-Artiklu 6(2).

3.    Mingħajr preġudizzju għal-limiti tal-età speċifikati fil-paragrafu 2, sewwieqa li jġorru merkanzija u li jkollhom CPC, kif previst fl-Artikolu 6 għal waħda mill-kategoriji previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu eżentati milli jiksbu dan is-CPC għal kull waħda mill-kategoriji l-oħrajn ta’ vetturi msemmija f’dak il-paragrafu.



4.    Xufiera li jġorru merkanzija li jwessgħu jew jimmodifikaw l-attivitajiet tagħhom sabiex iġorru passiġġieri, jew viċi versa, u li għandhom CPC kif previst fl-Artikolu 6, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jirrepetu l-partijiet komuni tal-kwalifika inizjali, iżda l-partijiet biss speċifiċi għall-kwalifika l-ġdida.

ARTIKOLU 6

CPC li jikkonferma l-kwalifika inizjali

1.    CPC li jiċċertifika l-kwalifika inizjali

(a)    CPC mogħti fuq bażi ta’ attendenza għal kors u eżami

F’konformità mal-punt (a)(i) tal-Artikolu 3(1), il-Partijiet għandhom jirrikjedu li sewwieqa li jkunu qegħdin jitħarrġu jattendu korsijiet f’ċentru għat-taħriġ approvat mill-awtoritajiet kompetenti skont it-Taqsima 5 tal-Appendiċi X-B-1-1, minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala “ċentru għat-taħriġ approvat”. Dawn il-korsijiet għandhom ikopru s-suġġetti kollha msemmija fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi X-B-1-1.

Dan it-taħriġ għandu jintemm meta jsir b’suċċess it-test previst fit-Taqsima 2(2.1) tal-Appendiċi X-B-1-1. Dak it-test għandu jiġi organizzat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew minn entità maħtura minnhom u għandu jservi sabiex jivverifika jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ ikollux il-livell ta’ għarfien meħtieġ fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi X-B-1-1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw it-test, u wara li dan ikun sar b’suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali.



(b)    CPC mogħti fuq il-bażi ta’ eżamijiet

Skont il-punt (a)(ii) tal-Artikolu 3(1), il-Partijiet għandhom jirrikjedu li s-sewwieqa li jkunu qegħdin jitħarrġu jgħaddu mit-testijiet teoretiċi u prattiċi msemmija fit-Taqsima 2(2.2) tal-Appendiċi X-B-1-1. Dawk it-testi għandhom jiġu organizzati mill-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew minn entità maħtura minnhom u għandhom iservu sabiex jivverifikaw jekk, għas-suġġetti kollha msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ ikollux il-livell ta’ għarfien meħtieġ fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi X-B-1-1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw it-testijiet, u wara li dawn ikunu saru b’suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali.

2.    CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali aċċellerata

Skont l-Artikolu 3(2), il-Partijiet għandhom jirrikjedu li sewwieqa li jkunu qegħdin jitħarrġu jattendu korsijiet f’ċentru għat-taħriġ approvat. Dawn il-korsijiet għandhom ikopru s-suġġetti kollha msemmija fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi X-B-1-1.

Dan it-taħriġ għandu jikkonkludi bit-test previst fit-Taqsima 3 tal-Appendiċi X-B-1-1. Dak it-test għandu jiġi organizzat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew minn entità maħtura minnhom u għandu jservi sabiex jivverifika jekk, għas-suġġetti msemmija hawn fuq, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ ikollux il-livell ta’ għarfien meħtieġ fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi X-B-1-1. L-imsemmija awtoritajiet jew entitajiet għandhom jissorveljaw it-test, u wara li dan ikun sar b’suċċess, jagħtu lis-sewwieqa CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali aċċellerata.



ARTIKOLU 7

Taħriġ perjodiku

It-taħriġ perjodiku għandu jikkonsisti f’taħriġ sabiex id-detenturi ta’ CPC jkunu jistgħu jaġġornaw l-għarfien li huwa essenzjali għax-xogħol tagħhom, b’enfasi speċifika fuq is-sikurezza fit-toroq, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-sewqan.

Dak it-taħriġ għandu jiġi organizzat minn ċentru għat-taħriġ approvat, skont it-Taqsima 5 tal-Appendiċi X-B-1-1. It-taħriġ għandu jikkonsisti f’tagħlim fil-klassi, taħriġ prattiku u, jekk disponibbli, taħriġ permezz ta’ għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) jew fuq simulaturi tal-ogħla livell. Jekk sewwieq imur jaħdem ma’ impriża oħra, irid jitqies it-taħriġ perjodiku li jkun diġà għamel.

It-taħriġ perjodiku għandu jitfassal b’mod li jespandi fuq, u jirrevedi, uħud mis-suġġetti msemmija fit-Taqsima 1 tal-Appendiċi X-B-1-1. Dan għandu jkopri varjetà ta’ suġġetti u għandu dejjem jinkludi tal-anqas suġġett wieħed relatat mas-sikurezza fit-toroq. Is-suġġetti tat-taħriġ għandhom iqisu l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni u t-teknoloġija rilevanti, u għandhom, kemm jista’ jkun, iqisu l-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi tas-sewwieq.



ARTIKOLU 8

CPC li jikkonferma taħriġ perjodiku

1.    Meta xufier ikun temm it-taħriġ perjodiku msemmi fl-Artikolu 7, l-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew iċ-ċentru għat-taħriġ approvat għandhom jagħtuh CPC li jiċċertifika taħriġ perjodiku.

2.    Is-sewwieqa li ġejjin għandhom l-ewwel jagħmlu kors ta’ taħriġ perjodiku:

(a)    dawk li jkollhom CPC kif imsemmi fl-Artiklu 6, fi żmien ħames snin minn meta jkun inħareġ dak is-CPC; u

(b)    ix-xufiera msemmija fl-Artikolu 4, fi żmien ħames snin mill-10 ta’ Settembru 2009.

Parti tista’ tnaqqas jew testendi l-perjodi ta’ żmien imsemmija f’punt (a) jew (b) b’massimu ta’ sentejn.

3.    Xufier li jkun temm l-ewwel kors ta’ taħriġ perjodiku kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jagħmel taħriġ perjodiku kull ħames snin, qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tas-CPC li jiċċertifika t-taħriġ perjodiku.

4.    Id-detenturi tas-CPC kif imsemmi fl-Artikolu 6 jew is-CPC kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u s-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 4 li jkunu waqfu mix-xogħol u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jagħmlu kors ta’ taħriġ perjodiku qabel jerġgħu jibdew jagħmlu dak ix-xogħol.



5.    Xufiera li jwettqu t-trasport tal-merkanzija bit-triq li jkunu temmew korsijiet ta’ taħriġ perjodiku għal waħda mill-kategoriji tal-liċenzja previsti fl-Artikolu 5(2) għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jagħmlu aktar taħriġ perjodiku għal kategorija oħra mill-kategoriji prevista f’dawk il-paragrafi.

ARTIKOLU 9

Infurzar

L-awtoritajiet kompetenti f’Parti għandhom jew iwaħħlu direttament fuq il-permess tas-sewqan tas-sewwieq (liċenzja), minbarra l-kategoriji korrispondenti tal-liċenzja, sinjal distintiv li juri l-pussess ta’ CPC u li jindika d-data ta’ skadenza, jew jintroduċu kard ta’ kwalifika speċjali tas-sewwieq li għandha titfassal skont il-mudell riprodott fl-Appendiċi X-B-1-2. Kwalunkwe mudell ieħor jista’ jkun aċċettabbli dment li jiġi rikonoxxut bħala ekwivalenti mill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ. Il-kard ta’ kwalifika tas-sewwieq jew kwalunkwe dokument ekwivalenti kif speċifikat hawn fuq maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti f’Parti għandu jiġi rikonoxxut mill-Parti l-oħra għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Is-sewwieqa jeħtiġilhom ikunu jistgħu jippreżentaw, b’talba ta’ kwalunkwe uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat, permess tas-sewqan (liċenzja) jew kard ta’ kwalifika speċifika tas-sewwieq jew dokument ekwivalenti li jkollu s-sinjal distintiv li jikkonferma l-pussess ta’ CPC.



Appendiċi X-B-1-1

Sabiex jiġi żgurat li r-regoli li jamministraw it-trasport tal-merkanzija bit-triq koperti mill-Artikoli 276 u 277 ta’ dan il-Ftehim ikunu armonizzati kemm jista’ jkun, ir-rekwiżiti minimi għall-kwalifika u t-taħriġ tas-sewwieq kif ukoll l-approvazzjoni taċ-ċentri għat-taħriġ huma stabbiliti fit-Taqsimiet minn 1 sa 5 ta’ dan l-Appendiċi. Kwalunkwe kontenut ieħor għal din il-kwalifika jew taħriġ jista’ jkun aċċettabbli bil-kundizzjoni li jitqies bħala ekwivalenti mill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ.

TAQSIMA 1

LISTA TA’ SUĠĠETTI

L-għarfien li għandu jiġi kkunsidrat mill-Partijiet meta jistabbilixxu l-kwalifika inizjali tas-sewwieq u t-taħriġ perjodiku jrid jinkludi tal-anqas is-suġġetti f’din il-lista. Sewwieqa li jkunu qegħdin jitħarrġu jeħtiġilhom jiksbu l-livell ta’ għarfien u kompetenza prattika meħtieġ sabiex isuqu b’sikurezza sħiħa vetturi tal-kategorija tal-liċenzja rilevanti. Il-livell minimu ta’ għarfien ma jistax ikun anqas mil-livell milħuq matul l-edukazzjoni obbligatorja, issupplimentat minn taħriġ professjonali.

1.    Taħriġ avvanzat f’sewqan razzjonali ibbażat fuq regolamenti tas-sikurezza

1.1.    Objettiv: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tas-sistema ta’ trażmissjoni biex kemm jista’ jkun isir l-aħjar użu minnha:



kurvi relatati ma’ torque, qawwa u konsum speċifiku ta’ magna, żona għall-aħjar użu tal-kuntjatur tad-dawriet, dijagrammi tal-kopertura tal-proporzjon tal-gerboks.

1.2.    Objettiv: biex ikunu magħrufa l-karatteristiċi tekniċi u l-operat tal-kontrolli tas-sikurezza, sabiex ikun hemm kontroll tal-vettura, jitnaqqas it-tkagħbir bl-użu, u biex il-vettura ma taħdimx ħażin:

limiti għall-użu tal-brejkijiet u tar-ritardant, użu kombinat tal-brejkijiet u tar-ritardant, isir użu aħjar tal-proporzjon bejn il-veloċità u l-gerijiet, isir użu tal-inerzja tal-vettura, jintużaw modi sabiex tonqos il-veloċità u jintużaw il-brejkijiet fuq il-mogħdijiet għan-niżla, azzjoni f’każ li xi ħaġa tieqaf taħdem, użu tal-apparat elettroniku u mekkaniku bħall-Programm ta’ Stabbiltà Elettronika (Electronic Stability Programme, ESP), Sistemi Avvanzati ta’ Brejkijiet f’Emerġenza (Advanced Emergency Braking Systems, AEBS), is-Sistema ta’ Brejkijiet Anti-Lock (Anti-Lock Braking System, ABS), is-sistemi ta’ kontroll tat-trazzjoni (traction control systems, TCS) u fis-sistemi ta’ monitoraġġ tal-vettura (in vehicle monitoring systems, IVMS) u oħrajn, approvati għall-użu, apparat ta’ assistenza għas-sewwieq jew ta’ awtomatizzazzjoni.

1.3.    Objettiv: ħila biex isir l-aħjar konsum ta’ karburanti:

ottimizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil permezz tal-applikazzjoni tal-għarfien espert fir-rigward tal-punti 1.1 u 1.2, l-importanza li jiġi antiċipat il-fluss tat-traffiku, id-distanza xierqa minn vetturi oħrajn u l-użu tal-momentum tal-vettura, veloċità stabbli, stil ta’ sewqan kalm u pressjoni tat-tajers xierqa, u familjarità mas-sistemi tat-trasport intelliġenti li jtejbu l-effiċjenza fis-sewqan u jassistu fl-ippjanar tar-rotta.



1.4.    Objettiv: kapaċità ta’ antiċipazzjoni, valutazzjoni u adattament għar-riskji tat-traffiku:

li wieħed ikun konxju u jadatta għal kundizzjonijiet differenti tat-triq, it-traffiku u t-temp, jantiċipa l-avvenimenti futuri; li wieħed jifhem kif iħejji u jippjana vjaġġ f’kundizzjonijiet tat-temp mhux tas-soltu; li wieħed ikun familjari ma’ kif jintuża t-tagħmir ta’ sikurezza relatat u jifhem meta vjaġġ ikun irid jiġi pospost jew ikkanċellat minħabba kundizzjonijiet tat-temp estremi; li wieħed jadatta għar-riskji tat-traffiku, inkluża l-imġiba perikoluża jew distratta waqt is-sewqan (l-użu ta’ apparat elettroniku, l-ikel, ix-xorb, eċċ.); li wieħed jinduna b’sitwazzjonijiet perikolużi u jadatta għalihom, u li wieħed ikun kapaċi jikkontrolla t-tensjoni li tirriżulta minn dawn is-sitwazzjonijiet , b’mod partikolari b’rabta mad-daqs u l-piż tal-vetturi u l-vulnerabbiltà tal-utenti stradali, bħall-persuni mexjin, iċ-ċiklisti u s-sewwieqa tal-muturi;

li wieħed jidentifika s-sitwazzjonijiet perikolużi possibbli u jinterpreta sew kif dawn is-sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi jistgħu jirriżultaw f’sitwazzjonijiet fejn wieħed ma jkunx jista’ jevita ħabta u jagħżel u jimplimenta azzjonijiet li jżidu l-marġni tas-sikurezza sa tali punt li ħabta xorta waħda tista’ tiġi evitata fil-każ li jkun hemm okkorrenza tal-perikli potenzjali.

1.5.    Objettiv: ħila biex il-vettura titgħabba skont regoli ta’ sigurtà u l-użu tajjeb tal-vettura:

forzi li jaffettwaw lill-vetturi mexjin, użu ta’ proporzjonijiet tal-gerboks skont it-tagħbija tal-vettura u l-għamla tat-triq, użu ta’ sistemi ta’ trażmissjoni awtomatika, kalkolu tat-tagħbija utli ta’ vettura jew assemblaġġ, kalkolu tal-volum totali, distribuzzjoni tat-tagħbija, konsegwenzi ta’ tagħbija żejda fuq il-fus, stabbiltà tal-vettura u ċentru tal-gravità, tipi ta’ imballaġġ u palits;



kategoriji ewlenin ta’ merkanzija li jeħtieġu jkunu ankrati, tekniki tal-ikklampjar u tal-ankraġġ, użu ta’ ċineg tal-ankraġġ, kontroll tal-apparat tal-ankraġġ, użu ta’ tagħmir tal-maniġġ, tqegħid u tneħħija tat-tarpolini.

2.    Applikazzjoni tar-regolamenti

2.1.    Objettiv: li jkun magħruf l-ambjent soċjali tat-trasport bit-triq u r-regoli li jirregolawh:

perjodi massimi ta’ xogħol speċifiċi għall-industrija tat-trasport; il-prinċipji, l-applikazzjoni u l-konsegwenzi tar-regoli relatati mal-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ u dawk relatati mat-takografu; penali għan-nuqqas ta’ użu, użu skorrett u tbagħbis tat-takografu; tagħrif dwar l-ambjent soċjali tat-trasport bit-triq: drittijiet u dmirijiet tas-sewwieqa fir-rigward il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku.

2.2.    Objettiv: li jsiru magħrufa r-regolamenti li jirregolaw il-ġarr ta’ prodotti:

liċenzji għal operazzjonijiet tat-trasport, dokumenti li għandhom jinġarru fil-vettura, projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti toroq, tariffi għall-użu tat-toroq, obbligi taħt kuntratti standard għat-trasport tal-merkanzija, abbozzar ta’ dokumenti li jikkostitwixxu l-kuntratt ta’ trasport, permessi ta’ trasport internazzjonali, obbligi taħt il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq, li sar f’Ġinevra fid-19 ta’ Mejju 1956, abbozzar tan-nota ta’ konsenja internazzjonali, qsim ta’ fruntieri, spedizjoniera, dokumenti speċjali li jakkumpanjaw il-merkanzija.



3.    Saħħa, sikurezza fit-toroq u tal-ambjent, servizz, loġistika

3.1.    Objettiv: biex sewwieqa jifhmu r-riskji tat-triq u l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol:

tipi ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol fis-settur tat-trasport, statistika ta’ inċidenti tat-triq, involviment ta’ trakkijiet/kowċis, konsegwenzi umani, materjali u finanzjarji.

3.2.    Objettiv: ħila biex ma jkunx hemm kriminalità u traffikar ta’ immigranti illegali:

informazzjoni ġenerali, implikazzjonijiet għas-sewwieqa, miżuri ta’ prevenzjoni, lista ta’ kontroll, leġiżlazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-operatur tat-trasport.

3.3.    Objettiv: ħila biex ma jitħallewx li jkun hemm riskji fiżiċi:

prinċipji ergonomiċi; movimenti u qagħdiet li joħolqu riskju, forma fiżika, eżerċizzji ta’ mmaniġġjar, protezzjoni personali.

3.4.    Objettiv: li jkun hemm tagħrif dwar l-importanza ta’ kapaċità fiżika u mentali:

prinċipji ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u bbilanċjat, effetti tal-alkoħol, droga jew kwalunkwe sustanza oħra li aktarx taffettwa l-imġiba, sintomi, kawżi, effetti ta’ għeja u stress, rwol fundamentali taċ-ċiklu bażiku ta’ xogħol/mistrieħ.



3.5.    Objettiv: ħila li tivvaluta sitwazzjonijiet ta’ emerġenza:

imġiba f’sitwazzjoni ta’ emerġenza: valutazzjoni tas-sitwazzjoni, evitar ta’ kumplikazzjonijiet ta’ inċident, sejħa għall-għajnuna, assistenza tal-vittmi u l-għoti tal-ewwel għajnuna, reazzjoni f’każ ta’ nar, evakwazzjoni tal-okkupanti ta’ trakk, reazzjoni f’każ ta’ aggressjoni; prinċipji bażiċi biex jitfassal abbozz ta’ rapport ta’ aċċident.

3.6.    Objettiv: ħila ta’ mġieba li tgħin iġġib il quddiem il-fama tal-kumpanija:

imġiba tas-sewwieq u fama tal-kumpanija: l-importanza għall-kumpanija tal-livell ta’ servizz mogħti mis-sewwieq, il-funzjonijiet tas-sewwieq, nies li s-sewwieq ikollu x’jaqsam magħhom, manutenzjoni ta’ vetturi, organizzazzjoni tax-xogħol, effetti kummerċjali u finanzjarji ta’ tilwima.

3.7.    Objettiv: biex ikun magħruf l-ambjent ekonomiku ta’ trasport bit-triq ta’ prodotti u l-organizzazzjoni tas-suq:

trasport bit-triq b’rabta ma’ modi oħrajn tat-trasport (kompetizzjoni, spedituri), attivitajiet differenti ta’ trasport bit-triq (trasport f’isem ħaddieħor, f’isem il-persuna stess, attivitajiet ta’ trasport awżiljari), organizzazzjoni tat-tipi ewlenin ta’ kumpanija tat-trasport u attivitajiet ta’ trasport awżiljari, speċjalizzazzjonijiet differenti ta’ trasport (bawżer, temperatura kkontrollata, merkanzija perikoluża, trasport ta’ annimali, eċċ.), tibdil fl-industrija (diversifikazzjoni tas-servizzi mogħtija, trasport bit-triq u bil-ferrovija, sottokuntrattar, eċċ.).



TAQSIMA 2

KWALIFIKA INIZJALI OBBLIGATORJA
PREVISTA FIL-PUNT (a) TAL-ARTIKOLU 3(1)

TAT-TAQSIMA 1 TAL-PARTI B

Parti tista’ tgħodd taħriġ ieħor speċifiku relatat mat-trasport tal-merkanzija bit-triq meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tagħha bħala parti mit-taħriġ taħt din it-Taqsima u taħt it-Taqsima 3 ta’ dan l-Appendiċi.

2.1.    Għażla li tikkombina kemm l-attendenza għall-kors kif ukoll test

Il-kwalifika inizjali trid tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha fil-lista taħt it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi. Id-durata ta’ din il-kwalifika inizjali trid tkun ta’ 280 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jeħtieġlu jsuq għal tal-anqas 20 sigħat individwalment f’vettura tal-kategorija kkonċernata li tissodisfa tal-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat-test.

Waqt li jkun qiegħed isuq individwalment, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jeħtieġlu jiġi akkumpanjat minn għalliem, impjegat minn ċentru għat-taħriġ approvat. Kull sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jista’ jsuq għal massimu ta’ tmien sigħat mill-20 siegħa li jsuq individwalment fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-ogħla livell sabiex ikun ivvalutat it-taħriġ fis-sewqan razzjonali bbażat fuq ir-regolamenti tas-sikurezza, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-vettura f’kundizzjonijiet differenti tat-triq u l-mod ta’ kif dawn jinbidlu skont kundizzjonijiet atmosferiċi differenti, il-ħin tal-jum jew tal-lejl, u l-ħila li jiġi ottimizzat il-konsum tal-fjuwil.



Parti u, fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru jista’ jippermetti li parti mit-taħriġ tingħata miċ-ċentru għat-taħriġ approvat permezz ta’ għodod tal-ICT, bħat-tagħlim elettroniku, filwaqt li tiżgura li jinżammu l-kwalità għolja u l-effikaċja tat-taħriġ, u billi jintgħażlu s-suġġetti fejn l-għodod tal-ICT ikunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effikaċi. Identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi xierqa ta’ kontroll għandhom ikunu meħtieġa f’każ bħal dan.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(4) tat-Taqsima 1 tal-Parti B, it-tul tal-kwalifika inizjali jrid ikun ta’ 70 siegħa, inklużi ħames sigħat ta’ sewqan individwali.

Fi tmiem dak it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew l-entità maħtura minnhom għandhom jagħmlu test bil-miktub jew orali lis-sewwieq. It-test irid jinkludi tal-anqas mistoqsija waħda dwar kull wieħed mill-objettivi li jidhru fil-lista tas-suġġetti taħt it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi.

2.2.    Għażla li tinvolvi test

L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew l-entità maħtura minnhom għandhom jorganizzaw it-testijiet teoretiċi u prattiċi msemmija hawn fuq sabiex jivverifikaw jekk is-sewwieq li qiegħed jitħarreġ għandux il-livell ta’ għarfien meħtieġ skont it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi għas-suġġetti u l-objettivi elenkati hemmhekk.

(a)    L-eżami dwar teorija u prattika għandu jikkonsisti mill-anqas f’żewġ taqsimiet:

(i)    domandi, inklużi domandi b’għażliet diversi, domandi li jeħtieġu risposta diretta, jew taħlita tat-tnejn; u



(ii)    analiżi ta’ każi speċifiċi.

It-tul minimu ta’ kemm idum it-test teoretiku jrid ikun ta’ 4 sigħat.

(b)    L-eżami tal-prattika għandu jkun f’żewġ taqsimiet:

(i)    eżami ta’ sewqan maħsub biex jivverifika taħriġ razzjonali msejjes fuq regolamenti tas-sigurtà. It-test irid isir, meta possibbli, f’toroq lil hinn minn żoni abitati, f’toroq li jippermettu sewqan veloċi u f’awtostradi (jew simili), u fuq kull xorta ta’ toroq pubbliċi urbani li jippreżentaw it-tipi differenti ta’ diffikultajiet li sewwieq aktarx jiltaqa’ magħhom. Ikun preferut jekk l-eżami jsir f’kundizzjonijiet ta’ konċentrazzjoni ta’ traffiku differenti. Il-ħin tas-sewqan fit-triq irid jintuża bl-aħjar mod sabiex il-kandidat jiġi vvalutat fiż-żoni kollha tat-traffiku li aktarx ikun fihom. L-eżami ma għandux jieħu inqas minn 90 minuta;

(ii)    test prattiku li jkopri tal-anqas il-punti 1.5, 3.2, 3.3 u 3.5 tat-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi.

L-eżami ma għandux jieħu inqas minn 30 minuta.

Il-vettura użata għat-test prattiku trid tissodisfa tal-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat-test.



L-eżami tal-prattiku jista’ jkun supplimentat b’tielet eżami li jsir fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-aħjar kwalità biex ikun verifikat it-taħriġ ta’ sewqan razzjonali msejjes fuq regolamenti ta’ sigurtà, b’mod partikulari rigward l-immaniġġar tal-vettura f’kundizzjonijiet differenti tat-triq u kif dawn jinbidlu skont kundizzjonijiet atmosferiċi differenti u l-ħin tal-jum jew tal-lejl.

M’hemmx stabbilit kemm għandu jieħu ħin dan l-eżami fakultattiv. Jekk is-sewwieq jagħmel dan it-test, id-durata tiegħu tista’ titnaqqas mid-90 minuta tat-test tas-sewqan imsemmi fil-punt (i), iżda l-ħin imnaqqas ma jistax jaqbeż it-30 minuta.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(4) tat-Taqsima 1 tal-Parti B, it-test teoretiku jrid jiġi llimitat għas-suġġetti, imsemmija fit-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi, li jkunu rilevanti għall-vetturi li għalihom tapplika l-kwalifika inizjali ġdida. Madankollu, dawk is-sewwieqa jeħtiġilhom jagħmlu t-test prattiku kollu.

TAQSIMA 3

KWALIFIKA INIZJALI AĊĊELLERATA
PREVISTA FL-ARTIKOLU 3(2)

TAT-TAQSIMA 1 TAL-PARTI B TAL-ANNESS X

Il-kwalifika inizjali trid tinkludi t-tagħlim tas-suġġetti kollha fil-lista taħt it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi. It-tul tagħha jrid ikun ta’ 140 siegħa.

Kull sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jeħtieġlu jsuq għal tal-anqas 10 sigħat individwalment f’vettura tal-kategorija kkonċernata li tissodisfa tal-anqas ir-rekwiżiti għall-vetturi tat-test.



Waqt li jkun qiegħed isuq individwalment, is-sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jeħtieġlu jiġi akkumpanjat minn għalliem, impjegat minn ċentru għat-taħriġ approvat. Kull sewwieq li jkun qiegħed jitħarreġ jista’ jsuq għal massimu ta’ 4 sigħat mill-10 sigħat ta’ sewqan individwali fuq art speċjali jew fuq simulatur tal-ogħla livell sabiex jiġi vvalutat it-taħriġ fis-sewqan razzjonali bbażat fuq ir-regolamenti tas-sikurezza, b’mod partikolari fir-rigward tal-immaniġġjar tal-vettura f’kundizzjonijiet tat-triq differenti u l-mod kif dawk il-kundizzjonijiet tat-triq jinbidlu skont kundizzjonijiet atmosferiċi differenti, il-ħin tal-jum jew tal-lejl, u l-ħila li jiġi ottimizzat il-konsum tal-fjuwil.

Id-dispożizzjonijiet tar-raba’ paragrafu tal-punt 2.1 tat-Taqsima 2 ta’ dan l-Appendiċi għandhom japplikaw ukoll għall-kwalifika inizjali aċċellerata.

Għas-sewwieqa msemmija fl-Artikolu 5(4) tat-Taqsima 1 tal-Parti B, it-tul tal-kwalifika inizjali jrid ikun ta’ 35 siegħa, inkluż sagħtejn u nofs ta’ sewqan individwali.

Fi tmiem dak it-taħriġ, l-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jew l-entità maħtura minnhom għandhom jagħmlu test bil-miktub jew orali lis-sewwieq. It-test irid jinkludi tal-anqas mistoqsija waħda dwar kull wieħed mill-objettivi li jidhru fil-lista tas-suġġetti taħt it-Taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi.

Parti tista’ tgħodd taħriġ ieħor speċifiku relatat mat-trasport tal-merkanzija bit-triq meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tagħha bħala parti mit-taħriġ taħt din it-Taqsima.



TAQSIMA 4

TAĦRIĠ PERJODIKU OBBLIGATORJU
PREVIST FIL-PUNT (b) TAL-ARTIKOLU 3(1)

TAT-TAQSIMA 1 TAL-PARTI B TAL-ANNESS X

Il-korsijiet tat-taħriġ perjodiku obbligatorju jridu jiġu organizzati minn ċentru għat-taħriġ approvat. Id-durata tagħhom trid tkun ta’ 35 siegħa kull ħames snin, mogħtija f’perjodi ta’ tal-anqas seba’ sigħat, li jistgħu jinqasmu fuq jumejn konsekuttivi. Kull meta jintuża t-tagħlim elettroniku, iċ-ċentru għat-taħriġ approvat għandu jiżgura li tinżamm il-kwalità xierqa tat-taħriġ, inkluż billi jagħżel is-suġġetti fejn l-għodda tal-ICT ikunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effettiv. B’mod partikolari, il-Partijiet għandhom jirrikjedu l-identifikazzjoni affidabbli tal-utent u mezzi ta’ kontroll xierqa. Id-durata massima tat-taħriġ permezz tat-tagħlim elettroniku ma għandhiex taqbeż 12-il siegħa. Tal-anqas wieħed mill-perjodi tal-kors tat-taħriġ għandu jkopri suġġett marbut mas-sikurezza fit-toroq. Il-kontenut tat-taħriġ għandu jqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi għall-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mis-sewwieq u l-iżviluppi legali u teknoloġiċi rilevanti u għandu, kemm jista’ jkun, iqis il-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi tas-sewwieq. Fuq medda ta’ 35 siegħa, għandha tiġi koperta firxa ta’ suġġetti differenti, inkluż taħriġ ripetut fejn jintwera li s-sewwieq jeħtieġ taħriġ speċifiku ta’ rimedju.

Parti u, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, Stat Membru jista’ jgħodd taħriġ ieħor speċifiku relatat mat-trasport tal-merkanzija bit-triq meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tiegħu bħala parti mit-taħriġ taħt din it-Taqsima.



TAQSIMA 5

APPROVAZZJONI TAL-KWALIFIKA INIZJALI U TAĦRIĠ PERJODIKU

5.1.    Iċ-ċentri għat-taħriġ li jieħdu sehem fil-kwalifika inizjali u fit-taħriġ perjodiku jridu jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet. L-approvazzjoni tista’ tingħata biss wara li ssir applikazzjoni bil-miktub. L-applikazzjoni trid tiġi akkumpanjata minn dokumenti li jinkludu:

5.1.1.    kwalifika adegwata u programm ta’ taħriġ li jispeċifika s-suġġetti mgħallma u li jistabbilixxi l-pjan propost ta’ implimentazzjoni u l-metodi ta’ tagħlim;

5.1.2.    il-kwalifiki u l-oqsma ta’ attività tal-għalliema;

5.1.3.    informazzjoni dwar il-post fejn isiru l-korsijiet, materjal għat-tagħlim, ir-riżorsi disponibbli għal xogħol prattiku, u l-flotta ta’ vetturi użati;

5.1.4.    il-kundizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu fil-parteċipazzjoni tal-korsijiet (numru ta’ parteċipanti).

5.2.    L-awtorità kompetenti trid tagħti approvazzjoni bil-miktub suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.2.1.    it-taħriġ għandu jingħata skont id-dokumenti li jintbagħtu mal-applikazzjoni;



5.2.2.    l-awtorità kompetenti għandha tkun tista’ tibgħat persuni awtorizzati biex jassistu fil-korsijiet ta’ taħriġ taċ-ċentri approvati, u għandha tkun tista’ timmonitorja dawn iċ-ċentri, fir-rigward tar-riżorsi użati u t-tmexxija tajba tal-korsijiet ta’ taħriġ u l-eżamijiet;

5.2.3.    l-approvazzjoni tista’ titneħħa jew tkun sospiża jekk il-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni ma jibqgħux jitħarsu.

Iċ-ċentru approvat irid jiggarantixxi li l-għalliema jkollhom għarfien tajjeb tal-aħħar regolamenti u rekwiżiti tat-taħriġ. Bħala parti minn proċedura tal-għażla speċifika, l-għalliema jeħtiġilhom jipprovdu ċertifikazzjoni li turi għarfien kemm tal-materjal tas-suġġett kif ukoll tal-metodi ta’ tagħlim. Rigward il-parti prattika tat-taħriġ, l-għalliema jeħtiġilhom jipprovdu ċertifikazzjoni ta’ esperjenza bħala sewwieqa professjonali jew esperjenza ta’ sewqan simili, bħal dik ta’ għalliema tas-sewqan għal vetturi tqal.

Il-programm ta’ tagħlim għandu jkun jaqbel mal-approvazzjoni u għandu jkopri s-suġġetti li jidhru fil-lista fit-Taqsima 1.



Appendiċi X-B-1-2

MUDELL TA’ KARD TA’ KWALIFIKA TAS-SEWWIEQ
IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9 TAT-TAQSIMA 1 TAL-PARTI B TA’ DAN L-ANNESS



TAQSIMA 2

ĦINIJIET TAS-SEWQAN, PAWŻI U PERJODI TA’ MISTRIEĦ

ARTIKOLU 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.    Din it-Taqsima tistipula r- regoli dwar il-ħin tas-sewqan, il-pawżi u l-perjodi ta’ mistrieħ għas-sewwieqa msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 280 ta’ dan il-Ftehim li jagħmlu vjaġġi msemmija fl-Artikoli 276 u 277 ta’ dan il-Ftehim.

2.    Meta xufier iwettaq vjaġġ imsemmi fl-Artikoli 276 jew 277, ta’ dan il-Ftehim, ir-regoli f’din it-Taqsima japplikaw għal kwalunkwe operazzjoni tat-trasport bit-triq imwettqa minn dak ix-xufier.

3.    Din it-Taqsima tapplika għal:

(a)    meta l-massa massima permissibbli tal-vettura, inkluż kwalunkwe trejler, jew semitrejler, taqbeż it-3,5 tunnellati; jew

(b)    mill-1 ta’ Lulju 2026, meta l-massa massima permessibbli tal-vettura, inkluż kwalunkwe trejler, jew semitrejler, taqbeż it-2,5 tunnellati.



4.    Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għat-trasport b:

(a)    vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi b’massa permissibbli massima li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati li jintużaw:

(i)    għall-ġarr ta’ materjali, tagħmir jew makkinarju għall-użu tax-xufier matul xogħol ix-xufier, jew

(ii)    għall-konsenja ta’ merkanzija li hija maħduma fuq bażi artiġġjanali,

biss f’raġġ ta’ 100 km mis-sede tal-impriża u bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma jikkostitwixxix l-attività ewlenija tas-sewwieq u li t-trasport ma jsirx f’isem ħaddieħor;

(b)    vetturi b’veloċità massima awtorizzata li ma taqbiżx il-40 km/h;

(c)    vetturi li jkunu proprjetà ta’ jew mikrija mingħajr sewwieq, mis-servizzi armati, is-servizzi tad-difiża ċivili, is-servizzi għat-tifi tan-nar u l-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku meta t-trasport isir bħala konsegwenza tal-kompiti assenjati lil dawn is-servizzi u jkun taħt il-kontroll tagħhom;

(d)    vetturi użati f’operazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ salvataġġ;

(e)    vetturi speċjalizzati użati għal skopijiet mediċi;

(f)    vetturi speċjalizzati ta’ assistenza f’każ ta’ ħsara li joperaw f’raġġ ta’ 100 km mill-bażi tagħhom;

(g)    vetturi li jkunu qed isirulhom testijiet fit-triq għal żvilupp tekniku, għal tiswija jew għal skop ta’ manutenzjoni, u vetturi ġodda jew li ġew mibnija mill-ġdid li ma jkunux għadhom tqiegħdu fis-servizz;



(h)    vetturi b’massa permissibbli massima, inkluż kwalunkwe trailer, jew semitrailer li jaqbeż it-2,5 tunnellati iżda li ma jaqbiżx it-3,5 tunnellati li huma użati għat-trasport ta’ merkanzija, fejn it-trasport ma jsirx b’kiri jew b’kumpens, iżda għall-kont proprju tal-kumpanija jew tax-xufier, u meta s-sewqan ma jikkostitwixxix l-attività ewlenija tal-persuna li ssuq il-vettura;

(i)    vetturi kummerċjali, li għandhom stat storiku skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih ikunu qegħdin jinstaqu, u li jintużaw għat-trasport mhux kummerċjali tal-merkanzija.

ARTIKOLU 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “trasport bit-triq” tfisser kwalunkwe vjaġġ magħmul kompletament jew parzjalment fuq toroq miftuħa għall-pubbliku minn vettura, kemm jekk mgħobbija kif ukoll jekk le;

(b)    “pawżi” tfisser kull perjodu li fih ix-xufier ma jistax iwettaq sewqan jew xogħol ieħor u li jintuża esklużivament għall-irkupru;

(c)    “xogħol ieħor” tfisser l-attivitajiet kollha li huma definiti bħala ħin tax-xogħol fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tat-Taqsima 3 tal-Parti B ta’ dan l-Anness ħlief “sewqan”, inkluż kwalunkwe xogħol għall-istess impjegatur jew impjegatur ieħor, fi jew barra mis-settur tat-trasport;



(d)    “perjodu ta’ mistrieħ” tfisser kwalunkwe perjodu bla interruzzjoni li fih ix-xufier jista’ jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu;

(e)    “perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum” tfisser il-perjodu ta’ kuljum li fih xufier jista’ jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu u jkopri “perjodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum” u “perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kuljum”:

(i)    “perjodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum” ifisser kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ ta’ mill-anqas 11-il siegħa, li jista’ jittieħed f’żewġ perjodi, l-ewwel wieħed għandu jkun perjodu bla interruzzjoni ta’ mill-inqas 3 sigħat u t-tieni wieħed ikun perjodu bla interruzzjoni ta’ mill-inqas 9 sigħat; u

(ii)    “perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kuljum” tfisser kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ ta’ tal-anqas 9 sigħat imma anqas minn 11-il siegħa;

(f)    “perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa” tfisser perjodu ta’ kull ġimgħa li matulu xufier jista’ juża l-ħin tiegħu kif irid u jkopri “perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa” u “perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa”:

(i)    “perjodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa” tfisser kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ ta’ tal-anqas 45 siegħa; u

(ii)    “perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa” tfisser kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ ta’ anqas minn 45 siegħa, li jista’, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(6) u 6(7), jitqassar għal minimu ta’ 24 siegħa konsekuttivi;

(g)    “ġimgħa” tfisser il-perjodu ta’ ħin bejn 00.00 tat-Tnejn u 24.00 tal-Ħadd;



(h)    “ħin tas-sewqan” tfisser it-tul ta’ attività tas-sewqan irreġistrata:

(i)    awtomatikament jew semiawtomatikament mit-takografu kif definit fil-punti (e), (f), (g) u (h) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness; jew

(ii)    manwalment kif meħtieġ mill-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 11 tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness;

(i)    “ħin tas-sewqan ta’ kuljum” tfisser it-total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan bejn it-tmiem ta’ perjodu ta’ mistrieħ wieħed ta’ kuljum u l-bidu tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’ wara jew bejn perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum u perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa;

(j)    “ħin ta’ sewqan ta’ kull ġimgħa” tfisser it-total tal-ħin akkumulat ta’sewqan f’ġimgħa;

(k)    “massa massima permissibbli” tfisser il-massa massima awtorizzata li tista’ topera biha l-vettura li jkollha tagħbija sħiħa;

(l)    “multi-manning” tfisser is-sitwazzjoni fejn, matul kull perjodu ta’ sewqan bejn kwalunkwe żewġ perjodu konsekuttivi ta’ mistrieħ ta’ kuljum, jew bejn perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum u perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, hemm mill-inqas żewġ sewwieqa fil-vettura biex jagħmlu s-sewqan għall-ewwel siegħa ta’ multi-manning” il-preżenza ta’ sewwieq ieħor jew sewwieqa oħra tkun fakultattiva iżda għall-bqija tal-perjodu din tkun obbligatorja;

(m)    “perjodu ta’ sewqan” ifisser il-ħin ta’ sewqan akkumulat minn meta xufier jibda jsuq wara perjodu ta’ mistrieħ jew pawża sakemm hu jieħu perjodu ta’ mistrieħ jew pawża; il-perjodu ta’ sewqan jista’ jkun kontinwu jew imqassam.



ARTIKOLU 3

Rekwiżit għas-sħab tas-sewwieqa

L-età minima għal assistenti tax-xufiera għandha tkun ta’ 18-il sena. Madankollu, kull Parti u, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, Stat Membru jista’ jnaqqas l-età minima għall-assistenti tas-sewwieqa għal 16-il sena, dment li t-tnaqqis ikun għall-finijiet ta’ taħriġ vokazzjonali u li jkun hemm konformità mal-limiti imposti mir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-Unjoni, ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru dwar kwistjonijiet ta’ impjieg.

ARTIKOLU 4

Ħinijiet ta’ sewqan

1.    Il-ħin tas-sewqan ta’ kuljum ma għandux jaqbeż id-9 sigħat.

Madankollu, il-ħin tas-sewqan ta’ kuljum jista jiġi estiż għal massimu ta’ 10 sigħat mhux aktar minn darbtejn matul il-ġimgħa.

2.    Il-ħin tas-sewqan fil-ġimgħa ma għandux jaqbeż is-56 siegħa u m’għandux jirriżulta fil-ħin massimu tax-xogħol fil-ġimgħa ta’ 60 siegħa li jinqabeż.

3.    It-total tal-ħin tas-sewqan akkumulat matul kwalunkwe ġimagħtejn konsekuttivi ma għandux jaqbeż id-90 siegħa.



4.    Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa għandhom jinkludu l-ħin kollu tas-sewqan fit-territorju tal-Partijiet.

5.    Sewwieq għandu jirreġistra bħala xogħol ieħor kwalunkwe ħin użat kif deskritt fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ din it-Taqsima kif ukoll kwalunkwe ħin imqatta’ għas-sewqan ta’ vettura użata għal operazzjonijiet kummerċjali fejn sewwieq mhuwiex meħtieġ li jirreġistra kwalunkwe ħin ta’ sewqan, u għandu jirreġistra kwalunkwe perjodu ta’ disponibilità, kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 3 tal-Parti B, f’konformità mal-punt (b)(iii) tal-Artikolu 6(5) tat-Taqsima 4 tal-Parti B. Din ir-reġistrazzjoni għandha titniżżel manwalment fuq folja ta’ reġistrazzjoni jew fuq karta stampata jew bl-użu ta’ faċilitajiet ta’ entrati manwali fuq tagħmir ta’ reġistrazzjoni.

ARTIKOLU 5

Pawżi

Wara perjodu ta’ sewqan ta’ 4 sigħat u nofs, sewwieq għandu jieħu pawża bla interruzzjoni ta’ mhux anqas minn 45 minuta, sakemm ma jiħux perjodu ta’ mistrieħ.

Din il-pawża tista’ tiġi mibdula minn pawża ta’ mill-inqas 15-il minuta li tiġi segwita minn pawża ta’ mill-inqas 30 minuta kull waħda mqassma fuq il-perjodu b’tali mod li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu.

Sewwieq li jwettaq multi-manning jista’ jieħu pawża ta’ 45 minuta f’vettura misjuqa minn sewwieq ieħor bil-kundizzjoni li s-sewwieq li jkun qiegħed jieħu l-pawża ma jkunx involut f’assistenza lis-sewwieq li jkun qiegħed isuq il-vettura.



ARTIKOLU 6

Serħan

1.    Is-sewwieq għandu jieħu perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa.

2.    F’kull perjodu ta’ 24 siegħa wara t-tmiem tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew il-perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa preċedenti, sewwieq għandu jkun ħa perjodu ġdid ta’ mistrieħ ta’ kuljum.

Jekk il-porzjon tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum li jaqa’ f’dak il-perjodu ta’ 24 siegħa huwa tal-anqas ta’ 9 sigħat imma anqas minn 11-il siegħa, il-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum inkwistjoni għandu jitqies bħala perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kuljum.

3.    Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum jista’ jiġi estiż sabiex jagħmel perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

4.    Sewwieq jista’ jkollu tal-aktar 3 perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kuljum bejn kwalunkwe żewġ perjodi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

5.    B’deroga mill-paragrafu 2, fi żmien 30 siegħa mit-tmiem ta’ perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew fil-ġimgħa, sewwieq li jagħmel multi-manning jeħtieġlu jkun ħa perjodu ġdid ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’ tal-anqas 9 sigħat.

6.    Fi kwalunkwe ġimagħtejn konsekuttivi, sewwieq għandu jieħu tal-anqas:

(a)    żewġ perjodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa; jew



(b)    perjodu wieħed ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa u perjodu wieħed imnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ mill-inqas 24 siegħa.

Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa għandu jibda mhux aktar tard mit-tmiem ta’ sitt perjodi ta’ 24 siegħa mit-tmiem tal-perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa preċedenti.

7.    B’deroga mill-paragrafu 6, sewwieq involut fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija jista’, barra mit-territorju tal-Parti tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew, għal sewwieqa ta’ operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni, barra mit-territorju tal-Istat Membru tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, jieħu żewġ perjodi konsekuttivi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa bil-kundizzjoni li s-sewwieq fi kwalunkwe 4 ġimgħat konsekuttivi jieħu tal-anqas 4 perjodi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa, li minnhom tal-anqas tnejn għandhom ikunu perjodi regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, sewwieq għandu jitqies bħala involut fit-trasport internazzjonali meta s-sewwieq jibda ż-żewġ perjodi konsekuttivi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa barra mit-territorju tal-Parti tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u l-post ta’ residenza tas-sewwieqa jew, għall-Unjoni Ewropea, barra mit-territorju tal-Istat Membru tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u l-pajjiż tal-post ta’ residenza tas-sewwieqa.

Kwalunkwe tnaqqis fil-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa għandu jiġi kkumpensat b’perjodu ta’ mistrieħ ekwivalenti meħud f’daqqa qabel it-tmiem tat-tielet ġimgħa ta’ wara l-ġimgħa inkwistjoni.

Meta żewġ perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jkunu ttieħdu konsekuttivament skont it-tielet subparagrafu, il-perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa li jmiss għandu jiġi preċedut minn perjodu ta’ mistrieħ meħud bħala kumpens għal dawk iż-żewġ perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.



8.    Kwalunkwe mistrieħ meħud bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa għandu jiġi mehmuż ma’ perjodu ieħor ta’ mistrieħ ta’ tal-anqas 9 sigħat.

9.    Il-perjodi regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa u kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud bħala kumpens għal perjodi mnaqqsa preċedenti ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ma għandhomx jittieħdu f’vettura. Dawn għandhom jittieħdu f’akkomodazzjoni xierqa u li tirrispetta l-ġeneri, b’faċilitajiet tal-irqad u sanitarji adegwati.

Kwalunkwe kost għall-akkomodazzjoni barra mill-vettura għandu jiġi kopert mill-impjegatur.

10.    L-impriżi tat-trasport għandhom jorganizzaw ix-xogħol tas-sewwieqa b’tali mod li s-sewwieqa jkunu jistgħu jirritornaw fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur fejn is-sewwieq ikun normalment ibbażat u fejn jibda l-perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa tas-sewwieq, f’Ġibiltà, u fil-każ tal-Unjoni Ewropea, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impjegatur, jew ikunu jistgħu jirritornaw fil-post ta’ residenza tas-sewwieqa, f’kull perjodu ta’ 4 ġimgħat konsekuttivi, sabiex iqattgħu tal-anqas perjodu regolari wieħed ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

Madankollu, meta s-sewwieq ikun ħa żewġ perjodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa skont il-paragrafu 7, l-impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tas-sewwieq b’tali mod li s-sewwieq ikun jista’ jirritorna qabel il-bidu tal-perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud bħala kumpens.

L-impriża għandha tiddokumenta kif tissodisfa dak l-obbligu u għandha żżomm id-dokumentazzjoni fil-bini tagħha sabiex tippreżentaha b’talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll.



11.    Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa li jiġi f’ġimagħtejn jista’ jingħadd f’xi waħda minn dawk il-ġimgħat, iżda mhux fit-tnejn.

12.    Permezz ta’ deroga, meta xufier jakkumpanja vettura li tkun qed tiġi ttrasportata fuq bastiment jew fuq ferrovija, u jieħu perjodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, dak il-perjodu jista’ jiġi interrott mhux aktar minn darbtejn minn attivitajiet oħra li flimkien ma għandhomx jammontaw għal aktar minn siegħa. Matul dak il-perjodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum jew il-perjodu mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa s-sewwieq għandu jkollu aċċess għal kabina tal-irqad, sodda jew couchette għad-dispożizzjoni tiegħu.

Fir-rigward tal-perjodi regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa, dik id-deroga għandha tapplika biss għal vjaġġi bil-vapur jew bil-ferrovija meta:

(a)    il-vjaġġ ikun skedat għal tmien sigħat jew aktar; u

(b)    ix-xufier ikollu aċċess għal kabina tal-irqad fuq il-bastiment jew fuq il-ferrovija.

13.    Kwalunkwe ħin li s-sewwieq jieħu biex jivvjaġġa lejn post sabiex jieħu pussess ta’ vettura li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew biex jirritorna minn tali post, fejn il-vettura mhix fid-dar tas-sewwieq jew fiċ-ċentru ta’ operazzjonijiet tal-impjegatur fejn is-sewwieq hu normalment ibbażat, m’għandux jitqies bħala perjodu ta’ mistrieħ jew pawża sakemm ix-xufier mhuwiex fuq vapur jew ferrovija u għandu aċċess għal kabina tal-irqad, sodda jew couchette.

14.    Kwalunkwe ħin li s-sewwieq jieħu sabiex isuq vettura li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima lejn jew minn vettura li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima, li mhijiex fid-dar tas-sewwieq jew fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur fejn is-sewwieq huwa normalment ibbażat, għandu jingħadd bħala xogħol ieħor.



ARTIKOLU 7

Responsabbiltà tal-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq

1.    Operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti ma għandux jagħti lis-sewwieqa li jimpjega jew li jkunu għad-dispożizzjoni tiegħu xi ħlas, anki jekk ikun fil-forma ta’ bonus jew żieda mal-paga, li jkun relatat mad-distanzi vvjaġġati, il-veloċità tal-konsenja u/jew l-ammont ta’ merkanzija li nġarret jekk dak il-pagament ikun tali li jista’ jipperikola s-sikurezza fit-toroq u/jew jinkoraġġixxi ksur ta’ din it-Taqsima.

2.    Operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti għandu jorganizza operazzjonijiet tat-trasport bit-triq u jagħti struzzjonijiet xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

3.    Operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ta’ Parti għandu jkun responsabbli għall-ksur imwettaq mis-sewwieqa tal-operatur, anki jekk il-ksur ikun twettaq fit-territorju tal-Parti l-oħra.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li jżommu lill-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq responsabbli bis-sħiħ, il-Partijiet jistgħu jagħmlu din ir-responsabbiltà kundizzjonali fuq il-ksur tal-operatur tal-paragrafi 1 u 2. Il-Partijiet jistgħu jikkunsidraw kwalunkwe evidenza li l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ma jistax raġonevolment jinżamm responsabbli għall-ksur imwettaq.

4.    L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, il-konsenjaturi, l-ispedizzjoniera, il-kuntratturi prinċipali, is-sottokuntratturi u l-aġenziji tal-impjieg tas-sewwieqa għandhom jiżguraw li l-iskedi tal-ħin tat-trasport miftehma b’mod kuntrattwali jirrispettaw din it-Taqsima.



5.    Operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li juża vetturi li huma mgħammra b’tagħmir ta’ reġistrazzjoni li jikkonforma mal-punt (f), (g) jew (h) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 4 tal-Parti B u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima, għandu:

(i)    jiżgura li d-data kollha tiġi mniżżla mill-unità ta’ vettura u mill-kard tas-sewwieq b’mod regolari kif stipulat mill-Parti u li d-data rilevanti tiġi mniżżla aktar ta’ spiss sabiex jiġi żgurat li tiġi mniżżla d-data kollha dwar attivitajiet li jkunu saru minn jew għal dak l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq; u

(ii)    jiżgura li d-data kollha mniżżla kemm mill-unità ta’ vettura kif ukoll mill-kard tas-sewwieq tinżamm għal tal-anqas 12-il xahar wara li tkun ġiet irreġistrata u, jekk tintalab minn uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat, dik id-data tkun aċċessibbli, jew direttament jew mill-bogħod, mill-bini tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu “imniżżla” għandha tiġi interpretata skont id-definizzjoni stipulata fil-punt (h) tal-Artikolu 2(2) tat-Taqsima 2 tal-Parti C.

Il-perjodu massimu li fih għandha titniżżel id-data rilevanti taħt il-punt (i) ta’ dan il-paragrafu għandu jkun ta’ 90 jum għal data mill-unità ta’ vettura u ta’ 28 jum għal data mill-kard tas-sewwieq.



ARTIKOLU 8

Eċċezzjonijiet

1.    Sakemm ma tiġix ippreġudikata s-sikurezza fit-toroq u sabiex il-vettura tkun tista’ tasal sa post ta’ waqfien xieraq, is-sewwieq jista’ jitbiegħed mill-Artikoli 4, 5 u 6 sal-livell meħtieġ sabiex jiżgura s-sikurezza tal-persuni, tal-vettura jew tat-tagħbija tagħha. Is-sewwieq għandu jindika r-raġuni għaliex ikun hekk tbiegħed b’mod manwali fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fuq karta stampata mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fir-roster tax-xogħol, mhux aktar tard minn meta jasal f’post ta’ waqfien xieraq.

2.    Bil-kundizzjoni li b’dan ma tiġix ippreġudikata s-sikurezza fit-toroq, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, is-sewwieq jista’ jitbiegħed ukoll mill-Artikolu 4(1) u (2) u l-Artikolu 6(2) billi jaqbeż il-ħin tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa b’mhux aktar minn siegħa sabiex jasal fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur jew fil-post ta’ residenza tas-sewwieq sabiex jieħu perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

Taħt l-istess kundizzjonijiet, is-sewwieq jista’ jaqbeż il-ħin tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa b’mhux aktar minn sagħtejn, bil-kundizzjoni li tkun ittieħdet pawża bla interruzzjoni ta’ 30 minuta immedjatament qabel is-sewqan addizzjonali sabiex jasal fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur jew fil-post ta’ residenza tas-sewwieq sabiex jittieħed perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.

Is-sewwieq għandu jindika r-raġuni għaliex ikun hekk tbiegħed b’mod manwali fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fuq karta stampata mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew fir-roster tax-xogħol, mhux aktar tard minn meta jasal fid-destinazzjoni jew fil-post ta’ waqfien xieraq.

Kwalunkwe perjodu ta’ estensjoni għandu jkun ikkumpensat minn mistrieħ ekwivalenti meħud f’daqqa ma’ kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ, sa tmiem it-tielet ġimgħa wara l-ġimgħa inkwistjoni.



3.    Sakemm is-sikurezza fit-toroq ma tiġix b’hekk ipperikolata, kull Parti u, fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru, tista’ tagħti eċċezzjonijiet mill-Artikoli 3 sa 6 u tagħmel dawk l-eċċezzjonijiet suġġetti għal kundizzjonijiet individwali fit-territorju tagħha stess jew, bil-qbil tal-Parti l-oħra, fit-territorju tal-Parti l-oħra, applikabbli għat-trasport b’dan li ġej:

(a)    vetturi li huma proprjetà ta’, jew li jkunu mikrija, mingħajr sewwieq minn awtoritajiet pubbliċi sabiex jagħmlu trasport bit-triq li ma jikkompetix ma’ operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq privati;

(b)    vetturi użati jew mikrija mingħajr ix-xufier minn impriżi ta’ agrikoltura, ortikultura, forestrija, biedja jew sajd għat-trasport ta’ merkanzija bħala parti mill-attività intraprenditorjali tagħhom stess f’raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi tal-impriża;

(c)    tratturi għall-agrikoltura u tratturi għall-forestrija użati għal attivitajiet agrikoli jew ta’ forestrija, f’raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi tal-impriża li tkun il-proprjetarja tal-vettura, jew tikriha jew twelliha;

(d)    vetturi jew vetturi kkombinati b’massa massima permessibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati użati mill-fornituri ta’ servizzi universali sabiex iwasslu oġġetti bħala parti mis-servizz universali. Dawn il-vetturi għandhom jintużaw biss f’raġġ ta’ 100 km mill-bażi tal-impriża, u bil-kundizzjoni illi s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività prinċipali tax-xufier;

(e)    vetturi li joperaw esklużivament fuq gżejjer b’arja ta’ mhux aktar minn 2 300 kilometri kwadri li ma humiex marbutin mal-kumplament tat-territorju nazzjonali permezz ta’ pont, baxxfond jew mina miftuħa għall-użu minn vetturi bil-mutur;



(f)    vetturi użati għat-trasport tal-merkanzija f’raġġ ta’ 100 km mill-bażi tal-impriża u li jaħdmu bil-gass naturali jew likwifikat jew bl-elettriku b’massa massima permissibbli li, meta jkun inkluż il-piż ta’ karru jew nofs-karru, ma jaqbiżx is-7,5 tunnellati;

(g)    vetturi użati b’konnessjoni ma’ servizzi ta’ dranaġġ, ta’ protezzjoni mill-għargħar, manutenzjoni tal-ilma, gass u elettriku mal-manutenzjoni u l-kontroll tat-toroq, ma’ servizzi ta’ ġbir ta’ skart bieb b’bieb u ta’ rimi, servizzi tat-telegraf u telefon, xandir tar-radju u televixin u l-iskoperta ta’ trasmettituri u riċevituri tar-radju jew tat-televixin;

(h)    vetturi speċjalizzati li jġorru tagħmir taċ-ċirku u ta’ fieri ta’ divertiment;

(i)    vetturi mgħammra partikolarment għal proġetti mobbli, li l-iskop primarju tagħhom huwa li jintużaw bħala faċilità edukattiva meta jkunu wieqfa;

(j)    vetturi użati għall-ġbir tal-ħalib minn irziezet u/jew għat-twassil lura fl-irziezet ta’ kontenituri tal-ħalib jew ta’ prodotti tal-ħalib intiżi bħala għalf għall-annimali;

(k)    vetturi speċjalizzati li jġorru flus u/jew oġġetti ta’ valur;

(l)    vetturi użati sabiex iġorru skart jew karkassi ta’ annimali li ma jkunux intiżi għall-konsum mill-bniedem;

(m)    vetturi użati esklużivament f’toroq li jinsabu f’faċilitajiet ċentrali ta’ attività bħal portijiet, interportijiet u termini tal-ferrovija;



(n)    vetturi użati għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċi versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali f’raġġ ta’ mhux aktar minn 100 km;

(o)    vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li jkunu qed iġorru makkinarju tal-kostruzzjoni għal impriża tal-kostruzzjoni, sa raġġ ta’ 100 km mill-bażi tal-impriża, dment li s-sewqan tal-vetturi ma jkunx l-attività ewlenija tax-xufier; u

(p)    vetturi użati għat-twassil ta’ konkos imħallat lest.

4.    Bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa u tas-sikurezza fit-toroq ma jkunux b’dan ipperikolati u li l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Taqsima 3 tal-Parti B ikunu mħarsa, Parti, u fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru, jista’ jagħti eċċezzjonijiet temporanji mill-applikazzjoni tal-Artikoli minn 4, 5 u 6 ta’ din it-Taqsima għal operazzjonijiet tat-trasport imwettqa f’ċirkostanzi eċċezzjonali, skont il-proċedura applikabbli fil-Parti.

L-eċċezzjonijiet temporanji għandhom ikunu debitament motivati u nnotifikati immedjatament lill-Parti l-oħra. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ għandu jispeċifika l-modalitajiet ta’ din in-notifika. Kull Parti għandha tippubblika minnufih dik l-informazzjoni fuq sit web pubbliku u għandha tiżgura li l-attivitajiet ta’ infurzar tagħha jqisu eċċezzjoni mogħtija mill-Parti l-oħra.



TAQSIMA 3

ĦIN TAX-XOGĦOL TAL-ĦADDIEMA MOBBLI

ARTIKOLU 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.    Din it-Taqsima għandha tapplika għal ħaddiema mobbli impjegati minn operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Partijiet, li jwettqu l-vjaġġi msemmija fl-Artikoli 276 u 277 ta’ dan il-Ftehim.

Din it-Taqsima għandha tapplika wkoll għal sewwieqa li jaħdmu għal rashom.

2.    Din it-Taqsima għandha tissupplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Parti B li jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

3.    Parti tista’ ma tapplikax l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima għall-ħaddiema mobbli u għas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom.

4.    Fejn Parti ma tapplikax l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima skont il-paragrafu 3 , dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra.



ARTIKOLU 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)    "ħin tax-xogħol" ifisser:

(a)    fil-każ ta’ ħaddiema mobbli: il-ħin mill-bidu sat-tmiem tax-xogħol, li matulu l-ħaddiem mobbli jkun fil-post tax-xogħol tiegħu, għad-dispożizzjoni ta’ min jimpjegah u jeżerċita l-funzjonijiet jew l-attivitajiet tiegħu, jiġifieri:

   il-ħin iddedikat għall-attivitajiet kollha tat-trasport bit-triq, b’mod partikolari, dan li ġej:

(i)    sewqan;

(ii)    it-tagħbija u l-ħatt;

(iii)    l-għajnuna lill-passiġġieri biex jitilgħu u jinżlu minn fuq il-vettura;

(iv)    it-tindif u l-manteniment tekniku; u

(v)    ix-xogħol l-ieħor kollu maħsub sabiex jassigura s-sikurezza tal-vettura u tat-tagħbija tagħha jew sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi legali jew regolatorji direttament marbuta mal-operazzjoni speċifika tat-trasport li tkun qiegħda sseħħ, inkluż il-monitoraġġ tat-tagħbija u tal-ħatt, il-formalitajiet amministrattivi mal-pulizija, id-dwana, l-uffiċjali tal-immigrazzjoni, eċċ.,



   il-ħinijiet li matulhom huwa ma jkunx jista’ juża l-ħin tiegħu b’mod liberu u jkun meħtieġ li jkun preżenti fil-post tax-xogħol tiegħu, lest sabiex jibda bix-xogħol normali, b’ċerti kompiti assoċjati mal-fatt li jkun qiegħed fuq xogħol, partikolarment matul perjodi ta’ stennija għat-tagħbija jew għall-ħatt meta d-durata prevista ma tkunx magħrufa bil-quddiem, jiġifieri jew qabel it-tluq jew eżatt qabel il-bidu attwali tal-perjodu inkwistjoni, jew skont il-kundizzjonijiet ġenerali nnegozjati bejn is-sħab soċjali u/jew skont it-termini tal-leġiżlazzjoni tal-Partijiet;

(b)    fil-każ ta’ sewwieqa li jaħdmu għal rashom, l-istess definizzjoni għandha tkun tapplika wkoll għall-ħin mill-bidu sat-tmiem tax-xogħol, li matulu is-sewwieq li jaħdem għal rasu jkun fil-post tax-xogħol tiegħu, għad-dispożizzjoni tal-klijent u jeżerċita l-funzjonijiet jew l-attivitajiet tiegħu apparti minn xogħol amministrattiv ġenerali li ma jkunx marbut direttament mal-operazzjoni speċifika tat-trasport li tkun isseħħ.

Il-ħinijiet ta’ pawża msemmija fl-Artikolu 4, il-ħinijiet ta’ mistrieħ imsemmija fl-Artikolu 5 u, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Partijiet jew il-ftehimiet bejn is-sħab soċjali sakemm dawk il-perjodi jiġu kkumpensati jew illimitati, il-perjodi ta’ disponibbiltà msemmija f’punt (2) ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu esklużi mill-ħin tax-xogħol;

(2)    "perjodi ta’ disponibbiltà" ifissru:

   perjodi apparti minn dawk li jirrigwardaw il-ħinijiet ta’ waqfien u l-ħinijiet ta’ serħan li matulhom il-ħaddiem mobbli ma jkunx meħtieġ li jibqa’ fil-post tax-xogħol tiegħu, imma li jrid ikun disponibbli biex iwieġeb għal xi sejħa biex jibda jew ikompli bis-sewqan jew li jwettaq xi xogħol ieħor. Partikolarment dawn il-perjodi ta’ disponibbiltà għandhom jinkludu perjodi li matulhom il-ħaddiem mobbli jkun jakkumpanja vettura li tkun qiegħda tiġi ttrasportata minn vapur jew ferrovija kif ukoll il-perjodi ta’ stennija fil-fruntieri u dawk minħabba l-projbizzjonijiet tat-traffiku.



   Dawn il-perjodi u d-durata prevista tagħhom għandhom ikunu magħrufa bil-quddiem mill-ħaddiem mobbli, jiġifieri jew qabel it-tluq jew eżatt qabel il-bidu attwali tal-perjodu inkwistjoni, jew skont il-kundizzjonijiet ġenerali nnegozjati mis-sħab soċjali u/jew skont it-termini tal-leġiżlazzjoni tal-Partijiet,

   għal ħaddiema mobbli li jsuqu f’tim, il-ħin mgħoddi bilqiegħda ħdejn is-sewwieq jew fil-couchette waqt li l-vettura tkun miexja;

(3)    "il-post tax-xogħol" tfisser:

   il-lokalità tal-post ewlieni tan-negozju tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq li għalih il-persuna li twettaq l-attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq twettaq id-doveri, flimkien mal-postijiet sussidjarji varji tan-negozju, irrispettivament minn jekk dawn jinsabux fl-istess post bħall-uffiċċju ewlieni jew il-post ewlieni tan-negozju,

   il-vettura li l-persuna li jwettaq l-attivitajiet mobbli tat-trasport fit-triq ikun juża meta jwettaq id-doveri tiegħu, u

   kwalunkwe post ieħor li fih jitwettqu l-attivitajiet marbuta mat-trasport;

(4)    “ħaddiem mobbli” tfisser, għall-fini ta’ din it-Taqsima, kwalunkwe ħaddiem li jifforma parti mill-persunal tal-ivvjaġġar, inklużi trainees u apprendisti, li jkun fis-servizz ta’ impriża li topera servizzi tat-trasport għal passiġġieri jew merkanzija bit-triq fit-territorju tal-Parti l-oħra;



(5)    “sewwieq li jaħdem għal rasu” tfisser kwalunkwe persuna li l-okkupazzjoni ewlenija tagħha hija t-trasport tal-merkanzija bit-triq f’isem ħaddieħor, li hija intitolata li taħdem għaliha nnifisha u li mhijiex marbuta ma’ impjegatur b’kuntratt ta’ impjieg jew bi kwalunkwe tip ieħor ta’ relazzjoni ġerarkika tax-xogħol, li hija libera li torganizza l-attivitajiet tax-xogħol rilevanti, li l-introjtu tagħha jiddependi direttament mill-profitti magħmula u li għandha l-libertà, individwalment jew permezz ta’ kooperazzjoni bejn is-sewwieqa li jaħdmu għal rashom, li jkollha relazzjonijiet kummerċjali ma’ diversi klijenti.

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, dawk is-sewwieqa li ma jissodisfawx dawn il-kriterji għandhom jiġu suġġetti għall-istess obbligazzjonijiet u jibbenefikaw mill-istess drittijiet bħal dawk previsti għall-ħaddiema mobbli b’din it-Taqsima;

(6)    "persuna li twettaq attivitajiet mobbli tat-trasport fit-triq" tfisser kwalunkwe ħaddiem mobbli jew xufier li jaħdem għal rasu li jwettaq attivitajiet bħal dawn;

(7)    ’ġimgħa’ tfisser il-perjodu bejn 00.00 tat-Tnejn u 24.00 tal-Ħadd;

(8)    "ħin ta’ bil-lejl" tfisser il-perjodu ta’ mill-anqas 4 sigħat, kif iddefinit bil-liġi nazzjonali, bejn is-siegħa 00.00 u s-siegħa 07.00; u

(9)    "xogħol ta’ bil-lejl" tfisser kwalunkwe xogħol imwettaq matul il-ħin tal-lejl.



ARTIKOLU 3

Ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa

1.    Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-ħin tax-xogħol medju ta’ kull ġimgħa ma jistax jaqbeż it-48 siegħa. Il-ħin massimu tax-xogħol fil-ġimgħa jista’ jkun estiż għal 60 siegħa biss jekk, matul 4 xhur, ma tinqabiżx medja ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa.

2.    Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-ħin tax-xogħol għal impjegaturi differenti jkun is-somma tas-sigħat tax-xogħol. L-impjegatur għandu jitlob lill-ħaddiem mobbli kkonċernat bil-miktub għal kont tal-ħin maħdum għal impjegatur ieħor. Il-ħaddiem mobbli għandu jipprovdi dik l-informazzjoni bil-miktub.

ARTIKOLU 4

Pawżi

Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness, persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq, fl-ebda ċirkostanza ma jaħdmu għal aktar minn sitt sigħat konsekuttivi mingħajr pawża. Il-ħin tax-xogħol għandu jiġi interrott b’waqfien ta’ tal-anqas 30 minuta, jekk is-sigħat totali tax-xogħol ikunu bejn sitta u 9 sigħat, u tal-anqas 45 minuta, jekk is-sigħat totali tax-xogħol ikunu aktar minn 9 sigħat.

Il-pawżi jistgħu jiġu subdiviżi f’perjodi ta’ tal-anqas 15-il minuta kull waħda.



ARTIKOLU 5

Perjodi ta’ mistrieħ

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, l-apprendisti u t-trainees li huma fis-servizz ta’ impriża li topera servizzi tat-trasport għall-merkanzija permezz ta’ vjaġġi bit-triq fit-territorju tal-Parti l-oħra għandhom ikunu koperti mill-istess dispożizzjonijiet dwar il-ħin ta’ mistrieħ bħal ħaddiema mobbli oħrajn skont it-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness.

ARTIKOLU 6

Xogħol ta’ bil-lejl

Kull parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li:

(a)    jekk xogħol ta’ bil-lejl ikun imwettaq, il-ħin totali ta’ kull jum ma jeċċedix għaxar sigħat f’kull perjodu ta’ 24 siegħa, u

(b)    kumpens għal xogħol bil-lejl jingħata bi qbil mal-miżuri leġiżlattivi nazzjonali, ftehim kollettiv, ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-industrija u/jew il-prattika nazzjonali, bil-kundizzjoni li kumpens ta’ dan it-tip ma jkunx possibbli li jipperikola s-sigurtà tat-triq.



ARTIKOLU 7

Derogi

1.    Derogi mill-Artikoli 3 u 6 jistgħu, għal raġunijiet oġġettivi jew tekniċi jew għal raġunijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tax-xogħol, jiġu adottati permezz ta’ ftehimiet kollettivi, ftehimiet bejn is-sħab soċjali, jew jekk dan ma jkunx possibbli, b’liġijiet, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi diment li jkun hemm konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegaturi u l-ħaddiema kkonċernati u li jsiru sforzi sabiex jinkoraġġixxu l-forom kollha ta’ djalogu soċjali.

2.    L-għażla għal deroga mill-Artikolu 3 tista’ ma tirriżultax fl-istabbiliment ta’ perjodu ta’ referenza li jaqbeż is-sitt xhur, għall-kalkolu tal-medja tal-ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa ta’ tmienja u erbgħin siegħa.

3.    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Ekonomija u l-Kummerċ għandu jiġi infurmat bid-derogi applikati minn Parti f’konformità mal-paragrafu 1.



ARTIKOLU 8

Informazzjoni u reġistrazzjonijiet

Kull Parti għandha tiżgura li:

(a)    il-ħaddiema mobbli jiġu informati bir-rekwiżiti nazzjonali rilevanti, bir-regoli interni tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u bi ftehimiet bejn iż-żewġ naħat tal-industrija, b’mod partikolari ftehimiet kollettivi u kwalunkwe ftehim tal-kumpanija, li jintlaħaq fuq il-bażi ta’ din it-Taqsima; u

(b)    jiġi rreġistrat il-ħin tax-xogħol ta’ persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinżammu għal tal-anqas sentejn wara t-tmiem tal-perjodu kopert. L-impjegaturi għandhom ikunu responsabbli li jirreġistraw il-ħin tax-xogħol tal-ħaddiema mobbli. L-impjegaturi għandhom, b’talba, jipprovdu lill-ħaddiema mobbli b’kopji tar-reġistrazzjonijiet tas-sigħat maħduma.

ARTIKOLU 9

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

Din it-Taqsima ma għandhiex taffettwa d-dritt ta’ kull Parti li tapplika jew li tintroduċi liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi aktar favorevoli għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq, jew tad-dritt tagħhom li jiffaċilitaw jew li jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi jew ta’ ftehimiet oħrajn konklużi bejn iż-żewġ naħat tal-industrija li huma aktar favorevoli għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema mobbli. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju.



TAQSIMA 4

L-UŻU TAT-TAKOGRAFI MIS-SEWWIEQA

ARTIKOLU 1

Suġġett u prinċipji

Din it-Taqsima tistipula r-rekwiżiti għas-sewwieqa li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness rigward l-użu tat-takografi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 280 ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 2

Definizzjonijiet

1.    Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Taqsima 2 tal-Parti B.

2.    B’żieda mad-definizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “takografu” jew “apparat ta’ reġistrazzjoni” tfisser it-tagħmir maħsub għall-istallazzjoni f’vetturi tat-triq sabiex juri, jirreġistra, jistampa, jaħżen u joħroġ awtomatikament jew semiawtomatikament, id-dettalji tal-moviment, inkluż il-veloċità, ta’ dawk il-vetturi, u d-dettalji ta’ ċerti perjodi ta’ attività tas-sewwieqa tagħhom;



(b)    “folja ta’ reġistrazzjoni’ tfisser folja mfassla biex taċċetta u żżomm id-data reġistrata, li għandha titpoġġa f’takografu analoġiku u li fuqha l-apparat tal-immarkar tat-takografu analoġiku jniżżel l-informazzjoni li trid tiġi reġistrata kontinwament;

(c)    “kard tat-takografu” tfisser kard intelliġenti, intenzjonata għall-użu mat-takografu, li tippermetti l-identifikazzjoni permezz tat-takografu tar-rwol tad-detentur tal-kard u tippermetti t-trasferiment u l-ħżin tad-data;

(d)    “kard tas-sewwieq” tfisser kard tat-takografu, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti f’Parti lil sewwieq partikolari, li tidentifika s-sewwieq u tippermetti l-ħżin tad-data tal-attività tas-sewwieq;

(e)    “takografu analogu” tfisser takografu li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 75 , kif adattat mill-Appendiċi X-B-4-1;

(f)    “takografu diġitali” tfisser takografu li jikkonforma ma’ wieħed mis-settijiet ta’ speċifikazzjonijiet li ġejjin, kif adattat mill-Appendiċi X-B-4-2:

   L-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 applikabbli sat-30 ta’ Settembru 2011;

   L-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2011; jew

   L-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2012;



(g)    “takografu intelliġenti 1” tfisser takografu li jikkonforma mal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 76 applikabbli mill-15 ta’ Ġunju 2019 sal-20 ta’ Awwissu 2023, kif adattat mill-Appendiċi X-B-4-3;

(h)    “takografu intelliġenti 2” tfisser takografu li jikkonforma mal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799, kif adattat mill-Appendiċi X-B-4-4.

(i)    “avveniment” tfisser operazzjoni mhux normali li nqabdet mit-takografu diġitali li tista’ tirriżulta minn tentattiv ta’ frodi;

(j)    “kard mhux valida” tfisser kard li ntgħarfet bħala difettuża, jew li l-awtentikazzjoni inizjali tagħha ma rnexxietx, jew li d-data tal-bidu tal-validità tagħha għadha ma waslitx, jew li d-data tal-iskadenza tagħha għaddiet.

ARTIKOLU 3

Użu tal-kards tas-sewwieqa

1.    Il-kard tas-sewwieq hija personali.

2.    Is-sewwieq jista’ jkollu kard valida waħda biss, u huwa biss awtorizzat li juża l-kard tiegħu personalizzata ta’ sewwieq. Sewwieq ma għandux juża kard tas-sewwieq li tkun difettuża jew li tkun skadiet.



ARTIKOLU 4

Ħruġ ta’ kards tas-sewwieqa

1.    Il-kards tas-sewwieqa għandhom jintalbu lill-awtorità kompetenti fil-Parti fejn is-sewwieq għandu r-residenza normali tiegħu.

2.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “residenza normali” tfisser il-post fejn persuna normalment tgħix, jiġifieri tal-anqas għal 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u okkupazzjonali, jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr rabtiet okkupazzjonali, minħabba rabtiet personali li juru konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qiegħda tgħix.

Madankollu, ir-residenza normali ta’ persuna li r-rabtiet okkupazzjonali tagħha huma f’post li huwa differenti mir-rabtiet personali tagħha u li konsegwentement tgħix f’postijiet differenti li jinsabu fiż-żewġ Partijiet għandha titqies li hija l-post tar-rabtiet personali tagħha, dment li dik il-persuna tirritorna f’dak il-post regolarment. Mhijiex meħtieġa konformità ma’ din l-aħħar kundizzjoni meta l-persuna tkun qiegħda tgħix f’Parti sabiex twettaq assenjament b’terminu fiss.

3.    Is-sewwieqa għandhom jagħtu prova tar-residenza normali tagħhom permezz ta’ mezzi xierqa, bħalma hija l-kard tal-identità tagħhom jew kwalunkwe dokument validu ieħor.



ARTIKOLU 5

Tiġdid tal-kards tas-sewwieqa

Meta sewwieq ikun jixtieq iġedded il-kard tas-sewwieq tiegħu, għandu japplika mal-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tar-residenza normali tiegħu mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel id-data ta’ skadenza tal-kard.

ARTIKOLU 6

Użu tal-kards tas-sewwieqa u l-folji ta’ reġistrazzjoni

1.    Is-sewwieqa għandhom jużaw folji ta’ reġistrazzjoni jew kards tas-sewwieq kull jum li jsuqu, li jibda mill-mument meta jieħdu f’idejh il-vettura. Il-folja ta’ reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq ma għandhiex tiġi rtirata qabel tmiem il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum sakemm l-irtirar tagħha ma jiġix awtorizzat mod ieħor jew ikun meħtieġ sabiex jiddaħħal is-simbolu tal-pajjiż wara l-qsim ta’ fruntiera. Ebda folja ta’ reġistrazzjoni jew kard tas-sewwieq ma tista’ tintuża sabiex tkopri perjodu itwal minn dak li għalih tkun maħsuba.

2.    Is-sewwieq għandu jipproteġi b’mod xieraq il-folji ta’ reġistrazzjoni jew il-kards tas-sewwieqa, u ma għandux juża folji ta’ reġistrazzjoni jew kards tas-sewwieqa li jkunu maħmuġin jew bil-ħsara. Is-sewwieq għandu jiżgura li, filwaqt li jitqies it-tul tal-perjodu tas-servizz, l-istampar tad-data mit-takografu b’talba ta’ uffiċjal tal-kontroll jista’ jsir b’mod korrett fil-każ ta’ spezzjoni.



3.    Meta s-sewwieq ma jkunx jista’ juża t-takografu stallat fil-vettura minħabba li s-sewwieq ikun ’il bogħod mill-vettura, il-perjodi tal-ħin imsemmija fil-punti (b)(ii), (b)(iii) u (b)(iv) tal-paragrafu 5 għandhom:

(a)    jekk il-vettura tkun attrezzata b’takografu analoġiku, jiddaħħlu fil-folja ta’ reġistrazzjoni, manwalment jew b’reġistrazzjoni awtomatika jew b’mezzi oħra, b’mod li jistgħu jinqraw u mingħajr ma titħammeġ il-folja ta’ reġistrazzjoni; jew

(b)    jekk il-vettura hija mgħammra b’takografu intelliġenti 1 jew takografu intelliġenti 2, jiddaħħlu fil-kard tas-sewwieq permezz tal-faċilità ta’ dħul manwali pprovduta fit-takografu.

Kull Parti ma għandhiex timponi obbligu fuq is-sewwieqa li jippreżentaw formoli li juru l-attivitajiet tagħhom meta jkunu ’l bogħod mill-vettura.

4.    Meta jkun hemm aktar minn sewwieq wieħed abbord vettura mgħammra b’takografu intelliġenti 1 jew takografu intelliġenti 2, kull sewwieq għandu jiżgura li l-kard tas-sewwieq tiegħu tkun imdaħħla fis-slot it-tajjeb fit-takografu.

Meta jkun hemm aktar minn sewwieq wieħed abbord vettura mgħammra b’takografu analogu, is-sewwieqa għandhom jemendaw il-folji ta’ reġistrazzjoni kif meħtieġ, sabiex l-informazzjoni rilevanti tiġi rreġistrata fil-folja ta’ reġistrazzjoni tas-sewwieq li jkun qiegħed isuq.

5.    Is-sewwieqa għandhom:

(a)    jiżguraw li l-ħin irreġistrat fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni jkun jaqbel mal-ħin uffiċjali fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-vettura;



(b)    joperaw il-mekkaniżmi tal-iswiċċ li jippermettu li l-perjodi tal-ħin li ġejjin jiġu rreġistrati separatament u b’mod distint:

(i)    taħt is- sinjal: ħin ta’ sewqan,

(ii)    taħt is-sinjal: “xogħol ieħor”, li tfisser kwalunkwe attività minbarra s-sewqan, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 3 tal-Parti B, kif ukoll kwalunkwe xogħol għall-istess impjegatur jew impjegatur ieħor kemm fis-settur tat-trasport kif ukoll barra minnu,

(iii)    taħt is-sinjal: “disponibbiltà”, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tat-Taqsima 3 tal-Parti B,

(iv)    taħt is-sinjal: pawżi, mistrieħ, liv annwali jew liv minħabba mard

(v)    taħt is-sinjal għal “vapur/ferrovija”: Minbarra s- sinjal: il-perjodu ta’ mistrieħ fuq vapur jew ferrovija kif meħtieġ fil-paragrafu 12 tal-Artikolu 6 tat-Taqsima 2 tal-Parti B.

6.    Kull sewwieq ta’ vettura attrezzata b’takografu analoġiku għandu jdaħħal l-informazzjoni li ġejja fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni tiegħu:

(a)    meta jibda juża l-folja ta’ reġistrazzjoni — il-kunjom u l-ewwel isem tas-sewwieq;

(b)    id-data u l-post fejn jibda l-użu tal-folja ta’ reġistrazzjoni u d-data u l-post fejn jintemm dan l-użu;



(c)    in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ kull vettura li huwa jkun ġie assenjat għaliha, kemm fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni u imbagħad, fil-każ ta’ bdil tal-vettura, waqt l-użu tal-folja ta’ reġistrazzjoni;

(d)    il-qari tal-odometru:

(i)    fil-bidu tal-ewwel vjaġġ irreġistrat fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni,

(ii)    fit-tmiem tal-aħħar vjaġġ irreġistrat fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni,

(iii)    fil-każ ta’ bdil tal-vettura waqt jum tax-xogħol, il-qari fuq l-ewwel vettura li s-sewwieq ġie assenjat għaliha u l-qari fuq il-vettura ta’ wara;

(e)    il-ħin ta’ kull bidla tal-vettura; u

(f)    is-simboli tal-pajjiżi li fihom beda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum. Is-sewwieq għandu jdaħħal ukoll is-simbolu tal-pajjiż li s-sewwieq jidħol fih wara li jaqsam fruntiera ta’ Stat Membru tal-UE u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fil-bidu tal-ewwel waqfa tas-sewwieq f’dak l-Istat Membru jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Dik l-ewwel waqfa għandha ssir fl-eqreb post ta’ waqfien possibbli fil-fruntiera jew wara li tinqasam il-fruntiera. Meta l-qsim tal-fruntiera jseħħ fuq vapur jew ferrovija, is-sewwieq għandu jdaħħal is-simbolu tal-pajjiż fil-port jew l-istazzjon tal-wasla.



7.    Is-sewwieq għandu jdaħħal is-simboli tal-pajjiżi li fihom beda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum fit-takografu diġitali.

Is-sewwieq għandu jdaħħal ukoll is-simbolu tal-pajjiż li s-sewwieq jidħol fih wara li jaqsam fruntiera ta’ Parti, jew fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru fil-bidu tal-ewwel waqfa tas-sewwieq f’dik il-Parti, jew fil-każ tal-Unjoni, l-Istat Membru. Dik l-ewwel waqfa għandha ssir fl-eqreb post ta’ waqfien possibbli fil-fruntiera jew wara li tinqasam il-fruntiera. Meta l-qsim tal-fruntiera jseħħ fuq vapur jew ferrovija, is-sewwieq għandu jdaħħal is-simbolu tal-pajjiż fil-port jew l-istazzjon tal-wasla.

Parti minnhom, jew fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru jista’ jirrikjedi li s-sewwieqa ta’ vetturi involuti f’operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tagħhom iżidu speċifikazzjonijiet ġeografiċi aktar dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż, bil-kundizzjoni li kull Parti tinnotifika bil-quddiem lill-Parti l-oħra dwar dawk l-ispeċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati.

Is-sewwieqa ma għandhomx ikunu mitluba jdaħħlu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu jekk it-takografu jirreġistra din id-data ta’ lokalizzazzjoni b’mod awtomatiku.

ARTIKOLU 7

Użu korrett tat-takografi

1.    L-impriżi tat-trasport u s-sewwieqa għandhom jiżguraw il-funzjonament korrett u l-użu xieraq tat-takografi diġitali u tal-kards tas-sewwieqa. L-impriżi tat-trasport u s-sewwieqa li jużaw takografi analogi, għandhom jiżguraw il-funzjonament korrett tagħhom u l-użu xieraq tal-folji ta’ reġistrazzjoni.



2.    Għandu jkun ipprojbit li wieħed jiffalsifika, jaħbi, irażżan jew jeqred data rreġistrata fuq il-folja ta’ reġistrazzjoni, jew maħżuna fit-takografu jew fuq il-kard tas-sewwieq, jew fuq il-kopji stampati li joħorġu mit-takografu. Kwalunkwe manipulazzjoni tat-takografu, tal-folja ta’ reġistrazzjoni jew tal-kard tas-sewwieq li tista’ tirriżulta fil-falsifikazzjoni, fit-trażżin jew fil-qerda tad-data u/jew tal-informazzjoni stampata għandha tkun ipprojbita wkoll. Ebda apparat li jista’ jintuża għal dan il-għan ma għandu jkun preżenti fuq il-vettura.

ARTIKOLU 8

Kards tas-sewwieqa misruqin, mitlufin jew difettużi

1.    L-awtoritajiet emittenti tal-Partijiet għandhom iżommu rekords tal-kards tas-sewwieq maħruġin, misruqin, mitlufin jew difettużi għal perjodu tal-anqas ekwivalenti għall-perjodu ta’ validità tagħhom.

2.    Jekk kard tas-sewwieq issirilha ħsara jew ma taħdimx sew, is-sewwieq għandu jirritornaha lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż tar-residenza normali tiegħu. Is-serq tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi ddikjarat formalment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn ikun seħħ is-serq.

3.    Kull telf tal-kard tas-sewwieq għandu jiġi rrapportat f’dikjarazzjoni formali lill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti emittenti u lill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tar-residenza normali tas-sewwieq, jekk din tkun differenti.

4.    Jekk il-kard tas-sewwieq issirilha ħsara, ma taħdimx sew jew tintilef jew tinsteraq, is-sewwieq għandu, fi żmien sebat ijiem, japplika għas-sostituzzjoni tagħha mal-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tar-residenza normali tiegħu.



5.    Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 4, is-sewwieq jista’ jkompli jsuq mingħajr kard tas-sewwieq għal perjodu massimu ta’ 15-il jum kalendarju jew għal perjodu itwal jekk dan ikun meħtieġ għall-vettura biex tmur lura lejn is-sit fejn tkun ibbażata, sakemm is-sewwieq ikun jista’ juri l-impossibbiltà li jipproduċi jew li juża l-kard matul dak il-perjodu.

ARTIKOLU 9

Kards tas-sewwieqa u formuli ta’ reġistrazzjoni bil-ħsara

1.    Fl-eventwalità li ssir ħsara lill-folja ta’ reġistrazzjoni li jkun fiha reġistrazzjonijiet jew lill-kard tas-sewwieq, is-sewwieqa għandhom iwaħħlu l-folja ta’ reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq li tkun ġratilha l-ħsara ma kwalunkwe folja ta’ reġistrazzjoni żejda li tintuża biex tissostitwiha.

2.    Jekk il-kard tas-sewwieq ikollha l-ħsara, ma tkunx taħdem sew, jew tkun intilfet jew insterqet, is-sewwieq għandu:

(a)    fil-bidu tal-vjaġġ tiegħu, jistampa d-dettalji tal-vettura li jkun qiegħed isuq, u f’dik il-kopja stampata għandu jdaħħal:

(i)    id-dettalji li bihom is-sewwieq jista’ jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tiegħu; u

(ii)    il-perjodi msemmija fil-punti (b)(ii), (b)(iii) u (b)(iv) tal-Artikolu 6 (5);

(b)    fl-aħħar tal-vjaġġ, jistampa l-informazzjoni dwar il-perjodi ta’ ħin irreġistrati mit-takografu, jirreġistra kull perjodu ta’ xogħol ieħor, disponibbiltà u mistrieħ li jkun ħa mill-ħin mindu saret il-kopja stampata fil-bidu tal-vjaġġ, meta ma jkunx irreġistrat mit-takografu, u jimmarka fuq dak id-dokument id-dettalji li bihom is-sewwieq jista’ jiġi identifikat (isem, numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża l-firma tas-sewwieq.



ARTIKOLU 10

Rekords li jridu jinġarru mis-sewwieq

1.    Meta sewwieq isuq vettura li tkun attrezzata b’takografu analoġiku, huwa għandu jkun jista’ juri, kull meta jintalab minn uffiċjal tal-kontroll awtorizzat:

(i)    il-folji ta’ reġistrazzjoni għall-jum attwali u t-28 jum preċedenti;

(ii)    il-kard tas-sewwieq, jekk dan ikollu waħda; u

(iii)    kwalunkwe rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum preċedenti.

2.    Meta s-sewwieq isuq vettura mgħammra b’takografu diġitali, intelliġenti 1 jew intelliġenti 2, huwa għandu jkun jista’ juri, kull meta jintalab minn uffiċjal tal-kontroll awtorizzat:

(i)    il-kard tas-sewwieq, tas-sewwieq;

(ii)    kwalunkwe rekord manwali u kopja stampata li jkunu saru matul il-jum attwali u t-28 jum preċedenti; u

(iii)    il-folji ta’ reġistrazzjoni li jaqblu mal-istess perjodu bħal dak imsemmi fil-punt (ii) li matulu huwa saq vettura attrezzata b’takografu analoġiku.

Mill-31 ta’ Diċembru 2024, il-perjodu ta’ 28 jum imsemmi fil-punti (i) u (iii) tal-paragrafu 1 u fil-punt (ii) tal-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’56 jum.



3.    Uffiċjal tal-kontroll awtorizzat jista’ jivverifika l-konformità mat-Taqsima 2 tal-Parti B permezz ta’ analiżi tal-folji ta’ reġistrazzjoni, tad-data murija, stampata jew imniżżla li tkun ġiet irreġistrata mit-takografu jew mill-kard tas-sewwieq jew, fin-nuqqas ta’ dan, ta’ kwalunkwe dokument ta’ sostenn ieħor li jiġġustifika n-nuqqas ta’ konformità ma’ dispożizzjoni ta’ dik it-Taqsima.

ARTIKOLU 11

Proċeduri għas-sewwieqa fil-każ ta’ tagħmir li ma jaħdimx sew

Waqt li t-takografu jkun bil-ħsara jew ma jkunx qiegħed jaħdem sew, is-sewwieq għandu jimmarka data li tippermettilu jiġi identifikat (l-isem, in-numru tal-kard tas-sewwieq jew tal-liċenzja tas-sewqan), inkluża firma, kif ukoll l-informazzjoni għall-perjodi varji ta’ żmien li ma jkunux għadhom irreġistrati jew stampati b’mod korrett mit-takografu:

(a)    fuq il-folja jew folji ta’ reġistrazzjoni; jew

(b)    fuq folja temporanja li trid tiġi mehmuża mal-folja ta’ reġistrazzjoni jew tinżamm flimkien mal-kard tas-sewwieq.



ARTIKOLU 12

Miżuri ta’ infurzar

1.    Kull Parti għandha tadotta l-miżuri xierqa kollha sabiex tiżgura l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 2, 3 u 4 tal-Parti B, b’mod partikolari billi, kull sena, tiżgura livell adegwat ta’ kontrolli mal-ġenb tat-triq u kontrolli mwettqa fil-bini ta’ impriżi li jkopru sezzjoni trasversali kbira u rappreżentattiva ta’ ħaddiema mobbli, sewwieqa, impriżi u vetturi tal-kategoriji kollha tat-trasport li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk it-Taqsimiet.

L-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jorganizzaw il-kontrolli sabiex:

(i)    matul kull sena kalendarja, għandu jiġi kkontrollat minimu ta’ 3 % tal-jiem li jinħadmu mis-sewwieqa tal-vetturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 2 tal-Parti B; u

(ii)    tal-anqas għandu jiġi kkontrollat 30 % tal-għadd totali ta’ jiem tax-xogħol ikkontrollati mal-ġenb tat-triq u tal-anqas 50 % fil-bini tal-impriżi.

L-elementi tal-kontrolli mal-ġenb tat-triq għandhom jinkludu:

(i)    perjodi ta’ sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, interruzzjonijiet u perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u kull ġimgħa;

(ii)    il-folji ta’ reġistrazzjoni tal-jiem preċedenti, li għandhom ikunu abbord il-vettura, u/jew id-data maħżuna għall-istess perjodu fuq il-kard tas-sewwieq u/jew fil-memorja tat-takografu u/jew fuq il-kopji stampati, meta jkun meħtieġ; u



(iii)    il-funzjonament korrett tat-takografu.

Dawn il-kontrolli għandhom isiru mingħajr diskriminazzjoni fost vetturi, impriżi u sewwieqa kemm jekk residenti kif ukoll jekk le, u irrispettivament mill-oriġini jew id-destinazzjoni tal-vjaġġ jew it-tip ta’ takografu.

L-elementi tal-kontrolli fil-bini tal-impriżi għandhom jinkludu, minbarra l-elementi suġġetti għall-kontrolli mal-ġenb tat-triq:

(i)    il-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa u l-perjodi taż-żmien tas-sewqan bejn dawn il-perjodi ta’ mistrieħ;

(ii)    limiti ta’ sewqan kull ġimagħtejn;

(iii)    kumpens għal perjodi mnaqqsa ta’ mistrieħ fil-ġimgħa f’konformità mal-Artikolu 6(6) u (7) tat-Taqsima 2 tal-Parti B; u

(iv)    l-użu ta’ folji ta’ reġistrazzjoni u/jew data tal-unità ta’ vettura u tal-kard tas-sewwieq u kopji stampati u/jew l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tas-sewwieqa.

2.    Jekk is-sejbiet ta’ kontroll mal-ġenb tat-triq fuq is-sewwieq ta’ vettura rreġistrata fit-territorju tal-Parti l-oħra jipprovdu raġunijiet sabiex jiġi mifhum li sar ksur li ma jistax jiġi identifikat matul il-kontroll minħabba nuqqas ta’ data meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti f’kull Parti għandhom jgħinu lil xulxin sabiex jiċċaraw is-sitwazzjoni. F’każijiet meta, għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti f’Parti jwettqu kontroll fil-bini tal-impriża, ir-riżultati ta’ dan il-kontroll għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra.



3.    L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet għandhom jaħdmu f’kooperazzjoni ma’ xulxin fl-organizzazzjoni ta’ kontrolli mal-ġenb tat-triq miftiehma.

4.    Kull Parti għandha tintroduċi sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għall-impriżi bbażata fuq in-numru relattiv u s-severità relattiva ta’ kwalunkwe ksur kif stabbilit fl-Appendiċi X-A-1-1 u ta’ kwalunkwe ksur inkluż fil-lista stabbilita fl-Appendiċi X-A-1-1bis.

5.    Impriżi b’rata għolja ta’ riskju għandhom ikunu kkontrollati b’akbar reqqa u aktar spiss.

6.    Kull Parti u, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru, għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li jimponu penali fuq operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u/jew fuq xufier għal ksur tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-ħin tas-sewqan, il-pawżi u l-perjodi ta’ mistrieħ misjuba fit-territorju tagħha u li għalihom ma tkunx diġà ġiet imposta penali, anki meta dak il-ksur ikun twettaq fit-territorju tal-Parti l-oħra jew, fil-każ tal-Unjoni, fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz.



Appendiċi X-B-4-1

ADATTAMENTI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET
TEKNIĊI TAT-TAKOGRAFU ANALOGU

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

(a)    Fit-Taqsima III (Rekwiżiti ta’ kostruzzjoni għall-apparat ta’ reġistrazzjoni), fil-paragrafu 4.1 tas-subtaqsima (c) (Apparat ta’ reġistrazzjoni), għal “punti (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 34(5)(b) ta’ dan ir-Regolament” issostitwixxi “punti (ii), (iii) u (iv) tal-punt (b) tal-Artikolu 6(5) tat-Taqsima 4 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

(b)    Fit-Taqsima III (Rekwiżiti ta’ kostruzzjoni għall-apparat ta’ reġistrazzjoni), fil-paragrafu 4.2 tas-subtaqsima (c) (Apparat ta’ reġistrazzjoni), għal “Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament” issostitwixxi “Artikolu 6(5) tat-Taqsima 4 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

(c)    Fit-Taqsima IV (Folji ta’ reġistrazzjoni, fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 tas-subtaqsima (a) (Punti ġenerali), għal “Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament” issostitwixxi “Artikolu 6(6) tat-Taqsima 4 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

(d)    Fit-Taqsima V (Stallazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni), fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, għal “dan ir-Regolament” issostitwixxi “it-Taqsima 4 tal-Parti B u t-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;



(e)    Fit-Taqsima V (Stallazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni), fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5, għal “Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill” issostitwixxi “ir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3)” u għal “dan ir-Regolament” issostitwixxi “Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

(f)    Fit-Taqsima VI (Kontrolli u spezzjonijiet), fit-test ta’ qabel il-paragrafu 1, wara “l-Istati Membri” daħħal “u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà”;

(g)    Fit-Taqsima VI (Kontrolli u spezzjonijiet), fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 (Ċertifikazzjoni ta’ strumenti ġodda jew imsewwija), wara “L-Istati Membri” jdaħħlu “u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, u għal “dan ir-Regolament” issostitwixxi “it-Taqsima 4 tal-Parti B u t-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

(h)    Fit-Taqsima VI (Kontrolli u spezzjonijiet), fis-subparagrafu (b) tal-paragrafu 3 (Spezzjonijiet perjodiċi), wara “Stat Membru” daħħal “u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà”.



Appendiċi X-B-4-2

ADATTAMENTI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET
TEKNIĊI TAT-TAKOGRAFU DIĠITALI

L-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, inklużi l-Appendiċi kif rivedut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2135/98 77 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

1.    Fil-każ tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ir-referenzi għall-“Istat Membru” huma sostitwiti b’“Parti”, ħlief għar-referenzi fis-subtaqsima IV (Rekwiżiti tal-kostruzzjoni u tal-funzjoni għal biljetti takografiċi), il-paragrafu 174 u s-subtaqsima VII (Il-ħruġ tal-biljetti), il-paragrafu 268a;

2.    Għal “Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85” u “Regolament (KE) Nru 561/2006” issostitwixxi “Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

It-Taqsima I (Definizzjonijiet) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:



3.    Il-punt (u) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(u)    “ċirkonferenza effettiva tat-tajers tar-roti” tfisser il-medja tad-distanzi vjaġġati minn kull rota li tmexxi l-vettura (roti tas-sewqan) matul dawra sħiħa. Il-kejl ta’ dawn id-distanzi għandu jsir f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar standard kif definit fir-rekwiżit 414 u huwa espress fil-forma “l =… mm”. Il-manifatturi tal-vettura jistgħu jissostitwixxu l-kejl ta’ dawn id-distanzi b’kalkolu teoretiku li jqis id-distribuzzjoni tal-piż fuq il-fusien, il-vettura mhux mgħobbija f’kundizzjoni ta’ tħaddim normali, jiġifieri bi fluwidu berried, lubrikanti, fjuwil, għodda, stepni u sewwieq. Il-metodi għal dak il-kalkolu teoretiku huma suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti f’Parti u jistgħu jseħħu biss qabel l-attivazzjoni tat-takografu;”

4.    Fil-punt (bb), ir-referenza għad-“Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE” hija sostitwita bi “l-liġi applikabbli ta’ kull Parti”.

5.    Il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ċertifikazzjoni tas-sigurtà” tfisser: proċess sabiex ikun iċċertifikat, minn entità taċ-ċertifikazzjoni tal-Kriterji Komuni, li l-apparat tar-reġistrazzjoni (jew komponent) jew il-biljett takografiku taħt l-investigazzjoni jilħaq ir-rekwiżiti tas-sigurtà definiti fl-Appendiċi 10 (Għanijiet ġenerali tas-sigurtà);”

6.    Fil-punt (mm), ir-referenza għad-“Direttiva 92/23/KEE” hija sostitwita bir-“Regolament UNECE Nru 54”.



7.    Fil-punt (nn), in-nota f’qiegħ il-paġna 17 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura” tfisser kombinazzjoni fissa ta’ karattri assenjati lil kull vettura mill-manifattur, li tikkonsisti f’żewġ taqsimiet: l-ewwel waħda, magħmula minn mhux aktar minn sitt karattri (ittri jew figuri), li jidentifikaw il-karatteristiċi ġenerali tal-vettura, b’mod partikolari t-tip u l-mudell; it-tieni, komposta minn tmien karattri li minnhom l-ewwel erbgħa jistgħu jkunu ittri jew figuri u l-erbgħa l-oħra figuri biss, li tipprovdi, flimkien mal-ewwel taqsima, identifikazzjoni ċara ta’ vettura partikulari.”

8.    Fil-punt (rr), l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“–    installat u użat biss f’vetturi tat-tip M1 u N1 kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3)”,

It-Taqsima II (Karatteristiċi ġenerali u funzjonijiet tal-apparat ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

9.    Fil-paragrafu 004, jitħassar l-ewwel subparagrafu.

It-Taqsima III (Kostruzzjoni u rekwiżiti funzjonali tal-apparat ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

10.    Fil-paragrafu 065, ir-referenza għad-“Direttiva 2007/46/KE” hija sostitwita bir-“Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).”



11.    Fil-paragrafu 162, ir-referenza għad-“Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE tal-31 ta’ Ottubru 1995 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE” hija sostitwita b’“Regolament tal-UNECE Nru 10”.

It-Taqsima IV (Rekwiżiti tal-kostruzzjoni u tal-funzjoni għal biljetti takografiċi) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

12.    Fil-paragrafu 174, ir-referenza għal “UK: ir-Renju Unit” hija sostitwita bi” Għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, is-sinjal ta’ distinzjoni għandu jkun ir-Renju Unit.”

13.    Fil-paragrafu 185, ir-referenza għal “territorju tal-Komunità” hija sostitwita bi “it-territorju tal-Unjoni u ta’ Ġibiltà”.

14.    Fil-paragrafu 188, ir-referenza għad-“Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE tal-31 ta’ Ottubru 1995” hija sostitwita bir-“Regolament UNECE Nru 10”.

15.    Fil-paragrafu 189, jitħassar l-ewwel subparagrafu.

It-Taqsima V (Installazzjoni ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

16.    Fil-paragrafu 250a, ir-referenza għar-“Regolament (KE) Nru 68/2009” hija sostitwita bl-“Appendiċi 12 ta’ dan l-Anness.”



17.    Is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti dwar iċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jitneħħew is-siġilli, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti C ta’ dan l-Anness X, huma definiti fil-Kapitolu V (3) ta’ dan l-Anness”

18.    Taħt is-subtaqsima 1 (Approvazzjoni ta’ fitters jew imħażen tax-xogħol), ir-referenza għall- “Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament” hija sostitwita b’“Artikoli 5 (1) u 8 tat-Taqsima 2 tal-Parti C ta’ dan l-Anness”.

It-Taqsima VII (Ħruġ tal-Biljetti) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

19.    Fil-paragrafu 268a, wara “Stati Membri”, kull fejn iseħħ, daħħal “u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà”.

It-Taqsima VIII (Approvazzjoni tat-tip ta’ tagħmir tal-apparat u biljetti takografiċi) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

20.    Fil-paragrafu 271, tħalli barra “skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament”.

L-Appendiċi 1 (Dizzjunarju tad-data) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

21.    Fil-punt 2.111, ir-referenza għad-“Direttiva 92/23 (KEE) 31.3.1992, ĠU L 129, p. 95” hija sostitwita bir-“Regolament UNECE Nru 54”.



L-Appendiċi 9 (Tip ta’ approvazzjoni - Lista ta’ Testijiet Minimi Mitluba) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

21.    Fis-sottopunt 5.1 tat-Taqsima 2 (Testijiet funzjonali tal-unità tal-vettura), ir-referenza għad-“Direttiva 95/54/KE” hija sostitwita bir-“Regolament tal-UNECE Nru 10”.

22.    Fis-sottopunt 5.1 tat-Taqsima 3 (Testijiet ta’ funzjoni tas-senser taċ-ċaqliq), ir-referenza għad-“Direttiva 95/54/KE” hija sostitwita bir-“Regolament tal-UNECE Nru 10”.

L-Appendiċi 12 (Adapter għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

23.    Fit-Taqsima 4 (Rekwiżiti ta’ kostruzzjoni u funzjonali għall-adapter) fil-paragrafu 4.5 (karatteristiċi tat-twettiq) f’ADA_023, għad-“Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE” tissostitwixxi r- “Regolament tal-UNECE Nru 10”.

24.    Fil-punt 5.1 tat-tabella taħt is-subtaqsima 7.2 (Ċertifikat funzjonali), għad-“Direttiva 2006/28/KE” tissostitwixxi “Regolament tal-UNECE Nru 10”.



Appendiċi X-B-4-3

ADATTAMENTI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
TAT-TAKOGRAFU INTELLIĠENTI 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799, inklużi l-Annessi u l-Appendiċi tiegħu, fil-verżjoni tiegħu sal-20 ta’ Awwissu 2023, huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

1.    Fil-każ tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ir-referenzi għal “Stat Membru” huma sostitwiti b’“Parti”, ħlief għar-referenzi fil-punt (229) tas-subtaqsima 4.1 u fil-punt (424) tat-Taqsima 7;

2.    Għal “Regolament (KEE) Nru 3820/85” u “Regolament (KE) Nru 561/2006” issostitwixxi “Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

3.    Għal “Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “Taqsima 4 tal-Parti B u Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim, ħlief għar-referenzi fil-punt (402) tas-subtaqsima 5.3 u fil-punt (424) tat-Taqsima 7”;

4.    Għal “Direttiva (UE) Nru 2015/719” u “Direttiva tal-Kunsill Nru 96/53/KE” issostitwixxi “Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”.



It-Taqsima 1 (Definizzjonijiet) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

5.    Il-punt (u) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(u)    “ċirkonferenza effettiva tar-roti” tfisser:

il-medja tad-distanzi vjaġġati minn kull rota li tmexxi l-vettura (roti tas-sewqan) matul dawra sħiħa. Il-kejl ta’ dawn id-distanzi għandu jsir f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar standard kif definit fir-rekwiżit 414 u huwa espress fil-forma “l =… mm”. Il-manifatturi tal-vettura jistgħu jissostitwixxu l-kejl ta’ dawn id-distanzi b’kalkolu teoretiku li jqis id-distribuzzjoni tal-piż fuq il-fusien, il-vettura mhux mgħobbija f’kundizzjoni ta’ tħaddim normali, jiġifieri bi fluwidu berried, lubrikanti, fjuwil, għodda, stepni u sewwieq. Il-metodi għal dak il-kalkolu teoretiku huma suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti f’Parti u jistgħu jseħħu biss qabel l-attivazzjoni tat-takografu;”;

6.    Fil-punt (hh), ir-referenza għad-“Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE” hija sostitwita bi “l-liġi applikabbli ta’ kull Parti”;

7.    Fil-punt (uu), ir-referenza għad-“Direttiva 92/23/KEE” hija sostitwita bir-“Regolament UNECE Nru 54”;



8.    Fil-punt (vv), in-nota f’qiegħ il-paġna 9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura” tfisser kombinazzjoni fissa ta’ karattri assenjati lil kull vettura mill-manifattur, li tikkonsisti f’żewġ taqsimiet: l-ewwel waħda, magħmula minn mhux aktar minn sitt karattri (ittri jew figuri), li jidentifikaw il-karatteristiċi ġenerali tal-vettura, b’mod partikolari t-tip u l-mudell; it-tieni, komposta minn tmien karattri li minnhom l-ewwel erbgħa jistgħu jkunu ittri jew figuri u l-erbgħa l-oħra figuri biss, li tipprovdi, flimkien mal-ewwel taqsima, identifikazzjoni ċara ta’ vettura partikulari.”;

9.    Fil-punt (yy) l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“–    installat u użat biss f’vetturi tat-tip M1 u N1 kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3);”;

10.    Il-punt (aaa) jitħassar;

11.    fil-punt (ccc), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’“il-15 ta’ Ġunju 2019”.

It-Taqsima 2 (Karatteristiċi ġenerali u rekwiżiti funzjonali tat-tagħmir tar-reġistrazzjoni) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

12.    L-aħħar subparagrafu tal-paragrafu (7) tas-subtaqsima 2.1 jitħassar.



It-Taqsima 3 (Rekwiżiti dwar il-bini u l-funzjonament tal-apparat tar-rekordjar) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

13.    Fil-punt (200) tas-subtaqsima 3.20, titħassar it-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu.

14.    Il-punt (201) tas-subtaqsima 3.20 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-unità ta’ vettura għandha tkun ukoll kapaċi toħroġ id-data segwenti bl-użu ta’ rabta serjali ddedikata indipendenti minn konnessjoni fuq sistema CAN mhux obbligatorja (ISO 11898 Vetturi tat-triq — Skambju ta’ informazzjoni diġitali — Controller Area Network (CAN) għal komunikazzjoni b’veloċità għolja), sabiex tippermetti l-ipproċessar tagħhom minn unitajiet elettroniċi oħrajn installati fil-vettura:

   id-data u l-ħin attwali tal-UTC,

   il-veloċità tal-vettura,

   id-distanza totali li mxiet il-vettura (odometru),

   l-attività tas-sewwieq li huwa magħżul attwalment u tal-assistent sewwieq,

   l-informazzjoni jekk xi kard tat-takografu hija attwalment imdaħħla fis-slot tas-sewwieq u fis-slot tal-assistent sewwieq u (jekk applikabbli) informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-kards korrispondenti (in-numru tal-kard u l-pajjiż emittenti).

Data oħra tista’ tinħareġ ukoll b’żieda ma’ din il-lista minima.



Meta l-ignixin tal-vettura jkun ON (MIXGĦUL), din id-data għandha tixxandar b’mod permanenti. Meta l-ignixin tal-vettura jkun OFF (MITFI), tal-anqas xi bidla tal-attività tas-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq u/jew xi inserzjoni jew ħruġ tal-biljett tat-takografu għandha tiġġenera data maħruġa korrispondenti. Fil-każ li d-data maħruġa nżammet waqt li l-ignixin tal-vettura huwa OFF, dik id-data għandha ssir disponibbli ladarba l-ignixin tal-vettura jerġa’ jkun ON.

Il-kunsens tas-sewwieq għandu jkun meħtieġ f’każ li tiġi trażmessa data personali.”

It-Taqsima 4 (Rekwiżiti tal-kostruzzjoni u tal-funzjoni għal biljetti takografiċi) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

Fil-Punt (229) tas-subtaqsima 4.1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, is-sinjal ta’ distinzjoni għandu jkun ir-Renju Unit.”;

15.    Fil-Punt (229) tas-subtaqsima 4.1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

16.    Fil-punt (237), għal “Artikolu 26.4 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “l-Artikolu 9(2) tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

17.    Fil-punt (241) tas-subtaqsima 4.4 tal-Kapitolu 4 ta’ dan l-Anness, il-kelma “territorju Komunitarju” hija sostitwita bi “it-territorju tal-Unjoni u ta’ Ġibiltà”;

18.    Il-Punt (246) tas-subtaqsima 4.5 jitħassar.



It-Taqsima 5 (Installazzjoni ta’ tagħmir ta’ reġistrazzjoni) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

19.    L-ewwel paragrafu tal-punt (397) tas-subtaqsima 5.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(397)    Għall-vetturi M1 u N1 biss, li huma mgħammra b’adapter f’konformità mal-Appendiċi 16 ta’ dan l-Anness, u fejn mhux possibbli li tiġi inkluża l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif deskritt fir-Rekwiżit 396, tista’ tintuża plakka oħra addizzjonali. F’każijiet bħal dawn, din il-plakka addizzjonali għandu jkollha mill-anqas l-aħħar 4 inċiżi deskritti fir-Rekwiżit 396.”;

20.    Fil-punt (402) tas-subtaqsima 5.3, għal “l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “l-Artikolu 5(3) tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim.”.

It-Taqsima 6 (Il-kontrolli, l-ispezzjonijiet u t-tiswijiet) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

21.    Is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti dwar iċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jitneħħew is-siġilli huma definiti fil-Kapitolu 5.3 ta’ dan l-Anness.”;



It-Taqsima 7 (Il-ħruġ tal-biljetti) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 hija adattata għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

22.    Fil-punt (424), wara r-referenza għal “Stati Membri” daħħal “ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà”, u għar-referenza għal “Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “Artikolu 13 tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X għal dan il-Ftehim”.

L-Appendiċi 1 (Dizzjunarju tad-data) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

23.    Fil-punt 2.163, għad-“Direttiva 92/23/KEE” tissostitwixxi r-“Regolament tal-UNECE Nru 54”.

L-Appendiċi 11 (Mekkaniżmi komuni tas-sigurtà) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

24.    Fil-punt 9.1.4 (Il-livell tat-tagħmir: l-unitajiet tal-vettura), fl-ewwel nota taħt CSM_78, għal “Regolament (UE) Nru 581/2010” issostitwixxi “Artikolu 7(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”.

25.    Fil-punt 9.1.5 (Il-livell tat-tagħmir: biljetti takografiċi), fin-nota taħt CSM_89, għal “Regolament (UE) Nru 581/2010” issostitwixxi “Artikolu 7(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”.



L-Appendiċi 12 (Lokalizzazzjoni bbażata fuq Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (Global Navigation Satellite System, GNSS)) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

26.    Jitħassar it-tieni subparagrafu tat-Taqsima 1 (Introduzzjoni).

27.    Fit-Taqsima 2 (Speċifikazzjoni tar-riċevitur tal-GNSS), ir-referenza għal “kompatibbiltà mas-servizzi pprovduti mill-programmi Galileo u s-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”, hija sostitwita b’ “kompatibbiltà mas-Sistemi ta’ Awmentazzjoni Bbażati fuq is-Satellita (SBAS)”.

L-Appendiċi 16 (Adapter għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

28.    Fil-punt 5.1 tat-tabella taħt it-Taqsima (7) (L-approvazzjoni tat-tip ta' apparat tar-rekordjar meta jintuża adaptor), ir-referenza għad-“Direttiva 2006/28/KE” hija sostitwita bir- “Regolament tal-UNECE Nru 10”.



Appendiċi X-B-4-4

ADATTAMENTI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
TAT-TAKOGRAFU INTELLIĠENTI 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799, inklużi l-Annessi u l-Appendiċi tiegħu, huwa adattat għall-fini ta’ din it-Taqsima kif ġej:

L-adattamenti li ġejjin japplikaw fl-Anness I C kollu, inkluż l-Appendiċijiet minn 1 sa 17 tiegħu:

(a)    Fil-każ tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ir-referenzi għal “Stat Membru” jew “Stati Membri”, kull fejn jokkorru, huma sostitwiti b’“Parti”, ħlief għar-referenzi fil-punt (229) tas-subtaqsima 4.1 u fil-punt (424) tat-Taqsima 7;

(b)    Għal “Regolament(KE) Nru 561/2006” u “Regolament (KE) Nru 561/2006” tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill” issostitwixxi “Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

(c)    għal “Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “Taqsima 4 tal-Parti B u Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”, ħlief għar-referenzi fil-punti (226d), (237), (402), (424), ITS_01, MIG_025, u, fl-Appendiċi 14, fl-ewwel paragrafu tat-taqsima 1, fit-tieni paragrafu tat-taqsima 2, fit-taqsima 3 u fil-punt DSC_26;

(d)    għal “Direttiva (UE) Nru 2015/719” u “Direttiva tal-Kunsill Nru 96/53/KE” issostitwixxi “Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;



(e)    għal “Anness I B tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85” issostitwixxi “Anness I B tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 kif adattat mill-Appendiċi X-B-4–2 tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

1.    it-Taqsima (Definizzjonijiet) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 hija adattata aktar kif ġej:

(f)    il-punt (u) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(u)    “ċirkonferenza effettiva tar-roti” tfisser: il-medja tad-distanzi vjaġġati minn kull rota li tmexxi l-vettura (roti ta’ propulsjoni) matul dawra sħiħa. Il-kejl ta’ dawn id-distanzi għandu jsir f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar standard kif definit fir-rekwiżit 414 u huwa espress fil-forma “l =… mm”. Il-manifatturi tal-vettura jistgħu jissostitwixxu l-kejl ta’ dawn id-distanzi b’kalkolu teoretiku li jqis id-distribuzzjoni tal-piż fuq il-fusien, il-vettura mhux mgħobbija f’kundizzjoni ta’ tħaddim normali, jiġifieri bi fluwidu berried, lubrikanti, fjuwil, għodda, stepni u sewwieq. Il-metodi għal dak il-kalkolu teoretiku huma suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti f’Parti u jistgħu jseħħu biss qabel l-attivazzjoni tat-takografu;”;

(g)    fil-punt (hh), ir-referenza għad-“Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE, kif emendata l-aħħar” hija sostitwita bi “l-liġi applikabbli ta’ kull Parti”;

(h)    fil-punt (uu), ir-referenza għad-“Direttiva 92/23/KEE, kif emendata l-aħħar” hija sostitwita bir-“Regolament UNECE Nru 54”;



(i)    in-nota ta’ qiegħ il-paġna fil-punt (vv) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura” tfisser kombinazzjoni fissa ta’ karattri assenjati lil kull vettura mill-manifattur, li tikkonsisti f’żewġ taqsimiet: l-ewwel waħda, magħmula minn mhux aktar minn sitt karattri (ittri jew figuri), li jidentifikaw il-karatteristiċi ġenerali tal-vettura, b’mod partikolari t-tip u l-mudell; it-tieni, komposta minn tmien karattri li minnhom l-ewwel erbgħa jistgħu jkunu ittri jew figuri u l-erbgħa l-oħra figuri biss, li tipprovdi, flimkien mal-ewwel taqsima, identifikazzjoni ċara ta’ vettura partikulari.”;

(j)    fil-punt (yy), l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“–    installat u użat biss f’vetturi tat-tip M1 u N1 kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3);”;

(k)    il-punt (aaa) jitħassar;

(l)    fil-punt (ccc), id-definizzjoni ta’ “data ta’ introduzzjoni” hija sostitwita bi “il-21 ta’ Frar 2024”;

2.    It-Taqsima 2 (Karatteristiċi ġenerali u funzjonijiet tal-apparat tar-rekordjar) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 hija adattata aktar kif ġej:

(m)    l-aħħar subparagrafu tal-paragrafu (7) tas-subtaqsima 2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan isir f’konformità mal-Artikolu 4 tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim.”;



3.    It-Taqsima 3 (Rekwiżiti dwar il-bini u l-funzjonament tal-apparat tar-rekordjar) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 hija adattata aktar kif ġej:

(n)    il-punt (201) tas-subtaqsima 3.20 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-unità ta’ vettura għandha tkun ukoll kapaċi toħroġ id-data segwenti bl-użu ta’ rabta serjali ddedikata indipendenti minn konnessjoni fuq sistema CAN mhux obbligatorja (ISO 11898 Vetturi tat-triq — Skambju ta’ informazzjoni diġitali — Controller Area Network (CAN) għal komunikazzjoni b’veloċità għolja), sabiex tippermetti l-ipproċessar tagħhom minn unitajiet elettroniċi oħrajn installati fil-vettura:

   id-data u l-ħin attwali tal-UTC,

   il-veloċità tal-vettura,

   id-distanza totali li mxiet il-vettura (odometru),

   l-attività tas-sewwieq li huwa magħżul attwalment u tal-assistent sewwieq,

   l-informazzjoni jekk xi kard tat‑takografu hija attwalment imdaħħla fis-slot tas-sewwieq u fis-slot tal-assistent sewwieq u (jekk applikabbli) informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-kards korrispondenti (in-numru tal-kard u l-pajjiż emittenti).

Data oħra tista’ tinħareġ ukoll b’żieda ma’ din il-lista minima.



Meta l-ignixin tal-vettura jkun ON, din id-data għandha tixxandar b’mod permanenti. Meta l-ignixin tal-vettura jkun OFF, tal-inqas kwalunkwe bidla tal-attività tas-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq u/jew kwalunkwe inserzjoni jew ħruġ tal-kard tat-takografu għandha tiġġenera output tad-data korrispondenti. Fil-każ li d-data maħruġa nżammet waqt li l-ignixin tal-vettura huwa OFF, dik id-data għandha ssir disponibbli la darba l-ignixin tal-vettura jerġa’ jkun ON.

Il-kunsens tas-sewwieq għandu jkun meħtieġ f’każ li tiġi trażmessa data personali.”;

(o)    fil-punt (226d) tat-Taqsima 3.28, titħassar “, f’konformità mal-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014”;

4.    It-Taqsima 4 (Rekwiżiti tal-kostruzzjoni u funzjonali għall-kards tat-takografu) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 hija adattata aktar kif ġej:

(p)    fil-punt (229) tas-subtaqsima 4.1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, is-sinjal ta’ distinzjoni għandu jkun GIB.”;

(q)    fil-punt (237) għal “Artikolu 26.4 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “l-Artikolu 9(2) tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra”;

(r)    fil-punt (241) tas-subtaqsima 4.4 il-kelma “territorju tal-Komunità” hija sostitwita bi “it-territorju tal-Unjoni u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà”;



5.    It-Taqsima 5 (Installazzjoni ta’ apparat ta’ rekordjar) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 hija adattata aktar kif ġej:

(s)    L-ewwel paragrafu tal-punt (397) tas-subtaqsima 5.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(397)    Għall-vetturi M1 u N1 biss, li huma mgħammra b’adapter f’konformità mal-Appendiċi 16 ta’ dan l-Anness, u fejn mhux possibbli li tiġi inkluża l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif deskritt fir-Rekwiżit 396, tista’ tintuża plakka oħra addizzjonali. F’każijiet bħal dawn, din il-plakka addizzjonali għandu jkollha mill-anqas l-aħħar 4 inċiżi deskritti fir-Rekwiżit 396.”;

(t)    Fil-punt (402) tas-subtaqsima 5.3, għal “l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “l-Artikolu 5(3) tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim.”;

6.    It-Taqsima 6 (Kontrolli, spezzjonijiet u tiswijiet) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 hija adattata aktar kif ġej:

(u)    is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-rekwiżiti dwar iċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jitneħħew is-siġilli huma definiti fil-Kapitolu 5.3 ta’ dan l-Anness.”;

7.    It-Taqsima 7 (Ħruġ tal-Kard) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 hija adattata aktar kif ġej:

(v)    fil-punt (424), wara r-referenza għal “Stati Membri” daħħal “ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà”, u għar-referenza għal “Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” issostitwixxi “Artikolu 13 tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness X għal dan il-Ftehim”;



8.    L-Appendiċi 1 (Dizzjunarju tad-data) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 huwa adattat aktar kif ġej:

(w)    fil-punt 2.163, għal “id-Direttiva 92/23 (KEE) 31/03/92 O.J. L129 p.95” issostitwixxi “ir-Regolament tal-UNECE Nru 54”;

9.    L-Appendiċi 11 (Mekkaniżmi ta’ sigurtà komuni) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 huwa adattat aktar kif ġej:

(x)    fil-punt 9.1.4 (Il-livell tat-tagħmir: l-unitajiet tal-vettura), fl-ewwel nota taħt CSM_78, għal “Regolament (UE) Nru 581/2010” issostitwixxi “Artikolu 7(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

(y)    fil-punt 9.1.5 (Il-livell tat-tagħmir: il-kards tat-takografu), fin-nota taħt CSM_89, għal “Regolament (UE) Nru 581/2010” issostitwixxi “Artikolu 7(5) tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim”;

10.    L-Appendiċi 12 (Lokalizzazzjoni bbażata fuq Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS)) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 huwa adattat aktar kif ġej:

(z)    fit-Taqsima 2 (Karatteristiċi Bażiċi tar-Riċevitur tal-GNSS), ir-referenza għal “kompatibbiltà mas-servizzi pprovduti mill-programmi Galileo u s-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”, hija sostitwita b’“kompatibbiltà mas-Sistemi ta’ Awmentazzjoni bis-Satellita (SBAS)”;



11.    L-Appendiċi 13 (Interfaċċa ITS) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 huwa adattat aktar kif ġej:

(aa)    fir-rekwiżit ITS_01, it-termini “, mitluba fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” huma mħassra;

12.    L-Appendiċi 14 (Funzjoni tal-Komunikazzjoni Remota) tal-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 huwa adattat aktar kif ġej:

   Fil-paragrafu introduttorju tat-Taqsima 1, ħalli barra “kif meħtieġ fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014”;

   Fit-tieni paragrafu tat-taqsima 2, ħalli barra “kif definit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014”;

   Fil-punt DSC 26, ħassar “f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014”.

13.    Appendiċi 15 (Migrazzjoni: Il-ġestjoni tal-koeżistenza bejn ġenerazzjonijiet u verżjonijiet differenti tat-tagħmir) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 huwa adattat aktar kif ġej:

(bb)    fis-subtaqsima 2.2, “l-Anness I C ta’ dan ir-Regolament” huwa sostitwit b’ “l-Anness I C ta’ dan ir-Regolament kif adattat mill-Appendiċi X-B-4–4 tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim.”

(cc)    fir-rekwiżit MIG 025 tas-subtaqsima 5, “l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014” hija sostitwita b’“l-Artikolu 6(7) tat-Taqsima 4 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dan il-Ftehim.”;



14.    L-Appendiċi 16 (Adaptor għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) tal-Anness I C tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 huwa adattat aktar kif ġej:

(dd)    fil-punt 5.1 tat-tabella taħt it-Taqsima (7) (Approvazzjoni tat-tip ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni meta jintuża adaptor), ir-referenza għad-“Direttiva 2006/28/KE” hija sostitwita bir-“Regolament tal-UNECE Nru 10”.

PARTI C

REKWIŻITI GĦALL-VETTURI UŻATI GĦAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA SKONT L-ARTIKOLU 281 TA’ DAN IL-FTEHIM

TAQSIMA 1

PIŻIJIET U DIMENSJONIJIET

ARTIKOLU 1

Suġġett u prinċipji

Il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi tal-vetturi li jistgħu jintużaw għall-vjaġġi msemmija fl-Artikolu 276(1) u fl-Artikolu 277 ta’ dan il-Ftehim huma dawk stabbiliti fl-Appendiċi X-C-1-1.



ARTIKOLU 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “vettura bil-mutur” tfisser kull vettura awtopropulsiva għat-triq li tivvjaġġa fit-triq awtomatikament;

(b)    “trejler” tfisser kull vettura maħsuba biex tkun agganċjata ma’ vettura bil-mutur bl-esklużjoni ta’ semitrejlers, u mibnija u mgħammra għat-trasport tal-merkanzija;

(c)    “semitrejler” tfisser kull vettura maħsuba li tkun agganċjata ma’ vettura bil-mutur b’tali mod li parti minnha jibqa’ fuq il-vettura bil-mutur b’parti sostanzjali mill-piż tagħha u mill-piż tat-tagħbija tagħha li jintrefa’ mill-vettura bil-mutur, u mibnija u mgħammra għat-trasport ta’ merkanzija;

(d)    “vettura kombinata” tfisser jew:

   ferrovija tat-triq li tikkonsisti f’vettura bil-mutur agganċjata ma’ karru; jew

   vettura artikolata li tikkonsisti f’vettura bil-mutur akkoppjata ma’ semitrejler;

(e)    “vettura kundizzjonata” tfisser kwalunkwe vettura li s-superstrutturi fissi jew mobbli tagħha huma speċjalment mgħammra għat-trasport tal-merkanzija f’temperaturi kkontrollati u li l-ġnub tagħha, inkluż l-iżolament, huma tal-anqas 45 mm ħoxnin;



(f)    “dimensjonijiet massimi awtorizzati” tfisser id-dimensjonijiet massimi għall-użu ta’ vettura;

(g)    “piż massimu awtorizzat” tfisser il-piż massimu għall-użu ta’ vettura mgħobbija;

(h)    “piż massimu awtorizzat tal-fus” tfisser il-piż massimu għall-użu ta’ fus jew grupp ta’ fusien mgħobbija;

(i)    “tunnellata” tfisser il-piż esegwit bil-massa ta’ tunnellata u għandha tikkorrispondi għal 9,8 kilonewtons (kN);

(j)    “tagħbija indiviżibbli” tfisser tagħbija li ma tistax, għall-iskop ta’ trasport bit-triq, tinqasam f’żewġ tagħbiji jew aktar mingħajr spiża mhux dovuta jew riskju ta’ ħsara u li minħabba d-dimensjonijiet jew il-massa tagħha ma tistax tinġarr minn vettura bil-mutur, trejler, ferrovija tat-triq jew vettura artikolata li tikkonforma ma’ din it-Taqsima minn kull lat;

(k)    “fjuwils alternattivi” tfisser fjuwils jew sorsi tal-enerġija li jservu, tal-inqas parzjalment, ta’ sostitut għas-sorsi ta’ żejt fossili fil-provvista tal-enerġija għat-trasport, u li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport li jikkonsistu minn:

(i)    l-elettriku kkunsmat f’kull tip ta’ vettura elettrika;

(ii)    l-idroġenu;

(iii)     gass naturali, inkluż il-bijometan, f’forma gassuża (Gass Naturali Kkompressat — CNG) u f’forma likwifikata (Gass Naturali Likwifikat — LNG);



(iv)    il-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG);

(v)    enerġija mekkanika minn sors abbord/ħażna abbord, inkluża sħana mitlufa,

(l)    “vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv” tfisser vettura bil-mutur li taħdem kompletament jew parzjalment bi fjuwil alternattiv;

(m)    “vettura b’emissjonijiet żero” tfisser vettura ta’ merkanzija tqila mingħajr magna ta’ kombustjoni interna, jew b’magna ta’ kombustjoni interna li temetti anqas minn 1 g CO2/kWh; u

(n)    “operazzjoni tat-trasport intermodali” tfisser it-trasport ta’ kontejner wieħed jew aktar jew ta’ kaxex skambjabbli, b’tul ta’ mhux aktar minn 45 pied, fejn it-trakk, it-trejler, is-semitrejler (b’unità tat-trattur jew mingħajrha), il-kaxxa skambjabbli jew il-kontejner juża t-triq fil-parti inizjali u/jew finali tal-vjaġġ u, fil-parti l-oħra, is-servizzi ferrovjarji jew tal-passaġġi fuq l-ilma intern jew marittimi.

ARTIKOLU 3

Permessi speċjali

Vettura jew kombinazzjoni ta’ vetturi li taqbeż il-piżijiet jew id-dimensjonijiet massimi stabbiliti fl-Appendiċi X-C-1-1 jistgħu biss jitħallew jiċċirkolaw fuq il-bażi ta’ permess speċjali maħruġ mingħajr diskriminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jew fuq il-bażi ta’ arranġamenti mhux diskriminatorji simili miftiehma fuq bażi ta’ każ b’każ ma’ dawk l-awtoritajiet, meta dawn il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi jġorru jew huma maħsuba li jġorru tagħbijiet indiviżibbli.



ARTIKOLU 4

Restrizzjonijiet lokali

Din it-Taqsima ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni mhux diskriminatorja tad-dispożizzjonijiet dwar it-traffiku fit-toroq fis-seħħ f’kull Parti li jippermettu li l-piż u/jew id-dimensjonijiet tal-vetturi f’ċerti toroq jew l-istrutturi tal-inġinerija ċivili jkunu limitati.

Dan jinkludi l-possibbiltà li jiġu imposti restrizzjonijiet lokali dwar id-dimensjonijiet u/jew il-piżijiet massimi awtorizzati tal-vetturi li jistgħu jintużaw f’żoni speċifiċi jew fuq toroq speċifiċi, fejn l-infrastruttura ma tkunx adattata għal vetturi twal u tqal, bħal ċentri tal-ibliet, villaġġi żgħar u postijiet ta’ interess naturali speċjali.

ARTIKOLU 5

Tagħmir ajrudinamiku mwaħħal man-naħa ta’ wara ta’ vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi

1.    Il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet tal-vetturi mgħammra b’apparat ajrudinamiku jistgħu jaqbżu t-tul massimu previst fil-punt 1.1 tal-Appendiċi X-C-1-1, sabiex jippermettu ż-żieda ta’ dak l-apparat fuq in-naħa ta’ wara tal-vetturi jew tal-kombinazzjonijiet tal-vetturi. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi mgħammra b’dak l-apparat għandhom jikkonformaw mal-punt 1.5 tal-Appendiċi X-C-1-1, u kwalunkwe żieda tat-tul massimu ma għandhiex tirriżulta f’żieda tat-tul tat-tagħbija ta’ dawk il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi.



2.    It-tagħmir ajrudinamiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet operazzjonali li ġejjin:

(a)    f’ċirkustanzi fejn is-sikurezza ta’ utenti oħra tat-triq jew tas-sewwieq tinsab f’riskju, għandu jintewa, jinġibed lura jew jinqala’ mis-sewwieq;

(b)    meta l-apparat u t-tagħmir ajrudinamiku jaqbżu t-tul ta’ 500 mm fil-pożizzjoni tal-użu, dawn għandhom ikunu jistgħu jinġibdu lura jew jintwew;

(c)    l-użu tiegħu fl-infrastrutturi tat-toroq urbani u interurbani għandu jqis il-karatteristiċi speċjali ta’ żoni fejn il-limitu ta’ veloċità jkun inqas jew ta’ 50 km/h u fejn hemm possibbiltà akbar li jkunu preżenti utenti tat-triq aktar vulnerabbli; u

(d)    meta jinġibed lura/jintewa, dan ma għandux jaqbeż it-tul massimu awtorizzat b’aktar minn 20 cm.

ARTIKOLU 6

Kabini ajrudinamiċi

Il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi jistgħu jaqbżu t-tul massimu stabbilit fil-punt 1.1 tal-Appendiċi X-C-1-1 bil-kundizzjoni li l-kabini tagħhom iwasslu prestazzjoni ajrudinamika mtejba, effiċjenza enerġetika u prestazzjoni tas-sikurezza. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi mgħammra b’dawk il-kabini għandhom jikkonformaw mal-punt 1.5 tal-Appendiċi X-C-1-1 u kwalunkwe qabża fit-tul massimu ma għandhiex tirriżulta f’żieda fil-kapaċità tat-tagħbija ta’ dawk il-vetturi.



ARTIKOLU 7

Operazzjonijiet ta’ trasport intermodali

1.    It-tul massimu stipulat fil-punt 1.1 tal-Appendiċi X-C-1-1, suġġett fejn applikabbli għall-Artikolu 6, u d-distanza massima stipulata fil-punt 1.6 tal-Appendiċi X-C-1-1, jista’ jinqabeż bi 15 cm għal vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi involuti fit-trasport ta’ kontejners ta’ 45 pied jew kaxex skambjabbli ta’ 45 pied, vojta jew mgħobbija, bil-kundizzjoni li t-trasport bit-triq tal-kontejner jew tal-kaxxa skambjabbli inkwistjoni jkun parti minn operazzjoni ta’ trasport intermodali mwettqa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn kull Parti.

2.    Għall-operazzjonijiet ta’ trasport intermodali, il-piż massimu awtorizzat tal-vettura għall-vetturi artikolati b’ħames jew sitt fusien jista’ jinqabeż b’żewġ tunnellati fil-kombinazzjoni stabbilita fil-punt 2.2.2(a) tal-Appendiċi X-C-1-1 u b’4 tunnellati fil-kombinazzjoni stabbilita fil-punt 2.2.2(b) tal-Appendiċi X-C-1-1. Il-piż massimu awtorizzat tal-vettura ta’ dawn il-vetturi ma jistax jaqbeż l-44 tunnellata.



ARTIKOLU 8

Prova ta’ konformità

1.    Bħala prova tal-konformità ma’ din it-Taqsima, il-vetturi koperti minnha għandhom iġorru waħda mill-provi msemmija:

(a)    kombinazzjoni taż-żewġ pjanċi li ġejjin:

   il-pjanċa statutorja tal-manifattur, li hija pjanċa jew tabella, imwaħħla mill-manifattur fuq vettura li tipprovdi l-karatteristiċi tekniċi ewlenin li huma meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-vettura u li tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti dwar il-mases mgħobbija massimi permessibbli; u

   pjanċa relatata mad-dimensjonijiet kemm jista’ jkun imwaħħla ħdejn il-pjanċa statutorja tal-manifattur u li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(i)    l-isem tal-manifattur;

(ii)    in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(iii)    It-tul tal-vettura bil-mutur, tat-trejler jew tas-semitrejler (L);

(iv)    il-wisgħa tal-vettura bil-mutur, tat-trejler jew tas-semi-trejler (W); u



(v)    id-data għall-kejl tat-tul tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi:

   id-distanza (a) bejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura bil-mutur u ċ-ċentru tal-apparat tal-igganċjar (ganċ ta’ trazzjoni jew nagħla); fil-każ ta’ nagħla b’diversi punti tal-akkoppjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw (amin u amax);

   id-distanza (b) bejn iċ-ċentru tal-apparat ta’ akkoppjament tat-trejler (ċirku tan-nagħla) jew tas-semitrejler (pern ewlieni) u n-naħa ta’ wara tal-karru jew tas-semitrejler; fil-każ ta’ strument b’diversi punti tal-akkoppjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw (bmin u bmax);

It-tul tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi huwa t-tul tal-vettura bil-mutur u t-trejler jew is-semitrejler imqiegħda f’linja dritta wara xulxin.

(b)    pjanċa waħda li jkun fiha l-informazzjoni dwar iż-żewġ pjanċi msemmija f’punt (a); jew

(c)    dokument uniku maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru fejn il-vettura hija rreġistrata jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni li jkun fih l-istess informazzjoni bħall-pjanċi msemmija f’punt (a). Dan għandu jinżamm f’post faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni u għandu jinżamm protett b’mod adegwat.

2.    Jekk il-karatteristiċi tal-vettura ma jibqgħux jikkorrispondu ma’ dawk indikati fuq il-prova tal-konformità, il-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru li fih il-vettura hija rreġistrata jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiżgura li l-prova tal-konformità tinbidel.



3.    Il-pjanċi u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rikonoxxuti mill-Partijiet bħala l-prova tal-konformità tal-vettura prevista f’din it-Taqsima.

ARTIKOLU 9

Infurzar

1.    Kull Parti għandha tieħu miżuri speċifiċi sabiex tidentifika vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li x’aktarx ikunu qabżu l-piż massimu awtorizzat u li għaldaqstant għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima. Dan jista’ jsir bl-għajnuna ta’ sistemi awtomatiċi stabbiliti fl-infrastruttura tat-toroq, jew permezz ta’ tagħmir tal-użin abbord installat fil-vetturi. Dak it-tagħmir tal-użin abbord għandu jkun preċiż u affidabbli, kompletament interoperabbli u kompatibbli mat-tipi kollha ta’ vetturi.

2.    Parti ma għandhiex tirrikjedi li tagħmir tal-użin abbord jiġi installat fuq vetturi jew kombinazzjonijiet ta’ vetturi li huma rreġistrati fil-Parti l-oħra.

3.    Meta jintużaw sistemi awtomatiċi sabiex jiġi stabbilit ksur ta’ din it-Taqsima u sabiex jiġu imposti penali, dawk is-sistemi awtomatiċi għandhom jiġu ċċertifikati. Meta sistemi awtomatiċi jintużaw biss għal skopijiet ta’ identifikazzjoni ma għandhomx għalfejn jiġu ċċertifikati.

4.    Il-Partijiet għandhom, skont l-Artikolu 14 tal-Parti A, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiskambjaw informazzjoni dwar ksur u penali relatati ma’ dan l-Artikolu.



Appendiċi X-C-1-1

IL-PIŻIJIET U DIMENSJONIJIET MASSIMI
U L-KARATTERISTIĊI RELATATI TAL-VETTURI

1.    Dimensjonijiet massimi awtorizzati għall-vetturi (f’metri; (m)

1.1    Tul massimu:

   vettura bil-mutur    12,00 m

   karru    12,00 m

   vettura artikolata    16,50 m

   ferrovija tat-triq    18,75 m

1.2    Wisgħa massima:

(a)    il-vetturi kollha ħlief il-vetturi msemmija fil-punt (b)    2,55 m

(b)    superstrutturi ta’ vetturi kundizzjonati jew kontejners
jew kaxxi skambjabbli kundizzjonati trasportati permezz ta’ vetturi
   2,60 m

1.3.    Għoli massimu (kwalunkwe vettura)    4,00 m



1.4.    Superstrutturi u oġġetti tal-merkanzija standardizzati li jistgħu jitneħħew bħal kontejners huma inklużi fid-dimensjonijiet speċifikati fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.6, 1.7, 1.8 u 4.4

1.5.    Kull vettura bil-mutur jew kombinazzjoni ta’ vettura f’moviment għandha tkun tista’ ddur fi ħdan erja koperta b’raġġ estern ċirku ta’ 12,50 m u raġġ intern ta’ 5,30 m

1.6.    Id-distanza massima bejn l-assi tal-pern ewlieni tan-nagħla
u wara tas-semitrejler
   12,00 m

1.7.    Id-distanza massima mkejla parallela mal-assi lonġitudinali tal-ferrovija tat-triq mill-punt estern l-iktar ’il quddiem taż-żona tat-tagħbija wara l-kabina sal-punt estern tat-trejler tal-kombinazzjoni l-iktar fuq wara, u minnha titnaqqas id-distanza bejn in-naħa ta’ wara tal-vettura żiemel u l-quddiem tat-trejler    15,65 m

1.8.    Id-distanza massima mkejla parallela għall-assi lonġitudinali tal-ferrovija tat-triq mill-punt estern l-iktar ’il quddiem taż-żona tat-tagħbija wara l-kabina sal-punt estern l-iktar lura tat-trejler kombinat    16,40 m2

2.    Piż massimu awtorizzat tal-vettura (f’tunnellati)

2.1    Vetturi li jifformaw parti minn vettura kombinata

2.1.1    trejler b’żewġ fusien    18-il tunnellata

2.1.2    trejler bi 3 fusien    24 tunnellata



2.2    Vetturi kombinati

Fil-każ ta’ vetturi kombinati li jinkludu vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew b’emissjonijiet żero, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-Taqsima jiżdiedu bil-piż addizzjonali tal-fjuwil alternattiv jew tat-teknoloġija ta’ emissjonijiet żero b’massimu ta’ tunnellata u 2 tunnellati rispettivament.

2.2.1    Ferroviji tat-triq b’ħames jew sitt fusien

(a)    vettura bil-mutur b’żewġ fusien bi trejler bi 3 fusien    40 tunnellata

(b)    vettura bil-mutur bi 3 fusien bi trejler b’żewġ fusien jew bi 3a    40 tunnellata

2.2.2    Vetturi artikolati b’ħames jew b’sitt fusien

(a)    vettura bil-mutur b’żewġ fusien bi trejler bi 3 fusien    40 tunnellata

(b)    vettura bil-mutur bi 3 fusien b’semitrejler b’żewġ jew bi 3 fusien    40 tunnellata

2.2.3.    Ferroviji tat-triq b’4 fusien li jikkonsistu
f’vettura bil-mutur b’żewġ fusien u karru b’żewġ fusien
   36 tunellata



2.2.4.    Vetturi artikolati b’4 fusien li jikkonsistu f’vettura bil-mutur b’żewġ fusien u semitrejler b’żewġ fusien, jekk id-distanza bejn il-fusien tas-semitrejler:

   tkun 1,3 m jew aktar, iżda sa 1,8 m    36 tunellata

   tkun aktar minn 1,8 m    36 tunellata

(+ marġini ta’ 2 tunnellati meta l-piż massimu awtorizzat (MAW) tal-vettura bil-mutur (18-il tunnellata) u l-MAW tal-fus tandem tas-semitrejler (20 tunnellata) jiġu rrispettati u l-fus tas-sewqan ikun mgħammar b’tajers tewmin u sospensjoni tal-arja jew sospensjoni ekwivalenti)

2.3    Vetturi bil-mutur

Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew vetturi b’emissjonijiet żero, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti fis-subtaqsimiet 2.3.1 u 2.3.2 jiżdiedu bil-piż addizzjonali tal-fjuwil alternattiv jew tat-teknoloġija ta’ emissjonijiet żero b’massimu ta’ tunnellata 1 u 2 tunnellati rispettivament.

2.3.1.    Vetturi bil-mutur b’żewġ fusien 18-il tunnellata

2.3.2.    Vetturi bil-mutur bi 3 fusien ta’ 25 tunnellata (26 tunnellata meta l-fus motorizzat ikun mgħammar b’tajers doppji u b’sospensjoni tal-arja jew b’sospensjoni ekwivalenti, jew meta kull fus motorizzat ikun mgħammar b’tajers doppji u l-piż massimu ta’ kull ma jaqbiżx id-9,5 tunnellati)



2.3.3.    Vetturi bil-mutur b’4 fusien b’żewġ fusijiet motorizzati ta’ 32 tunnellata meta l-fus motorizzat ikun mgħammar b’tajers doppji u b’sospensjoni tal-arja jew b’sospensjoni ekwivalenti, jew meta kull fus motorizzat ikun mgħammar b’tajers doppji u l-piż massimu ta’ kull fus ma jaqbiżx id-9,5 tunnellati

3.    Piż massimu awtorizzat tal-fus tal-vetturi (f’tunnellati)

3.1.    Fusien singoli

Fus singolu mhux tas-sewqan 10 tunnellati

3.2.    Fusien tandem ta’ trejlers u semitreljers.

It-total tal-piżijiet tal-fus għal kull fus tandem ma jridx jaqbeż, jekk id-distanza (d) bejn il-fusien tkun:

   inqas minn 1 m (d < 1,0)    11-il tunnellata

   bejn 1,0 m u inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3)    16-il tunellata

   bejn 1,3 m u inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8)    18-il tunnellata

   1,8 m jew aktar (1,8 ≤ d)    20 tunnellata



3.3.    Tliet fusien ta’ trejlers u semitrejlers

Is-somma tal-piżijiet tal-fus għal kull fus tripplu ma għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusien tkun:

1,3 m jew anqas (d ≤ 1.3)    21 tunnellata

iktar minn 1,3 m u sa 1,4 m (1,3 < d ≤ 1,4)    24 tunnellata

3.4.    Fus tas-sewqan

Fus motorizzat tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2 u 2.3    11,5-il tunnellata



3.5.    Fusijiet tandem tal-vetturi bil-mutur

It-total tal-piżijiet tal-fus għal kull fus tandem ma jridx jaqbeż, jekk id-distanza (d) bejn il-fusien tkun:

   inqas minn 1 m (d < 1,0)    11,5-il tunnellata

   1,0 m jew aktar iżda inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3)    16-il tunellata

   1,3 m jew aktar iżda inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8)    18-il tunnellata (19-il tunnellata meta    l-fus motorizzat ikun mgħammar    b’tajers doppji u sospensjoni tal-arja    jew sospensjoni ekwivalenti, jew    fejn kull fus motorizzat ikun    mgħammar b’tajers doppji u    fejn il-piż massimu    għal kull fus ma jaqbiżx    id-9,5 tunnellata)

4.    Karatteristiċi oħrajn tal-vetturi

4.1    Il-vetturi kollha

Il-piż imġarrab mill-fus tas-sewqan jew il-fusien tas-sewqan ta’ vettura jew kombinazzjoni ta’ vetturi ma jridx ikun anqas minn 25 % tat-total tal-piż mgħobbi tal-vettura jew tal-vettura kombinata.



4,2.    Ferrovija tat-triq

Id-distanza bejn il-fus ta’ wara ta’ vettura motorizzata u l-fus ta’ quddiem ta’ trejler ma għandhiex tkun inqas minn 3,00 m.

4.3.    Il-piż massimu awtorizzat jiddependi mill-bażi tar-roti

Il-piż massimu awtorizzat f’tunnellati metriċi ta’ vettura bil-mutur b’4 fusien ma jistax jeċċedi ħames darbiet id-distanza f’metri bejn il-fusien tal-fusien fuq quddiem nett u fuq wara nett tal-vettura.

4.4.    Semitrejlers

Id-distanza mkejla orizzontalment bejn l-assi tal-pern ewlieni tan-nagħla u kwalunkwe punt fil-quddiem tas-semitrejler m’għandhiex teċċedi t-2,04 m.



TAQSIMA 2

REKWIŻITI GĦAT-TAKOGRAFI,
IL-KARDS TAS-SEWWIEQ U L-KARDS TAL-ĦANUT TAX-XOGĦOL

ARTIKOLU 1

Suġġett u prinċipji

Din it-Taqsima tistipula r-rekwiżiti għall-vetturi fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness rigward l-installazzjoni, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi, kif imsemmi fl-Artikolu 281(2) ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 2

Definizzjonijiet

1.    Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Taqsima 2 u fl-Artikolu 2 tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness.



2.    B’żieda mad-definizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “unità ta’ vettura” tfisser it-takografu minbarra s-sensur tal-moviment u l-kejbils li jikkonnettjaw is-sensur tal-moviment. L-unità ta’ vettura tista’ tkun unità waħda jew ħafna unitajiet distribwiti fil-vettura, sakemm din tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ din it-Taqsima; l-unità tal-vettura tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, unità tal-ipproċessar, memorja tad-data, funzjoni tal-kejl tal-ħin, żewġ mezzi ta’ interfaċċja għal smart cards għas-sewwieq u t-tieni sewwieq, tagħmir li jistampa, apparat li juri karattri fuq skrin, konnetturi u faċilitajiet għad-dħul tal-inputs tal-utent;

(b)    “sensur tal-moviment” tfisser parti mit-takografu li tipprovdi sinjal rappreżentattiv tal-veloċità tal-vettura u/jew id-distanza vvjaġġata;

(c)    “kard tal-kontroll” tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Parti lil awtorità tal-kontroll nazzjonali kompetenti li tidentifika l-korp tal-kontroll u, b’mod fakultattiv, l-uffiċjal tal-kontroll, u li tippermetti aċċess għad-data maħżuna fil-memorja tad-data jew fil-kards tas-sewwieq u, b’mod fakultattiv, fil-kards tal-ħanut tax-xogħol għall-qari, l-istampar u/jew it-tniżżil;

(d)    “kard tal-ħanut tax-xogħol” tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Parti lil persunal magħżul ta’ manifattur tat-takografu, fitter, manifattur tal-vettura jew ħanut tax-xogħol, approvata minn dik il-Parti, li tidentifika d-detentur tal-kard u tippermetti l-ittestjar, il-kalibrazzjoni u l-attivazzjoni tat-takografi u/jew it-tniżżil minnhom;

(e)    “attivazzjoni” tfisser il-fażi li fiha t-takografu jsir kompletament operattiv u jimplimenta l-funzjonijiet kollha, inklużi l-funzjonijiet tas-sigurtà, permezz tal-użu ta’ kard tal-ħanut tax-xogħol;



(f)    “kalibrazzjoni” ta’ takografu diġitali tfisser l-aġġornament jew il-konferma tal-parametri tal-vettura, inkluż l-identifikazzjoni tal-vettura u l-karatteristiċi tal-vettura, li għandha tinżamm fil-memorja tad-data permezz tal-użu ta’ kard tal-ħanut tax-xogħol;

(g)    “tniżżil” minn takografu diġitali tfisser l-ikkopjar, flimkien mal-firma diġitali, ta’ parti, jew ta’ sett sħiħ. ta’ fajls ta’ data rreġistrati fil-memorja tad-data tal-unità ta’ vettura jew fil-memorja ta’ kard tat-takografu, bil-kundizzjoni li dan il-proċess ma jibdilx jew iħassar xi data maħżuna;

(h)    “ħsara” tfisser operazzjoni mhux normali li ġiet identifikata mit-takografu diġitali li tista’ tirriżulta minn funzjonament ħażin jew ħsara tal-apparat;

(i)    “installazzjoni” tfisser l-immontar ta’ takografu ġo vettura;

(j)    “spezzjoni perjodika” tfisser sett ta’ operazzjonijiet imwettqa sabiex jiġi vverifikat li t-takografu jaħdem tajjeb, li s-settings tiegħu jikkorrispondi mal-parametri tal-vettura, u li mat-takografu ma hemm imwaħħal ebda apparat ta’ manipulazzjoni;

(k)    “tiswija” tfisser kwalunkwe tiswija ta’ sensur tal-moviment jew ta’ unità ta’ vettura li tirrikjedi l-iskonnettjar tal-provvista tal-enerġija tagħha, jew l-iskonnettjar tagħha minn komponenti oħrajn tat-takografu, jew il-ftuħ tas-sensur tal-moviment jew tal-unità ta’ vettura;

(l)    “interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità tas-sistemi u tal-proċessi tan-negozju sottostanti li jiskambjaw data u jikkondividu informazzjoni;

(m)    “interfaċċa” tfisser faċilità bejn sistemi li tipprovdi l-mezzi li bihom jistgħu jiġu konnessi u jinteraġixxu ma’ xulxin;



(n)    “kejl tal-ħin” tfisser reġistru diġitali permanenti tad-data u l-ħin universali koordinati (UTC); u

(o)    “sistema ta’ messaġġi TACHOnet” tfisser is-sistema ta’ messaġġi li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Annessi I sa VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/68 78 .

ARTIKOLU 3

Installazzjoni

1.    It-takografi kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu installati fil-vetturi:

(a)    meta l-massa massima permissibbli tal-vettura, inkluż kwalunkwe trejler, jew semitrejler, taqbeż it-3,5 tunnellati; jew

(b)    mill-1 ta’ Lulju 2026, meta l-massa massima permessibbli tal-vettura, inkluż kwalunkwe trejler, jew semitrejler, taqbeż it-2,5 tunnellati.

2.    It-takografi huma:

(a)    għal vetturi li bdew jintużaw għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Mejju 2006, takografu analogu;



(b)    għall-vetturi li bdew jintużaw għall-ewwel darba bejn l-1 ta’ Mejju 2006 u t-30 ta’ Settembru 2011, l-ewwel verżjoni tat-takografu diġitali;

(c)    għall-vetturi li bdew jintużaw għall-ewwel darba bejn l-1 ta’ Ottubru 2011 u t-30 ta’ Settembru 2012, it-tieni verżjoni tat-takografu diġitali;

(d)    għall-vetturi li bdew jintużaw għall-ewwel darba bejn l-1 ta’ Ottubru 2012 u l-14 ta’ Ġunju 2019, it-tielet verżjoni tat-takografu diġitali;

(e)    għal vetturi rreġistrati għall-ewwel darba mill-15 ta’ Ġunju 2019 u sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fl-Artikolu 2(2)(g) tat-Taqsima 4 tal-Parti B, takografu intelliġenti 1; u

(f)    għal vetturi rreġistrati għall-ewwel darba aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija fl-Artikolu 2(2)(h) tat-Taqsima 4 tal-Parti B, takografu intelliġenti 2.

3.    Kull Parti tista’ teżenta mill-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima l-vetturi msemmija fl-Artikolu 8(3) tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness.

4.    Kull Parti tista’ teżenta mill-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima vetturi użati għal operazzjonijiet tat-trasport li jkunu ngħataw eċċezzjoni skont l-Artikolu 8(4) tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness. Kull Parti għandha tinnotifika minnufih lil xulxin meta tagħmel użu minn dan il-paragrafu .



5.    Mhux aktar tard minn 3 snin minn tmiem is-sena tad-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tat-takografu intelliġenti 2, il-vetturi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 li jkunu mgħammra b’takografu analogu jew b’takografu diġitali għandhom jiġu mgħammra b’takografu intelliġenti 2 meta joperaw fit-territorju ta’ Parti għajr dik fejn ikunu rreġistrati.

6.    Mhux aktar tard minn 4 snin mid-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tat-takografu intelliġenti 2, il-vetturi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 mgħammra b’takografu intelliġenti 1, għandhom jiġu mgħammra b’takografu intelliġenti 2 meta joperaw fit-territorju ta’ Parti għajr dik fejn ikunu rreġistrati.

7.    Mill-1 ta’ Lulju 2026, il-vetturi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu mgħammra b’takografu intelliġenti 2 meta joperaw fit-territorju ta’ Parti għajr dik fejn ikunu rreġistrati.

8.    Xejn f’din it-Taqsima ma għandu jaffettwa l-applikazzjoni fit-territorju tal-Unjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq lill-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni.

ARTIKOLU 4

Il-protezzjoni tad-data

1.    Kull Parti għandha tiżgura li l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ din it-Taqsima jitwettaq biss għall-fini tal-verifika tal-konformità ma’ din it-Taqsima.



2.    Kull Parti għandha, b’mod partikolari, tiżgura li d-data personali tiġi protetta kontra użi oħrajn għajr dak imsemmi b’mod strett fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’:

(a)    l-użu ta’ sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (global navigation satellite system, GNSS) għar-reġistrazzjoni ta’ data ta’ lokalizzazzjoni kif imsemmi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-takografu intelliġenti 1 u t-takografu intelliġenti 2;

(b)    l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar kards tas-sewwieqa kif imsemmi fl-Artikolu 13, u b’mod partikolari kwalunkwe skambju transfruntier ta’ tali data ma’ terzi persuni; u

(c)    ż-żamma ta’ rekords mill-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq kif imsemmi fl-Artikolu 15.

3.    It-takografi diġitali għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li jiżgura l-privatezza. Hija biss id-data meħtieġa għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għandha tiġi pproċessata.

4.    Is-sidien tal-vetturi, l-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq u kwalunkwe entità oħra kkonċernata għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali.

ARTIKOLU 5

Installazzjoni u tiswija

1.    It-takografi jistgħu jiġu installati jew imsewwija biss minn fitters, ħwienet tax-xogħol jew manifatturi tal-vettura approvati mill-awtoritajiet kompetenti f’Parti għal dak il-għan skont l-Artikolu 7.



2.    Fitters, ħwienet tax-xogħol jew manifatturi tal-vettura approvati għandhom jissiġillaw it-takografu wara li jkunu vverifikaw li qiegħed jiffunzjona kif suppost, u, b’mod partikolari, b’tali mod li jiġi żgurat li l-ebda apparat ta’ manipulazzjoni ma jista’ jbagħbas jew jibdel id-data rreġistrata.

3.    Il-fitter, il-ħanut tax-xogħol jew il-manifattur tal-vettura approvat għandu jpoġġi marka speċjali fuq is-siġilli li jwaħħal u, barra minn hekk, għandu jdaħħal, fil-każ ta’ takografi diġitali, intelliġenti 1 u intelliġenti 2, id-data tas-sigurtà elettronika sabiex jitwettqu kontrolli tal-awtentikazzjoni. Kull Parti għandha żżomm u tippubblika reġistru tal-marki u tad-data tas-sigurtà elettronika użata u l-informazzjoni meħtieġa relatata mad-data tas-sigurtà elettronika użata.

4.    Sabiex jiġi ċċertifikat li l-istallazzjoni tat-takografu seħħet skont ir-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima, għandha titwaħħal plakka tal-istallazzjoni b’mod li tidher ċara u tkun aċċessibbli faċilment.

5.    Il-komponenti tat-takografu għandhom jiġu ssiġillati. Kwalunkwe konnessjoni mat-takografu li tkun potenzjalment vulnerabbli għat-tbagħbis, inkluż il-konnessjoni bejn is-sensur tal-moviment u l-kaxxa ta’ ingranaġġ, u l-plakka tal-istallazzjoni fejn ikun rilevanti, għandha tkun issiġillata.

Siġill għandu jitneħħa jew jinkiser biss:

   minn fitters, jew ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 7 għal finijiet ta’ tiswija, manutenzjoni jew kalibrazzjoni mill-ġdid tat-takografu, jew minn uffiċjali tal-kontroll imħarrġa tajjeb u, fejn meħtieġ awtorizzati, għal finijiet ta’ kontroll; jew

   għall-iskop ta’ tiswija jew modifika tal-vettura li taffettwa s-siġill. F’dawk il-każijiet, fil-vettura għandha tinżamm dikjarazzjoni bil-miktub li ssemmi d-data u l-ħin meta s-siġill inkiser u tagħti r-raġunijiet għat-tneħħija tas-siġill.



Is-siġilli li jkunu tneħħew jew tkissru għandhom jiġu sostitwiti minn fitter jew ħanut tax-xogħol approvat mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li jkunu tneħħew jew tkissru. Meta s-siġilli jkunu tneħħew jew tkissru għal finijiet ta’ kontroll, dawn jistgħu jiġu sostitwiti minn uffiċjal tal-kontroll mgħammar b’tagħmir għall-issiġillar u marka speċjali unika mingħajr dewmien żejjed.

Meta uffiċjal tal-kontroll ineħħi siġill, il-kard tal-kontroll għandha tiddaħħal fit-takografu mill-mument tat-tneħħija tas-siġill sakemm tintemm l-ispezzjoni, inkluż fil-każ tat-tqegħid ta’ siġill ġdid. L-uffiċjal tal-kontroll għandu joħroġ dikjarazzjoni bil-miktub li jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

   in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

   l-isem tal-uffiċjal;

   l-awtorità u l-pajjiż ta’ kontroll;

   in-numru tal-kard ta’ kontroll;

   in-numru tas-siġill li jkun tneħħa;

   id-data u l-ħin tat-tneħħija tas-siġill; u

   in-numru tas-siġill il-ġdid, meta l-uffiċjal ta’ kontroll ikun qiegħed siġill ġdid.

Qabel ma jiġu sostitwiti s-siġilli, għandhom isiru kontroll u kalibrazzjoni tat-takografu minn ħanut tax-xogħol approvat, ħlief meta siġill ikun tneħħa jew tkisser għal finijiet ta’ kontroll u ġie sostitwit minn uffiċjal tal-kontroll.



ARTIKOLU 6

Spezzjonijiet ta’ takografi

1.    It-takografi għandhom jkunu suġġetti għal spezzjoni regolari minn ħwienet tax-xogħol approvati. Għandhom jitwettqu spezzjonijiet regolari tal-anqas kull sentejn.

2.    L-ispezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jikkontrollaw tal-inqas dan li ġej:

   it-takografu hu mwaħħal tajjeb u huwa adatt għall-vettura;

   it-takografu qed jaħdem tajjeb;

   it-takografu għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip;

   il-plakka tal-istallazzjoni hija mwaħħla;

   is-siġilli huma kollha intatti u effettivi;

   ma hemm ebda apparat manipulattiv imqabbad mat-takografu, jew traċċa tal-użu ta’ tali apparat; u

   id-daqs tat-tajers u ċ-ċirkonferenza proprja tat-tajers.

3.    Il-ħwienet tax-xogħol għandhom iħejju rapport ta’ spezzjoni fil-każijiet fejn irregolaritajiet fil-funzjonament tat-takografu kellhom jissewwew, kemm jekk bħala riżultat ta’ spezzjoni perjodika jew ta’ spezzjoni mwettqa b’talba speċifika tal-awtorità kompetenti nazzjonali. Dawn għandhom iżommu lista tar-rapporti kollha ta’ spezzjoni li jħejju.



4.    Ir-rapporti tal-ispezzjoni għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ sentejn mill-mument li jsir ir-rapport. Kull Parti għandha tiddeċiedi jekk ir-rapporti ta’ spezzjoni jinżammux jew jintbagħtux lill-awtorità kompetenti matul dak il-perjodu. F’każijiet fejn ir-rapporti ta’ spezzjoni jinżammu mill-ħanut tax-xogħol, b’talba mill-awtorità kompetenti, il-ħanut tax-xogħol għandu jagħmel disponibbli r-rapporti tal-ispezzjonijiet u l-kalibrazzjonijiet imwettqa matul dak il-perjodu.

ARTIKOLU 7

Approvazzjoni tal-fitters, tal-ħwienet tax-xogħol u tal-manifatturi tal-vetturi

1.    Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu japprova, jikkontrolla b’mod regolari u jiċċertifika lill-fitters, lill-ħwienet tax-xogħol u lill-manifatturi tal-vettura li jistgħu jwettqu stallazzjonijiet, kontrolli, spezzjonijiet u tiswijiet tat-takografi.

2.    Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-fitters, il-ħwienet tax-xogħol u l-manifatturi tal-vettura jkunu kompetenti u affidabbli. Għal dan il-għan, dawn għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw sett ta’ proċeduri nazzjonali ċari u għandhom jiżguraw li l-kriterji minimi li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)    il-persunal ikun imħarreġ kif xieraq;

(b)    l-apparat meħtieġ għat-twettiq tat-testijiet u l-kompiti rilevanti jkun disponibbli; u

(c)    il-fitters, il-ħwienet tax-xogħol u l-manufatturi tal-vetturi huma ta’ reputazzjoni tajba.



3.    Il-verifiki tal-fitters u l-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu kif ġej:

(a)    il-fitters jew il-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom ikunu suġġetti mill-inqas darba kull sentejn għal awditu tal-proċeduri li japplikaw fil-ġestjoni tat-takografi. L-awditu għandu jiffoka b’mod partikolari fuq il-miżuri ta’ sigurtà meħuda u l-immaniġġjar tal-kards tal-ħanut tax-xogħol. Il-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jwettqu dawn l-awditi mingħajr ma jwettqu żjara fuq il-post; u

(b)    kontrolli tekniċi mingħajr preavviż ta’ fitters jew ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu biex isir kontroll tal-kalibrazzjonijiet, tal-ispezzjonijiet u tal-istallazzjonijiet li jkunu twettqu. Dawk l-awditi għandhom, kull sena, ikopru tal-anqas 10 % tal-fitters u tal-ħwienet tax-xogħol approvati.

4.    Kull Parti u l-awtoritajiet kompetenti tagħha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipprevjenu kunflitti ta’ interess bejn il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol u l-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq. B’mod partikolari, meta jkun hemm riskju serju ta’ kunflitt ta’ interessi, għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi addizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-fitter jew il-ħanut tax-xogħol jikkonforma ma’ din it-Taqsima.

5.    L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti għandhom jirtiraw l-approvazzjonijiet, temporanjament jew b’mod permanenti, mill-fitters, il-ħwienet tax-xogħol u l-manifatturi tal-vettura li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din it-Taqsima.



ARTIKOLU 8

Kards tal-ħwienet tax-xogħol

1.    Il-perjodu ta’ validità tal-kards tal-ħwienet tax-xogħol ma għandu jeċċedi sena. Meta tiġġedded il-kard tal-ħanut tax-xogħol, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kriterji elenkati fl-Artikolu 7(2) jiġu ssodisfati mill-fitter, il-ħanut tax-xogħol jew il-manifattur tal-vettura.

2.    L-awtorità kompetenti għandha ġġedded kard ta’ ħanut tax-xogħol fi żmien 15-il jum minn meta tirċievi talba valida għal tiġdid u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa. Jekk il-kard tal-ħanut tax-xogħol issirilha ħsara, ma taħdimx sew, jew tintilef jew tinsteraq, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi kard ta’ sostituzzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi talba dettaljata għal dan il-għan. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru tal-kards mitlufin, misruqin jew difettużi.

3.    Jekk Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru jirtira l-approvazzjoni ta’ fitter, ħanut tax-xogħol jew manifattur tal-vettura kif previst fl-Artikolu 7, dan għandu jirtira wkoll il-kards tal-ħanut tax-xogħol maħruġa lilu.

4.    Kull Parti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tevita li l-kards tal-ħanut tax-xogħol distribwiti lil fitters, ħwienet tax-xogħol u manifatturi tal-vettura approvati jiġu ffalsifikati.



ARTIKOLU 9

Ħruġ ta’ kards tas-sewwieqa

1.    Il-kards tas-sewwieq għandhom jinħarġu, b’talba tas-sewwieq, mill-awtorità kompetenti f’Parti fejn is-sewwieq għandu r-residenza normali tiegħu. Meta l-awtoritajiet kompetenti f’Parti li toħroġ il-kard tas-sewwieq ikollhom dubji dwar il-validità ta’ dikjarazzjoni dwar ir-residenza normali, jew għal finijiet ta’ ċerti kontrolli speċifiċi, dawn jistgħu jitolbu kwalunkwe informazzjoni jew evidenza lis-sewwieq.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “residenza normali” tfisser il-post fejn persuna normalment tgħix, jiġifieri tal-anqas għal 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u okkupazzjonali, jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr rabtiet okkupazzjonali, minħabba rabtiet personali li juru konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn tgħix.

Madankollu, ir-residenza normali ta’ persuna li r-rabtiet okkupazzjonali tagħha huma f’post li huwa differenti mir-rabtiet personali tagħha u li konsegwentement tgħix f’postijiet differenti li jinsabu fiż-żewġ Partijiet għandha titqies li hija l-post tar-rabtiet personali tagħha, dment li dik il-persuna tirritorna f’dak il-post regolarment. Mhijiex meħtieġa konformità ma’ din l-aħħar kundizzjoni meta l-persuna tkun qiegħda tgħix f’Parti sabiex twettaq assenjament b’terminu fiss.

2.    F’każijiet debitament iġġustifikati u eċċezzjonali, kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, Stat Membru jista’ joħroġ kard tas-sewwieq temporanja u li ma tistax tiġġedded valida għal perjodu massimu ta’ 185 jum lil sewwieq li ma jkollux ir-residenza normali tiegħu f’Parti, bil-kundizzjoni li dak is-sewwieq ikun f’relazzjoni tal-liġi tax-xogħol ma’ impriża stabbilita fil-Parti emittenti u, sa fejn, jippreżenta attestazzjoni ta’ xufier meta jkun meħtieġ.



3.    L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti emittenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-applikant ma jkollux diġà kard tas-sewwieq valida u għandhom jippersonalizzaw il-kard tas-sewwieq, u jiżguraw li d-data tagħha tkun viżibbli u sigura.

4.    Il-kard tas-sewwieq ma għandhiex tkun valida għal aktar minn ħames snin.

5.    Kard tas-sewwieq valida ma għandhiex tiġi rtirata jew sospiża ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti jsibu li l-kard ġiet iffalsifikata, jew is-sewwieq ikun qiegħed juża kard li huwa mhuwiex id-detentur tagħha, jew li l-kard li jkollu tkun inkisbet bis-saħħa ta’ dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti falsifikati. Jekk dawk il-miżuri ta’ sospensjoni jew ta’ rtirar jittieħdu minn Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, minn Stat Membru għajr il-Parti emittenti jew, fil-każ tal-Unjoni, għajr l-Istat Membru emittenti, tal-ewwel għandha tirritorna l-kard lill-awtoritajiet tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha, malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li tindika r-raġunijiet għall-irtirar jew għas-sospensjoni. Jekk ir-ritorn tal-kard ikun mistenni li jieħu aktar minn ġimagħtejn, il-Parti tas-sospensjoni jew tal-irtirar jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru tas-sospensjoni jew tal-irtirar għandu jinforma lill-Parti emittenti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru emittenti fi żmien dawk il-ġimagħtejn bir-raġunijiet għas-sospensjoni jew għall-irtirar.

6.    L-awtorità kompetenti tal-Parti emittenti tista’ tirrikjedi li sewwieq jissostitwixxi l-kard tas-sewwieq b’waħda ġdida jekk dan ikun meħtieġ għall-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

7.    Kull Parti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tevita li l-kards tas-sewwieq jiġu ffalsifikati.



8.    Dan l-Artikolu ma għandux iwaqqaf lil Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, lil Stat Membru milli joħroġ kard tas-sewwieq lil sewwieq li għandu r-residenza normali tiegħu f’parti mit-territorju ta’ dik il-Parti, li għaliha dan l-Anness ma japplikax, bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din it-Taqsima jiġu applikati f’dawk il-każijiet.

ARTIKOLU 10

Tiġdid tal-kards tas-sewwieqa

1.    Meta, fil-każ ta’ tiġdid, il-Parti tar-residenza normali tas-sewwieq tkun differenti minn dik li tkun ħarġet il-kard attwali tiegħu, u meta l-awtoritajiet tal-Parti ta’ qabel ikunu mitluba jġeddu l-kard tas-sewwieq, dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet li ħarġu l-kard ta’ qabel bir-raġunijiet għat-tiġdid tagħha.

2.    Fil-każ ta’ talba għat-tiġdid ta’ kard li tkun waslet sabiex tiskadi b’mod imminenti, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi kard ġdida qabel id-data ta’ skadenza, bil-kundizzjoni li t-talba tkun intbagħtet fil-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 5 tat-Taqsima 4 tal-Parti B.

ARTIKOLU 11

Kards tas-sewwieqa misruqin, mitlufin jew difettużi

1.    L-awtoritajiet emittenti għandhom iżommu rekords tal-kards tas-sewwieqa maħruġin, misruqin, mitlufin jew difettużi għal perjodu mill-anqas ekwivalenti għall-perjodu tagħhom ta’ validità.



2.    Jekk il-kard tas-sewwieq issirilha ħsara, ma taħdimx sew jew tintilef jew tinsteraq, l-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tar-residenza normali tiegħu għandhom jipprovdu kard ta’ sostituzzjoni fi żmien tmint ijiem tax-xogħol wara li jirċievu talba dettaljata għal dan il-għan.

ARTIKOLU 12

Aċċettazzjoni reċiproka tal-kards tas-sewwieq

1.    Kull Parti għandha taċċetta l-kards tas-sewwieq maħruġa mill-Parti l-oħra.

2.    Meta d-detentur ta’ kard tas-sewwieq valida maħruġa minn Parti jkun stabbilixxa r-residenza normali tiegħu fil-Parti l-oħra u jkun talab li l-kard tiegħu tiġi skambjata għal kard tas-sewwieq ekwivalenti, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, tal-Istat Membru li jwettaq l-iskambju sabiex jivverifika jekk il-kard prodotta għadhiex valida.

3.    Il-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni, l-Istati Membri li jwettqu skambju għandhom jirritornaw il-kard l-antika lill-awtoritajiet tal-Parti emittenti jew, fil-każ tal-Unjoni, lill-Istat Membru emittenti u jindikaw ir-raġunijiet għal dan.

4.    Meta Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, Stat Membru jissostitwixxi jew jiskambja kard tas-sewwieq, is-sostituzzjoni jew l-iskambju, u kwalunkwe sostituzzjoni jew skambju sussegwenti, għandhom jiġu rreġistrati f’dik il-Parti jew, fil-każ tal-Unjoni, f’dak l-Istat Membru.



ARTIKOLU 13

Skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa

1.    Sabiex jiġi żgurat li applikant ma jkollux diġà kard tas-sewwieq valida, il-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom iżommu reġistri elettroniċi nazzjonali li jkun fihom l-informazzjoni li ġejja dwar il-kards tas-sewwieq għal perjodu tal-anqas ekwivalenti għall-perjodu ta’ validità ta’ dawk il-kards:

   il-kunjom u l-ewwel isem tas-sewwieq;

   id-data u, jekk disponibbli, il-post tat-twelid tas-sewwieq;

   in-numru tal-liċenzja valida tas-sewqan u l-pajjiż li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan (jekk applikabbli);

   l-istatus tal-kard tas-sewwieq; u

   in-numru tal-kard tas-sewwieq.

2.    Ir-reġistri elettroniċi tal-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, tal-Istati Membri għandhom ikunu interkonnessi u aċċessibbli fit-territorju kollu tal-Partijiet, bl-użu tas-sistema ta’ messaġġi TACHOnet jew sistema kompatibbli. Fil-każ tal-użu ta’ sistema kompatibbli, l-iskambju ta’ data elettronika mal-Parti l-oħra għandu jkun possibbli permezz tas-sistema ta’ messaġġi TACHOnet.



3.    Meta joħorġu, jissostitwixxu u, fejn meħtieġ, iġeddu kard tas-sewwieq, il-Partijiet jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw permezz ta’ skambju ta’ data elettronika li s-sewwieq ma jkollux diġà kard tas-sewwieq valida oħra. Id-data skambjata għandha tiġi llimitata għad-data meħtieġa għall-fini ta’ din il-verifika.

4.    L-uffiċjali tal-kontroll jista’ jkollhom aċċess għar-reġistru elettroniku sabiex jikkontrollaw l-istatus tal-kard tas-sewwieq.

ARTIKOLU 14

Konfigurazzjonijiet tat-takografi

1.    It-takografi diġitali ma għandhomx jiġi ssettjati b’mod li jaqilbu awtomatikament għal kategorija ta’ attività speċifika meta l-magna tal-vettura jew l-ignixin ikun mitfi, għajr jekk is-sewwieq jibqa’ jkun jista’ jagħżel il-kategorija ta’ attività adatta manwalment.

2.    Il-vetturi ma għandhomx jiġu mgħammra b’aktar minn takografu wieħed, ħlief għall-finijiet tat-testijiet fuq il-post.

3.    Kull Parti għandha tipprojbixxi l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, ir-reklamar u/jew il-bejgħ ta’ apparat mibni u/jew maħsub għall-manipulazzjoni tat-takografi.



ARTIKOLU 15

Responsabbiltà tal-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq

1.    L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw li s-sewwieqa tagħhom jiġu mħarrġa u istruwiti kif xieraq fir-rigward tal-funzjonament korrett tat-takografi, kemm dawk diġitali kif ukoll dawk analogi, għandhom iwettqu kontrolli regolari sabiex jiżguraw li s-sewwieqa tagħhom jagħmlu użu korrett tagħhom u ma għandhomx jagħtu lis-sewwieqa tagħhom inċentivi diretti jew indiretti li jistgħu jħeġġuhom jużaw it-takografi b’mod ħażin.

L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom joħroġu għadd suffiċjenti ta’ folji ta’ reġistrazzjoni lis-sewwieqa tal-vetturi mgħammra b’takografi analogi, b’kont meħud tal-fatt li l-folji ta’ reġistrazzjoni huma ta’ natura personali, tat-tul tal-perjodu tas-servizz u tal-ħtieġa li eventwalment il-folji ta’ reġistrazzjoni li ssirilhom il-ħsara jew li jkunu ttieħdu minn uffiċjal tal-kontroll awtorizzat jiġu sostitwiti. L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom joħorġu lis-sewwieqa folji ta’ reġistrazzjoni ta’ mudell approvat biss li huwa xieraq għall-użu fit-tagħmir installat fil-vettura.

L-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandu jiżgura li, b’kont meħud tat-tul tal-perjodu tas-servizz, l-istampar tad-data mit-takografu b’talba ta’ uffiċjal tal-kontroll jista’ jitwettaq b’mod korrett fil-każ ta’ spezzjoni.

2.    L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom iżommu l-folji ta’ reġistrazzjoni u l-kopji stampati, kull meta jkunu saru kopji stampati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 9 tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness, f’ordni kronoloġika u f’forma li tinqara, għal tal-anqas sena wara l-użu tagħhom, u għandhom jagħtu kopji lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom. L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom ukoll jagħtu kopja tad-data mniżżla mill-kards tas-sewwieq lis-sewwieqa kkonċernati li jitolbuhom, flimkien ma verżjonijiet stampati ta’ dawk il-kopji. Il-folji ta’ reġistrazzjoni, il-kopji stampati u d-data mniżżla għandhom jintwerew jew jingħataw meta mitluba minn kwalunkwe uffiċjal tal-kontroll awtorizzat.



3.    L-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandhom ikunu responsabbli għall-ksur ta’ din it-Taqsima u tat-Taqsima 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness imwettaq mis-sewwieqa tagħhom jew minn sewwieqa għad-dispożizzjoni tagħhom. Madankollu, kull Parti tista’ tagħmel dik ir-responsabbiltà kundizzjonali fuq il-ksur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness.

ARTIKOLU 16

Proċeduri għall-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq fil-każ ta’ tagħmir li ma jaħdimx sew

1.    Fil-każ ta’ ħsara jew operazzjoni difettuża ta’ takografu, l-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq għandu jieħdu għat-tiswija għand fitter jew ħanut tax-xogħol approvat, hekk kif jippermettu ċ-ċirkostanzi.

2.    Jekk il-vettura ma tkunx tista’ tittieħed lura lejn il-bini tal-operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq f’perjodu ta’ ġimgħa kkalkulat mill-jum tal-ħsara jew ta’ meta nstabet l-operazzjoni difettuża, it-tiswija għandha ssir fit-triq.

3.    Kull Parti jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti li jipprojbixxu l-użu tal-vettura f’każijiet fejn il-ħsara jew l-operazzjoni difettuża ma tkunx ġiet rimedjata kif previst fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu sa fejn dan ikun f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-Parti kkonċernata.


ARTIKOLU 17

Proċedura għall-ħruġ ta’ kards tat-takografu

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, il-materjal kriptografiku għall-ħruġ ta’ kards tat-takografu għas-sewwieqa, għall-ħwienet tax-xogħol u l-awtoritajiet ta’ kontroll, skont il-politika taċ-ċertifikati tal-Awtorità Ewropea għaċ-Ċertifikazzjoni Root (European Root Certification Authority, ERCA) u l-politika taċ-ċertifikati tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

________________

ANNESS 28

IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET TAL-IMPJIEG
KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 295

(a)    il-perjodi massimi ta’ xogħol u l-perjodi minimi ta’ mistrieħ;

(b)    il-leave minimu annwali mħallas;

(c)    ir-remunerazzjoni, inklużi r-rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi komplimentari għall-irtirar mix-xogħol;

(d)    il-kundizzjonijiet għall-forniment ta’ ħaddiema, b’mod partikolari l-forniment ta’ ħaddiema minn impriżi tal-impjieg temporanju;

(e)    is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq ix-xogħol;

(f)    miżuri protettivi dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ nisa tqal jew nisa li welldu reċentement, ta’ tfal u ta’ żgħażagħ;

(g)    it-trattament ugwali bejn rġiel u nisa u dispożizzjonijiet oħra dwar in-nondiskriminazzjoni;

(h)    il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-ħaddiema fejn ipprovduti mill-impjegatur lill-ħaddiema li jkunu l-bogħod mill-post tax-xogħol regolari tagħhom;



(i)    allowances jew rimborż ta’ spejjeż biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ vjaġġar, tal-ikel u tal-alloġġ għal ħaddiema l-bogħod mid-dar għal raġunijiet professjonali.

Il-punt (i) għandu japplika esklużivament għal spejjeż tal-ivvjaġġar, l-ikel u l-alloġġ imġarrba minn ħaddiema stazzjonati fejn huma jkunu meħtieġa li jivvjaġġa lejn il-post regolari tax-xogħol tagħhom fit-territorju li jkunu ġew stazzjonati fih, u lura, jew fejn jintbagħtu temporanjament mill-impjegatur tagħhom minn dak il-post regolari tax-xogħol lejn post tax-xogħol ieħor.

________________

ANNESS 29

REGOLI TA’ PROĊEDURA GĦAS-SOLUZZJONI TA’ TILWIM

I.    Definizzjonijiet

1.    Għall-finijiet tas-Sitt Parti (Soluzzjoni tat-Tilwim) ta’ dan il-Ftehim u ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “persunal amministrattiv”, fir-rigward ta’ arbitru, tfisser individwi taħt id-direzzjoni u l-kontroll ta’ arbitru, minbarra assistenti;

(b)    “konsulent” tfisser individwu magħżul minn Parti sabiex jagħti pariri jew jassisti lil dik il-Parti b’konnessjoni mal-proċedimenti ta’ arbitraġġ;

(c)    “tribunal tal-arbitraġġ” tfisser tribunal stabbilit skont l-Artikolu DS.7 (Stabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ) ta’ Parti Sitta (Soluzzjoni tat-Tilwim);

(d)    “arbitru” tfisser membru tat-tribunal tal-arbitraġġ;

(e)    “assistent” tfisser individwu li, skont it-termini tal-ħatra u taħt id-direzzjoni u l-kontroll ta’ arbitru, iwettaq riċerka jew jassisti lil dak l-arbitru;



(f)    “il-Parti li tressaq l-ilment” tfisser kull Parti li titlob l-istabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 306 (Stabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ);

(g)    “reġistru” tfisser korp estern b’għarfien espert rilevanti maħtur mill-Partijiet biex jipprovdi appoġġ amministrattiv għall-proċedimenti;

(h)    “Parti Konvenuta” tfisser il-Parti li allegatament tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet koperti; u

(i)    “rappreżentant ta’ Parti” tfisser impjegat jew kwalunkwe individwu maħtur minn dipartiment jew aġenzija tal-gvern jew kwalunkwe entità pubblika oħra ta’ Parti li tirrappreżenta l-Parti għall-għanijiet ta’ tilwim skont dan il-Ftehim jew skont kwalunkwe ftehim li jissupplimenta.

II.    Notifiki

2.    Kwalunkwe talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor (minn hawn ’il quddiem imsejħin “notifika”) ta’:

(a)    it-tribunal tal-arbitraġġ għandu jintbagħat liż-żewġ Partijiet fl-istess ħin;

(b)    Parti li hija indirizzata lit-tribunal tal-arbitraġġ għandha tiġi kkupjata lill-Parti l-oħra fl-istess ħin; u

(c)    Parti li hija indirizzata lill-Parti l-oħra għandha tiġi kkupjata lit-tribunal tal-arbitraġġ fl-istess ħin, kif xieraq.



3.    Kull notifika għandha ssir permezz tal-posta elettronika jew, meta jkun il-każ, bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdi rekord li d-dokument ikun intbagħat. Sakemm ma jkunx ippruvat mod ieħor, tali notifika għandha titqies li tkun waslet fl-istess data li tkun intbagħtet.

4.    In-notifiki kollha għandhom ikunu indirizzati lis-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Konsulent Legali tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin, il-Commonwealth u l-Iżvilupp tar-Renju Unit, rispettivament.

5.    Żbalji żgħar ta’ natura klerikali li jsiru f’xi talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċedimenti tat-tribunal tal-arbitraġġ jistgħu jitranġaw permezz tal-kunsinna ta’ dokument ġdid li jindika l-bidliet b’mod ċar.

6.    Jekk l-aħħar jum għall-kunsinna ta’ dokument jaqa’ f’jum mhux tax-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew tal-gvern tar-Renju Unit jew ta’ Ġibiltà, il-perjodu ta’ żmien għall-kunsinna tad-dokument għandu jintemm fl-ewwel jum tax-xogħol sussegwenti.

III.    Ħatra ta’ arbitri

7.    Jekk arbitru jintgħażel, skont l-Artikolu 306 (Stabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ) tas-Sitt Parti (Soluzzjoni tat-Tilwim), il-kopresident tal-Kunsill ta’ Sħubija tal-Parti li tilmenta għandu jinforma minnufih lill-kopresident tal-Parti konvenuta dwar id-data, il-ħin u l-post tal-polza. Il-Parti konvenuta tista’ tkun preżenti matul il-polza, jekk tagħżel hekk. F’kull każ, il-polza għandha ssir mal-Parti jew mal-Partijiet li jkunu preżenti.



8.    Il-kopresident tal-Parti lmentatriċi għandu jinnotifika, bil-miktub, lil kull individwu li jkun intgħażel biex iservi bħala arbitru dwar l-għażla tiegħu. Kull individwu għandu jikkonferma d-disponibbiltà tiegħu liż-żewġ Partijiet fi żmien ħamest ijiem wara d-data tal-konsenja tan-notifika.

9.    Għall-finijiet tal-Artikolu 306 (Stabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ), il-kopresident tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Parti li tilmenta għandu jagħżel bil-polza:

(a)    arbitru minn fost l-individwi li jkunu ġew formalment proposti minn Parti bħala arbitri għas-sublista tagħha skont il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 319 (Lista ta’ arbitri), kif applikabbli, jew, fin-nuqqas ta’ dawk, mill-individwi li jkunu ġew proposti formalment mill-Parti l-oħra għas-sublista ta’ dik il-Parti; u

(b)    president minn fost l-individwi li jkunu ġew formalment proposti minn Parti waħda jew miż-żewġ Partijiet għas-sublista ta’ presidenti skont il-punt (c) tal-Artikolu 319 (Lista ta’ arbitri).

10.    Il-Partijiet jistgħu jaħtru reġistru biex jassisti fl-organizzazzjoni u jmexxi l-proċedimenti speċifiċi għas-soluzzjoni tat-tilwim fuq il-bażi ta’ arranġamenti ad hoc jew fuq il-bażi ta’ arranġamenti adottati mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni skont l-Artikolu 326 (Annessi).

11.    L-arbitri għandhom jaċċettaw il-ħatra tagħhom billi jiffirmaw il-kuntratti tal-ħatra. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li, sa mhux aktar tard miż-żmien li fih l-arbitri magħżula kollha jkunu kkonfermaw id-disponibbiltà tagħhom, ikunu qablu dwar ir-remunerazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż tal-arbitri u tal-assistenti, u jkunu ħejjew il-kuntratti ta’ ħatra meħtieġa, bil-ħsieb li dawn jiġu ffirmati minnufih. Ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż tal-arbitri għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards tad-WTO. Ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż ta’ assistent jew tal-assistenti ta’ arbitru ma għandhomx jaqbżu l-50 % tar-remunerazzjoni ta’ dak l-arbitru.



IV.    Laqgħa organizzazzjonali

12.    Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor, huma għandhom jiltaqgħu mat-tribunal tal-arbitraġġ fi żmien sebat ijiem wara l-istabbiliment tiegħu biex jiddeterminaw kwistjonijiet bħal dawn kif il-Partijiet jew it-tribunal tal-arbitraġġ iqisu xierqa, inkluża l-iskeda tal-proċedura tal-arbitraġġ. L-arbitri u r-rappreżentanti tal-Partijiet jistgħu jieħdu sehem f’din il-laqgħa permezz ta’ kwalunkwe mezz, inkluż telefon jew vidjokonferenza.

V.    Sottomissjonijiet bil-miktub

13.    Il-Parti lmentatriċi għandha tippreżenta s-sottomissjoni bil-miktub tagħha mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ. Il-Parti konvenuta għandha tippreżenta s-sottomissjoni bil-miktub tagħha sa mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tal-wasla tas-sottomissjoni bil-miktub tal-Parti lmentatriċi.

VI.    Operat tat-tribunal tal-arbitraġġ

14.    Il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ għandu jippresjedi l-laqgħat kollha tiegħu. It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali.

15.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fis-Sitt Parti (Soluzzjoni tat-Tilwim) jew f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, it-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu permezz ta’ kwalunkwe mezz, inklużi t-telefown, il‑konferenza bil-vidjo jew mezzi elettroniċi oħra ta’ komunikazzjoni.

16.    L-arbitri biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ, iżda t-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jippermetti lill-assistenti tagħhom ikunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu.



17.    L-abbozzar ta’ kwalunkwe deċiżjoni u rapport għandu jibqa’ r-responsabbiltà esklużiva tat-tribunal tal-arbitraġġ u ma jistax jiġi delegat.

18.    Meta tinqala’ kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta fis-Sitt Parti (Soluzzjoni tat-Tilwim) jew l-Annessi tiegħu, it-tribunal tal-arbitraġġ, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, jista’ jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

19.    Meta t-tribunal tal-arbitraġġ iqis li jkun hemm il-ħtieġa li jibdel kwalunkwe perjodu ta’ żmien għall-proċedura tal-arbitraġġ minbarra l-perjodi ta’ żmien stabbiliti fis-Sitt Parti (Soluzzjoni ta’ Tilwim) jew li jagħmel xi aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, dan għandu jinforma lill-Partijiet, bil-miktub u wara konsultazzjonijiet mal-Partijiet, bir-raġunijiet għall-bidla jew għall-aġġustament u bil-perjodu ta’ żmien jew l-aġġustament meħtieġ.

VII.    Sostituzzjoni

20.    Meta Parti tqis li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 30 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri) u għal din ir-raġuni għandu jiġi sostitwit, dik il-Parti jenħtieġ li tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum wara d-data li fiha tkun kisbet biżżejjed evidenza tal-allegat nuqqas ta’ konformità tal-arbitru.

21.    Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw fi żmien 15-il jum wara d-data tan-notifika msemmija fir-Regola 20. Dawn għandhom jinformaw lill-arbitru dwar l-allegat nuqqas ta’ konformità u jistgħu jitolbu lill-arbitru biex jieħu passi biex jirrimedjah. Huma jistgħu wkoll, jekk jaqblu, ineħħu l-arbitru u jagħżlu arbitru ġdid skont l-Artikolu 306 (Stabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ).



22.    Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jinbidel arbitru, minbarra l-president tat-tribunal tal-arbitraġġ, kwalunkwe Parti tista’ titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tat-tribunal tal-arbitraġġ, li d-deċiżjoni tiegħu għandha tkun finali.

Jekk il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ ssib li l-arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 30 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri), l-arbitru l-ġdid għandu jintgħażel skont l-Artikolu 306 (Stabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ).

23.    Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president, kwalunkwe Parti tista’ titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lil wieħed mill-individwi l-oħra fis-sublista ta’ presidenti stabbilita skont l-Artikolu 319 (Lista ta’ arbitri). Ismu jew isimha għandu jittella’ bil-polza mill-kopresident tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Parti rikjedenti, jew mid-delegat tal-president. Id-deċiżjoni mill-persuna magħżula dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president għandha tkun finali.

Jekk din il-persuna ssib li l-president ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness 30 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri), il-president għandu jintgħażel skont l-Artikolu 306 (Stabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ).

VIII.    Seduti ta’ smigħ

24.    Fuq il-bażi tal-iskeda ta’ żmien stabbilita skont ir-Regola 12, wara konsultazzjoni mal-Partijiet u l-arbitri l-oħra, il-president tat-tribunal tal-arbitraġġ għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar id-data, il-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ. Din l-informazzjoni għandha ssir pubblikament disponibbli mill-Parti fejn isseħħ is-seduta ta’ smigħ, sakemm is-seduta ta’ smigħ ma tkunx magħluqa għall-pubbliku.



25.    Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-seduta għandha ssir fi Brussell jekk il-Parti li tilmenta tkun ir-Renju Unit u f’Londra jekk il-Parti li tilmenta tkun l-Unjoni Ewropea. Il-Parti konvenuta għandha tkun inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tas-seduta ta’ smigħ u tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw minnha.

26.    It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jsejjaħ seduti ta’ smigħ addizzjonali jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

27.    L-arbitri kollha għandhom ikunu preżenti tul is-seduti ta’ smigħ kollha.

28.    Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, il-persuni li ġejjin jistgħu jattendu s-seduti ta’ smigħ, irrispettivament minn jekk is-seduti ta’ smigħ ikunx miftuħ għall-pubbliku jew le:

(a)    rappreżentanti ta’ Parti;

(b)    konsulenti;

(c)    assistenti u persunal amministrattiv;

(d)    interpreti, tradutturi u korrispondenti tal-qorti tal-bord tal-arbitraġġ; u

(e)    esperti, kif deċiż minn tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu DS.19 (Wasla tal-informazzjoni).

29.    Sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel id-data ta’ seduta ta’ smigħ, kull Parti għandha tagħti lit-tribunal tal-arbitraġġ u lill-Parti l-oħra lista ta’ ismijiet tal-persuni li jkunu se jippreżentaw argumenti jew preżentazzjonijiet orali fis-seduta ta’ smigħ f’isem dik il-Parti u ta’ rappreżentanti u konsulenti oħra li jkunu se jattendu s-seduta ta’ smigħ.



30.    It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jmexxi s-seduta ta’ smigħ kif ġej, filwaqt li jiżgura li l-Partijiet jingħataw l-istess ħin kemm fl-argument kif ukoll fil-kontroargument:

(a)    Argument

(i)    l-argument tal-Parti lmentatriċi; u

(ii)    l-argument tal-Parti konvenuta.

(b)    Kontroargument

(i)    it-tweġiba tal-Parti lmentatriċi; u

(ii)    il-kontrotweġiba tal-Parti konvenuta.

31.    It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jagħmel domandi lil kwalunkwe waħda mill-Partijiet fi kwalunkwe ħin waqt is-seduta ta’ smigħ.

32.    It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jara li r-reġistrazzjoni tas-seduta ta’ smigħ tingħata lill-Partijiet mill-aktar fis possibbli wara s-seduta ta’ smigħ.

33.    Kull Parti tista’ tippreżenta sottomissjoni supplimentari bil-miktub rigward kwalunkwe kwistjoni li tkun qamet matul is-seduta ta’ smigħ fi żmien 10 ijiem wara d-data tas-seduta ta’ smigħ.

IX.    Mistoqsijiet bil-miktub

34.    It-tribunal tal-arbitraġġ jista’ fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti jagħmel domandi bil-miktub lil waħda mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Kwalunkwe domanda magħmula lil waħda mill-Partijiet għandha tiġi kkupjata lill-Parti l-oħra.



35.    Kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra kopja tar-risposta tagħha għad-domandi magħmula mit-tribunal tal-arbitraġġ. Il-Parti l-oħra għandu jkollha l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar dik ir-risposta fi żmien ħamest ijiem wara l-konsenja ta’ tali kopja.

X.    Kunfidenzjalità

36.    Kull Parti u t-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni mressqa mill-Parti l-oħra lit-tribunal tal-arbitraġġ li l-Parti l-oħra tkun indikat bħala kunfidenzjali. Meta Parti tippreżenta lit-tribunal tal-arbitraġġ sottomissjoni bil-miktub li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, għandha tipprovdi wkoll, fi żmien 15-il jum, sottomissjoni mingħajr l-informazzjoni kunfidenzjali, li għandha tiġi żvelata lill-pubbliku.

37.    Xejn f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura ma għandu jipprekludi Parti milli tiżvela dikjarazzjonijiet tal-pożizzjonijiet tagħha lill-pubbliku dment li, meta tagħmel referenza għall-informazzjoni sottomessa mill-Parti l-oħra, ma tiżvela l-ebda informazzjoni indikata mill-Parti l-oħra bħala kunfidenzjali.

38.    It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jżomm il-partijiet rilevanti tas-seduta in camera, meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta’ Parti jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduti ta’ smigħ tat-tribunal tal-arbitraġġ meta s-seduti ta’ smigħ jinżammu f’seduta magħluqa.

XI.    Kuntatti ex parte

39    It-tribunal tal-arbitraġġ m’għandux jiltaqa’ jew jikkomunika ma’ Parti fl-assenza tal-Parti l-oħra.



40.    Arbitru ma għandu jiddiskuti l-ebda aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma’ Parti waħda jew maż-żewġ Partijiet fl-assenza tal-arbitri l-oħra.

41.    Parti ma għandu jkollha l-ebda kuntatt ma’ arbitru. Kwalunkwe kuntatt bejn Parti u persuna li tkun qed tiġi kkunsidrata għall-għażla bħala arbitru għandu jkun limitat għal kwistjonijiet relatati mad-disponibbiltà ta’ dik il-persuna u l-kuntratt tal-ħatra.

XII.    Sottomissjonijiet amicus curiae

42.    Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor fi żmien ħamest ijiem wara d-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ, it-tribunal tal-arbitraġġ jista’ jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub mhux mitluba minn persuni fiżiċi ta’ Parti jew minn persuni ġuridiċi stabbiliti fit-territorju ta’ Parti li jkunu indipendenti mill-gvernijiet tal-Partijiet, (minn hawn ’il quddiem imsejħa “sottomissjonijiet amicus curiae”), dment li dawn:

(a)    jaslu għand it-tribunal tal-arbitraġġ fi żmien 10 ijiem mid-data tal-istabbiliment tat-tribunal tal-arbitraġġ;

(b)    ikunu konċiżi u fl-ebda każ ma jkunu itwal minn 15-il paġna, inkluż kwalunkwe Annessi, u ttajpjati bi spazju doppju;

(c)    ikunu direttament rilevanti għal kwistjoni fattwali jew legali li tkun qed tiġi kkunsidrata mit-tribunal tal-arbitraġġ;

(d)    ikun fihom deskrizzjoni tal-persuna li tagħmel is-sottomissjoni, inkluż għal persuna fiżika n-nazzjonalità tagħha u għal persuna ġuridika l-post ta’ stabbiliment tagħha, in-natura tal-attivitajiet tagħha, l-istatus legali tagħha, l-objettivi ġenerali, is-sors ta’ finanzjament tagħha u kwalunkwe entità kontrollanti;



(f)    jispeċifikaw in-natura tal-interess li dik il-persuna għandha fil-proċedimenti tal-arbitraġġ; u

(g)    ikunu mfasslin bil-lingwa ta’ ħidma stabbilita f’konformità mar-Regoli 46 jew 47 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.

43.    Is-sottomissjonijiet amicus curiae għandhom jintbagħtu lill-Partijiet għall-kummenti. Il-Partijiet jistgħu jippreżentaw il-kummenti, fi żmien għaxart ijiem wara d-data tal-konsenja tagħhom lill-Partijiet, lit-tribunal tal-arbitraġġ.

44.    It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jelenka fir-rapport tiegħu s-sottomissjonijiet amicus curiae kollha li jkun irċieva skont ir-Regola 42. It-tribunal tal-arbitraġġ ma għandux ikun obbligat jindirizza fir-rapport tiegħu l-argumenti li jkunu saru f’dawk is-sottomissjonijiet. Jekk it-tribunal tal-arbitraġġ jindirizza l-argumenti li jkunu saru fih, huwa għandu jqis ukoll kwalunkwe kumment magħmul mill-Partijiet skont ir-Regola 43.

XIII.    Każijiet urġenti

45.    F’każijiet ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 310 (Proċedimenti urġenti), it-tribunal tal-arbitraġġ, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, għandu jaġġusta, kif xieraq, il-perjodi ta’ żmien imsemmija f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jinnotifika lill-Partijiet b’dawk l-aġġustamenti.

XIV.    Lingwa ta’ ħidma u traduzzjoni

46.    Il-lingwa tal-proċedimenti quddiem it-tribunal tal-arbitraġġ għandha tkun l-Ingliż.

47.    Ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ għandhom jinħarġu bl-Ingliż.



48.    Jekk Parti tissottometti dokument b’lingwa li ma tkunx l-Ingliż, hija għandha fl-istess ħin tissottometti traduzzjoni tiegħu bi spejjeż tagħha stess.

XV.    Proċeduri oħra

49.    Il-perjodi ta’ żmien stabbiliti f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu aġġustati skont il-perjodi ta’ żmien speċjali previsti għall-adozzjoni ta’ sentenza, rapport jew deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 314 (Perjodu ta’ Żmien Raġonevoli), l-Artikolu 315 (Rieżami tal-Konformità), l-Artikolu 316 (Rimedji Temporanji) u l-Artikolu 317 (Rieżami ta’ kwalunkwe miżura meħuda sabiex ikun hemm konformità wara l-adozzjoni ta’ rimedji temporanji) tas-Sitt Parti (Soluzzjoni tat-Tilwim).

___

ANNESS 30

KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦALL-ARBITRI

I.    Definizzjonijiet

1.    F’dan il-Kodiċi ta’ Kondotta:

(a)    “arbitru” tfisser membru ta’ tribunal tal-arbitraġġ;

(b)    għandha tapplika d-definizzjoni ta’ “assistent” stabbilita fir-Regoli ta’ Proċedura (Anness 29); u

(c)    “kandidat” tfisser individwu li jkun qed jiġi kkunsidrat għall-għażla bħala arbitru skont l-Artikolu 306 (Stabbiliment ta’ Tribunal tal-Arbitraġġ) jew l-Artikolu 319 (Lista ta’ arbitri) tas-Sitt Parti (Soluzzjoni tat-Tilwim).

II.    Prinċipji regolatorji

2.    Sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-kandidati u l-arbitri għandhom:

(a)    jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta;

(b)    ikunu indipendenti u imparzjali;



(c)    jevitaw kunflitti ta’ interess diretti jew indiretti;

(d)    jevitaw kondotta mhux xierqa jew preġudizzju u dehra ta’ kondotta mhux xierqa jew preġudizzju;

(e)    josservaw standards għolja ta’ kondotta;

(f)    ma jieħdux struzzjonijiet minn ebda organizzazzjoni jew gvern fir-rigward tas-soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Ftehim jew kwalunkwe ftehim supplimentari; u

(g)    ma jkunux influwenzati mill-interess personali, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, lealtà lejn xi Parti jew biża’ mill-kritika.

3.    L-arbitri ma għandhomx jidħlu, direttament jew indirettament, għal obbligi jew jaċċettaw xi benefiċċju li jista’ b’xi mod ifixkel, jew jidher li jfixkel, fit-twettiq xieraq ta’ dmirijiethom.

4.    L-arbitri ma għandhomx jużaw il-pożizzjoni tagħhom fuq it-tribunal tal-arbitraġġ biex javvanzaw xi interessi personali jew privati. L-arbitri għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu l-impressjoni li oħrajn huma f’pożizzjoni speċjali biex jinfluwenzawhom.

5.    L-arbitri ma għandhomx iħallu relazzjonijiet jew responsabbiltajiet finanzjarji, kummerċjali, professjonali, familjari jew soċjali passati jew preżenti jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tagħhom.

6.    L-arbitri għandhom jevitaw li jidħlu fi kwalunkwe relazzjoni jew li jakkwistaw kwalunkwe interess finanzjarju li x’aktarx jaffettwa l-imparzjalità tagħhom jew li jista’ raġonevolment joħloq dehra ta’ kondotta mhux xierqa jew preġudizzju.



III.    Obbligi ta’ żvelar

7.    Qabel l-aċċettazzjoni tal-ħatra tagħhom bħala arbitri skont l-Artikolu 306 (Stabbiliment tal-Bord tal-Arbitraġġ) tas-Sitt Parti ta’ dan il-Ftehim (Soluzzjoni tat-Tilwim), il-kandidati li jintalbu jservu bħala arbitri għandhom jirċievu kopja ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta u jiżvelaw kwalunkwe interess lill-Partijiet bil-miktub, relazzjoni jew kwistjoni passata jew preżenti li x’aktarx taffettwa l-indipendenza jew l-imparzjalità tagħhom jew li tista’ toħloq b’mod raġonevoli dehra ta’ kondotta mhux xierqa jew preġudizzju. Għal dak l-għan, il-kandidati għandhom jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex isiru konxji ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni bħal dawn.

8.    L-obbligu ta’ żvelar huwa dmir kontinwu li jirrikjedi li l-arbitri jagħmlu sforzi raġonevoli f’kull ħin biex isiru konxji ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni msemmija fil-paragrafu 7 li tista’ tinqala’ matul kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, u li jiżvelawha lill-Partijiet bil-miktub mill-aktar fis possibbli li jsiru jafu bih.

9.    Il-kandidati u l-arbitri għandhom jikkomunikaw kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna ksur attwali jew potenzjali ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta lill-Partijiet għall-konsiderazzjoni tagħhom.

IV.    Dmirijiet tal-arbitri

10.    Mal-aċċettazzjoni tal-ħatra tagħhom, l-arbitri għandhom ikunu disponibbli biex iwettqu dmirijiethom u għandhom iwettquhom bir-reqqa, malajr u b’mod ġust u b’diliġenza matul il-proċedimenti.

11.    L-arbitri għandhom jikkunsidraw biss il-kwistjonijiet imqajma fil-proċedimenti u meħtieġa għal deċiżjoni jew rapport. Huma m’għandhomx jiddelegaw dan id-dmir lil xi persuna oħra.



12.    L-assistenti għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti għall-arbitri fil-Partijiet II (Prinċipji regolatorji), III (Obbligi ta’ żvelar) u VII (Kunfidenzjalità), mutatis mutandis. L-arbitri għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jiżguraw li l-assistenti tagħhom ikunu konxji ta’ dawk l-obbligi u li jikkonformaw magħhom.

V.    Dmirijiet tal-kandidati potenzjali

13.    L-individwi inklużi fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 306 (Stabbiliment ta’ tribunal tal-arbitraġġ) jew l-Artikolu 319 (Lista ta’ Arbitri) tas-Sitt Parti (Soluzzjoni tat-Tilwim) għandhom josservaw standards għoljin ta’ kondotta u jevitaw kondotta mhux xierqa jew id-dehra tagħha. L-individwi inklużi f’dik il-lista, jew ikkunsidrati għall-inklużjoni, għandhom jikkomunikaw lill-Partijiet mingħajr dewmien kwalunkwe kwistjoni li tista’ tiġġustifika kunsiderazzjoni f’dan ir-rigward.

VI.    Obbligi ta’ arbitri preċedenti

14.    Arbitri preċedenti għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu d-dehra li kienu preġudikati fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew li ħadu vantaġġ minn kwalunkwe deċiżjoni jew sentenza tat-tribunal tal-arbitraġġ.

15.    Arbitri preċedenti għandhom jikkonformaw mal-obbligi fil-Parti VII (Kunfidenzjalità) ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta.

VII.    Kunfidenzjalità

16.    L-arbitri ma għandhomx jiżvelaw jew, f’xi ħin, jużaw kwalunkwe informazzjoni mhux pubblika dwar il-proċedimenti jew miksuba matul il-proċedimenti li għalihom ikunu nħatru, ħlief għall-finijiet ta’ dawk il-proċedimenti. B’mod partikolari, ma għandhomx jiżvelaw jew jużaw tali informazzjoni biex jiksbu vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn, jew biex jaffettwaw b’mod negattiv l-interess ta’ oħrajn.



17.    L-arbitri ma għandhomx jiżvelaw deċiżjoni jew rapport tat-tribunal tal-arbitraġġ jew ta’ partijiet minnhom qabel il-pubblikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 321 (Deċiżjonijiet u sentenzi tat-tribunal tal-arbitraġġ) tas-Sitt Parti (Soluzzjoni tat-Tilwim).

18.    L-arbitri ma għandhom, fl-ebda ħin, jiżvelaw id-deliberazzjonijiet tat-tribunal tal-arbitraġġ, jew il-fehma ta’ xi arbitru, u lanqas ma għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar il-proċedimenti li għalihom ikunu nħatru jew dwar il-kwistjonijiet ikkontestati fil-proċedimenti.

VIII.    Spejjeż

19.    L-arbitri għandhom iżommu rekord u jagħtu rendikont finali tal-ħin iddedikat għall-proċedimenti u tal-ispejjeż tagħhom, kif ukoll tal-ħin u l-ispejjeż ta’ assistent, jekk applikabbli.

________________

ANNESS 31

PROTOKOLL
DWAR IL-KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU SSC.1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.    “attività bħala persuna impjegata” tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala tali għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tar-Renju ta’ Spanja meta tali attività jew sitwazzjoni ekwivalenti teżisti fir-Renju ta’ Spanja jew tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta tali attività jew sitwazzjoni ekwivalenti teżisti f’Ġibiltà;

2.    “attività bħala persuna li taħdem għal rasha” tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala tali għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tar-Renju ta’ Spanja meta tali attività jew sitwazzjoni ekwivalenti teżisti fir-Renju ta’ Spanja jew tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta tali attività jew sitwazzjoni ekwivalenti teżisti f’Ġibiltà;



3.    “servizzi ta’ riproduzzjoni assistita” tfisser kwalunkwe servizz mediku, kirurġiku jew ostetriku pprovdut bil-għan li jgħin persuna ġġorr tarbija;

4.    “benefiċċji in natura” tfisser:

(i)    għall-finijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III, benefiċċji in natura previsti skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li huma maħsuba biex jipprovdu, jagħmlu disponibbli, iħallsu direttament jew jirrimborżaw il-kost tal-kura medika u l-prodotti u s-servizzi anċillari għal dik il-kura;

(ii)    għall-finijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III, il-benefiċċji kollha in natura relatati ma’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u ma’ mard okkupazzjonali kif iddefiniti fil-punt (i) u previsti taħt l-iskemi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard okkupazzjonali;

5.    “perjodu tat-trobbija tat-tfal” tirreferi għal kwalunkwe perjodu li jiġi kkreditat skont il-leġiżlazzjoni tal-pensjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew li jipprovdi suppliment għal pensjoni espliċitament għar-raġuni li persuna rabbiet wild, irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu ta’ dawk il-perjodi u jekk jakkumulawx matul iż-żmien tat-trobbija tat-tfal jew humiex rikonoxxuti b’mod retroattiv;

6.    “impjegat taċ-ċivil” tfisser persuna meqjusa bħala tali jew ittrattata bħala tali mir-Renju ta’ Spanja, meta l-amministrazzjoni li timpjegahom hija soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-amministrazzjoni li timpjegahom hija soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;



7.    “awtorità kompetenti” tfisser, fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, il-Ministri jew awtorità ekwivalenti oħra responsabbli għall-iskemi tas-sigurtà soċjali fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà kollha jew f’xi partijiet minnhom;

8.    “istituzzjoni kompetenti” tfisser:

(i)    l-istituzzjoni li magħha l-persuna kkonċernata hija assigurata fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-benefiċċji; jew

(ii)    l-istituzzjoni li minnha l-persuna kkonċernata hija jew tkun intitolata għall-benefiċċji jekk dik il-persuna jew membru jew membri tal-familja tagħhom kienu residenti fir-Renju ta’ Spanja, fil-każ li l-istituzzjoni tkun tinsab fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà, fil-każ li l-istituzzjoni tkun tinsab f’Ġibiltà; jew

(iii)    l-istituzzjoni nnotifikata mill-awtorità kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema tkun ikkonċernata; jew

(iv)    fil-każ ta’ skema relatata mal-obbligi ta’ impjegatur fir-rigward tal-benefiċċji stabbiliti fl-Artikolu SSC.4(1), jew l-impjegatur jew l-assiguratur involut jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-korp jew l-awtorità maħtura mill-awtorità notifikata mill-awtorità kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema tkun ikkonċernata;

9.    “għotja f’każ ta’ mewt” tfisser ħlas ta’ darba fil-każ ta’ mewt, minbarra l-benefiċċji li jingħataw f’somma f’daqqa sħiħa msemmija fil-paragrafu (20);



10.    “Ħaddiem fruntalier” tfisser kwalunkwe persuna koperta bid-definizzjoni fil-Parti Erbgħa, Titolu I, Artikolu 291(2) u (3);

11.    “bażi tas-servizz” tfisser il-post minn fejn il-membru tal-ekwipaġġ normalment jibda u jispiċċa perjodu ta’ xogħol jew sensiela ta’ perjodi ta’ xogħol, u fejn, f’kundizzjonijiet normali, l-operatur/il-linja tal-ajru ma tkunx responsabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat;

12.    “istituzzjoni” tfisser, fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, il-korp jew l-awtorità responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha jew ta’ parti minnha;

13.    “istituzzjoni tal-post ta’ residenza” u “istituzzjoni tal-post ta’ żjara” jfissru, rispettivament, l-istituzzjoni li hija kompetenti biex tipprovdi benefiċċji fil-post fejn il-persuna kkonċernata tirrisjedi u l-istituzzjoni li hija kompetenti biex tipprovdi benefiċċji fil-post fejn il-persuna kkonċernata qed toqgħod, skont il-leġiżlazzjoni amministrata minn dik l-istituzzjoni jew, jekk tali istituzzjoni ma teżistix, l-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti rilevanti;

14.    “persuna assigurata”, fir-rigward tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti mill-Kapitoli 1 u 3 tat-Titolu III, tfisser kull persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema waħda tkun kompetenti taħt it-Titolu II sabiex ikollha d-dritt għall-benefiċċji, b’kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll;



15.    “leġiżlazzjoni” tfisser, fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Int, fir-rigward ta’ Ġibiltà, liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet statutorji oħra u l-miżuri implimentattivi l-oħra kollha relatati mal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti mill-Artikolu SSC.4(1), iżda teskludi dispożizzjonijiet kuntrattwali għajr dawk li jservu biex jimplimentaw obbligu ta’ assigurazzjoni li jirriżulta mil-liġijiet u r-regolamenti msemmija f’dan il-punt jew li kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni mill-awtoritajiet pubbliċi li tagħmilhom obbligatorji jew testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, dment li r-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, ikun liema wieħed ikun, jagħmel dikjarazzjoni għal dak il-għan, notifikata lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni. L-Unjoni Ewropea għandha jippubblika tali dikjarazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

16.    “benefiċċji tal-kura fit-tul“ tfisser benefiċċju in natura jew fi flus li l-għan tiegħu huwa li jindirizza l-ħtiġijiet ta’ kura ta’ persuna, li minħabba insuffiċjenza, teħtieġ assistenza konsiderevoli, inkluż iżda mhux limitat għal assistenza minn persuna jew persuni oħra biex twettaq attivitajiet essenzjali ta’ għajxien ta’ kuljum għal perjodu estiż ta’ żmien sabiex tiġi appoġġata l-awtonomija personali tagħha; dan jinkludi benefiċċji mogħtija għall-istess fini lil persuna li tipprovdi tali assistenza;

17.    “membru tal-familja” tfisser:

(i)    (A)    kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familja jew maħtura bħala membru tal-unità domestika mil-leġiżlazzjoni li permezz tagħha jingħataw il-benefiċċji;

(B)    fir-rigward ta’ benefiċċji in natura skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III, kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familja jew maħtura bħala membru tad-dar mil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, li fih tirrisjedi dik il-persuna, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-persuna tkun tirrisjedi Ġibiltà;



(ii)    jekk il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema waħda tkun applikabbli taħt il-punt (i) ma tagħmilx distinzjoni bejn il-membri tal-familja u persuni oħra li għalihom hija applikabbli, il-konjuġi, it-tfal minorenni, u t-tfal dipendenti li jkunu laħqu l-età maġġuri għandhom jitqiesu bħala membri tal-familja;

(iii)    jekk, taħt il-leġiżlazzjoni li hija applikabbli skont il-punti (i) u (ii), persuna titqies bħala membru tal-familja jew membru tal-unità domestika biss jekk dik il-persuna tgħix fl-istess unità domestika bħall-persuna assigurata jew pensjonant, din il-kundizzjoni għandha titqies sodisfatta jekk il-persuna inkwistjoni tkun prinċipalment dipendenti fuq il-persuna assigurata jew il-pensjonant;

18.    “perjodu ta’ impjieg” tfisser perjodi definiti jew rikonoxxuti bħal tali mil-leġiżlazzjoni li permezz tagħha jkunu ġew kompluti, u l-perjodi kollha ttrattati bħala tali, meta jkunu meqjusa minn dik il-leġiżlazzjoni bħala ekwivalenti għal perjodi ta’ impjieg jew għal impjieg indipendenti;

19.    “perjodu ta’ assigurazzjoni” tfisser perjodi ta’ kontribuzzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti kif definiti jew rikonoxxuti bħala perjodi ta’ assigurazzjoni mil-leġiżlazzjoni li permezz tagħha kienu kompluti jew ikkunsidrati bħala kompluti, u l-perjodi kollha ttrattati bħala tali, meta jkunu meqjusa minn dik il-leġiżlazzjoni bħala ekwivalenti għal perjodi ta’ assigurazzjoni;

20.    “pensjoni” tkopri mhux biss pensjonijiet iżda wkoll benefiċċji f’somma waħda li jistgħu jiġu sostitwiti għalihom u ħlasijiet fil-forma ta’ rimborż ta’ kontribuzzjonijiet u, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, żidiet ta’ valutazzjoni mill-ġdid jew allowances supplimentari;



21.    “benefiċċju ta’ qabel l-irtirar” tfisser il-benefiċċji kollha fi flus, minbarra benefiċċju tal-qgħad jew benefiċċju tax-xjuħija ipprovduti minn età speċifika lil ħaddiema li naqqsu, waqfu jew issospendew l-attivitajiet rimunerattivi tagħhom sal-età li fiha jikkwalifikaw għal pensjoni tax-xjuħija jew għal pensjoni għal min jirtira kmieni, li r-riċevuta tagħhom ma tkunx bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun disponibbli għas-servizzi tal-impjieg tar-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà, liema minnhom ikun kompetenti;

22.    “benefiċċju marbut mal-età mogħti qabel l-età tal-irtirar” tfisser benefiċċju mogħti qabel ma tintlaħaq l-età normali tad-dritt għall-pensjoni u li jew jibqa’ jingħata ladarba l-età msemmija tintlaħaq jew huwa sostitwit b’benefiċċju ieħor marbut mal-età;

23.    “uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju” tfisser l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju fejn jiġu adottati d-deċiżjonijiet essenzjali tal-impriża u fejn jitwettqu l-funzjonijiet tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha;

24.    “residenza” tfisser il-post fejn persuna tirrisjedi legalment;

25.    “benefiċċji fi flus mhux kontributorji” tfisser dawk il-benefiċċji fi flus mhux kontributorji li:

(i)    huma maħsuba biex jipprovdu jew:

(A)    protezzjoni supplimentari, sostituta jew sekondarja kontra r-riskji koperti mill-fergħat ta’ sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu SSC.4(1), u li jiggarantixxu lill-persuni kkonċernati introjtu minimu għall-għajxien fil-waqt li jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà, liema minnhom ikun ikkonċernat; jew



(B)    protezzjoni speċifika biss għal persuni b’diżabilità, liema protezzjoni hija marbuta mal-ambjent soċjali tal-persuna kkonċernata fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà, liema minnhom ikun ikkonċernat, u

(ii)    meta l-iffinanzjar jiġi b’mod esklużiv minn taxxi obbligatorji maħsuba biex ikopru l-ispiża pubblika ġenerali u l-kundizzjonijiet biex jingħataw u biex ikunu ikkalkulati l-benefiċċji ma jiddependux fuq xi kontribuzzjoni fir-rigward tal-benefiċjarju. Madanakollu, benefiċċji mogħtija biex jissupplimentaw benefiċċju kontributorju ma għandhomx jitqiesu bħala benefiċċji kontributorji għal din ir-raġuni biss;

26.    “skema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil” tfisser kwalunkwe skema tas-sigurtà soċjali li tkun differenti mill-iskema ġenerali tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-persuni impjegati fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà, liema minnhom huwa kkonċernat, u li għalih l-impjegati taċ-ċivil kollha, jew ċerti kategoriji tagħhom, ikunu direttament soġġetti

27.    “soġġorn” tfisser residenza temporanja;

28.    “pensjonant” tfisser persuna li tirċievi benefiċċju statutorju tax-xjuħija, tal-invalidità jew tas-superstiti f’isem ir-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit wara li twettaq attività bħala impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà;

29.    “benefiċċju tal-familja” tfisser il-benefiċċji kollha in natura jew fi flus maħsuba biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-familja, minbarra għotjiet ta’ pagamenti għall-manteniment u allowances speċjali marbutin mat-twelid ta’ tarbija u ma’ adozzjoni msemmija fl-Anness.SSC-1.



ARTIKOLU SSC.2

Komunikazzjonijiet u notifiki

Il-proċedura prevista fil-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 6 tal-Ftehim fir-rigward ta’ Ġibiltà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, ma għandhiex tapplika għal komunikazzjonijiet u deċiżjonijiet formali li għandhom jiġu nnotifikati, magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, jew indirizzati lilhom, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont dan il-Protokoll.

ARTIKOLU SSC.3

Persuni koperti

Dan il-Protokoll japplika għal:

1)    iċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu legalment fir-Renju ta’ Spanja, li huma jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, wara t-twettiq ta’ attività bħala ħaddiem fruntalier kif definit fl-Artikolu SSC.1 (10) f’Ġibiltà, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom li jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja;

2)    iċ-ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu legalment f’Ġibiltà, li huma jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja wara t-twettiq ta’ attività bħala ħaddiem fruntalier kif definit fl-Artikolu SSC.1 (10) fir-Renju ta’ Spanja, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom li jirrisjedu f’Ġibiltà;



3)    il-persuni msemmija fl-Artikolu 295 tal-Ftehim fir-rigward ta’ Ġibiltà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, li jwettqu attività bħala persuni impjegati għal impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu fir-Renju ta’ Spanja u f’Ġibiltà rispettivament u li jiġu stazzjonati għal perjodu limitat minn dak l-impjegatur f’Ġibiltà u fir-Renju ta’ Spanja, rispettivament, biex jipprovdu servizzi li huma kemm prodotti lokalment kif ukoll ikkonsmati fiż-żona tal-fruntiera kontigwa f’isem dak l-impjegatur u li jirritornaw mill-inqas darba fil-ġimgħa fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà rispettivament.

ARTIKOLU SSC.4

Materji koperti

1.    Dan il-Protokoll japplika għall-fergħat tas-sigurtà soċjali li ġejjin:

(a)    il-benefiċċji tal-mard;

(b)    il-benefiċċji tal-maternità u l-benefiċċji ekwivalenti tal-paternità;

(c)    il-benefiċċji tal-invalidità;

(d)    il-benefiċċji marbuta mal-età;

(e)    il-benefiċċji tas-superstiti;



(f)    il-benefiċċji marbuta ma’ aċċidenti fuq ix-xogħol u ma’ mard okkupazzjonali;

(g)    l-għotjiet f’każ ta’ mewt;

(h)    il-benefiċċji tal-qgħad;

(i)    il-benefiċċji ta’ qabel l-irtirar; u

(j)    benefiċċji tal-familja.

2.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Anness SSC-4, dan il-Protokoll għandu japplika għal skemi tas-sigurtà soċjali ġenerali u speċjali, kemm jekk kontributorji kif ukoll jekk mhux kontributorji, u għal skemi marbuta mal-obbligi ta’ impjegatur jew ta’ sid ta’ bastiment.

3.    Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III ma għandhomx, madankollu, jaffettwaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dwar l-obbligi ta’ sid ta’ bastiment.

4.    Dan il-Protokoll ma japplikax għal:

(a)    benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus;

(b)    il-benefiċċji tal-kura fit-tul;

(c)    assistenza soċjali u medika;



(d)    benefiċċji li fir-rigward tagħhom ir-Renju ta’ Spanja, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jassumi r-responsabbiltà għad-danni ta’ persuni u jipprovdi kumpens, bħal dawk fil-każ ta’ vittmi tal-gwerra u azzjoni militari jew il-konsegwenzi tagħhom; vittmi ta’ atti kriminali, qtil jew terroriżmu; vittmi ta’ dannu kkawżat minn aġenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fil-qadi ta’ dmirijiethom; jew vittmi li batew żvantaġġ minħabba raġunijiet politiċi jew reliġjużi jew raġunijiet ta’ dixxendenza; jew

(e)    servizzi ta’ riproduzzjoni assistita.

ARTIKOLU SSC.5

Trattament ugwali

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor minn dan il-Protokoll, il-persuni li għalihom japplika dan il-Protokoll għandhom igawdu, fir-rigward tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti mill-Artikolu SSC.4 (1), l-istess benefiċċji u jkunu soġġetti għall-istess obbligi skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja u fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bħaċ-ċittadini tagħhom.


ARTIKOLU SSC.6

Trattament ugwali ta’ benefiċċji, introjtu, fatti jew avvenimenti

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali ta’ benefiċċji, introjtu, fatti jew avvenimenti bil-mod li ġej:

(a)    fil-każijiet li, taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ir-riċeviment ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u introjtu ieħor ikollu ċerti effetti legali, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik il-leġiżlazzjoni għandhom japplikaw ukoll għar-riċeviment ta’ benefiċċji ekwivalenti miksuba taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja ikun kompetenti jew għal introjtu akkwistat fir-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà ikun kompetenti, jew f’Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja ikun kompetenti;

(b)    fil-każijiet fejn, taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà ikun kompetenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ir-Renju ta’ Spanja jkun kompetenti, effetti legali huma attribwiti għall-okkorrenza ta’ ċerti fatti jew avvenimenti, ir-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jieħu kont ta’ fatti jew avvenimenti simili li seħħew fir-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà ikun kompetenti jew f’Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja ikun kompetenti bħallikieku seħħew fit-territorju taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjoni kompetenti.



ARTIKOLU SSC.7

Aggregazzjoni tal-perjodi

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll, l-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà għandha, sa fejn ikun meħtieġ, tqis perjodi ta’ assigurazzjoni jew impjieg jew impjieg indipendenti kompluti skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja, skont il-każ, daqslikieku kienu perjodi kompluti skont il-leġiżlazzjoni li tapplika, meta l-leġiżlazzjoni tagħha torbot mal-kundizzjoni tal-ikkompletar ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ impjieg indipendenti:

(a)    l-akkwist, iż-żamma, it-tul ta’ żmien jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji;

(b)    l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni; jew

(c)    l-aċċess għal jew l-eżenzjoni minn assigurazzjoni obbligatorja, kontinwata volontarja jew volontarja.

ARTIKOLU SSC.8

Eżenzjoni ta’ regoli dwar ir-residenza

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll, il-benefiċċji fi flus pagabbli skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew skont dan il-Protokoll ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda tnaqqis, emenda, sospensjoni, irtirar jew konfiska minħabba l-fatt li l-benefiċjarju jew il-membri tal-familja tagħhom jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja, meta l-istituzzjoni responsabbli għall-għoti tal-benefiċċji tkun tinsab f’Ġibiltà, jew f’Ġibiltà, meta l-istituzzjoni responsabbli għall-għoti tal-benefiċċji tkun tinsab fir-Renju ta’ Spanja.



ARTIKOLU SSC.9

Prevenzjoni ta’ trikkib ta’ benefiċċji

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, dan il-Protokoll la għandu jagħti u lanqas iżomm id-dritt għal diversi benefiċċji tal-istess tip għall-istess perjodu ta’ assigurazzjoni obbligatorja.

TITOLU II

DETERMINAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI APPLIKABBLI

ARTIKOLU SSC.10

Regoli ġenerali

1.    Il-persuni li għalihom japplika dan il-Protokoll għandhom ikunu soġġetti għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Din il-leġiżlazzjoni għandha tkun iddeterminata skont dan it-Titolu.

2.    Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza tal-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni impjegati għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività. Dan ma għandux japplika għall-pensjonijiet tal-invalidità, tax-xjuħija jew tas-superstiti jew għall-pensjonijiet għal aċċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali jew għal benefiċċji tal-mard fi flus li jkopru t-trattament għal perjodu illimitat.



3.    Soġġett għall-Artikoli SSC.11, SSC.13 u SSC.14:

(a)    persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fir-Renju ta’ Spanja għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja; persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha f’Ġibiltà għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(b)    impjegati taċ-ċivil għandhom ikunu soġġetti għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, fejn l-amministrazzjoni li tħaddimhom tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-amministrazzjoni li timpjegahom hija soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(c)    persuna li tirċievi benefiċċju tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja; persuna li tirċievi benefiċċji tal-qgħad taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(d)    pensjonanti li jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà għandhom ikunu soġġetti għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, fejn dawk il-persuni jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja, jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn dawk il-persuni jirrisjedu f’Ġibiltà, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-Protokoll li jiggarantulhom benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni l-oħra.



4.    Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, persuna li twettaq attività, bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, li normalment titwettaq abbord bastiment fuq il-baħar li jtajjar il-bandiera tar-Renju ta’ Spanja għandha titqies bħala li twettaq attività fir-Renju ta’ Spanja; persuna li twettaq attività, bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, li normalment titwettaq abbord bastiment fuq il-baħar li jtajjar il-bandiera tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha titqies li qed twettaq dik l-attività f’Ġibiltà. Madankollu, persuna impjegata abbord bastiment b’bandiera tar-Renju ta’ Spanja u remunerata għal attività bħal din minn impriża jew persuna li l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħha jkun f’Ġibiltà għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dik il-persuna tirrisjedi f’Ġibiltà; persuna impjegata abbord bastiment b’bandiera ta’ Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u remunerata għal tali attività bħal din minn impriża jew persuna li l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħha jkun fir-Renju ta’ Spanja għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jekk dik il-persuna tirrisjedi fir-Renju Unit. L-impriża jew il-persuna li tħallas ir-remunerazzjoni għandha titqies bħala l-impjegatur għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni msemmija.

5.    Għall-fini ta’ dan it-Titolu, persuna li twettaq attività bħala membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li twettaq servizzi tal-passiġġieri jew tal-merkanzija bl-ajru għandha titqies li qed twettaq dik l-attività fir-Renju ta’ Spanja fejn il-bażi tas-servizz tinsab fir-Renju ta’ Spanja, jew f’Ġibiltà, meta l-bażi tas-servizz tkun tinsab f’Ġibiltà.


ARTIKOLU SSC.11

Ħaddiema fruntaliera stazzjonati

1.    Ċittadin tal-Unjoni li għalih japplika dan il-Protokoll, li jwettaq attività bħala persuna fruntaliera impjegata f’Ġibiltà skont SSC.1.(10). ma’ impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li tintbagħat minn dak l-impjegatur fir-Renju ta’ Spanja biex twettaq xogħol f’isem dak l-impjegatur għandha tibqa’ soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dment li

(a)    it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ tali xogħol ma jaqbiżx l-24 xahar; u

(b)    dik il-persuna ma tintbagħatx biex tissostitwixxi ħaddiem ieħor stazzjonat.

2.    Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għal ċittadin tar-Renju Unit li għalih japplika dan il-Protokoll, li jwettaq attività bħala ħaddiem tal-fruntiera impjegat fir-Renju ta’ Spanja, għal impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li jintbagħat minn dak l-impjegatur f’Ġibiltà, biex iwettaq xogħol f’isem dak l-impjegatur.

3.    Ċittadin tal-Unjoni li għalih japplika dan il-Protokoll, li normalment iwettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f’Ġibiltà, li tmur biex twettaq attività simili fir-Renju ta’ Spanja għandha tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, dment li t-tul ta’ żmien antiċipat ta’ tali attività ma jaqbiżx l‑24 xahar.

4.    Il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis għal ċittadin tar-Renju Unit li għalih japplika dan il-Protokoll, li normalment iwettaq attività bħala ħaddiem tal-fruntiera li jaħdem għal rasu fir-Renju ta’ Spanja, li jmur biex iwettaq attività simili f’Ġibiltà.


ARTIKOLU SSC.12

Ħaddiema stazzjonati

1.    Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà ma’ impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tintbagħat mill-impjegatur f’Ġibiltà biex twettaq xogħol f’ismu, meta l-impjegatur normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu fir-Renju ta’ Spanja, jew fir-Renju ta’ Spanja, meta l-impjegatur normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu f’Ġibiltà, għandha tkompli tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta l-impjegatur normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu fir-Renju ta’ Spanja, jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-impjegatur normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu f’Ġibiltà, dment li:

(a)    it-tul ta’ żmien ta’ tali xogħol ma jaqbiżx l-24 xahar;

(b)    dik il-persuna ma tintbagħatx biex tissostitwixxi persuna oħra; u

(c)    din il-persuna tirrisjedi fir-Renju ta’ Spanja u tirritorna mill-inqas darba fil-ġimgħa fir-Renju ta’ Spanja jekk tkun stazzjonata f’Ġibiltà, jew tirrisjedi f’Ġibiltà u tirritorna mill-inqas darba fil-ġimgħa f’Ġibiltà jekk tkun stazzjonata fir-Renju ta’ Spanja.



ARTIKOLU SSC.13

Twettiq ta’ attivitajiet fir-Renju ta’ Spanja u f’Ġibiltà

1.    Għall-persuni li għalihom japplika dan il-Protokoll li, minbarra l-attività tagħhom bħala ħaddiema fruntaliera kif definit fl-Artikolu SSC.1 (10), iwettqu wkoll attività fil-post ta’ residenza tagħhom, għandhom japplikaw il-paragrafi li ġejjin.

2.    Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà għandha tkun soġġetta għal:

(a)    il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza jekk hija twettaq parti sostanzjali tal-attività tagħha hemmhekk; jew

(b)    jekk ma twettaqx parti sostanzjali tal-attività tagħha fil-post ta’ residenza:

(i)    il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ir-Renju ta’ Spanja skont fejn ikun jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew tal-impjegatur jekk tkun impjegata minn impriża jew impjegatur wieħed; jew

(ii)    il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja skont fejn ikun jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriżi jew tal-impjegaturi jekk tkun impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju fir-Renju ta’ Spanja biss jew f’Ġibiltà biss; jew



(iii)    il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jekk il-persuna tirrisjedi f’Ġibiltà, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jekk il-persuna tirrisjedi fir-Renju ta’ Spanja, jekk dik il-persuna tkun impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar, li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fir-Renju ta’ Spanja u f’Ġibiltà; jew

(iv)    il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza jekk il-persuna tkun impjegata minn intrapriża waħda jew aktar jew minn impjegaturi wieħed jew aktar, li mill-inqas wieħed minnhom ikollhom l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà.

3.    Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata għal rasha fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà għandha tkun soġġetta għal:

(a)    il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza jekk hija twettaq parti sostanzjali tal-attività tagħha hemmhekk; jew

(b)    il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont fejn jinsab iċ-ċentru ta’ interess tal-attivitajiet tagħhom, jekk din il-persuna ma twettaqx parti sostanzjali tal-attività tagħha fil-post ta’ residenza tagħha.

4.    Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fir-Renju ta’ Spanja u f’Ġibiltà għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont fejn hija twettaq attività bħala persuna impjegata jew, jekk twettaq tali attività fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà, għal-leġiżlazzjoni determinata skont il-paragrafu 2.



5.    Persuna li tkun impjegata taċ-ċivil mir-Renju ta’ Spanja u li twettaq attività bħala persuna impjegata jew taħdem għal rasha f’Ġibiltà jew viċi versa, għandha tkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta l-amministrazzjoni li tħaddimhom tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-amministrazzjoni li timpjegahom tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

6.    Il-persuni msemmija fil-paragrafi minn 2 sa 5 għandhom jiġu ttrattati, għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni determinata skont dawn id-dispożizzjonijiet, bħallikieku kienu qed iwettqu l-attivitajiet kollha tagħhom bħala persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u kienu qed jirċievu l-introjtu kollu tagħhom fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew fir-Renju ta’ Spanja, skont liema minnhom ikun ikkonċernat.

ARTIKOLU SSC. 14

Assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata volontarja

1.    L-Artikoli SSC.10, SSC.11 u SSC.13 ma japplikawx għal assigurazzjoni volontarja jew għal assigurazzjoni fakultattiva kontinwata sakemm, fir-rigward ta’ waħda mill-fergħat imsemmija fl-Artikolu SSC.4, tkun teżisti biss skema ta’ assigurazzjoni volontarja fir-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



2.    Meta, minħabba l-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, il-persuna kkonċernata tkun soġġetta għal assigurazzjoni obbligatorja fir-Renju ta’ Spanja, dik il-persuna ma tistax tkun soġġetta għal skema ta’ assigurazzjoni volontarja jew għal skema ta’ assigurazzjoni kontinwata volontarja fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Meta, minħabba l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, il-persuna kkonċernata tkun soġġetta għal assigurazzjoni obbligatorja fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dik il-persuna ma tistax tkun soġġetta għal skema ta’ assigurazzjoni volontarja jew għal skema ta’ assigurazzjoni kontinwata volontarja fir-Renju ta’ Spanja. Fil-każijiet l-oħra kolla fejn, għal fergħa partikolari, hemm l-għażla bejn diversi skemi ta’ assigurazzjoni volontarja jew skemi ta’ assigurazzjoni mhux obbligatorji kontinwati, il-persuna konċernata għandha tagħżel biss l-iskema li trid hi.

3.    Fir-rigward tal-benefiċċji tal-invalidità, marbuta mal-età u tas-superstiti, il-persuna kkonċernata tista’ tingħaqad mal-iskema ta’ assigurazzjoni volontarja jew ta’ assigurazzjoni kontinwata volontarja tar-Renju ta’ Spanja, anki jekk hija tkun soġġetta b’mod obbligatorju għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, sakemm hija tkun ġiet soġġetta, f’xi stadju tal-karriera tagħha, għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, minħabba jew bħala konsegwenza ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha u jekk tali inċidenza hija permess b’mod espliċitu jew impliċitu skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja. Bl-istess mod, fir-rigward tal-benefiċċji tal-invalidità, tax-xjuħija u tas-superstiti, il-persuna kkonċernata tista’ tingħaqad mal-iskema ta’ assigurazzjoni volontarja jew ta’ assigurazzjoni kontinwata volontarja tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, anki jekk hija tkun soġġetta b’mod obbligatorju għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, sakemm hija tkun ġiet soġġetta, f’xi stadju tal-karriera tagħha, għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, minħabba jew bħala konsegwenza ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha u jekk tali trikkib huwa permess b’mod espliċitu jew impliċitu skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



4.    Meta l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja tagħmel l-ammissjoni għal assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata fakultattiva kundizzjonali fuq residenza hemmhekk jew fuq attività preċedenti bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, is-subparagrafu (b) tal-Artikolu SSC.6 għandu japplika biss għal persuni li f’xi stadju aktar bikri kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni kkonċernata, abbażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

ARTIKOLU SSC.15

Obbligi tal-impjegatur

1.    Impjegatur ta’ ħaddiem fruntalier li huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni ta’:

(a)    ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jew ta’

(b)    ir-Renju ta’ Spanja

għandu jissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-impjegati tiegħu, notevolment l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet previsti minn dik il-leġiżlazzjoni, daqslikieku kellu l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tiegħu fir-Renju ta’ Spanja, jew f’Ġibiltà, rispettivament.

2.    Impjegatur ta’ ħaddiem fruntalier li huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni ta’:

(a)    ir-Renju ta’ Spanja, meta l-impjegatur ma jkollux post tan-negozju fir-Renju ta’ Spanja; jew



(b)    ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-impjegatur ma jkollux post tan-negozju f’Ġibiltà

jista’ jiftiehem mal-ħaddiem fruntalier li dan tal-aħħar jista’ jissodisfa l-obbligi tal-impjegatur f’ismu fir-rigward tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-obbligi sottostanti tal-impjegatur u l-impjegatur għandu jibgħat avviż ta’ tali arranġament lill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, rispettivament.



TITOLU III

DISPOŻIŻŻJONI SPEĊJALI DWAR ID-DIVERSI KATEGORIJI TA’ BENEFIĊĊJI

KAPITOLU 1

BENEFIĊĊJI TAL-MARD, TAL-MATERNITÀ U BENEFIĊĊJI EKWIVALENTI TAL-PATERNITÀ

TAQSIMA 1

PERSUNI ASSIGURATI U MEMBRI TAL-FAMILJI TAGĦHOM
MINBARRA PENSJONANTI U MEMBRI TAL-FAMILJI TAGĦHOM

ARTIKOLU SSC.16

Residenza fir-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit,
fir-rigward ta’ Ġibiltà huwa kompetenti, jew f’Ġibiltà,

fejn ir-Renju ta’ Spanja huwa kompetenti

Il-ħaddiema fruntaliera u l-ħaddiema fruntaliera stazzjonati li jkunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u li jirrisjedu rispettivament f’Ġibiltà jew fir-Renju ta’ Spanja, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, huma intitolati għal benefiċċji in natura fil-post ta’ residenza pprovduti, f’isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, skont il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza, daqslikieku din il-persuna kienet assigurata skont din il-leġiżlazzjoni.



ARTIKOLU SSC.17

Soġġorn fil-post tal-impjieg jew tal-impjieg għal rashom

1.    Il-ħaddiema fruntaliera, il-ħaddiema fruntaliera stazzjonati u l-ħaddiema stazzjonati għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji in natura waqt li jkunu fil-post tal-impjieg jew tal-impjieg għal rashom. Fil-każ ta’ ħaddiema fruntaliera u ħaddiema fruntaliera stazzjonati, dawn il-benefiċċji in natura għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti u bi spejjeż tagħha, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika, daqslikieku l-persuni kkonċernati kienu residenti hemmhekk.

2.    Fil-każ ta’ ħaddiema stazzjonati, dawn il-benefiċċji in natura għandhom ikunu dawk li jsiru meħtieġa għal raġunijiet mediċi matul is-soġġorn tagħhom, b’kont meħud tan-natura tal-benefiċċji u t-tul mistenni tas-soġġorn. Dawn il-benefiċċji in natura għandhom jingħataw f’isem l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn, skont il-leġiżlazzjoni li din l-istituzzjoni tapplika, daqslikieku il-persuni konċernati kienu assigurati taħt din il-leġiżlazzjoni.

3.    Il-paragrafu 2 ma japplikax meta l-persuna kkonċernata tkun ivvjaġġat lejn ir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà, skont il-każ, bl-għan li tirċievi l-benefiċċji in natura.



ARTIKOLU SSC.18

Benefiċċji fi flus

1.    Il-ħaddiema fruntaliera u l-ħaddiema stazzjonati u l-membri tal-familja tagħhom għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji fi flus ipprovduti mill-istituzzjoni kompetenti skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Bi ftehim bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew ta’ soġġorn, dawn il-benefiċċji jistgħu, madankollu, jingħataw mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew ta’ soġġorn bi spejjeż għall-istituzzjoni kompetenti skont il-leġiżlazzjoni li tiġi applikata mill-istituzzjoni kompetenti.

2.    Meta l-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji fi flus għandu jkun ibbażat fuq l-introjtu medju jew fuq bażi ta’ kontribuzzjoni medja, l-istituzzjoni kompetenti għandha tiddetermina dan l-introjtu medju jew il-bażi ta’ kontribuzzjoni medja esklużivament b’referenza għall-introjti kkonfermati bħala mħallsa, jew għall-bażijiet ta’ kontribuzzjoni applikati matul il-perjodi mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni msemmija.

3.    Meta l-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji fi flus għandu jkun ibbażat fuq introjtu standard, l-istituzzjoni kompetenti għandha tqis esklużivament l-introjtu standard jew, fejn xieraq, il-medja tal-introjtu standard għall-perjodi kompluti skont il-leġiżlazzjoni msemmija.

4.    Il-paragrafi 2 u 3 japplikaw mutatis mutandis għal każijiet fejn il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti tistabbilixxi perjodu ta’ referenza speċifiku li jikkorrispondi fil-każ inkwistjoni kompletament jew parzjalment għall-perjodi li l-persuna kkonċernata tkun wettqet skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU SSC.19

Pretendent tal-pensjoni

1.    Persuna assigurata li, meta tagħmel talba għal pensjoni, jew matul l-investigazzjoni tagħha, ma tibqax intitolata għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tibqa’ intitolata għal benefiċċji in natura fil-post ta’ residenza, dment li dik il-persuna tirrisjedi f’Ġibiltà jew fir-Renju ta’ Spanja, skont il-każ, u dment li l-applikant għall-pensjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kif imsemmi fil-paragrafu 2. Id-dritt għal benefiċċji in natura fil-post ta’ residenza għandu japplika wkoll għall-membri tal-familja tal-pretendent tal-pensjoni.

2.    Il-benefiċċji mogħtija in natura għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà li, fil-każ li tingħata l-pensjoni, issir kompetenti skont l-Artikoli SSC.20 u SSC.21.



TAQSIMA 2

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-PENSJONANTI U L-MEMBRI TAL-FAMILJI TAGĦHOM

ARTIKOLU SSC.20

Dritt għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza

Persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja u fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u li hija intitolata għal benefiċċji in natura fil-post ta’ residenza, għandha, flimkien mal-membri tal-familja tagħha, tirċievi dawn il-benefiċċji in natura mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza u bi spejjeż tagħha, daqslikieku kienet pensjonanta li l-pensjoni tagħha kienet pagabbli biss skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, rispettivament.

ARTIKOLU SSC.21

Ebda dritt għall-benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza

1.    Persuna li:

(a)    tirrisjedi fir-Renju ta’ Spanja;

(b)    tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja; u



(c)    ma tkunx intitolata għall-benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja;

għandhom madankollu jirċievu dawn il-benefiċċji għalihom infushom u għall-membri tal-familja tagħhom, sakemm il-pensjonant ikun intitolat għalihom taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dik il-persuna kienet tirrisjedi f’Ġibiltà. Il-benefiċċji in natura għandhom jingħataw bl-ispejjeż tal-istituzzjoni ta’ Ġibiltà mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, bħallikieku l-persuna kkonċernata kienet intitolata għal pensjoni u intitolata għal benefiċċji in natura taħt il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza.

2.    Persuna li:

(a)    tirrisjedi f’Ġibiltà;

(b)    tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà; u

(c)    ma tkunx intitolata għall-benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

għandha madankollu jirċievu dawn il-benefiċċji għalihom infushom u għall-membri tal-familja tagħhom, sakemm il-pensjonant ikun intitolat għalihom skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’Spanja, jekk dik il-persuna tirrisjedi fir-Renju ta’ Spanja. Il-benefiċċji in natura għandhom jingħataw bl-ispejjeż tal-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, daqslikieku l-persuna kkonċernata kienet intitolata għal pensjoni u intitolata għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza.



ARTIKOLU SSC.22

Kontinwazzjoni tat-trattament

Ħaddiem fruntalier li jirtira minħabba xjuħija jew invalidità huwa intitolat fil-każ ta’ mard li jkompli jirċievi benefiċċji in natura f’Ġibiltà jekk dik il-persuna tkun wettqet l-aħħar l-attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha hemmhekk jew fir-Renju ta’ Spanja, jekk dik il-persuna tkun wettqet l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha hemmhekk, sa fejn din tkun tkomplija ta’ trattament li beda f’Ġibiltà jew fir-Renju ta’ Spanja rispettivament. “Kontinwazzjoni tat-trattament” tfisser it-tkomplija tal-investigazzjoni, id-dijanjosi u t-trattament ta’ marda għat-tul kollu tagħha.

ARTIKOLU SSC.23

Benefiċċji fi flus għal pensjonanti

1.    Il-benefiċċji fi flus għandhom jitħallsu lil persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema tkun applikata mill-istituzzjoni kompetenti tal-post li fih tkun tinsab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija lil pensjonant fil-post ta’ residenza tiegħu. L-Artikolu SSC.18 se japplika mutatis mutandis.

2.    Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-membri tal-familja tal-persuna pensjonanta.


ARTIKOLU SSC.24

Kontribuzzjonijiet

L-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li hija responsabbli skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika għat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet għall-benefiċċji tal-mard, tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità, tista’ titlob u tirkupra dan it-tnaqqis, ikkalkulat skont il-leġiżlazzjoni li tapplika, sal-punt biss li l-kost tal-benefiċċji skont l-Artikoli SSC.20 sa SSC.21 għandhom jitħallsu minn istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

TAQSIMA 3

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

ARTIKOLU SSC.25

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikoli SSC.21 sa SSC.24 ma għandhomx japplikaw għal persuna pensjonanta jew għall-membri tal-familja tagħha li jkunu intitolati għall-benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, abbażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha.



ARTIKOLU SSC.26

Prijoritizzazzjoni tad-dritt għal benefiċċji in natura – regola speċjali għad-dritt tal-membri tal-familja għal benefiċċji fil-post ta’ residenza

1.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-paragrafu 2 u 3, meta membru tal-familja jkollu dritt indipendenti għall-benefiċċji in natura bbażati fuq il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew fuq dan il-Kapitolu, dan id-dritt għandu jieħu prijorità fuq dritt derivattiv għall-benefiċċji in natura għall-membri tal-familja.

2.    Sakemm mhux previst mod ieħor fil-paragrafu 3, meta d-dritt indipendenti fil-post ta’ residenza jeżisti direttament u biss fuq il-bażi tar-residenza tal-persuna kkonċernata f’dak il-post, dritt derivat għall-benefiċċji in natura għandu jieħu prijorità fuq id-dritt indipendenti.

3.    Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-benefiċċji in natura għandhom jingħataw lill-membri tal-familja ta’ persuna assigurata għad-detriment tal-istituzzjoni kompetenti fil-post fejn jirrisjedu, meta:

(a)    dawk il-membri tal-familja jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà u meta, skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, rispettivament, id-dritt għal benefiċċji in natura ma jkunx soġġett għal kundizzjonijiet ta’ assigurazzjoni jew attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha; u

(b)    il-konjuġi jew il-persuna li tieħu ħsieb it-tfal tal-persuna assigurata twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà, jew tirċievi pensjoni mir-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà rispettivament, abbażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.



ARTIKOLU SSC.27

Rimborżi bejn istituzzjonijiet

1.    Il-benefiċċji in natura li jingħataw mill-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja f’isem l-istituzzjoni fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’isem l-istituzzjoni fir-Renju ta’ Spanja skont dan il-Kapitolu għandhom jagħtu lok għal rimborż sħiħ.

2.    Ir-rimborżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti u effettwati skont l-Arranġament Amministrattiv miftiehem bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja.

3.    Ir-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jipprevedu metodi oħra ta’ rimborż jew jirrinunzjaw għar-rimborż kollu bejniethom.



KAPITOLU 2

BENEFIĊĊJI MARBUTA MA’ AĊĊIDENTI FUQ IX-XOGĦOL
U MA’ MARD OKKUPAZZJONALI

ARTIKOLU SSC.28

Dritt għal benefiċċji in natura jew fi flus

1.    Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni aktar favorevoli fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli SSC.16 u SSC.17 għandhom japplikaw ukoll għal benefiċċji marbutin ma’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma’ mard okkupazzjonali.

2.    Persuna li jkollha aċċident fil-post tax-xogħol jew li tkun mardet fil-post tax-xogħol u li tkun tirrisjedi jew tissoġġorna fir-Renju ta’ Spanja, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti, jew f’Ġibiltà, meta r-Renju ta’ Spanja jkun kompetenti, għandha tkun intitolata għall-benefiċċji speċjali in natura tal-iskema li tkopri l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard okkupazzjonali provduti, f’isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew ta’ soġġorn skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, daqslikieku kienet assigurata skont il-leġiżlazzjoni msemmija.

3.    L-Artikolu SSC.18 japplika wkoll għall-benefiċċji li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu.



ARTIKOLU SSC.29

Kostijiet tat-trasport

1.    L-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema leġiżlazzjoni tipprevedi li tkopri l-kostijiet tat-trasport ta’ persuna li ġarrbet aċċident fuq il-post tax-xogħol jew li qed tbati minn marda okkupazzjonali, jew lejn il-post ta’ residenza tagħha jew lejn sptar, għandha tħallas dawn il-kostijiet sal-post korrispondenti fejn tirrisjedi l-persuna.

2.    L-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema leġiżlazzjoni tipprevedi l-pagament tal-kostijiet tat-trasport tal-ġisem ta’ persuna li tmut f’aċċident fuq ix-xogħol lejn il-post tad-dfin, għandha tħallas dawk il-kostijiet lill-post ta’ residenza tal-persuna meta jseħħ l-aċċident, skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika.

ARTIKOLU SSC.30

Benefiċċji għal mard okkupazzjonali meta l-persuna b’mard
ta’ dan it-tip kienet esposta għall-istess riskju fir-Renju ta’ Spanja u f’Ġibiltà

Meta persuna li tkun mardet fuq ix-xogħol, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tkun wettqet attività li min-natura tagħha x’aktarx tikkawża l-marda msemmija, il-benefiċċji li hija jew is-superstiti tagħha jkunu jistgħu jitolbu għandhom jiġu pprovduti esklużivament skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema jkun tal-aħħar wieħed minn dawk l-Istati li ssodisfa tali kundizzjonijiet.



ARTIKOLU SSC.31

Aggravament ta’ marda okkupazzjonali

Fil-każ ta’ aggravament ta’ marda okkupazzjonali li għaliha persuna li tkun qed tbati minn marda bħal din tkun irċeviet jew tkun qed tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)    jekk il-persuna kkonċernata, waqt li tkun qed tirċievi l-benefiċċji, ma tkunx eżerċitat, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li x’aktarx tikkawża jew taggrava l-marda inkwistjoni, l-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema jkun l-ewwel wieħed fosthom minn fejn il-persuna tkun ingħata il-benefiċċji, għandha ġġarrab il-kost tal-benefiċċji skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika, filwaqt li tqis l-aggravament;

(b)    jekk il-persuna kkonċernata, waqt li tkun qed tirċievi benefiċċji, tkun wettqet attività bħal din taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli jew fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà, l-istituzzjoni kompetenti jew tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, liema minnhom tkun l-ewwel waħda fejn il-persuna tkun irċeviet benefiċċji, għandha ġġarrab il-kost tal-benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni li hija tapplika mingħajr ma jittieħed kont tal-aggravament. L-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, liema minnhom ikun it-tieni minn fejn il-persuna tkun irċeviet benefiċċji, għandha tagħti suppliment lill-persuna kkonċernata, li l-ammont tiegħu għandu jkun ugwali għad-differenza bejn l-ammont ta’ benefiċċji dovuti wara l-aggravament u l-ammont li kien ikun dovut qabel l-aggravament skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, kieku l-marda inkwistjoni seħħet skont il-leġiżlazzjoni applikata minn dik l-istituzzjoni;



(c)    ir-regoli dwar it-tnaqqis, is-sospensjoni jew l-irtirar stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx jiġu invokati kontra persuni li jirċievu benefiċċji provduti minn istituzzjonijiet ta’ żewġ Stati skont is-subparagrafu (b).

ARTIKOLU SSC.32

Regoli biex jittieħdu inkonsiderazzjoni l-karatteristiċi l-leġiżlazzjonijiet ikkonċernati

1.    Jekk ma jkunx hemm assigurazzjoni kontra aċċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali fil-post fejn il-persuna kkonċernata tirrisjedi jew tissoġġorna, jew jekk din l-assigurazzjoni teżisti imma ma hemm l-ebda istituzzjoni responsabbli biex tipprovdi benefiċċji in natura, dawk il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew ta’ soġġorn responsabbli biex tipprovdi benefiċċji in natura fil-każ ta’ mard.

2.    Jekk ma jkun hemm l-ebda assigurazzjoni kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard okkupazzjonali fir-Renju ta’ Spanja, jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema tkun kompetenti, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu dwar benefiċċji in natura għandhom madankollu jiġu applikati għal persuna li tkun intitolata għal dawk il-benefiċċji fil-każ ta’ mard, maternità jew paternità ekwivalenti skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, jekk dik il-persuna ġġarrab aċċident fuq il-post tax-xogħol jew tbati minn marda kkaġunata mix-xogħol matul ir-residenza tagħha f’Ġibiltà, jew skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk dik il-persuna ġġarrab aċċident fuq il-post tax-xogħol jew tbati minn marda kkaġunata mix-xogħol matul ir-residenza tagħha fir-Renju ta’ Spanja. Il-kostijiet għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni li hija kompetenti għall-benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema minnhom tkun kompetenti.



3.    L-Artikolu SSC.6 japplika għall-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fir-rigward tal-ekwivalenza ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali li jew seħħew jew li ġew ikkonfermati sussegwentement taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew fir-Renju ta’ Spanja, rispettivament, matul il-valutazzjoni tal-grad ta’ inkapaċità, id-dritt għall-benefiċċji jew l-ammont tagħhom, bil-kundizzjoni li:

(a)    l-ebda kumpens ma jkun dovut għal aċċident fuq ix-xogħol jew marda okkupazzjonali li kienet seħħet jew li kienet ġiet ikkonfermata qabel skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika; u

(b)    l-ebda kumpens ma jkun dovut għal aċċident fuq ix-xogħol jew marda okkupazzjonali li kienet seħħet jew li kienet ġiet ikkonfermata sussegwentement, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont jekk l-aċċident fuq ix-xogħol jew il-marda okkupazzjonali kienx seħħ jew kienx ġie kkonfermat.

ARTIKOLU SSC.33

Rimborżi bejn istituzzjonijiet

1.    L-Artikolu SSC.28 japplika wkoll għall-benefiċċji li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu, u r-rimborż għandu jsir abbażi tal-kostijiet attwali.

2.    Ir-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jipprevedu metodi oħra ta’ rimborż jew jirrinunzjaw għar-rimborż kollu bejniethom.



KAPITOLU 3

GĦOTJIET F’KAŻ TA’ MEWT

ARTIKOLU SSC.34

Drittijiet għal għotjiet meta l-mewt isseħħ, jew meta l-persuna intitolata
tirrisjedi fir-Renju ta’ Spanja, meta r-Renju Unit,

fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti,

jew f’Ġibiltà, meta r-Renju ta’ Spanja jkun kompetenti

1.    Meta persuna assigurata jew membru tal-familja tagħha jmut fir-Renju ta’ Spanja, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti, jew f’Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja ikun kompetenti, il-mewt għandha titqies li seħħet fejn tinsab l-istituzzjoni kompetenti.

2.    L-istituzzjoni kompetenti għandha tkun obbligata li tipprovdi għotjiet f’każ ta’ mewt pagabbli taħt il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, anke jekk il-persuna intitolata tirrisjedi fir-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti jew f’Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja jkun kompetenti.

3.    Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll meta l-mewt tkun ir-riżultat ta’ aċċident fuq ix-xogħol jew marda okkupazzjonali.



ARTIKOLU SSC.35

Għoti ta’ benefiċċji fil-każ ta’ mewt ta’ persuna pensjonanta

1.    Fil-każ ta’ mewt tal-persuna pensjonanta li kienet intitolata għal pensjoni skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, jew għal pensjonijiet skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja u fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta dik il-persuna kienet residenti fir-Renju ta’ Spanja, meta l-istituzzjoni responsabbli għall-kost tal-benefiċċji mogħtija in natura tkun f’Ġibiltà u tirrisjedi f’ Ġibiltà, meta l-istituzzjoni responsabbli mill-kost tal-benefiċċji in natura tkun fir-Renju ta’ Spanja, l-għotjiet marbutin mal-mewt li għandhom jitħallsu skont il-leġiżlazzjoni amministrata minn dik l-istituzzjoni għandhom jingħataw u jitħallsu minnha daqslikieku l-persuna pensjonanta fil-mument tal-mewt kienet residenti fil-post fejn tinsab dik l-istituzzjoni.

2.    Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-pensjonant.


KAPITOLU 4

BENEFIĊĊJI TAL-INVALIDITÀ

ARTIKOLU SSC. 36

Persuni li huma suġġetti biss għal leġiżlazzjoni tat-tip A

1.    Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitoluleġiżlazzjoni tat-tip A” tfisser leġiżlazzjoni li skontha l-ammont ta’ benefiċċji tal-invalidità huwa indipendenti mit-tul tal-perjodi ta’ assigurazzjoni, u “leġiżlazzjoni tat-tip B” tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra.

2.    Persuna li tkun wettqet perjodi ta’ assigurazzjoni esklużivament skont il-leġiżlazzjoni tat-tip A għandha tkun intitolata għal benefiċċji biss mill-istituzzjoni tal-post li l-leġiżlazzjoni tiegħu kienet applikabbli fiż-żmien meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol segwita minn invalidità, filwaqt li jitqies, fejn xieraq, l-Artikolu SSC.37 u għandha tirċievi tali benefiċċji f’konformità ma’ dik il-leġiżlazzjoni.

3.    Jekk il-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jkun fiha regoli dwar ir-riduzzjoni, is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ benefiċċji marbutin mal-invalidità fil-każ ta’ sitwazzjonijiet fejn ikun hemm trikkib ma’ introjtu ieħor jew ma’ benefiċċji ta’ tip differenti skont l-Artikoli SSC.46(2), SSC 46(3) u 48(3) għandhom japplikaw mutatis mutandis.



ARTIKOLU SSC.37

Dispożizzjonijiet speċjali fuq l-aggregazzjoni tal-perjodi

Jekk il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà tagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji kundizzjonali fuq it-twettiq tal-perjodi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha, fejn meħtieġ, tapplika l-Artikolu SSC.44(1) mutatis mutandis.

ARTIKOLU SSC.38

Persuni suġġetti jew għal leġiżlazzjoni tat-tip B biss jew għal leġiżlazzjoni tat-tip A u tat-tip B

1.    Persuna li kienet suċċessivament jew alternattivament soġġetta għal-leġiżlazzjoni tat-tip A u tat-tip B għandha tkun intitolata għall-benefiċċji taħt il-Kapitolu 5, li għandu japplika mutatis mutandis b’kont meħud tal-paragrafu 3.

2.    Jekk qabel il-persuna kkonċernata kienet suġġetta għal leġiżlazzjoni tat-tip B u din il-persuna ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għal invalidità waqt li tkun suġġetta għal leġiżlazzjoni tat-tip A, din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skont l-Artikolu SSC.36 skont il-leġiżlazzjoni tat-tip A, sakemm:

   din il-persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dik il-leġiżlazzjoni biss jew ta’ leġiżlazzjonijiet oħra ta’ l-istess tip, u dan waqt li jkun ikkunsidrat, fejn jixraq, l-Artikolu SSC 37, iżda mingħajr ma jkunu ikkunsidrati perjodi ta’ assigurazzjoni jew residenza magħmula taħt leġiżlazzjoni tat-tip B, u

   din il-persuna ma tagħmilx talbiet għal benefiċċji marbutin ma’ l-età, u dan waqt li jittieħed inkonsiderazzjoni l-Artikolu SSC.43.



3.    Deċiżjoni meħuda minn istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dwar il-grad ta’ invalidità ta’ applikant għandha tkun vinkolanti fuq l-istituzzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja, rispettivament.

ARTIKOLU SSC. 39

Aggravament ta’ invalidità

1.    Fil-każ ta’ aggravament ta’ invalidità li għaliha persuna tkun qed tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet li ġejjin, filwaqt li jitqies l-aggravament:

(a)    il-benefiċċji għandhom jingħataw skont il-Kapitolu 5, applikat mutatis mutandis;

(b)    madanakollu, meta l-persuna kkonċernata kienet suġġetta għal leġiżlazzjonijiet tat-tip A u minn mindu bdiet tirċievi l-benefiċċju ma kinitx suġġetta għal-leġiżlazzjoni tat-tip B, il-benefiċċju għandu jingħata skont l-Artikolu SSC.36(2).

2.    Jekk l-ammont totali tal-benefiċċju jew benefiċċji li għandhom jingħataw taħt il-paragrafu 1 ikun anqas mill-ammont tal-benefiċċji li l-persuna konċernata kienet tirċievi bl-ispejjeż għall-istituzzjoni li qabel kienet kompetenti għall-ħlas, dik l-istituzzjoni għandha tħallasha suppliment ekwivalenti għad-differenza bejn iż-żewġ ammonti.



3.    Jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx intitolata għal benefiċċji bl-ispejjeż għal istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-istituzzjoni li qabel kienet kompetenti għandha tħallas il-benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni li tapplika, u dan waqt li tieħu inkonsiderazzjoni l-aggravazzjoni u, fejn jixraq, l-Artikolu SSC.37.

ARTIKOLU SSC.40

Konverżjoni tal-benefiċċji tal-invalidità f’benefiċċji tax-xjuħija

1.    Benefiċċji marbutin mal-invalidità għandhom jinbidlu għal benefiċċji marbutin ma’ l-età, fejn jixraq, bil-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni jew mil-leġiżlazzjonijiet li taħthom jingħataw dawn il-benefiċċji u dan skont il-Kapitolu 5.

2.    Meta persuna li tirċievi benefiċċji tal-invalidità tista’ tistabbilixxi pretensjoni għall-benefiċċji tax-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni kemm tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont l-Artikolu SSC.47, kwalunkwe istituzzjoni li hija responsabbli biex tipprovdi benefiċċji tal-invalidità skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tkompli tipprovdi lil tali persuna bil-benefiċċji tal-invalidità li għalihom hija intitolata skont il-leġiżlazzjoni li tapplika sakemm il-paragrafu 1 isir applikabbli fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni, jew inkella sakemm il-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet għal tali benefiċċji.



3.    Meta l-benefiċċji tal-invalidità mogħtija skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, f’konformità mal-Artikolu SSC.36, jiġu kkonvertiti f’benefiċċji marbut mal-età u meta l-persuna kkonċernata tkun għadha ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà biex tirċievi dawk il-benefiċċji, il-persuna kkonċernata għandha tirċievi, mir-Renju ta’ Spanja u/jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, benefiċċji tal-invalidità mid-data tal-konverżjoni.

Dawk il-benefiċċji tal-invalidità għandhom jingħataw skont il-Kapitolu 5 daqslikieku dak il-Kapitolu kien japplika meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol li wasslet għall-invalidità, u dan sakemm il-persuna konċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tikkwalifika għal benefiċċju marbut mal-età stabbiliti fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali konċernati jew, fejn ma jkunx hemmx provvedimenti dwar din il-bidla, sakemm din il-persuna tkun intitolata għal benefiċċji marbutin mal-invalidità taħt din il-leġiżlazzjoni.

4.    Il-benefiċċji marbutin mal-invalidità mogħtija taħt l-Artikolu SSC.36 għandhom ikun ikkalkulati mill-ġdid f’konformità mal-Kapitolu 5 malli l-benefiċjarju jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jikkwalifika għal benefiċċji marbutin ma’ l-invalidità stabbiliti f’leġiżlazzjoni tat-tip B, jew malli il-benefiċjarju jirċievi benefiċċji marbutin mal-età.

ARTIKOLU SSC.41

Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

L-Artikoli SSC.7, SSC.36, SSC.38, SSC.39, SSC.40 u l-Artikolu SSC.53(2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-persuni koperti mill-iskema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil.



KAPITOLU 5

PENSJONIJIET TAX-XJUĦIJA U TAS-SUPERSTITI

ARTIKOLU SSC.42

Filwaqt li jitqiesu l-perjodi tat-trobbija tat-tfal

1.    Fejn, skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, l-istituzzjoni li tkun kompetenti skont it-Titolu II hija r-Renju ta’ Spanja, jew fejn skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-istituzzjoni li tkun kompetenti skont it-Titolu II hija r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma jitqies l-ebda perjodu ta’ trobbija tat-tfal, l-istituzzjoni jew tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li l-leġiżlazzjoni tagħha, skont it-Titolu II, kienet applikabbli għall-persuna kkonċernata għar-raġuni li l-persuna kienet qed twettaq attività bħala ħaddiem impjegat jew ħaddiem li jaħdem għal rasu fid-data meta, skont dik il-leġiżlazzjoni, il‑perjodu ta’ trobbija tat-tfal beda jitqies għat-tifel/tifla kkonċernat/a, għandha tibqa’ responsabbli biex tqis dak il-perjodu bħala perjodu ta’ trobbija tat-tfal skont il-leġiżlazzjoni tagħha stess, bħallikieku tali trobbija tat-tfal seħħet fit-territorju tagħha stess.

2.    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-persuna kkonċernata hija, jew issir, soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, minħabba t-twettiq ta’ attività ta’ impjegat jew ta’ xogħol għal rasu.



ARTIKOLU SSC.43

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.    L-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiddeterminaw id-dritt għall-benefiċċju, taħt il-leġiżlazzjoni jew tar-Renju ta’ Spanja, fejn il-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni Spanjola meta ġiet sottomessa talba għall-għoti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn il-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tat-tnejn li huma meta ġiet sottomessa talba għall-għoti; sakemm il-persuna kkonċernata ma titlobx espressament id-differiment tal-għoti ta’ benefiċċji tax-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tat-tnejn li huma.

2.    Jekk f’mument partikolari l-persuna kkonċernata ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa, il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni jew tar-Renju ta’ Spanja, meta dik il-persuna kienet suġġetta għal-leġiżlazzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta dik il-persuna kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-istituzzjonijiet li japplikaw leġiżlazzjoni li l-kundizzjonijiet tagħha ġew sodisfatti m’għandhomx iqisu, meta jwettqu l-kalkolu skont is-subparagrafu (a) jew (b) tal-Artikolu SSC.45(1), il-perjodi kompluti taħt il-leġiżlazzjoni li l-kundizzjonijiet tagħha ma ġewx sodisfatti, jew m’għadhomx sodisfatti, fejn dan jagħti lok għal ammont aktar baxx ta’ benefiċċju.

3.    Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis meta l-persuna konċernata titlob espressament id-differiment tal-għoti ta’ benefiċċji tax-xjuħija.



4.    Kalkolu ġdid għandu jsir awtomatikament kif u meta l-kundizzjonijiet li jkollhom jiġu ssodisfati skont il-leġiżlazzjoni l-oħra jiġu ssodisfati jew meta persuna titlob li l-għoti ta’ benefiċċju tax-xjuħija jiġi ddifferit skont il-paragrafu 1, sakemm il-perjodi kompluti skont il-leġiżlazzjoni l-oħra ma jkunux diġà tqiesu bis-saħħa tal-paragrafi 2 jew 3.

ARTIKOLU SSC.44

Dispożizzjonijiet speċjali fuq l-aggregazzjoni tal-perjodi

1.    Fejn il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tagħmel l-għoti ta’ ċerti benefiċċji kundizzjonali fuq il-perjodi ta’ assigurazzjoni li jkunu tlestew biss f’attività speċifika bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha jew f’okkupazzjoni li hija soġġetta għal skema speċjali għal persuni impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom, l-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tqis il-perjodi li tlestew taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit rispettivament, fir-rigward ta’ Ġibiltà jew tar-Renju ta’ Spanja jew, biss jekk tlestew taħt skema korrispondenti jew, fin-nuqqas ta’ dan, fl-istess okkupazzjoni, jew fejn xieraq, fl-istess attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha. Jekk, wara li kienu ikkunsidrati l-perjodi mwettqa b’dan il-mod, il-persuna konċernata ma tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tirċievi il-benefiċċji ta’ skema speċjali, dawn il-perjodi għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-għoti tal-benefiċċji tal-iskema ġenerali jew, jekk dan ma jkunx il-każ, tal-iskema applikabbli għal ħaddiema li jaħdmu b’idejhom jew għal ħaddiema klerikali, skont il-każ, sakemm il-persuna konċernata kienet miktuba f’waħda jew l-oħra minn dawn l-iskemi.



2.    Il-perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa taħt skema speċjali tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-għoti tal-benefiċċji tal-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta’ dan, tal-iskema applikabbli għall-ħaddiema manwali jew klerikali, skont il-każ, tar-Renju ta’ Spanja, fil-każ ta’ skema tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fil-każ ta’ skema tar-Renju ta’ Spanja, dment li l-persuna kkonċernata kienet affiljata ma’ waħda jew oħra minn dawk l-iskemi, anki jekk dawk il-perjodi diġà tqiesu taħt skema speċjali fir-Renju ta’ Spanja, fil-każ ta’ skema tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew f’Ġibiltà, fil-każ ta’ skema tar-Renju ta’ Spanja.

3.    Meta l-leġiżlazzjoni jew l-iskema speċifika tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tissuġġetta l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun assigurata fiż-żmien tal-materjalizzazzjoni tar-riskju, din il-kundizzjoni għandha titqies bħala li ġiet issodisfata jekk dik il-persuna kienet assigurata qabel skont il-leġiżlazzjoni jew l-iskema speċifika tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u hija, fiż-żmien tal-materjalizzazzjoni tar-riskju, assigurata skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta kienet assigurata qabel skont il-leġiżlazzjoni jew skema speċifika tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew assigurata skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta kienet assigurata qabel skont il-leġiżlazzjoni jew skema speċifika tar-Renju ta’ Spanja, għall-istess riskju jew, fin-nuqqas ta’ dan, jekk benefiċċju jkun dovut skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta ma jkunx dovut skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta ma jkunx dovut skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta ma jkunx dovut skont l-istess riskju, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta ma jkunx dovut skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja. Din il-kundizzjoni tal-aħħar għandha, madankollu, titqies li ġiet issodisfata fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu SSC.50.



ARTIKOLU SSC.45

Għoti ta’ benefiċċji

1.    L-istituzzjoni kompetenti għandha tikkalkula l-ammont tal-benefiċċju li jkollu jingħata:

(a)    skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, biss meta l-kundizzjonijiet għall-intitolament għall-benefiċċji kienu sodisfatti b’mod esklużiv skont il-liġi nazzjonali (benefiċċju indipendenti);

(b)    billi tikkalkula ammont teoretiku u sussegwentement ammont attwali (benefiċċju pro rata), kif ġej:

(i)    l-ammont teoretiku tal-benefiċċju huwa ugwali għall-benefiċċju li l-persuna kkonċernata tista’ titlob kieku l-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni li ġew ikkompletati taħt il-leġiżlazzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa kompetenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja huwa kompetenti, kienu ġew ikkompletati taħt il-leġiżlazzjoni li huwa japplika fid-data tal-għoti tal-benefiċċju. Jekk, skont din il-leġiżlazzjoni, l-ammont ma jkunx jiddependi fuq it-tul tal-perjodi kompluti, dak l-ammont għandu jitqies bħala l-ammont teoretiku;

(ii)    l-istituzzjoni kompetenti għandha mbagħad tistabbilixxi l-ammont reali tal-benefiċċju pro rata billi tapplika għall-ammont teoretiku l-proporzjon bejn it-tul tal-perjodi kompluti qabel il-materjalizzazzjoni tar-riskju skont il-leġiżlazzjoni li tapplika u t-tul totali tal-perjodi kompluti qabel il-materjalizzazzjoni tar-riskju skont il-leġiżlazzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



2.    Fejn xieraq, l-istituzzjoni kompetenti għandha tapplika, għall-ammont ikkalkulat skont is-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 1, ir-regoli kollha relatati mat-tnaqqis, is-sospensjoni jew l-irtirar, skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, fil-limiti previsti fl-Artikoli SSC.46 sa SSC.48.

3.    Il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata li tirċievi mill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-ogħla mill-ammonti kkalkulati skont is-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 1.

4.    Fejn il-kalkolu skont is-subparagrafu (a) tal-paragrafu 1 fir-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jirriżulta invarjabbilment li l-benefiċċju indipendenti jkun ugwali għal jew ogħla mill-benefiċċju pro rata, kkalkulat skont is-subparagrafu (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirrinunzja għall-kalkolu pro rata, sakemm:

(a)    tali sitwazzjoni tkun prevista fl-Anness SSC-2.

(b)    l-ebda leġiżlazzjoni li fiha regoli kontra t-trikkib kif imsemmi fl-Artikolu SSC.47 u l-Artikolu SSC.48 ma tkun applikabbli sakemm ma jkunux sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu SSC.48(2); u

(c)    L-Artikolu SSC.50 mhuwiex applikabbli fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ fir-rigward tal-perjodi kkompletati skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa kompetenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja huwa kompetenti.



5.    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, il-kalkolu pro rata m’għandux japplika għal skemi li jipprovdu benefiċċji li fir-rigward tagħhom il-perjodi taż-żmien m’għandhom l-ebda relevanza għall-kalkolu, sakemm skemi bħal dawn ikunu elenkati fl-Anness SSC-2. F’każijiet bħal dawn, il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għall-benefiċċju kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

ARTIKOLU SSC.46

Regoli għall-prevenzjoni ta’ trikkib

1.    Kull trikkib ta’ benefiċċji tax-xjuħija u tas-superstiti kkalkulati jew ipprovduti fuq il-bażi ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa mill-istess persuna għandu jitqies bħala trikkib ta’ benefiċċji tal-istess tip.

2.    Każijiet fejn ikun hemm trikkib tal-benefiċċji li ma jistgħux jitqiesu bħala benefiċċji tal-istess tip fis-sens tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala każijiet ta’ trikkib tal-benefiċċji ta’ tip differenti.

3.    Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għall-finijiet ta’ regoli għall-prevenzjoni ta’ trikkib stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fil-każ ta’ trikkib ta’ benefiċċju tax-xjuħija jew tas-superstiti ma’ benefiċċju tal-istess tip jew benefiċċju ta’ tip differenti jew ma’ dħul ieħor:

(a)    l-istituzzjoni kompetenti għandha tqis il-benefiċċji jew l-introjti miksuba fir-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa kompetenti, jew f’Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja huwa kompetenti, biss fejn il-leġiżlazzjoni li hija tapplika tipprevedi li l-benefiċċji jew l-introjtu miksuba barra mit-territorju tagħha għandhom jitqiesu;



(b)    l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu kont tal-ammont ta’ benefiċċji li għandhom jitħallsu mir-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà huwa kompetenti, jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja huwa kompetenti, qabel it-tnaqqis tat-taxxa, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u imposti jew tnaqqis individwali oħra, sakemm il-leġiżlazzjoni li hija tapplika ma tipprevedix l-applikazzjoni ta’ regoli għall-prevenzjoni ta’ trikkib wara tali tnaqqis, taħt il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness;

(c)    l-istituzzjoni kompetenti ma għandhiex tqis l-ammont ta’ benefiċċji miksuba skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa kompetenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja huwa kompetenti, fuq il-bażi ta’ assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni fakultattiva kontinwata;

(d)    jekk ir-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, japplikaw regoli biex jipprevjenu t-trikkib minħabba li l-persuna kkonċernata tirċievi benefiċċji tal-istess tip jew ta’ tip differenti skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ir-Renju ta’ Spanja jew introjtu akkwistat f’Ġibiltà jew ir-Renju ta’ Spanja, il-benefiċċju dovut jista’ jitnaqqas biss bl-ammont ta’ tali benefiċċji jew tali introjtu.

ARTIKOLU SSC.47

Trikkib ta’ benefiċċji tal-istess tip

1.    Fejn benefiċċji tal-istess tip dovuti taħt il-leġiżlazzjoni kemm tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jikkoinċidu, ir-regoli għall-prevenzjoni ta’ trikkib stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx ikunu applikabbli għal benefiċċju pro rata.



2.    Ir-regoli għall-prevenzjoni ta’ trikkib għandhom japplikaw biss għal benefiċċju indipendenti jekk il-benefiċċju konċernat ikun:

(a)    benefiċċju li l-ammont tiegħu ma jiddependix fuq it-tul ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni; jew

(b)    benefiċċju li l-ammont tiegħu huwa determinat fuq il-bażi tal-perjodu akkreditat meħud li twettaq bejn id-data li fiha r-riskju mmaterjalizza u data aktar tard, li jikkoinċidi ma’:

(i)    benefiċċju tal-istess tip, ħlief meta jkun ġie konkluż ftehim bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, biex jiġi evitat li l-istess perjodu kkreditat jitqies aktar minn darba; jew

(ii)    benefiċċju msemmi fis-subparagrafu (a).

Il-benefiċċji u l-ftehimiet imsemmija fis-subparagrafi (a) u (b) huma elenkati fl-Anness SSC-3.



ARTIKOLU SSC.48

Trikkib ta’ benefiċċji ta’ tip differenti

1.    Jekk ir-riċevuta ta’ benefiċċji ta’ tip differenti jew dħul ieħor teħtieġ l-applikazzjoni tar-regoli għall-prevenzjoni ta’ trikkib previsti mil-leġiżlazzjoni kemm tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, rigward:

(a)    żewġ benefiċċji indipendenti jew aktar, l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiddividu l-ammonti tal-benefiċċju jew benefiċċji u dħul ieħor, skont kif tqiesu, bl-għadd ta’ benefiċċji suġġetti għar-regoli msemmija; madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan is-subparagrafu ma tistax iċċaħħad lill-persuna kkonċernata mill-istatus tagħha ta’ persuna pensjonanta għall-finijiet tal-kapitoli l-oħra ta’ dan it-Titolu skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness għall-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali;

(b)    benefiċċju pro rata wieħed jew aktar, l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom iqisu l-benefiċċju jew benefiċċji jew dħul ieħor u l-elementi kollha stipulati għall-applikazzjoni tar-regoli biex jipprevjenu t-trikkib bħala funzjoni tal-proporzjon bejn il-perjodi ta’ assigurazzjoni u/jew residenza stabbiliti għall-kalkolu msemmi fis-subparagrafu (b) punt (ii) tal-Artikolu SSC.45(1);

(c)    benefiċċju indipendenti wieħed jew aktar u benefiċċju pro rata wieħed jew aktar, l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom japplikaw mutatis mutandis il-paragrafu (a) fir-rigward ta’ benefiċċji indipendenti u subparagrafu (b) fir-rigward ta’ benefiċċji pro rata.



2.    L-istituzzjoni kompetenti m’għandhiex tapplika d-diviżjoni stipulata fir-rigward ta’ benefiċċji indipendenti, jekk il-leġiżlazzjoni li hija tapplika tipprovdi biex jitqiesu l-benefiċċji ta’ tip differenti jew dħul ieħor u l-elementi l-oħra kollha għall-kalkolu ta’ parti mill-ammont tagħhom determinat bħala funzjoni tal-proporzjon bejn perjodi ta’ assigurazzjoni msemmija fis-subparagrafu (b) punt (ii) tal-Artikolu SSC.45(1).

3.    Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tipprevedi li dritt għal benefiċċju ma jistax jinkiseb fil-każ meta l-persuna kkonċernata tirċievi benefiċċju ta’ tip differenti, pagabbli rispettivament skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jew tar-Renju ta’ Spanja, jew ta’ dħul ieħor.



ARTIKOLU SSC.49

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tal-benefiċċji

1.    Għall-kalkolu tal-ammonti teoretiċi u pro rata msemmija fis-subparagrafu (b) tal-Artikolu SSC.45(1), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)    meta t-tul totali tal-perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati qabel ma mmaterjalizza ruħu r-riskju taħt il-leġiżlazzjonijiet kemm tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun itwal mill-perjodu massimu meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà għar-riċeviment ta’ benefiċċju sħiħ, l-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, meta r-Renju ta’ Spanja jkun kompetenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti, għandha tqis dan il-perjodu massimu minflok it-tul totali tal-perjodi kkompletati; dan il-metodu ta’ kalkulazzjoni ma għandux iwassal biex ikunu imposti fuq dik l-istituzzjoni l-kostijiet ta’ benefiċċju akbar mill-benefiċċju stabbilit mil-leġiżlazzjoni applikata minnha. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal benefiċċji li l-ammont tagħhom ma jiddependix mit-tul tal-assigurazzjoni;

(b)    il-proċedura biex jitqiesu l-perjodi ta’ trikkib hija stabbilita fl-Anness għall-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali;

(c)    jekk il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tipprovdi li l-benefiċċji għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ dħul, kontribuzzjonijiet, bażijiet ta’ kontribuzzjonijiet, żidiet, qligħ, ammonti oħra jew kombinazzjoni ta’ aktar minn wieħed minnhom (medja, proporzjonali, fissa jew akkreditata), l-istituzzjoni kompetenti għandha:

(i)    tiddetermina l-bażi għall-kalkolu tal-benefiċċji skont il-perjodi ta’ assigurazzjoni kompluti skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika biss;



(ii)    tuża, sabiex tiddetermina l-ammont li għandu jiġi kkalkolat skont il-perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni jew tar-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa kompetenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja huwa kompetenti, l-istess elementi ddeterminati jew irreġistrati għall-perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni li hija tapplika; fejn meħtieġ skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness SSC-4 għar-Renju ta’ Spanja jew għar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(d)    fil-każ li s-subparagrafu (c) ma jkunx applikabbli minħabba li l-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tipprovdi li l-benefiċċju jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ elementi oħra għajr il-perjodi ta’ assigurazzjoni li mhumiex marbuta maż-żmien, l-istituzzjoni kompetenti għandha tqis, fir-rigward ta’ kull perjodu ta’ assigurazzjoni kkompletat taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jkun kompetenti, jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta r-Renju ta’ Spanja jkun kompetenti, l-ammont tal-kapital akkumulat, il-kapital li huwa kkunsidrat bħala akkumulat jew kwalunkwe element ieħor għall-kalkolu taħt il-leġiżlazzjoni li tamministra diviż bl-unitajiet korrispondenti ta’ perjodi fl-iskema tal-pensjoni kkonċernata.

2.    Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dwar ir-rivalorizzazzjoni tal-elementi meqjusa għall-kalkolu tal-benefiċċji għandhom japplikaw, kif xieraq, għall-elementi li għandhom jitqiesu mill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-paragrafu 1, fir-rigward tal-perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta r-Renju ta’ Spanja ikun kompetenti.



ARTIKOLU SSC.50

Perjodi ta’ assigurazzjoni ta’ inqas minn sena

1.    Minkejja s-subparagrafu (b) tal-Artikolu SSC.45(1), l-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhiex tkun meħtieġa tipprovdi benefiċċji għal perjodi mwettqa, skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, li jitqiesu meta jimmaterjalizza r-riskju, jekk:

(a)    it-tul taż-żmien ta’ dawn il-perjodi jkun inqas minn sena, u

(b)    meta jitqiesu biss dawn il-perjodi, ma jinkiseb l-ebda dritt għall-benefiċċju skont dik il-leġiżlazzjoni. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “perjodi” għandha tfisser il-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg indipendenti li jew jikkwalifikaw għal, jew iżidu direttament, il-benefiċċju konċernat.

2.    L-istituzzjoni kompetenti kemm tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tqis il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1, għall-finijiet tas-subparagrafu (b), il-punt (i) tal-Artikolu SSC.45(1).

3.    Jekk l-effett tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ikun li jeħles lill-istituzzjonijiet kollha kemm tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, mill-obbligi tagħhom, il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti esklużivament skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta l-kundizzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni tiegħu jkunu l-aħħar li ġew issodisfati, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-kundizzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni tiegħu jkunu l-aħħar li ġew issodisfati, bħallikieku l-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni kkompletati u kkunsidrati f’konformità mal-Artikoli SSC.7 u SSC.44 (1) u (2) kienu ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



4.    Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal skemi elenkati fl-Anness SSC-2.

ARTIKOLU SSC.51

Għoti ta’ suppliment

1.    Benefiċjarju ta’ benefiċċji li għalihom japplika dan il-Kapitolu ma jistax, la fir-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju ta’ Spanja huwa l-post ta’ residenza u taħt liema leġiżlazzjoni benefiċċju huwa pagabbli lilu, u lanqas f’Ġibiltà, fejn Ġibiltà hija l-post ta’ residenza u fejn taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, benefiċċju huwa pagabbli lilu, jingħata benefiċċju li huwa inqas mill-benefiċċju minimu stabbilit minn dik il-leġiżlazzjoni għal perjodu ta’ assigurazzjoni ugwali għall-perijodi kollha meqjusa għall-pagament skont dan il-Kapitolu.

2.    L-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tħallsu matul il-perjodu tar-residenza tiegħu fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà, rispettivament, suppliment ugwali għad-differenza bejn it-total tal-benefiċċji dovuti skont dan il-Kapitolu u l-ammont tal-benefiċċju minimu.



ARTIKOLU SSC.52

Kalkolu mill-ġdid u rivalwazzjoni tal-benefiċċji

1.    Jekk il-metodu għad-determinazzjoni tal-benefiċċji jew ir-regoli għall-kalkolu tal-benefiċċji jinbidlu skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew jekk is-sitwazzjoni personali tal-persuna kkonċernata tinbidel b’mod rilevanti li, skont dik il-leġiżlazzjoni, iwassal għal aġġustament tal-ammont tal-benefiċċju, għandu jsir kalkolu mill-ġdid skont l-Artikolu SSC.45.

2.    Min-naħa l-oħra, jekk, minħabba żieda fil-kost tal-għajxien jew bidliet fil-livell tad-dħul jew raġunijiet oħra għall-aġġustament, il-benefiċċji tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jinbidlu b’perċentwal jew ammont fiss, tali perċentwal jew ammont fiss għandu jiġi applikat direttament għall-benefiċċji determinati skont l-Artikolu SSC.45, mingħajr il-ħtieġa ta’ kalkolu mill-ġdid.

ARTIKOLU SSC.53

Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

1.    L-Artikoli SSC.7, SSC.43, SSC.44(3) u SSC.45 sa SSC.52 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-persuni koperti mill-iskema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil.



2.    Madankollu, jekk il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tissoġġetta l-akkwist, il-likwidazzjoni, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji taħt skema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil għall-kundizzjoni li l-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni jkunu mwettqa taħt skema speċjali waħda jew aktar għall-impjegati taċ-ċivil fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà, jew ikunu meqjusa mil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bħala ekwivalenti għal tali perjodi, l-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tieħu kont biss tal-perjodi li jistgħu jkunu rikonoxxuti taħt il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Jekk, wara li jkunu tqiesu l-perjodi hekk kompluti, il-persuna kkonċernata ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tirċievi dawk il-benefiċċji, dawn il-perjodi għandhom jitqiesu sabiex jingħataw il-benefiċċji skont l-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta’ dan, l-iskema applikabbli għall-ħaddiema manwali jew klerikali, skont il-każ.

3.    Meta, skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, il-benefiċċji taħt skema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-aħħar salarju jew salarji riċevuti matul perjodu ta’ referenza, l-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tqis, għall-finijiet tal-kalkolu, dawk is-salarji biss, rivalwati kif xieraq, li kienu riċevuti matul il-perjodu jew il-perjodi li għalihom il-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni.



KAPITOLU 6

BENEFIĊĊJI TAL-QGĦAD

ARTIKOLU SSC.54

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti

1.    L-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja fejn il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja tagħmel l-akkwist, iż-żamma, l-irkupru jew it-tul tad-dritt għall-benefiċċji kundizzjonali fuq l-ikkompletar ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg, jew impjieg indipendenti jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà tagħmel l-akkwist, iż-żamma, l-irkupru jew it-tul tad-dritt għall-benefiċċji kundizzjonali fuq l-ikkompletar ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti, għandha, sa fejn ikun meħtieġ, tqis perjodi ta’ assigurazzjoni jew impjieg jew impjieg indipendenti kkompletati skont il‑leġiżlazzjoni tar-Renju Unit rispettivament, fir-rigward ta’ Ġibiltà jew tar-Renju ta’ Spanja jew daqslikieku ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni li hija tapplika.

Madanakollu, meta l-leġiżlazzjoni applikabbli tagħmel id-dritt għal benefiċċji kundizzjonali fuq l-ikkompletar ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew impjieg indipendenti li jkunu ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma għandhomx jitqiesu sakemm perjodi bħal dawn ma kinux jitqiesu bħala perjodi ta’ assigurazzjoni li kieku ġew ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.



2.    L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun kundizzjonali fuq il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun lestiet reċentement, skont il-leġiżlazzjoni skont liema jkunu qed jintalbu l-benefiċċji:

(a)    perjodi ta’ assigurazzjoni, jekk dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi perjodi ta’ assigurazzjoni;

(b)    perjodi ta’ impjieg, jekk dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi perjodi ta’ impjieg;

(c)    perjodi ta’ impjieg indipendenti, jekk dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi perjodi ta’ impjieg indipendenti.

ARTIKOLU SSC.55

Kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad

1.    Meta l-kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad ikun ibbażat fuq l-ammont tas-salarju jew tal-introjtu professjonali preċedenti tal-persuna kkonċernata, ir-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju ta’ Spanja jkun kompetenti, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jkun kompetenti, għandhom iqisu s-salarju jew l-introjtu professjonali riċevut mill-persuna kkonċernata abbażi esklużivament tal-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li tkun kompetenti.



2.    Fejn ir-Renju ta’ Spanja ikun kompetenti u l-leġiżlazzjoni applikata mir-Renju ta’ Spanja tipprevedi perjodu ta’ referenza speċifiku għad-determinazzjoni tas-salarju jew l-introjtu professjonali użat biex jiġi kkalkulat l-ammont tal-benefiċċju, u l-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għall-perjodu ta’ referenza kollu jew parti minnu, ir-Renju ta’ Spanja għandu jqis biss is-salarju jew l-introjtu professjonali riċevut matul l-aħħar attività tagħhom bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha taħt dik il-leġiżlazzjoni. Fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huwa kompetenti u l-leġiżlazzjoni applikata mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, tipprevedi perjodu ta’ referenza speċifiku għad-determinazzjoni tas-salarju jew l-introjtu professjonali użat biex jiġi kkalkulat l-ammont tal-benefiċċju, u l-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jqis biss is-salarju jew l-introjtu professjonali riċevut matul l-aħħar attività tagħhom bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha taħt dik il-leġiżlazzjoni.

ARTIKOLU SSC.56

Persuni qiegħda li kienu jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja,
meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti,

jew f’Ġibiltà, meta r-Renju ta’ Spanja ikun kompetenti

1.    Persuni li jisfaw kompletament, parzjalment jew b’mod intermittenti bla xogħol u matul l-aħħar attività tagħhom bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha f’Ġibiltà, kienu residenti fir-Renju ta’ Spanja u li jibqgħu jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja għandhom jagħmlu lilhom infushom disponibbli għas-servizzi tal-impjieg f’Ġibiltà. Huma għandhom jirċievu benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta’ Ġibiltà daqslikieku kienu residenti hemmhekk. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni ta’ Ġibiltà.



Persuni li jisfaw qiegħda għal kollox, parzjalment jew b’mod intermittenti u matul l-aħħar attività tagħhom bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fir-Renju ta’ Spanja, kienu residenti f’Ġibiltà u li jibqgħu jirrisjedu f’Ġibiltà għandhom jagħmlu lilhom infushom disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi fir-Renju ta’ Spanja. Huma għandhom jirċievu benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja daqslikieku kienu residenti hemmhekk. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja.

Il-benefiċċji tal-qgħad jistgħu jkunu pagabbli f’somma f’daqqa.

2.    Il-persuni kompletament qiegħda jistgħu, b’mod komplementari, iqiegħdu lilhom infushom għad-dispożizzjoni tas-servizzi tal-impjieg kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jekk huma jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà jekk huma jirrisjedu f’Ġibiltà.

Persuni li huma kompletament qiegħda li wettqu l-aħħar attività tagħhom bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha f’Ġibiltà u li tirrisjedi fir-Renju ta’ Spanja, jew li wettqu l-aħħar attività tagħhom bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fir-Renju ta’ Spanja u li jirrisjedu f’Ġibiltà, jistgħu japplikaw ukoll għal kwalunkwe benefiċċji supplimentari tal-qgħad li jistgħu jkunu disponibbli skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, bħallikieku kienu soġġetti għal dik il-leġiżlazzjoni matul l-aħħar perjodu ta’ attività tagħhom jew għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bħallikieku kienu soġġetti għal dik il-leġiżlazzjoni matul l-aħħar perjodu ta’ attività tagħhom.



3.    Il-persuni msemmija fil-paragrafu 2 li huma rreġistrati bħala persuna li qed tfittex xogħol mas-servizzi tal-impjieg kompetenti tar-Renju ta’ Spanja fejn jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà fejn jirrisjedu f’Ġibiltà, għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta’ kontroll organizzata jew fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà, skont il-każ, u għandhom jaderixxu mal-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja fejn jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà fejn jirrisjedu f’Ġibiltà. Sakemm dik il-persuna tibqa’ rreġistrata bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol fil-post tal-aħħar attività tagħha, dik il-persuna għandha tikkonforma mal-obbligi applikabbli.

4.    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jadottaw l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ pagamenti ta’ somma f’daqqa fejn applikabbli, kif ukoll l-arranġamenti għal skambji ta’ informazzjoni, kooperazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-istituzzjonijiet u s-servizzi tar-Renju ta’ Spanja, u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

Fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, id-dokumentazzjoni dwar il-perjodi ta’ attività u benefiċċji assigurati, dan se jiġi ffaċilitat mill-istituzzjoni kompetenti tal-post tal-impjieg b’mod effiċjenti u mingħajr dewmien żejjed, sabiex ma jaffettwax ir-rikonoxximent, is-sostenn, is-sospensjoni, it-terminazzjoni jew it-tkomplija tal-benefiċċji.



KAPITOLU 7

BENEFIĊĊJI TA’ QABEL L-IRTIRAR

ARTIKOLU SSC.57

Benefiċċji

Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli tagħmel id-dritt għall-benefiċċji ta’ qabel l-irtirar kundizzjonali fuq it-twettiq ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg, l-Artikolu SSC.7 ma għandux japplika.

KAPITOLU 8

BENEFIĊĊJI MARBUTIN MAL-FAMILJA

ARTIKOLU SSC.58

Membri tal-familja li jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà

1.    Persuna li għaliha japplika dan il-Protokoll għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-familja f’konformità mal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta r-Renju ta’ Spanja ikun kompetenti, inkluż għall-membri tal-familja tagħha li jirrisjedu f’Ġibiltà daqslikieku kienu residenti fir-Renju ta’ Spanja.



2.    Persuna li għaliha japplika dan il-Protokoll għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-familja f’konformità mal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti, inkluż għall-membri tal-familja tagħha li jirrisjedu fir-Renju ta’ Spanja daqslikieku kienu residenti f’Ġibiltà.

3.    Pensjonanti li jirrisjedu jew fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà għandhom ikunu intitolati għall-membri tal-familja tagħhom li jirrisjedu rispettivament f’Ġibiltà jew fir-Renju ta’ Spanja għall-benefiċċji tal-familja skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni li tkun kompetenti għall-pensjoni tagħhom.

ARTIKOLU SSC.59

Regoli dwar preċedenza fil-każ ta’ trikkib

1.    Jekk, matul l-istess perjodu u għall-istess membri tal-familja, il-benefiċċji huma previsti taħt il-leġiżlazzjoni kemm tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ prijorità li ġejjin:

(a)    fil-każ ta’ benefiċċji pagabbli kemm mir-Renju ta’ Spanja kif ukoll mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fuq bażi differenti, l-ordni ta’ prijorità għandha tkun kif ġej: l-ewwel nett, id-drittijiet mogħtija abbażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, it-tieni, id-drittijiet mogħtija abbażi tar-riċeviment ta’ pensjoni u fl-aħħar nett, id-drittijiet miksuba abbażi tar-residenza;



(b)    fil-każ ta’ benefiċċji pagabbli kemm mir-Renju ta’ Spanja kif ukoll mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fuq l-istess bażi, l-ordni ta’ prijorità għandha tiġi stabbilita billi ssir referenza għall-kriterji sussidjarji li ġejjin:

(i)    fil-każ ta’ drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, il‑post ta’ residenza tat-tfal, sakemm ikun hemm attività bħal din, u barra minn hekk, fejn xieraq, l-akbar ammont tal-benefiċċji huwa previst mil-leġiżlazzjonijiet konfliġġenti. Fil-każ tal-aħħar, il-kost tal-benefiċċji għandu jinqasam f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali;

(ii)    fil-każ ta’ drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ riċeviment ta’ pensjonijiet: il-post ta’ residenza tat-tfal, dment li tkun pagabbli pensjoni skont il-leġiżlazzjoni tiegħu, u barra minn hekk, fejn xieraq, l-itwal perjodu ta’ assigurazzjoni skont il-leġiżlazzjonijiet konfliġġenti.

2.    Fil-każ li jkun hemm trikkib bejn il-benefiċċji li għalihom hija intitolata persuna, benefiċċji marbutin mal-familja għandhom jingħataw skont il-leġiżlazzjoni indikata bħala l-leġiżlazzjoni li għandha preċedenza skont il-paragrafu 1. L-intitolar għal benefiċċji tal-familja taħt leġiżlazzjoni oħra li ma taqbilx għandu jkun sospiż sal-ammont stabbilit mill-ewwel leġiżlazzjoni u għandu jingħata suppliment biex jagħmel tajjeb għad-differenza, jekk ikun meħtieġ, fis-somma li taqbeż dan l-ammont. Madankollu, tali suppliment differenzjali ma għandux għalfejn jiġi pprovdut meta l-intitolament għall-benefiċċji inkwistjoni jkun ibbażat fuq ir-residenza biss.



3.    Jekk, skont l-Artikolu SSC.57, tiġi sottomessa applikazzjoni għall-benefiċċji tal-familja lill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli, iżda mhux bi prijorità f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu:

(a)    dik l-istituzzjoni għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-istituzzjoni kompetenti jew tar-Renju ta’ Spanja, li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli bi prijorità, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli bi prijorità, tinforma lill-persuna kkonċernata u, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Anness dwar l-għoti proviżorju ta’ benefiċċji, tipprovdi, jekk meħtieġ, is-suppliment li jagħmel tajjeb għad-differenza msemmi fil-paragrafu 2;

(b)    l-istituzzjoni kompetenti jew tar-Renju ta’ Spanja, li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli bi prijorità, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli bi prijorità, għandha tittratta din l-applikazzjoni bħallikieku kienet sottomessa direttament lilha, u d-data li fiha din l-applikazzjoni kienet sottomessa lill-ewwel istituzzjoni għandha titqies bħala d-data tal-pretensjoni tagħha lill-istituzzjoni bi prijorità.



ARTIKOLU SSC.60

Għoti ta’ benefiċċji

Fil-każ li l-benefiċċji tal-familja ma jintużawx mill-persuna li lilha suppost ikunu pprovduti għall-manteniment tal-membri tal-familja, l-istituzzjoni kompetenti għandha tuża l-obbligi legali tagħha billi tipprovdi dawk il-benefiċċji lill-persuna fiżika jew ġuridika li fattwalment tkun tmantni l-membri tal-familja, fuq it-talba u permezz ta’ aġenzija tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà jew tal-istituzzjoni jew korp maħtura għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ residenza fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà.


ARTIKOLU SSC.61

Provvedimenti addizzjonali

1.    Jekk, skont il-leġiżlazzjoni deżinjata bis-saħħa tal-Artikoli SSC.57 u SSC.58, ma jinkiseb l-ebda dritt għall-ħlas ta’ benefiċċji tal-familja addizzjonali jew speċjali għall-orfni, tali benefiċċji għandhom jitħallsu b’mod awtomatiku, u flimkien ma’ benefiċċji oħra tal-familja miksuba f’konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta l-ħaddiem mejjet kien soġġett għall-itwal perjodi ta’ żmien għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-ħaddiem mejjet kien soġġett għall-itwal perjodi ta’ żmien għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, sa fejn id-dritt inkiseb skont dik il-leġiżlazzjoni. Jekk l-ebda dritt ma kien akkwistat taħt dik il-leġiżlazzjoni, il-kundizzjonijiet għall-akkwist ta’ dak id-dritt taħt il-leġiżlazzjoni jew tar-Renju ta’ Spanja, jekk l-ebda dritt ma kien akkwistat taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk l-ebda dritt ma kien akkwistat taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, għandhom ikunu eżaminati u l-benefiċċji pprovduti f’ordni dixxendenti tat-tul tal-perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni jew tar-Renju ta’ Spanja, jekk l-ebda dritt ma kien akkwistat taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jekk l-ebda dritt ma kien akkwistat taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja.

2.    Benefiċċji mħallsa fil-forma ta’ pensjonijiet jew supplimenti ta’ pensjonijiet għandhom jingħataw u jkunu ikkalkulati skont il-Kapitolu 5.


TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

ARTIKOLU SSC.62

Kooperazzjoni

1.    L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni ta’ Persuni bi kwalunkwe bidla fil-leġiżlazzjoni tagħhom fir-rigward tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti bl-Artikolu SSC.4 li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

2.    Sakemm dan il-Protokoll ma jkunx jeħtieġ li din l-informazzjoni tiġi nnotifikata lill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni ta’ Persuni, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkomunikaw lil xulxin il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll li mhumiex notifikati skont il-paragrafu 1 u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

3.    Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom joffru lil xulxin il-bon offiċji tagħhom u jaġixxu daqslikieku qegħdin jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess. L-assistenza amministrattiva mogħtija minn dawk l-awtoritajiet u istituzzjonijiet għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas. Madankollu, il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni ta’ Persuni għandu jistabbilixxi n-natura tal-ispejjeż rimborżabbli u l-limiti li fuqhom huwa dovut ir-rimborż tagħhom.



4.    L-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jistgħu, għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, jikkomunikaw direttament ma’ xulxin u mal-persuni involuti jew mar-rappreżentanti tagħhom.

5.    L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn dan il-Protokoll għandu jkollhom id-dmir ta’ informazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta ta’ dan il-Protokoll. Arranġament Amministrattiv bejn l-awtoritajiet direttament involuti kemm tar-Renju ta’ Spanja kif ukoll tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jiddetermina l-mezzi u l-proċeduri biex jitwettaq id-dmir ta’ kooperazzjoni dwar il-ħruġ ta’ dokumentazzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni, ir-riżoluzzjoni ta’ kunflitti, u l-introduzzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ pretensjonijiet.

L-istituzzjonijiet, f’konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, għandhom iwieġbu għall-mistoqsijiet kollha f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u f’dan ir-rigward għandhom jipprovdu lill-persuni konċernati bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom minn dan il-Protokoll.

Il-persuni kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet kompetenti jew tar-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u lill-istituzzjonijiet tal-post ta’ residenza, mill-aktar fis possibbli dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni personali jew familjari tagħhom li taffettwa d-dritt tagħhom għal benefiċċji skont dan il-Protokoll.

6.    F’każ li l-obbligu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ma jkunx rispettat, jistgħu jkunu applikati miżuri proporzjonati skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli f’sitwazzjonijiet simili skont il-liġi domestika u ma għandhomx jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli fil-prattika għall-pretendenti biex jeżerċitaw d-drittijiet mogħtija lilhom minn dan il-Protokoll.



7.    Fil-każ ta’ diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll li jistgħu jipperikolaw id-drittijiet ta’ persuna koperta minnu, l-istituzzjoni kompetenti jew l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni(jiet) tar-Renju ta’ Spanja, fejn huwa kkonċernat ir-Renju ta’ Spanja, jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn huwa kkonċernat ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Jekk ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni fi żmien raġonevoli, Parti tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni ta’ Persuni.

8.    L-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u t-tribunali tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma jistgħux jirrifjutaw applikazzjonijiet jew dokumenti oħra ppreżentati lilhom għar-raġuni li huma miktuba b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni, inkluż bl-Ingliż.

ARTIKOLU SSC.63

Ipproċessar tad-data

1.    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom progressivament jużaw teknoloġiji ġodda għall-iskambju, l-aċċess u l-ipproċessar tad-data meħtieġa biex jiġi applikat dan il-Protokoll.

2.    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, kull wieħed għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tal-parti tiegħu stess tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data.



3.    Dokument elettroniku mibgħut jew maħruġ minn istituzzjoni f’konformità ma’ dan il-Protokoll, l-Anness tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u l-Arranġament Amministrattiv ma jistax jiġi rrifjutat minn xi awtorità jew istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għar-raġuni li jkun wasal b’mezzi elettroniċi, ladarba l-istituzzjoni riċeventi tkun iddikjarat li tista’ tirċievi dokumenti elettroniċi. Ir-riproduzzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ dokumenti bħal dawn għandhom jitqiesu bħala riproduzzjoni korretta u preċiża tad-dokument oriġinali jew rappreżentazzjoni tal-informazzjoni relatata miegħu sakemm ma jkunx hemm prova li turi l-kuntrarju.

4.    Dokument elettroniku għandu jitqies bħala validu jekk is-sistema tal-kompjuter li fuqha jkun irreġistrat id-dokument ikun fiha s-salvagwardji meħtieġa sabiex jiġi evitat li jsiru xi bidliet, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat għar-reġistrazzjoni. Għandu jkun possibbli li, f’kull ħin, issir riproduzzjoni tal-informazzjoni reġistrata f’forma li tkun tista’ tinqara mill-ewwel.



ARTIKOLU SSC.64

Eżenzjonijiet

1.    Kwalunkwe eżenzjoni minn jew tnaqqis ta’ taxxi, taxxa tal-boll, tariffi notarili jew ta’ reġistrazzjoni previsti fil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fir-rigward ta’ ċertifikati jew dokumenti meħtieġa li jiġu prodotti fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, rispettivament għandhom jiġu estiżi għal ċertifikati jew dokumenti simili meħtieġa li jiġu prodotti fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, meta l-eżenzjoni tkun prevista skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, meta l-eżenzjoni tkun prevista skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, jew ta’ dan il-Protokoll.

2.    Kwalunkwe dikjarazzjoni, dokument u ċertifikat ta’ kwalunkwe tip meħtieġa li jiġu prodotti fl-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu eżentati mill-awtentikazzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari.



ARTIKOLU SSC.65

Pretensjonijiet, dikjarazzjoni jew appelli

Kwalunkwe pretensjoni, dikjarazzjoni jew appell li kellhom jiġu ppreżentati, fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’perjodu speċifikat lil awtorità, istituzzjoni jew tribunal tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit rispettivament, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom ikunu ammissibbli jekk jiġu ppreżentati fl-istess perjodu lil awtorità, istituzzjoni jew tribunal korrispondenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. F’każ bħal dan, l-awtorità, l-istituzzjoni jew it-tribunal li jirċievu l-pretensjoni, id-dikjarazzjoni jew l-appell għandhom jibagħtuhom mingħajr dewmien lill-awtorità, l-istituzzjoni jew it-tribunal kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Id-data li fiha dawn il-pretensjonijiet, id-dikjarazzjonijiet jew l-appelli kienu ppreżentati lill-awtorità, l-istituzzjoni jew it-tribunal tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha titqies bħala d-data tal-preżentazzjoni tagħhom lill-awtorità, l-istituzzjoni jew it-tribunal kompetenti.

ARTIKOLU SSC.66

Eżamijiet mediċi

1.    Eżamijiet mediċi previsti mil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jitwettqu, fuq it-talba tal-istituzzjoni kompetenti, fit-territorju tar-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà, mill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara jew ta’ residenza tal-applikant jew tal-persuna intitolata għall-benefiċċji, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għall-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.



2.    Eżamijiet mediċi mwettqa fil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jkunu meqjusa li twettqu fit-territorju tar-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà.

ARTIKOLU SSC.67

Ġbir ta’ kontribuzzjonijiet u rkupru ta’ benefiċċji

1.    Il-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom jingħataw lil istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u l-irkupru tal-benefiċċji mogħtija mill-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà iżda li ma kellhomx jingħataw, jista’ jsir fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà f’konformità mal-proċeduri u bil-garanziji u l-privileġġi applikabbli għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jingħataw lill-istituzzjoni korrispondenti ta’ dan tal-aħħar u l-irkupru tal-benefiċċji mogħtija minnha meta dawn ma kellhomx jingħataw.

2.    Deċiżjonijiet li jistgħu jiġu infurzati tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi dwar il-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet, imgħax u kwalunkwe imposta oħra jew dwar l-irkupru ta’ benefiċċji mogħtija iżda li ma kellhomx jingħataw skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiġu rikonoxxuti u infurzati fuq it-talba tal-istituzzjoni kompetenti fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà fil-limiti u f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni u kwalunkwe proċedura oħra applikabbli għal deċiżjonijiet simili ta’ dan tal-aħħar. Tali deċiżjonijiet għandhom jiġu ddikjarati eżegwibbli fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà sa fejn il-leġiżlazzjoni u kwalunkwe proċedura oħra tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikunu jeħtieġu dan.



3.    Pretensjonijiet ta’ istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom fi proċedimenti ta’ infurzar, ta’ falliment jew ta’ saldu fir-Renju ta’ Spanja, fil-każ ta’ pretensjonijiet ta’ istituzzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ta’ Ġibiltà, fil-każ ta’ pretensjonijiet ta’ istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja, igawdu l-istess privileġġi bħal-leġiżlazzjoni li din tal-aħħar tagħti lil pretensjonijiet tal-istess tip.

4.    Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inkluż ir-rimborż tal-kostijiet, għandha tkun irregolata mill-Anness tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jew, fejn meħtieġ u bħala miżura komplementari, permezz ta’ arranġamenti amministrattivi bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

ARTIKOLU SSC.68

Drittijiet ta’ istituzzjonijiet

1.    Jekk persuna tirċievi benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, fir-rigward ta’ korriment li jirriżulta minn avvenimenti li jseħħu f’Ġibiltà, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fir-rigward ta’ korriment li jirriżulta minn avvenimenti li jseħħu fir-Renju ta’ Spanja, kwalunkwe dritt tal-istituzzjoni responsabbli biex tipprovdi benefiċċji kontra parti terza responsabbli biex tipprovdi kumpens għall-korriment għandu jkun irregolat mir-regoli li ġejjin:

(a)    meta l-Istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji tkun, skont il-leġiżlazzjoni applikata minnha, surrogata għad-drittijiet li l-benefiċjarju għandu fil-konfront tal-parti terza, din is-surroga għandha tiġi rikonoxxuta mir-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;



(b)    meta l-istituzzjoni responsabbli għall-għoti ta’ benefiċċji jkollha dritt dirett kontra l-parti terza, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jirrikonoxxu tali drittijiet.

2.    Jekk persuna tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, fir-rigward ta’ korriment ikkawżat minn avvenimenti li jiġru f’Ġibiltà jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fir-rigward ta’ korriment ikkawżat minn avvenimenti li jkunu seħħew fir-Renju ta’ Spanja, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni li jiddeterminaw il-każijiet li fihom ir-responsabbilità ċivili tal-impjegaturi jew tal-impjegati tagħhom għandha tiġi eskluża, għandhom japplikaw fir-rigward ta’ din il-persuna jew tal-istituzzjoni kompetenti.

Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal kwalunkwe dritt li l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji jista’ jkollha kontra min iħaddem jew l-impjegati tagħhom f’każijiet fejn ir-responsabbilità tagħhom mhix eskluża.

3.    Meta, f’konformità mal-Artikoli SSC.27(3) u SSC.33(2), ir-Renju ta’ Spanja u Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu kkonkludew ftehim biex jeżentaw mir-rimborż bejniethom, jew, fejn ir-rimborż ma jiddependix fuq l-ammont tal-benefiċċji fil-fatt provduti, kwalunkwe dritt li jirriżulta kontra parti terza responsabbli għandu jkun soġġett għar-regoli li ġejjin:

(a)    meta l-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja, fejn ir-residenza jew soġġorn huma fir-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn ir-residenza jew is-soġġorn huma f’Ġibiltà, tagħti benefiċċji lil persuna fir-rigward ta’ korriment ikkawżat fit-territorju tagħha, dik l-istituzzjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni applikata minnha, għandha teżerċita d-dritt għal surroga jew għal azzjoni diretta kontra l-parti terza responsabbli biex tagħti kumpens għall-korriment;



(b)    għall-applikazzjoni tas-subparagrafu (a):

(i)    il-persuna li tirċievi benefiċċji għandha titqies bħala assigurata mal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew soġġorn, u

(ii)    dik l-istituzzjoni għandha titqies bħala l-istituzzjoni responsabbli biex tagħti benefiċċji;

(c)    il-paragrafi 1 u 2 għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe benefiċċju li ma jkunx kopert mill-ftehim ta’ rinunzja jew rimborż li ma jkunx jiddependi mill-ammont ta’ benefiċċji fil-fatt mogħtija.

ARTIKOLU SSC.69

Implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni

Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fir-Renju ta’ Spanja u fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, huma msemmija fl-Anness SSC-4.


TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

ARTIKOLU SSC.70

Protezzjoni tad-drittijiet individwali

1.    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiżguraw skont l-ordnijiet ġuridiċi domestiċi tagħhom li d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jkollhom il-forza tal-liġi, jew direttament jew permezz ta’ leġiżlazzjoni domestika li tagħti effett lil dawk id-dispożizzjonijiet, sabiex il-persuni ġuridiċi jew dawk fiżiċi jkunu jistgħu jinvokaw id-dispożizzjonijiet imsemmija quddiem il-qrati, it-tribunali u l-awtoritajiet amministrattivi domestiċi.

2.    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiżguraw il-mezzi għal persuni ġuridiċi u fiżiċi biex jipproteġu b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom skont dan il-Protokoll, bħall-possibbiltà li jindirizzaw ilmenti lil korpi amministrattivi jew li jressqu azzjoni legali quddiem qorti jew tribunal kompetenti fi proċedura ġudizzjarja xierqa, sabiex ifittxu rimedju adegwat u f’waqtu.

ARTIKOLU SSC.71

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.    L-ebda dritt ma għandu jinkiseb taħt dan il-Protokoll għall-perjodu ta’ qabel il-jum ta’ l-applikazzjoni tiegħu.



2.    Kwalunkwe perjodu ta’ assigurazzjoni u, fejn xieraq, kwalunkwe perjodu ta’ impjieg jew impjieg indipendenti kkompletat skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandu jitqies għad-determinazzjoni tad-drittijiet miksuba skont dan il-Protokoll.

3.    Soġġett għall-paragrafu 1, għandu jinkiseb dritt skont dan il-Protokoll anki jekk dan jirreferi għal kontinġenza li tqum qabel id-data tal-applikazzjoni.

4.    Kull benefiċċju li ma ngħatax jew li ġie sospiż minħabba raġuni ta’ nazzjonalità jew post ta’ residenza tal-persuna kkonċernata għandu, fuq talba ta’ dik il-persuna, jingħata jew jitkompla b’effett mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, sakemm id-drittijiet li wasslu għall-benefiċċji li ngħataw qabel ma rriżultawx fi ħlas ta’ somma waħda f’daqqa.

5.    Id-drittijiet ta’ persuna li lilha ngħatat pensjoni qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll fir-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu, fuq talba tal-persuna kkonċernata, jiġu riveduti, filwaqt li jitqies dan il-Protokoll.

6.    Jekk talba msemmija fil-paragrafu 4 jew 5 tiġi ppreżentata fi żmien sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, id-drittijiet miksuba f’konformità ma’ dan il-Protokoll għandu jkollhom effett minn dik id-data, u l-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ, dwar it-telf jew il-limitazzjoni tad-drittijiet, ma tistax tiġi invokata kontra l-persuni kkonċernati.



7.    Jekk talba msemmija fil-paragrafi 4 jew 5 issir wara li jispiċċa l-perjodu ta’ sentejn wara l-jum ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, drittijiet li ma jkunux intilfu jew li ma jkunux preskritti għandu jkollhom effett mill-jum li fih tkun saret it-talba. Dan iżda mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja, jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-każ.

ARTIKOLU SSC.72

Emendi

Il-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni jista’ jemenda l-Annessi ta’ dan il-Protokoll.

________________

ANNESS 32

AVVANZI TAL-PAGAMENTI TA’ MANTENIMENT
U ALLOWANCES SPEĊJALI F’KAŻ TA’ TWELID TA’ TARBIJA U ADOZZJONI

KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU SSC.1(29)

I.    Għoti ta’ pagamenti ta’ manteniment

IR-RENJU TA’ SPANJA

Antiċipi ta’ pagamenti għall-manteniment taħt id-Digriet Irjali 1618/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007.

IR-RENJU UNIT, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

Mhux applikabbli.

II.    Allowances speċjali li jingħataw f’każ ta’ twelid ta’ tarbija ġdida u f’każ ta’ adozzjoni

IR-RENJU TA’ SPANJA

Mhux applikabbli.

IR-RENJU UNIT, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

Għotja tal-maternità skont it-Taqsima 11 tal-Att tal-1955 dwar is-Sigurtà Soċjali (Assigurazzjoni) ta’ Ġibiltà.

________________

ANNESS 33

IL-KAŻIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA 
GĦANDU JIĠI RINUNZJAT JEW MA GĦANDUX JAPPLIKA

KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU SSC.45

Parti 1

Każijiet li fihom il-kalkolu pro rata għandu jkun rinunzjat
skont l-Artikolu 45(4) tal-Protokoll

IR-RENJU TA’ SPANJA

Mhux applikabbli.

IR-RENJU UNIT, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

Mhux applikabbli.



Parti 2

Każijiet li fihom tapplika l-SSC.45 (5) tal-Protokoll

IR-RENJU TA’ SPANJA

Mhux applikabbli.

IR-RENJU UNIT, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

Mhux applikabbli.

________________

ANNESS 34

BENEFIĊĊJI U FTEHIMIET LI JIPPERMETTU L-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU SSC.47

I.    Benefiċċji msemmija fl-Artikolu 47(2)(a) tal-Protokoll, li l-ammont tagħhom huwa indipendenti mit-tul tal-perjodi ta’ assigurazzjoni jew residenza magħmula.

IR-RENJU TA’ SPANJA

Pensjonijiet tas-superstiti mogħtija skont l-iskemi ġenerali u speċjali, minbarra l-Iskema Speċjali għall-Impjegati maċ-Ċivil.

IR-RENJU UNIT, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

Allowance tal-mewt tas-superstiti, allowance għall-ġenituri romol u pensjoni tas-superstiti skont l-Att tal-1997 dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ Ġibiltà (Skema Miftuħa ta’ Benefiċċji fit-Tul) u l-Att tal-1996 dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ Ġibiltà (Benefiċċji u Skemi Magħluqa fit-Tul).

Pensjoni għal diżabilità u benefiċċju tal-mewt skont l-Att tal-1952 dwar is-Sigurtà Soċjali (Assigurazzjoni għall-Korrimenti fl-Impjieg) ta’ Ġibiltà.



II.    Benefiċċji msemmija fl-Artikolu 47(2)(b) tal-Protokoll, li l-ammont tagħhom huwa determinat fuq il-bażi tal-perjodu akkreditat meħud li twettaq bejn id-data li fiha r-riskju mmaterjalizza u data iktar tard.

IR-RENJU TA’ SPANJA

Mhux applikabbli.

IR-RENJU UNIT, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

Mhux applikabbli.

III.    Ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 47(2)(b)(i) tal-Protokoll maħsuba biex jipprevjenu li l-istess perjodu akkreditat jitqies iżjed minn darba:

Ma ġie konkluż l-ebda ftehim bħal dan.

_________________

ANNESS 35

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GHALL-APPLIKAZZJONI
TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAR-RENJU UNIT,

FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ, JEW SPANJA

(L-Artikoli SSC.44(3), SSC.49(1) u SSC.69)

(Ekwivalenti għall-Anness XI tar-Regolament 883/2004)

IR-RENJU TA’ SPANJA

1.    Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu SSC.45(1)(b)(i) ta’ dan il-Protokoll, is-snin li l-ħaddiem ikun jonqsu biex jilħaq l-età tal-pensjoni jew l-età tal-irtirar obbligatorju kif stipulat taħt l-Artikolu 31(4) tal-verżjoni kkonsolidata tal-Ley de Clases Pasivas del Estado (il-Liġi dwar il-Pensjonanti tal-Istat) għandhom jitqiesu bħala snin ta’ servizz lill-Istat fil-każ biss li fiż-żmien li jseħħ l-avveniment li għalih tkun dovuta pensjoni ta’ invalidità jew ta’ mewt, il-benefiċjarju kien kopert mill-iskema speċjali tar-Renju ta’ Spanja għall-impjegati taċ-ċivil jew kien qed iwettaq attività assimilata taħt l-iskema, jew jekk, fi żmien l-avveniment li fih huma dovuti l-pensjonijiet, il-benefiċjarju kien qed iwettaq attività li kienet teħtieġ li l-persuna kkonċernata tiġi inkluża taħt l-iskema speċjali tal-Istat għall-impjegati ċivili, il-forzi armati jew il-ġudikatura, kieku l-attività twettqet fir-Renju ta’ Spanja.



2.    (a)    Skont l-Artikolu SSC.49(1)(c) ta’ dan il-Protokoll, il-kalkolu tal-Benefiċċju teoretiku Spanjol għandu jsir abbażi tal-kontribuzzjonijiet attwali tal-persuna matul is-snin li jiġu immedjatament qabel il-ħlas tal-aħħar kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali Spanjola. Meta, fil-kalkolu tal-ammont bażiku għall-pensjoni, perjodi ta’ assigurazzjoni u/jew ta’ residenza taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikollhom jittieħdu inkonsiderazzjoni, il-bażi tal-kontribuzzjoni fir-Renju ta’ Spanja li tiġi l-eqreb fiż-żmien għall-perjodi ta’ referenza għandha tintuża għall-perjodi msemmija qabel, waqt li jitqies l-iżvilupp tal-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut.

(b)    L-ammont tal-pensjoni miksub għandu jiżdied bl-ammont taż-żidiet u tar-rivalwazzjonijiet ikkalkulati għal kull sena sussegwenti għal pensjonijiet tal-istess natura.

3.    Il-perjodi magħmula f’Ġibiltà li jridu jiġu kkalkulati fl-iskema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil, il-forzi armati u l-amministrazzjoni ġudizzjarja, se jiġu ttrattati bl-istess mod, għall-finijiet tal-Artikolu SSC.49 ta’ dan il-Protokoll, bħall-perjodi l-eqreb fiż-żmien kopert bħala impjegat taċ-ċivil fi Spanja.



4.    L-ammonti addizzjonali bbażati fuq l-età li hemm referenza għalihom fit-Tieni Dispożizzjoni Tranżitorja tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom ikunu applikabbli għall-benefiċjarji kollha tal-Protokoll li għandhom kontribuzzjonijiet f’isimhom skont il-leġiżlazzjoni Spanjola qabel l-1 ta’ Jannar 1967; m’għandux ikun possibbli, bl-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.6 ta’ dan il-Protokoll, li perjodi ta’ assigurazzjoni kreditati f’Ġibiltà qabel id-data msemmija qabel jiġu ttrattati daqslikieku kienu l-istess bħall-kontribuzzjonijiet imħallsa fir-Renju ta’ Spanja, għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll biss. Id-data li tikkorrispondi għall-1 ta’ Jannar 1967 għandha tkun l-1 ta’ Awwissu 1970 għall-Iskema Speċjali għall-Baħrin u l-1 ta’ April 1969 għall-Iskema Speċjali ta’ Sigurtà Soċjali għal Attivitajiet fil-Minjieri tal-Faħam.

IR-RENJU UNIT, FIR-RIGWARD TA’ ĠIBILTÀ

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċjali rilevanti, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

_________________

ANNESS 36

ANNESS TA’ IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-PROTOKOLL DWAR IL-KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET

ARTIKOLU SSCI.1

Definizzjonijiet

1.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu SSC.1.

2.    Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1,

(a)    “punt ta’ aċċess” tfisser entità li tipprovdi:

(i)    punt ta’ kuntatt elettroniku;



(ii)    għażla tar-rotot awtomatika bbażata fuq l-indirizz; u

(iii)    għażla tar-rotot intelliġenti bbażata fuq softwer li jippermetti verifika u għażla tar-rotot awtomatiċi (per eżempju, applikazzjoni ta’ intelliġenza artifiċjali) u/jew intervent mill-bniedem;

(b)    “dokument” tfisser sett ta’ data, irrispettivament mill-mezz użat, strutturat b’tali mod li jkun jista’ jiġi skambjat b’mod elettroniku u li jrid jiġi kkomunikat sabiex jippermetti l-operat tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u dan l-Anness;

(c)    “korp ta’ kollegament” tfisser kwalunkwe korp notifikat mill-awtorità kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew fir-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà għal fergħa waħda jew aktar tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu SSC.4 biex iwieġeb għal talbiet għal informazzjoni u assistenza għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u dan l-Anness u li għandu jwettaq il-kompiti assenjati lilu skont it-Titolu IV ta’ dan l-Anness;

(d)    “Dokument Elettroniku Strutturat” tfisser kwalunkwe dokument strutturat f’format imfassal għall-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(e)    “trażmissjoni b’mezzi elettroniċi” tfisser it-trażmissjoni ta’ data permezz ta’ tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali) ta’ data u bl-użu ta’ wires, trażmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew kwalunkwe mezz elettromanjetiku ieħor.



KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOOPERAZZJONI U L-ISKAMBJU TAD-DATA

ARTIKOLU SSCI.2

Kamp ta’ applikazzjoni u regoli għal skambji bejn l-istituzzjonijiet

1.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-iskambji bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà u l-persuni koperti mill-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-servizz pubbliku, l-effiċjenza, l-assistenza attiva, it-twassil rapidu u l-aċċessibbiltà, inkluża l-aċċessibbiltà elettronika, b’mod partikolari għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani.

2.    L-istituzzjonijiet għandhom mingħajr dewmien jipprovdu jew jiskambjaw id-data kollha meħtieġa biex jiġu stabbiliti u ddeterminati d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni li għalihom japplika l-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali. Tali data għandha tiġi ttrasferita bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà direttament mill-istituzzjonijiet infushom jew indirettament permezz tal-korpi ta’ kollegament.



3.    Meta bi żvista persuna tkun ippreżentat informazzjoni, dokumenti jew pretensjonijiet lil istituzzjoni fin-naħa l-oħra tal-fruntiera fit-territorju tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà iżda li ma tkunx l-istituzzjoni maħtura f’konformità ma’ dan l-Anness, l-informazzjoni, id-dokumenti jew il-pretensjonijiet għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati mingħajr dewmien mill-istituzzjoni ta’ qabel lill-istituzzjoni maħtura f’konformità ma’ dan l-Anness, filwaqt li tiġi indikata d-data li fiha huma ġew ippreżentati inizjalment. Din id-data għandha tkun vinkolanti għall-istituzzjoni tal-aħħar. L-istituzzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà ma għandhomx, madankollu, jinżammu responsabbli, jew jitqiesu li jkunu ħadu deċiżjoni minħabba n-nuqqas tagħhom li jaġixxu bħala riżultat tat-trażmissjoni tardiva ta’ informazzjoni, dokumenti jew pretensjonijiet mill-istituzzjonijiet tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà u tar-Renju ta’ Spanja rispettivament.

4.    Meta d-data tiġi ttrasferita indirettament permezz tal-korp ta’ kollegament tal-post tad-destinazzjoni, il-limiti ta’ żmien għat-tweġibiet tal-pretensjonijiet għandhom jibdew mid-data ta’ meta dan il-korp ta’ kollegament ikun irċieva l-pretensjoni, daqslikieku din tkun waslet għand l-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà.

ARTIKOLU SSCI.3

Kamp ta’ applikazzjoni u regoli għal skambji bejn il-persuni kkonċernati u l-istituzzjonijiet

1.    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni kkonċernati sabiex tinformahom dwar il-bidliet introdotti mill-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u minn dan l-Anness sabiex ikunu jistgħu jasserixxu d-drittijiet tagħhom. Dawn għandhom jipprevedu wkoll servizzi faċli għall-utent.



2.    Il-persuni li għalihom japplika l-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-istituzzjoni relevanti l-informazzjoni, id-dokumenti jew l-evidenza ta’ sostenn meħtieġa biex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni tagħhom jew dik tal-familji tagħhom, biex jiġu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom u biex il-leġiżlazzjoni applikabbli u l-obbligi tagħhom jiġu ddeterminati skont din.

3.    Sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u ta’ dan l-Anness, l-istituzzjonijiet rilevanti għandhom jibagħtu l-informazzjoni u joħorġu d-dokumenti lill-persuni kkonċernati mingħajr dewmien u f’kull każ fil-limitu ta’ żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema minnhom ikun ikkonċernat.

L-istituzzjoni rilevanti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tinnotifika lill-applikant li jirrisjedi jew li joqgħod f’Ġibiltà jew fir-Renju ta’ Spanja rispettivament bid-deċiżjoni tagħha direttament jew permezz tal-korp ta’ kollegament tal-post ta’ residenza jew ta’ żjara. Meta tirrifjuta li tagħti l-benefiċċji, din għandha tindika wkoll ir-raġunijiet għar-rifjut, ir-rimedji u l-perjodi permessi għall-appelli. Kopja ta’ din id-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti.

ARTIKOLU SSCI.4

Formoli, dokumenti u metodi ta’ skambju ta’ data

1.    Soġġett għall-paragrafu 2, l-istruttura, il-kontenut u l-format tal-formoli u d-dokumenti maħruġa f’isem ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness għandhom jiġu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



2.    Għal perjodu interim, li jispiċċa fid-data li għandha tiġi maqbula mir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, il-formoli u d-dokumenti kollha maħruġin mill-istituzzjonijiet kompetenti fil-format użat immedjatament qabel ma jidħol fis-seħħ il-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għandhom ikunu validi għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u, fejn xieraq, għandhom ikomplu jintużaw għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kompetenti. Dawn il-formoli u d-dokumenti kollha maħruġa qabel u matul dak il-perjodu interim għandhom ikunu validi sal-iskadenza jew il-kanċellazzjoni tagħhom. Il-formoli u d-dokumenti validi f’konformità ma’ dan il-paragrafu jinkludu dokumenti portabbli li jiċċertifikaw is-sitwazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ persuna kif meħtieġ biex jingħata effett lill-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

3.    It-trażmissjoni tad-data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta’ kollegament tista’ titwettaq permezz tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali. Sa fejn il-formoli u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jiġu skambjati permezz tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali, huma għandhom jirrispettaw ir-regoli applikabbli għal dik is-sistema.

4.    Meta t-trażmissjoni tad-data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta’ kollegament titwettaq permezz tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, se jġarrbu l-kostijiet relatati.

5.    Fejn it-trażmissjoni tad-data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta’ kollegament ma ssirx permezz tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali, l-istituzzjonijiet u l-korpi ta’ kollegament rilevanti għandhom jużaw l-arranġamenti xierqa għal kull każ, u jiffavorixxu l-użu ta’ mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun.

6.    Fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-persuni kkonċernati, l-istituzzjonijiet relevanti għandhom jużaw l-arranġamenti xierqa għal kull każ, u jiffavorixxu l-użu ta’ mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun.


ARTIKOLU SSCI.5

Valur legali tad-dokumenti u tal-provi ta’ sostenn
maħruġa fir-Renju ta’ Spanja u fir-Renju Unit

fir-rigward ta’ Ġibiltà

1.    Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u li juru l-pożizzjoni ta’ persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u ta’ dan l-Anness, u l-evidenza ta’ sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u tar-Renju ta’ Spanja rispettivament sakemm ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mir-Renju ta’ Spanja jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema jkunu nħarġulhom.

2.    F’każ ta’ dubju dwar il-validità ta’ dokument jew il-preċiżjoni tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni rilevanti li tirċievi d-dokument għandha titlob l-istituzzjoni emittenti għall-kjarifika meħtieġa u, jekk ikun l-każ, l-irtirar ta’ dak id-dokument. L-istituzzjoni emittenti għandha tqis mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, jekk ikun meħtieġ, tirtirah.

3.    Skont il-paragrafu 2, f’każ ta’ dubju dwar l-informazzjoni pprovduta mill-persuni kkonċernati, dwar il-validità ta’ dokument jew l-evidenza ta’ sostenn jew il-preċiżjoni tal-fatti li huma l-bażi tad-dettalji li jidhru fih, l-istituzzjoni tal-post ta’ soġġorn jew ta’ residenza għandha, sa fejn ikun possibbli, fuq talba mill-istituzzjoni kompetenti, twettaq il-verifika meħtieġa ta’ din l-informazzjoni jew ta’ dan id-dokument.


ARTIKOLU SSCI.6

Applikazzjoni proviżorja tal-leġiżlazzjoni u għoti proviżorju ta’ benefiċċji

1.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan l-Anness, fejn ikun hemm differenza ta’ fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet tar-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, il-persuna kkonċernata għandha tiġi soġġetta b’mod proviżorju għal-leġiżlazzjoni ta’ wieħed minnhom, fejn l-ordni ta’ prijorità tiġi ddeterminata kif ġej:

(a)    il-leġiżlazzjoni tal-post fejn il-persuna attwalment twettaq l-impjieg jew l-impjieg indipendenti tagħha, jekk l-impjieg jew l-impjieg indipendenti jitwettaq f’post wieħed biss;

(b)    il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza jekk il‑persuna kkonċernata twettaq impjieg jew impjieg indipendenti kemm fir-Renju ta’ Spanja kif ukoll f’Ġibiltà;

(c)    fil-każijiet l-oħra kollha, il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-applikazzjoni ta’ liema minnhom tkun intalbet l-ewwel jekk il-persuna twettaq attività, jew attivitajiet, kemm fir-Renju ta’ Spanja kif ukoll f’Ġibiltà.

2.    Meta jkun hemm differenza ta’ fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, dwar liema istituzzjoni jenħtieġ li tipprovdi l-benefiċċji fi flus jew in natura, il-persuna kkonċernata li tista’ titlob benefiċċji jekk ma kien hemm l-ebda tilwima għandha tkun intitolata, fuq bażi proviżorja, għall-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza ta’ dik il-persuna.



3.    Meta jiġi stabbilit jew li l-leġiżlazzjoni applikabbli mhijiex dik tal-post li fih seħħet l-isħubija proviżorja, jew li l-istituzzjoni li tkun tat il-benefiċċji fuq bażi proviżorja ma kinitx l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għandha titqies bħala kompetenti b’mod retroattiv daqslikieku dik id-differenza ta’ fehmiet ma kinitx teżisti, sa mhux aktar tard mid-data tal-isħubija proviżorja jew mill-ewwel għoti proviżorju tal-benefiċċji konċernati.

4.    Jekk ikun meħtieġ, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti u l-istituzzjoni li ħallset b’mod proviżorju l-benefiċċji fi flus jew irċeviet b’mod proviżorju kontribuzzjonijiet għandhom jirregolaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna kkonċernata fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet u benefiċċji fi flus imħallsa b’mod proviżorju, fejn ikun xieraq, skont it-Titolu IV ta’ dan l-Anness.

Il-benefiċċji in natura mogħtija b’mod proviżorju minn istituzzjoni skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu rimborżati mill-istituzzjoni kompetenti skont it-Titolu IV ta’ dan l-Anness.

ARTIKOLU SSCI.7

Kalkolu proviżorju tal-benefiċċji u tal-kontribuzzjonijiet

1.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan l-Anness, meta persuna tkun eliġibbli għal benefiċċju, jew ikollha tħallas kontribuzzjoni f’konformità mal-Protokoll, u l-istituzzjoni kompetenti ma jkollhiex l-informazzjoni kollha rigward is-sitwazzjoni f’Ġibiltà, meta jkun kompetenti r-Renju ta’ Spanja, jew ir-Renju ta’ Spanja, meta jkun kompetenti r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, liema informazzjoni tkun meħtieġa biex jiġi kkalkulat b’mod definittiv l-ammont ta’ dak il-benefiċċju jew ta’ dik il-kontribuzzjoni, dik l-istituzzjoni għandha, fuq talba mill-persuna kkonċernata, tagħti dan il-benefiċċju jew tikkalkula din il-kontribuzzjoni fuq bażi proviżorja, jekk ikun possibbli li jsir dan il-kalkolu abbażi tal-informazzjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha dik l-istituzzjoni.



2.    Il-benefiċċju jew il-kontribuzzjoni kkonċernata għandha tiġi kkalkolata mill-ġdid ladarba l-evidenza jew id-dokumenti ta’ sostenn kollha meħtieġa jiġu pprovduti lill-istituzzjoni kkonċernata.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI OĦRA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PROTOKOLL DWAR IL-KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

ARTIKOLU SSCI.8

Proċeduri oħrajn bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu dwar proċeduri oħra għajr dawk previsti f’dan l-Anness, bil-kundizzjoni li tali proċeduri ma jaffettwawx b’mod negattiv id-drittijiet jew l-obbligi tal-persuni kkonċernati.



ARTIKOLU SSCI.9

Prevenzjoni tat-trikkib ta’ benefiċċji

Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra fil-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, meta l-benefiċċji dovuti skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’Ġibiltà, ikunu mnaqqsa, sospiżi jew irtirati reċiprokament, kwalunkwe ammont li ma jkunx tħallas fil-każ tal-applikazzjoni stretta tar-regoli dwar tnaqqis, sospensjoni jew waqfien stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema minnhom ikun ikkonċernat, għandu jiġi diviż bin-numru ta’ benefiċċji soġġetti għal tnaqqis, sospensjoni jew irtirar.

ARTIKOLU SSCI.10

Aggregazzjoni tal-perjodi

1.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.7, l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkuntattja l-istituzzjoni li l-persuna kkonċernata kienet soġġetta qabel għal-leġiżlazzjoni tagħha biex jiġu ddeterminati l-perjodi kollha kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni tagħha.

2.    Il-perjodi rispettivi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti kkompletati skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiżdiedu ma’ dawk ikkompletati skont il-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni kompetenti, sa fejn ikun meħtieġ għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.7, dment li dawn il-perjodi ma jikkoinċidux.



3.    Meta perjodu ta’ assigurazzjoni li huwa kkompletat skont l-assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jikkoinċidi ma’ perjodu ta’ assigurazzjoni kkompletat abbażi ta’ assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja, għandu jittieħed kont biss tal-perjodu kkompletat abbażi ta’ assigurazzjoni obbligatorja.

4.    Meta perjodu ta’ assigurazzjoni għajr perjodu ekwivalenti kkompletat skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jikkoinċidi ma’ perjodu ekwivalenti fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja, għandu jitqies biss il-perjodu għajr perjodu ekwivalenti.

5.    Kwalunkwe perjodu meqjus bħala ekwivalenti skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jitqies biss mill-istituzzjoni li tapplika l-leġiżlazzjoni li l-persuna kkonċernata kienet soġġetta l-aħħar b’mod obbligatorju għaliha qabel dak il-perjodu. Fil-każ li l-persuna kkonċernata ma kinitx soġġetta b’mod obbligatorju għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, qabel dak il-perjodu, dan tal-aħħar għandu jitqies mill-istituzzjoni li tapplika l-leġiżlazzjoni li l-persuna kkonċernata kienet soġġetta b’mod obbligatorju għall-ewwel darba għaliha wara dak il-perjodu.

6.    Fil-każ li ż-żmien li fih ċerti perjodi ta’ assigurazzjoni ġew ikkompletati taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ma jistax jiġi ddeterminat b’mod preċiż, għandu jiġi preżunt li dawn il-perjodi ma jikkoinċidux ma’ perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja rispettivament, u dan għandu jiġi kkunsidrat, jekk ikun vantaġġuż għall-persuna kkonċernata, sa fejn dawn jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod raġonevoli.



ARTIKOLU SSCI.11

Regoli għall-konverżjoni ta’ perjodi

1.    Meta l-perjodi kkompletati skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jiġu espressi f’unitajiet differenti minn dawk previsti mil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja, il-konverżjoni meħtieġa għall-fini ta’ aggregazzjoni skont l-Artikolu SSC.7 għandha titwettaq skont ir-regoli li ġejjin:

(a)    il-perjodu li għandu jintuża bħala l-bażi għall-konverżjoni għandu jkun dak komunikat mill-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu twettaq il-perjodu;

(b)    fil-każ ta’ skemi fejn il-perjodi huma espressi f’jiem, il-konverżjoni minn jiem għal unitajiet oħrajn, u viċi versa, kif ukoll bejn skemi differenti bbażati fuq jiem għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tat-tabella li ġejja:

Skema bbażata fuq

jum wieħed jikkorrispondi għal

ġimgħa waħda tikkorrispondi għal

xahar wieħed jikkorrispondi għal

trimestru wieħed jikkorrispondi għal

Massimu ta’ jiem f’sena kalendarja waħda

5 ijiem

9 sigħat

5 ijiem

22 jum

66 jum

264 jum

6 ijiem

8 sigħat

6 ijiem

26 jum

78 jum

312-il jum

7 ijiem

6 sigħat

7 ijiem

30 jum

90 jum

360 jum

(c)    fil-każ ta’ skemi fejn il-perjodi huma espressi f’unitajiet li mhumiex jiem,

(i)    3 xhur jew 13-il ġimgħa għandhom ikunu ekwivalenti għal trimestru, u viċi versa;



(ii)    sena waħda għandha tkun ekwivalenti għal 4 trimestri, 12-il xahar jew 52 ġimgħa, u viċi versa;

(iii)    għall-konverżjoni ta’ ġimgħat f’xhur, u viċi versa, ġimgħat u xhur għandhom jiġu kkonvertiti f’jiem fuq il-bażi tar-regoli ta’ konverżjoni għall-iskemi bbażati fuq sitt ijiem fit-tabella fis-subparagrafu (b);

(d)    fil-każ ta’ perjodi espressi fi frazzjonijiet, dawn il-figuri għandhom jiġu kkonvertiti fl-iżgħar unità sħiħa li jmiss waqt li jiġu applikati r-regoli stabbiliti fis-subparagrafi (b) u (c). Frazzjonijiet ta’ snin għandhom jiġu kkonvertiti f’xhur sakemm l-iskema involuta mhix ibbażata fuq trimestri;

(e)    jekk il-konverżjoni skont dan il-paragrafu tirriżulta fi frazzjoni ta’ unità, l-ogħla unità sħiħa li jmiss għandha tittieħed bħala r-riżultat tal-konverżjoni skont dan il-paragrafu.

2.    L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma għandhiex ikollha l-effett li tipproduċi, għat-total sħiħ tal-perjodi mwettqa matul sena kalendarja waħda, total li jaqbeż in-numru ta’ jiem indikati fl-aħħar kolonna tat-tabella fil-paragrafu 1(b) jew 52 ġimgħa jew 12-il xahar jew 4 trimestri. Jekk il-perjodi li għandhom jiġu kkonvertiti jkunu jikkorrispondu għall-ammont annwali massimu ta’ perjodi skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li fih ikunu ġew imwettqa, l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma għandhiex tirriżulta fi żmien sena kalendarja waħda f’perjodi li jkunu iqsar mill-ammont annwali massimu ta’ perjodi possibbli previsti skont il-leġiżlazzjoni kkonċernata.

3.    Il-konverżjoni għandha titwettaq jew f’operazzjoni waħda li tkopri dawk il-perjodi kollha li ġew ikkomunikati bħala aggregat, jew għal kull sena, jekk il-perjodi ġew ikkomunikati fuq bażi ta’ sena b’sena.

4.    Meta istituzzjoni tikkomunika perjodi espressi f’jiem, hija għandha fl-istess ħin tindika jekk l-iskema li hija tamministra hijiex ibbażata fuq ħamest ijiem, sitt ijiem jew sebat ijiem.



TITOLU II

DETERMINAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI APPLIKABBLI

ARTIKOLU SSCI.12

Dettalji rigward l-Artikoli SSC.11, SSC.12 u SSC.13

1.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.11(1) u (2), u l-Artikolu SSC.12, il-kliem “li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk” għandhom jirreferu għal impjegatur li normalment iwettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta’ ġestjoni, fit-territorju ta’ Ġibiltà jew ir-Renju ta’ Spanja li fih ikun stabbilit, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji relevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull impjegatur u għan-natura vera tal-attivitajiet imwettqa.

2.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.11(3) u (4), il-kliem “li normalment twettaq attività bħala fruntaliera li taħdem għal rasha” għandhom jirreferu għal persuna li normalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju ta’ Ġibiltà jew tar-Renju ta’ Spanja li fih dik il-persuna tkun stabbilita. B’mod partikolari, dik il-persuna trid tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perjodu ta’ attività temporanja fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà rispettivament, għandha tkompli tissodisfa, f’Ġibiltà jew ir-Renju ta’ Spanja fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista’ twettaqha meta tirritorna.



3.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.11(3) u (4), il-kriterju biex jiġi ddeterminat jekk l-attività li persuna li taħdem għal rasha tmur twettaq fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà rispettivament hijiex “simili” għall-attività li hija normalment twettaq meta taħdem għal rasha għandu jkun dak tan-natura reali tal-attività, aktar milli tal-kwalifika tal-attività bħala dik ta’ persuna impjegata jew dik ta’ persuna li taħdem għal rasha li tista’ tingħata lil din l-attività mir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà rispettivament.

4.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.13(2), persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna impjegata fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà” għandha tirreferi għal persuna li simultanjament, jew b’alterazzjoni, għall-istess impriża jew impjegatur jew għal bosta impriżi jew persuni li jħaddmu, teżerċita attività waħda jew aktar separatament fir-Renju ta’ Spanja u Ġibiltà.

5.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Titolu II tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, “uffiċċju rreġistrat jew post tan-negozju” għandu jirreferi għall-uffiċċju rreġistrat jew post tan-negozju fejn id-deċiżjonijiet essenzjali tal-impriża huma adottati u fejn jitwettqu l-funzjonijiet tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha.

6.    Għall-finijiet tal-Artikolu SSC.13(2), membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina impjegat li normalment iwettaq servizzi tal-passiġġieri jew tal-merkanzija bl-ajru fir-Renju ta’ Spanja u f’Ġibiltà għandu jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont fejn tkun tinsab il-bażi tas-servizz.

7.    L-attivitajiet marġinali ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont l-Artikolu SSC.13. L-Artikolu SSCI.15 għandu japplika fil-każijiet kollha f’dan l-Artikolu.



8.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.13(3), persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fir-Renju ta’ Spanja u Ġibiltà” għandha tirreferi, b’mod partikolari, għal persuna li simultanjament jew b’mod li jalterna twettaq attività separata waħda jew aktar f’impjieg għal rasha, irrispettivament min-natura ta’ dawk l-attivitajiet ta’ impjieg għal rasha, fir-Renju ta’ Spanja u Ġibiltà.

9.    Bil-għan li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet tal-paragrafi 1 u 4 mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu SSC.11, it-tul ta’ żmien tal-attività fil-post ta’ residenza (kemm jekk hi permanenti kif ukoll jekk ta’ natura ad hoc jew temporanja) għandu jkun deċiżiv. Għal dawn il-finijiet, għandha ssir evalwazzjoni ġenerali tal-fatti relevanti kollha li jinkludu, b’mod partikolari fil-każ ta’ persuna impjegata, il-post fejn isir ix-xogħol kif definit fil-kuntratt tax-xogħol.

10.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.11, “parti sostanzjali tal‑attività ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha” imwettqa fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà għandha tfisser li parti sostanzjali b’mod kwantitattiv tal-attivitajiet kollha tal-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha titwettaq hemmhekk, mingħajr ma din neċessarjament tkun il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet.

Biex jiġi ddeterminat jekk parti sostanzjali mill-attivitajiet titwettaqx fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà, għandhom jitqiesu l-kriterji indikattivi li ġejja:

(a)    fil-każ ta’ attività ta’ persuna impjegata, il-ħin tax-xogħol u/jew ir-remunerazzjoni; u

(b)    fil-każ ta’ attività ta’ persuna li taħdem għal rasha, it-turnover, il-ħin tax-xogħol, in-numru ta’ servizzi mogħtija u/jew id-dħul.



Fil-qafas ta’ valutazzjoni ġenerali, sehem ta’ inqas minn 25 % rigward il-kriterji msemmija hawn fuq għandu jkun indikazzjoni li parti sostanzjali tal-attivitajiet ma tkunx qed titwettaq fir-Renju ta’ Spanja jew Ġibiltà.

11.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.13(3)(b), iċ-“ċentru ta’ interess” tal-attivitajiet ta’ persuna li taħdem għal rasha għandu jiġi ddeterminat billi jiġu kkunsidrati l-aspetti kollha tal-attivitajiet professjonali ta’ dik il-persuna, notevolment il-post fejn qiegħed l-indirizz fiss u permanenti tan-negozju tal-persuna, in-natura abitwali jew it-tul ta’ żmien tal-attivitajiet imwettqa, in-numru ta’ servizzi li jingħataw, u l-intenzjoni tal-persuna kkonċernata kif jidher miċ-ċirkostanzi kollha.

12.    Sabiex tiġi determinata l-leġiżlazzjoni applikabbli taħt il-paragrafi 6 u 7, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni proġettata għat-12-il xahar kalendarji li jkunu ġejjin.

13.    Fil-każ fejn persuna teżerċita l-attività tagħha bħala persuna impjegata fir-Renju ta’ Spanja u Ġibiltà f’isem impjegatur stabbilit barra mit-territorju tar-Renju ta’ Spanja u Ġibiltà, u jekk din il-persuna tkun tirrisjedi f’Ġibiltà jew ir-Renju ta’ Spanja mingħajr ma twettaq attività sostanzjali hemmhekk, hija għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza.



ARTIKOLU SSCI.13

Proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.10(3)(b), l-Artikolu SSC.10(4), l-Artikolu SSC.11, u l-Artikolu SSC.12

1.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Artikolu SSCI.14, meta persuna twettaq l-attività tagħha fir-Renju ta’ Spanja, fejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti skont it-Titolu II tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, jew f’Ġibiltà, fejn ir-Renju ta’ Spanja jkun kompetenti skont it-Titolu II tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, l-impjegatur, jew, fil-każ ta’ persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b’dan, kull meta jkun possibbli minn qabel, lill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja, skont liema leġiżlazzjoni tkun applikabbli. Dik l-istituzzjoni għandha toħroġ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu SSCI.15(2) lill-persuna kkonċernata u mingħajr dewmien għandha tagħmel l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli disponibbli għal dik il-persuna skont l-Artikolu SSC.10(3)(b), l-Artikolu SSC.11, jew l-Artikolu SSC.12, disponibbli għall-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li fih titwettaq l-attività.

2.    Impjegatur skont it-tifsira tal-Artikolu SSC.10 (4) li l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tiegħu jkun f’Ġibiltà u li jkollu impjegat abbord bastiment li jtajjar il-bandiera tar-Renju ta’ Spanja, jew li l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tiegħu jkun fir-Renju ta’ Spanja u li jkollu impjegat abbord bastiment li jtajjar il-bandiera tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinforma, kull meta jkun possibbli minn qabel, lill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju Unit rispettivament, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tar-Renju ta’ Spanja, skont liema leġiżlazzjoni tkun applikabbli. Dik l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, skont l-Artikolu SSC.10(4), lill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li l-bandiera tiegħu tkun qed tittajjar fuq il-bastiment li fuqu l-persuna impjegata għandha twettaq l-attività tagħha.



ARTIKOLU SSCI.14

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.13

1.    Persuna li twettaq attivitajiet fir-Renju ta’ Spanja u f’Ġibiltà għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ residenza tagħha.

2.    L-istituzzjoni maħtura tal-post ta’ residenza għandha, mingħajr dewmien, tiddetermina l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, wara li jitqiesu l-Artikolu SSC.13 u l-Artikolu SSCI.12. Dik id-determinazzjoni inizjali għandha tkun proviżorja. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjoni maħtura tal-post l-ieħor li fih tkun qed titwettaq attività tad-determinazzjoni proviżorja tagħha.

3.    Id-determinazzjoni proviżorja tal-leġiżlazzjoni applikabbli, kif previst fil-paragrafu 2, għandha ssir definittiva fi żmien xahrejn minn meta l-istituzzjoni maħtura mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, liema minnhom ikun ikkonċernat, tkun informata biha, skont il-paragrafu 2, sakemm il-leġiżlazzjoni ma tkunx diġà ġiet iddeterminata b’mod definittiv fuq il-bażi tal-paragrafu 4, jew l-istituzzjoni kkonċernata ma tinfurmax lill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ residenza sa tmiem dan il-perjodu ta’ xahrejn li hi għadha ma tistax taċċetta d‑determinazzjoni jew li għandha fehma oħra dwar dan.

4.    Fejn inċertezza dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli teħtieġ kuntatti bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet tar-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-istituzzjonijiet nominati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew tal-awtoritajiet kompetenti nfushom, il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata għandha tiġi determinata bi ftehim komuni, filwaqt li jitqiesu l-Artikolu SSC.13 u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu SSCI.12.



Meta jkun hemm differenza ta’ fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, dawk il-korpi għandhom ifittxu ftehim f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq u għandu japplika l-Artikolu SSCI.6.

5.    L-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema leġiżlazzjoni tiġi ddikjarata applikabbli, sew jekk b’mod proviżorju kif ukoll jekk b’mod definittiv, għandha tinforma, mingħajr dewmien, lill-persuna konċernata.

6.    Jekk il-persuna kkonċernata tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dan l-Artikolu għandu jiġi applikat fuq l-inizjattiva tal-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ residenza malli hija tiġi mgħarrfa bis-sitwazzjoni ta’ dik il-persuna, possibbilment permezz ta’ istituzzjoni oħra kkonċernata.

ARTIKOLU SSCI.15

Għoti ta’ informazzjoni lil persuni kkonċernati u lil impjegaturi

1.    L-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema leġiżlazzjoni ssir applikabbli skont it-Titolu II tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, għandha tinforma lill-persuna kkonċernata u, fejn xieraq, lill-impjegatur(i) dwar l-obbligi stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni. Hija għandha tagħtihom l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet mitluba minn dik il-leġiżlazzjoni.



2.    Fuq it-talba tal-persuna kkonċernata jew tal-impjegatur, l-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-leġiżlazzjoni li tkun applikabbli skont it-Titolu II tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, għandha tipprovdi attestazzjoni li din il-leġiżlazzjoni hija applikabbli u għandha tindika, fejn ikun xieraq, sa liema data u b’liema kundizzjonijiet.

ARTIKOLU SSCI.16

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

1.    L-istituzzjonijiet rilevanti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema leġiżlazzjoni tkun applikabbli għal persuna skont it-Titolu II tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita d-data li fiha dik il-leġiżlazzjoni ssir applikabbli u l-kontribuzzjonijiet li dik il-persuna u l-impjegatur(i) huma obbligati jħallsu skont dik il-leġiżlazzjoni.

2.    L-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema leġiżlazzjoni ssir applikabbli għal persuna skont it-Titolu II tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, għandha tagħmel l-informazzjoni li tindika d-data li fiha tidħol fis-seħħ l-applikazzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni disponibbli għall-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti li tapplika l-leġiżlazzjoni li dik il-persuna kienet soġġetta għaliha l-aħħar.



TITOLU III

DISPOŻIŻŻJONI SPEĊJALI DWAR ID-DIVERSI KATEGORIJI TA’ BENEFIĊĊJI

KAPITOLU I

BENEFIĊĊJI TAL-MARD, TAL-MATERNITÀ U BENEFIĊĊJI EKWIVALENTI TAL-PATERNITÀ

ARTIKOLU SSCI.17

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni

1.    L-awtoritajiet jew istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni assigurati dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ benefiċċji in natura meta dawn il-benefiċċji jingħataw fil-post ta’ residenza.

2.    Minkejja l-Artikolu SSC.6(a), ir-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jistgħu jsiru responsabbli għall-kostijiet tal-benefiċċji f’konformità mal-Artikolu SSC.19 biss jekk, jew il-persuna assigurata tkun għamlet pretensjoni għal pensjoni skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew f’konformità mal-Artikoli SSC.20 sa 24, huma jirċievu pensjoni skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.



ARTIKOLU SSCI.18

Reġim applikabbli fil-każ tal-eżistenza ta’ aktar minn reġim wieħed fil-post ta’ residenza jew il-post tax-xogħol

Jekk il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza jew il-post tax-xogħol tinkludi iktar minn skema waħda ta’ assigurazzjoni marbuta mal-mard, assigurazzjoni ta’ maternità u ta’ paternità għal aktar minn kategorija waħda ta’ persuni assigurati, id-dispożizzjonijiet applikabbli skont l-Artikoli SSC.16, SSC.19 u 21 għandhom ikunu dawk tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskema ġenerali għal persuni impjegati.

ARTIKOLU SSCI.19

Residenza fir-Renju ta’ Spanja meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun kompetenti jew f’Ġibiltà meta r-Renju ta’ Spanja ikun kompetenti

1.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.16, il-fruntaliera u/jew il-membri tal-familja tagħha għandhom l-obbligu li jirreġistraw mal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. Id-dritt tagħhom għal benefiċċji in natura fil-post ta’ residenza għandu jkun iċċertifikat minn dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti b’talba tal-persuna assigurata jew b’talba tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

2.    Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibqa’ validu sakemm l-istituzzjoni kompetenti tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza bil-kanċellazzjoni tiegħu.

L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b’kull reġistrazzjoni skont il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe bidla jew kanċellazzjoni ta’ dik ir-reġistrazzjoni.



3.    Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-persuni msemmija fl-Artikoli SSC.20 u 21.

ARTIKOLU SSCI.20

L-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.17(2)

1.    Għall-finijiet tal-Artikolu SSC.17(2), il-persuna kkonċernata trid tippreżenta lill-fornitur tal-kura tas-saħħa fir-Renju ta’ Spanja jew f’Ġibiltà, skont il-każ, dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, fejn is-soġġorn ikun fir-Renju ta’ Spanja, jew l-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja, fejn is-soġġorn ikun f’Ġibiltà, li jindika l-intitolament tagħha għal benefiċċji in natura skont dik id-dispożizzjoni. Jekk il-persuna ma jkollhiex dokument bħal dan, l-istituzzjonijiet kompetenti, fuq talba jew jekk ikun meħtieġ mod ieħor, għandhom jikkuntattjaw lil xulxin sabiex jivverifikaw li l-persuna hija intitolata għal benefiċċji in natura skont din id-dispożizzjoni.

2.    Il-benefiċċji in natura pprovduti mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn f’isem l-istituzzjoni kompetenti skont l-Artikolu SSC.17(2) għandhom iwasslu għal rimborż sħiħ.

ARTIKOLU SSCI.21

L-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.22

Jekk l-eks fruntalier ma għadux kopert mil-leġiżlazzjoni tal-post fejn twettqet l-aħħar attività tiegħu, u l-eks fruntalier jew membru tal-familja tiegħu jivvjaġġa hemmhekk bl-għan li jirċievi benefiċċji in natura skont l-Artikolu SSC.22, huwa għandu jippreżenta lill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti.



ARTIKOLU SSCI.22

Kontribuzzjonijiet minn persuni pensjonanti

Jekk persuna tirċievi pensjoni mir-Renju ta’ Spanja u mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet imnaqqas mill-pensjonijiet kollha mħallsa ma għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun akbar mill-ammont imnaqqas fir-rigward ta’ persuna li tirċievi l-istess ammont ta’ pensjoni mir-Renju ta’ Spanja jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà.

KAPITOLU II

BENEFIĊĊJI MARBUTA MA’ AĊĊIDENTI FUQ IX-XOGĦOL
U MA’ MARD OKKUPAZZJONALI

ARTIKOLU SSCI.23

Dritt għal benefiċċji in natura jew fi flus fil-post ta’ residenza

1.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.28, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli SSCI.25 sa 26 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.    Meta jingħataw benefiċċji speċjali in natura fir-rigward ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol u mard okkupazzjonali skont il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza, l-istituzzjoni ta’ dak il-post ta’ residenza għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti.



KAPITOLU III

GĦOTJIET F’KAŻ TA’ MEWT

ARTIKOLU SSCI.24

Pretensjoni għal għotjiet f’każ ta’ mewt

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli SSC.34 u 35, il-pretensjoni għal għotjiet marbutin ma’ mewt għandha tintbagħat jew lill-istituzzjoni kompetenti jew lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tal-applikant, li għandha tibgħatha lill-istituzzjoni kompetenti.

Il-pretensjoni għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti.



KAPITOLU IV

BENEFIĊĊJI MARBUTIN MAL-INVALIDITÀ U PENSJONIJIET TAX-XJUĦIJA U TAS-SUPERSTITI

ARTIKOLU SSCI.25

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tal-benefiċċju

1.    Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont teoretiku u tal-ammont attwali tal-benefiċċju f’konformità mal-Artikolu SSC.45(1)(b), għandhom japplikaw ir-regoli previsti fl-Artikolu SSCI.10(3), (4), (5) u (6).

2.    Meta perjodi ta’ assigurazzjoni kontinwa volontarja jew fakultattiva ma jkunux tqiesu skont l-Artikolu SSC.10(3), l-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont il-leġiżlazzjoni li taħtha jkunu ġew ikkompletati dawk il-perjodi, għandha tikkalkula l-ammont li jikkorrispondi għal dawk il-perjodi skont il-leġiżlazzjoni li tapplika. L-ammont attwali tal-benefiċċju, ikkalkulat taħt l-Artikolu SSC.45(1)(b), għandu jiżdied bl-ammont li jikkorrispondi għall-perjodi ta’ assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja.

3.    L-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tikkalkula, skont il-leġiżlazzjoni li tapplika, l-ammont dovut li jikkorrispondi għal perjodi ta’ assigurazzjoni kontinwa volontarja jew fakultattiva li, skont l-Artikolu SSC.46(3)(c), ma għandux ikun soġġett għar-regoli tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà jew tar-Renju ta’ Spanja relatati mal-ħruġ, it-tnaqqis jew is-sospensjoni.



Meta l-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti ma tippermettilhiex tiddetermina dan l-ammont direttament, fuq il-bażi li dik il-leġiżlazzjoni talloka valuri differenti għall-perjodi ta’ assigurazzjoni, jista’ jiġi stabbilit ammont nozzjonali. Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti dettaljati għad-determinazzjoni ta’ dak l-ammont nozzjonali.

ARTIKOLU SSCI.26

Jitqiesu l-perjodi tat-trobbija tat-tfal

1.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “perjodu għat-trobbija tat-tfal” għandha tirriferi għal kwalunkwe perjodu li huwa kreditat taħt il-leġiżlazzjoni tal-pensjonijiet tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew li jipprovdi suppliment għal pensjoni espliċitament għal raġuni li persuna tkun rabbiet tifel/tifla, irrispettivament mill-metodu użat biex tikkalkula dawk il-perjodi u jekk jakkumulawx matul iż-żmien tat-trobbija tal-tfal jew jiġux rikonoxxuti retroattivament.

2.    Meta, skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li tkun kompetenti skont it-Titolu II tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, ma jitqies l-ebda perjodu tat-trobbija tat-tfal, l-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, skont liema leġiżlazzjoni kienet applikabbli għall-persuna kkonċernata skont it-Titolu II tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, fid-data meta, skont dik il-leġiżlazzjoni, il-perjodu tat-trobbija tat-tfal beda jitqies għall-wild ikkonċernat, għandha tibqa’ responsabbli biex tqis dak il-perjodu bħala perjodu tat-trobbija tat-tfal skont il-leġiżlazzjoni tagħha stess, daqslikieku t-trobbija tat-tfal seħħet fit-territorju tagħha stess.

3.    Il-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk il-persuna kkonċernata hija, jew issir, soġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew ir-Renju ta’ Spanja rispettivament minħabba t-twettiq ta' attività ta' impjegat jew ta' xogħol għal rasu hemmhekk.



KAPITOLU V

BENEFIĊĊJI TAL-QGĦAD

ARTIKOLU SSCI.27

Aggregazzjoni ta’ perjodi u kalkolu tal-benefiċċji

1.    L-Artikolu SSCI.10 ta’ dan l-Anness għandu japplika mutatis mutandis għall-Artikolu SSC.54 tal-Protokoll. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi sottostanti tal-istituzzjonijiet involuti, il-persuna konċernata tista’ tippreżenta lill-istituzzjoni kompetenti dokument maħruġ mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza li kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tagħha fir-rigward tal-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fejn huma speċifikati l-perjodi kompletati skont dik il-leġiżlazzjoni.

2.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.55 tal-Protokoll, l-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li l-leġiżlazzjoni tagħha tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji jvarja skont l-għadd ta’ membri tal-familja, għandha tqis ukoll il-membri tal-familja tal-persuna kkonċernata li qed jgħixu fl-istess dar bħallikieku kienu jgħixu fil-post tal-istituzzjoni kompetenti. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta, fil-post ta’ residenza ta’ membri tal-familja, persuna oħra tkun intitolata għal benefiċċji għall-qgħad ikkalkolati fuq il-bażi tan-numru tal-membri tal-familja.



ARTIKOLU SSCI.28

Persuni qiegħda li kienu jirrisjedu barra mill-post ta’ kompetenza

1.    L-istituzzjoni kompetenti tal-post tal-aħħar impjieg għandha tinforma lill-persuni kompletament qiegħda dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u għandha tipprovdilhom dokumenti li għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mar-riċeviment ta’ benefiċċji tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni tagħha fil-post ta’ residenza.

2.    L-istituzzjonijiet rilevanti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa biex jappoġġaw l-attivitajiet ta’ tfittix ta’ impjieg ta’ persuni qiegħda u biex jinfurmawhom dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta’ kontroll applikabbli, u lil liema servizz tal-impjiegi għandhom jagħmlu lilhom infushom disponibbli. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha, fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, tinforma immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti bi kwalunkwe ċirkostanza li hija taf biha u li x’aktarx taffettwa d-dritt għall-benefiċċji, b’mod partikolari, jekk il-persuni kompletament qiegħda bdew jaħdmu jew bdew jaħdmu għal rashom fil-post ta’ residenza.

3.    Meta, f’konformità mal-Artikolu SSC.56, persuna qiegħda tiddeċiedi li tagħmel lilha nnifisha disponibbli wkoll għas-servizzi tal-impjiegi tal-post ta’ residenza, billi tirreġistra hemmhekk bħala persuna li qed tfittex xogħol, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti u lis-servizzi tal-impjiegi dwar l-għoti tal-benefiċċji.



4.    Fejn mitlub mis-servizzi tal-impjieg tal-post ta’ residenza, is-servizzi tal-impjieg kompetenti għandhom jibagħtu l-informazzjoni rilevanti dwar ir-reġistrazzjoni tal-persuna qiegħda u t-tfittxija tagħha għall-impjieg. Is-servizzi tal-impjieg tal-post ta’ residenza għandhom ukoll, fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, jinformaw immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti bi kwalunkwe ċirkostanza li hija konxja tagħha u li x’aktarx taffettwa d-dritt għall-benefiċċji, b’mod partikolari, jekk il-persuni kompletament qiegħda bdew jaħdmu jew bdew jaħdmu għal rashom fil-post ta’ residenza.

ARTIKOLU SSCI.29

Miżuri msaħħa ta’ appoġġ u kooperazzjoni għal persuni qiegħda li kienu jirrisjedu barra mill-post ta’ kompetenza

L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkooperaw u jistgħu jaqblu bejniethom dwar proċeduri u limiti ta’ żmien speċifiċi dwar is-segwitu tas-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda kif ukoll miżuri oħra biex jiffaċilitaw l-attivitajiet ta’ tfittxija ta’ impjieg tal-persuni qiegħda kkonċernati.



KAPITOLU VI

BENEFIĊĊJI MARBUTIN MAL-FAMILJA

ARTIKOLU SSCI.30

Regoli dwar preċedenza fil-każ ta’ trikkib

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.59(1)(b)(i) u (ii), meta l-ordni ta’ prijorità ma tistax tiġi stabbilita abbażi tar-residenza tat-tfal, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-benefiċċji li jinkludi lit-tfal mhux residenti fit-territorju tagħhom. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.59(1)(b)(i), l-istituzzjoni li tapplika l-leġiżlazzjoni li tipprevedi l-ogħla livell ta’ benefiċċji għandha tħallas l-ammont sħiħ ta’ tali benefiċċji u tiġi rimborżata nofs din is-somma mill-istituzzjoni l-oħra sal-limitu tal-ammont previst fil-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-aħħar.

ARTIKOLU SSCI.31

Regoli applikabbli fejn il-leġiżlazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel

1.    Fejn il-leġiżlazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza li jingħataw benefiċċji marbutin mal-familja tinbidel bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, matul xahar kalendarju, irrispettivament mid-dati tal-ħlas tal-benefiċċji marbutin mal-familja taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, l-istituzzjoni li ħallset il-benefiċċji marbutin mal-familja bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni taħt liema l-benefiċċji ngħataw fil-bidu ta’ dak ix-xahar għandha tkompli tagħmel dan sal-aħħar tax-xahar li jkun għaddej.



2.    Għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra bid-data li fiha tieqaf tħallas il-benefiċċji tal-familja inkwistjoni. Il-ħlas tal-benefiċċji jew mir-Renju ta’ Spanja jew mir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jidħol fis-seħħ minn dik id-data.

ARTIKOLU SSCI.32

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikoli SSC.58 u 59

1.    L-applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja għandha tiġi indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli SSC.58 u 59, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-familja kollha jekk il-persuni kollha involuti kienu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u residenti hemmhekk, b’mod partikolari rigward id-dritt ta’ persuna li jintalbu benefiċċji bħal dawn. Meta persuna intitolata li titlob il-benefiċċji ma teżerċitax id-dritt tagħha, applikazzjoni għall-benefiċċji tal-familja ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, persuna ttrattata bħala ġenitur, jew persuna jew istituzzjoni li taġixxi bħala tutur tal-wild jew tal-ulied, għandha titqies mill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u li l-leġiżlazzjoni tagħha hija applikabbli.

2.    L-istituzzjoni li ssirilha applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha teżamina l-applikazzjoni abbażi tal-informazzjoni ddettaljata mogħtija mill-applikant, billi tikkunsidra s-sitwazzjoni de facto u legali ġenerali tal-familja tal-applikant. Jekk dik l-istituzzjoni tikkonkludi li l-leġiżlazzjoni tagħha hija applikabbli bi dritt ta’ prijorità f’konformità mal-Artikoli SSC.58 u 59, hija għandha tipprovdi l-benefiċċji tal-familja skont il-leġiżlazzjoni li tapplika.



Jekk dik l-istituzzjoni jidhrilha li jista’ jkun hemm intitolament għal suppliment għad-differenza bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’konformità mal-Artikolu SSC.59(2), dik l-istituzzjoni għandha tibgħat l-applikazzjoni, mingħajr dewmien, lill-istituzzjoni kompetenti tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u tinforma lill-persuna kkonċernata; barra minn hekk, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra bid-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni u bl-ammont ta’ benefiċċji marbutin mal-familja mħallas.

3.    Meta l-istituzzjoni li ssirilha l-applikazzjoni tikkonkludi li l-leġiżlazzjoni tagħha hija applikabbli, iżda mhux bi dritt ta’ prijorità f’konformità mal-Artikolu SSC.59(1) u (2), hija għandha tieħu deċiżjoni proviżorja, mingħajr dewmien, dwar ir-regoli ta’ prijorità li għandhom jiġu applikati u għandha tibgħat l-applikazzjoni, f’konformità mal-Artikolu SSC.59(3), lill-istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u għandha tinforma wkoll lill-applikant b’dan. Dik l-istituzzjoni għandha tieħu pożizzjoni dwar id-deċiżjoni provviżorja fi żmien xahrejn.

Jekk l-istituzzjoni li lilha ntbagħtet l-applikazzjoni ma tiħux pożizzjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni, għandha tapplika d-deċiżjoni provviżorja msemmija hawn fuq u l-istituzzjoni għandha tħallas il-benefiċċji previsti fil-leġiżlazzjoni tagħha u tinforma lill-istituzzjoni li saritilha l-applikazzjoni bl-ammont tal-benefiċċji mħallas.

4.    Meta jkun hemm differenza ta’ fehmiet bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati dwar liema leġiżlazzjoni hija applikabbli bi dritt ta’ prijorità, għandu japplika l-Artikolu SSCI.6 (2) sa (4). Għal dan l-għan, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza msemmija fl-Artikolu SSCI.6(2) għandha tkun l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tat-tfal.

5.    Jekk l-istituzzjoni li tat il-benefiċċji fuq bażi provviżorja ħallset aktar mill-ammont li għalih hija ultimament responsabbli, hija tista’ titlob ħlas lura tal-ammont mogħti żejjed mill-istituzzjoni b’responsabbiltà primarja konformi mal-proċedura stabbilita fl-Arranġament amministrattiv.



TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

KAPITOLU I

RIMBORŻ TAL-KOSTIJIET TAL-BENEFIĊĊJI
FL-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU SSC.17, SSC.27 U SSC.33

ARTIKOLU SSCI.33

Prinċipji

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli SSC.17, SSC.27 u SSC.33, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jadottaw l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiżguraw ir-rimborż sħiħ tal-benefiċċji pprovduti lil persuni koperti mill-Protokoll dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni li tipprovdi dawk il-benefiċċji.



ARTIKOLU SSCI.34

Proċedura għal rimborż bejn l-istituzzjonijiet

Ir-rimborżi bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom isiru malajr kemm jista’ jkun mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà. Kull istituzzjoni kkonċernata għandha tkun obbligata tirrimborża l-pretensjonijiet, malli tkun f’pożizzjoni li tagħmel dan. Tilwima dwar pretensjoni partikolari ma għandhiex ixxekkel ir-rimborż ta’ pretensjoni jew pretensjonijiet oħra.

KAPITOLU II

IRKUPRU TA’ BENEFIĊĊJI PROVDUTI IŻDA INDEBITI,
IRKUPRU TA’ ĦLASIJIET U KONTRIBUZZJONIJIET PROVIŻORJI,

TPAĊIJA U ASSISTENZA FIL-QASAM TA’ RKUPRU

ARTIKOLU SSCI.35

Dispożizzjonijiet komuni

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.67 u fil-qafas definit fih, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jadottaw l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw, kull fejn ikun possibbli, kumpens jew bejn l-istituzzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikkonċernata, jew irkupru vis‑à‑vis il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.



TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI, TRANŻIZZJONALI U FINALI

ARTIKOLU SSCI.36

Eżami mediku u verifiki amministrattivi

1.    Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra, eżami mediku għandu jsir, fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tal-benefiċjarju skont il-proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikata minn dik l-istituzzjoni.

L-istituzzjoni debitriċi għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza dwar kwalunkwe rekwiżit speċjali li għandu jiġi segwit u, jekk ikun meħtieġ, bil-punti li għandhom jiġu koperti mill-eżami mediku.

2.    L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tgħaddi rapport lill-istituzzjoni debitriċi li tkun talbet l-eżami mediku. Din l-istituzzjoni għandha tkun marbuta bil-konklużjonijiet tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

L-istituzzjoni debitriċi għandha tirriżerva d-dritt li l-benefiċjarju jiġi eżaminat minn tabib tal-għażla tagħha. Madankollu, il-benefiċjarju jista’ jintalab imur lura fil-post fejn hija stabbilita l-istituzzjoni debitriċi biss jekk huwa jkun jista’ jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta’ ħsara għal saħħtu u jekk il-kost tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni titħallas mill-istituzzjoni debitriċi.



3.    Il-kontroll amministrattiv għandu, fuq talba tal-istituzzjoni debitriċi, jitwettaq mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tal-benefiċjarju.

Il-paragrafu 2 għandu japplika ukoll f’dan il-każ.

4.    L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà jistgħu jaqblu dwar dispożizzjonijiet u proċeduri speċifiċi biex itejbu b’mod sħiħ jew parzjali l-prontezza fis-suq tax-xogħol tal-pretendenti u tar-riċevituri u l-parteċipazzjoni tagħhom fi kwalunkwe skema jew programm disponibbli fil-post ta’ residenza għal dak l-għan.

5.    Bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ kooperazzjoni amministrattiva reċiproka mingħajr ħlas fl-Artikolu SSC 62(3), l-ammont effettiv tal-ispejjeż tal-verifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandu jitħallas lura lill-istituzzjoni li ntalbet twettaqhom mill-istituzzjoni debitriċi li talbithom.

ARTIKOLU SSCI.37

Informazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom iħejju l-informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni koperti jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom u mill-formalitajiet amministrattivi meħtieġa sabiex jasserixxuhom. Din l-informazzjoni għandha, fejn ikun possibbli, tiġi mqassma elettronikament permezz tal-pubblikazzjoni online fuq siti aċċessibbli lill-pubbliku. Dawn għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi aġġornata regolarment u għandhom jimmonitorjaw il-kwalità tas-servizzi provduti lill-klijenti.



ARTIKOLU SSCI.38

Kambju tal-munita

1.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u dan l-Anness, ir-rata tal-kambju bejn il-muniti applikata rispettivament fir-Renju ta’ Spanja u fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tkun ir-rata ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali u dan l-Anness, ir-rata ta’ konverżjoni għandha tinftiehem bħala rata ta’ konverżjoni ta’ kuljum ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

3.    Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f’dan l-Artikolu, ir-rata ta’ konverżjoni għandha tkun ir-rata ppubblikata fil-jum meta titwettaq l-operazzjoni.

4.    Istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà li għall-fini tal-istabbiliment ta’ intitolament, u għall-ewwel kalkolu tal-benefiċċju, għandha tikkonverti ammont, għandha tuża:

(a)    meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, istituzzjoni tqis l-ammonti, bħall-qligħ jew il-benefiċċji, matul ċertu perjodu qabel id-data li għaliha jiġi kkalkulat il-benefiċċju, ir-rata ta’ konverżjoni ppubblikata fl-aħħar jum ta’ dak il-perjodu;



(b)    meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, għall-fini tal-kalkolu tal-benefiċċju istituzzjoni tqis ammont wieħed, ir-rata ta’ konverżjoni ppubblikata fl-ewwel jum tax-xahar immedjatament qabel ix-xahar meta trid tiġi applikata d-dispożizzjoni.

5.    Il-paragrafu 4 għandu japplika mutatis mutandis meta istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikollha tikkonverti ammont għall-kalkolu mill-ġdid tal-benefiċċju minħabba bidliet fis-sitwazzjoni fattwali jew legali tal-persuna kkonċernata.

6.    Istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, li tħallas benefiċċju li huwa indiċjat regolarment f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, u fejn l-ammonti f’munita oħra għandhom impatt fuq dak il-benefiċċju, għandha, meta tikkalkulah mill-ġdid, tuża r-rata ta’ konverżjoni ppubblikata fl-ewwel jum tax-xahar ta’ qabel ix-xahar meta jkun dovut l-indiċjar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

7.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, id-data li għandha titqies għad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju applikabbli bejn il-muniti tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha tkun:

(a)    fil-każ li jkun hemm talba għal tpaċija mill-arretrati/ħlasijiet għaddejjin, il-jum tax-xogħol eżatt qabel il-jum li fih il-parti applikanti tkun bagħtet l-aħħar talba għat-tpaċija mill-arretrati/ħlasijiet għaddejjin; jew

(b)    fil-każ ta’ talba għall-irkupru, il-jum tax-xogħol immedjatament qabel il-jum li fih il-parti applikanti tkun bagħtet l-ewwel talba għall-irkupru.



Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, jum tax-xogħol jirreferi għall-jum tax-xogħol meta l-Bank Ċentrali Ewropew jippubblika r-rati ta’ referenza għall-kambju għal kull jum.

ARTIKOLU SSCI.39

Dispożizzjonijiet tranżitorji relatati mal-pensjonijiet

1.    Fejn tinqala’ l-kontinġenza qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Anness fit-territorju tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà kkonċernata u l-pretensjoni għall-pensjoni ma tkunx ingħatat qabel dik id-data, tali pretensjoni għandha twassal għal għotja doppja, sa fejn il-benefiċċji għandhom jingħataw, skont tali kontinġenza, għal perjodu qabel dik id-data:

(a)    għall-perjodu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Anness fit-territorju tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, bi ftehimiet fis-seħħ bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(b)    għall-perjodu li jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Anness fit-territorju tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, f’konformità mal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

Madanakollu, jekk l-ammont ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalih fis-subparagrafu (a) ikun ikbar minn dak ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom taħt is-subparagrafu (b), il-persuna kkonċernata għandha tkompli tkun intitolata għall-ammont ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom taħt is-subparagrafu (a).



2.    Pretensjoni għall-benefiċċji tal-invalidità, tax-xjuħija jew tas-superstiti sottomessa lil istituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Anness fit-territorju tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandha awtomatikament teħtieġ il-valutazzjoni mill-ġdid tal-benefiċċji li jkunu ngħataw għall-istess kontinġenza qabel dik id-data mill-istituzzjoni jew istituzzjonijiet tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jew tar-Renju ta’ Spanja, kif xieraq f’konformità mal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali; tali evalwazzjoni mill-ġdid tista’ ma tistax twassal għal xi riduzzjoni fl-ammont ta’ benefiċċji mogħtija.

________________

ANNESS 37

PROTOKOLL DWAR L-ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA REĊIPROKA F’MATERJI DOGANALI

ARTIKOLU PCUST.1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “awtorità applikanti” tfisser awtorità amministrattiva li titlob assistenza amministrattiva skont dan il-Protokoll u nnotifikata minn Parti bħala kompetenti għal dak l-għan;

(b)    “leġiżlazzjoni doganali” tfisser kwalunkwe liġi jew regolament applikabbli fit-territorju ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, li jirregola l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta’ merkanzija u t-tqegħid tagħha taħt kwalunkwe reġim jew proċedura doganali oħra, inklużi miżuri ta’ projbizzjoni, restrizzjoni u kontroll;

(c)    “informazzjoni” tfisser kwalunkwe data, dokument, immaġni, rapport, komunikazzjoni jew kopja awtentikata, fi kwalunkwe format, inkluż elettroniku, kemm jekk ipproċessata jew analizzata kif ukoll jekk le;

(d)    “operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali” tfisser kwalunkwe ksur jew attentat ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali;



(e)    “awtorità rikjesta” tfisser awtorità amministrattiva li tirċievi talba għall-assistenza skont dan il-Protokoll u li tiġi nnotifikata minn Parti bħala kompetenti għal dak l-għan;

(f)    “persuna” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali; u

(g)    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli.

ARTIKOLU PCUST.2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.    Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin, fl-oqsma fil-kompetenza tagħhom, bil-mod u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll, biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali, b’mod partikolari billi jipprevjenu, jinvestigaw u jiġġieldu l-operazzjonijiet li jiksru dik il-leġiżlazzjoni.

2.    Id-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza fi kwistjonijiet doganali f’dan il-Protokoll, japplikaw għal kwalunkwe awtorità amministrattiva ta’ waħda mill-Partijiet li hija kompetenti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Dik l-assistenza la għandha tippreġudika d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali u lanqas ma għandha tkopri informazzjoni miksuba permezz ta’ setgħat eżerċitati fuq talba minn awtorità ġudizzjarja, ħlief meta komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun awtorizzata minn dik l-awtorità.

3.    Għajnuna fl-irkupru tad-dazji, taxxi jew multi hija koperta fil-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati mat-taxxi u d-dazji.



ARTIKOLU PCUST.3

Assistenza fuq talba

1.    Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tagħti lill-awtorità applikanti, l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-awtorità applikanti tiżgura li l-leġiżlazzjoni doganali hija applikata b’mod korrett, inkluż l-informazzjoni dwar attivitajiet imniżżla jew ippjanati li huma jew li jistgħu jkunu operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali.

2.    Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha b’mod partikolari tinformaha jekk:

(a)    l-oġġetti esportati mit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet kinux importati b’mod xieraq fit-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, meta jkun il-każ, il-proċedura tad-dwana li ġiet applikata għall-merkanziji; jew

(b)    il-merkanzija importata fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet tkunx ġiet esportata kif suppost mit-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-merkanzija.

3.    Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu l-passi meħtieġa skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha sabiex tiżgura sorveljanza speċjali tal-awtorità applikanti u sabiex tipprovdilha informazzjoni dwar:

(a)    persuni li dwarhom hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li huma involuti jew kienu involuti f’operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;



(b)    merkanzija li tkun jew tista’ tkun trasportata b’tali mod li jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kienet maħsuba jew tkun maħsuba sabiex tintuża f’operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;

(c)    postijiet fejn ħażniet ta’ merkanzija kienu jew jistgħu jkunu maħżuna jew miġbura b’tali mod li jkun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li dik il-merkanzija kienet jew tkun maħsuba sabiex tintuża f’operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;

(d)    mezzi ta’ trasport li huma jew setgħu kienu użati b’tali mod illi jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li kienu maħsuba għal operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali; u

(e)    bini suspettat mill-awtorità applikanti li jkun qed jintuża sabiex jitwettaq ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

ARTIKOLU PCUST.4

Assistenza spontanja

Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin fuq inizjattiva tagħhom stess skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom billi jipprovdu informazzjoni dwar attivitajiet konklużi, ippjanati jew li għadhom għaddejjin li jikkostitwixxu jew jidhru li jikkostitwixxu operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali u li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Parti l-oħra. L-informazzjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq:

(a)    il-merkanzija magħrufa li tkun suġġetta għal operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;



(b)    persuni li dwarhom hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li huma involuti jew kienu involuti f’operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali;

(c)    mezzi tat-trasport li fir-rigward tagħhom ikun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li dawn intużaw, jew qed jintużaw, jew jistgħu jintużaw, f’operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali; u

(d)    il-mezzi jew il-metodi ġodda użati sabiex jitwettqu operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali.

ARTIKOLU PCUST.5

Forma u sustanza ta’ talbiet għal assistenza

1.    It-talbiet skont dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub f’format stampat jew elettroniku. Dawn għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa sabiex jippermettu l-konformità mat-talba. F’każ ta’ urġenza, jew kif l-awtorità applikanti u l-awtorità li ssirilha t-talba jistgħu jaqblu mod ieħor, l-awtorità li ssirilha t-talba tista’ taċċetta talbiet bil-fomm iżda tali talbiet bil-fomm għandhom jiġu kkonfermati mill-awtorità applikanti bil-miktub minnufih.

2.    It-talbiet, skont il-paragrafu 1, għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)    l-awtorità applikanti u l-uffiċjal rikjedenti;

(b)    l-informazzjoni jew it-tip ta’ assistenza mitluba;

(c)    l-għan u r-raġuni tat-talba;



(d)    il-liġijiet u r-regolamenti u elementi legali oħrajn involuti;

(e)    indikazzjonijiet kemm jista’ jkun preċiżi u komprensivi dwar il-merkanzija jew il-persuni li jkunu fil-mira tal-investigazzjonijiet;

(f)    sommarju tal-fatti rilevanti u tal-istħarriġiet li jkunu diġà saru; u

(g)    kwalunkwe dettall disponibbli addizzjonali li jippermetti lill-awtorità rikjesta tikkonforma mat-talba.

3.    It-talbiet għandhom jiġu sottomessi f’lingwa uffiċjali tal-awtorità rikjesta jew f’lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità, bl-Ingliż dejjem ikun lingwa aċċettabbli. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kwalunkwe dokument li jakkumpanja t-talba skont il-paragrafu 1, sa fejn meħtieġ.

4.    Jekk talba ma tissodisfax ir-rekwiżiti formali stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-awtorità rikjesta tista’ teħtieġ l-korrezzjoni jew il-kompletezza tat-talba. Sakemm il-korrezzjoni jew il-kompletar isir, jistgħu jiġu ordnati miżuri kawtelatorji.



ARTIKOLU PCUST.6

Eżekuzzjoni ta’ talbiet

1.    Sabiex tikkonforma ma’ talba għall-assistenza, l-awtorità rikjesta għandha tipproċedi minnufih, fil-limiti tal-kompetenza tagħha, daqslikieku kienet qiegħda taġixxi f’isimha stess jew fuq it-talba ta’ awtorità oħra ta’ dik l-istess Parti, billi tipprovdi l-informazzjoni diġà fil-pussess tagħha, billi twettaq l-inkjesti xierqa jew billi tagħmel arranġamenti biex dawn l-inkjesti jitwettqu. Din id-dispożizzjoni għandu japplika wkoll għal kull awtorità oħra li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba mill-awtorità rikjesta meta din tal-aħħar ma tkunx tista’ taġixxi waħedha. Meta tipprovdi kwalunkwe assistenza bħal din, l-awtorità rikjesta għandha tqis b’mod xieraq l-urġenza tat-talba.

2.    It-talbiet għall-assistenza għandhom jiġu eżegwiti skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti rikjesta.

ARTIKOLU PCUST.7

Forma li fiha għandha tiġi kkomunikata l-informazzjoni

1.    L-awtorità rikjesta għandha tikkomunika lill-awtorità applikanti bil-miktub ir-riżultati tal-inkjesti mwettqa skont talba magħmula skont dan il-Protokoll flimkien mad-dokumenti, kopji ċertifikati tad-dokumenti jew oġġetti oħra rilevanti. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’format elettroniku. Awtorità rikjesta tista’ tikkomunika r-riżultati tal-inkjesti bil-fomm, iżda dan għandu jiġi segwit bil-miktub.



2.    Id-dokumenti oriġinali għandhom jintbagħtu skont ir-restrizzjonijiet legali ta’ kull Parti, fuq talba tal-awtorità applikanti biss, f’każijiet meta kopji ċertifikati ma jkunux biżżejjed. L-awtorità applikanti għandha tirritorna dawk l-oriġinali mal-ewwel opportunità.

3.    L-awtorità rikjesta għandha, skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2, tagħti lill-awtorità applikanti kwalunkwe informazzjoni relatata mal-awtentiċità tad-dokumenti maħruġa jew ċertifikati minn aġenziji uffiċjali fit-territorju tagħha b’appoġġ għal dikjarazzjoni tal-merkanzija.

ARTIKOLU PCUST.8

Preżenza ta’ uffiċjali ta’ Parti waħda fit-territorju ta’ oħra

1.    L-uffiċjali debitament awtorizzati ta’ Parti jistgħu, bi qbil tal-Parti l-oħra u suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti minn din tal-aħħar, ikunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtorità rikjesta jew ta’ kwalunkwe awtorità oħra kkonċernata msemmija fl-Artikolu PCUST.6, il-paragrafu 1, sabiex jiksbu informazzjoni relatata ma’ attivitajiet li huma jew li jistgħu jkunu operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali, li l-awtorità applikanti teħtieġ għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll.

2.    Bi qbil mal-Parti rikjesta, u suġġett għall-kundizzjonijiet li tista’ tispeċifika, l-uffiċjali debitament awtorizzati tal-Parti l-oħra jistgħu jkunu preżenti waqt l-inkjesti mwettqa fit-territorju tal-Parti rikjesta.



ARTIKOLU PCUST.9

Konsenja u notifika

1.    Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha, sabiex tikkonsenja kwalunkwe dokument jew sabiex tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità applikanti li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, lil destinatarju residenti jew stabbilit fit-territorju tal-awtorità rikjesta.

2.    Tali talbiet għall-kunsinna ta’ dokumenti jew għan-notifika ta’ deċiżjonijiet għandhom isiru bil-miktub f’lingwa uffiċjali tal-awtorità rikjesta jew f’lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità, filwaqt li l-Ingliż dejjem ikun aċċettat.

ARTIKOLU PCUST.10

Skambju awtomatiku ta’ informazzjoni

1.    Il-Partijiet jistgħu, permezz ta’ arranġament reċiproku skont l-Artikolu PCUST. 15 ta’ dan il-Protokoll:

(a)    jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni koperta minn dan il-Protokoll fuq bażi awtomatika; u

(b)    jiskambjaw informazzjoni speċifika qabel il-wasla tal-kunsinni fit-territorju tal-Parti l-oħra.



2.    Il-Partijiet jistgħu jistabbilixxu arranġamenti dwar it-tip ta’ informazzjoni li jixtiequ jiskambjaw, il-format u l-frekwenza tat-trażmissjoni, biex jimplimentaw l-iskambji taħt is-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 1.

ARTIKOLU PCUST.11

Eċċezzjonijiet għall-obbligu ta’ għoti ta’ assistenza

1.    L-assistenza skont dan il-Protokoll tista’ tiġi rrifjutata jew tista’ tkun suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet jew rekwiżiti, f’każijiet fejn Parti tkun tal-opinjoni li tali assistenza:

(a)    x’aktarx tippreġudika s-sovranità tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jew dik ta’ Stat Membru li jkun intalab jipprovdi assistenza taħt dan il-Protokoll; jew

(b)    aktarx li tippreġudika l-politika pubblika, is-sigurtà jew interessi essenzjali oħra, b’mod partikolari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu PCUST. 12, il-paragrafu 5 ta’ dan il-Protokoll; jew

(c)    tkun tikser sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2.    L-awtorità rikjesta tista’ tipposponi l-assistenza għar-raġuni li tali assistenza tinterferixxi ma’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet jew proċedimenti li jkunu għaddejjin. F’każ bħal dan, l-awtorità rikjesta għandha tikkonsulta mal-awtorità applikanti sabiex tiddetermina jekk l-assistenza tkunx tista’ tingħata skont dawk it-termini u l-kundizzjonijiet li l-awtorità rikjesta tista’ teżiġi.



3.    Jekk l-awtorità applikanti tfittex assistenza li hija stess ma tkunx tista’ tipprovdi jekk tintalab tagħmel dan, hija għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Imbagħad għandha tkun fid-diskrezzjoni tal-awtorità rikjesta biex tiddeċiedi kif twieġeb għal talba bħal din.

4.    Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità rikjesta għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni bil-miktub lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien.

ARTIKOLU PCUST.12

Skambju ta’ informazzjoni u kunfidenzjalità

1.    L-informazzjoni rċevuta skont dan il-Protokoll għandha tintuża biss għall-finijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll.

2.    L-użu ta’ informazzjoni miksuba skont dan il-Protokoll fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji mibdija fir-rigward ta’ operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni doganali huwa meqjus li jkun għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll. Għalhekk, il-Partijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni miksuba u d-dokumenti kkonsultati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll bħala evidenza fir-rekords ta’ evidenza, rapporti u testimonjanzi tagħhom u fi proċedimenti u akkużi mressqa quddiem il-qrati jew tribunali. L-awtorità rikjesta tista’ tissuġġetta l-għoti ta’ informazzjoni jew l-għoti ta’ aċċess għal dokumenti għall-kundizzjoni li tiġi nnotifikata b’dan l-użu.

3.    Meta waħda mill-Partijiet tkun tixtieq tuża tali informazzjoni għal finijiet oħra, hija għandha tikseb kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità li pprovdiet dik l-informazzjoni. Dan l-użu għandu mbagħad ikun suġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stabbilita minn dik l-awtorità.



4.    Kwalunkwe informazzjoni kkomunikata, fi kwalunkwe forma skont dan il-Protokoll, għandha tkun meqjusa li hija ta’ natura kunfidenzjali jew ristretta, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti applikabbli fit-territorju ta’ kull Parti. Dik l-informazzjoni għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali u għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Parti riċeventi, sakemm il-Parti li tkun ipprovdiet l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha minn qabel għad-żvelar ta’ tali informazzjoni. Il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin informazzjoni dwar il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħhom.

5.    Id-data personali tista’ tiġi ttrasferita biss f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tal-Parti li tipprovdi d-data. Kull Parti se tinforma lill-Parti l-oħra dwar ir-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel l-aħjar sforzi biex taqbel dwar protezzjonijiet addizzjonali.

ARTIKOLU PCUST.13

Esperti u xhieda

L-awtorità rikjesta tista’ tawtorizza lill-uffiċjali tagħha biex jidhru, fil-limitazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mogħtija, bħala esperti jew xhieda fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi rigward il-materji koperti minn dan il-Protokoll, u jipproduċu tali oġġetti, dokumenti jew kopji kunfidenzjali jew kopji veri ċertifikati tagħhom, skont kif ikun meħtieġ għall-proċedimenti. It-talba għad-dehra għandha tindika speċifikament quddiem liema awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva l-uffiċjal ikollu jidher, dwar liema materji u skont liema titolu jew kwalifika se jsiru l-mistoqsijiet lill-uffiċjal.



ARTIKOLU PCUST.14

Spejjeż ta’ assistenza

1.    Suġġett għall-paragrafi 2 u 3, il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw għal kwalunkwe pretensjoni fuq xulxin għar-rimborżi tal-ispejjeż imġarrba fl-eżekuzzjoni ta’ dan il-Protokoll.

2.    L-ispejjeż u l-allowances imħallsa lill-esperti, lix-xhieda, lill-interpreti u lit-tradutturi, minbarra lill-impjegati tas-servizz pubbliku, għandhom jitħallsu kif xieraq mill-Parti rikjedenti.

3.    Jekk huma meħtieġa jew se jkunu meħtieġa kostijiet ta’ natura sostanzjali jew straordinarja sabiex tiġi eżegwita t-talba, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom se tiġi eżegwita t-talba kif ukoll il-mod li bih se jiġġarrbu l-kostijiet.

ARTIKOLU PCUST.15

Implimentazzjoni

1.    L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tkun fdata, minn naħa waħda, lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà u, min-naħa l-oħra, lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, kif ikun xieraq. Huma għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri u l-arranġamenti prattiċi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, filwaqt li jqisu l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli rispettivi tagħhom, b’mod partikolari għall-protezzjoni ta’ data personali.



2.    Kull Parti għandha jżomm lill-Parti l-oħra informata dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni dettaljati li hija tadotta skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi u l-uffiċjali debitament awtorizzati maħtura bħala kompetenti biex jibagħtu u jirċievu l-komunikazzjonijiet previsti f’dan il-Protokoll.

3.    Fl-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll ma għandhomx jaffettwaw il-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni miksuba taħt dan il-Protokoll bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

ARTIKOLU PCUST.16

Ftehimiet oħra

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim bilaterali dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali li ġie jew jista’ jiġi konkluż bejn Stati Membri individwali u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawk il-ftehimiet bilaterali jkunu inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Protokoll.

ARTIKOLU PCUST.17

Konsultazzjonijiet

Fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex isolvu l-kwistjoni fil-qafas tal-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ.



ARTIKOLU PCUST.18

Żviluppi futuri

Bil-għan li jissupplimenta l-livelli ta’ assistenza reċiproka previsti f’dan il-Protokoll, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ u r-regoli tal-oriġini jista’ jadotta deċiżjoni biex jespandi dan il-Protokoll billi jistabbilixxi arranġamenti dwar setturi jew kwistjonijiet speċifiċi skont il-leġiżlazzjoni doganali rispettiva tal-Partijiet.

_________________

ANNESS 38

PROTOKOLL
DWAR IL-KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U L-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI

FIL-QASAM TAT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD U D-DAZJU TAS-SISA

U DWAR L-ASSISTENZA REĊIPROKA GĦALL-IRKUPRU TA’ PRETENSJONIJIET

RELATATI MAT-TAXXI
U D-DAZJI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU PVAT.1

Objettiv

L-objettiv ta’ dan il-Protokoll huwa li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà; minn hawn ’il quddiem il-Partijiet, sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tagħhom jassistu lil xulxin fl-iżgurar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT, id-dazju tas-sisa u t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, kif applikabbli, u fil-protezzjoni ta’ tali dħul mit-taxxa u fl-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati mat-taxxi u d-dazji.



ARTIKOLU PVAT.2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Protokoll jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-kooperazzjoni:

(a)    li jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni li tista’ tgħin biex issir valutazzjoni korretta tal-VAT, tad-dazju tas-sisa u tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, kif applikabbli, jimmonitorjaw l-applikazzjoni korretta ta’ tali taxxi u jiġġieldu l-frodi relatata ma’ tali taxxi;

(b)    għall-irkupru ta’:

(i)    pretensjonijiet relatati mal-VAT, taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, dazji doganali u dazji tas-sisa, imposti minn jew f’isem Parti jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tagħha, eskluż l-awtoritajiet lokali;

(ii)    penali amministrattivi, multi, tariffi u ħlasijiet addizzjonali relatati mal-pretensjonijiet imsemmija fil-punt (i) imposti mill-awtoritajiet amministrattivi li jkunu kompetenti sabiex jimponu t-taxxi jew id-dazji kkonċernati jew sabiex iwettqu indaġnijiet amministrattivi fir-rigward tagħhom, jew ikkonfermati minn korpi amministrattivi jew ġudizzjarji fuq it-talba ta’ dawk l-awtoritajiet amministrattivi; u l-imgħax u l-kostijiet relatati ma’ tali pretensjonijiet.



ARTIKOLU PVAT.3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)    “inkjesta amministrattiva” tfisser il-kontrolli, il-verifiki u azzjoni oħra meħuda minn kwalunkwe Parti fil-qadi ta’ dmirijiethom sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-VAT, taxxa fuq it-tranżazzjonijiet jew dazju tas-sisa;

(b)    “awtorità applikanti” tfisser l-awtorità kompetenti li titlob l-assistenza għall-irkupru;

(c)    “b’mezzi elettroniċi” tfisser l-użu ta’ tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali) u l-ħażna ta’ data, u l-użu ta’ wajers, trażmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew mezzi elettromanjetiċi oħra;

(d)    “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità notifikata skont l-Artikolu PVAT.4(1);

(e)    “dazji doganali” tfisser id-dazju pagabbli fuq il-merkanzija li tidħol jew toħroġ mit-territorju doganali ta’ kull Parti skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali tagħhom;

(f)    “dazji tas-sisa” tfisser dawk id-dazji u l-imposti definiti bħala tali skont il-leġiżlazzjoni domestika tal-Parti li fiha tinsab l-awtorità rikjedenti;



(g)    “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika, kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta F’Parti bħala li għandha l-kapaċità li twettaq atti legali u kwalunkwe arranġament legali ieħor ta’ liema natura u forma jkun, ikollux personalità legali jew le;

(h)    “awtorità rikjesta” tfisser l-awtorità kompetenti li tirċievi talba għall-assistenza;

(i)    “awtorità rikjedenti” tfisser l-awtorità kompetenti li titlob assistenza għall-VAT, it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet jew id-dazji tas-sisa;

(j)    “skambju spontanju” tfisser il-komunikazzjoni mhux sistematika, fi kwalunkwe mument u mingħajr talba minn qabel, ta’ informazzjoni lir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni;

(k)    “pajjiż terz” tfisser pajjiż li la huwa Stat Membru tal-Unjoni u lanqas ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà;

(l)    “taxxa fuq it-tranżazzjonijiet” tfisser it-taxxa skont [għandha tiddaħħal ir-referenza għall-att leġiżlattiv] ta’ Ġibiltà; u

(m)    “VAT” tfisser taxxa fuq il-valur miżjud skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 79 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għall-Unjoni.



ARTIKOLU PVAT.4

Organizzazzjoni

1.    Kull Parti għandha tinnotifika lil awtorità kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll u għandha tinforma lill-Parti l-oħra b’dan.

2.    Kull Parti għandha tinnotifika:

(a)    awtorità waħda li taġixxi bħala l-awtorità rikjedenti jew rikjesta għall-kooperazzjoni amministrattiva dwar il-VAT u t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, kif applikabbli, skont it-Titolu II ta’ dan il-Protokoll;

(b)    awtorità waħda li taġixxi bħala awtorità rikjedenti jew rikjesta għall-kooperazzjoni amministrattiva dwar id-dazji tas-sisa skont it-Titolu II-III ta’ dan il-Protokoll;

(c)    awtorità waħda li taġixxi bħala awtorità applikanti jew rikjesta għall-kooperazzjoni amministrattiva skont it-Titolu IV ta’ dan il-Protokoll.

3.    L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-Kummissjoni Ewropea bil-ħatra tal-awtoritajiet tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, maħtura f’konformità mal-paragrafu 2, u bi kwalunkwe aġġornament dwar dawn id-deżinjazzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri.



4.    L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-Kummissjoni Ewropea bil-ħatra tagħhom tal-awtoritajiet maħtura f’konformità mal-paragrafu 2, u bi kwalunkwe aġġornament ta’ dawn il-ħatriet. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, imsemmija fil-paragrafu 1.

5.    L-informazzjoni dwar l-awtoritajiet uniċi msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun fiha d-dettalji ta’ kuntatt kollha, inkluż numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika għall-komunikazzjoni elettronika.

ARTIKOLU PVAT.5

Użu ta’ lingwi

It-talbiet għandhom jiġu sottomessi f’lingwa uffiċjali tal-awtorità rikjesta jew f’lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità, bl-Ingliż dejjem ikun lingwa aċċettabbli. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kwalunkwe dokument li jakkumpanja t-talba.

ARTIKOLU PVAT.6

Kunfidenzjalità

1.    Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn Parti skont dan il-Protokoll għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali u tintuża biss għall-fini ta’ dan il-Protokoll.



2.    Kwalunkwe informazzjoni riċevuta skont dan il-Protokoll għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-awtorità riċeventi.

3.    Tali informazzjoni tista’ tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inkluż qrati u korpi amministrattivi) ikkonċernati bl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT, id-dazju tas-sisa, it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet jew id-dazji doganali, inkluż miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni fir-rigward tal-pretensjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu PVAT.2.

4.    Użu ulterjuri għandu jeħtieġ kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità li tipprovdi l-informazzjoni.

5.    Rapporti, dikjarazzjonijiet u kwalunkwe dokument ieħor, jew kopji awtentikati jew estratti minnhom, miksuba minn Parti taħt l-assistenza pprovduta minn dan il-Protokoll jistgħu jiġu invokati bħala evidenza f’dik il-Parti fuq l-istess bażi bħal dokumenti simili pprovduti minn awtorità oħra ta’ dik il-Parti.



TITOLU II

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U L-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI FIL-VAT, ID-DAZJU TAS-SISA U T-TAXXA FUQ IT-TRANSAZZJONIJIET

KAPITOLU 1

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI FUQ TALBA

ARTIKOLU PVAT.7

Skambju ta’ informazzjoni u inkjesti amministrattivi

1.    Fuq talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha tikkomunika l-informazzjoni rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu PVAT 2, il-punt (a), inkluża kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ każ jew każijiet speċifiċi.

2.    Għall-finijiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità rikjesta għandha tagħmel arranġamenti għat-twettiq ta’ kwalunkwe inkjesta amministrattiva meħtieġa biex tinkiseb din l-informazzjoni.

3.    L-awtorità rikjesta tista’ tikkonsulta mal-awtorità rikjedenti dwar il-ħtieġa għal inkjesti speċifiċi u għandha tikkomunika l-informazzjoni miksuba, inklużi rapporti, dikjarazzjonijiet, kopji ċċertifikati u kwalunkwe dokument ieħor.



ARTIKOLU PVAT.8

Assistenza fuq talbiet għad-dazju tas-sisa

Fuq talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu l-passi meħtieġa skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha sabiex tiżgura sorveljanza speċjali tal-awtorità rikjedenti u sabiex tipprovdilha informazzjoni dwar:

(a)    persuni li dwarhom hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li huma involuti jew kienu involuti f’operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni dwar id-dazju tas-sisa;

(b)    merkanzija li tkun jew tista’ tkun trasportata b’tali mod li jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kienet maħsuba jew tkun maħsuba sabiex tintuża f’operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni dwar id-dazju tas-sisa;

(c)    postijiet fejn ħażniet ta’ merkanzija kienu jew jistgħu jkunu maħżuna jew miġbura b’tali mod li jkun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li dik il-merkanzija kienet jew tkun maħsuba sabiex tintuża f’operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni dwar id-dazju tas-sisa;

(d)    mezzi ta’ trasport li huma jew setgħu kienu użati b’tali mod illi jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li huma maħsuba għal operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni dwar id-dazju tas-sisa;

(e)    fond issuspettat mill-awtorità rikjedenti li jkun qiegħed jintuża biex jitwettaq ksur tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazju tas-sisa;



(f)    moviment ta’ oġġetti; u

(g)    kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tikkonċerna operatur ekonomiku jew maħżen tat-taxxa li jista’ jkun involut f’operazzjonijiet li jiksru l-leġiżlazzjoni dwar id-dazju tas-sisa.

ARTIKOLU PVAT.9

Limitu ta’ żmien għall-għoti ta’ informazzjoni

1.    L-awtorità rikjesta għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu PVAT.6 malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-wasla tat-talba. Madankollu, fejn l-awtorità rikjesta jkollha diġà dik l-informazzjoni fil-pussess tagħha, il-limitu taż-żmien għandu jitnaqqas għal perjodu massimu ta’ 30 jum.

2.    Meta l-awtorità rikjesta ma tkunx tista’ tissodisfa dawn il-limiti ta’ żmien, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti bil-miktub bir-raġunijiet u tindika meta tista’ tkun mistennija tweġiba.



KAPITOLU 2

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI MINGĦAJR TALBA PREĊEDENTI

ARTIKOLU PVAT.10

Skambju spontanju ta’ informazzjoni

L-awtorità kompetenti ta’ Parti għandha, mingħajr talba minn qabel, tibgħat lill-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni korretta tal-VAT, tad-dazji tas-sisa jew tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, b’mod partikolari fejn:

(a)    it-tassazzjoni titqies li sseħħ fil-Parti l-oħra;

(b)    ikun twettaq ksur tal-leġiżlazzjoni tal-VAT, tad-dazju tas-sisa jew tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet jew x’aktarx li jkun twettaq fil-Parti l-oħra; jew

(c)    ikun hemm riskju ta’ telf ta’ taxxa fil-Parti l-oħra.



KAPITOLU 3

FOROM OĦRA TA’ KOOPERAZZJONI

ARTIKOLU PVAT.11

Notifika amministrattiva

1.    Fuq talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu miżuri biex tikkonsenja jew tinnotifika dokumenti jew deċiżjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll lil destinatarji fit-territorju tagħha. It-talbiet għandhom isiru bil-miktub, filwaqt li l-Ingliż dejjem ikun aċċettabbli.

2.    It-talbiet għandhom jinkludu l-isem u l-indirizz tad-destinatarju, is-suġġett tad-deċiżjoni jew tal-istrument u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra

3.    L-awtorità rikjesta għandha tinforma immedjatament lill-awtorità rikjedenti bit-tweġiba tagħha għat-talba għal notifika u tinnotifikaha, b’mod partikolari, bid-data tan-notifika tad-deċiżjoni jew tal-istrument lid-destinatarju.



ARTIKOLU PVAT.12

Preżenza f’uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni f’inkjesti amministrattivi

1.    Bi ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta, l-awtorità rikjesta tista’ tippermetti lill-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti jkunu preżenti fl-uffiċċji tagħha, jew fi kwalunkwe post ieħor fejn dawk l-awtoritajiet iwettqu dmirijiethom jew matul l-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tagħha, bil-ħsieb li: jiskambja l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu PVAT.2. Tali inkjesti amministrattivi għandhom jitwettqu esklużivament mill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta. L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħat ta’ spezzjoni mogħtija lill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta.

2.    Bi ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità rikjedenti jistgħu jieħdu sehem fl-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Parti rikjesta sabiex ikun hemm ġbir u skambju tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu PVAT. 2, il-punt (a). Tali inkjesti amministrattivi għandhom jitwettqu b’mod konġunt mill-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti u dawk rikjesti u għandhom jitwettqu taħt id-direzzjoni u skont il-leġiżlazzjoni tal-Parti rikjesta.



KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU PVAT.13

Kundizzjonijiet li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni

1.    L-awtorità rikjesta għandha tipprovdi lill-awtorità rikjedenti l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu PVAT.2 jew twettaq notifika amministrattiva msemmija fl-Artikolu PVAT.11 dment li:

(a)    l-għadd u n-natura tat-talbiet għal informazzjoni jew notifika amministrattiva magħmula mill-awtorità rikjedenti ma jimponux piż amministrattiv sproporzjonat; u

(b)    l-awtorità rikjedenti tkun eżawriet is-sorsi ta’ informazzjoni tas-soltu disponibbli.

2.    Dan il-Protokoll ma għandu jimponi l-ebda obbligu biex wieħed iwettaq xi inkjesta jew biex wieħed jipprovdi l-informazzjoni dwar xi każ partikolari jekk il-liġijiet jew il-prattiki amministrattivi tal-Parti li jkollha tagħti l-informazzjoni ma jawtorizzawx lil dik il-Parti twettaq dawk l-inkjesti jew tiġbor dik l-informazzjoni jew tużaha għall-finijiet tagħha.

3.    Awtorità rikjesta tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni meta l-awtorità rikjedenti ma tkunx tista’, għal raġunijiet legali, tipprovdi informazzjoni simili.



4.    L-għoti ta’ informazzjoni jista’ jiġi rrifjutat meta dan iwassal għad-żvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew ta’ informazzjoni li d-żvelar tagħha tmur kontra l-politika pubblika.

5.    Il-paragrafi 2, 3 u 4 fl-ebda każ ma għandhom jiġu interpretati li jawtorizzaw lill-awtorità rikjesta li tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni għas-sempliċi raġuni li din l-informazzjoni tkun fil-pussess ta’ bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, persuna nominata jew persuna li taġixxi f’kapaċità ta’ aġent jew ta’ fiduċjarja jew minħabba li tkun relatata ma’ interessi proprjetarji f’persuna ġuridika.

6.    L-awtorità rikjesta għandha tgħarraf lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għar-rifjut ta’ talba għall-assistenza.

ARTIKOLU PVAT.14

Forom ta’ komunikazzjoni

1.    It-talbiet skont dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub, inkluż f’format elettroniku. It-talbiet għandhom jinkludu, kemm jista’ jkun:

(a)    l-awtorità rikjedenti u l-uffiċjal rikjedenti;

(b)    it-tip ta’ assistenza mitluba;

(c)    l-għan u r-raġuni tat-talba;

(d)    l-elementi legali involuti;



(e)    indikazzjonijiet eżatti u komprensivi kemm jista’ jkun tal-oġġetti, persuni jew tranżazzjonijiet li huma l-mira tal-investigazzjonijiet;

(f)    sommarju tal-fatti rilevanti u tal-istħarriġiet li jkunu diġà saru; u

(g)    kwalunkwe dettall disponibbli addizzjonali li jippermetti lill-awtorità rikjesta tikkonforma mat-talba.

2.    Jekk talba ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-awtorità rikjesta tista’ teħtieġ l-korrezzjoni jew il-kompletar tagħha. Sakemm isiru l-korrezzjoni jew il-kompletar, jistgħu madankollu jiġu ordnati miżuri kawtelatorji fejn xieraq.


TITOLU III

ASSISTENZA GĦALL-IRKUPRU

KAPITOLU 1

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

ARTIKOLU PVAT.15

Talba għal informazzjoni

1.    Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ debituri jew assi li jinsabu fit-territorju tagħha u meħtieġa biex jiġu rkuprati l-pretensjonijiet imsemmija f’dan il-Protokoll.

2.    L-awtorità rikjesta tista’ twettaq jew tirranġa l-inkjesti amministrattivi meħtieġa daqslikieku qed taġixxi fil-każijiet ta’ rkupru tagħha stess.

3.    L-assistenza tista’ tiġi rrifjutata biss meta:

(a)    l-awtorità rikjesta ma setgħetx tikseb l-istess informazzjoni għall-finijiet tagħha stess;

(b)    id-żvelar tiżvela sigriet professjonali jew kummerċjali; jew



(c)    id-żvelar tmur kontra l-ordni pubbliku jew is-sigurtà pubblika.

4.    L-informazzjoni ma tistax tiġi rrifjutata biss minħabba li tkun miżmuma minn istituzzjoni finanzjarja jew rappreżentant li jaġixxi f’isem persuna oħra.

5.    Meta l-assistenza tiġi rrifjutata, l-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti bil-miktub u tagħti r-raġunijiet.

ARTIKOLU PVAT.16

Preżenza f’uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni f’inkjesti amministrattivi

1.    Bi qbil mal-awtorità rikjesta, l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti jistgħu jkunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtorità rikjesta jew jieħdu sehem f’inkjesti amministrattivi relatati ma’ każijiet ta’ rkupru.

2.    Matul dawn l-attivitajiet, l-uffiċjali taż-żjara għandhom jaġixxu taħt is-sorveljanza u skont il-proċeduri tal-awtorità rikjesta. Huma ma għandhom jeżerċitaw l-ebda setgħa ta’ infurzar waħedhom.

3.    Meta l-liġi nazzjonali tippermetti, l-awtorità rikjesta tista’ tippermetti lill-uffiċjali taż-żjara jikkonsultaw il-files rilevanti, jintervistaw lill-persuni involuti jew jassistu f’seduti jew fi proċedimenti tal-qorti.

4.    L-uffiċjali taż-żjara għandu jkollhom awtorizzazzjoni bil-miktub li tikkonferma l-identità u l-kapaċità uffiċjali tagħhom u għandhom jirrispettaw l-istess obbligi ta’ kunfidenzjalità bħall-uffiċjali tal-awtorità rikjesta.



KAPITOLU 2

ASSISTENZA GĦAN-NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI

ARTIKOLU PVAT.17

Talba għal notifika ta’ ċerti dokumenti relatati ma’ pretensjonijiet

1.    Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tinnotifika lid-destinatarju bi kwalunkwe strument, deċiżjoni jew dokument li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inklużi dawk ta’ natura ġudizzjarja, relatati mal-VAT, mad-dazju tas-sisa, mat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet, mad-dazji doganali jew mal-irkupru tagħhom.

It-talbiet għal notifika għandhom jinkludu:

(a)    l-awtorità applikanti u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju responsabbli;

(b)    l-isem, l-indirizz u kwalunkwe data rilevanti oħra għall-identifikazzjoni tad-destinatarju, sa fejn disponibbli;

(c)    in-natura u s-suġġett tad-dokument li għandu jiġi notifikat; u

(d)    deskrizzjoni qasira tal-pretensjoni kkonċernata, inkluż l-ammont jekk applikabbli.

2.    It-talbiet għandhom isiru bil-miktub, inkluż b’mod elettroniku.



3.    L-awtorità rikjesta għandha tinnotifika d-dokument skont il-liġi domestika tagħha. Ladarba n-notifika tkun ġiet eżegwita, l-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti bid-data u l-mod tan-notifika.

4.    Jekk in-notifika ma tkunx tista’ tiġi eżegwita, l-awtorità rikjesta għandha tinforma minnufih lill-awtorità applikanti, filwaqt li tindika r-raġunijiet.

KAPITOLU 3

MIŻURI TA’ RKUPRU U KAWTELATORJI

ARTIKOLU PVAT.18

Talba għall-irkupru

1.    Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tirkupra l-pretensjonijiet li dwarhom ikun hemm strument li jippermetti l-infurzar fit-territorju tal-Parti tal-awtorità applikanti.

2.    Malli kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata mal-każ, li tkun tat lok għat-talba għall-irkupru, issir magħrufa mill-awtorità applikanti, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjesta.



ARTIKOLU PVAT.19

Kundizzjonijiet li jirregolaw talba għall-irkupru

1.    L-awtorità applikanti ma tistax tagħmel talba għall-irkupru jekk u sakemm il-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha jiġu kkontestati fit-territorju tal-awtorità applikanti.

2.    Qabel ma tagħmel talba għall-irkupru, l-awtorità applikanti għandha l-ewwel tapplika proċeduri xierqa ta’ rkupru disponibbli fit-territorju tagħha stess, ħlief fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)    meta jkun ovvju li ma hemm l-ebda assi għall-irkupru fit-territorju ta’ dik il-Parti jew li tali proċeduri ma jkunux se jwasslu għal ħlas ta’ ammont sostanzjali, u l-awtorità applikanti jkollha informazzjoni speċifika li tindika li l-persuna kkonċernata jkollha assi fit-territorju ta’ dik il-Parti tal-awtorità rikjesta; jew

(b)    meta rikors għal tali proċeduri fit-territorju tal-Parti tal-awtorità applikanti jagħti lok għal diffikultà sproporzjonata.

ARTIKOLU PVAT.20

Eżekuzzjoni tat-talba għal irkupru

1.    L-awtorità rikjesta għandha tirkupra l-pretensjoni bħallikieku kienet pretensjoni tat-territorju tagħha stess, bl-użu tas-setgħat u l-proċeduri previsti skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ dak it-territorju.



2.    L-awtorità rikjesta għandha żżomm lill-awtorità applikanti infurmata dwar il-passi ta’ rkupru meħuda u dwar l-ammonti rkuprati.

3.    L-awtorità rikjesta tista’ tagħti faċilitajiet ta’ pagament jew pagamenti parzjali f’konformità mal-liġi tagħha u tista’ titlob imgħax jew kostijiet ta’ rkupru, li tista’ żżomm.

4.    L-ammonti rkuprati għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità applikanti minnufih wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe kost jew imposta li l-awtorità rikjesta ma setgħetx tirkupra f’konformità mal-Artikolu PVAT.26(2).

ARTIKOLU PVAT.21

Pretensjonijiet ikkontestati u miżuri ta’ infurzar

1.    Kwalunkwe tilwima dwar il-validità jew l-ammont tal-pretensjoni għandha tiġi deċiża mill-awtoritajiet tal-Parti applikanti. Tilwim dwar azzjonijiet ta’ rkupru meħuda fil-Parti li ssirilha t-talba għandu jiġi deċiż mill-korpi kompetenti tagħha stess.

2.    Jekk il-pretensjoni jew l-istrument ta’ infurzar jiġi kkontestat, l-awtorità rikjesta għandha tissospendi l-irkupru għall-parti kkontestata sakemm id-deċiżjoni ssir finali, iżda l-awtorità applikanti tista’ titlob li l-miżuri ta’ rkupru jitkomplew jew li jittieħdu miżuri kawtelatorji biex jiġi żgurat id-dejn.

3.    Meta l-irkupru jkompli għal pretensjoni kkontestata fuq talba tal-awtorità applikanti u l-pretensjoni tiġi annullata jew imnaqqsa aktar tard, l-awtorità applikanti għandha tirrimborża kwalunkwe ammont irkuprat indebitament u kwalunkwe kost jew kumpens relatat.



4.    Jekk meħtieġ għall-prevenzjoni tan-nuqqas ta’ rkupru minħabba frodi, l-għajbien ta’ assi jew insolvenza, l-awtorità rikjesta tista’ tieħu miżuri prekawzjonarji permessi skont il-liġi nazzjonali tagħha, qabel ma tirċievi talba mill-awtorità applikanti skont il-paragrafu 2.

ARTIKOLU PVAT.22

Emenda jew irtirar tat-talba għal assistenza għall-irkupru

L-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità rikjesta immedjatament bi kwalunkwe emenda sussegwenti għat-talba tagħha għall-irkupru jew bl-irtirar tat-talba tagħha, filwaqt li tindika r-raġunijiet għall-emenda jew l-irtirar.

ARTIKOLU PVAT.23

Talba għal miżuri kawtelatorji

1.    Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu miżuri kawtelatorji, jekk permessi mid-dritt nazzjonali tagħha u skont il-prattiki amministrattivi tagħha, sabiex tiżgura l-irkupru meta pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar fit-territorju tal-awtorità applikanti jiġi kkontestat fil-mument meta ssir it-talba, jew meta l-pretensjoni tkun għadha mhix is-suġġett ta’ strument li jippermetti l-infurzar fit-territorju tal-awtorità applikanti, sa fejn miżuri kawtelatorji jkunu possibbli f’sitwazzjoni simili skont id-dritt u l-prattiki amministrattivi tat-territorju tal-awtorità applikanti.



Id-dokument imfassal biex jippermetti miżuri kawtelatorji fit-territorju tal-awtorità applikanti u relatat mal-pretensjoni li għaliha tintalab l-assistenza reċiproka, jekk ikun hemm, għandu jiġi mehmuż mat-talba għal miżuri kawtelatorji fit-territorju tal-awtorità rikjesta. Dan id-dokument ma għandu jkun soġġett għall-ebda att ta’ rikonoxximent, supplementari jew ta’ sostituzzjoni fit-territorju tal-awtorità rikjesta.

2.    It-talba għal miżuri kawtelatorji tista’ tkun akkumpanjata minn dokumenti oħra relatati mal-pretensjoni.

ARTIKOLU PVAT.24

Limiti fuq l-obbligu tal-awtorità rikjesta

1.    L-awtorità rikjesta tista’ tirrifjuta jew tillimita l-assistenza meta:

(a)    l-irkupru jikkawża tbatija ekonomika jew soċjali serja fit-territorju tagħha;

(b)    l-isforz jew il-kost amministrattiv ikun sproporzjonata b’mod ċar għall-ammont li għandu jiġi rkuprat; jew

(c)    il-pretensjoni għandha aktar minn ħames snin, li jibdew jgħoddu mid-data dovuta fil-Parti applikanti.

2.    F’każijiet eċċezzjonali, l-assistenza xorta tista’ tingħata sa għaxar snin wara d-data dovuta, jekk l-irkupru jibqa’ legalment possibbli fil-Parti applikanti.

3.    Ma għandha tintalab l-ebda assistenza għal talbiet ta’ inqas minn GBP 5 000.



4.    Meta l-assistenza tiġi rrifjutata jew limitata, l-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti bil-miktub u tispjega r-raġunijiet.

ARTIKOLU PVAT.25

Kwistjonijiet dwar il-preskrizzjoni

1.    Il-limiti ta’ żmien għall-istabbiliment u l-irkupru tal-pretensjonijiet għandhom jiġu ddeterminati mil-liġi tal-Parti applikanti.

2.    Kwalunkwe talba għal miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni skont dan il-Protokoll għandu jkollha l-effett li tissospendi l-perjodu ta’ limitazzjoni sakemm l-awtorità rikjesta tkun eżegwiet it-talba.

ARTIKOLU PVAT.26

Kostijiet

1.    Kull Parti għandha ġġarrab il-kostijiet li ġġarrab fl-assistenza għall-irkupru u ma għandhiex tfittex rimborż mill-Parti l-oħra.

2.    L-awtorità rikjesta tista’ tirkupra l-kostijiet tagħha direttament mingħand id-debitur skont il-liġi tagħha. L-awtorità applikanti għandha tirrimborża lill-awtorità rikjesta għall-kostijiet jew għat-telf li jirriżultaw minn talbiet infondati.

3.    F’każijiet eċċezzjonali li jinvolvu kostijiet għoljin aktar mis-soltu, l-awtoritajiet jistgħu jaqblu dwar arranġamenti speċifiċi ta’ rimborż.

______________

ANNESS 39

PROTOKOLL
DWAR IT-TRAĊĊABBILTÀ,

IL-KOOPERAZZJONI FIL-ĠLIEDA KONTRA L-KUNTRABANDU TAT-TABAKK

U MIŻURI ADDIZZJONALI RELATATI MAL-PRODOTTI TAT-TABAKK

ARTIKOLU PTOB.1

Kondiviżjoni tal-informazzjoni

1.    Mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ obbligi oħra li bihom jistgħu jkunu marbuta, l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jiskambjaw regolarment informazzjoni dwar l-ammonti ta’ prodotti tat-tabakk importati, mibjugħa jew esportati. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dettalji relatati ma’ kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)    l-ammont ta’ tabakk mhux maħdum jew mhux manifatturat u prodotti tat-tabakk li ġew importati f’Ġibiltà, mibjugħa fiha jew esportati minnha;

(b)    għal tabakk mhux maħdum jew mhux maħdum: dettalji tal-importazzjonijiet, li jispeċifikaw il-varjetà, l-oriġini, l-esportatur, id-destinazzjoni, l-importatur, u l-piż f’kilogrammi;



(c)    għall-prodotti tat-tabakk,

(i)    distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ prodotti tat-tabakk, bħal: sigaretti, sigarri, cigarillos, tabakk tal-brim, tabakk tal-pipa, tabakk tal-pipa tal-ilma, tabakk orali, tabakk tal-imnieħer, tabakk tal-magħda u prodotti tat-tabakk ġodda, inklużi prodotti tat-tabakk imsaħħan;

(ii)    il-volumi tat-tipi differenti ta’ prodotti tat-tabakk għal kull ditta u operatur ekonomiku;

(iii)    ix-xejra fil-prezzijiet bl-imnut għal kull tip ta’ prodott tat-tabakk, li tindika: il-prezz medju peżat għall-ammont mibjugħ, il-prezz minimu u l-prezz massimu;

(iv)    fir-rigward tal-bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut, għal kull tip ta’ prodott tat-tabakk, id-distinzjoni bejn bejgħ bl-imnut dirett u bejgħ mingħajr dazju lil kruċieri tad-divertiment jew forom oħra ta’ trasport.

2.    Barra minn hekk, l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkondividu informazzjoni speċifika li tirreferi għall-isforzi li saru għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu f’Ġibiltà, inkluża l-leġiżlazzjoni adottata għal dan l-għan, il-miżuri amministrattivi u ġudizzjarji applikati, ir-riżorsi umani u materjali użati għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu, u l-kwantità u l-valur tas-sekwestri magħmula. Tali informazzjoni għandha testendi wkoll għall-isforzi, f’termini tal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-frodi, tal-applikazzjoni tal-kontenut u r-regoli dwar it-traċċabbiltà.

3.    L-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta kull 3 xhur u għandha tiġi skambjata fl-ewwel xahrejn tat-trimestru wara li jiġi rrapportat it-trimestru.



ARTIKOLU PTOB.2

Kooperazzjoni u infurzar

1.    L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jikkooperaw fl-identifikazzjoni ta’ persuni domiċiljati fit-territorji rispettivi tagħhom li, fi proċedimenti mwettqa fir-rigward tal-kuntrabandu ta’ prodotti li joriġinaw f’Ġibiltà jew li huma destinati għal Ġibiltà, jistgħu jinstabu direttament jew indirettament responsabbli għal tali atti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ukoll fl-investigazzjonijiet biex jiddeterminaw il-fatti u l-attribuzzjoni tar-responsabbiltà.

2.    Din il-kooperazzjoni għandha tkun reċiproka u għandha tinkludi:

(a)    assistenza fin-notifika tad-dokumenti indikati mill-awtoritajiet rikjedenti, maħruġa mill-awtoritajiet rikjedenti, lid-destinatarji kollha tagħhom;

(b)    l-għoti, fuq talba tal-awtoritajiet rikjedenti, tal-informazzjoni individwali kollha dwar l-assi li hija rilevanti għat-tassazzjoni, għall-fini tal-ġbir tad-djun dovuti lill-awtoritajiet;

(c)    il-ġbir, fuq talba tal-awtoritajiet rikjedenti, tad-djun dovuti lill-awtoritajiet, kif iddokumentat fi strument li jippermetti l-infurzar u jawtorizza azzjonijiet ta’ ġbir;

(d)    fuq talba tal-awtoritajiet, abbażi tal-istrument imsemmi fil-punt (c), l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa biex jiġi żgurat il-ġbir tad-djun dovuti lill-awtoritajiet.



3.    Il-miżuri xierqa stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (d), jistgħu jinkludu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)    iż-żamma ta’ kwalunkwe pagament li l-awtorità rikjesta għandha tagħmel lid-debitur allegat;

(b)    miżuri li jipprevedu l-iffriżar tal-assi ta’ debitur allegat;

(c)    mekkaniżmi jew miżuri oħra li jipprojbixxu d-disponiment, l-aggravar jew l-użu ta’ assi jew l-eżerċizzju ta’ drittijiet li jkollhom valur monetarju;

(d)    kwalunkwe miżura oħra prevista mil-liġi.

4.    Minkejja l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-Protokoll, jekk toħroġ evidenza li l-prodotti tat-tabakk qed jiddaħħlu b’kuntrabandu f’Ġibiltà jew fiż-żona tal-madwar minn kwalunkwe parti ta’ Spanja fi kwantitajiet sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jieħdu azzjoni effettiva biex jipprevjenu tali attività illeċita.

5.    L-arranġamenti amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet prattiċi għall-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.



ARTIKOLU PTOB.3

Traċċabbiltà tat-tabakk

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu japplika sistema ta’ traċċabbiltà tat-tabakk li tkun ekwivalenti għas-sistema tal-Unjoni, u tkopri:

(a)    sigaretti u tabakk tal-brim mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim,

(b)    il-prodotti l-oħra kollha tat-tabakk fi żmien perjodu ta’ 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Għall-finijiet tas-sistema ta’ traċċabbiltà tat-tabakk, “manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott tat-tabakk jew li għandha prodott tat-tabakk iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew it-trademark tagħha.

2.    L-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni, fir-rigward tas-suq Spanjol, u tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandhom jipprovdu lil xulxin, fuq talba, bi kwalunkwe informazzjoni miġbura mis-sistemi rispettivi tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kważi f’ħin reali, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 24 siegħa minn meta tasal it-talba. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż bil-qbil taż-żewġ Partijiet.



ARTIKOLU PTOB.4

Differenzjal fil-prezz

Id-differenzjal fil-prezz huwa stabbilit fl-Anness 6.

ARTIKOLU PTOB.5

Miżuri addizzjonali

1.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tat-twissijiet bl-istampi li għandhom jintużaw fuq il-prodotti tat-tabakk li huma ekwivalenti għal dawk applikabbli fis-suq tal-Unjoni.

2.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ tabakk għall-użu orali.

3.    Ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jipprojbixxi l-bejgħ transfruntier mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk lill-konsumaturi.

4.    Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jkollhom fis-seħħ sistema li tiżgura l-qerda tal-prodotti tat-tabakk ikkonfiskati f’operazzjonijiet kontra l-kummerċ illeċitu u l-kuntrabandu ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti tat-tabakk li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-punt (a) tal-Artikolu 258 ta’ dan il-Ftehim. L-arranġamenti amministrattivi bejn ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, u r-Renju ta’ Spanja jistgħu jistabbilixxu l-modalitajiet prattiċi għall-kooperazzjoni skont dan il-paragrafu.

________________

ANNESS 40

DIKJARAZZJONI KONĠUNTAA
DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-KATEGORIJA TA’ PERSUNI

LI JIVVJAĠĠAW BL-ISKOP LI JWETTQU ATTIVITÀ BI ĦLAS

KIF PREVIST MILL-ARTIKOLU 41(2) TA’ DAN IL-FTEHIM

Bix-xewqa li tkun żgurata interpretazzjoni komuni, l-Unjoni u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, jaqblu li, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-kategorija ta’ persuni li jwettqu attività bi ħlas tkopri lill-persuni li jidħlu fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bil-għan li jkollhom impjieg bi qligħ jew iwettqu attività b’remunerazzjoni bħala impjegati jew fornituri ta’ servizz.

Din il-kategorija ma għandiex tkopri:

(a)    negozjanti, jiġifieri persuni li jivvjaġġaw għall-fini ta’ deliberazzjoni kummerċjali (mingħajr ma jkunu impjegati fl-Unjoni jew fir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà);

(b)    persuni li jieħdu sehem fl-isport jew artisti tal-ispettaklu li jwettqu attività fuq bażi ad hoc;

(c)    ġurnalisti mibgħuta mill-midja tal-pajjiż ta’ residenza tagħhom; u

(d)    apprendisti intrakorporattivi.

L-implimentazzjoni ta’ din id-Dikjarazzjoni għandha tiġi mmonitorjata mill-Kumitat Speċjalizzat dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Persuni, li jista’ jipproponi modifiki meta, abbażi tal-esperjenzi tal-Partijiet, iqis li dan ikun meħtieġ.

________________

ANNESS 41

DIKJARAZZJONI POLITIKA KONĠUNTA
DWAR IL-ĠLIEDA KONTRA REĠIMI TAT-TAXXA DANNUŻI

L-Unjoni Ewropea 80 u r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà (“il-Parteċipanti”) japprovaw id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta li ġejja dwar il-Ġlieda kontra r-Reġimi tat-Taxxa Dannużi.

Il-parteċipanti, li jirriflettu l-prinċipji globali tal-kompetizzjoni ġusta tat-taxxa, jaffermaw l-impenn tagħhom li jiġġieldu kontra reġimi tat-taxxa dannużi, b’mod partikolari dawk li jistgħu jiffaċilitaw l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt f’konformità mal-Azzjoni 5 tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS). F’dan il-kuntest, il-Parteċipanti jaffermaw l-impenn tagħhom li japplikaw il-prinċipji fil-ġlieda kontra reġimi tat-taxxa dannużi f’konformità ma’ din id-dikjarazzjoni politika konġunta.

Ir-reġimi tat-taxxa dannużi jkopru reġimi ta’ tassazzjoni tan-negozju, li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-post tal-attività tan-negozju, inkluż ta’ gruppi ta’ kumpaniji, fi ħdan il-Parteċipanti. Is-sistemi tat-taxxa jinkludu kemm liġijiet jew regolamenti kif ukoll prattiki amministrattivi.

Jekk reġim tat-taxxa jissodisfa l-kriterju gateway tal-impożizzjoni ta’ livell effettiv b’mod sinifikanti anqas ta’ tassazzjoni minn dawk il-livelli li ġeneralment japplikaw fil-Parteċipanti, inkluż tassazzjoni żero, dan jenħtieġ li jitqies bħala potenzjalment dannuż. Livell ta’ tassazzjoni bħal dan jista’ jopera bis-saħħa ta’ rata tat-taxxa nominali, il-bażi tat-taxxa jew kwalunkwe fattur relevanti ieħor.



F’dan il-kuntest, u meta jitqies l-approċċ stabbilit fil-livell globali, meta jiġi vvalutat jekk reġim ta’ tassazzjoni tan-negozju huwiex ta’ ħsara, jenħtieġ li jitqies jekk japplikax wieħed jew aktar mill-fatturi ewlenin li ġejjin:

(a)    jekk il-vantaġġi humiex delimitati mill-ekonomija domestika sabiex ma jaffettwawx il-bażi tat-taxxa nazzjonali jew jingħataw biss lil dawk li mhumiex residenti;

(b)    jekk ir-reġim li jagħti l-vantaġġi jonqosx milli jirrikjedi xi attività ekonomika sostanzjali u preżenza ekonomika sostanzjali fi ħdan il-Parteċipant li joffri dawn il-vantaġġi fiskali;

(c)    jekk ir-regoli għad-determinazzjoni tal-profitt fir-rigward ta’ attivitajiet fi ħdan grupp multinazzjonali ta’ kumpaniji jitbegħdux minn prinċipji aċċettati internazzjonalment, b’mod partikolari r-regoli miftiehma fi ħdan l-OECD;

(d)    jekk ir-reġim tat-taxxa jkunx nieqes mit-trasparenza, inkluż fejn id-dispożizzjonijiet legali jiġu rilassati fil-livell amministrattiv b’mod mhux trasparenti jew fejn ma jkun hemm l-ebda skambju effettiv ta’ informazzjoni fir-rigward tar-reġim.

Il-Parteċipanti jistgħu jkollhom djalogu annwali biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji.

________________

ANNESS 42

IT-TEST PROPOST TAL-KUMMISSJONI GĦAL DIKJARAZZJONI
DWAR IS-SUPPLIMENTAZZJONI TAL-KONNETTIVITÀ TAT-TRASPORT BIT-TRIQ TA’ ĠIBILTÀ

“Il-partijiet jirrikonoxxu l-benefiċċji għar-reġjun {li għandu jiġi speċifikat} tal-konnettività transfruntiera għat-trasport bit-triq, u l-valur tal-inklużjoni ta’ Ġibiltà fil-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Protokoll li jikkonċerna l-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (ECMT), il-Kwota multilaterali tal-ECMT, u l-Ftehim Interbus. L-Unjoni Ewropea se tappoġġa l-estensjoni għal Ġibiltà tal-Ftehim Interbus ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal tali estensjoni. Ir-Renju Unit jieħu nota tal-ittra mill-Kummissjoni Ewropea li tirreferi għal Dikjarazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li huma Partijiet għall-Protokoll dwar l-ECMT, magħmula għall-minuti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li permezz tagħha dawn l-Istati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jappoġġaw l-inklużjoni ta’ Ġibiltà fil-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Protokoll dwar l-ECMT u l-Kwota multilaterali tal-ECMT.”

__________________

ANNESS 43

DIKJARAZZJONI TAR-RENJU UNIT
RIGWARD FTEHIM MERA

BEJN L-ASSOĊJATI TA’ SCHENGEN

U R-RENJU UNIT

Il-Partijiet Kontraenti jirrimarkaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta’ Mejju 1999 u tas-26 ta’ Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

F’ċirkostanzi bħal dawn huwa xieraq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar kwistjonijiet relatati maċ-ċirkolazzjoni ta’ persuni koperti mit-Tieni Parti tal-Ftehim li jaffettwaw il-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni.

________________

(1)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ).
(2)    Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, (ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 89, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2016/680/oj ).
(3)    Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU KE L 158, 30.4.2004, p. 77, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2004/38/oj ).
(4)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU UE L 77, 23.3.2016, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2016/399/oj ).
(5)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar‑ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2008/115/oj ).
(6)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta’ Ġunju 2001 li tissupplimenta d-dispożizzjoni tal-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (ĠU KE L 187, 10.7.2001, p. 45, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2001/51/oj ).
(7)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-obbligu ta’ trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (ĠU KE L 261, 6.8.2004, p. 24, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2004/82/oj ).
(8)    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU UE L 236, 19.9.2018, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1240/oj ).
(9)    Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU KE L 243, 15.9.2009, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2009/810/oj ).
(10)    Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU UE L 303, 28.11.2018, p. 39, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1806/oj ).
(11)    Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU KE L 218 13.8.2008, p. 60, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2008/767/oj ).
(12)    Il-miżuri meħuda għal raġunijiet ta’ politika pubblika għandhom ikunu proporzjonati u għandhom ikunu bbażati esklussivament fuq il-kondotta personali tal-individwu kkonċernat, li għandha tirrappreżenta theddida ġenwina, preżenti u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà.
(13)    Ir-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU UE L 248, 13.7.2021, p. 11, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1134/oj ).
(14)    Il-miżuri meħuda għal raġunijiet ta’ politika pubblika għandhom ikunu proporzjonati u għandhom ikunu bbażati esklussivament fuq il-kondotta personali tal-individwu kkonċernat, li għandha tirrappreżenta theddida ġenwina, preżenti u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà.
(15)    Il-miżuri meħuda għal raġunijiet ta’ politika pubblika għandhom ikunu proporzjonati u għandhom ikunu bbażati esklussivament fuq il-kondotta personali tal-individwu kkonċernat, li għandha tirrappreżenta theddida ġenwina, preżenti u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà.
(16)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment ( ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2008/115/oj ).
(17)    Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 132, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2016/681/oj ).
(18)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (ĠU UE L 160, 15.6.2022, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2022/922/oj ).
(19)    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU UE L 135, 24.5.2016, p. 53, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2016/794/oj ).
(20)    Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU UE L 295, 21.11.2018, p. 138, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1727/oj ).
(21)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU UE L 190, 18.7.2002, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2002/584/oj ).
(22)    Għal aktar ċertezza, dan il-Kapitolu ma japplikax għal-liġi u l-istandards tal-Partijiet relatati mas-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet.
(23)    Il-livelli ta’ protezzjoni huma l-istandards tax-xogħol ewlenin rikonoxxuti internazzjonalment kif definiti fil-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO msemmija fl-Artikolu LPFS.19 (2).
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU UE L 269 10.10.2013, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj ).
(25)    Għal aktar ċertezza, ix-xorb spirituż prodott jew imqiegħed fis-suq f’Ġibiltà huwa eskluż minn din id-dispożizzjoni u jrid jikkonforma bis-sħiħ mar-regoli rilevanti tal-Unjoni.
(26)    Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU KE L 311, 28.11.2001, p. 67, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2001/83/oj )
(27)    Bl-eċċezzjoni ta’ mediċini liċenzjati bir-riċetta akkumpanjati minn riċetta minn professjonist approvat mill-GHA fi kwantità li ma taqbiżx trattament ta’ 90 jum.
(28)    Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU UE L 117, 5.5.2017, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2017/745/oj ).
(29)    Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU UE L 117, 5.5.2017, p. 176, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2017/746/oj ).
(30)    Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u sussegwentement kull darba li jkun hemm bidla fl-entitajiet ikkonċernati, ir-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, għandu jinnotifika lill-Kumitat dwar l-Ekonomija u l-Kummerċ bl-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 5.
(31)    Bl-eċċezzjoni ta’ apparati u aċċessorji għal apparati bħal dawn akkumpanjati minn riċetta jew ċertifikat minn professjonist approvat mill-GHA fi kwantità li ma taqbiżx trattament ta’ 90 jum.
(32)    LISTA MILITARI KOMUNI TAL-UNJONI EWROPEA adottata mill-Kunsill fis-17 ta’ Frar 2020 (tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari) (li taġġorna u tissostitwixxi l-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fit-18 ta’ Frar 2019 (1)) (PESK) (2020/C 85/01).
(33)    Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-tranżitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2012/258/oj ).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2025/41 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar miżuri ta’ importazzjoni, esportazzjoni u tranżitu għal armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon, li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabbrikar illeċitu u t-traffikar tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti u l-munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) (ĠU L, 2025/41, 22.1.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2025/41/oj ).
(35)    Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99, ELI:  http://data.europa.eu/eli/compos/2008/944/oj ).
(36)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/779 tal-14 ta’ April 2025 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU UE L, 2025/779, 15.4.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/2025/779/oj ).
(37)    Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU UE L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj ).
(38)    Il-Ftehim preżenti, kwalunkwe ftehim supplimentari msemmi fl-Artikolu COMPROV.2, kwalunkwe arranġament jew arranġamenti relatati ma’ dan il-Ftehim, u kwalunkwe miżura jew strument jew imġiba meħuda f’applikazzjoni jew b’riżultat tagħha jew skont dan, għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal, u ma għandhomx jaffettwaw b’xi mod ieħor il-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja jew tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward tas-sovranità u l-ġuriżdizzjoni fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport u ma għandhomx jikkostitwixxu l-bażi għal kwalunkwe asserzjoni jew ċaħda tas-sovranità inkluż fi proċedimenti legali jew mod ieħor.
(39)    “Servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali” tfisser it-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija permezz ta’ bastimenti tal-baħar bejn port ta’ Parti waħda u port tal-Parti l-oħra jew ta’ pajjiż terz, jew bejn portijiet ta’ Stati Membri differenti, inkluż l-ikkuntrattar dirett ma’ fornituri ta’ servizzi tat-trasport oħrajn, bl-għan li jiġu koperti l-operazzjonijiet tat-trasport minn bieb għal bieb jew multimodali b’dokument uniku tat-trasport.
(40)    “Servizzi marittimi awżiljari” tfisser servizzi ta’ maniġġar tal-merkanzija marittima, servizzi ta’ żdoganar tal-merkanzija, servizzi ta’ stazzjon u depot tal-kontejners, servizzi ta’ aġenzija marittima, servizzi ta’ dispaċċ ta’ merkanzija marittima u servizzi ta’ ħżin u magazzinaġġ.
(41)    L-eċċezzjonijiet tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku jistgħu jiġu invokati biss meta tinqala’ theddida ġenwina u serja biżżejjed għal wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà.
(42)    Għal aktar ċertezza, din id-determinazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-Titolu I tas-Sitt Parti.
(43)    Il-miżuri li huma mmirati lejn l-assigurazzjoni tal-impożizzjoni jew il-ġbir ekwitabbli jew effettiv ta’ taxxi diretti jinkludu miżuri meħuda mill-Parti skont is-sistema tat-tassazzjoni tagħha li:(i)    japplikaw għal fornituri ta’ servizzi mhux residenti b’rikonoxximent tal-fatt li l-obbligu tat-taxxa tal-persuni mhux residenti jiġi ddeterminat fir-rigward ta’ oġġetti taxxabbli miksubin jew li jinsabu fit-territorju tal-Parti; jew(ii)    japplikaw għal persuni mhux residenti sabiex jassiguraw l-impożizzjoni jew il-ġbir ta’ taxxi fit-territorju tal-Parti; jew(iii)    japplikaw għall-persuni mhux residenti jew għar-residenti biex jipprevjenu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi, inkluż il-miżuri ta’ konformità; jew(iv)    japplikaw għall-konsumaturi ta’ servizzi fi jew mit-territorju tal-Parti l-oħra jew ta’ pajjiż terz sabiex jiżguraw l-impożizzjoni jew il-ġbir ta’ taxxi fuq konsumaturi bħal dawn miksuba minn sorsi fit-territorji tal-Parti; jew(v)    jiddistingwu fornituri ta’ servizzi soġġetti għal taxxa fuq oġġetti taxxabbli madwar id-dinja kollha minn fornituri ta’ servizzi oħrajn, b’rikonoxximent tad-differenza fin-natura tal-bażi tat-taxxa bejniethom; jew(vi)    jiddeterminaw, jallokaw jew jaqsmu d-dħul, il-profitt, il-qligħ, it-telf, it-tnaqqis jew il-kreditu ta’ persuni jew fergħat residenti, jew bejn persuni jew fergħat relatati tal-istess persuna, biex jissalvagwardjaw il-bażi tat-taxxa tal-Parti.
(44)    Dan jinkludi l-Ftehim Internazzjonali dwar it-Tassazzjoni u l-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji bejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u r-Renju ta’ Spanja rigward Ġibiltà bid-data tal-4 ta’ Marzu 2019.
(45)    Dan il-mandat irid jinkiteb, jew jiġi tradott, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni meta dak l-Istat Membru jkun magħruf, jew fi kwalunkwe lingwa oħra aċċettata mill-Istat Membru, skont il-każ, jew bl-Ingliż meta r-Renju Unit, fir-rigward ta’ Ġibiltà, ikun l-attur ta’ eżekuzzjoni.
(46)    Fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti se tiġi inkluża referenza għad-“detentur” tal-awtorità ġudizzjarja.
(47)    Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47).
(48)    It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Verżjoni konsolidata 2002) (ĠU C 325, 24.12.2002, p. 33).
(49)    Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU UE L 243, 18.9.2015, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1525/oj ).
(50)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU UE L 168, 7.6.2014, p. 39, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2014/609/oj ).
(51)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/768 tat-30 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 (ĠU UE L 165, 11.5.2021, p.1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/768/oj ).
(52)    Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU UE L 149, 30.4.2021, p. 10, ELI:  http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/689(1)/oj ).
(53)    Ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU UE L 284, 12.11.2018, p. 6, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1672/oj ) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/776 tal-11 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi mudelli għal ċerti formoli kif ukoll regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fuq flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni (ĠU UE L 167, 12.5.2021, p. 6, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/776/oj ).
(54)    ĠU UE L 84, 31.3.2016, p. 1.
(55)    ĠU UE L 84, 31.3.2016, p. 1.
(56)    ĠU UE L 131, 16.4.2021, p. 78.
(57)    ĠU UE L 95, 7.4.2017, p. 1.
(58)    ĠU UE L 321, 12.12.2019, p. 45.
(59)    ĠU UE L 174, 3.6.2020, p. 379.
(60)    ĠU UE L 114, 31.3.2021, p. 1.
(61)    ĠU UE L 178, 28.6.2013, p. 1.
(62)    ĠU UE L 178, 28.6.2013, p. 109.
(63)    ĠU UE L 130, 28.5.2018, p. 1.
(64)    ĠU UE L 155, 19.6.2018, p. 1.
(65)    ĠU UE L 396, 10.11.2021, p. 4.
(66)    ĠU UE L 396, 10.11.2021, p. 47.
(67)    Test konsolidat: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/776 tal-11 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi mudelli għal ċerti formoli kif ukoll regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni (ĠU UE L 167, 12.5.2021, p. 6, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/776/oj ).
(68)    Pajjiż jirreferi għal Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Ewropea, u għat-territorju ta’ Ġibiltà għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
(69)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-data li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9959) (ĠU EU L 339, 22.12.2009, p. 36, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec/2009/992/oj )
(70)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2164 tal-11 ta’ Lulju 2024 dwar ir-rekwiżiti minimi li jikkonċernaw id-data li għandha tiddaħħal fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (notifikata bid-dokument C(2024) 4665) (ĠU UE L, 2024/2164, 20.8.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2164/oj ).
(71)    Pajjiż jirreferi għal Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Ewropea, u għat-territorju ta’ Ġibiltà għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
(72)    Pajjiż tirreferi għal Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew, għar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, għat-territorju ta’ Ġibiltà.
(73)    Pajjiżi tirreferi kemm għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll, għar-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, għat-territorju ta’ Ġibiltà,.
(74) +    ĠU: Daħħal in-numru għad-Deċiżjoni li tinsab fid-dokument ST 12667/25 ADD1 u imla n-nota f’qiegħ il-paġna korrispondenti.
(75)    Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2014/165/oj ).
(76)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tas-18 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU UE L 139, 26.5.2016, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/799/oj ).
(77)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2135/98 tal-24 ta’ Settembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u d-Direttiva 88/599/KEE dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/84 u (KEE) Nru 3821/85 (ĠU KE L 274, 9.10.1998, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2135/oj ).
(78)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/68 tal-21 ta’ Jannar 2016 dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa (ĠU UE L 15, 22.1.2016, p. 51, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/68/oj ).
(79)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU UE L 347, 11.12.2006, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj ).
(80)    Għall-finijiet tal-impenji f’din id-Dikjarazzjoni, fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, ir-referenzi għall-Parteċipanti huma mifhuma bħala li huma għall-Unjoni Ewropea, għall-Istati Membri tagħha, jew għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, skont ma jkun il-każ.