IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.1.2026
COM(2026) 65 final
ANNESS
tad-
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali mill-Iżvezja
ANNESS
“ANNESS
APPOĠĠ FINANZJARJU SKONT IL-PJAN GĦALL-UKRAJNA
Il-pagamenti msemmija fl-Artikolu 19(.2), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2024/792 għandhom jiġu organizzati bil-mod li ġej, filwaqt li jitqiesu wkoll l-ammonti annwali massimi indikattivi kif previst mir-Regolament:
L-ewwel pagament (Q2–2024)
Ammont totali: EUR 4 365 691 244
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 1 500 000 000
Self: EUR 2 865 691 244
Għadd totali ta’ stadji: 9
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem tal-istadju
|
|
2.2
|
C2.R1 Ġestjoni mtejba tad-dħul
|
Adozzjoni tal-pjan strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Doganali tal-Istat
|
|
2.3
|
C2.R2 Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi
|
Approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Baġit għall-2025-2027
|
|
2.7
|
C2.R4 Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għar-riforma tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku
|
|
4.2
|
C4.R1 L-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni
|
Ħatra ta’ kap ġdid għall-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni
|
|
6.2
|
C6.R2 Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-governanza korporattiva tal-intrapriżi tal-istat
|
|
8.3
|
C8.R2 Riforma tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar ir-reviżjoni tal-bażi legali tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna.
|
|
10.1
|
C10.R1 Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima
|
L-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima
|
|
10.15
|
C10.R7 Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-modernizzazzjoni termali tal-bini sal-2050 u tal-Pjan ta’ Azzjoni
|
|
12.8
|
C12.R6 It-tneħħija ta’ mini mill-art u miż-żoni tal-ilma
|
L-adozzjoni tad-dokument strateġiku dwar l-Azzjoni kontra l-Mini għall-perjodu sal-2033
|
It-tieni pagament (Q3 2024)
Ammont totali: EUR 4 248 847 926
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 1 500 000 000
Self: EUR 2 748 847 926
Għadd totali ta’ stadji: 9
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
4.1
|
C4.R1 L-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni
|
Żieda fil-manodopera għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni
|
|
4.4
|
C4.R2 Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali u tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali emendati
|
|
4.6
|
C4.R2 Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni
|
Adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Irkupru tal-Assi għall-2023-2025
|
|
7.6
|
C7.R6 Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol
|
Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Demografiku għall-perjodu sal-2040
|
|
8.1
|
C8.R1 Ambjent regolatorju aħjar
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni
|
|
9.5
|
C9.R3 Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali
|
Adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet biex tiġi emendata l-Istrateġija tal-Istat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2021–2027
|
|
10.8
|
C10.R3 Riforma tas-suq tal-elettriku
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-liġi tar-Regolament dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Swieq tal-Enerġija bl-Ingrossa (REMIT, Regulation on Wholesale Energy Market Integrity and Transparency)
|
|
15.1
|
C15. R1 Prevenzjoni, tnaqqis u kontroll tat-tniġġis industrijali
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis industrijali b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet
|
|
15.10
|
C15.R6 Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS)
|
Żvilupp ta’ nota kunċettwali li tiddefinixxi l-ambitu tad-devjazzjonijiet mir-regoli tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA)
|
It-tielet pagament (Q42024)
Ammont totali: EUR 3 717 741 935
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 400 000 000
Self: EUR 3 317 741 935
Għadd totali ta’ stadji: 13
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
2.1
|
C2.R1 Ġestjoni mtejba tad-dħul
|
Adozzjoni tal-pjan strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat
|
|
3.6
|
C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-titjib tar-reġim tal-insolvenza
|
|
6.1
|
C6.R1 Adozzjoni ta’ politika ta’ sjieda mill-istat
|
Adozzjoni tal-politika ta’ sjieda mill-istat u tat-triage tal-intrapriżi tal-istat
|
|
7.5
|
C7.R5 Infrastruttura soċjali mtejba u deistituzzjonalizzazzjoni
|
Adozzjoni tal-Istrateġija għar-riforma tal-Istituzzjonijiet Psikonewroloġiċi, Istituzzjonijiet residenzjali Oħra u Deistituzzjonalizzazzjoni tal-Kura tal-Persuni b’Diżabilità, u l-Persuni Anzjani u tal-Istrateġija għall-Iżgurar tad-Dritt tat-Tfal Kollha fl-Ukrajna biex Jikbru f’Ambjent tal-Familja għall-2024-2028
|
|
8.7
|
C8.R5 Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE
|
Adozzjoni tar-riżoluzzjoni għat-tkomplija tal-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel, inkluż l-ispezzjoni tas-sikurezza tal-prodotti
|
|
9.6
|
C9.R3 Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali
|
Adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali
|
|
10.2
|
C10.R2 Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija
|
Introduzzjoni ta’ qafas ibbażat fuq is-suq għall-enerġija rinnovabbli
|
|
10.10
|
C10.R5 L-iżgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali għall-Utilitajiet tal-Enerġija
|
|
11.1
|
C11.R1 L-ippjanar komprensiv tas-settur tat-trasport
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna riveduta sal-2030
|
|
11.2
|
C11.R2 L-iżvilupp tal-potenzjal tal-loġistika tal-esportazzjoni tal-Ukrajna
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030
|
|
12.1
|
C12.R1 L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-politika tal-UE
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sal-2030
|
|
12.5
|
C12.R4 Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-Reġistru Agrarju tal-Istat
|
|
13.1
|
C13.R1 It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għall-investituri strateġiċi
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna sal-2030
|
Ir-raba’ pagament (Q1 2025)
Ammont totali: EUR 4 779 953 917
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 500 000 000
Self: EUR 4 279 953 917
Għadd totali ta’ stadji: 16
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
1.1
|
C1.R1 Riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku
|
Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi għar-riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku
|
|
4.3
|
C4. R1 L-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni
|
Żieda fil-manodopera għall-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni
|
|
4.7
|
C4.R2 Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni.
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tirriforma l-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi
|
|
6.6
|
C6.R3 Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat
|
Adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP
|
|
7.2
|
C7.R2 Edukazzjoni preprimarja aħjar
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni preprimarja
|
|
7.11
|
C7.R9 Żvilupp kulturali aħjar
|
Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Kultura Ukrena
|
|
9.1
|
C9.R1 Avvanz tad-deċentralizzazzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riforma tal-organizzazzjoni territorjali tal-awtoritajiet eżekuttivi fl-Ukrajna b’applikazzjoni ttardjata
|
|
9.4
|
C9.R2 Involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-politika pubblika b’applikazzjoni ttardjata
|
|
12.3
|
C12.R2 L-iżgurar ta’ suq tal-artijiet funzjonali
|
Twaqqif ta’ sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet dwar l-artijiet
|
|
12.7
|
C12.R5 L-iżvilupp fit-tul tas-sistema tat-tisqija biex tiżdied ir-reżiljenza għall-klima tas-settur
|
L-adozzjoni tal-pjan fit-tul dwar is-sistema tat-tisqija
|
|
13.5
|
C13.R2 Proċeduri amministrattivi mtejba
|
Twaqqif ta’ kabinett elettroniku mtejjeb tal-utenti tas-sottoswol
|
|
14.1
|
C14.R1 Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti
|
L-adozzjoni ta’ Pjan rivedut għall-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju fl-Ukrajna
|
|
14.2
|
C14.R1 Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-istat u l-infrastruttura kritika tal-informazzjoni
|
|
14.3
|
C14.R2 Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi
|
L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026
|
|
15.2
|
C15.R2 Politika dwar il-klima
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Politika dwar il-klima tal-Istat
|
|
15.5
|
C15.R3 Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju
|
L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Istabbiliment ta’ Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra
|
Il-ħames pagament (Q2 2025)
Ammont totali: EUR 2 124 423 963
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 300 000 000
Self: EUR 1 824 423 963
Għadd totali ta’ stadji: 11
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
3.5
|
C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tirrevedi d-dikjarazzjonijiet tal-integrità tal-imħallfin u l-proċess ta’ verifika tagħhom
|
|
3.8
|
C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti relatati ma’ obbligi monetarji u mhux monetarji u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-proċedimenti ta’ infurzar.
|
|
5.4
|
C5.R3 Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix
|
Adozzjoni tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix
|
|
7.1
|
C7.R1 Edukazzjoni vokazzjonali aħjar
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni vokazzjonali
|
|
7.10
|
C7.R8 Sigurtà soċjali aħjar
|
Adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar l-akkwiżizzjoni tas-servizzi soċjali
|
|
8.4
|
C8.R3 Aċċess għall-finanzi u s-swieq
|
Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) u Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha
|
|
9.2
|
C9.R1 Avvanz tad-deċentralizzazzjoni
|
Approvazzjoni u pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Komunitajiet, it-Territorji u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Ukrajna ta’ studju dwar il-miżuri meħtieġa biex tingħata personalità ġuridika lill-muniċipalitajiet
|
|
10.4
|
C10.R2 Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija
|
L-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-proċess ta’ separazzjoni tal-ħlas addizzjonali fuq l-Enerġija Rinnovabbli mit-Tariffa tat-Trażmissjoni
|
|
13.3
|
C13.R2 Proċeduri amministrattivi mtejba
|
Il-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ proġetti ta’ investiment għall-estrazzjoni ta’ materja prima kritika
|
|
13.4
|
C13. R2 Proċeduri amministrattivi mtejba
|
It-tnedija ta’ offerti internazzjonali konnessi mal-Ftehim dwar il-Kondiviżjoni tal-Prodotti (PSA) b’garanzija għat-trasparenza tagħhom
|
|
15.6
|
C15.R3 Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju
|
Tkomplija tas-sistema obbligatorja ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika (MRV)
|
Is-sitt pagament (Q3 2025)
Ammont totali: EUR 2 655 529 954
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 300 000 000
Self: EUR 2 355 529 954
Għadd totali ta’ stadji: 10
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
2.8
|
C2.R4 Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku
|
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-għodda ta’ ġestjoni diġitali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna
|
|
3.1
|
C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Okkupazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-pożizzjonijiet vakanti ġudizzjarji
|
|
3.2
|
C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tistabbilixxi qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi
|
|
5.2
|
C5.R2 It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-prinċipji għall-bejgħ ta’ banek tal-Istat
|
|
8.8
|
C8.R5 Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE
|
Adozzjoni ta’ standards armonizzati għal tliet gruppi ta’ prodotti industrijali
|
|
10.5
|
C10.R3 Riforma tas-suq tal-elettriku
|
Adozzjoni tal-Liġi dwar it-traspożizzjoni tal-pakkett tal-integrazzjoni tal-elettriku
|
|
12.4
|
C12.R3 Titjib tal-istruttura istituzzjonali u amministrattiva għall-ġestjoni tal-programmi ta’ investiment
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-appoġġ pubbliku għall-agrikoltura tal-Ukrajna
|
|
13.2
|
C13.R1 It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għall-investituri strateġiċi
|
Il-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar il-verifika tar-riżervi tal-Ukrajna tal-Materja Prima Kritika
|
|
15.4
|
C.15.R2 Politika dwar il-klima
|
L-adozzjoni tat-tieni Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi
|
|
15.9
|
C15.R5 Żieda fl-ekonomija ċirkolari
|
L-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Iskart sal-2033
|
Is-seba’ pagament (Q4 2025)
Ammont totali: EUR 2 944 082 949
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 173 000 000
Self: EUR 2 771 082 949
Għadd totali ta’ stadji: 20
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
1.2
|
C1.R2 Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku
|
Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi biex tittejjeb il-proċedura għad-dħul, suċċess fl-eżamijiet tad-dħul, u t-terminazzjoni tas-servizz pubbliku
|
|
2.6
|
C2.R3 Ġestjoni mtejba tad-dejn pubbliku
|
Adozzjoni tal-istrateġija għall-ġestjoni tad-dejn tal-istat fuq terminu medju
|
|
2.9
|
C2.R5 Sistema mtejba ta’ awditjar u ta’ kontroll finanzjarju
|
Adozzjoni tal-emendi għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-kontroll finanzjarju tal-istat
|
|
3.3
|
C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Saldu/aġġudikazzjoni ta’ 20 % tal-każijiet dixxiplinari l-qodma mhux ikkunsidrati sa tmiem l-2023
|
|
3.4
|
C3.R2 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Mit-30 ta’ Settembru 2016, it-tlestija tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki (skrutinju) fir-rigward ta’ 50% tal-imħallfin li kien għad iridu jgħaddu minnha
|
|
3.9
|
C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Sistema ta’ ġbir ta’ data dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali
|
|
4.8
|
C4.R3 Miżuri kontra l-ħasil tal-flus
|
Twettiq tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss
|
|
5.6
|
C5.R4 Kapaċità mtejba tal-awtorità superviżorja finanzjarja
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u għas-suq tal-komoditajiet organizzati
|
|
6.7
|
C6.R3 Separazzjoni tal-kontijiet bejn l-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP f’obbligi ta’ servizz pubbliku
|
Id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP
|
|
6.9
|
C6.R4 Qafas imtejjeb għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar l-għajnuna mill-Istat u sospensjoni sħiħa tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat
|
|
7.8
|
C7.R7 Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Prinċipji Bażiċi tal-Politika dwar l-Akkomodazzjoni
|
|
8.2
|
C8.R1 Ambjent regolatorju aħjar
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni f’setturi speċifiċi
|
|
10.3
|
C10.R2 Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex jittejbu l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli
|
|
10.7
|
C10.R3 Riforma tas-suq tal-elettriku
|
Ħatra ta’ operatur ġdid għas-suq tal-elettriku
|
|
10.11
|
C10.R5 L-iżgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet
|
Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet”
|
|
10.13
|
C10.R6 Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali
|
L-adozzjoni tal-programm ekonomiku tal-Istat mmirat għall-modernizzazzjoni tal-enerġija tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030
|
|
10.14
|
C10.R6 Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tappoġġa l-iżvilupp tat-tisħin distrettwali effiċjenti u aktar sostenibbli
|
|
11.3
|
C11.R3 Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar is-sikurezza tat-traffiku u l-interoperabbiltà tat-trasport ferrovjarju tal-Ukrajna b’applikazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha
|
|
13.6
|
C13.R3 L-użu ta’ Teknoloġiji Moderni tal-Estrazzjoni u l-Integrazzjoni tal-Ukrajna fil-Ktajjen Moderni tal-Valur tal-Ipproċessar
|
Il-pubblikazzjoni ta’ studju dwar il-leġiżlazzjoni dwar ir-rapportar ESG
|
|
15.3
|
C15.R2 Politika dwar il-klima
|
L-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-Kunsill Xjentifiku u Espert dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Preservazzjoni tas-Saff tal-Ożonu
|
It-tmien pagament (Q1 2026)
Ammont totali: EUR 1 881 426 726,68 u SEK 2 000 000 000
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 147 555 758,68 u SEK 2 000 000 000
Self: EUR 1 733 870 968
Għadd totali ta’ stadji: 8
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
1.5
|
C1.R3 Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani
|
Is-sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani (HRMIS) qed topera
|
|
3.7
|
C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għal proċeduri ssimplifikati ta’ insolvenza għall-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju (MSMEs)
|
|
3.12
|
C3.R4 Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tippermetti għażla trasparenti u bbażata fuq il-mertu ta’ prosekuturi fil-livell maniġerjali
|
|
5.1
|
C5.R1 Valutazzjoni tas-settur bankarju
|
Valutazzjoni Pubblikata tar-Reżiljenza
fis-sistema bankarja
|
|
8.5
|
C8.R3 Aċċess għall-finanzi u s-swieq
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-adeżjoni ta’ proprjetà immobbli ma’ networks esterni tal-inġinerija u t-titjib tar-regolamentazzjoni fil-qasam tat-trasport bil-pipelines
|
|
9.3
|
C9.R1 Avvanz tad-deċentralizzazzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata distribuzzjoni aħjar tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi
|
|
12.6
|
C12.R4 Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli
|
Pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Istat permezz tar-Reġistru Agrikolu pubbliku
|
|
15.8
|
C15.R5 Żieda fl-ekonomija ċirkolari
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha
|
Id-disa’ pagament (Q2 2026)
Ammont totali: EUR 2 412 976 959
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 173 000 000
Self: EUR 2 239 976 959
Għadd totali ta’ stadji: 16
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
1.4
|
C1.R3 Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani
|
Modernizzazzjoni tal-Portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi
|
|
3.10
|
C3.R2 Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Sistema tal-IT aġġornata għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali
|
|
4.5
|
C4.R2 Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni
|
Adozzjoni ta’ Strateġija ġdida Kontra l-Korruzzjoni u Programm Statali Kontra l-Korruzzjoni għall-perjodu wara l-2025
|
|
5.5
|
C5.R3 Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix
|
Id-dħul fis-seħħ tal-atti legali biex tittejjeb ir-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix
|
|
5.3
|
C5.R2 It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju
|
Adozzjoni tal-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fis-settur bankarju
|
|
6.3
|
C6.R2 Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat
|
Ħatra ta’ bordijiet Superviżorji ta’ intrapriżi tal-istat b’maġġoranza ta’ membri indipendenti
|
|
7.7
|
C7.R6 Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol
|
Adozzjoni tal-Istrateġija dwar l-Impjiegi tal-Popolazzjoni
|
|
7.12
|
C7.I1 Investimenti fl-edukazzjoni
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 300 miljun fl-edukazzjoni
|
|
7.14
|
C7.I2 Investimenti fil-kura tas-saħħa
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fil-kura tas-saħħa
|
|
7.18
|
C7 I5 Investiment fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I-II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament
|
|
9.7
|
C9.I1 Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna
|
Allokazzjoni ta’ mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju kumplessiv mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali
|
|
10.6
|
C10.R3 Riforma tas-suq tal-elettriku
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tibdil tal-kundizzjonijiet tat-tassazzjoni tal-parteċipanti fis-suq tal-elettriku
|
|
10.9
|
C10.R4 Liberalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali
|
L-adozzjoni ta’ Pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq tal-gass u l-elettriku, li għandu jiġi implimentat wara l-iskadenza tal-liġi marzjali
|
|
12.9
|
C12.I1 Investimenti fit-tneħħija tal-mini
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 30 miljun fit-tneħħija tal-mini ta’ art agrikola
|
|
14.4
|
C14.R2 Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi
|
Id-dħul fis-seħħ tal-att legali dwar il-funzjonament
tas-sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika, f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183
|
|
15.7
|
C15.R4 Restawr u konservazzjoni tar-riżorsi naturali
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-tnaqqis tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti
|
L-għaxar pagament (Q3 2026)
Ammont totali: EUR 531 105 991
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 75 000 000
Self: EUR 456 105 991
Għadd totali ta’ stadji: 5
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
1.3
|
C1.R2 Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku
|
Ir-ritorn gradwali tar-reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu fis-servizz pubbliku
|
|
3.13
|
C3.R4 Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li ttejjeb is-sistema dixxiplinari għall-prosekuturi u żżid il-kapaċità tal-Kummissjoni għall-Kwalifika u d-Dixxiplina tal-Prosekuturi
|
|
6.4
|
C6.R2 Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat
|
Korporatizzazzjoni ta’ intrapriżi ewlenin tal-istat
|
|
7.4
|
C7.R4 Tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili
|
|
10.16
|
C10.R7 Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku
|
Adozzjoni ta’ atti legali dwar l-istabbiliment ta’ livelli minimi ta’ prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika għall-bini
|
Il-ħdax-il pagament (Q4 2026)
Ammont totali: EUR 531 105 991
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 100 000 000
Self: EUR 431 105 991
Għadd totali ta’ stadji: 9
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
2.4
|
C2.R2 Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi
|
Twettiq tar-rieżami tal-infiq tal-baġit tal-istat
|
|
2.5
|
C2.R2 Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għall-Kodiċi tal-Baġit tal-Ukrajna biex tiġi Definata l-Proċedura għall-Ġestjoni tar-Riskji Fiskali tal-Baġits Lokali
|
|
3.15
|
C3.R1 It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi hija operazzjonali
|
|
3.14
|
C3.R4 Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni
|
Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet elettroniċi fil-ġustizzja kriminali hija operazzjonali
|
|
7.9
|
C7.R7 Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Fond għall-Akkomodazzjoni Soċjali
|
|
7.3
|
C7.R3 Sistema mtejba ta’ riabilitazzjoni għall-persuni b’diżabilità
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riabilitazzjoni ta’ persuni b’diżabilità
|
|
10.12
|
C10.R6 Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali
|
It-tneħħija tal-moratorju fuq iż-żieda fit-tariffi tat-tisħin u tal-ilma sħun
|
|
11.8
|
C11 R3 Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-trasport ferrovjarju b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet
|
|
11.5
|
C11.R4 Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tbaħħir merkantili u t-tbaħħir fil-passaġġi fl-ilmijiet interni
|
It-tnax-il pagament (Q1 2027)
Ammont totali: EUR 318 663 594
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 70 000 000
Self: EUR 248 663 594
Għadd totali ta’ stadji: 2
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
11.6
|
C11.R4 Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma
|
Rieżami u emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-provvista tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet
|
|
12.2
|
C12. R1 L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-politika tal-UE
|
L-istabbiliment tas-sistema tan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN)
|
It-tlettax-il pagament (Q2 2027)
Ammont totali: EUR 212 442 396
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 50 000 000
Self: EUR 162 442 396
Għadd totali ta’ stadji: 2
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
4.9
|
C4.R3 Miżuri kontra l-ħasil tal-flus
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu bankarju personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali
|
|
4.10
|
C4.R3 Miżuri kontra l-ħasil tal-flus
|
Is-software u l-hardware meħtieġa għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu tal-bank personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali huwa operazzjonali
|
L-erbatax-il pagament (Q3 2027)
Ammont totali: EUR 212 442 396
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 50 000 000
Self: EUR 162 442 396
Għadd totali ta’ stadji: 2
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
6.8
|
C6.R3 Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat
|
Sottomissjoni ta’ rapport tal-awditjar li jikkonferma s-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP
|
|
8.6
|
C8.R4 Akkwist pubbliku mtejjeb
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku mal-acquis tal-UE.
|
Il-ħmistax-il pagament (Q4 2027)
Ammont totali: EUR 1 402 119 817
Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 0
Self: EUR 1 402 119 817
Għadd totali ta’ stadji: 14
|
Numru sekwenzjali
|
Riforma/Investiment
|
Isem l-istadju
|
|
3.11
|
C3.R3 Diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja
|
Stabbiliment ta’ soluzzjonijiet tal-IT fis-sistema ġudizzjarja
|
|
6.5
|
C6.R2 Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat
|
Sottomissjoni ta’ rapport li juri li l-prinċipji tal-governanza korporattiva huma segwiti kif xieraq
|
|
7.13
|
C7.I1 Investimenti fl-edukazzjoni
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 650 miljun fl-edukazzjoni
|
|
7.15
|
C7.I2 Investimenti fil-kura tas-saħħa
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 400 miljun fil-kura tas-saħħa
|
|
7.16
|
C7.I3 Investimenti fl-infrastruttura soċjali
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 350 miljun f’infrastruttura soċjali
|
|
7.17
|
C7.I4 Investimenti f’kumpens għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara jew li nqerdet
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 600 miljun għal kumpensi finanzjarji għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara
|
|
7.19
|
C7.I5 Investimenti fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 450 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I-II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament
|
|
8.9
|
C8.R6 Indirizzar tal-pagamenti tard
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-pagamenti tard
|
|
8.10
|
C8.I1 Investimenti f’appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-SMEs
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 450 miljun għal appoġġ finanzjarju lil mikrointrapriżi u SMEs, u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-ipproċessar
|
|
9.8
|
C9.I1 Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna
|
Allokazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-appoġġ finanzjarju kumplessiv mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali
|
|
10.17
|
C10.I1 Investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 550 miljun fl-infrastruttura tal-enerġija
|
|
11.4
|
C11.R3 Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija
|
L-adozzjoni tal-liġijiet sekondarji għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport ferrovjarju
|
|
11.7
|
C11.I1 Investimenti fl-infrastruttura tat-transport
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 350 miljun fl-infrastruttura tat-trasport
|
|
12.10
|
C12.I1 Investimenti fit-tneħħija tal-mini
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 100 miljun fit-tneħħija tal-mini ta’ art agrikola
|
C.1. IR-RIFORMA TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li tissaħħaħ il-kapaċità u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika tal-Ukrajna u li gradwalment jiġu allinjati r-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika mal-acquis, il-politiki u l-prattiki tal-UE. Speċifikament, dan il-kapitolu jiffoka fuq ir-reviżjoni tas-sistema ta’ remunerazzjoni tas-servizz pubbliku, it-tisħiħ tar-reklutaġġ u l-għażla bbażati fuq il-mertu tas-servizz pubbliku, u fuq id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-servizz pubbliku u tar-riżorsi umani.
Ir-Riforma 1. Riforma tar-Remunerazzjoni tas-Servizz Pubbliku
Din ir-riforma għandha l-objettiv li tintroduċi sistema ta’ remunerazzjoni tax-xogħol trasparenti, ġusta u prevedibbli f’konformità mal-prinċipji rilevanti tal-OECD/SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Din tinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni ġdida li tintroduċi sistema ġdida ta’ remunerazzjoni bbażata fuq il-klassifikazzjoni funzjonali tal-pożizzjonijiet, separazzjoni ċara tal-pagi f’komponenti fissi u varjabbli, u tnaqqis tas-suppliment ta’ anzjanità minn 50% għal 30%.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 2. Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku
Din ir-riforma għandha l-objettiv li tintroduċi proċedura ta’ reklutaġġ u għażla meritokratika għall-impjegati taċ-ċivil, sabiex tiġi żgurata l-fiduċja tal-pubbliku u li tattira persunal professjonali ħafna lejn is-servizz pubbliku.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, din tinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li ttejjeb il-proċedura għad-dħul, is-suċċes fl-eżamijiet tad-dħul, u t-terminazzjoni tas-servizz pubbliku. It-tieni, timplika l-istabbiliment gradwali tal-għażla abbażi tal-mertu għal pożizzjonijiet vakanti tal-uffiċjali tal-kategoriji A, B u C.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 3. Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani
Din ir-riforma għandha l-għan li tiddiġitalizza l-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riżorsi umani tas-servizz pubbliku, b’enfasi fuq is-sistema ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani (HRMIS) u l-Portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, sistema ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tar-riżorsi umani (HRMIS) għandha tkun operattiva u użata fil-ministeri kollha u l-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali l-oħra kollha li joperaw/jaġixxu u l-korpi territorjali tagħhom. It-tieni, il-Portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi se jiġi mmodernizzat.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
1.1
|
Ir-Riforma 1.
Riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku
|
Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi għar-riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku
|
Q1
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni (inkluża l-adozzjoni tal-atti legali sekondarji u normattivi meħtieġa), li tikkonforma mal-prinċipji rilevanti tal-OECD SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:
- l-introduzzjoni ta’ remunerazzjoni bbażata fuq il-klassifikazzjoni funzjonali tal-pożizzjonijiet;
- is-separazzjoni ċara tal-pagi f’partijiet fissi jew garantiti (mhux inqas minn 70 % fis-sena) u varjabbli (mhux aktar minn 30 % fis-sena);
- it-tnaqqis tas-suppliment ta’ anzjanità minn 50 % għal 30 %.
|
|
1.2
|
Ir-Riforma 2.
Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku
|
Id-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi biex tittejjeb il-proċedura għad-dħul, suċċess fl-eżamijiet tad-dħul, u t-terminazzjoni tas-servizz pubbliku
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni (inkluż l-adozzjoni tal-atti legali sekondarji u normattivi meħtieġa) biex tittejjeb il-proċedura għad-dħul, suċċess fl-eżamijiet tad-dħul, u t-terminazzjoni tas-servizz pubbliku. Il-leġiżlazzjoni tikkonforma mal-prinċipji rilevanti tal-OECD/SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika relatati mar-reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu.
Id-dispożizzjonijiet relatati mat-tkomplija tal-għażla bbażata fuq il-mertu għall-pożizzjonijiet kollha tal-impjegati taċ-ċivil fit-territorju kkontrollat mill-Ukrajna, fejn ma jkunx hemm ostilitajiet, jidħlu fis-seħħ bl-applikazzjoni tagħha mill-1 ta’ Ġunju 2026 (f’konformità mar-rekwiżiti tal-istadju 1.3).
|
|
1.3
|
Ir-Riforma 2.
Proċedura ta’ reklutaġġ u selezzjoni bbażati fuq il-mertu għas-servizz pubbliku
|
Ir-ritorn gradwali tar-reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu fis-servizz pubbliku
|
Q3
|
2026
|
Ir-ritorn tal-għażla bbażata fuq il-mertu għal pożizzjonijiet vakanti għall-impjegati taċ-ċivil kollha se jiġi implimentat gradwalment fi tliet stadji:
1) għal pożizzjonijiet fis-servizz pubbliku tal-kategorija “A”;
2) għal pożizzjonijiet fis-servizz pubbliku tal-kategorija “B” (fit-territorju kkontrollat mill-Ukrajna fejn ma hemmx ostilitajiet);
3) għal pożizzjonijiet fis-servizz pubbliku tal-kategorija “C” (fit-territorju kkontrollat mill-Ukrajna fejn ma hemmx ostilitajiet).
|
|
1.4
|
Ir-Riforma 3.
Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani
|
Modernizzazzjoni tal-Portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi
|
Q2
|
2026
|
Il-portal Web Statali Unifikat tas-Servizzi Elettroniċi huwa mmodernizzat. Il-funzjonalità għall-pubblikazzjoni ta’ pożizzjonijiet vakanti u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet ġiet implimentata bis-sħiħ u qed topera bis-sħiħ.
|
|
1.5
|
Ir-Riforma 3.
Id-diġitalizzazzjoni tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani
|
Is-sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani (HRMIS) qed topera
|
Q1
|
2026
|
Is-sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani (HRMIS) qed titħaddem u tintuża fil-ministeri kollha u l-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali l-oħra kollha li joperaw/responsabbli u l-korpi territorjali tagħhom.
|
C.2. ĠESTJONI TAL-FINANZI PUBBLIĊI
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li tiġi msaħħa r-reżiljenza makroekonomika u finanzjarja tal-Ukrajna, li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi, l-allinjament mal-istandards tal-UE, u l-promozzjoni għal tkabbir sostenibbli.
Ir-Riforma 1. Ġestjoni mtejba tad-dħul
Din ir-riforma għandha l-objettiv li ttejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku permezz ta’ effiċjenza mtejba tal-amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat il-pjan strateġiku nazzjonali fit-tul għall-iżvilupp diġitali, it-trasformazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Doganali tal-Istat. It-tieni, għandu jiġi adottat il-pjan strateġiku għall-iżvilupp diġitali, it-trasformazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat tal-Ukrajna.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.
Ir-Riforma 2. Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tinbena sistema effiċjenti ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u li tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-istat.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, id-Dikjarazzjoni tal-Baġit għall-2025-2027 għandha tiġi approvata biex jiġi stabbilit mill-ġdid l-ippjanar baġitarju fuq terminu medju u tiġi żgurata l-prevedibbiltà tal-politika baġitarja. It-tieni, ir-riforma għandha tintroduċi rieżamijiet annwali tal-infiq tal-baġit tal-istat filwaqt li tqis il-prattiki tal-OECD f’oqsma ta’ prijorità, inkluż il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-enerġija, l-appoġġ għan-negozju. It-tielet, għandha tidħol fis-seħħ liġi li temenda l-Kodiċi tal-Baġit tal-Ukrajna biex tiddefinixxi l-proċedura għall-ġestjoni tar-riskji fiskali tal-baġits lokali.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 3. Ġestjoni mtejba tad-dejn pubbliku
Din ir-riforma għandha l-objettiv li żżid it-trasparenza tal-politika tal-ġestjoni tad-dejn tal-Istat u l-effiċjenza tal-ġestjoni tad-dejn tal-Istat.
Ir-riforma tipproponi stadju wieħed, jiġifieri l-adozzjoni tal-istrateġija għall-ġestjoni tad-dejn tal-istat fuq terminu medju għall-2026-2028. L-istrateġija għandha tinkludi analiżi tal-istruttura u x-xejriet attwali tad-dejn pubbliku, l-istabbiliment ta’ miri biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tad-dejn, u l-iżvilupp ta’ miżuri għas-suq tat-titoli tal-gvern domestiku.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 4. Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku
Din ir-riforma għandha l-objettiv li ssaħħaħ il-qafas istituzzjonali għall-ġestjoni tal-investiment pubbliku fl-Ukrajna, tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet għall-parteċipanti fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-proġett ta’ investiment, il-prijoritajiet strateġiċi, it-trasparenza, u qafas diġitali ta’ monitoraġġ tal-proġetti.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali lejn ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku. It-tieni, ir-riforma tinvolvi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodda ta’ ġestjoni diġitali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 5. Sistemi ta’ verifika mtejba
Din ir-riforma għandha l-objettiv li ssaħħaħ is-sistema tal-awditjar u tal-kontroll finanzjarju, b’mod partikolari biex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-fondi użati taħt il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2024/792.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni u, fejn applikabbli, id-dħul fis-seħħ tal-emendi għar-riżoluzzjonijiet jew leġiżlazzjoni oħra dwar il-kontroll finanzjarju tal-Istat, li jippermettu lis-Servizz tal-Awditjar tal-Istat jiżgura li l-istituzzjoni tkun mgħammra bl-għodod meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari għall-fondi użati taħt il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
2.1
|
Ir-Riforma 1.
Ġestjoni mtejba tad-dħul
|
Adozzjoni tal-pjan strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat
|
Q4
|
2024
|
L-adozzjoni tal-pjan strateġiku għall-iżvilupp diġitali, it-trasformazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat tal-Ukrajna, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dħul għall-2024-2030.
|
|
2.2
|
Ir-Riforma 1.
Ġestjoni mtejba tad-dħul
|
Adozzjoni tal-pjan għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Doganali tal-Istat
|
Q2
|
2024
|
L-adozzjoni tal-pjan strateġiku nazzjonali fit-tul għall-iżvilupp diġitali, it-trasformazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Doganali tal-Istat.
|
|
2.3
|
Ir-Riforma 2.
Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi
|
Approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Baġit għall-2025-2027
|
Q2
|
2024
|
Id-Dikjarazzjoni tal-Baġit għall-2025-2027 hija approvata u ppreżentata lill-Parlament. Id-Dikjarazzjoni tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- il-projezzjonijiet makroekonomiċi ewlenin tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż;
- l-indikaturi ewlenin tal-baġit (dħul, infiq, defiċit baġitarju, dejn pubbliku);
- il-prijoritajiet tal-politika pubblika skont l-isferi u l-limiti massimi tan-nefqa għal kull unità ewlenija tal-infiq;
- ir-relazzjonijiet bejn il-baġit tal-istat u l-baġits lokali, inkluż il-gwida meħtieġa għat-tħejjija ta’ previżjonijiet ta’ terminu qasir u medju tal-baġits lokali;
- il-valutazzjoni tar-riskji fiskali.
|
|
2.4
|
Ir-Riforma 2.
Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi
|
Twettiq tar-rieżami tal-infiq tal-baġit tal-istat
|
Q4
|
2026
|
Ir-rieżamijiet tal-infiq tal-baġit tal-istat jitwettqu kull sena abbażi tad-deċiżjoni tal-Gvern u l-metodoloġija filwaqt li jitqiesu l-aħjar prattiki tal-OECD b’mod partikolari fl-oqsma ta’ prijorità, bħall-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-enerġija, l-appoġġ għan-negozju.
|
|
2.5
|
Ir-Riforma 2.
Ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għall-Kodiċi tal-Baġit tal-Ukrajna biex tiġi Definita l-Proċedura għall-Ġestjoni tar-Riskji Fiskali tal-Baġits Lokali
|
Q4
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għall-Kodiċi tal-Baġit tal-Ukrajna biex tiġi Definita l-Proċedura għall-Ġestjoni tar-Riskji Fiskali tal-Baġits Lokali. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- id-determinazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji fiskali tal-baġits lokali;
- l-istabbiliment tal-proċeduri għall-kooperazzjoni bejn id-diversi entitajiet responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji fiskali tal-baġits lokali;
- definizzjoni tal-oqfsa metodoloġiċi għall-ġestjoni tar-riskji fiskali tal-baġits lokali.
|
|
2.6
|
Ir-Riforma 3.
Ġestjoni mtejba tad-dejn pubbliku
|
Adozzjoni tal-istrateġija għall-ġestjoni tad-dejn tal-istat fuq terminu medju
|
Q4
|
2025
|
Adozzjoni tal-istrateġija għall-ġestjoni tad-dejn tal-istat fuq terminu medju (MTDS) għall-2026-2028. L-MTDS tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- analiżi tal-istruttura u x-xejriet attwali tad-dejn pubbliku;
- miri biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tad-dejn;
- miżuri għall-iżvilupp tas-suq tat-titoli tal-gvern domestiku.
|
|
2.7
|
Ir-Riforma 4.
Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għar-riforma tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku
|
Q2
|
2024
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għar-riforma tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku. Il-pjan ta’ azzjoni jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin u jinkludi s-sekwenzjar u l-iskeda ta’ żmien:
- introduzzjoni ta’ ppjanar strateġiku għall-investiment pubbliku b’rabta mill-qrib mal-ippjanar tal-baġit;
- definizzjoni tar-rwoli tal-parteċipanti kollha fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-proġett ta’ investiment;
- stabbiliment ta’ approċċi unifikati għall-għażla, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ proġetti ta’ investiment, irrispettivament mis-sorsi ta’ finanzjament (dħul tal-baġit, donaturi internazzjonali, garanziji statali (lokali), konċessjonijiet, sħubijiet pubbliċi-privati) biex tkun tista’ ssir it-tħejjija ta’ riżerva unika ta’ proġetti;
- definizzjoni tal-kriterji ta’ prijoritizzazzjoni li jkopru l-ħtiġijiet definiti, il-maturità tal-proġetti, u l-allinjament mal-istrateġiji settorjali u/jew reġjonali fil-kuntest tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku;
- introduzzjoni ta’ valutazzjoni indipendenti ta’ proġetti kbar ta’ investiment pubbliku.
|
|
2.8
|
Ir-Riforma 4.
Ġestjoni mtejba tal-investiment pubbliku
|
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-għodda ta’ ġestjoni diġitali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna
|
Q3
|
2025
|
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-għodda ta’ ġestjoni diġitali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, li tipprovdi aċċess pubbliku għad-data dwar proġetti ta’ rikostruzzjoni fl-istadji kollha, inkluż l-ippjanar, il-finanzjament, l-akkwist, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar, biex tippermetti monitoraġġ pubbliku u trasparenti tal-implimentazzjoni tal-proġetti u koordinazzjoni aħjar tal-isforzi ta’ rikostruzzjoni bejn is-setturi.
|
|
2.9
|
Ir-Riforma 5.
Sistemi mtejba ta’ awditjar u ta’ kontroll finanzjarju
|
Adozzjoni tal-emendi għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-kontroll finanzjarju tal-istat
|
Q4
|
2025
|
L-adozzjoni ta’ emendi għar-riżoluzzjonijiet tal-Kabinett tal-Ministri u, jekk meħtieġ, id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra dwar il-kontroll finanzjarju tal-istat. Dawn l-emendi jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- għoti ta’ appoġġ lis-Servizzi tal-Awditjar tal-Istat biex jiġi żgurat li l-istituzzjoni tkun mgħammra bl-għodod meħtieġa biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-fondi użati taħt il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna, f’konformità mal-prinċipji tal-istandards internazzjonali tal-awditjar;
- tisħiħ tal-miżuri għall-monitoraġġ tal-proċeduri tal-akkwist.
|
C.3. IS-SISTEMA ĠUDIZZJARJA
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jiżdiedu l-kapaċità, ir-responsabbiltà, l-integrità, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema ġudizzjarja li hija kruċjali biex jiġu żgurati l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna kif ukoll għal irkupru rapidu, tkabbir ekonomiku u attrazzjoni tal-investiment.
Ir-Riforma 1. It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tikkonsolida r-riżultati tar-riforma ġudizzjarja u tibni l-fiduċja pubblika fil-ġudikatura billi terġa’ tibda l-għażla trasparenti u meritokratika tal-imħallfin, tagħti spinta lill-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-imħallfin li jippresjedu, issaħħaħ id-dixxiplina
sistema ta’ responsabbiltà, it-tisħiħ tal-għodod eżistenti tal-integrità ġudizzjarja, u l-istabbiliment ta’ qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi li jinvolvu aġenziji tal-istat.
Ir-riforma għandha sitt stadji. L-ewwel nett, 20 % tal-pożizzjonijiet vakanti ġudizzjarji jimtlew abbażi ta’ leġiżlazzjoni emendata, li tinkludi stadji simplifikati tal-għażla u perjodi ta’ taħriġ ġudizzjarju obbligatorji mqassra, applikazzjoni konsistenti ta’ kriterji ċari ta’ valutazzjoni u metodoloġija ta’ punteġġ, u l-involviment tal-Kunsill għall-Integrità Pubblika fil-valutazzjoni tal-integrità tal-kandidati ġudizzjarji. It-tieni, Qorti Amministrattiva Distrettwali Speċjalizzata ġdida u Qorti Amministrattiva Speċjalizzata tal-Appell ġdida huma stabbiliti legalment u tnediet għażla trasparenti ta’ mħallfin f’konformità mal-leġiżlazzjoni adottata. It-tielet, 20 % tal-każijiet dixxiplinari pendenti jiġu solvuti bl-involviment tas-Servizz tal-Ispetturi Dixxiplinari abbażi tal-metodoloġija ta’ prijoritizzazzjoni tal-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja. Ir-raba’, l-evalwazzjoni tal-kwalifiki (skrutinju) titlesta fir-rigward ta’ 50 % tal-każijiet pendenti. Il-ħames, jidħlu fis-seħħ il-liġijiet u l-liġijiet sekondarji dwar ir-reviżjoni u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ integrità. Is-sitta, Qorti Amministrattiva Distrettwali Speċjalizzata ġdida u Qorti tal-Appell Amministrattiva Speċjalizzata ġdida huma operattivi.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 2. Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
Din ir-riforma għandha l-objettiv li ttejjeb il-proċeduri ta’ insolvenza u infurzar billi l-leġiżlazzjoni rilevanti tiġi allinjata mal-acquis tal-UE u jinbnew kapaċitajiet istituzzjonali u oħrajn biex tiġi applikata kif xieraq.
Ir-riforma għandha ħames stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar it-titjib tar-reġim tal-insolvenza, l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ prevenzjoni tal-insolvenza u l-għodda ta’ twissija bikrija għall-entitajiet legali u l-imprendituri f’konformità mal-acquis tal-UE. It-tieni, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni għall-introduzzjoni ta’ proċeduri simplifikati ta’ insolvenza għall-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju (Micro, Small, And Medium Enterprises, MSMEs) f’konformità mal-acquis tal-UE. It-tielet, id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti relatati ma’ obbligi monetarji u mhux monetarji u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-proċedimenti ta’ infurzar. Ir-raba’, issir operattiva sistema tal-IT aġġornata għall-iffaċilitar tal-proċess ta’ infurzar, it-traċċar tal-assi tad-debitur, l-iffriżar tal-kontijiet bankarji, u l-irkupru tad-dejn. Il-ħames, sistema ta’ ġbir ta’ data dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 3. Diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja, iżżid it-trasparenza, l-effiċjenza u l-effettività fl-operat tal-qrati, tiffranka l-ispejjeż operazzjonali, u tippermetti tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza fil-ġudikatura.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-introduzzjoni tas-subsistema tal-Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti tas-Sistema Unifikata ta’ Informazzjoni u Telekomunikazzjoni Ġudizzjarja (UJITS) f’ 15 qorti pilota ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali, kummerċjali u amministrattiva fil-livell tal-istanzi tal-ewwel istanza u tal-appell.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
Ir-Riforma 4. Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ssaħħaħ l-integrità, il-meritokrazija u l-professjonaliżmu fi ħdan il-gradi ta’ prosekuzzjoni u tipprevjeni l-korruzzjoni fil-katina tal-ġustizzja kriminali.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi proċess tal-għażla trasparenti u bbażat fuq il-mertu ta’ prosekuturi fil-livell maniġerjali. It-tieni, id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li ttejjeb is-sistema dixxiplinari għall-prosekuturi u żżid il-kapaċità tal-Kummissjoni għall-Kwalifiki u d-Dixxiplina tal-Prosekuturi. It-tielet, tliet moduli ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ Każijiet elettroniċi fil-katina tal-ġustizzja kriminali huma stabbiliti biex jippermettu l-ipproċessar diġitali ta’ kawżi kriminali.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
3.1
|
Ir-Riforma 1.
It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Okkupazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-pożizzjonijiet vakanti ġudizzjarji.
|
Q3
|
2025
|
Mill-inqas 20 % tal-pożizzjonijiet vakanti ġudizzjarji disponibbli mis-16. ta’ Ottubru 2023 (numru totali ta’ pożizzjonijiet huwa ta’ 2205 ) jimtlew abbażi tal-leġiżlazzjoni emendata, li tinkludi l-elementi li ġejjin:
- stadji simplifikati tal-għażla u perjodi ta’ taħriġ ġudizzjarju obbligatorji mqassra;
- applikazzjoni konsistenti ta’ kriterji ta’ valutazzjoni ċari u ppubblikati kif xieraq u metodoloġija ta’ punteġġ għall-valutazzjoni tal-kompetenza professjonali u l-integrità tal-kandidati ġudizzjarji;
- involviment tal-Kunsill għall-Integrità Pubblika fil-valutazzjoni tal-integrità tal-kandidati ġudizzjarji kull meta l-liġi tkun teħtieġ dan.
|
|
3.2
|
Ir-Riforma 1.
It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tistabbilixxi qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi
|
Q3
|
2025
|
Il-liġi dwar l-istabbiliment tal-Qorti Amministrattiva Distrettwali Speċjalizzata u l-Qorti Amministrattiva Speċjalizzata tal-Appell daħlet fis-seħħ u tnediet għażla trasparenti ta’ mħallfin f’konformità mal-leġiżlazzjoni adottata.
|
|
3.15
|
Ir-Riforma 1.
It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Qorti ġdida biex tisma’ kawżi amministrattivi hija operazzjonali
|
Q4
|
2026
|
Il-Qorti Amministrattiva Distrettwali Speċjalizzata ġdida u Qorti tal-Appell Amministrattiva Speċjalizzata ġdida isiru operattivi.
|
|
3.3
|
Ir-Riforma 1. It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Saldu/aġġudikazzjoni ta’ 20 % tal-każijiet dixxiplinari l-qodma mhux ikkunsidrati sa tmiem l-2023
|
Q4
|
2025
|
20% tal-proċedimenti dixxiplinari antiki (ilmenti) mhux ikkunsidrati mill-31 ta’ Diċembru 2023 huma riżolti/aġġudikati bl-involviment tas-Servizz tal-Ispetturi Dixxiplinari u abbażi tal-kriterji għall-prijoritizzazzjoni tal-kunsiderazzjoni tal-ilmenti dixxiplinari, previsti fil-klawżola 13.7 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja (kif emendati fl-21 ta’ Novembru 2023, Nru 1068/0/15-23) li huma ppubblikati fis-sit web uffiċjali tal-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja.
|
|
3.4
|
Ir-Riforma 1. It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Mit-30 ta’ Settembru 2016, it-tlestija tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki (skrutinju) fir-rigward ta’ 50% tal-imħallfin li kien għad iridu jgħaddu minnha
|
Q4
|
2025
|
L-evalwazzjoni tal-kwalifiki (skrutinju) titlesta fir-rigward ta’ 50% tal-imħallfin li kien għad iridu jgħaddu minnha mit-30 ta’ Settembru 2016 f’konformità mal-proċeduri stabbiliti u bl-involviment tal-Kunsill għall-Integrità Pubblika.
|
|
3.5
|
Ir-Riforma 1.
It-tisħiħ tar-responsabbiltà, l-integrità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tirrevedi d-dikjarazzjonijiet tal-integrità tal-imħallfin u l-proċess ta’ verifika tagħhom
|
Q2
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġijiet u liġijiet sekondarji tal-Kummissjoni Għolja tal-Kwalifiki tal-Imħallfin tal-Ukrajna li jirrevedu d-dikjarazzjonijiet tal-integrità tal-imħallfin u l-proċess ta’ verifika tagħhom. L-atti jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- kjarifika tal-kontenut tad-dikjarazzjonijiet tal-integrità u r-raġunijiet għall-bidu tal-verifika;
- espansjoni tal-perjodu ta’ żmien kopert mill-verifika;
- titjib tal-proċedura ta’ verifika billi jiġu speċifikati l-mekkaniżmi u l-iskadenzi ta’ verifika, jiġu definiti d-drittijiet u l-obbligi tal-persuni u l-entitajiet involuti fil-proċess ta’ verifika, jiġu ċċarati l-konsegwenzi legali tal-verifika.
|
|
3.6
|
Ir-Riforma 2.
Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-titjib tar-reġim tal-insolvenza
|
Q4
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-titjib tar-reġim ta’ insolvenza u l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti, l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ prevenzjoni tal-insolvenza u l-għodda ta’ twissija bikrija għall-entitajiet legali u għall-imprendituri f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- prevenzjoni tal-falliment u r-restawr tas-solvenza tad-debituri
- identifikazzjoni bikrija ta’ sinjali ta’ kriżi fil-kumpanija
- identifikazzjoni ta’ opportunitajiet addizzjonali għar-restawr tas-solvenza tal-kumpaniji
- disponibbiltà ta’ informazzjoni għall-kumpaniji dwar il-mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-insolvenza u t-twissija bikrija.
|
|
3.7
|
Ir-Riforma 2. Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għal proċeduri ssimplifikati ta’ insolvenza għall-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju (MSMEs)
|
Q1
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għal proċeduri simplifikati ta’ insolvenza għall-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta’ Daqs Medju (MSMEs) f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132. Il-leġiżlazzjoni hija abbozzata abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt regolatorju bl-involviment ta’ esperti tal-UE. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:
- proċeduri simplifikati barra mill-qorti u proċeduri simplifikati ta’ falliment għall-MSMEs (inkluż intraprendituri individwali);
- disponibbiltà ta’ għodod u servizzi ta’ insolvenza ta’ prattikanti fl-insolvenza għall-MSMEs;
- prevenzjoni tal-abbuż tal-proċeduri ta’ insolvenza mill-MSMEs.
|
|
3.8
|
Ir-Riforma 2.
Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti relatati ma’ obbligi monetarji u mhux monetarji u d-diġitalizzazzjoni
|
Q2
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti relatati ma’ obbligi monetarji u mhux monetarji u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-proċedimenti ta’ infurzar.
|
|
3.9
|
Ir-Riforma 2.
Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Sistema ta’ ġbir ta’ data dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali
|
Q4
|
2025
|
Sistema ta’ ġbir ta’ data dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali.
|
|
3.10
|
Ir-Riforma 2.
Ir-riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
|
Sistema tal-IT aġġornata għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali
|
Q2
|
2026
|
Is-sistema tal-IT aġġornata għall-iffaċilitar tal-proċess ta’ infurzar, it-traċċar tal-assi tad-debitur, l-iffriżar tal-kontijiet bankarji u l-irkupru tad-dejn hija operazzjonali.
|
|
3.11
|
Ir-Riforma 3.
Diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja
|
Stabbiliment ta’ soluzzjonijiet tal-IT fis-sistema ġudizzjarja
|
Q4
|
2027
|
L-introduzzjoni tas-subsistema tal-Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti tas-Sistema Unifikata ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni Ġudizzjarja fi 15-il qorti pilota ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali, kummerċjali u amministrattiva fil-livell tal-istanzi tal-ewwel istanza u tal-appell.
|
|
3.12
|
Ir-Riforma 4.
Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tippermetti għażla trasparenti u bbażata fuq il-mertu ta’ prosekuturi fil-livell maniġerjali
|
Q1
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tippermetti għażla trasparenti u bbażata fuq il-mertu ta’ prosekuturi fil-livell maniġerjali. Din il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:
- kriterji ta’ valutazzjoni ċari, inkluż il-kompetenza professjonali u l-integrità/l-etika;
- proċedura tal-għażla trasparenti, kompetittiva u meritokratika li tinkludi kontroll kredibbli tal-professjonaliżmu u tal-integrità;
- it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u s-setgħat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur u tal-korpi awtogovernattivi, b’mod partikolari l-Kunsill tal-Prosekuturi, f’termini tal-għażla tal-prosekuturi għal pożizzjonijiet għolja.
|
|
3.13
|
Ir-Riforma 4.
Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li ttejjeb is-sistema dixxiplinari għall-prosekuturi u żżid il-kapaċità tal-Kummissjoni għall-Kwalifika u d-Dixxiplina tal-Prosekuturi
|
Q3
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li ttejjeb is-sistema dixxiplinari għall-prosekuturi u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-Kummissjoni għall-Kwalifiki u d-Dixxiplina tal-Prosekuturi (Qualification and Disciplinary Commission of Prosecutors, QDCP). Il-qafas ġuridiku u istituzzjonali mtejjeb immirat lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- speċifikazzjoni ta’ reati dixxiplinari relatati mal-imġiba tal-prosekuturi u l-konformità tagħhom mal-istandards etiċi, u l-espansjoni tal-lista ta’ sanzjonijiet dixxiplinari disponibbli biex jiżdiedu l-proporzjonalità u l-effettività tagħhom;
- emendar tad-dispożizzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-QDCP biex jiġi żgurat li l-maġġoranza tas-siġġijiet ikunu okkupati minn prosekuturi eletti mill-kollegi tagħhom u t-twettiq ta’ proċedura indipendenti u oġġettiva għall-preselezzjoni tal-kandidati kollha għall-membri tal-QDCP, li tinkludi l-verifika tal-integrità tagħhom;
- żieda fl-effiċjenza tal-proċedimenti dixxiplinari billi tiġi estiża l-preskrizzjoni.
|
|
3.14
|
Ir-Riforma 4.
Riforma tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni
|
Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet elettroniċi fil-ġustizzja kriminali hija operazzjonali
|
Q4
|
2026
|
Il-modulu li jifforma s-sistema tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet elettroniċi tal-ġustizzja kriminali, il-modulu elettroniku tal-proċedimenti kriminali, u l-modulu tal-analiżi tal-każijiet huma operazzjonali, li jippermettu l-ipproċessar diġitali ta’ kawżi kriminali u li gradwalment jissostitwixxu/jaġġornaw b’mod sinifikanti r-Reġistru Unifikat skadut tal-Investigazzjonijiet ta’ Qabel il-Proċess.
|
C.4. IL-ĠLIEDA KONTRA L-KORRUZZJONI U L-ĦASIL TAL-FLUS
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investiment
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jissaħħu l-aġenziji ewlenin kontra l-korruzzjoni u li jiġi aġġornat il-qafas ġuridiku biex tiżdied l-effettività ġenerali tal-qafas kontra l-korruzzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Istat kontra l-korruzzjoni, li hija essenzjali għal klima favorevoli għan-negozju u l-investiment u għall-irkupru sostenibbli u t-tkabbir ekonomiku. Il-kapitolu jindirizza wkoll in-nuqqasijiet relatati mal-irkupru u l-ġestjoni tal-assi fil-livelli istituzzjonali u proċedurali u dwar l-allinjament tal-leġiżlazzjoni Ukrena mal-acquis tal-UE u mal-istandards tal-FATF fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus li jippermetti li tiġi indirizzata aħjar il-kriminalità ekonomika u li tittejjeb il-klima ġenerali tan-negozju fl-Ukrajna.
Ir-Riforma 1. L-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni.
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li, permezz ta’ investigazzjoni attiva u effiċjenti, tiżdied il-kapaċità ġenerali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, inkluż fil-livelli għolja.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni (Specialised Anti-Corruption Prosecutor’s Office, SAPO) jingħata l-opportunità li jżid il-manodopera tiegħu minn 10% għal 15%. It-tieni, ħatra ta’ kap ġdid tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (National Agency on Corruption Prevention, NACP). It-tielet, l-għadd ta’ mħallfin u tal-apparat fil-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni (High Anti-Corruption Court, HACC) jiżdied b’60% u b’40% rispettivament.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 2. Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni
L-objettiv ġenerali tar-riforma huwa li jissaħħu l-istituzzjonijiet ewlenin kontra l-korruzzjoni u li tiġi ssimplifikata l-proċedura kriminali biex tiżdied l-effiċjenza tagħhom, inkluż f’każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli, filwaqt li jiġu evitati każijiet ta’ abbuż proċedurali u interferenzi indebiti. Ir-riforma tindirizza wkoll in-nuqqasijiet relatati mal-irkupru u l-ġestjoni tal-assi fil-livelli istituzzjonali u proċedurali.
Ir-riforma għandha erba’ stadji. L-ewwel nett, id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali emendat u tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Il-leġiżlazzjoni emendata ttejjeb id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-sentenzi fuq talba tal-partijiet; tikkanċella l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess miż-żmien tar-reġistrazzjoni tal-proċedimenti kriminali san-notifika tas-suspett u tippermetti l-aġġudikazzjoni ta’ ċerti każijiet minn imħallef uniku tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni. It-tieni, l-adozzjoni ta’ Strateġija ġdida Kontra l-Korruzzjoni u Programm Statali Kontra l-Korruzzjoni għall-perjodu wara l-2025. It-tielet, l-adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Irkupru tal-Assi għall-2023-2025. Ir-raba’, tidħol fis-seħħ il-liġi li tirriforma l-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi (ARMA, Asset Recovery and Management Agency).
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 3. Miżuri kontra l-ħasil tal-flus
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li l-qafas ġuridiku tal-Ukrajna jiġi allinjat aktar mal-acquis tal-UE u mal-istandards tal-FATF u li tinħoloq sistema effettiva kontra l-ħasil tal-flus fl-Ukrajna biex tiġi indirizzata aħjar il-kriminalità ekonomika u tittejjeb il-klima tan-negozju ġenerali fl-Ukrajna.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, titwettaq il-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss. It-tieni, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu bankarju personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali f’konformità mal-prinċipji tal-acquis tal-UE. It-tielet, is-software u l-hardware meħtieġa għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu tal-bank personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali jiġi stabbilit.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2027.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
4.1
|
Ir-Riforma 1. Żvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-qafas kontra l-korruzzjoni
|
Żieda fil-manodopera għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni
|
Q3
|
2024
|
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni jingħata l-opportunità li jżid il-manodopera tiegħu minn 10% għal 15% tal-ħaddiema tal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni.
|
|
4.2
|
Ir-Riforma 1.
Żvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-qafas kontra l-korruzzjoni
|
Ħatra ta’ kap ġdid għall-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni
|
Q2
|
2024
|
Jinħatar kap ġdid tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni wara proċedura tal-għażla f’konformità mal-Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni
|
|
4.3
|
Ir-Riforma 1.
Żvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-qafas kontra l-korruzzjoni
|
Żieda fil-manodopera għall-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni
|
Q1
|
2025
|
In-numru tal-persunal ta’ mħallfin tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni (HACC) jiżdied b’60%, u n-numru tal-apparat tal-HACC jiżdied b’40%.
|
|
4.4
|
Ir-Riforma 2.
Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali u tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali emendati
|
Q3
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġijiet tal-Ukrajna dwar l-emendar tal-Kodiċi Kriminali tal-Ukrajna u l-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna. Il-Liġijiet jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- it-titjib tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw sentenza fuq talba tal-partijiet;
- il-kanċellazzjoni tal-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess miż-żmien tar-reġistrazzjoni tal-proċedimenti kriminali san-notifika tas-suspett;
- il-miżuri li jippermettu li jiġu deċiżi ċerti kawżi minn imħallef uniku tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni.
|
|
4.5
|
Ir-Riforma 2.
Titjib tal-qafas legali għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni
|
Adozzjoni ta’ Strateġija ġdida Kontra l-Korruzzjoni u Programm Statali Kontra l-Korruzzjoni għall-perjodu wara l-2025
|
Q2
|
2026
|
L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni mill-Parlament u l-Gvern rispettivament ta’ Strateġija Kontra l-Korruzzjoni u ta’ Programm tal-Istat Kontra l-Korruzzjoni għall-implimentazzjoni tiegħu li jkopri l-perjodu wara l-2025.
|
|
4.6
|
Ir-Riforma 2.
Titjib tal-qafas ġuridiku għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni.
|
Adozzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Irkupru tal-Assi għall-2023–2025
|
Q3
|
2024
|
Adozzjoni u pubblikazzjoni fuq il-website tal-Kabinet tal-Ministri ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Irkupru tal-Assi għall-2023-2025.
|
|
4.7
|
Ir-Riforma 2.
Titjib tal-qafas ġuridiku għal ġlieda aktar effettiva kontra l-korruzzjoni.
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tirriforma l-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi
|
Q1
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi li tirriforma l-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- proċedura tal-għażla trasparenti u bbażata fuq il-mertu għall-kap tal-aġenzija, inkluż kontroll kredibbli tal-integrità u l-professjonaliżmu;
- sistema esterna indipendenti ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni;
- proċedura trasparenti għall-ġestjoni u l-bejgħ ta’ assi sekwestrati taħt il-kontroll tal-aġenzija.
|
|
4.8
|
Ir-Riforma 3.
Miżuri kontra l-ħasil tal-flus
|
Twettiq tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss
|
Q4
|
2025
|
Tħejjija u implimentazzjoni tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss f’konformità mal-Metodoloġija aġġornata għall-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu fl-Ukrajna
|
|
4.9
|
Ir-Riforma 3. Miżuri kontra l-ħasil tal-flus
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu bankarju personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali
|
Q2
|
2027
|
Id-dħul fis-seħħ tal-qafas legali meħtieġ għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-individwi u l-kaxxi tad-depożiti bankarji personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet ġuridiċi f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/JHA, u d-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849, li temenda l-leġiżlazzjoni Ukrena dwar it-Taxxa, il-Banek, l-AML, is-suq kapitali u s-servizzi ta’ pagament.
|
|
4.10
|
Ir-Riforma 3. Miżuri kontra l-ħasil tal-flus.
|
Is-software u l-hardware meħtieġa għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu tal-bank personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali huwa operazzjonali
|
Q2
|
2027
|
Is-software u l-hardware meħtieġa għar-reġistru tal-kontijiet bankarji għal individwi u kaxxi ta’ depożitu tal-bank personali, u r-reġistru tal-kontijiet bankarji għall-entitajiet legali huwa operazzjonali.
|
C.5. SWIEQ FINANZJARJI
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jiġi sfruttat il-potenzjal tas-settur finanzjarju tal-Ukrajna li jixpruna t-tkabbir ekonomiku u jappoġġa l-irkupru, permezz tal-monitoraġġ tas-saħħa tas-settur bankarju biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, isaħħaħ il-qafas regolatorju bl-allinjament mal-istandards tal-UE, jindirizza s-self improduttiv, u jtejjeb ir-regolamentazzjoni tas-swieq kapitali.
Ir-Riforma 1. Valutazzjoni tas-settur bankarju
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li terġa’ lura għall-proċess ta’ valutazzjoni regolari, tidentifika vulnerabbiltajiet potenzjali fi ħdan il-banek ewlenin, u tiġi żgurata r-reżiljenza tas-sistema bankarja fl-Ukrajna.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Il-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna għandu jwettaq valutazzjoni tar-reżiljenza tal-akbar banek li tinkludi ttestjar tal-istress fix-xenarju avvers kif ukoll Analiżi tal-Kwalità tal-Assi indipendenti.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 2. It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu stabbiliti l-prinċipji għall-bejgħ tal-banek tal-Istat u l-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fis-settur bankarju.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, leġiżlazzjoni aġġornata għandha tistabbilixxi prinċipji gwida għall-bejgħ ta’ ishma ta’ sjieda li jvarjaw fl-SOBs, filwaqt li tipprovdi wkoll il-flessibbiltà għal akkwist sħiħ. It-tieni, għandha tiġi adottata strateġija, bi tħejjija għal tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fl-SOBs.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 3. Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb ir-riżoluzzjoni ta’ self improduttiv (non-performing loans, NPLs).
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta strateġija għar-riżoluzzjoni tal-NPLs, li tiffoka fuq ir-rekwiżiti prudenzjali u ttejjeb il-qafas għar-ristrutturar u r-riżoluzzjoni tal-NPL. It-tieni, l-emendi leġiżlattivi sussegwenti għal-liġijiet rilevanti għandhom jiġu adottati, u jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-istrateġija.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 4. Kapaċità mtejba tal-awtorità superviżorja finanzjarja
L-għan ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb ir-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u s-swieq tal-prodotti bażiċi organizzati.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u s-swieq tal-prodotti bażiċi organizzati, allinjata mal-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (International Organization of Securities Commissions, IOSCO).
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
5.1
|
Ir-Riforma 1.
Valutazzjoni tas-settur bankarju
|
Valutazzjoni ppubblikata tar-Reżiljenza fis-sistema bankarja
|
Q1
|
2026
|
Il-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna (National Bank of Ukraine, NBU) jippubblika l-Valutazzjoni tar-Reżiljenza tal-akbar banek fis-sistema bankarja (f’termini ta’ assi) li tinkludi ttestjar tal-istress fix-xenarju avvers, u r-riżultati ta’ Analiżi tal-Kwalità tal-Assi indipendenti jekk il-kundizzjonijiet jippermettu li dan jitwettaq.
|
|
5.2
|
Ir-Riforma 2.
It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-prinċipji għall-bejgħ ta’ banek tal-Istat
|
Q3
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar il-bejgħ ta’ banek tal-Istat, jiġifieri, il-Liġi tal-Ukrajna “Dwar iċ-Ċessjoni ta’ Parteċipazzjonijiet Azzjonarji tal-Istat fil-Kapital tal-Banek tal-Karta li Jiddeduċu Rikapitalizzazzjoni mill-Istat” Nru 4524-VI datata 2012. Il-leġiżlazzjoni riveduta għandha tiffaċilita l-bejgħ ta’ ishma ta’ sjieda li jvarjaw fil-banek tal-Istat (State-owned banks - SOBs), filwaqt li tipprovdi wkoll il-flessibbiltà għal akkwist sħiħ. Il-prinċipji fundamentali li jiggwidaw il-bejgħ tal-SOBs se jiġu żviluppati permezz ta’ diskussjonijiet kollaborattivi u b’kunsens mad-donaturi internazzjonali.
|
|
5.3
|
Ir-Riforma 2.
It-tnaqqis tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju
|
Adozzjoni tal-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fis-settur bankarju
|
Q2
|
2026
|
L-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Gvern jew ta’ xi att legali ieħor tal-Gvern li t/jadotta l-istrateġija ta’ riforma għall-SOBs, li tistabbilixxi tnaqqis gradwali fis-sjieda tal-istat fis-settur bankarju. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- is-saħħa finanzjarja u l-istabbiltà;
- il-ġestjoni tas-self li ma jrendix;
- il-mitigazzjoni tar-riskji fiskali;
- it-titjib tal-governanza bankarja u l-effiċjenza operazzjonali;
- titjib tal-valur bankarju, vijabbiltà fit-tul, u stadji lejn il-privatizzazzjoni (meta rilevanti).
|
|
5.4
|
Ir-Riforma 3.
Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix
|
Adozzjoni tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix
|
Q2
|
2025
|
Adozzjoni tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix f’konformità mal-prattiki rilevanti tal-UE. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- it-tisħiħ tar-rekwiżiti prudenzjali għar-rikonoxximent u r-riżoluzzjoni tal-NPL;
- l-iskambju ta’ data dwar l-NPLs u data rilevanti oħra tas-suq bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-aġenziji tal-istat biex tittejjeb ir-riżoluzzjoni tal-NPL;
- rieżami tal-ostakli potenzjali u l-iżvilupp ta’ miżuri biex jittejjeb il-qafas tar-ristrutturar u tar-riżoluzzjoni tal-NPL.
|
|
5.5
|
Ir-Riforma 3.
Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix
|
Id-dħul fis-seħħ tal-atti legali biex tittejjeb ir-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix
|
Q2
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-atti legali li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix li jtejbu s-sistema tar-riżoluzzjoni tal-NPLs.
|
|
5.6
|
Ir-Riforma 4.
Kapaċità mtejba tal-awtorità superviżorja finanzjarja
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u għas-suq tal-komoditajiet organizzati
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-istat għas-swieq kapitali u għas-swieq tal-komoditajiet organizzati u li tallinjaha mal-istandards IOSCO. Dan jirreferi għall-kapaċità tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar is-Swieq tat-Titoli u l-Ishma (National Commission on Securities and Stock Market - NSSMC) li topera mingħajr influwenza esterna, b’mod partikolari minn pressjonijiet politiċi jew industrijali, tieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq il-liġi u fuq l-aħjar interessi tal-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investituri, aktar milli fuq interessi esterni, u jkollha mekkaniżmi ta’ infurzar b’saħħithom u kooperazzjoni internazzjonali.
|
C.6. ĠESTJONI TAL-ASSI PUBBLIĊI
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jtejjeb il-politika tas-sjieda tal-istat, il-governanza korporattiva u l-ġestjoni tal-intrapriżi tal-istat (state-owned enterprises - SOEs) tal-Ukrajna kif ukoll li jarmonizza l-qafas tal-Għajnuna mill-Istat mal-acquis tal-UE. Dan iservi biex titjieb it-trasparenza u l-effiċjenza u jgħin biex jitjiebu l-kundizzjonijiet ekwi mas-settur privat.
Ir-Riforma 1. Adozzjoni ta’ politika ta’ sjieda mill-istat
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi adottata politika ta’ sjieda mill-istat li tirrifletti l-prijoritajiet fit-tul u tal-gvern kollu tas-sjieda tal-SOEs. It-triage tal-SOEs għandu jiġġedded skont il-prinċipji stabbiliti fil-politika tas-sjieda mill-Istat. It-triage tal-SOEs għandu jirriżulta f’lista ta’ SOEs li se jibqgħu fis-sjieda tal-Istat għax huma strateġiċi, lista ta’ SOEs li se jiġu proposti għall-privatizzazzjoni, li tindika wkoll l-SOEs kollha li huma temporanjament ipprojbiti milli jiġu privatizzati minħabba l-liġi marzjali f’subtaqsima ddedikata, u lista ta’ SOEs li se jiġu likwidati.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Hija tinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tintroduċi l-politika ta’ sjieda mill-Istat, u l-pubblikazzjoni tat-triage tal-SOEs.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.
Ir-Riforma 2. Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-forma ġuridika tal-intrapriża unitarja tal-istat għal forom aktar orjentati lejn il-kummerċ, li trawwem qafas ta’ governanza aktar effiċjenti u trasparenti għall-intrapriżi tal-Istat (SOEs) permezz tat-tisħiħ tal-istandards u l-implimentazzjoni tal-governanza korporattiva fl-ogħla SOEs.
Ir-riforma għandha erba’ stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ liġi ġdida li ttejjeb il-governanza korporattiva tal-SOEs filwaqt li tqis il-linji gwida tal-OECD, inkluż billi tiddefinixxi s-setgħat tal-bordijiet superviżorji tal-SOEs. It-tieni, jinħatru bordijiet superviżorji b’maġġoranza ta’ membri indipendenti mill-inqas fl-ewwel 15-il SOE ewlenija maġġuri. It-tielet, l-Ukrajna tikkorporatizza mill-inqas l-ewwel 15-il SOE ewlenija maġġuri jew bħala kumpaniji b’ishma konġunti jew kumpaniji b’responsabbiltà limitata. Ir-raba’, l-awtoritajiet jissottomettu l-ewwel rapport annwali li juri li l-prinċipji tal-governanza korporattiva huma segwiti kif xieraq.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
Ir-Riforma 3. Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jissaħħu l-kundizzjonijiet ekwi mas-settur privat, kif ukoll li jkun hemm aktar konverġenza mal-acquis tal-UE permezz ta’ separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet marbuta ma’ Obbligi ta’ Servizz Pubbliku (OSP) minn attivitajiet mhux ta’ OSP.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta u tippubblika Pjan Direzzjonali li jiddefinixxi l-istadji meħtieġa għas-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-kontijiet bejn l-attivitajiet ta’ OSP u dawk mhux ta’ OSP għall-SOEs kollha involuti f’OSP. It-tieni, id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tallinja mad-Direttiva 2006/111 tal-Kummissjoni Ewropea, li se tiżgura li s-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-kontijiet bejn l-attivitajiet ta’ OSP u dawk mhux ta’ OSP tiġi definita u implimentata. It-tielet, l-Ukrajna għandha tippubblika rapport tal-awditjar indipendenti dwar l-SOEs involuti fl-OSP, inkluż dwar l-implimentazzjoni tas-separazzjoni tal-kontijiet u l-konformità tas-suq dwar is-sussidjar reċiproku.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2027.
Ir-Riforma 4. Qafas imtejjeb għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li titneħħa s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u li l-qafas ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat jiġi allinjat ma’ dak tal-UE, li jirriżulta f’aktar trasparenza dwar il-finanzjament tal-SOEs mill-Istat.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, inkluż fir-rigward ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, flimkien mat-tneħħija sħiħa tas-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mill-Kumitat għall-Antimonopolju tal-Ukrajna.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
6.1
|
Ir-Riforma 1.
Adozzjoni ta’ politika ta’ sjieda mill-istat
|
Adozzjoni tal-politika ta’ sjieda mill-istat u tat-triage tal-intrapriżi tal-istat
|
Q4
|
2024
|
L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-Approvazzjoni tal-Politika Ġenerali tas-Sjieda mill-Istat u t-“triage” tal-SOEs. Il-Politika ta’ Sjieda mill-Istat tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-elenkar tal-objettivi tal-politika pubblika li l-SOEs huma meħtieġa jilħqu;
- id-deskrizzjoni tar-rwol tal-istat fil-governanza tal-SOEs; - kif l-istat se jimplimenta l-politika ta’ sjieda tiegħu; u r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi ta’ dawk l-awtoritajiet tal-gvern involuti fl-implimentazzjoni tagħha;
- id-definizzjoni tar-raġunijiet kumplessivi biex l-SOEs jinżammu taħt sjieda tal-Istat u dawn ir-raġunijiet jiġu soġġetti għal rieżamijiet regolari;
- l-istabbiliment ta’ prijoritajiet fit-tul u tal-gvern sħiħ tas-sjieda tal-SOEs;
- id-definizzjoni tal-politika tad-dividendi, il-politika ta’ remunerazzjoni għall-membri tal-bordijiet superviżorji u l-maniġers.
Il-politika tas-sjieda tippermetti l-implimentazzjoni tar-riformi tal-governanza korporattiva tal-OECD fil-kumpaniji tad-DSO biex tittejjeb il-kompetizzjoni fis-swieq tal-gass naturali.
It-triage tal-SOEs iwassal għall-eżiti li ġejjin:
- lista ta’ SOEs li se jibqgħu fis-sjieda tal-Istat għax strateġiċi;
- lista ta’ SOEs li se jiġu proposti għall-privatizzazzjoni, li tindika wkoll l-SOEs kollha li huma temporanjament ipprojbiti milli jiġu privatizzati matul il-liġi marzjali f’subtaqsima ddedikata;
- lista ta’ SOEs li se jiġu likwidati.
|
|
6.2
|
Ir-Riforma 2.
Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-governanza korporattiva tal-intrapriżi tal-istat
|
Q2
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi l-ġdida dwar il-governanza korporattiva tal-SOEs b’konsiderazzjoni tal-linji gwida tal-OECD dwar il-governanza korporattiva. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- id-definizzjoni tas-setgħat tal-bordijiet superviżorji tal-SOEs biex jaħtru u jkeċċu s-CEOs;
- id-definizzjoni tas-setgħat tal-bordijiet superviżorji tal-SOEs biex japprovaw id-dokumenti strateġiċi, ta’ investiment u tal-pjanijiet finanzjarji tal-SOEs;
- l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni annwali għall-bordijiet superviżorji tal-SOEs.
|
|
6.3
|
Ir-Riforma 2.
Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat
|
Ħatra ta’ bordijiet Superviżorji ta’ intrapriżi tal-istat b’maġġoranza ta’ membri indipendenti
|
Q2
|
2026
|
Il-bordijiet superviżorji b’maġġoranza ta’ membri indipendenti jinħatru fil-każ ta’ mill-inqas 15-il SOE mil-lista tal-SOEs ewlenin maġġuri, approvati mid-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri. In-nomina tal-membri tal-Bord Superviżorju ssir permezz ta’ proċess ta’ għażla kompetittiv, abbażi ta’ proċeduri miftiehma u fis-seħħ fil-mument tal-bidu tal-għażla.
|
|
6.4
|
Ir-Riforma 2.
Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat
|
Korporatizzazzjoni ta’ intrapriżi ewlenin tal-istat
|
Q3
|
2026
|
Mill-inqas 15-il SOE mil-lista tal-SOEs ewlenin maġġuri approvati minn deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri huma korporatizzati bħala kumpaniji b’ishma konġunti jew bħala kumpaniji b’responsabbiltà limitata.
|
|
6.5
|
Ir-Riforma 2.
Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat
|
Sottomissjoni ta’ rapport li juri li l-prinċipji tal-governanza korporattiva huma segwiti kif xieraq
|
Q4
|
2027
|
L-ewwel rapport annwali bir-riżultati finanzjarji u operazzjonali li juru li l-prinċipji tal-governanza korporattiva jkun qegħdin jiġu segwiti kif xieraq jiġi kondiviż mal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport jivvaluta wkoll l-indipendenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-bordijiet Superviżorji, b’mod partikolari f’mill-inqas 15-il SOE mil-lista tal-SOEs ewlenin ewlenin, inkluż jekk id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet strateġiċi u l-ħatriet maniġerjali jeħtiġux kunsens de facto mill-gvern.
Qabel l-awditu, jiġu stabbiliti u infurzati l-prinċipji ewlenin li ġejjin tal-governanza korporattiva:
- ir-rwoli tal-Kabinett tal-Ministri, tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Ministeru tal-Ekonomija jiġu definiti b’mod ċar, u s-sorveljanza tal-Parlament tiġi infurzata;
- il-mandat u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-entitajiet ta’ ġestjoni tal-SOEs konsolidati jiġu definiti b’mod ċar f’konformità sħiħa mal-Politika tas-Sjieda mill-Istat;
- il-kunsiderazzjonijiet tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi huma inkorporati fl-aqwa karti tal-SOEs (u, jekk ikun meħtieġ f’dawk tal-entitajiet ta’ ġestjoni kkonsolidati tal-SOEs);
- il-karti ewlenin tal-SOEs, meta meħtieġa, huma mtejba f’konformità mal-prinċipji tar-riforma tal-governanza korporattiva, inkluż biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-bordijiet superviżorji fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
|
|
6.6
|
Ir-Riforma 3.
Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat
|
Adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP
|
Q1
|
2025
|
L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-Pjan Direzzjonali li jiddefinixxi l-istadji għas-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-attivitajiet ta’ OSP u mhux ta’ OSP għall-SOEs kollha involuti f’OSP. Il-Pjan Direzzjonali huwa bbażat fuq il-livell attwali identifikat ta’ adozzjoni ta’ approċċi kontabilistiċi meħtieġa u jinkludi stadji operazzjonali għas-separazzjoni tal-kontijiet għall-kumpaniji fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-bidliet meħtieġa. Il-Pjan Direzzjonali jiddeskrivi kif is-separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet tal-OSP u dawk mhux ta’ OSP se titwettaq fl-ewwel SOEs ewlenin maġġuri kollha approvati bid-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri.
|
|
6.7
|
Ir-Riforma 3.
Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat
|
Id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni identifikata fil-Pjan Direzzjonali adottat taħt l-istadju 6.6 biex tallinja mad-Direttiva 2006/111 tal-Kummissjoni Ewropea, li se tiżgura li s-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-kontijiet bejn l-attivitajiet tal-OSP u dawk mhux ta’ OSP tiġi definita u implimentata fl-SOEs ewlenin kollha approvati mid-deċiżjoni dwar il-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri li huma involuti f’OSP.
|
|
6.8
|
Ir-Riforma 3.
Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta’ OSP f’intrapriżi tal-istat
|
Sottomissjoni ta’ rapport tal-awditjar li jikkonferma s-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP
|
Q3
|
2027
|
Sottomissjoni ta’ rapport tal-awditjar indipendenti mwettaq minn kumpanija tal-awditjar li tkun parti min-network internazzjonali tal-awditjar u, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikollha d-dritt twettaq awditu obbligatorju tar-rapporti finanzjarji ta’ intrapriżi ta’ interess pubbliku. Tali rapport fih valutazzjoni dettaljata dwar l-oqsma li ġejjin għall-SOEs ewlenin ewlenin approvati mid-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri, involuti fl-OSP:
- l-implimentazzjoni tas-separazzjoni tal-kontijiet;
- il-konformità tas-suq dwar is-sussidjar reċiproku;
- id-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għal kull SOE;
- il-kostijiet, il-flussi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-obbligi tas-Servizz Pubbliku.
|
|
6.9
|
Ir-Riforma 4.
Qafas imtejjeb għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar l-għajnuna mill-Istat u sospensjoni sħiħa tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar l-għajnuna mill-Istat, inklużi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, flimkien man-nuqqas ta’ sospensjoni totali tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mill-Kumitat Kontra l-Monopolju tal-Ukrajna, bl-eċċezzjoni tar-rikapitalizzazzjoni mill-Istat ta’ banek sistemikament importanti li jkollhom approvazzjoni tas-segretezza tal-istat għall-finanzjament tal-industrija tad-difiża għat-tul tal-liġi marzjali. Il-liġi se tippermetti wkoll skemi ta’ għajnuna speċifiċi xierqa għall-appoġġ lill-SMEs ipprovduti skont il-liġi marzjali.
|
C.7. KAPITAL UMAN
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jiġu ppreżentati r-riformi meqjusa meħtieġa biex titwaqqaf l-erożjoni tal-kapital uman ta’ dawn l-aħħar snin, filwaqt li fl-istess ħin tiġi stabbilita bażi għal proċess ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni sostenibbli.
Ir-Riforma 1. Edukazzjoni vokazzjonali aħjar
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiżgura li l-edukazzjoni tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-irkupru tal-pajjiż permezz tal-espansjoni tal-kapaċità istituzzjonali tal-entitajiet edukattivi biex jipprovdu edukazzjoni vokazzjonali formali u mhux formali, u r-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni vokazzjonali, il-partijiet ikkonċernati nazzjonali/lokali u internazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli tal-kapital uman fl-Ukrajna.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi d-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-edukazzjoni vokazzjonali.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 2. Edukazzjoni preprimarja aħjar
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żgurat aċċess għal edukazzjoni preprimarja ta’ kwalità bl-għan li jiżdied l-involviment tan-nisa bi tfal preprimarji fis-suq tax-xogħol.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi d-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-edukazzjoni vokazzjonali.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 3. Sistema mtejba ta’ riabilitazzjoni għall-persuni b’diżabilità
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb is-sistema ta’ riabilitazzjoni u li tippermetti valutazzjoni usa’ tal-ħtiġijiet tan-nies permezz ta’ sistema elettronika ġdida.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni għall-allinjament mal-istandards internazzjonali għall-kejl tal-funzjonament, id-diżabilità u s-saħħa, u l-introduzzjoni ta’ sistema elettronika li jkun fiha informazzjoni dwar il-ħtiġijiet tal-individwu u li toffri awtomatikament servizzi skont il-ħtiġijiet identifikati.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 4. Tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiffaċilita t-tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili, inkluża l-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja soċjali u ekonomika.
Ir-riforma għandha stadju wieħed, jiġifieri d-dħul fis-seħħ tal-miżuri leġiżlattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ tranżizzjoni u s-servizzi assoċjati.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 5. Infrastruttura soċjali mtejba u deistituzzjonalizzazzjoni
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb il-benesseri tat-tfal, tal-persuni b’diżabilità u tal-anzjani fis-sistema tal-kura pubblika.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi l-adozzjoni ta’ żewġ strateġiji għar-riforma tal-istituzzjonijiet psikonewroloġiċi u istituzzjonijiet residenzjali oħra u d-deistituzzjonalizzazzjoni tal-kura tat-tfal, tal-persuni b’diżabilità u tal-anzjani.
Ir-riforma hija mistennija li titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.
Ir-Riforma 6. Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament aħjar tas-suq tax-xogħol.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tiġi adottata strateġija li timmira lejn li ttejjeb is-sitwazzjoni demografika tal-Ukrajna sal-2040, inkluż it-tnaqqis tal-mortalità prematura, u li jingħelbu x-xejriet negattivi tal-migrazzjoni. It-tieni, għandha tiġi adottata strateġija dwar l-impjiegi tal-popolazzjoni li tipproponi miżuri biex jiġu aġġornati l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol tal-Ukrajna, bħall-aċċess simplifikat għas-suq tax-xogħol, u servizz tal-impjiegi statali riformat.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 7. Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żviluppat il-qafas ta’ sistema tal-akkomodazzjoni soċjali.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi prijoritajiet ewlenin għall-politika tal-akkomodazzjoni tal-Ukrajna, bħall-ħtieġa għat-trasparenza, l-aċċessibbiltà għall-gruppi l-aktar vulnerabbli, jew il-ħolqien ta’ skemi ta’ għajnuna. It-tieni, għandha tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi fond għall-akkomodazzjoni soċjali.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 8. Sigurtà soċjali aħjar
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb il-forniment ta’ servizzi soċjali pubbliċi, permezz tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi għall-akkwist ta’ ċerti servizzi soċjali minn fornituri rreġistrati.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni li tirriforma s-sistema tal-akkwist soċjali għas-servizzi soċjali, tbiddel il-mudell ta’ finanzjament għal mudell ta’ xiri orjentat lejn ir-riżultati tas-servizzi soċjali, u tinċentiva l-forniment ta’ servizzi soċjali li normalment ma jkunux iffinanzjati mill-komunità.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 9. Żvilupp kulturali aħjar
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tippromwovi l-wirt kulturali tal-Ukrajna.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi l-adozzjoni ta’ strateġija li tistabbilixxi għanijiet prijoritarji bħat-titjib tal-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-offerta kulturali tal-Ukrajna, kif ukoll il-bini tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet kulturali tal-Ukrajna.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.
L-Investiment 1. Investimenti fl-edukazzjoni
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb l-aċċess għal edukazzjoni pubblika sikura u ta’ kwalità.
L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 300 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta’ kwalità għas-snin 2024 u 2025. It-tieni, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 650 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta’ kwalità għas-snin 2024, 2025, 2026, u 2027.
L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
L-Investiment 2. Investimenti fil-kura tas-saħħa
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika tal-Ukrajna.
L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, u l-forniment ta’ tagħmir għall-analiżi medika, il-kirurġija, u l-kura tal-pazjenti għas-snin 2024 u 2025. It-tieni, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 400 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, u l-forniment ta’ tagħmir għall-analiżi medika, il-kirurġija, u l-kura tal-pazjenti għas-snin 2024, 2025, 2026 u 2027.
L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
L-Investiment 3. Investimenti fl-infrastruttura soċjali
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jsaħħaħ l-infrastruttura soċjali tal-Ukrajna.
L-investiment għandu stadju wieħed. Jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 350 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għar-restawr, il-kostruzzjoni (kostruzzjoni ġdida, rikostruzzjoni, tiġdid, restawr) tal-infrastruttura soċjali li saritilha ħsara/inqerdet.
L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
L-Investiment 4. Investimenti f’kumpens għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara jew meqruda
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u jtejjeb il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-akkomodazzjoni.
L-investiment għandu stadju wieħed. Dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 600 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-kumpens imħallas lil persuni li l-akkomodazzjoni tagħhom saritilha ħsara jew inqerdet bħala riżultat tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja.
L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
L-Investiment 5. Investimenti fil-forniment ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jtejjeb l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u jtejjeb il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-akkomodazzjoni b’enfasi partikolari fuq il-veterani, b’diżabilità, il-membri tal-familji tagħhom u l-persuni spostati internament (internally displaced persons - IDPs).
L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-forniment ta’ akkomodazzjoni għal persuni b’diżabilità tal-grupp I-II għas-snin 2024 u 2025. It-tieni, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 450 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-forniment ta’ akkomodazzjoni għal persuni b’diżabilità tal-grupp I-II għas-snin 2024, 2025, 2026 u 2027.
L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
7.1
|
Ir-Riforma 1.
Edukazzjoni vokazzjonali aħjar
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni vokazzjonali
|
Q2
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi tal-Ukrajna “Dwar l-Edukazzjoni Vokazzjonali.” Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- jiġu definiti regoli ġusti għall-funzjonament tal-entitajiet edukattivi fis-suq tas-servizzi edukattivi fil-qasam tal-edukazzjoni vokazzjonali;
- il-kapaċità istituzzjonali tal-entitajiet edukattivi li jipprovdu edukazzjoni vokazzjonali formali u mhux formali tiġi estiża;
- ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni vokazzjonali, il-partijiet ikkonċernati nazzjonali/lokali u internazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli tal-kapital uman fl-Ukrajna jkunu definiti b’mod ċar.
|
|
7.2
|
Ir-Riforma 2.
Edukazzjoni preprimarja aħjar
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni preprimarja
|
Q1
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar l-Edukazzjoni Preprimarja” f’allinjament mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2019 dwar l-Edukazzjoni Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- garanziji ta’ aċċess għall-edukazzjoni preprimarja għat-tfal ta’ età bikrija u preprimarja;
- regoli ġusti għall-funzjonament tal-entitajiet edukattivi fis-suq tas-servizzi edukattivi fil-qasam tal-edukazzjoni preprimarja;
- kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-impjegati fil-qasam tal-edukazzjoni preprimarja;
- ir-regoli għall-funzjonament ta’ network flessibbli u effiċjenti ta’ fornituri tal-edukazzjoni preprimarja.
|
|
7.3
|
Ir-Riforma 3.
Sistema mtejba ta’ riabilitazzjoni għall-persuni b’diżabilità
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riabilitazzjoni ta’ persuni b’diżabilità
|
Q4
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar l-Emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar ir-Riabilitazzjoni ta’ Persuni b’Diżabilità fl-Ukrajna”.
Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-użu tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Funzjonament, tad-Diżabilità u tas-Saħħa;
- l-introduzzjoni ta’ sistema elettronika li jkun fiha informazzjoni dwar il-ħtiġijiet tal-individwu u toffri awtomatikament servizzi skont il-ħtiġijiet identifikati (soċjali, mediċi, u oħrajn).
|
|
7.4
|
Ir-Riforma 4.
Tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili
|
Q3
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna dwar il-Politika tal-Veterani tal-Istat, inkluża l-introduzzjoni ta’ sistema mit-tranżizzjoni mis-servizz militari għall-ħajja ċivili. Il-liġi se tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- riabilitazzjoni u kura medika, inkluż l-assistenza psikoloġika;
- programmi ta’ taħriġ, taħriġ mill-ġdid u żvilupp professjonali;
- kundizzjonijiet meħtieġa għall-impjieg tal-veterani bħala kategorija separata;
- miżuri ta’ appoġġ għan-negozji tal-veterani.
|
|
7.5
|
Ir-Riforma 5.
Infrastruttura soċjali mtejba u deistituzzjonalizzazzjoni
|
Adozzjoni tal-Istrateġija għar-riforma tal-Istituzzjonijiet Psikonewroloġiċi, Istituzzjonijiet residenzjali Oħra u Deistituzzjonalizzazzjoni tal-Kura tal-Persuni b’Diżabilità, u l-Persuni Anzjani u tal-Istrateġija għall-Iżgurar tad-Dritt tat-Tfal Kollha fl-Ukrajna biex Jikbru f’Ambjent tal-Familja għall-2024-2028
|
Q4
|
2024
|
Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri “Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija għar-Riforma tal-Istituzzjonijiet Psikonewroloġiċi, Istituzzjonijiet Residenzjali Oħra u d-Deistituzzjonalizzazzjoni tal-Kura tal-Persuni b’Diżabilità u l-Persuni Anzjani” u tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri “Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija għall-iżgurar tad-Dritt tat-tfal Kollha fl-Ukrajna biex jikbru f’ambjent tal-familja għall-2024-2028”. L-istrateġiji jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-iżvilupp ta’ servizzi soċjali biex jappoġġaw familji bit-tfal, persuni b’diżabilità u persuni anzjani biex jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità u jipprevjenu l-istituzzjonalizzazzjoni;
- l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ għajxien assistit għal persuni b’diżabilità u persuni anzjani li jkunu jeħtieġu appoġġ addizzjonali;
- l-għoti ta’ forom ta’ trobbija bbażati fuq il-familja (pereż. foster care, tutela, u adozzjoni) għat-tfal li jsibu ruħhom mingħajr kura tal-ġenituri.
|
|
7.6
|
Ir-Riforma 6.
Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol
|
Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Demografiku għall-perjodu sal-2040
|
Q3
|
2024
|
Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna “Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija Demografika tal-Ukrajna għall-Perjodu sal-2040”. L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- it-titjib tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-fertilità;
- it-tnaqqis tal-mortalità prematura, speċjalment fost l-irġiel fl-età tax-xogħol;
-li jingħelbu x-xejriet negattivi tal-migrazzjoni, permezz tar-ritorn tal-migranti sfurzati, billi jiġu attirati rappreżentanti tad-dijaspora barranija lejn l-Ukrajna, eċċ.;
- il-promozzjoni tal-lonġevità attiva;
- il-ħolqien ta’ prekundizzjonijiet tal-infrastruttura u tas-sigurtà għat-titjib tas-sitwazzjoni demografika.
|
|
7.7
|
Ir-Riforma 6.
Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol
|
Adozzjoni tal-Istrateġija dwar l-Impjiegi tal-Popolazzjoni
|
Q2
|
2026
|
Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-Istrateġija għall-Impjiegi tal-Popolazzjoni. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għall-impjieg, inkluż permezz tal-intraprenditorija u b’enfasi partikolari fuq in-nisa;
- simplifikazzjoni tal-aċċess għas-suq tax-xogħol;
- taħriġ mill-ġdid u rekwalifikazzjoni;
- riforma tas-servizz tal-impjiegi tal-istat;
- riforma tat-tbassir tas-suq tax-xogħol;
- inċentivi biex jiġi attirat lejn is-suq tax-xogħol Ukren talent barrani, imprendituri barranin, persunal b’ħiliet għolja u ħaddiema u studenti.
|
|
7.8
|
Ir-Riforma 7.
Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Prinċipji Bażiċi tal-Politika dwar l-Akkomodazzjoni
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar il-Prinċipji Bażiċi tal-Politika dwar l-Akkomodazzjoni”. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-aċċessibbiltà għall-akkomodazzjoni għall-aktar kategoriji ta’ ċittadini vulnerabbli għandha ssir il-prinċipju ewlieni fil-forniment tal-akkomodazzjoni;
- il-ħolqien ta’ diversi mekkaniżmi ta’ għajnuna għaċ-ċittadini b’kapaċitajiet finanzjarji differenti u d-determinazzjoni tal-kriterji għall-aċċess għalihom;
- ir-regolamentazzjoni tal-bażi legali għall-introduzzjoni tal-kiri ta’ akkomodazzjoni komunali, il-kiri ta’ akkomodazzjoni komunali bid-dritt ta’ xiri;
- il-ħolqien ta’ sistema trasparenti għar-reġistrazzjoni tal-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni taċ-ċittadini biex jiġi żgurat rispons fil-pront fil-livell lokali;
- il-ħolqien ta’ qafas trasparenti għall-monitoraġġ mill-pubbliku, mis-soċjetà ċivili u mill-komunità internazzjonali.
|
|
7.9
|
Ir-Riforma 7.
Żgurar tal-aċċess għall-akkomodazzjoni għall-persuni fil-bżonn
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Fond għall-Akkomodazzjoni Soċjali
|
Q4
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna dwar l-Emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar il-Fond għall-Akkomodazzjoni Soċjali” (jew il-verżjoni l-ġdida ta’ din il-Liġi). Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-istabbiliment ta’ qafas istituzzjonali biex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali;
- l-istabbiliment ta’ sistema trasparenti għall-monitoraġġ tal-ħtiġijiet taċ-ċittadini biex jiġi żgurat rispons fil-pront fil-livell lokali;
- l-istabbiliment ta’ qafas trasparenti għall-monitoraġġ mill-pubbliku, mis-soċjetà ċivili u mill-komunità internazzjonali;
- it-titjib tal-kapaċità tal-qafas istituzzjonali biex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali;
- it-titjib tar-regoli għall-istabbiliment u tat-tħaddim tal-akkomodazzjoni soċjali, inkluż l-iżgurar tal-konformità mal-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza, u standards oħra.
|
|
7.10
|
Ir-Riforma 8.
Sigurtà soċjali aħjar
|
Adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar l-akkwiżizzjoni tas-servizzi soċjali
|
Q2
|
2025
|
Adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar ix-xiri ta’ servizzi soċjali għad-detriment tal-baġit tal-istat. Ir-Riżoluzzjoni hija fiskalment newtrali u bl-ebda mod ma tħalli impatt fuq is-sostenibbiltà tad-dejn tal-Ukrajna u tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- it-tranżizzjoni mill-finanzjament tal-istituzzjonijiet għal mudell ta’ xiri orjentat lejn ir-riżultati tas-servizzi soċjali;
- l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu għax-xiri ta’ ċerti servizzi soċjali minn fornituri ta’ servizzi soċjali pubbliċi u privati rreġistrati abbażi ta’ standards u kriterji stabbiliti tas-servizzi soċjali għall-fornituri.
|
|
7.11
|
Ir-Riforma 9.
Żvilupp kulturali aħjar
|
Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Kultura Ukrena
|
Q1
|
2025
|
Adozzjoni ta’ Ordni mill-Kabinett tal-Ministri li tapprova l-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Kultura Ukrena. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- il-preservazzjoni, is-salvagwardja, u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u l-proprjetajiet tal-poplu Ukren bħala parti integrali miż-żona kulturali komuni Ewropea, il-preservazzjoni tat-tifkira nazzjonali;
- l-għoti ta’ servizzi kulturali ta’ kwalità għolja u aċċessibbli u opportunitajiet għall-awtorealizzazzjoni kreattiva tan-nies;
- il-bini tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet kulturali Ukreni biex tissaħħaħ l-aċċessibbiltà, jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki ta’ parteċipazzjoni kulturali, u jissaħħu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;
- l-appoġġ għas-settur tal-industriji kreattivi bħala mutur tal-innovazzjoni soċjali u l-impjiegi, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-industriji kreattivi.”
|
|
7.12
|
L-Investiment 1. Investimenti fl-edukazzjoni
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 300 miljun fl-edukazzjoni
|
Q2
|
2026
|
Rapport interim tal-gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2024 u l-2025 il-gvern estiż ibbaġitja b’mod partikolari, għal-livelli reġjonali u lokali (bħala parti mill-istadju 9.7), mill-inqas EUR 300 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta’ kwalità, inkluża l-edukazzjoni preprimarja f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-edukazzjoni preprimarja, fost l-oħrajn għal dan li ġej:
- xelters u kundizzjonijiet sikuri fl-istabbilimenti edukattivi;
- xarabanks tal-iskola;
- metodu ta’ tagħlim modern, inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni;
- materjal u tagħmir għall-istabbilimenti edukattivi;
- nutrizzjoni ta’ kwalità;
- l-istabbiliment ta’ workshops u laboratorji f’istituzzjonijiet edukattivi;
- it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini edukattiv.
|
|
7.13
|
L-Investiment 1. Investimenti fl-edukazzjoni
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 650 miljun fl-edukazzjoni
|
Q4
|
2027
|
Rapport finali tal-gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2024, 2025, 2026 u l-2027 il-gvern estiż ibbaġitja b’mod partikolari, għal-livelli reġjonali u lokali (bħala parti mill-istadju 9.8), mill-inqas EUR 650 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta’ kwalità, inkluża l-edukazzjoni preprimarja f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-edukazzjoni preprimarja, fost l-oħrajn għal dan li ġej:
- xelters u kundizzjonijiet sikuri fl-istabbilimenti edukattivi;
- xarabanks tal-iskola;
- metodu ta’ tagħlim modern, inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni;
- materjal u tagħmir għall-istabbilimenti edukattivi;
- nutrizzjoni ta’ kwalità;
- l-istabbiliment ta’ workshops u laboratorji f’istituzzjonijiet edukattivi;
- it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini edukattiv.
|
|
7.14
|
L-Investiment 2.
Investimenti fil-kura tas-saħħa
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fil-kura tas-saħħa
|
Q2
|
2026
|
Rapport interim tal-gvern (jew rapport tat-Teżor) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024 u l-2025, li parti minnhom se tiġi bbaġitjata fil-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.7), il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 200 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-kura tas-saħħa, fost l-oħrajn għal dan li ġej:
- tagħmir tal-laboratorju għall-analiżi mikrobijoloġika, kimika u fiżika;
- xelters u miżuri ta’ sikurezza għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;
- tagħmir tal-isptar għall-analiżi medika, il-kirurġija, u l-kura tal-pazjenti;
- infrastruttura u faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;
- is-sistemi tal-IT jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-servizzi tal-kura tas-saħħa.
|
|
7.15
|
L-Investiment 2.
Investimenti fil-kura tas-saħħa
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 400 miljun fil-kura tas-saħħa
|
Q4
|
2027
|
Rapport finali tal-gvern (jew rapport tat-Teżor) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024. l-2025, l-2026 u l-2027, li parti minnhom se tiġi bbaġitjata fil-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.8), il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 400 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-kura tas-saħħa, fost l-oħrajn għal dan li ġej:
- tagħmir tal-laboratorju għall-analiżi mikrobijoloġika, kimika u fiżika;
- xelters u miżuri ta’ sikurezza għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;
- tagħmir tal-isptar għall-analiżi medika, il-kirurġija, u l-kura tal-pazjenti;
- infrastruttura u faċilitajiet tal-kura tas-saħħa;
- is-sistemi tal-IT biex jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-servizzi tal-kura tas-saħħa.
|
|
7.16
|
L-Investiment 3.
Investimenti fl-infrastruttura soċjali
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 350 miljun f’infrastruttura soċjali
|
Q4
|
2027
|
Rapport finali tal-gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2026 u l-2027, li parti minnhom se tiġi bbaġitjata fil-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.8), biex jiġu eliminati l-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali kkawżati mill-aggressjoni armata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, b’mod partikolari għal-livell reġjonali, il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 350 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għar-restawr, il-kostruzzjoni (kostruzzjoni ġdida, rikostruzzjoni, tiġdid, restawr) tal-infrastruttura soċjali li saritilha ħsara/inqerdet.
|
|
7.17
|
L-Investiment 4.
Investimenti f’kumpens għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara jew meqruda
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 600 miljun għal kumpensi finanzjarji għal akkomodazzjoni li saritilha ħsara
|
Q4
|
2027
|
Rapport finali tal-gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2026, u l-2027, il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 600 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-kumpensi mħallas lil persuni li l-akkomodazzjoni tagħhom saritilha ħsara jew inqerdet b’riżultat tal-ostilitajiet, atti terroristiċi, sabotaġġ ikkawżati mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa abbażi ta’ data vverifikata mir-Reġistru tal-Istat tal-Proprjetà li Saritilha Ħsara jew Inqerdet.
|
|
7.18
|
L-Investiment 5. Investimenti fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I-II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament
|
Q2
|
2026
|
Rapport interim tal-gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024 u l-2025 il-Gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 200 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) biex jipprovdi akkomodazzjoni għal:
- persuni b’diżabilità tal-gruppi I-II li ddefendew l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna;
- membri tal-familja tad-difensuri li mietu;
- persuni spostati internament li ddefendew l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tal-membri tal-familja tagħhom.
|
|
7.19
|
L-Investiment 5. Investiment fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 450 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I-II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament
|
Q4
|
2027
|
Rapport finali tal-gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024, l-2025, l-2026 u l-2027 il-Gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 450 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) biex jipprovdi akkomodazzjoni għal:
- persuni b’diżabilità tal-gruppi I-II li ddefendew l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna;
- membri tal-familja tad-difensuri li mietu;
- persuni spostati internament li ddefendew l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tal-membri tal-familja tagħhom.
|
C.8. AMBJENT TAN-NEGOZJU
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jtejjeb l-ambjent tan-negozju fl-Ukrajna, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol tas-settur privat fl-irkupru sostenibbli tal-pajjiż. Ir-riformi f’dan il-kapitolu huma mmirati lejn it-tnaqqis tal-kostijiet tan-negozju, fost l-oħrajn, billi titnaqqas il-burokrazija, tiżdied id-diġitalizzazzjoni, u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi.
Ir-Riforma 1. Ambjent Regolatorju Mtejjeb
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jittejjeb l-ambjent regolatorju billi jiġu aboliti regolamenti li jikkoinċidu, u billi jiġu ssimplifikati u ddiġitalizzati l-proċeduri amministrattivi.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat Pjan ta’ Azzjoni dwar l-ottimizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi f’diversi setturi. It-tieni, għandha tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar id-deregolamentazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tan-negozju.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 2. Riforma tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tniedi mill-ġdid u tagħti ħajja ġdida lill-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika billi dan jingħata mandat aktar ċar u jkollu proċess tal-għażla tal-maniġment u tal-persunal miftuħ, trasparenti u kompetittiv.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni ġdida biex jiġi stabbilit proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv (ibbażat fuq il-mertu) għall-għażla tal-maniġment u tal-persunal, rekwiżiti msaħħa għall-kummissjoni tal-għażla, sistema kuntrattwali għall-impjegati, kamp ta’ applikazzjoni ċar u definizzjoni tal-mandat, u mekkaniżmu ta’ attestazzjoni tal-persunal.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2024.
Ir-Riforma 3. Aċċess għall-finanzi u s-swieq
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tgħin lis-settur privat b’għodod differenti.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) fl-isforzi tagħha biex ittejjeb l-aċċess għas-swieq, il-finanzi u riżorsi oħra u l-aċċess għall-għarfien għall-SMEs. It-tieni, għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi dwar is-simplifikazzjoni tal-aċċess għan-netwerks tal-utilitajiet.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 4. Akkwist pubbliku aħjar
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tissaħħaħ is-sistema tal-akkwist pubbliku tal-Ukrajna permezz ta’ qafas leġiżlattiv allinjat mal-acquis tal-UE.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku mal-acquis tal-UE, li jiffoka primarjament fuq direttivi dwar l-akkwist pubbliku klassiċi u tal-utilitajiet, fuq konċessjonijiet u Sħubijiet Pubbliċi-Privati, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija u l-ekodisinn bħala kriterji minimi obbligatorji matul l-akkwist pubbliku, u t-titjib tas-sistema tal-akkwist elettroniku.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2027.
Ir-Riforma 5. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jerġgħu jibdew il-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u tiffaċilita l-adozzjoni ta’ normi u standards tal-UE fl-Ukrajna, b’mod partikolari fl-oqsma tal-prodotti industrijali.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tiġi adottata leġiżlazzjoni biex jerġgħu jibdew il-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel. It-tieni, l-istandards armonizzati għal tliet gruppi ta’ prodotti industrijali (magni, kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir, tagħmir tal-elettriku b’vultaġġ baxx) għandhom jiġu tradotti fi standards nazzjonali.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 6. Indirizzar tal-pagamenti tard
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żgurat li l-pagamenti tard ma jfixklux l-attività tan-negozju.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi l-allinjament tal-leġiżlazzjoni rilevanti mad-Direttiva 2011/7/UE (magħrufa wkoll bħala d-“Direttiva dwar il-Ħlas Tard” tal-UE).
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
L-Investiment 1. Investimenti f’appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-SMEs
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiżgura li l-intraprendituri jkollhom aċċess għall-finanzi.
L-investiment għandu stadju wieħed. Dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 450 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għall-appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi, il-SMEs, il-bdiewa żgħar u ta’ daqs medju, u speċjalment l-intrapriżi tal-ipproċessar żgħar u medji għas-snin 2024, 2025, 2026, 2027 li jistgħu jinkludu kemm self korporattiv kif ukoll għotjiet li se jiġu allokati abbażi ta’ kriterji trasparenti.
L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
8.1
|
Ir-Riforma 1.
Ambjent regolatorju aħjar
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni
|
Q3
|
2024
|
Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- tnaqqis u diġitalizzazzjoni tar-regolamenti dwar l-aċċess għas-suq;
- tibdil tal-mudell punittiv u ripressiv tas-superviżjoni mill-istat (kontroll) għal wieħed preventiv (approċċ orjentat lejn ir-riskju);
- tnaqqis tan-numru ta’ funzjonijiet superviżorji u ta’ kontroll.
|
|
8.2
|
Ir-Riforma 1.
Ambjent regolatorju aħjar
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-deregolamentazzjoni f’setturi speċifiċi
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar id-deregolamentazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tan-negozju. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:
- diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tal-permessi u tal-liċenzji permezz tal-implimentazzjoni ta’ proġett sperimentali dwar l-introduzzjoni tas-Sistema Elettronika Unifikata tal-Istat għad-Dokumenti ta’ Permess;
- tnaqqis fl-ispezzjonijiet tan-negozju bl-introduzzjoni ta’ assigurazzjoni u awditjar volontarji;
- soluzzjoni tal-kwistjoni tas-suċċessjoni legali tad-dokumenti u l-liċenzji ta’ permessi f’każ ta’ bidla fil-forma organizzazzjonali u ġuridika ta’ entità kummerċjali.
|
|
8.3
|
Ir-Riforma 2.
Riforma tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar ir-reviżjoni tal-bażi legali tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna
|
Q2
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar ir-reviżjoni tal-bażi legali tal-attività tal-Bureau tas-Sigurtà Ekonomika tal-Ukrajna. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-iżvilupp ta’ proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv għall-għażla tal-maniġment u l-persunal, l-għażla tal-kap il-ġdid fuq proċedura abbażi ta’ mertu definita bil-liġi
- it-tisħiħ tar-rekwiżiti għall-kummissjoni tal-għażla;
- l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kuntratti għall-impjegati;
- id-definizzjoni aktar ċara ta’ kamp ta’ applikazzjoni u ta’ mandat;
- l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ attestazzjoni tal-persunal.
|
|
8.4
|
Ir-Riforma 3.
Aċċess għall-finanzi u s-swieq.
|
Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) u Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha
|
Q2
|
2025
|
Adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-Istrateġija għall-SMEs u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- aċċess għas-swieq;
- aċċess għall-finanzi u riżorsi oħra;
- aċċess għall-għarfien.
|
|
8.5
|
Ir-Riforma 3.
Aċċess għall-finanzi u s-swieq.
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-adeżjoni ta’ proprjetà immobbli ma’ networks esterni tal-inġinerija u t-titjib tar-regolamentazzjoni fil-qasam tat-trasport bil-pipelines
|
Q1
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għall-Atti Leġiżlattivi dwar is-Simplifikazzjoni tal-Adeżjoni tal-Proprjetà Immobbli fin-Netwerks tal-Inġinerija Esterna u t-Titjib tar-Regolament Legali fil-Qasam tat-Trasport bil-Pipeline. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- aċċess miftuħ għal informazzjoni dwar networks tal-inġinerija esterni permezz ta’ reġistri elettroniċi pubbliċi, jekk is-sitwazzjoni tas-sigurtà tippermetti, li se tiġi ddeterminata fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-emendi għal-liġi, kif ukoll proċedura unifikata għall-konnessjoni ma’ networks tal-inġinerija esterni;
- inklużjoni ta’ informazzjoni dwar networks tal-inġinerija esterni fir-reġistri elettroniċi pubbliċi tas-sjieda tal-istat, jekk is-sitwazzjoni tas-sigurtà tippermetti, li se tiġi ddeterminata fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-emenda għal-liġi;
- inklużjoni ta’ informazzjoni dwar iż-żoni ta’ protezzjoni tan-netwerks esterni tal-inġinerija fir-reġistri elettroniċi pubbliċi tal-proprjetà tal-istat.
|
|
8.6
|
Ir-Riforma 4.
Akkwist pubbliku aħjar
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku mal-acquis tal-UE.
|
Q3
|
2027
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġijiet tal-Ukrajna li jallinjaw il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku:
- Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE;
- Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE;
- Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni;
- Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE;
- Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi;
- Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni;
- Id-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib tal-effettività tal-proċeduri ta’ reviżjoni li jikkonċernaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;
- Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku
Dawn il-liġijiet jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- allinjament ulterjuri tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-direttivi tal-akkwist pubbliku klassiċi u tal-utilitajiet, speċjalment fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-Liġi dwar l-Akkwist Pubbliku u l-eżenzjonijiet minnha, id-delimitazzjoni tar-regolament dwar l-akkwist pubbliku li mhuwiex direttament relatat mal-ħtiġijiet militari mwettqa minn klijenti fl-isfera tas-sigurtà u d-difiża;
- allinjament ulterjuri tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-konċessjonijiet u l-PPPs mal-acquis tal-UE;
- applikazzjoni tar-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija u l-ekodisinn bħala kriterji minimi obbligatorji matul l-akkwist pubbliku;
- titjib tas-sistema tal-akkwist elettroniku, li tinkludi l-iżvilupp tal-ikkuntrattar elettroniku fis-sistema Prozorro, u l-interoperabbiltà operazzjonali mas-sistema DREAM u sistemi tal-IT ta’ stati oħra jekk applikabbli.
|
|
8.7
|
Ir-Riforma 5.
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE
|
Adozzjoni tar-riżoluzzjoni għat-tkomplija tal-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel, inkluż l-ispezzjoni tas-sikurezza tal-prodotti
|
Q4
|
2024
|
Adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar Emendi għar-Riżoluzzjoni tat-13 ta’ Marzu 2022 Nru 303 “Dwar it-Tmiem ta’ Miżuri ta’ Sorveljanza mill-Istat (Kontroll) u Sorveljanza tas-Suq mill-Istat skont il-Kundizzjonijiet tal-Liġi Marzjali” fir-rigward tal-esklużjoni tas-sorveljanza tas-suq mill-istat mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u r-revoka tar-Riżoluzzjoni tat-3 ta’ Mejju 2022 Nru 550 “Dwar it-Tmiem tat-Twettiq tal-Kontroll mill-Istat ta’ Prodotti Mhux tal-Ikel skont il-Kundizzjonijiet tal-Liġi Marzjali” biex jerġgħu jibdew il-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel, inkluż spezzjonijiet tas-sikurezza tal-prodotti
|
|
8.8
|
Ir-Riforma 5.
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE
|
Adozzjoni ta’ standards armonizzati għal tliet gruppi ta’ prodotti industrijali
|
Q3
|
2025
|
Standards armonizzati għal tliet gruppi ta’ prodotti industrijali (makkinarju, kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir, tagħmir elettriku b’vultaġġ baxx) jiġu adottati bħala standards nazzjonali permezz tal-metodu tat-traduzzjoni
|
|
8.9
|
Ir-Riforma 6.
Indirizzar tal-pagamenti tard
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-pagamenti tard
|
Q4
|
2027
|
Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-leġiżlazzjoni f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (riformulazzjoni)
|
|
8.10
|
L-Investiment 1. Investimenti f’appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-SMEs
|
Investiment ta’ mill-inqas EUR 450 miljun għal appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-SMEs, u l-intrapriżi żgħar u ta’ medji tal-ipproċessar
|
Q4
|
2027
|
Rapport tal-gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024, l-2025, 2026 u l-2027 il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 450 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi, l-SMEs, il-bdiewa żgħar u ta’ daqs medju, u speċjalment għall-intrapriżi tal-ipproċessar żgħar u medji, anki f’konformità mal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni l-ġodda għall-SMEs, meta jiġu adottati u fejn rilevanti, u li jista’ jinkludi kemm self korporattiv kif ukoll għotjiet li jiġu allokati abbażi ta’ kriterji trasparenti. Is-self korporattiv jingħata permezz ta’ intermedjarji finanzjarji. L-għotjiet jingħataw permezz ta’ entitajiet dedikati b’riżorsi u kapaċità xierqa u permezz ta’ intermedjarji finanzjarji.
|
C.9. DEĊENTRALIZZAZZJONI U L-POLITIKA REĠJONALI
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li javvanza l-proċess ta’ deċentralizzazzjoni fil-livell istituzzjonali u leġislattiv u li jsaħħaħ l-iżvilupp tal-politika reġjonali. Dan jikkontribwixxi għal livell ogħla ta’ parteċipazzjoni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali u jagħti s-setgħa lill-entitajiet tal-gvern reġjonali u lokali biex jipparteċipaw fil-proċess ta’ rkupru u rikostruzzjoni. Ir-riforma ssaħħaħ ukoll il-kapaċità tal-entitajiet, l-istrutturi u s-sistemi li se jintużaw għall-identifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proġetti ta’ rkupru u rikostruzzjoni.
Ir-Riforma 1. Progress fid-deċentralizzazzjoni
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi stabbilit qafas għat-trasformazzjoni tal-amministrazzjoni lokali tal-istat f’awtoritajiet tat-tip prefettiv u li tiġi żgurata distribuzzjoni aħjar tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, il-leġiżlazzjoni dwar it-trasformazzjoni tal-amministrazzjoni tal-istat lokali f’awtoritajiet tat-tip tal-prefettura tidħol fis-seħħ u tiġi applikata fi żmien 12-il xahar mid-data tat-terminazzjoni jew l-abolizzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. It-tieni, jiġi approvat u ppubblikat studju dwar il-miżuri meħtieġa biex tingħata personalità ġuridika lill-muniċipalitajiet. It-tielet, il-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata distribuzzjoni aħjar tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi tidħol fis-seħħ b’applikazzjoni fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tal-liġi marzjali u mill-bidu tal-perjodu baġitarju l-ġdid.
Ir-riforma mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 2. Involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li żżid l-involviment taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni attiva fil-proċessi lokali tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Il-liġi għall-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-ordni pubbliku tidħol fis-seħħ u tiġi applikata fi żmien 12-il xahar mid-data tat-terminazzjoni jew l-abolizzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. Il-leġiżlazzjoni tniedi mekkaniżmu legali għall-konsultazzjonijiet pubbliċi matul il-formazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika pubblika, li jindirizza kwistjonijiet ta’ importanza lokali.
Ir-riforma mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 3. Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li l-politika reġjonali tiġi allinjata mal-isforzi ta’ rkupru u rikostruzzjoni, billi tiġi emendata l-istrateġija għall-iżvilupp reġjonali u l-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet biex tiġi emendata l-Istrateġija tal-Istat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2021-2027. It-tieni, ġiet adottata r-riżoluzzjoni għall-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali biex titrawwem id-diġitalizzazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-ippjanar urban.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.
L-Investiment 1. Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna
L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali.
L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi t-tħejjija ta’ rapport interim li juri li mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I tal-Faċilità tal-Ukrajna ġie allokat għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali għas-snin 2024 u 2025. It-tieni, dan jinvolvi t-tħejjija ta’ rapport li juri li mill-inqas 20 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I tal-Faċilità tal-Ukrajna ġie allokat għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali għas-snin 2024, 2025, 2026, u 2027.
Dan l-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
9.1
|
Ir-Riforma 1.
Progress fid-deċentralizzazzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riforma tal-organizzazzjoni territorjali tal-awtoritajiet eżekuttivi fl-Ukrajna b’applikazzjoni ttardjata
|
Q1
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar l-Emendi għal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-Amministrazzjonijiet tal-Istat Lokali’ u Xi Atti Leġiżlattivi Oħra tal-Ukrajna Rigward ir-Riforma tal-Organizzazzjoni Territorjali tal-Awtoritajiet Eżekuttivi fl-Ukrajna” bl-applikazzjoni tagħha fi żmien 12-il xahar mid-data tat-terminazzjoni jew l-abolizzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. Atti legali subordinati għall-implimentazzjoni tal-liġi għandhom jiġu adottati wara li tidħol fis-seħħ.
Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- trasformazzjoni tal-amministrazzjonijiet lokali tal-istat f’awtoritajiet tat-tip prefettiv sabiex tinħoloq sistema bilanċjata li tiżgura n-natura legali tal-attivitajiet imwettqa mill-korpi tal-awtonomija lokali;
- żgurar tal-koordinazzjoni tal-korpi territorjali tal-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali fl-implimentazzjoni tal-politika tal-istat fil-livelli reġjonali u lokali.
|
|
9.2
|
Ir-Riforma 1.
Progress fid-deċentralizzazzjoni
|
Approvazzjoni u pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Komunitajiet, it-Territorji u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Ukrajna ta’ studju dwar il-miżuri meħtieġa biex tingħata personalità ġuridika lill-muniċipalitajiet
|
Q2
|
2025
|
Pubblikazzjoni tar-riżultati tal-istudju dwar il-possibbiltà li l-komunitajiet territorjali jingħataw l-istatus ta’ entità legali fil-portal web uffiċjali tal-Ministeru tal-Komunitajiet, it-Territorji u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Ukrajna
|
|
9.3
|
Ir-Riforma 1.
Progress fid-deċentralizzazzjoni
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata distribuzzjoni aħjar tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi
|
Q1
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar l-Awtonomija Lokali fl-Ukrajna” u l-liġijiet speċifiċi għas-settur b’applikazzjoni fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tal-liġi marzjali iżda mhux qabel il-bidu tal-perjodu baġitarju l-ġdid. Dawn l-emendi leġiżlattivi huma mistennija li jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- iwasslu għal distribuzzjoni mtejba tas-setgħat bejn il-gvernijiet lokali u l-awtoritajiet eżekuttivi abbażi tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u d-deċentralizzazzjoni;
- jgħinu biex jiġu eliminati l-kunflitti ta’ kompetenza bejn il-livelli differenti tal-awtoritajiet ċentrali, reġjonali, distrettwali u lokali, kif ukoll fi ħdan il-korpi tal-awtomonija lokali;
- jinkoraġġixxu kwalità xierqa tas-servizzi pubbliċi fil-livell lokali u użu effiċjenti tal-fondi tal-baġit.
|
|
9,4.
|
Ir-Riforma 2.
Involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-politika pubblika b’applikazzjoni ttardjata
|
Q1
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar il-Konsultazzjonijiet Pubbliċi” bl-applikazzjoni tagħha fi żmien 12-il xahar mid-data tat-terminazzjoni jew l-abolizzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. Il-liġi se tniedi mekkaniżmu legali għall-konsultazzjonijiet pubbliċi matul il-formazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika pubblika, filwaqt li tindirizza kwistjonijiet ta’ importanza lokali, li se jistabbilixxu prekundizzjonijiet għat-tfassil tal-politika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet koerenti, effettivi u effiċjenti.
|
|
9.5
|
Ir-Riforma 3.
Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali
|
Adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet biex tiġi emendata l-Istrateġija tal-Istat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2021–2027
|
Q3
|
2024
|
Adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna “Dwar l-Emendi għall-Istrateġija tal-Istat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2021-2027, approvata bir-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna Nru 695 tal-5 ta’ Awwissu 2020”. Ir-riżoluzzjoni tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-iżvilupp ta’ governanza f’diversi livelli, l-approssimazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-iżvilupp reġjonali mal-proċeduri u l-aħjar prattiki tal-UE;
- il-promozzjoni ta’ sħubijiet, il-kooperazzjoni intermuniċipali, interreġjonali u transfruntiera;
- l-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-komunitajiet u r-reġjuni territorjali f’termini tal-ġestjoni tal-proġetti, id-diġitalizzazzjoni, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ippjanar strateġiku.
|
|
9.6
|
Ir-Riforma 3.
Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali
|
Adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali
|
Q4
|
2024
|
Adozzjoni tar-Riżoluzzjonijiet mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna li japprovaw il-Proċedura għaż-żamma tal-katast tal-ippjanar urban fil-livell tal-istat, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Indirizzi, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Bini u l-Istrutturi, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Unitajiet Amministrattivi, l-emendar tar-riżoluzzjonijiet tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna li jirregolaw l-iżvilupp tad-dokumentazzjoni tal-ippjanar urban fil-forma ta’ dokumenti elettroniċi, iż-żamma tas-Sistema Elettronika Unifikata tal-Istat fil-qasam tal-kostruzzjoni, l-integrazzjoni u l-interazzjoni tal-informazzjoni tar-reġistri u l-katasti tal-istat.
|
|
9.7
|
L-Investiment 1. Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna
|
Allokazzjoni ta’ mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju kumplessiv mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali
|
Q2
|
2026
|
Rapport interim li juri li mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli ġie allokat għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali.
|
|
9.8
|
L-Investiment 1. Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna
|
Allokazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-appoġġ finanzjarju kumplessiv mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali
|
Q4
|
2027
|
Rapport finali li juri li mill-inqas 20 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli ġie allokat għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali.
|
C.10. SETTUR TAL-ENERĠIJA
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li tissaħħaħ ir-reżiljenza u s-sigurtà tas-settur tal-enerġija fl-Ukrajna, bil-ħsieb partikolari li tiġi ffaċilitata tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa, inkluż permezz ta’ enfasi fuq miżuri tal-effiċjenza enerġetika, l-appoġġ għall-investimenti tas-settur privat fl-enerġija rinnovabbli, l-avvanz tar-riformi strutturali, u l-iffaċilitar tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-Ukrajna ma’ dik tal-UE.
Ir-Riforma 1. Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi approvat il-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima (Integrated National Energy and Climate Plan, INECP) li se jistabbilixxi l-objettivi nazzjonali tan-newtralità klimatika, bl-għan ġenerali li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Tinvolvi l-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2024.
Ir-Riforma 2. Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija.
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-Ukrajna. Dan se jsir billi jittejbu l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli fuq bażi tas-suq.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, tinvolvi l-introduzzjoni ta’ qafas tal-enerġija rinnovabbli bbażat fuq is-suq f’konformità mar-regoli tal-UE, li jiddefinixxi l-proċeduri u d-dokumenti meħtieġa għall-irkantijiet kompetittivi. It-tieni, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar is-simplifikazzjoni u t-tqassir tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli f’konformità mar-regoli tal-UE. It-tielet, dan jinvolvi l-iżvilupp u l-approvazzjoni ta’ Pjan Direzzjonali għas-separazzjoni tas-Soprataxxa fuq l-Enerġija Rinnovabbli mit-Tariffa tat-Trażmissjoni.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 3. Riforma tas-suq tal-elettriku
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb il-qafas regolatorju għas-settur tal-enerġija fl-Ukrajna, inkluż li tappoġġa l-integrazzjoni tas-swieq Ukreni u Ewropej.
Ir-riforma għandha erba’ stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tittrasponi l-pakkett ta’ integrazzjoni tal-elettriku. It-tieni, tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tbiddel ir-reġim tat-tassazzjoni indiretta tal-parteċipanti fis-suq tal-elettriku li tiffaċilita l-akkoppjament tas-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u s-swieq tal-istess ġurnata tal-istati ġirien mal-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-enerġija elettrika. It-tielet, jinħatar operatur ġdid tas-suq tal-elettriku maħtur mir-regolatur. Ir-raba’, tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni sekondarja dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (REMIT).
Ir-riforma mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 4. Liberalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu stabbiliti r-raġunijiet għal liberalizzazzjoni gradwali tal-prezzijiet ladarba l-kundizzjonijiet jippermettu, filwaqt li jiġu żgurati miżuri suffiċjenti biex jiġu protetti l-unitajiet domestiċi vulnerabbli.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni ta’ Pjan Direzzjonali għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-swieq tal-gass u tal-elettriku, li għandu jinkludi sett ta’ stadji speċifiċi li għandhom jittieħdu u l-iskeda ta’ żmien li għandha tiġi implimentata wara li titneħħa l-liġi marzjali.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 5. Żgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tissaħħaħ l-indipendenza tar-regolatur tal-enerġija u li jiġu żgurati l-funzjonament u l-iżvilupp effettivi tas-swieq fis-setturi tal-enerġija u tal-utilitajiet.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, se jidħlu fis-seħħ l-emendi leġiżlattivi li jeżentaw id-deċiżjonijiet tar-regolatur tal-enerġija mill-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-istat, skont ir-rekwiżiti tad-direttivi rilevanti tal-UE. It-tieni, jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi li jipprevedu l-ispeċifikazzjoni tal-istatus speċjali tar-regolatur, skont id-direttivi rilevanti tal-UE.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 6. Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb is-settur tat-tisħin distrettwali u timmira li ssaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija integrata, inkluż billi ttejjeb il-qafas regolatorju, u tappoġġa l-modernizzazzjoni tal-kumpaniji tat-tisħin.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, il-programm ekonomiku mmirat mill-Istat għall-modernizzazzjoni tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030 se jiġi adottat biex jittejbu s-servizzi tal-provvista tas-sħana, tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tas-settur tal-enerġija, u tissaħħaħ il-governanza. It-tieni, id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tappoġġa l-iżvilupp ta’ tisħin distrettwali effiċjenti u sostenibbli permezz ta’ regoli ċari għall-konnessjoni u l-iskonnessjoni tan-network, u dwar it-titjib tal-proċeduri għall-installazzjoni ta’ substazzjonijiet tas-sħana individwali f’bini b’aktar minn appartament wieħed. It-tielet, l-Ukrajna se tikkanċella l-moratorju fuq iż-żieda fit-tariffi tas-sħana u tal-ilma sħun.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 7. Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb is-sostenibbiltà tal-enerġija u tappoġġa t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija billi tintroduċi miżuri tal-effiċjenza enerġetika.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta Strateġija għall-Modernizzazzjoni Termali tal-Bini sal-2050 u Pjan ta’ Azzjoni ta’ akkumpanjament immirat lejn it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini. It-tieni, l-Ukrajna għandha tadotta atti legali dwar l-istabbiliment ta’ livelli ta’ prestazzjoni minimi tal-effiċjenza enerġetika għall-bini kif ukoll għall-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija, u dwar l-istabbiliment ta’ klassijiet ta’ livelli ta’ prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika għall-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija. .
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2026.
L-Investiment 1. Investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jiffinanzja infrastruttura kritika tal-enerġija biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija, b’enfasi qawwija fuq l-effiċjenza enerġetika u l-iżvilupp ta’ sorsi rinnovabbli.
L-investiment għandu stadju wieħed. Dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 550 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-investimenti fl-enerġija fl-2026 u l-2027, għat-tisħiħ tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna, inkluż fil-livell reġjonali, b’enfasi fuq it-titjib tal-effiċjenza enerġetika fit-tisħin distrettwali, il-bini pubbliku, u s-settur residenzjali, il-protezzjoni fiżika tal-infrastruttura tal-Ukrajna, u l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.
L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
10.1
|
Ir-Riforma 1.
Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima
|
L-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima
|
Q2
|
2024
|
L-adozzjoni tal-Ordinanza tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima biex jiġu stabbiliti objettivi nazzjonali tan-newtralità klimatika u jiġi żgurat ippjanar xieraq wara li jitqiesu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet mill-Komunità tal-Enerġija. Il-pjan jiddefinixxi l-miri li għandhom jintlaħqu sal-2030 dwar:
- it-tnaqqis tal-gassijiet serra, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju bbażati fuq is-suq;
- is-sehem ta’ sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija;
- l-iffrankar tal-enerġija fil-konsum finali tal-enerġija”.
|
|
10.2
|
Ir-Riforma 2.
Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija
|
Introduzzjoni ta’ qafas ibbażat fuq is-suq għall-enerġija rinnovabbli
|
Q4
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ ta’ qafas leġiżlattiv u regolatorju bbażat fuq is-suq għall-investimenti f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’konformità mar-regoli tal-UE, jiġifieri l-proċeduri u d-dokumenti meħtieġa għall-irkantijiet kompetittivi. L-att leġiżlattiv li ġej huwa introdott/emendat: Ir-riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri “Dwar Emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri bid-data tad-29 ta’ Diċembru 2019 Nru 1175 dwar it-Titjib tal-Proċedura għal Rkanti ta’ Żamma tal-Irkanti għad-Distribuzzjoni tal-Kwoti ta’ Appoġġ”
|
|
10.3
|
Ir-Riforma 2.
Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex jittejbu l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqassir tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti rinnovabbli f’konformità mar-regoli tal-UE trasposti fil-Komunità tal-Enerġija bħala r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ministerjali 2024/1/MC-EnC tal-11 ta’ Diċembru 2024 dwar l-aċċellerazzjoni tal-użu ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli u l-implimentazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” (“Rakkomandazzjoni 2024/1/MC-EnC”).
|
|
10.4
|
Ir-Riforma 2.
Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija
|
L-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-proċess ta’ separazzjoni tal-ħlas addizzjonali fuq l-Enerġija Rinnovabbli mit-Tariffa tat-Trażmissjoni
|
Q2
|
2025
|
L-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-proċess ta’ separazzjoni tas-Soprataxxa fuq l-Enerġija Rinnovabbli mit-Tariffa tat-Trażmissjoni bl-identifikazzjoni tal-atti leġiżlattivi meħtieġa u t-termini ta’ implimentazzjoni.
|
|
10.5
|
Ir-Riforma 3.
Riforma tas-suq tal-elettriku
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-traspożizzjoni tal-pakkett tal-integrazzjoni tal-elettriku
|
Q3
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-traspożizzjoni tal-pakkett dwar l-integrazzjoni tal-elettriku, li tallinja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Ukrajna mal-pakkett tal-integrazzjoni tal-elettriku, kif inkorporat fl-acquis tal-Komunità tal-Enerġija f’Diċembru 2022. Il-pakkett tal-integrazzjoni tal-elettriku japprossima l-leġiżlazzjoni f’konformità mal-atti u l-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida li ġejjin:
- Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni)
- Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni);
- Ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE;
- Ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni).
- il-ħames Kodiċijiet tan-Network u l-Linji Gwida jistabbilixxu regoli dettaljati relatati ma’ segmenti differenti tas-suq u t-tħaddim tas-sistema:
- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità;
- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni;
- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2195 tat-23 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku;
- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku;
- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2196 tal-24 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-network dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku.
|
|
10.6
|
Ir-Riforma 3.
Riforma tas-suq tal-elettriku
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tibdil tal-kundizzjonijiet tat-tassazzjoni tal-parteċipanti fis-suq tal-elettriku
|
Q2
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tbiddel ir-reġim tat-tassazzjoni indiretta tal-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, sabiex jiġi ffaċilitat l-akkoppjament tas-suq tas-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata bi swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u swieq tal-istess ġurnata ta’ stati ġirien u operazzjonijiet relatati mal-esportazzjonijiet u l-importazzjoni tal-enerġija elettrika fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità tal-Enerġija introdotta bid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE datata 15.12.2022 Nru D/2022/03/MC–EnС, jiġifieri li jiġi emendat il-Kodiċi tat-Taxxa tal-Ukrajna u li jiġi emendat il-Kodiċi Doganali tal-Ukrajna biex ikunu jistgħu jsiru l-integrazzjoni tas-suq u l-akkoppjament tas-swieq. Il-lista ta’ liġijiet speċifiċi se tiġi ffinalizzata wara l-adozzjoni tal-liġi bażika dwar it-traspożizzjoni tal-Pakkett dwar l-Integrazzjoni tal-Elettriku.
|
|
10.7
|
Ir-Riforma 3.
Riforma tas-suq tal-elettriku
|
Ħatra ta’ operatur ġdid għas-suq tal-elettriku
|
Q4
|
2025
|
Il-ħatra ta’ operatur nominat tas-suq tal-elettriku maħtur mill-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali tal-Enerġija u l-Utilitajiet (National Energy and Utilities Regulatory Commission, NEURC).
|
|
10.8
|
Ir-Riforma 3.
Riforma tas-suq tal-elettriku
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-liġi tar-Regolament dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Swieq tal-Enerġija bl-Ingrossa (REMIT, Regulation on Wholesale Energy Market Integrity and Transparency)
|
Q3
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni sekondarja dwar il-liġi REMIT. L-NEURC tapprova dawn il-proċeduri u r-rekwiżiti:
- il-proċedura għall-akkwist, is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-istatus ta’ amministratur tat-trasferiment tad-data;
- il-proċedura għall-funzjonament ta’ pjattaformi ta’ informazzjoni privileġġata;
- ir-rekwiżiti biex jiġu żgurati l-integrità u t-trasparenza fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa;
- il-proċedura għall-Preżentazzjoni tal-Informazzjoni dwar Tranżazzjonijiet Ekonomiċi u Kummerċjali ma’ Prodotti tal-Enerġija bl-Ingrossa
Tħejjija tat-Termini ta’ Referenza għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ informazzjoni li tiddefinixxi l-funzjonijiet li ġejjin tal-NEURC:
- is-sistema se tiġi integrata mas-sistemi tal-operaturi tas-suq, il-pjattaformi ta’ informazzjoni privileġġata, l-amministraturi tat-trasferiment tad-data u se tidentifika informazzjoni li tindika l-preżenza ta’ abbuż.
|
|
10.9
|
Ir-Riforma 4.
Liberalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali
|
L-adozzjoni ta’ Pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq tal-gass u l-elettriku, li għandu jiġi implimentat wara l-iskadenza tal-liġi marzjali
|
Q2
|
2026
|
L-adozzjoni ta’ Pjan Direzzjonali għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq tal-gass u tal-elettriku mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna bi stadji li għandhom jintlaħqu u l-iskeda ta’ żmien assoċjata, li għandu jiġi implimentat wara l-iskadenza tal-liġi marzjali. Il-Pjan Direzzjonali huwa bbażat fuq l-analiżi teknika biex tinftiehem il-kundizzjoni finanzjarja tas-settur. Il-Pjan Direzzjonali jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- stadji meħtieġa għar-riforma tal-OSP sabiex gradwalment jiġu liberalizzati l-prezzijiet tas-suq, ladarba titneħħa l-liġi marzjali;
- stadji li għandhom jintlaħqu biex jiġi żgurat li l-konsumaturi vulnerabbli jkunu protetti b’mod adegwat ladarba l-prezzijiet għall-unitajiet domestiċi jiġu liberalizzati, inkluż it-tfassil il-ġdid tas-sistema ta’ sussidji għall-konsumaturi vulnerabbli li jtejjeb l-immirar u jiżgura livelli adegwati ta’ protezzjoni, kif ukoll stadji preparatorji li għandhom jiġu implimentati qabel it-tmiem tal-liġi marzjali, bħall-identifikazzjoni tal-popolazzjoni vulnerabbli u s-soluzzjoni diġitali assoċjata.
|
|
10.10
|
Ir-Riforma 5.
Żgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali għall-Utilitajiet tal-Enerġija
|
Q4
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-emendi tal-24 ta’ Awwissu 2023 Nru 3354–IX “Dwar l-attività tat-tfassil tal-liġijiet”, li teżenta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet, li huma atti legali regolatorji, mill-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-istat prevista mil-liġi. Dawn l-emendi jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-iżgurar tal-indipendenza tar-Regolatur kif previst mid-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE;
- l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet” dwar il-projbizzjoni tal-korpi tal-istat milli jinterferixxu fl-attivitajiet tar-Regolatur.
|
|
10.11
|
Ir-Riforma 5.
Żgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet
|
Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet”
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet” u atti oħra, li jipprevedu l-ispeċifikazzjoni tal-istatus speċjali biex tiġi żgurata l-indipendenza tar-Regolatur kif previst mid-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE.
|
|
10.12
|
Ir-Riforma 6.
Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali
|
It-tneħħija tal-moratorju fuq iż-żieda fit-tariffi tat-tisħin u tal-ilma sħun
|
Q4
|
2026
|
Il-kanċellazzjoni tal-moratorju introdott mil-Liġi Nru 2479-IX “Dwar il-pekuljaritajiet tar-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet fis-suq tal-gass naturali u fil-qasam tal-provvista tas-sħana matul il-liġi marzjali u r-restawr sussegwenti tal-funzjonament tagħhom” segwita minn żieda fit-tariffi tas-sħana sabiex tintlaħaq ir-riflettività tal-kostijiet tat-tariffi tas-sħana u tal-ilma sħun.
|
|
10.13
|
Ir-Riforma 6.
Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali
|
L-adozzjoni tal-programm ekonomiku tal-Istat mmirat għall-modernizzazzjoni tal-enerġija tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030
|
Q4
|
2025
|
L-adozzjoni tal-programm ekonomiku tal-Istat mmirat għall-modernizzazzjoni tal-enerġija tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030 mill-Kabinett tal-Ministri. L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-identifikazzjoni ta’ miżuri biex jittejbu r-reżiljenza, il-kwalità u d-disponibbiltà tas-servizzi tal-provvista tas-sħana;
- l-identifikazzjoni ta’ miżuri li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-espansjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli;
- il-provvediment ta’ miżuri biex jissaħħu l-ħiliet ta’ governanza u ġestjoni għall-awtoritajiet lokali fis-settur tat-tisħin distrettwali.
|
|
10.14
|
Ir-Riforma 6.
Effiċjenza mtejba fit-tisħin distrettwali
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tappoġġa l-iżvilupp tat-tisħin distrettwali effiċjenti u aktar sostenibbli
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar l-emendi għal xi Liġijiet tal-Ukrajna biex jiġi appoġġat l-iżvilupp tat-tisħin distrettwali effiċjenti u aktar sostenibbli”. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-istabbiliment ta’ regoli ċari għall-konnessjoni/skonnessjoni tan-network, żoni ta’ żvilupp prijoritarju tas-sistemi tat-tisħin distrettwali;
- titjib tal-proċeduri għall-installazzjoni tas-substazzjonijiet tas-sħana individwali (IHS) f’bini b’aktar minn appartament wieħed biex jiġi żgurat kontroll mill-bogħod u ġestjoni tad-domanda xierqa.
|
|
10.15
|
Ir-Riforma 7.
Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-modernizzazzjoni termali tal-bini sal-2050 u tal-Pjan ta’ Azzjoni
|
Q2
|
2024
|
L-adozzjoni tal-att “Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija għall-Modernizzazzjoni Termali tal-Bini sal-2050” u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Istrateġija mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna, bl-għan li jiġu introdotti strumenti u inċentivi finanzjarji bbażati fuq is-suq, li jkun fih pjan direzzjonali b’miżuri ta’ politika, inklużi dawk immirati biex jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero.
|
|
10.16
|
Ir-Riforma 7.
Titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku u titjib tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku
|
Adozzjoni ta’ atti legali dwar l-istabbiliment ta’ livelli minimi ta’ prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika għall-bini
|
Q3
|
2026
|
L-adozzjoni mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ta’ atti legali dwar l-istabbiliment ta’ livelli minimi ta’ prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika għall-bini kif ukoll għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ekodisinn u l-Ministeru għall-Komunitajiet, it-Territorji u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura adotta atti dwar l-istabbiliment ta’ klassijiet ta’ livelli ta’ prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika għall-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija.
|
|
10.17
|
L-Investiment 1.
Investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 550 miljun fl-infrastruttura tal-enerġija
|
Q4
|
2027
|
Ir-Rapport tal-Gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2026 u l-2027 il-Gvern ġenerali bbaġitja mill-inqas EUR 550 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna, inkluż fil-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.8), fost l-oħrajn għal dawn li ġejjin:
- it-titjib tal-effiċjenza enerġetika fit-tisħin distrettwali, f’konformità mal-programm ekonomiku mmirat mill-Istat għall-modernizzazzjoni tal-enerġija tal-intrapriżi li jiġġeneraw is-sħana għall-perjodu sal-2030;
- kontribuzzjoni finanzjarja għall-Fond għall-Effiċjenza Enerġetika biex tiġi appoġġata effiċjenza enerġetika mtejba fis-settur residenzjali;
- it-titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku, f’konformità mal-Istrateġija għall-Modernizzazzjoni Termali tal-Bini sal-2050;
- il-protezzjoni fiżika tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna;
- l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, f’konformità mal-qafas il-ġdid ibbażat fuq is-suq għall-enerġija rinnovabbli, u għall-kostruzzjoni ta’ kapaċitajiet flessibbli ħafna.
|
C.11. TRASPORT
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jimmodernizza u jirriforma s-settur tat-trasport tal-Ukrajna. Għandu l-għan li jtejjeb il-konnettività mal-UE u mar-Repubblika tal-Moldova u jappoġġa l-iżvilupp ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti f’konformità mal-politiki u l-istandards tal-UE.
Ir-Riforma 1. L-ippjanar komprensiv tas-settur tat-trasport
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi rivedut id-dokument strateġiku ewlieni għas-settur tat-trasport.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna riveduta sal-2030.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.
Ir-Riforma 2. L-iżvilupp tal-potenzjal tal-loġistika tal-esportazzjoni tal-Ukrajna
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tappoġġa l-modernizzazzjoni u żżid il-kapaċità tan-network eżistenti ta’ Punti ta’ Qsim tal-Fruntiera biex jiġu ffaċilitati l-ħtiġijiet għat-trasport bejn il-fruntiera tal-Ukrajna mal-UE u r-Repubblika tal-Moldova.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2024.
Ir-Riforma 3. Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa l-ħolqien ta’ suq ferrovjarju kompetittiv f’konformità mal-istandards tal-UE.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ il-liġi dwar is-sikurezza tat-traffiku u l-interoperabbiltà tat-trasport ferrovjarju tal-Ukrajna, b’applikazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha. It-tieni, il-liġi dwar is-suq tat-trasport ferrovjarju se tidħol fis-seħħ b’applikazzjoni sekwenzjali tad-dispożizzjonijiet tagħha. It-tielet, għandhom jiġu adottati l-liġijiet sekondarji ewlenin għall-implimentazzjoni tal-liġi.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
Ir-Riforma 4. Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiżgura titjib fil-prestazzjoni tal-Ukrajna tal-obbligi tagħha skont it-trattati internazzjonali fil-qasam tat-tbaħħir merkantili kif ukoll li ttejjeb il-kompetizzjoni fis-servizzi portwarji.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar it-tbaħħir merkantili u t-tbaħħir fil-passaġġi fuq l-ilma interni. It-tieni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti biex tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE 2017/352 dwar ir-Regolament dwar is-Servizz tal-Port għandha tiġi emendata.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2027.
L-Investiment 1. Investimenti fl-infrastruttura tat-transport
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jirrestawra l-infrastruttura tat-trasport li ġarrbet il-ħsara u li nqerdet.
L-investiment għandu stadju wieħed. Dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 350 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) fl-2026-2027 għall-kostruzzjoni, ir-rikostruzzjoni, ir-restawr, il-modernizzazzjoni u l-aġġornament ta’ faċilitajiet tal-infrastruttura tat-trasport fost l-oħrajn fis-setturi li ġejjin, il-ferroviji, it-tbaħħir marittimu u intern, it-toroq, l-avjazzjoni u l-punti ta’ qsim tal-fruntieri.
L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
11.1
|
Ir-Riforma 1.
L-ippjanar komprensiv tas-settur tat-trasport
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna riveduta sal-2030
|
Q4
|
2024
|
L-adozzjoni ta’ Ordni tal-Kabinett tal-Ministri dwar l-aġġornament tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna għall-perjodu sal-2030.
L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- ir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp ta’ sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti f’konformità mal-politiki u l-istandards tal-UE b’mod partikolari relatati man-networks trans-Ewropej tat-trasport u l-miri tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport stabbiliti fil-livell internazzjonali u Ewropew (inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ rotot ferrovjarji, tat-toroq u tal-passaġġi fuq l-ilma interni, inklużi fil-mapep indikattivi tan-network TEN-T, id-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tas-sistema tat-trasport, eċċ.);
- trasport tal-passiġġieri ta’ kwalità għolja u mobbiltà mingħajr xkiel;
- sikur għan-nies u għall-ambjent, trasport sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
|
|
11.2
|
Ir-Riforma 2.
L-iżvilupp tal-potenzjal tal-loġistika tal-esportazzjoni tal-Ukrajna
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030
|
Q4
|
2024
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030. L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- rikostruzzjoni ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera fil-fruntiera mal-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija u r-Rumanija;
- il-ħolqien ta’ network ta’ żoni ta’ servizz;
- simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-qsim tal-fruntieri (diġitalizzazzjoni u introduzzjoni ta’ kontroll konġunt) f’konformità mal-istandards tal-UE.
|
|
11.3
|
Ir-Riforma 3.
Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar is-sikurezza tat-traffiku u l-interoperabbiltà tat-trasport ferrovjarju tal-Ukrajna b’applikazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha
|
Q4
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar is-Sikurezza tat-Traffiku u l-Interoperabbiltà tat-Trasport Ferrovjarju tal-Ukrajna” b’applikazzjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tagħha. Il-liġi tiżgura l-integrazzjoni teknika tat-trasport ferrovjarju f’konformità mal-prinċipji tad-Direttivi 2016/798, 2016/797, u r-Regolament 2016/796 u tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
-l-istabbiliment ta’ awtorità nazzjonali tas-sikurezza ferrovjarja u l-għoti tas-setgħat u l-funzjonijiet assenjati lilha mil-leġiżlazzjoni tal-UE;
-l-introduzzjoni ta’ qafas legali għaċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji u l-awtorizzazzjoni tas-sikurezza tal-amministraturi tal-infrastruttura;
-l-istabbiliment ta’ korp investigattiv nazzjonali u l-introduzzjoni tal-investigazzjoni teknika tal-aċċidenti ferrovjarji;
-l-istabbiliment ta’ qafas legali għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi u tal-infrastruttura abbażi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà;
-l-istabbiliment ta’ qafas legali għaċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji, ibbażat fuq il-mudell tal-UE.
|
|
11.8
|
Ir-Riforma 3.
Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija
|
Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-trasport ferrovjarju b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet
|
Q4
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar is-Suq tat-Trasport Ferrovjarju” b’applikazzjoni sekwenzjali tad-dispożizzjonijiet tagħha. Il-liġi se timplimenta elementi ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar iż-żona ferrovjarja unika Ewropea u dwar il-forniment ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija (OSP) f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva 2012/34/KE kif emendata u r-Regolament (KE)1370/07 moqri flimkien mal-Linji Gwida Interpretattivi tiegħu tal-2023. Il-Liġi tapplika b’mod sekwenzjali kif ġej:
fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu fil-parti li tikkonċerna dawn l-oqsma ewlenin:
-l-iżgurar tas-separazzjoni funzjonali tal-maniġer tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji, inkluża l-indipendenza tal-maniġer tal-infrastruttura fir-rigward tal-funzjonijiet essenzjali u r-regoli dwar ir-relazzjonijiet/it-tranżazzjonijiet finanzjarji, inkluża separazzjoni tal-kontijiet fi ħdan l-impriżi ferrovjarji;
-it-twaqqif ta’ Korp Regolatorju indipendenti u d-definizzjoni tal-funzjonijiet u s-setgħat tiegħu;
-liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji minn Awtorità tal-Liċenzji indipendenti.
fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li jinkludi perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ mill-inqas 2 snin fil-parti li tikkonċerna dawn l-oqsma ewlenin:
-il-ħolqien ta’ qafas leġiżlattiv komprensiv għall-funzjonament ta’ suq kompetittiv tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż l-iżgurar ta’ aċċess ekwu, nondiskriminatorju u trasparenti għall-infrastruttura ferrovjarja għall-impriżi ferrovjarji;
-l-introduzzjoni ta’ tariffi mhux diskriminatorji għall-użu tal-infrastruttura u l-faċilitajiet ta’ servizz;
-l-istabbiliment ta’ awtoritajiet kompetenti għall-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku
-id-definizzjoni tal-kontenut tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku fis-settur ferrovjarju;
-l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għall-kontroll tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti u l-esklużjoni ta’ kumpens żejjed għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi.
|
|
11.4
|
Ir-Riforma 3.
Il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport bil-ferrovija
|
L-adozzjoni tal-liġijiet sekondarji għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport ferrovjarju
|
Q4
|
2027
|
L-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi ewlenin (by-laws) għall-implimentazzjoni tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar it-Trasport Ferrovjarju tal-Ukrajna”. Il-liġijiet sekondarji jintroduċu mekkaniżmi għall-funzjonament tas-suq tat-trasport ferrovjarju u, b’mod partikolari, jiffukaw fuq: aċċess ugwali għall-infrastruttura ferrovjarja, liċenzjar tal-operaturi ferrovjarji, sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza, il-proċedura għall-organizzazzjoni ta’ trasport tal-passiġġieri soċjalment importanti (OSP).
|
|
11.5
|
Ir-Riforma 4.
Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tbaħħir merkantili u t-tbaħħir fil-passaġġi fl-ilmijiet interni
|
Q4
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar l-Emendi għal Ċerti Atti Leġiżlattivi tal-Ukrajna dwar it-Trasport Marittimu Merkantili u t-Tbaħħir fuq Passaġġi tal-Ilma Interni”. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- id-definizzjoni u r-regolamentazzjoni tal-prinċipji tal-iżgurar tas-sikurezza tan-navigazzjoni fil-baħar territorjali, l-ilmijiet interni tal-baħar, il-portijiet, u l-passaġġi fuq l-ilma interni;
- it-titjib tal-mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tar-reġim internazzjonali għall-protezzjoni tal-bastimenti u l-portijiet marittimi;
- id-definizzjoni ta’ mekkaniżmu dettaljat għall-kontroll tal-bastimenti f’port marittimu;
- ir-rieżami tal-funzjonijiet tal-korp eżekuttiv ċentrali li jimplimenta l-politika tal-istat fl-oqsma tat-trasport marittimu u fl-ilmijiet navigabbli interni u t-tbaħħir fil-Kodiċi dwar il-Bastimenti Merkantili, il-Liġijiet tal-Ukrajna “Dwar it-Trasport”, “Dwar it-Trasport fuq Passaġġi fuq l-Ilma Interni” u “Fuq il-Portijiet Marittimi tal-Ukrajna” sabiex tiġi eliminata d-duplikazzjoni tan-normi leġiżlattivi u tiġi ċċarata d-diviżjoni tal-kompetenza, b’mod partikolari mal-korp eżekuttiv ċentrali li jiżgura l-formazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-istat fl-oqsma tat-trasport marittimu u fl-ilmijiet navigabbli interni;
- is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, lista ċara tas-setgħat tal-korpi tal-istat, l-eliminazzjoni ta’ ostakli amministrattivi.
|
|
11.6
|
Ir-Riforma 4.
Servizzi mtejba portwarji u ta’ trasport fuq l-ilma
|
Rieżami u emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-provvista tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet
|
Q1
|
2027
|
Rieżami u emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti (inklużi l-atti legali subordinati rilevanti) f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-provvista tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet.
|
|
11.7
|
L-Investiment 1.
Investimenti fl-infrastruttura tat-transport
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 350 miljun fl-infrastruttura tat-trasport
|
Q4
|
2027
|
Ir-rapport tal-gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2026 u l-2027 il-gvern ġenerali bbaġitja mill-inqas EUR 350 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għar-rikostruzzjoni, ir-restawr, il-modernizzazzjoni u l-aġġornament tal-faċilitajiet tal-infrastruttura tat-trasport li saritilhom ħsara u li nqerdu, f’konformità mal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna sal-2030, inklużi wħud mill-fondi li għandhom jiġu diretti lejn il-livell reġjonali (bħala parti mill-istadju 9.8), fost l-oħrajn fis-setturi li ġejjin:
- il-ferroviji (f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar it-trasport ferrovjarju tal-Ukrajna);
- it-tbaħħir marittimu u dak intern (f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar it-tbaħħir merkantili u t-tbaħħir fil-passaġġi fuq l-ilma interni);
- it-toroq;
- l-avjazzjoni;
- u l-punti ta’ qsim tal-fruntieri (f’konformità mal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030).
|
C.12 IS-SETTUR AGROALIMENTARI
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jappoġġa t-tisħiħ tas-settur agroalimentari tal-Ukrajna b’mod parallel mal-allinjament ulterjuri tal-qafas regolatorju tagħha mal-acquis tal-UE.
Ir-Riforma 1. L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-UE
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu żviluppati prijoritajiet nazzjonali strateġiċi inkluż l-allinjament ulterjuri mal-prattiki, in-normi u r-regoli tal-UE.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, l-Ukrajna għandha tadotta l-Istrateġija għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sal-2030. It-tieni, għandha tiġi stabbilita Sistema ta’ Network tad-Data tal-Kontabilità Agrikola f’reġjuni pilota magħżula biex tippermetti t-traċċar tas-sitwazzjoni fis-settur agrikolu.
Ir-riforma mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2027.
Ir-Riforma 2. L-iżgurar ta’ suq tal-artijiet funzjonali
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ttejjeb is-suq tal-art funzjonali.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Għandhom jiġu stabbiliti sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet mal-art u sistema ta’ ġeoinformazzjoni għall-valutazzjoni tal-massa tal-art.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 3. Titjib tal-istruttura istituzzjonali u amministrattiva għall-ġestjoni tal-programmi ta’ investiment
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jittejjeb l-istabbiliment għall-ġestjoni tal-iskemi ta’ appoġġ finanzjarju pubbliku għas-settur agroalimentari.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tiffoka fuq it-tfassil ta’ miżuri ta’ appoġġ pubbliku, inkluż għal azjendi agrikoli fuq skala żgħira, strumenti finanzjarji futuri, kif ukoll id-diġitalizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ sistemi elettroniċi ta’ ġestjoni tad-dokumenti, u jiżgura li l-appoġġ mill-Istat jista’ jiġi dirett biss lil benefiċjarji rreġistrati fir-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR, State Agrarian Register).
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 4. Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi fformalizzat u mtejjeb ir-reġistru elettroniku pubbliku uffiċjali tal-azjendi agrikoli (jiġifieri r-Reġistru Agrarju tal-Istat).
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, tidħol fis-seħħ liġi li tirrikonoxxi r-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR) bħala reġistru elettroniku pubbliku uffiċjali fil-qasam tal-politika agrarja u s-sigurtà tal-ikel. It-tieni, jiġi ppubblikat rapport li jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Istat minn istituzzjonijiet tal-gvern ċentrali permezz tas-SAR.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 5. L-iżvilupp fit-tul tas-sistema tat-tisqija biex tiżdied ir-reżiljenza għall-klima tas-settur
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żgurat ippjanar fit-tul tal-infrastruttura tat-tisqija b’mod sostenibbli, sabiex titrawwem ir-reżiljenza tas-settur agroalimentari fil-kuntest tat-tibdil fil-klima.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni ta’ pjan fit-tul li jistabbilixxi l-oqsma u l-prinċipji ewlenin għall-iżvilupp tas-sistemi ta’ irrigazzjoni tal-ilma tal-Ukrajna.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 6. It-tneħħija ta’ mini mill-art u ta’ żoni tal-ilma
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi żviluppata strateġija nazzjonali biex tiddeskrivi l-komponenti ewlenin tal-isforzi għat-tneħħija tal-mini tal-Ukrajna.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-adozzjoni tal-Istrateġija dwar l-Azzjoni kontra l-Mini.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2024.
L-Investiment 1. Investimenti fit-tneħħija tal-mini
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li jappoġġa lil sidien jew lil utenti tal-art agrikola li jwettqu sforzi għat-tneħħija tal-mini.
L-investiment għandu żewġ stadji. L-ewwel nett, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 30 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-fondi mħallsa lil sidien jew lil utenti tal-art agrikola għall-kostijiet tat-tneħħija tal-mini fl-2024-2025. It-tieni, dan jinvolvi l-ibbaġitjar ta’ mill-inqas EUR 100 miljun fi prezzijiet attwali (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-fondi mħallsa lil sidien jew lil utenti tal-art agrikola għall-kostijiet tat-tneħħija tal-mini fl-2024-2027.
L-investiment huwa mistenni jitlesta sal-aħħar trimestru tal-2027.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
12.1
|
Ir-Riforma 1.
L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-politika tal-UE
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sal-2030
|
Q4
|
2024
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sal-2030. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-adattament tal-politiki Ukreni dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali għall-kuntest ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE u oqsma ta’ tħassib speċjali tal-Ukrajna, bħar-riforma tal-art, l-irrigazzjoni, l-irkupru tal-gwerra u l-appoġġ għall-iżvilupp;
- it-tisħiħ istituzzjonali u l-bini tal-kapaċità biex jiġu żviluppati s-sistemi meħtieġa;
- l-aċċellerazzjoni tal-proċess biex l-atti u l-kapaċitajiet legali għall-agrikoltura agroalimentari u l-miżuri sanitarji u fitosanitarji (sanitary and phytosanitary measures, SPS) jiġu approssimati mal-istandards tal-UE;
- il-promozzjoni tal-iżvilupp għal produtturi żgħar u komunitajiet rurali;
- id-definizzjoni ta’ linji bażi u miri ambjentali u ta’ azzjoni klimatika, il-bini ta’ programmar ibbażat fuq l-evidenza u kapaċitajiet ta’ ġestjoni u kontroll finanzjarji sodi.
|
|
12.2
|
Ir-Riforma 1.
L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-politika tal-UE
|
L-istabbiliment tas-sistema tan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN)
|
Q1
|
2027
|
Is-sistema tan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN, Farm Sustainability Data Network) b’data minn reġjuni pilota magħżula, li għandha tinħoloq taħt il-Ministeru tal-Politika Agrarja, hija stabbilita u hija operazzjonali f’konformità mal-prinċipji tal-acquis tal-UE f’dan il-qasam. Is-sistema tippermetti t-traċċar tas-sitwazzjoni fis-settur agrikolu u t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati dwar l-allokazzjoni tal-appoġġ mill-Istat lill-produtturi agrikoli
|
|
12.3
|
Ir-Riforma 2.
L-iżgurar ta’ suq tal-artijiet funzjonali
|
Twaqqif ta’ sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet dwar l-artijiet
|
Q1
|
2025
|
Bdiet titħaddem sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet mal-art, li tiffunzjona fil-qafas taż-żamma tal-Katast tal-Istat tal-Art. Sistema ġeoinformattiva għall-valutazzjoni tal-massa tal-art bdiet titħaddem bħala parti mis-software tal-Katast tal-Art tal-Istat.
|
|
12.4
|
Ir-Riforma 3.
Titjib tal-istruttura istituzzjonali u amministrattiva għall-ġestjoni tal-programmi ta’ investiment
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-appoġġ pubbliku għall-agrikoltura tal-Ukrajna
|
Q3
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-Emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar l-Appoġġ mill-Istat għall-Agrikoltura tal-Ukrajna”. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- it-tfassil ta’ miżuri futuri ta’ appoġġ pubbliku f’konformità mal-prinċipji tal-acquis tal-UE f’dan il-qasam. L-għażla ta’ miżuri futuri ta’ appoġġ pubbliku se tinkludi analiżi ta’ Saħħiet, Dgħufijiet, Opportunitajiet u Theddidiet (Strengths, Weaknesses, Opportunities, and Threats, SWOT);
- it-tfassil ta’ miżuri biex jappoġġaw il-produzzjoni agrikola għal azjendi agrikoli fuq skala żgħira biex iwettqu investimenti privati (assi fiżiċi ta’ produtturi ta’ azjendi agrikoli, għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni);
- it-tfassil ta’ strumenti finanzjarji futuri (inklużi faċilitajiet ta’ garanzija ta’ kreditu) għall-kategoriji kollha tal-azjendi agrikoli f’kollaborazzjoni mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali;
- id-diġitalizzazzjoni permezz ta’ sistemi elettroniċi ta’ ġestjoni tad-dokumenti;
- l-appoġġ mill-Istat mogħti esklużivament lill-benefiċjarji elenkati fir-Reġistru Agrarju tal-Istat.
|
|
12.5
|
Ir-Riforma 4.
Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR)
|
Q4
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar ir-Reġistru Agrarju tal-Istat”. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- ir-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR) huwa rikonoxxut bħala reġistru elettroniku pubbliku uffiċjali fil-qasam tal-politika agrarja u s-sigurtà tal-ikel bir-regolamentazzjoni tal-elementi obbligatorji tiegħu, bħall-proċedura għall-amministrazzjoni tiegħu, id-definizzjoni tad-data tiegħu, l-aċċess mill-partijiet terzi;
- il-kopertura tas-SAR tiġi estiża biex tirreġistra u tinkludi informazzjoni dwar il-partijiet ikkonċernati tul il-ktajjen tal-valur agrikoli kollha bħall-produtturi agrikoli, il-proċessuri tal-ikel, l-utenti tal-ilma;
- il-funzjonalità tas-SAR tiġi estiża, u sservi bħala prekundizzjoni għall-assistenza finanzjarja u tippermetti t-twassil immirat tal-assistenza teknika, servizzi amministrattivi oħra, l-introduzzjoni ta’ informazzjoni analitika;
- ir-reġistrazzjoni fis-SAR hija prekundizzjoni biex wieħed jirċievi kwalunkwe tip ta’ appoġġ pubbliku fis-settur agroalimentari;
- pubblikazzjoni obbligatorja tar-reġistru tal-benefiċjarji ta’ kwalunkwe programm ta’ appoġġ mill-Istat fis-settur implimentat permezz tas-SAR.
|
|
12.6
|
Ir-Riforma 4.
Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli
|
Pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Istat permezz tar-Reġistru Agrikolu pubbliku
|
Q1
|
2026
|
Is-sottomissjoni tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Istat permezz tas-SAR li turi li minimu ta’ 80 fil-mija tal-appoġġ pubbliku fis-settur agrikolu pprovdut fl-2025 mill-istituzzjonijiet tal-gvern ċentrali ġie pprovdut permezz tar-Reġistru Agrikolu tal-Istat (SAR).
|
|
12.7
|
Ir-Riforma 5.
L-iżvilupp fit-tul tas-sistema tat-tisqija biex tiżdied ir-reżiljenza għall-klima tas-settur
|
L-adozzjoni tal-pjan fit-tul dwar is-sistema tat-tisqija
|
Q1
|
2025
|
L-adozzjoni ta’ “Il-pjan fit-tul għall-iżvilupp tas-sistema tal-irrigazzjoni”. Il-pjan jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- il-prijoritajiet fis-settur tat-tisqija bbażati fuq analiżi tal-benefiċċji ekonomiċi sħaħ;
- l-allinjament mal-istrateġija tas-settur tal-ilma u mal-prinċipji tal-ġestjoni tal-ilma bbażata fuq il-baċir tal-ilma;
- l-indikazzjoni tal-investimenti pubbliċi u oħrajn meħtieġa u l-ħtieġa għal aktar privatizzazzjoni;
- id-dimensjoni tal-governanza/tal-ġestjoni tas-settur;
- il-valutazzjoni ambjentali li għandha titwettaq għal kwalunkwe proġett ta’ riabilitazzjoni jew kostruzzjoni f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-UE dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, il-valutazzjoni strateġika ambjentali u l-leġiżlazzjoni tal-Ukrajna f’dan il-qasam.
|
|
12.8
|
Ir-Riforma 6.
It-tneħħija ta’ mini mill-art u ta’ żoni tal-ilma
|
L-adozzjoni tad-dokument strateġiku dwar l-Azzjoni kontra l-Mini għall-perjodu sal-2033
|
Q2
|
2024
|
L-adozzjoni tal-att leġiżlattiv dwar l-approvazzjoni tad-dokument strateġiku dwar l-Azzjoni kontra l-Mini għall-perjodu sal-2033 (l-Att tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna jew il-President tal-Ukrajna). L-att leġiżlattiv jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- il-ġestjoni fil-qasam tal-Azzjoni kontra l-Mini;
- l-appoġġ għall-effiċjenza tal-operaturi ta’ Azzjoni kontra l-Mini;
- il-prevenzjoni ta’ inċidenti;
- l-assistenza komprensiva lill-vittmi;
- l-innovazzjoni;
- il-bilanċ u r-rappreżentanza bejn il-ġeneri;
- l-iżvilupp tas-suq privat;
- il-koordinazzjoni effettiva u trasparenti mad-donaturi;
- l-iffurmar tas-sistema ta’ prijoritizzazzjoni ta’ kompiti fl-azzjoni kontra l-mini.
|
|
12.9
|
L-Investiment 1.
Investimenti fit-tneħħija tal-mini
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 30 miljun fit-tneħħija tal-mini ta’ art agrikola
|
Q2
|
2026
|
Rapport interim tal-Gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2024 u l-2025 il-Gvern ġenerali bbaġitja mill-inqas EUR 30 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-fondi mħallsa lil sidien jew lil utenti ta’ art agrikola għall-kostijiet tat-tneħħija tal-mini.
|
|
12.10
|
L-Investiment 1.
Investimenti fit-tneħħija tal-mini
|
Investimenti ta’ mill-inqas EUR 100 miljun fit-tneħħija tal-mini ta’ art agrikola
|
Q4
|
2027
|
Rapport finali tal-Gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2024, l-2025, l-2026, l-2027 il-Gvern ġenerali bbaġitja mill-inqas EUR 100 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għall-fondi mħallsa lil sidien jew lil utenti ta’ art agrikola għall-kostijiet tat-tneħħija tal-mini
|
C.13. ĠESTJONI TAL-MATERJA PRIMA KRITIKA
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tas-settur tal-materja prima kritika fl-Ukrajna f’konformità kemm mal-objettivi ekonomiċi kif ukoll ma’ dawk ta’ sostenibbiltà. Se tiffoka fuq it-titjib tal-ippjanar strateġiku u l-proċeduri amministrattivi.
Ir-Riforma 1. It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għal investituri strateġiċi.
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tattira investimenti fl-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima kritika.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tidħol fis-seħħ liġi dwar l-emendi għall-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna għall-Perjodu sal-2030, li tintroduċi l-Fond Kumpensatorju tal-Istat għaż-żona ġeoloġika u tistabbilixxi direzzjonijiet strateġiċi għas-settur. It-tieni, rapport dwar il-verifika tar-riżervi tal-materja prima kritika tal-Ukrajna bl-użu ta’ klassifikazzjoni internazzjonali għandu jiġi ppubblikat u jsir disponibbli għall-investituri.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 2. Proċeduri amministrattivi mtejba.
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi ottimizzata l-proċedura u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-investituri potenzjali. L-għan ewlieni huwa li jittejbu t-trasparenza, il-ħeffa u l-kosteffiċjenza għal deċiżjonijiet ġodda ta’ investiment.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, għandha tiġi ppubblikata sensiela ta’ proġetti ta’ investiment għall-estrazzjoni tal-materja prima kritika. It-tieni, għandhom jitnedew offerti internazzjonali tal-Ftehim dwar il-Kondiviżjoni tal-Prodotti (Product Sharing Agreement, PSA) li jużaw it-termini mudell tal-ftehim kif miftiehma mill-Gvern u magħmula pubbliċi. It-tielet, l-iżvilupp u t-tnedija ta’ kabinett elettroniku tal-utenti tas-sottoswol b’funzjonalitajiet addizzjonali.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 3. L-użu ta’ Teknoloġiji Moderni tal-Estrazzjoni u l-Integrazzjoni tal-Ukrajna fil-Ktajjen Moderni tal-Valur tal-Ipproċessar
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tissaħħaħ it-trasparenza fir-rigward tal-prattiki ta’ governanza ambjentali, soċjali u korporattiva fis-settur tal-materja prima kritika.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ studju li jivvaluta l-leġiżlazzjoni attwali dwar ir-rapportar Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) fis-settur tal-estrazzjoni u tal-estrazzjoni.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
13.1
|
Ir-Riforma 1.
It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għall-investituri strateġiċi
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna sal-2030
|
Q4
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna dwar Emendi għall-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna għall-Perjodu sal-2030. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-introduzzjoni ta’ Fond ta’ Kumpens tal-Istat għal żona ġeoloġika;
- il-prijoritizzazzjoni tal-objettivi taż-żona ta’ estrazzjoni f’konformità mal-Istrateġiji tal-UE;
- id-definizzjoni tat-termini tal-materja prima strateġika u kritika, il-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskju metodoloġika regolari tal-livell ta’ sigurtà tal-provvista tagħha, u d-definizzjoni ta’ grupp ta’ pajjiżi sħab.
|
|
13.2
|
Ir-Riforma 1.
It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għall-investituri strateġiċi
|
Il-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar il-verifika tar-riżervi tal-Ukrajna tal-Materja Prima Kritika
|
Q3
|
2025
|
Il-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar il-verifika tar-riżervi tal-Materja Prima Kritika tal-Ukrajna bl-użu ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni internazzjonali u r-riżultati jsiru disponibbli għall-investituri.
|
|
13.3
|
Ir-Riforma 2.
Proċeduri amministrattivi mtejba
|
Il-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ proġetti ta’ investiment għall-estrazzjoni ta’ materja prima kritika
|
Q2
|
2025
|
Il-pubblikazzjoni tar-riżerva ta’ proġetti ta’ investiment għall-estrazzjoni tal-materja prima kritika.
|
|
13.4
|
Ir-Riforma 2.
Proċeduri amministrattivi mtejba
|
It-tnedija ta’ offerti internazzjonali tal-Ftehim dwar il-Kondiviżjoni tal-Prodotti (PSA) li jiżgura t-trasparenza tagħhom
|
Q2
|
2025
|
It-tnedija u l-pubblikazzjoni tal-offerti internazzjonali tal-Ftehim dwar il-Kondiviżjoni tal-Prodotti (PSA), bl-użu tat-termini mudell tal-ftehim kif miftiehem mill-Gvern. It-trasparenza tal-offerti u tal-Ftehimiet tal-PSA żgurata permezz tal-aċċess miftuħ għat-termini tiegħu.
|
|
13.5
|
Ir-Riforma 2.
Proċeduri amministrattivi mtejba
|
It-twaqqif ta’ kabinett elettroniku mtejjeb tal-utenti tas-sottoswol
|
Q1
|
2025
|
Ikun operattiv kabinett elettroniku aġġornat tal-utenti tas-sottoswol b’funzjonalitajiet addizzjonali ta’ aċċess għar-reġistru tal-istat ta’ permessi speċjali għall-użu tas-sottoswol li jippermettu t-talba u l-kisba ta’ liċenzji elettroniċi (estratt mir-Reġistru) u li jipprovdu aċċess għal data ġeoloġika diġitali.
|
|
13.6
|
Ir-Riforma 3.
L-użu ta’ Teknoloġiji Moderni tal-Estrazzjoni u l-Integrazzjoni tal-Ukrajna fil-Ktajjen Moderni tal-Valur tal-Ipproċessar
|
Il-pubblikazzjoni ta’ studju dwar il-leġiżlazzjoni dwar ir-rapportar ESG
|
Q4
|
2025
|
Approvazzjoni u pubblikazzjoni ta’ studju li jivvaluta l-leġiżlazzjoni attwali dwar ir-rapportar Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza Environmental, Social and Governance, (ESG) fis-settur tal-estrazzjoni u tal-estrazzjoni, li jipproponi rakkomandazzjonijiet dwar liema lakuni leġiżlattivi jeħtieġ li jiġu koperti.
|
C.14. TRASFORMAZZJONI DIĠITALI
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jsaħħaħ it-trasformazzjoni diġitali tal-Ukrajna. Se jkun iffokat ukoll fuq it-tisħiħ taċ-ċibersigurtà.
Ir-Riforma 1. Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li ssaħħaħ iċ-ċibersigurtà fil-proċess tat-trasformazzjoni diġitali.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandha tiġi adottata riżoluzzjoni li tiddefinixxi t-teknoloġiji tar-radju li huma permessi għall-użu fl-Ukrajna. It-tieni, għandhom jidħlu fis-seħħ għadd ta’ atti leġiżlattivi dwar iċ-ċibersigurtà biex jallinjaw mal-qafas tal-NIS u tal-NIS2, u jwittu wkoll it-triq lejn l-implimentazzjoni tas-Sett ta’ Għodod tal-UE għas-Sigurtà tal-5G.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 2. Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tissimplifika l-interazzjoni bejn l-istat u ċ-ċittadini permezz tad-diġitalizzazzjoni.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat Pjan ta’ Azzjoni sal-2026 għad-diġitalizzazzjoni tal-biċċa l-kbira tas-servizzi pubbliċi komuni f’għadd ta’ oqsma. It-tieni, għandu jidħol fis-seħħ att legali dwar il-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
14.1
|
Ir-Riforma 1.
Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti
|
L-adozzjoni ta’ Pjan rivedut għall-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju fl-Ukrajna
|
Q1
|
2025
|
L-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-emendar tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna “Dwar l-Approvazzjoni tal-Pjan għall-Allokazzjoni u l-Użu tal-Ispettru tar-Radju fl-Ukrajna”. Ir-riżoluzzjoni tiddefinixxi t-teknoloġiji tar-radju li l-użu tagħhom huwa permissibbli fl-Ukrajna, bid-definizzjoni tal-baned tal-frekwenzi tar-radju u s-servizzi tar-radju li jikkorrispondu magħhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet tat-terminazzjoni tal-iżvilupp u l-użu tagħhom, kif ukoll il-lista ta’ teknoloġiji tar-radju promettenti għall-implimentazzjoni fl-Ukrajna bid-definizzjoni tal-baned tal-frekwenzi tar-radju u s-servizzi tar-radju li jikkorrispondu magħhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-acquis tal-UE.
|
|
14.2
|
Ir-Riforma 1.
Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-istat u l-infrastruttura kritika tal-informazzjoni
|
Q1
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-atti leġiżlattivi rispettivi biex ikun hemm allinjament mal-qafas tal-NIS u tal-NIS2 (jiġifieri d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148). L-atti jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- ir-regolazzjoni tal-implimentazzjoni obbligatorja ta’ miżuri mmirati lejn il-ħolqien ta’ qafas legali xieraq għall-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u t-trażżin ta’ atti ta’ aggressjoni fiċ-ċiberspazju fil-kuntest tal-gwerra tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna;
- iż-żieda fil-livell ta’ protezzjoni tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-istat u l-infrastruttura kritika tal-informazzjoni kontra l-attakki ċibernetiċi;
- it-titjib tal-qafas regolatorju fil-qasam taċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tal-informazzjoni biex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-sistema nazzjonali taċ-ċibersigurtà li tiġġieled it-theddid ċibernetiku.
|
|
14.3
|
Ir-Riforma 2.
Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi
|
L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026
|
Q1
|
2025
|
L-adozzjoni tal-Ordinanza tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026. Il-pjan ta’ azzjoni jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-irkupru;
- l-edukazzjoni;
- il-kura tas-saħħa;
- is-servizzi għall-veterani;
- uffiċjal tas-servizz militari;
- id-dwana;
- l-isfera soċjali elettronika.
|
|
14.4
|
Ir-Riforma 2.
Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi
|
Id-dħul fis-seħħ tal-att legali dwar il-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika, f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183
|
Q2
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ ta’ att legali dwar il-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika fl-Ukrajna bħala komponent ewlieni tal-infrastruttura nazzjonali tal-identità elettronika, f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183. L-att legali jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin: :
- l-istabbiliment ta’ sistema ta’ identifikazzjoni elettronika moderna fl-Ukrajna u l-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli tagħha;
- l-iżgurar tal-interoperabbiltà (kompatibbiltà teknoloġika) tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika, tan-nodi intermedji ta’ identifikazzjoni elettronika (hubs) u tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika;
- il-protezzjoni tar-riżorsi ta’ informazzjoni pproċessati fis-sistema.
|
C.15. IT-TRANŻIZZJONI EKOLOĠIKA U L-PROTEZZJONI AMBJENTALI
1. Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jrawwem it-tranżizzjoni ekoloġika tal-Ukrajna, billi jappoġġa d-dekarbonizzazzjoni u jsaħħaħ ir-reżiljenza ambjentali u klimatika.
Ir-Riforma 1. Prevenzjoni, tnaqqis u kontroll tat-tniġġis industrijali
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi indirizzat it-tniġġis ambjentali, filwaqt li jiġi żgurat id-dritt kostituzzjonali taċ-ċittadini għal ambjent sikur.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni mmirata lejn il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis industrijali, b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet. L-istadju jintroduċi approċċi integrati għall-permessi u l-kontroll tat-tniġġis industrijali bbażati fuq l-applikazzjoni tal-aħjar teknoloġiji disponibbli u metodi ta’ ġestjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2024.
Ir-Riforma 2. Politika tal-klima
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tinħoloq arkitettura għall-governanza klimatika kif ukoll mekkaniżmu xieraq għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-istat fil-qasam tat-tibdil fil-klima fl-Ukrajna.
Ir-riforma għandha tliet stadji. L-ewwel nett, għandha tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni ġdida li tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi tal-politika tal-istat dwar il-klima tal-Ukrajna. It-tieni, għandha tiġi adottata riżoluzzjoni dwar il-kunsill xjentifiku u espert dwar il-preservazzjoni tas-saff tal-ożonu. It-tielet, it-tieni Kontribut Determinat fil-Livell Nazzjonali tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi tal-Klima għandu jiġi adottat.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sal-aħħar trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 3. Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li trawwem l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi tas-suq fl-ipprezzar tal-karbonju.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp ta’ Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra. It-tieni, l-Ukrajna għandha terġa’ tibda s-sistema obbligatorja tagħha ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (monitoring, reporting, and verification, MRV), b’ċerti eċċezzjonijiet.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2025.
Ir-Riforma 4. Restawr u konservazzjoni tar-riżorsi naturali
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jitnaqqsu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti.
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li se tirregola l-kwistjoni tal-konferma tas-sostenibbiltà tal-oriġini tal-injam u ta’ oġġetti oħra li jistgħu jwasslu għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti.
Ir-riforma hija mistennija titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 5. Żieda fl-ekonomija ċirkolari
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu implimentati l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-ġestjoni tal-iskart.
Ir-riforma għandha żewġ stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat pjan nazzjonali għall-immaniġġjar tal-iskart. It-tieni, l-Ukrajna għandha tadotta strateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha.
Ir-riforma mistennija titlesta sal-ewwel trimestru tal-2026.
Ir-Riforma 6. Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS)
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li trawwem il-protezzjoni ambjentali billi ssaħħaħ iċ-ċarezza dwar ir-regoli tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (Strategic Environmental Assessment, SEA).
Ir-riforma għandha stadju wieħed. Dan jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ nota kunċettwali li għandha tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi mir-regoli tal-EIA u tal-VAS.
Ir-riforma mistennija titlesta sat-tielet trimestru tal-2024.
2. Lista ta’ stadji u skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
|
Nru
|
Riforma / Investiment
|
Isem l-istadju
|
Skeda ta’ żmien
|
Deskrizzjoni tal-pass
|
|
15.1
|
Riforma 1
Prevenzjoni, tnaqqis u kontroll tat-tniġġis industrijali
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis industrijali b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet
|
Q3
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna dwar l-Iżgurar tad-Drittijiet Kostituzzjonali taċ-ċittadini għal ambjent sikur għall-ħajja u s-saħħa b’applikazzjoni parzjali tad-dispożizzjonijiet. Il-liġijiet amministrattivi għandhom jiġu adottati fi żmien 12-il xahar u xi dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tas-sejbiet tal-aħjar teknoloġiji u metodi ta’ ġestjoni disponibbli fi żmien 4 snin wara t-terminazzjoni tal-liġi marzjali, ħlief għall-installazzjonijiet li jibdew joperaw għall-ewwel darba.
Il-liġi għandha l-għan li tipprevjeni, tnaqqas u tikkontrolla t-tniġġis industrijali u tintroduċi approċċi integrati għall-permessi u l-kontroll tat-tniġġis industrijali bbażati fuq l-applikazzjoni tal-aħjar teknoloġiji u metodi ta’ ġestjoni disponibbli skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (riformulazzjoni)
|
|
15.2
|
Ir-Riforma 2.
Politika tal-klima
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Politika dwar il-klima tal-Istat
|
Q1
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar il-Prinċipji Bażiċi tal-Politika tal-Istat dwar il-Klima”. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-għanijiet u l-prinċipji bażiċi tal-politika tal-istat dwar il-klima;
- il-korpi governattivi fil-qasam tat-tibdil fil-klima;
- l-ippjanar strateġiku fil-qasam tat-tibdil fil-klima;
- il-mekkaniżmi u l-għodod biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi;
- il-qafas nazzjonali għat-traċċar tal-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri u t-tbassir fil-qasam tat-tibdil fil-klima;
- il-kunsill xjentifiku u espert dwar it-tibdil fil-klima u l-preservazzjoni tas-saff tal-ożonu;
- is-sistema nazzjonali ta’ inventarju ta’ emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u assorbiment minn bjar ta’ gassijiet serra;
- il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-akkwist.
|
|
15.3
|
Ir-Riforma 2.
Politika tal-klima
|
L-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-Kunsill Xjentifiku u Espert dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Preservazzjoni tas-Saff tal-Ożonu
|
Q4
|
2025
|
L-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna “Dwar l-Approvazzjoni tar-Regolament dwar il-Kunsill Xjentifiku u Espert dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Preservazzjoni tas-Saff tal-Ożonu”. Ir-Regolament jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet xjentifiċi tar-rapporti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change, IPCC) u d-data u l-informazzjoni xjentifika dwar il-klima, b’mod partikolari, dwar l-Ukrajna;
- l-għoti ta’ appoġġ u proposti xjentifiċi u esperti, inkluż it-tħejjija ta’ rapporti, dwar l-għanijiet, il-politiki u l-miżuri klimatiċi, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u t-tbassir tagħhom fil-qasam tat-tibdil fil-klima, kif ukoll il-konformità tal-għanijiet, il-politiki u l-miżuri mal-obbligi internazzjonali tal-Ukrajna;
- il-promozzjoni tal-iskambju ta’ kisbiet xjentifiċi fil-qasam tal-immudellar, il-monitoraġġ, ir-riċerka avvanzata u l-innovazzjoni bl-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jiżdied l-assorbiment mill-bjar;
- is-sostanzjar xjentifiku ta’ modi u mezzi biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi;
- l-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi tiegħu, kif ukoll l-iżvilupp ta’ djalogu u kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet xjentifiċi dwar kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima;
- garanziji ta’ indipendenza għall-Kunsill imsemmi fil-proċedimenti kollha tiegħu;
- kompożizzjoni diversa u xjentifikament rilevanti tal-imsemmi Kunsill.
|
|
15.4
|
Ir-Riforma 2.
Politika tal-klima
|
L-adozzjoni tat-tieni Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi
|
Q3
|
2025
|
L-adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna “Dwar l-Approvazzjoni tat-Tieni Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali (NDC) tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi”. L-NDC jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- il-mira ogħla għat-tnaqqis tal-emissjonijiet milli fl-NDC attwali tal-Ukrajna;
- l-istabbiliment ta’ sena bażi għall-kalkolu tal-emissjonijiet minn sorsi u bjar ta’ gassijiet serra;
- it-tul ta’ żmien tal-implimentazzjoni u/jew il-perjodi ta’ żmien tal-miżuri proposti;
- il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kopertura tas-setturi ekonomiċi u l-gassijiet serra;
- l-ippjanar tal-proċess, is-suppożizzjonijiet u l-approċċi metodoloġiċi użati, inkluż għall-istima u l-kontabbiltà tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar ta’ gassijiet serra;
- ġustifikazzjoni tal-ekwità u l-ambizzjoni tal-NDC fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali;
- il-kontribut għall-kisba tal-objettiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima u biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra/jissaħħu l-bjar, f’konformità mal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima.
It-Tieni NDC tal-Ukrajna għall-Ftehim ta’ Pariġi se jkun aktar ambizzjuż mill-NDC Aġġornat attwali.
|
|
15.5
|
Ir-Riforma 3.
Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju
|
L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Istabbiliment ta’ Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra
|
Q1
|
2025
|
L-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna “Dwar l-Approvazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Istabbiliment ta’ Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra. L-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni se tiżgura d-definizzjoni ta’:
- l-istadji tal-implimentazzjoni tal-ETS;
- il-perjodi ta’ żmien tal-istadji;
- l-infrastruttura meħtieġa;
- miżuri organizzattivi.
|
|
15.6
|
Ir-Riforma 3.
Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju
|
Tkomplija tas-sistema obbligatorja ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika (MRV)
|
Q2
|
2025
|
It-tkomplija ta’ sistema obbligatorja ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV) għall-faċilitajiet koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, ħlief għal dawk li mhumiex ikkontrollati, meqruda jew li jinsabu fit-territorju okkupat temporanjament, jew li ħabbru uffiċjalment is-sospensjoni tal-operazzjonijiet f’termini ta’ produzzjoni.
|
|
15.7
|
Ir-Riforma 4.
Restawr u konservazzjoni tar-riżorsi naturali
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-tnaqqis tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti
|
Q2
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna li se tirregola l-kwistjoni tal-konferma tas-sostenibbiltà tal-oriġini tal-injam u ta’ oġġetti oħra li jistgħu jwasslu għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- l-espansjoni tal-użu tal-kontabbiltà elettronika tal-injam, li se tiżgura t-traċċar tal-moviment tal-injam u l-konferma tal-leġittimità tal-oriġini tal-injam u tal-prodotti tal-injam;
- l-iżgurar li s-sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-prodotti tal-injam ġiet introdotta u s-sistema ta’ ċertifikazzjoni eżistenti għall-injam manifatturat ġiet estiża biex tkopri l-operazzjonijiet kollha tal-kummerċ tal-injam;
- l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għall-konferma tal-oriġini tal-injam, inklużi l-prodotti tal-injam fil-kummerċ.
|
|
15.8
|
Ir-Riforma 5.
Żieda fl-ekonomija ċirkolari
|
L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha
|
Q1
|
2026
|
L-adozzjoni tal-istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u ta’ pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna. L-istrateġija tidentifika l-opportunitajiet u l-impatti potenzjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Ukrajna għas-setturi prijoritarji u l-ktajjen tal-valur magħżula minn qabel għall-5–10, bħall-iskart, it-tessuti, il-plastik, il-batteriji, l-elettronika, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni u t-tiswija, u l-metalli u l-minerali.
|
|
15.9
|
Ir-Riforma 5.
Żieda fl-ekonomija ċirkolari
|
L-adozzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Iskart sal-2033
|
Q3
|
2025
|
L-adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna “Dwar l-Approvazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Iskart sal-2033”. Il-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Iskart jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
- il-ġestjoni tal-iskart domestiku;
- il-ġestjoni tal-iskart perikoluż;
- il-ħtiġijiet tal-infrastruttura;
- l-analiżi tas-sostenibbiltà ekonomika u finanzjarja tal-pjan ta’ azzjoni;
- l-implimentazzjoni ta’ strumenti ekonomiċi biex jittejjeb l-immaniġġjar tal-iskart;
- il-monitoraġġ u l-kontroll tal-immaniġġjar tal-iskart;
- l-ippjanar strateġiku tal-ġestjoni tal-iskart fl-Ukrajna;
- l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-iskart fil-livell reġjonali.
|
|
15.10
|
Ir-Riforma 6.
Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS)
|
Żvilupp ta’ nota kunċettwali li tiddefinixxi l-ambitu tad-devjazzjonijiet mir-regoli tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA)
|
Q3
|
2024
|
It-tħejjija u l-pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-Ministeru għall-Protezzjoni tal-Ambjent u r-Riżorsi Naturali tan-nota kunċettwali wara konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet ikkonċernati li jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi mir-regoli tal-VIA u tal-VAS.
In-nota kunċettwali tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar:
- il-korp li jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi mill-obbligi tal-VIA u tal-VAS;
- id-deskrizzjoni tal-oġġetti u spjegazzjoni għaliex huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga f’kull każ speċifiku;
- il-ġustifikazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi;
- il-limiti ta’ żmien għad-derogi mogħtija.”.
|