IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.12.2025
COM(2025) 989 final
2025/0419(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/956 fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għal oġġetti downstream u għal miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SEC(2025) 989 final} - {SWD(2025) 987 final} - {SWD(2025) 988 final} - {SWD(2025) 989 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Ir-Regolament (UE) 2023/956 li jistabbilixxi Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (“ir-Regolament CBAM”, Carbon Border Adjustment Mechanism) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2023. Is-CBAM jiżgura li l-ambizzjoni klimatika tal-UE ma tiġix imminata mir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, li sseħħ meta l-kumpaniji bbażati fl-UE jittrasferixxu l-produzzjoni ta’ oġġetti b’intensità qawwija ta’ karbonju lejn pajjiżi terzi b’politiki dwar it-tibdil fil-klima inqas stretti. Dan jista’ jseħħ ukoll meta l-prodotti tal-UE jiġu ssostitwiti b’importazzjonijiet orħos iżda b’intensità aktar qawwija ta’ karbonju. B’hekk, ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tirriżulta fi spostament tal-emissjonijiet mill-UE lejn pajjiżi terzi minflok ma twassal għat-tnaqqis maħsub fl-emissjonijiet globali tal-karbonju. Is-CBAM jindirizza dan ir-riskju billi jagħmel l-oġġetti b’intensità qawwija ta’ karbonju importati fl-UE soġġetti għal prezz tal-karbonju ekwivalenti għal dak iffaċċjat mill-produtturi domestiċi skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“EU ETS”, Emissions Trading System). Wara perjodu tranżitorju applikabbli minn Ottubru 2023, il-fażi li jmiss tas-CBAM tibda f’Jannar 2026, b’introduzzjoni gradwali tal-ipprezzar tal-karbonju fuq l-emissjonijiet integrati importati.
L-objettiv ġenerali tal-proposta leġiżlattiva huwa li tissaħħaħ l-effettività tas-CBAM, u b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG, Greenhouse Gases) u jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima globalment.
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tas-CBAM, il-proposta se temenda r-Regolament CBAM biex tindirizza tliet kwistjonijiet ewlenin. L-ewwel nett, il-proposta se testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM biex tindirizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-prodotti aktar ’l isfel fil-katina tal-valur tal-prodotti tal-azzar u tal-aluminju li bħalissa jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM. It-tieni, il-proposta se tindirizza t-tentattivi biex tiġi evitata l-konformità mal-obbligu tas-CBAM. It-tielet, il-proposta se ttejjeb ir-regoli tekniċi għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet għall-elettriku bl-għan li tħeġġeġ id-dekarbonizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-elettriku. Fejn meħtieġ, il-proposta se tipprovdi wkoll għadd ta’ simplifikazzjonijiet u titjibiet żgħar fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu u biex tippermetti żona integrata tas-CBAM mal-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA (European Free Trade Association).
Is-CBAM bħalissa japplika għal sett limitat ta’ oġġetti materjali bażiċi, elenkati fl-Anness I tar-Regolament CBAM (aluminju, siment, elettriku, fertilizzanti, idroġenu, u ħadid u azzar). Dawn il-materjali bażiċi spiss jintużaw bħala inputs intermedji fil-produzzjoni ta’ oġġetti aktar ’l isfel fil-katina tal-valur (prodotti downstream). Il-produtturi tal-UE ta’ dawn il-prodotti downstream qed jiffaċċjaw żieda doppja fil-kost, li tinċentiva r-rilokazzjoni, u għalhekk l-UE tkun qed “tesporta” l-emissjonijiet tagħha barra minn xtutha, u b’hekk ixxejjen l-effettività tal-politika tal-UE dwar il-klima. L-ewwel nett, iż-żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-UE u l-eliminazzjoni gradwali progressiva tal-kwoti bla ħlas skont l-EU ETS huma mistennija jżidu l-kost tal-materjali bażiċi miksuba domestikament. It-tieni, l-introduzzjoni gradwali progressiva tas-CBAM hija mistennija żżid il-kost tal-materjali bażiċi importati fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Bħala riżultat ta’ din iż-żieda doppja fil-kost, hemm diskrepanza dejjem akbar bejn il-kostijiet totali tal-karbonju ffaċċjati mill-produtturi downstream domestiċi u l-kostijiet tal-karbonju ffaċċjati mill-produtturi ta’ pajjiżi terzi. Dan jirriżulta f’riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal ċerti prodotti downstream.
Filwaqt li jirrikonoxxi dan ir-riskju, l-Artikolu 30(3) tar-Regolament CBAM jirrikjedi li l-Kummissjoni tidentifika prodotti downstream f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-inklużjoni possibbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM. Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli tal-Kummissjoni jistabbilixxi l-objettivi tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM, b’enfasi fuq il-prodotti downstream intensivi fl-azzar u fl-aluminju. F’konformità ma’ dan l-objettiv u abbażi ta’ valutazzjoni li tidentifika l-prodotti downstream li huma l-aktar f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u li fihom sehem sinifikanti ta’ oġġetti tas-CBAM, din il-proposta se testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM għal prodotti downstream magħżula intensivi fl-azzar u fl-aluminju. Fir-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni stabbilit skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament CBAM, hija diskussa estensjoni potenzjali għall-prodotti downstream f’setturi oħra tas-CBAM, jiġifieri dawk relatati mas-siment, mal-fertilizzanti u mal-idroġenu. F’reviżjoni leġiżlattiva futura, se tiġi kkunsidrata estensjoni għal dawn l-oġġetti.
Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli enfasizza wkoll l-importanza li jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ evitar tas-CBAM, li jista’ jimmina l-effettività tas-CBAM fil-prevenzjoni tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-qafas kurrenti tal-infurzar tas-CBAM diġà jipprovdi diversi salvagwardji kontra ċ-ċirkomvenzjoni, inkluż biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ klassifikazzjoni ħażina u ta’ oġġetti mhux iddikjarati biżżejjed. Madankollu, matul il-perjodu tranżitorju, diversi partijiet ikkonċernati (inklużi l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-awtoritajiet doganali, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, kif ukoll il-kumpaniji individwali) qajmu tħassib li r-Regolament CBAM ma fihx biżżejjed salvagwardji kontra r-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina tal-intensitajiet tal-emissjonijiet u r-riskju ta’ prattiki abbużivi. Il-proposta fiha dispożizzjonijiet immirati lejn l-indirizzar ta’ dawn ir-riskji.
L-esperjenza bl-implimentazzjoni tas-CBAM matul il-perjodu tranżitorju u l-feedback tal-partijiet ikkonċernati wrew li r-regoli għall-importazzjonijiet tal-elettriku huma riġidi żżejjed. B’mod partikolari, il-qafas kurrenti ma jirrikonoxxix biżżejjed il-progress li sar mill-produtturi tal-elettriku mhux tal-UE fid-dekarbonizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tagħhom, u b’hekk jiskoraġġixxi l-kummerċ tal-elettriku b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u jipprovdi inċentivi limitati għall-produtturi tal-elettriku ta’ pajjiżi terzi biex inaqqsu l-emissjonijiet. Dawn in-nuqqasijiet huma kkawżati minn żewġ kwistjonijiet ewlenin. L-ewwel nett, f’konformità mar-Regolament CBAM, il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet għall-importazzjonijiet tal-elettriku jirriflettu biss il-produzzjoni tal-elettriku mill-fjuwils fossili. Għalhekk, dawn il-valuri prestabbiliti jistgħu jissopravalutaw il-kontenut ta’ karbonju tal-elettriku minn pajjiżi terzi li jesportaw enerġija relattivament nadifa lejn l-UE. It-tieni, il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati biex jiġu ddikjarati l-emissjonijiet reali tal-elettriku wrew li huma diffiċli ħafna biex jiġu ssodisfati fil-prattika. Il-proposta fiha dispożizzjonijiet biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet.
Fl-aħħar nett, il-proposta se tipprovdi wkoll titjib żgħir fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu, bħall-estensjoni tal-possibbiltà li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jitolbu garanzija, il-kjarifika li l-operaturi jistgħu jikkondividu data verifikata dwar l-emissjonijiet ma’ operaturi oħra, jew is-simplifikazzjoni tal-obbligu taż-żamma tar-rekords tad-dikjarant awtorizzat CBAM.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
Il-proposta, li għandha l-għan li ttejjeb l-effettività tas-CBAM, se tgħin biex jiġi żgurat li l-Unjoni tilħaq l-objettivi klimatiċi ambizzjużi tagħha. Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tistabbilixxi mira legalment vinkolanti għall-UE biex tikseb in-newtralità klimatika sal-2050 u biex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Aktar kmieni din is-sena, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet ukoll mira ta’ tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra sal-2040. It-tnaqqis ippjanat fl-għadd globali ta’ kwoti tal-EU ETS huwa mistenni li jżid il-prezz tal-karbonju mħallas għall-emissjonijiet fl-UE. Dan iżid il-ħtieġa għal strumenti effettivi u kredibbli biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Diskrepanza usa’ fil-kost tal-karbonju bejn il-produtturi domestiċi u dawk ta’ pajjiżi terzi żżid kemm ir-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju downstream kif ukoll ir-riskju ta’ evitar u ta’ ċirkomvenzjoni.
Il-proposta tifforma parti minn sforz usa’ biex tissaħħaħ l-effettività tas-CBAM. Din tibni fuq ir-Regolament (UE) 2025/2083 fir-rigward tas-simplifikazzjoni u tat-tisħiħ tas-CBAM billi tipprovdi simplifikazzjonijiet addizzjonali filwaqt li tippreserva l-objettiv ambjentali tal-mekkaniżmu. Pereżempju, din il-proposta ttejjeb ir-regoli għall-użu tal-valuri prestabbiliti għall-importazzjonijiet tal-elettriku, filwaqt li tagħmilha aktar faċli li jiġu ddikjarati l-valuri reali għall-elettriku.
Il-Kummissjoni wettqet ukoll rieżami wiesa’ tas-CBAM f’konformità mal-Artikolu 30(2) tar-Regolament CBAM. Dan ir-rieżami evalwa kif il-mekkaniżmu ħadem s’issa, filwaqt li vvaluta r-relazzjonijiet mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-impatti fuqhom inklużi l-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs, Least Developed Countries), u jikkunsidra l-passi possibbli li jmiss. Ir-rieżami kkunsidra wkoll il-possibbiltà għal estensjoni futura tas-CBAM għal setturi oħra tal-EU ETS f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll prodotti downstream f’setturi oħra (is-siment, il-fertilizzanti u l-idroġenu). B’mod parallel, il-Kummissjoni Ewropea qed tadotta sensiela ta’ atti ta’ implimentazzjoni u delegati li se jistabbilixxu r-regoli tekniċi għall-funzjonament tas-CBAM fil-kamp ta’ applikazzjoni kurrenti tiegħu.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-inizjattiva proposta hija parti mill-Patt għal Industrija Nadifa u tallinja mill-qrib mal-objettivi tal-Att għall-Aċċellerazzjoni Industrijali (IAA, Industrial Accelerator Act) futur.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Ir-Regolament CBAM huwa bbażat fuq l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). F’konformità mal-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba, fost oħrajn, tas-salvagwardja, tal-ħarsien u tat-titjib tal-kwalità tal-ambjent, għall-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali biex jiġu ttrattati problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Is-CBAM joħloq qafas komuni u uniformi biex jiżgura ekwivalenza bejn il-politika tal-ipprezzar tal-karbonju applikata fis-suq intern tal-UE u l-politika tal-ipprezzar tal-karbonju applikata fuq l-importazzjonijiet. Applikazzjoni uniformi tas-CBAM hija kruċjali biex jiġi evitat li kwalunkwe oġġett rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jkun soġġett għas-CBAM. L-effettività tas-CBAM tiddependi minn sinjal uniformi tal-prezz tal-karbonju applikat b’mod konsistenti għas-setturi rilevanti fl-Istati Membri kollha tal-UE. L-emendi proposti tar-Regolament CBAM jirrikjedu bl-istess mod tali applikazzjoni uniformi.
Skoperturi differenti għar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ma jipprovdux ġustifikazzjoni suffiċjenti għal azzjoni fil-livell nazzjonali. Il-mekkaniżmu għandu fil-mira l-emissjonijiet rilaxxati barra mill-Unjoni u, bħall-EU ETS, is-CBAM jikseb effiċjenza akbar meta jiġi applikat b’mod uniformi fuq skala usa’.
•Proporzjonalità
Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-effettività tar-Regolament CBAM bil-ħsieb li jiġu ppreservati l-effettività u l-integrità tal-politiki tal-UE dwar it-tibdil fil-klima. Fl-istess ħin, l-għażliet ta’ politika tfasslu bil-ħsieb li jiġi limitat l-impatt fuq il-piż amministrattiv tal-kumpaniji, tal-awtoritajiet u ta’ partijiet ikkonċernati oħra.
L-estensjoni proposta tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM għall-prodotti downstream intensivi fl-azzar u fl-aluminju tibni fuq il-loġika tar-Regolament CBAM kurrenti u tal-EU ETS, b’enfasi fuq il-prodotti u fuq is-setturi fejn l-emissjonijiet integrati u r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma l-ogħla. Barra minn hekk, kif deskritt fit-taqsima 8.1 tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta, l-għażliet ta’ politika ġew ivvalutati fir-rigward tal-impatt possibbli tagħhom f’termini ta’ kumplessità u ta’ piż amministrattiv. Dan ġie evalwat bl-użu ta’ sett ta’ indikaturi tal-effiċjenza u tal-proporzjonalità, inklużi l-emissjonijiet totali tal-produzzjoni u tal-importazzjoni għal kull kodiċi NM u indikatur li jaqbad il-kompożizzjoni materjali tal-prodotti downstream. Il-prodotti b’sehem ogħla ta’ materjali bażiċi fil-piż tagħhom għandhom aktar emissjonijiet integrati meta mqabbla mal-piż totali tal-prodott u, għalhekk, tipikament ikunu l-aktar f’riskju ta’ rilokazzjoni. Barra minn hekk, intużaw indikaturi biex jiġi żgurat li l-għażla tal-oġġetti tqis ukoll il-kumplessità tal-ktajjen tal-provvista. Abbażi ta’ dan, il-proposta tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM għal prodotti downstream magħżula intensivi fl-azzar u fl-aluminju b’mod li jimmassimizza l-benefiċċji ambjentali billi tkopri emissjonijiet addizzjonali, filwaqt li tillimita, sa fejn ikun possibbli, il-piż amministrattiv u l-kumplessità għall-importaturi u għall-operaturi ta’ pajjiżi terzi.
Il-proposta rigward ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ evitar tibbilanċja bl-istess mod il-ħtiġijiet li tiġi żgurata l-effettività tas-CBAM u li jiġu limitati l-kumplessità u l-piż amministrattiv tal-mekkaniżmu. Din tuża approċċ flessibbli u mmirat, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u delegati, biex tidentifika l-importazzjonijiet f’riskju ta’ ċirkomvenzjoni jew prattiki oħra mmirati lejn l-evitar tal-obbligi tas-CBAM, li għalihom għandhom japplikaw kundizzjonijiet addizzjonali għall-użu tal-emissjonijiet reali.
Il-proposta dwar l-importazzjonijiet tal-elettriku se tissimplifika l-kundizzjonijiet biex jiġu ddikjarati l-valuri reali tal-emissjonijiet. Dan se jtejjeb l-effettività tas-CBAM fl-inċentivar tad-dekarbonizzazzjoni f’pajjiżi terzi filwaqt li jagħmel l-użu tal-valuri reali tal-emissjonijiet aktar fattibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha. Il-bidliet fl-approċċ għall-valuri prestabbiliti għall-importazzjonijiet tal-elettriku ma joħolqu l-ebda kumplessità addizzjonali għall-importaturi jew għall-operaturi ta’ pajjiżi terzi.
•Għażla tal-istrument
Il-proposta tirrikjedi l-emendar tar-Regolament CBAM. Din tistabbilixxi r-regoli speċifiċi neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolament CBAM. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jirrikjedi applikazzjoni u infurzar uniformi u konsistenti fl-Unjoni kollha sabiex jiġu segwiti l-objettivi tal-Artikoli 32 (rigward approċċ komuni għall-politika estera) u 207 tat-TFUE (rigward politiki kummerċjali komuni).
Għal din ir-raġuni, l-objettivi ta’ din il-proposta jistgħu jiġu segwiti bl-aħjar mod permezz ta’ Regolament. Dan se jiżgura l-applikabbiltà diretta tad-dispożizzjonijiet tagħha.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Il-proposta tibbaża fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament CBAM minn meta l-mekkaniżmu beda japplika fil-fażi tranżizzjonali tiegħu fl-1 ta’ Ottubru 2023.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Minn meta s-CBAM beda japplika fil-fażi tranżizzjonali tiegħu fl-1 ta’ Ottubru 2023, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw kontinwament lill-partijiet ikkonċernati fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi permezz ta’ diversi kanali ta’ komunikazzjoni. Bejn l-1 ta’ Lulju u s-26 ta’ Awwissu 2025 saru Sejħa għal Evidenza u konsultazzjoni pubblika dwar is-suġġetti tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-prodotti downstream, ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni u l-prattiki li jistgħu jimminaw l-objettivi tas-CBAM, u l-elettriku. Abbażi tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati downstream iqisu li hemm riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba s-CBAM fis-setturi downstream. Dawn fil-biċċa l-kbira jaqblu li l-estensjoni tas-CBAM għall-prodotti downstream tnaqqas dan ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, issaħħaħ il-politika tal-UE dwar it-tibdil fil-klima, tippromwovi l-innovazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u tħeġġeġ kemm il-konsum tal-UE ta’ prodotti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju kif ukoll l-isforzi globali tal-ipprezzar tal-karbonju. Il-biċċa l-kbira tar-rispondenti indikaw li s-CBAM kurrenti jinsab f’riskju ta’ ċirkomvenzjoni, li tista’ timmina l-effettività tiegħu. Il-biċċa l-kbira tar-rispondenti indikaw ukoll li l-metodoloġija kurrenti għall-kalkolu tal-valuri prestabbiliti għall-elettriku ma hijiex xierqa minħabba li ma tqisx l-elettriku prodott minn sorsi ta’ fjuwils nonfossili. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tar-rispondenti indikaw li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-emissjonijiet integrati reali fl-elettriku importat jeħtieġ li jiġu ssimplifikati.
Minbarra dawn, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu involuti f’konsultazzjonijiet estensivi mal-awtoritajiet pubbliċi fl-UE u f’pajjiżi terzi, kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-industrija, ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew intergovernattivi. Dawn ħadu l-forma ta’ laqgħat bilaterali, ta’ diskussjonijiet fil-grupp ta’ esperti tas-CBAM, ta’ intervisti fil-kuntest ta’ studji dedikati għall-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-prodotti downstream u għall-elettriku, kif ukoll stħarriġiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-awtoritajiet doganali fil-kuntest tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CBAM.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-proposta ġiet elaborata abbażi ta’ għadd ta’ studji u ta’ pariri esperti, li analizzaw l-għażliet potenzjali tat-tfassil kif ukoll l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi tagħha.
Qabel it-tħejjija tal-proposta, twettaq studju ta’ appoġġ dedikat li ffoka fuq l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM għal oġġetti downstream intensivi fl-azzar u fl-aluminju. Minbarra dan l-istudju, sar immudellar dedikat tal-impatti soċjoekonomiċi u ambjentali bl-appoġġ taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li s-servizzi tal-Kummissjoni wettqu riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni estensiva u analiżi statistika fil-fond. Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ din l-inizjattiva tqieset l-informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ studji settorjali inkluż studju dwar l-elettriku bħala oġġett tas-CBAM.
Bħala kontribut għall-analiżi ta’ hawn fuq, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu konsultazzjonijiet immirati mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u mal-Istati Membri u wettqu skambji mal-partijiet ikkonċernati permezz tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-CBAM u f’laqgħat dedikati mal-partijiet ikkonċernati. Is-servizzi tal-Kummissjoni analizzaw ukoll id-data miġbura permezz tar-rapport trimestrali tas-CBAM ippreżentat mid-dikjaranti matul il-perjodu tranżitorju.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi dwar il-valutazzjoni tal-impatt, inklużi suġġerimenti għal titjib. Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt ġie rivedut aktar biex jindirizza dawn is-suġġerimenti.
Il-valutazzjoni tal-impatt tiddeskrivi l-għażliet ta’ politika kkunsidrati għal estensjoni downstream, għal salvagwardji addizzjonali kontra ċ-ċirkomvenzjoni u l-prattiki li jistgħu jimminaw l-objettivi tas-CBAM u għal regoli riveduti dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-emissjonijiet integrati reali fl-elettriku importat. Il-valutazzjoni tevalwa l-għażliet kollha f’termini tal-effettività tagħhom fl-indirizzar tal-kwistjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, tiddeskrivi l-impatt tal-għażliet ta’ politika possibbli fuq l-indikaturi ekonomiċi u soċjali kif ukoll fuq il-piż amministrattiv, qabel ma tikkonkludi dwar għażla ppreferuta. L-għażliet ta’ politika jitqabblu ma’ xenarju bażi li jirrifletti s-CBAM kif inhu lleġiżlat bħalissa. Ix-xenarju bażi jinkludi wkoll l-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ miżuri klimatiċi tal-UE “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, inkluża l-eliminazzjoni gradwali tal-kwoti bla ħlas skont l-EU ETS. Barra minn hekk, ix-xenarju bażi jassumi l-implimentazzjoni tas-simplifikazzjoni tas-CBAM kif adottata f’Ottubru 2025, inkluż is-soll de minimis ibbażat fuq il-massa għal kull importatur fis-sena ta’ 50 tunnellata ta’ oġġetti tas-CBAM (għal erba’ kategoriji ta’ oġġetti tas-CBAM).
Għal estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-prodotti downstream mill-materjali bażiċi tal-azzar u tal-aluminju, ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-prodotti ġie vvalutat bl-użu ta’ żewġ kriterji ewlenin. L-ewwel, l-intensità tal-kummerċ tal-oġġetti ttieħdet bħala indikatur tan-negozjabbiltà tagħhom. L-oġġetti li jistgħu jiġu nnegozjati aktar faċilment huma f’riskju ogħla ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju permezz tal-ispostament tal-produzzjoni jew is-sostituzzjoni b’importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. It-tieni, indikatur taż-żieda fil-kost ikopri kemm il-kost tal-karbonju tal-inputs tas-CBAM jaffettwa l-kostijiet ġenerali ta’ oġġett downstream meta mqabbel mal-valur miżjud globali tiegħu. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li jiġu inklużi biss prodotti bl-ogħla rilevanza għall-klima, l-oġġetti taħt minimu speċifikat ta’ emissjonijiet integrati totali fil-livell settorjali ġew esklużi mill-għażla. L-applikazzjoni ta’ sollijiet differenti għal dawn il-kriterji rriżultat fi tliet għażliet rappreżentattivi għal estensjoni downstream. L-Għażla 1 tkopri estensjoni mmirata biss lejn l-oġġetti bl-ogħla riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u intensità tal-emissjonijiet. L-Għażla 2 tkopri estensjoni bbilanċjata ffukata fuq oġġetti downstream f’riskju b’intensità għolja tal-emissjonijiet. L-Għażla 3 tkopri estensjoni wiesgħa għall-oġġetti downstream kollha f’riskju.
Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li l-Għażla 2 hija l-għażla ppreferuta, minħabba l-objettiv li jiġu mmassimizzati l-benefiċċji ambjentali filwaqt li jiġu limitati l-kostijiet f’termini ta’ kumplessità u ta’ piż amministrattiv addizzjonali. Skont din l-għażla, il-benefiċċji ambjentali f’termini tal-emissjonijiet koperti, it-tnaqqis tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u t-tnaqqis stmat tal-emissjonijiet, jaqbżu b’mod sinifikanti dawk skont l-Għażla 1. Fl-istess ħin, il-benefiċċji ambjentali skont l-Għażla 2 huma simili għal dawk skont l-Għażla 3 filwaqt li l-kostijiet mistennija huma ħafna aktar limitati. Meta mqabbla mal-Għażla 3, l-Għażla 2 taffettwa inqas importaturi, tinkludi inqas kodiċijiet NM ġodda u ġeneralment tikkonċerna oġġetti ta’ kumplessità aktar baxxa għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati.
Biex jiġi indirizzat aktar ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, ġew ikkunsidrati żewġ għażliet ewlenin rigward ir-ruttam. L-Għażla 1 tipprevedi l-inklużjoni tar-ruttam ta’ qabel il-konsum fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM bħala prekursur tas-CBAM. L-Għażla 2 tinkludi kemm ir-ruttam ta’ qabel kif ukoll ta’ wara l-konsum bħala prekursuri tas-CBAM. Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li l-Għażla 1 tirrifletti l-aħjar approċċ ġenerali, billi timmira biss oqsma ta’ riskju għoli biex timminimizza l-piż amministrattiv bla bżonn. B’mod partikolari, tqies li l-inklużjoni tar-ruttam ta’ wara l-konsum bħala prekursur tas-CBAM, kif propost skont l-Għażla 2, tista’ tiddiżinċentiva l-ekonomija ċirkolari u ma tkunx konsistenti ma’ diversi politiki tal-UE f’dan il-qasam.
Għal prattiki ta’ ċirkomvenzjoni li jistgħu jimminaw l-objettivi tas-CBAM, tqiesu żewġ għażliet ta’ politika, li t-tnejn għandhom sett komuni ta’ miżuri.
Is-sett komuni ta’ miżuri jikkonsisti l-ewwel nett fl-għoti ta’ setgħa lill-Kummissjoni biex tforni aktar dettalji għall-kodiċijiet NM sabiex ikopru aħjar il-kompożizzjoni speċifika tal-prodotti differenti li jinsabu fi kwalunkwe kodiċi NM partikolari li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM. B’din is-setgħa, se jkun possibbli li jinqabdu l-kompożizzjonijiet rilevanti tal-prodotti fl-istess kodiċi NM. It-tieni, jipprovdi lill-Kummissjoni b’setgħa li torbot kundizzjonijiet addizzjonali mal-użu ta’ emissjonijiet reali għal ċerti kodiċijiet NM/installazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi f’każ ta’ riskju għoli ta’ prattiki abbużivi. Dan se jippermetti l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu ssodisfati għall-użu ta’ valuri reali verifikati relatati ma’ każijiet speċifiċi ta’ oġġetti, kif ukoll evidenza li turi li l-prattiki abbużivi ma mmaterjalizzawx. Dawn il-kundizzjonijiet u l-evidenza għandhom jitfasslu b’mod li jkun proporzjonat, u li ma jkunx ta’ piż bla bżonn fuq l-operaturi u fuq l-importaturi.
L-Għażla 1 tipproponi l-inklużjoni tar-ruttam ta’ qabel il-konsum tal-aluminju u tal-azzar bħala prekursur, u b’hekk tippermetti li l-emissjonijiet jiġu attribwiti għar-ruttam bħala prekursur. Din tagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li titlob evidenza addizzjonali bħala prova tal-post tal-produzzjoni, u b’hekk tindirizza r-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina tal-intensitajiet tal-emissjonijiet minħabba n-nuqqas ta’ traċċabbiltà. Ir-rekwiżit li tiġi pprovduta evidenza addizzjonali jkun immirat lejn l-importazzjonijiet ta’ kodiċijiet NM u oriġini speċifiċi, bl-aktar riskju materjali ta’ ċirkomvenzjoni minħabba dikjarazzjoni ħażina tal-intensità tal-emissjonijiet.
L-Għażla 2 tibni fuq l-Għażla 1 iżda tkompli testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ politika tagħha. Minbarra r-ruttam ta’ qabel il-konsum, din l-għażla tinkludi wkoll ir-ruttam ta’ wara l-konsum bħala prekursur tas-CBAM. Ir-rekwiżit li tiġi pprovduta evidenza tal-post tal-produzzjoni jkun japplika għall-kodiċijiet NM/oriġini kollha. Għalhekk, dan jaffettwa d-dikjarazzjonijiet CBAM kollha li jibbażaw fuq valuri reali għall-emissjonijiet.
L-għażla ppreferuta hija l-Għażla 1 minħabba l-approċċ ibbilanċjat u proporzjonat tagħha li jippermetti li jiġu indirizzati b’mod effettiv ir-riskji ta’ ċirkomvenzjoni.
Ġew ikkunsidrati erba’ għażliet biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fit-trattament tal-importazzjonijiet tal-elettriku. Dawn l-għażliet ivarjaw fir-rigward tal-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-fattur ta’ emissjoni u l-kundizzjonijiet biex jiġu ddikjarati l-valuri reali. Dawn ikopru d-diversi kombinazzjonijiet ta’ żewġ għażliet ta’ politika ewlenin: (i) iż-żamma tal-approċċ kurrenti għal fattur ta’ emissjoni tas-CO2 ibbażat fuq il-fjuwils fossili tal-pajjiż esportatur jew il-bidla lejn fattur medju ta’ emissjoni tal-grilja tal-pajjiż esportatur; (ii) il-modifika tal-kriterju relatat mal-konġestjoni billi ssir referenza għan-nuqqas ta’ konġestjoni strutturali, jew it-tneħħija totali tiegħu. Barra minn hekk, hemm żewġ elementi li japplikaw għall-għażliet kollha wkoll. L-ewwel nett, hemm kriterju modifikat li jiċċara li l-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija (PPAs, Power Purchase Agreements) jinkludu biss PPAs fiżiċi filwaqt li jippermettu wkoll l-użu ta’ PPAs indiretti. It-tieni, il-kundizzjoni relatata man-nomina tal-kapaċità hija modifikata, u tapplika biss fil-każ ta’ allokazzjoni espliċita tal-kapaċità.
L-għażla ppreferuta għall-importazzjonijiet tal-elettriku hija li jkun hemm bidla lejn fattur medju ta’ emissjoni tal-grilja għall-pajjiżi esportaturi u li jitneħħa l-kriterju għall-użu tal-valuri reali tal-emissjonijiet relatati mal-konġestjoni. Il-fattur ta’ emissjoni medju tal-grilja jirrifletti aħjar ix-xejra tad-dekarbonizzazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini, peress li jitqies ukoll l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli. Flimkien mal-bidliet fil-kundizzjonijiet relatati mal-PPAs u fin-nomina tal-kapaċità, it-tneħħija tal-kundizzjoni tan-nuqqas ta’ konġestjoni tan-network se tkompli tiffaċilita r-rapportar tal-valuri reali.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM għall-prodotti downstream intensivi fl-azzar u fl-aluminju tibbenefika mis-simplifikazzjoni tal-mekkaniżmu kif adottat f’Ottubru 2025. Is-soll de minimis ta’ 50 tunnellata ta’ oġġetti importati tas-CBAM jeskludi madwar 182 000 importatur mill-kamp ta’ applikazzjoni kurrenti tas-CBAM, u jnaqqas il-kost amministrattiv għall-importaturi b’madwar EUR 1 123 miljun fis-sena. Is-soll de minimis huwa ta’ benefiċċju wkoll għall-importaturi downstream, b’aktar minn 90 % tal-importaturi attivi f’setturi koperti mill-estensjoni skont din il-proposta esklużi mill-obbligi tas-CBAM filwaqt li jinżammu aktar minn 99 % tal-emissjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni.
L-impatt tal-għażliet ta’ politika kollha kkunsidrati (kif deskritt fit-taqsima tal-valutazzjoni tal-impatt) ġie vvalutat bir-reqqa fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-piż amministrattiv. Il-pakkett ta’ politika kif inkluż f’din il-proposta ntgħażel billi l-benefiċċji ambjentali tqiesu mal-ħtieġa li jiġi limitat il-piż amministrattiv addizzjonali u li jiġi evitat li s-CBAM isir aktar kumpless. Dan ġie deskritt ukoll fit-taqsima dwar il-proporzjonalità u s-sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt f’dan il-memorandum.
L-estensjoni downstream tas-CBAM għandha impatt moderat fuq l-għadd ta’ importaturi SMEs (u produtturi SMEs ta’ pajjiżi terzi) li jiddaħħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM, b’madwar nofs l-importaturi l-ġodda fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM li jkunu SMEs. B’kollox, dan jirriżulta f’madwar 3 800 sa 3 900 SME addizzjonali li jiffaċċjaw obbligi tas-CBAM.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent f’konformità mal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli kif stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Karta.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-estensjoni downstream ma għandhiex l-għan li tiġġenera dħul iżda pjuttost li ssaħħaħ l-effettività klimatika tas-CBAM fil-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Skont il-valutazzjoni tal-impatt, il-proposta hija pproġettata li tiġġenera madwar EUR 0,58 biljun fi dħul annwali sal-2030. Lil hinn mill-2030, peress li l-allokazzjonijiet bla ħlas taħt l-EU ETS se jiġu eliminati gradwalment u s-CBAM se jiġi introdott gradwalment, id-dħul għandu jkompli jiżdied, u jilħaq madwar EUR 0,69 biljun sal-2035. L-impatt fuq il-baġit tal-UE huwa stmat għal medja ta’ EUR 0,2 biljun fis-sena matul il-perjodu 2028-2034 skont il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2028-2034.
Il-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ evitar u ta’ ċirkomvenzjoni se jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li d-dħul ipproġettat jimmaterjalizza fil-prattika.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-perjodu tranżitorju tas-CBAM huwa applikabbli sa tmiem l-2025, u l-fażi definittiva tibda fl-2026.
Qabel tmiem il-perjodu tranżitorju, u f’konformità mal-Artikolu 30(2) tar-Regolament CBAM, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rapport ta’ rieżami komprensiv dwar it-tagħlimiet meħuda mill-perjodu tranżitorju. Dan ir-rapport se jiddeskrivi wkoll il-passi futuri possibbli għal aktar reviżjonijiet u estensjonijiet tal-kamp ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji l-adozzjoni ta’ sensiela ta’ atti ta’ implimentazzjoni u delegati li se jistabbilixxu r-regoli tekniċi għall-funzjonament tas-CBAM fil-kamp ta’ applikazzjoni kurrenti tiegħu.
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja u tevalwa l-implimentazzjoni tas-CBAM u se tirrapporta dwar dan f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament CBAM.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Dan ir-Regolament jagħmel l-emendi li ġejjin tar-Regolament (UE) 2023/956:
L-Artikolu 1(1) jiċċara l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 mal-inkorporazzjoni tiegħu fil-Ftehim ŻEE u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex timmodifika l-Anness III ta’ dak ir-Regolament kif xieraq.
L-Artikolu 1(1), il-punti (c) u (d), jipprovdi l-possibbiltà li tiġi rikonoxxuta t-traspożizzjoni tal-acquis rilevanti tas-suq tal-elettriku, għall-fini li tintalab l-integrazzjoni tas-suq tal-elettriku ta’ pajjiż terz f’dak tal-Unjoni permezz tal-akkoppjament tas-swieq, permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi terzi.
L-Artikolu 1(1), il-punt (e) u (19), jipprevedu l-possibbiltà li jiġu adottati atti delegati fi proċedura ta’ urġenza għall-fini taż-żieda ta’ pajjiż terz jew ta’ territorju fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ territorji eżentati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/956.
L-Artikolu 1(1), il-punt (e), jipprovdi l-possibbiltà li l-Unjoni tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi biex jitqies il-mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-karbonju u għar-rikonoxximent reċiproku tal-korpi ta’ akkreditazzjoni.
L-Artikolu 1(3), (5), il-punti (a)(2) u (c), u (8), il-punti (b) u (c), jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati li jirrikjedu, f’każijiet fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li tindika riskju għoli ta’ prattiki abbużivi, għal subsett ta’ kodiċijiet NM u ta’ oriġini, li tiġi pprovduta evidenza addizzjonali biex jintwera li tali prattiki abbużivi ma mmaterjalizzawx.
L-Artikolu 1(2), (6), il-punt (c), (21) sa (23), il-punt (b), jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 għal ċerti oġġetti downstream intensivi fl-azzar u fl-aluminju u jipprovdu l-possibbiltà li jiġi applikat marġni kummerjali introdott gradwalment għal xi wħud minn dawn l-oġġetti.
L-Artikolu 1(4) iżid rekwiżit għar-rappreżentant doganali indirett li japplika għall-awtorizzazzjoni biex jindika, fl-applikazzjoni tiegħu, in-numru EORI jew numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali ieħor tal-importaturi rappreżentati.
L-Artikolu 1(5), il-punt (a)(1), u (8), il-punt (a), jipprevedu r-reġistrazzjoni tal-operatur fir-reġistru tas-CBAM għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati abbażi tal-emissionijiet reali verifikati.
L-Artikolu 1(5), il-punti (b) u (c), jirrikjedu li d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM jipprovdi, fejn applikabbli, evidenza tal-post u tal-ħin tal-produzzjoni tal-oġġetti ddikjarati abbażi tal-emissjonijiet reali.
L-Artikolu 1(5), il-punt (b), jiċċara li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri għar-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM.
L-Artikolu 1(6), il-punt (a), u (24) jipprevedu l-inklużjoni ta’ materjali ta’ input (prekursuri) fil-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti.
L-Artikolu 1(6), il-punt (b), (8), il-punt (d), u (23), jipprovdu possibbiltà għall-operatur li jiżvela lid-dikjarant awtorizzat tas-CBAM biss subsett tal-elementi tad-data meħtieġa għar-rapportar, għall-kalkolu u għall-verifika tal-emissjonijiet reali.
L-Artikolu 1(7) jiċċara li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex jiġu aċċertati l-kwalifiki tal-persuna indipendenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju mħallas, inkluż l-għoti ta’ akkreditazzjoni minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni.
L-Artikolu 1(9), il-punt (b) jiċċara li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-kontabbiltà tal-prezz tal-karbonju mħallas barra mill-pajjiż abbażi tal-prinċipju tal-ekwivalenza u meta jitqiesu l-isforzi li saru dwar il-krediti ta’ karbonju.
L-Artikolu 1(8), il-punt (c), jiċċara li operatur jista’ jiżvela informazzjoni relatata mal-verifika tal-emissjonijiet integrati fil-materjali ta’ input (prekursuri) ma’ operatur ieħor.
L-Artikolu 1(9) jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu l-għoti ta’ garanzija f’każijiet addizzjonali u jużawha, meta d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM ma jċedix l-ammont suffiċjenti ta’ ċertifikati CBAM, biex jirkupraw kwalunkwe aġġustament finanzjarju pendenti.
L-Artikolu 1(10) jiċċara li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri ta’ verifika li għandhom jintużaw mill-verifikaturi.
L-Artikolu 1(11) jiċċara li l-Kummissjoni jew l-awtorità kompetenti tista’, bħala parti mir-rieżami tad-dikjarazzjoni CBAM, jitolbu lid-dikjarant awtorizzat tas-CBAM jipprovdi evidenza li l-oġġetti importati ġew prodotti fl-installazzjoni ddikjarata, u għall-perjodu ta’ produzzjoni ddikjarat.
L-Artikolu 1(12) jipprovdi regola ta’ kalkolu speċifika għall-prezz taċ-ċertifikati CBAM meta jkun hemm irkant wieħed biss li jseħħ fuq il-pjattaforma tal-irkant.
L-Artikolu 1(13) jiċċara li r-rekwiżit għad-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM li jiżguraw li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tagħhom fir-reġistru tas-CBAM fi tmiem kull trimestru jikkorrispondi għal mill-inqas 50 % huwa bbażat fuq ċiklu annwali, u għalhekk għandu jeskludi mill-kalkolu trimestrali ċ-ċertifikati mixtrija matul snin oħra għajr is-sena kalendarja.
L-Artikolu 1(14) jissimplifika l-proċess ta’ xiri mill-ġdid billi jneħħi l-involviment mill-Kummissjoni mill-proċess ta’ xiri mill-ġdid.
L-Artikolu 1(15), il-punt (a), jiċċara li r-rwol tan-numru tal-kont tas-CBAM fid-determinazzjoni tal-persuna responsabbli biex tassumi l-obbligi tas-CBAM.
L-Artikolu 1(15), il-punti (b) u (c), jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jitolbu verifika tal-korrettezza tad-data u tal-informazzjoni doganali rilevanti kkomunikati permezz tar-reġistru tas-CBAM, jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jidentifikaw il-kompożizzjonijiet materjali u kimiċi ta’ oġġett u jippermetti lill-awtoritajiet doganali jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni.
L-Artikolu 1(15), il-punti (a) u (d), jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jidentifikaw il-kompożizzjonijiet materjali u kimiċi ta’ oġġett u jippermettu lill-awtoritajiet doganali jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni.
L-Artikolu 1(16) jiddefinixxi prattika ġdida ta’ ċirkomvenzjoni li tikkonsisti fl-aġġustament artifiċjali tal-ktajjen tal-provvista tal-oġġetti biex jibbenefikaw minn valur prestabbilit aktar baxx.
L-Artikolu 1(17) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati biex tneħħi oġġett mill-Anness I f’każ ta’ ċirkostanzi serji u mhux previsti li jikkawżaw ħsara serja lis-suq intern tal-Unjoni.
L-Artikolu 1(18) jemenda s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mill-koleġiżlaturi biex tadotta atti delegati fid-dawl tal-bidliet li saru minn din il-proposta.
L-Artikolu 1(20) jiċċara li r-rapport li jevalwa l-funzjonament tas-CBAM għandu jivvaluta l-impatt tas-CBAM fuq is-setturi li għandhom jiġu koperti fil-futur, u li r-rapport jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.
L-Artikolu 1(22) jibdel il-fattur ta’ emissjoni għall-elettriku importat biex iqis l-elettriku prodott mis-sorsi kollha. Dan jibdel ukoll il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-emissjonijiet integrati reali fl-elettriku importat biex jagħmilhom aktar flessibbli.
L-Artikolu 2 fih dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tal-miżuri proposti. Sabiex tkun tista’ ssir il-preżentazzjoni f’waqtha tal-ewwel dikjarazzjonijiet CBAM sat-30 ta’ Settembru 2027, il-bidliet fil-metodu użat għall-kalkolu tal-fattur ta’ emissjoni għall-elettriku importat u fil-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-emissjonijiet integrati reali fl-elettriku importat se japplikaw għall-importazzjonijiet tal-elettriku li seħħew mill-1 ta’ Jannar 2026. Il-bidliet li jirrikjedu implimentazzjoni fir-reġistru tas-CBAM jew tnedija fil-bidu tas-sena kalendarja, inkluża l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-prodotti downstream, se japplikaw fl-1 ta’ Jannar 2028.
2025/0419 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/956 fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għal oġġetti downstream u għal miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill inizjalment tfassal b’kamp ta’ applikazzjoni limitat, li jkopri dawk l-oġġetti li huma l-aktar skoperti għar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u bl-aktar intensità ta’ karbonju. Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jiġi estiż gradwalment biex ikopri prodotti aktar ’l isfel fil-katina tal-valur tal-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.
(2)Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli”, il-Kummissjoni stabbiliet l-objettivi li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (“CBAM”, Carbon Border Adjustment Mechanism) għal ċerti prodotti downstream intensivi fl-azzar u fl-aluminju, kif ukoll li tindirizza r-riskju ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ prattiki li jistgħu jimminaw l-objettivi tas-CBAM, inkluża r-ridirezzjonar minn pajjiżi terzi ta’ oġġetti b’intensità baxxa ta’ emissjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ sforzi għad-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni kollha tagħhom.
(3)Peress li s-CBAM għandu l-għan li joħloq inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-operaturi f’pajjiżi terzi, l-Unjoni hija impenjata li taħdem ma’ pajjiżi terzi b’introjtu baxx u medju u tappoġġahom fi triqithom lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji tal-manifattura tagħhom bħala parti mid-dimensjoni esterna tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tappoġġa lil dawk il-pajjiżi permezz tal-baġit tal-Unjoni, speċjalment lill-pajjiżi l-anqas żviluppati, bil-għan li tikkontribwixxi biex tiżgura l-adattament tagħhom għall-obbligi skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tappoġġa l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament għat-tibdil fil-klima f’dawn il-pajjiżi, inkluż fl-isforzi tagħhom lejn id-dekarbonizzazzjoni u t-trasformazzjoni tal-industriji tagħhom fil-limitu massimu tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-Unjoni għall-finanzjament internazzjonali għall-klima. Dan huwa msaħħaħ aktar fil-viżjoni globali tal-UE dwar il-klima u l-enerġija, li tindika li l-UE se tinvolvi ruħha b’mod proattiv mas-sħab biex tiżgura koerenza aħjar bejn il-politiki interni u esterni tal-UE. Filwaqt li s-CBAM jidħol fis-seħħ gradwalment, l-Unjoni beħsiebha ssaħħaħ is-sħubijiet u tappoġġa sforzi usa’ ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż billi tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-pajjiżi.
(4)Mal-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 fil-Ftehim ŻEE, jenħtieġ li l-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA, European Free Trade Association) li japplikaw is-CBAM ma jitqisux bħala pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li jitħassru mill-Anness III tiegħu. Tinħoloq żona komuni tas-CBAM meta s-soll skont l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) 2023/956 isir applikabbli b’mod konġunt għall-importazzjoni fl-Unjoni u fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA li japplikaw is-CBAM.
(5)Mal-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 fil-Ftehim ŻEE, jenħtieġ li dak ir-Regolament japplika għall-prodotti pproċessati mill-oġġetti elenkati fl-Anness I li joriġinaw minn pajjiż terz li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, meta jiġu esportati mill-ġdid lejn it-territorju doganali ta’ Stat tal-EFTA li jkun inkorpora s-CBAM, dment li jiġu importati f’wieħed minn dawk it-territorji doganali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi kundizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni tas-CBAM għal oġġetti bħal dawn.
(6)Mal-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 fil-Ftehim ŻEE, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dak ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li qabel kienu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Istati tal-EFTA li inkorporaw is-CBAM, dment li fid-dikjarazzjoni doganali sussegwenti d-dikjarant doganali jindika li l-oġġetti qabel kienu ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Istati tal-EFTA.
(7)Mal-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 fil-Ftehim ŻEE, jenħtieġ li l-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA, European Free Trade Association) li japplikaw is-CBAM ma jitqisux bħala pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li jitħassru mill-Anness III tiegħu. Tinħoloq żona komuni tas-CBAM meta s-soll skont l-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) 2023/956 isir applikabbli b’mod konġunt għall-importazzjoni fl-Unjoni u fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA li japplikaw is-CBAM.
(8)Il-flussi tal-elettriku minn pajjiżi terzi li jirriżultaw minn azzjonijiet li l-operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni jieħdu biex jiżguraw it-tħaddim sikur u sigur tan-networks tagħhom, inkluż it-trattament ta’ emerġenzi u ta’ flussi mhux skedati, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament.
(9)Ir-rikonoxximent dovut tal-progress li sar mill-pajjiżi terzi rilevanti lejn l-akkoppjament tas-swieq tas-sistemi tal-elettriku jiżgura li kwalunkwe eżenzjoni limitata fiż-żmien kif previst f’dan ir-Regolament tallinja bis-sħiħ mal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni u mal-kisbiet speċifiċi ta’ dawk il-pajjiżi terzi. L-użu effiċjenti tal-infrastruttura tal-elettriku eżistenti u l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku ta’ pajjiżi terzi fis-suq intern tal-elettriku tal-Unjoni huma essenzjali biex jitnaqqsu l-kostijiet kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-pajjiżi terzi rilevanti, kif ukoll biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Jenħtieġ li tali rikonoxximent jitressaq permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi terzi li ttrasponew bis-sħiħ l-acquis rilevanti tas-suq tal-elettriku, kif ivverifikat mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Memorandum ta’ Qbil jistabbilixxi l-iskeda ta’ żmien għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fir-Regolament (UE) 2023/956, filwaqt li jqis l-aderenza mar-regoli rilevanti tas-suq u mal-istituzzjonijiet tal-operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni (TSO, Transmission System Operator) f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222, u l-progress li sar mill-pajjiżi rilevanti dwar l-istrumenti tal-ipprezzar tal-karbonju ekwivalenti għas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS, Emissions Trading System) f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġenerazzjoni tal-elettriku.
(10)Sabiex jiġi żgurat li s-soll uniku bbażat fuq il-massa ma jaqbiżx il-1 % tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati u fil-prodotti pproċessati wara l-estensjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 għall-prodotti downstream, jenħtieġ li l-valutazzjoni annwali fis-sena 2027 tas-soll titwettaq abbażi tad-data dwar l-importazzjoni li tkopri l-oġġetti downstream koperti minn din l-estensjoni.
(11)Is-CBAM ifittex li jindirizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju billi jiżgura li l-prodotti, irrispettivament minn jekk humiex importati jew prodotti fl-Unjoni, ikunu soġġetti għal prezz tal-karbonju ekwivalenti. Madankollu, sakemm għadd sinifikanti ta’ sħab internazzjonali tal-Unjoni jkollhom approċċi ta’ politika li ma jiksbux l-istess livell ta’ ambizzjoni klimatika, hemm riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, li jirriżulta f’emissjonijiet globali ogħla milli jkunu fin-nuqqas ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
(12)Jistgħu jseħħu prattiki abbużivi meta l-atturi jisfruttaw il-possibbiltà li jużaw l-emissjonijiet reali għall-fini li jevitaw bla bżonn, kompletament jew parzjalment, ir-responsabbiltà finanzjarja tas-CBAM u b’hekk jimminaw l-effettività tas-CBAM fl-indirizzar tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fl-Unjoni u l-ilħuq tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima.
(13)Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-impatt tas-CBAM fuq is-suq intern tal-Unjoni bil-ħsieb li tivvaluta r-riskju ta’ prattiki abbużivi li jimminaw l-effettività tas-CBAM u l-impatt potenzjali fuq is-suq intern tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ analiżi tad-dikjarazzjonijiet doganali tal-importazzjoni u d-dikjarazzjonijiet CBAM jew abbażi ta’ kwalunkwe sors rilevanti ta’ informazzjoni, inkluż mill-Istati Membri permezz ta’ skambji fil-Grupp ta’ Esperti dwar is-CBAM jew skambji rilevanti oħra.
(14)Sabiex tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida fil-każ ta’ evidenza li tindika riskju għoli ta’ prattiki abbużivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tistabbilixxi, għall-użu ta’ emissjonijiet reali għal kombinazzjoni ta’ oġġetti u ta’ oriġini, l-informazzjoni li għandha tiġi ddikjarata kif ukoll l-evidenza li turi li tali prattiki abbużivi ma mmaterjalizzawx. Meta l-Kummissjoni ssib biżżejjed evidenza li tindika riskju għoli ta’ prattiki abbużivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun meħtieġa taġixxi permezz ta’ atti delegati fi żmien 3 xhur wara s-sejba. Jenħtieġ li dawn il-kundizzjonijiet u l-evidenza jitfasslu b’mod proporzjonat u jenħtieġ li ma jpoġġux piż bla bżonn fuq l-operaturi u fuq l-importaturi.
(15)Sabiex jiġu identifikati l-importaturi rrappreżentati minn rappreżentant doganali indirett, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tinkludi n-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI, Economic Operators Registration and Identification), jew kwalunkwe tip ieħor ta’ numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali, tal-importaturi rappreżentati.
(16)Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina tal-emissjonijiet integrati ddeterminati abbażi tal-emissjonijiet reali, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti jitħallew jitolbu lid-dikjarant awtorizzat CBAM jipprovdi evidenza li l-oġġetti importati ġew prodotti fl-installazzjoni ddikjarata, u għall-perjodu ta’ produzzjoni ddikjarat. Għal ċerti oġġetti, bħal dawk soġġetti għal eteroġenità ogħla tal-intensitajiet tal-emissjonijiet, jew f’ċerti każijiet biss, jenħtieġ li l-evidenza tkun meħtieġa bħala parti mid-dikjarazzjoni CBAM. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tidentifika l-oġġetti li għalihom jenħtieġ li tkun meħtieġa tali evidenza bħala parti mid-dikjarazzjoni CBAM kif ukoll it-tip speċifiku ta’ evidenza li għandha tiġi pprovduta.
(17)Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-operaturi f’pajjiżi terzi, jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operatur u għad-dikjarant awtorizzat CBAM u jiġi ffaċilitat ir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-operaturi tkun pass neċessarju għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati abbażi tal-emissjonijiet reali verifikati.
(18)Sabiex jitrawwem approċċ armonizzat għar-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Kummissjoni tista’, bħala parti mill-att ta’ implimentazzjoni dwar il-format standard tad-dikjarazzjoni CBAM, tistabbilixxi proċeduri għar-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM.
(19)L-emissjonijiet mill-produzzjoni tar-ruttam ta’ qabel il-konsum fl-Unjoni huma soġġetti għal prezz tal-karbonju peress li, skont l-EU ETS, l-emissjonijiet jitkejlu fil-livell tal-installazzjoni. Peress li r-ruttam tal-aluminju ta’ qabel il-konsum u r-ruttam tal-azzar ta’ qabel il-konsum skont ir-Regolament (UE) 2023/956 huma assenjati emissjonijiet żero, l-oġġetti importati li jużaw ir-ruttam tal-aluminju ta’ qabel il-konsum u r-ruttam tal-azzar ta’ qabel il-konsum bħala materjal ta’ input huma soġġetti għal prezz tal-karbonju aktar baxx meta mqabbla mal-oġġetti prodotti fl-Unjoni, u b’hekk idgħajfu l-effettività tas-CBAM fl-indirizzar tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-oġġetti elenkati fl-Anness I.
(20)Bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effettività tas-CBAM biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-oġġetti, jenħtieġ li, għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati tal-oġġetti, jitqiesu l-emissjonijiet tar-ruttam tal-aluminju ta’ qabel il-konsum u tar-ruttam tal-azzar ta’ qabel il-konsum. Peress li r-ruttam ta’ qabel il-konsum huwa koprodott iġġenerat b’mod mhux intenzjonat fil-proċess tal-produzzjoni ta’ oġġetti tal-metall u li jista’ jerġa’ jintuża immedjatament fi proċess tal-produzzjoni, ma jitqiesx f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fih innifsu. Għalhekk, jenħtieġ li l-emissjonijiet tar-ruttam tal-aluminju ta’ qabel il-konsum u tar-ruttam tal-azzar ta’ qabel il-konsum jitqiesu biss meta jintużaw bħala prekursur għall-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet integrati fir-ruttam ta’ qabel il-konsum użat bħala materjal ta’ input (prekursur) ma jiġux evitati, inkluż billi jiġi rrapportat ħażin ir-ruttam ta’ qabel il-konsum bħala ruttam ta’ wara l-konsum biex titnaqqas id-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati.
(21)Sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956, fil-kuntest tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għall-kontabbiltà tal-prezz tal-karbonju mħallas barra minn xtutha, l-Unjoni tista’ tikkunsidra l-krediti ta’ karbonju skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi.
(22)Jenħtieġ li jiġi ċċarat li, minħabba n-natura kummerċjalment sensittiva ta’ xi elementi tad-data meħtieġa għar-rapportar, għall-kalkolu u għall-verifika tal-emissjonijiet reali, l-operatur jista’ jagħżel li jiżvela biss sommarju ta’ dawn l-elementi li jkunu neċessarji għad-determinazzjoni u għall-verifika tal-emissjonijiet integrati, u għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-emissjonijiet reali għall-kombinazzjonijiet rilevanti ta’ oġġetti u ta’ oriġini. Jenħtieġ li d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM ikun meħtieġ biss li jżomm rekords tal-informazzjoni żvelata.
(23)Jinħolqu sfidi speċifiċi għall-użu tal-emissjonijiet reali integrati f’oġġetti downstream prodotti b’materjal ta’ input multiplu (prekursuri), u meta dawk il-materjali jappartjenu għal setturi differenti tas-CBAM jew għal setturi mhux koperti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-oġġetti tipikament ikollhom ktajjen tal-valur globali itwal u aktar kumplessi, u l-produzzjoni tagħhom tinvolvi diversi stadji tal-produzzjoni. Il-kisba ta’ informazzjoni verifikata dwar l-emissjonijiet reali tal-materjali ta’ input tagħhom (prekursuri) se tkun diffiċli mil-lat amministrattiv, u dan jiddiżinċentiva l-użu tal-emissjonijiet reali. Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, jenħtieġ li l-użu ta’ valuri prestabbiliti għal dawn l-oġġetti speċifiċi jiġi ffaċilitat min-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-marġni kummerċjali, mingħajr preġudizzju għall-integrità ambjentali tas-CBAM.
(24)Peress li ċ-ċertifikazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-prezz tal-karbonju tista’ ssir qabel l-importazzjoni tal-oġġett fl-Unjoni, ma huwiex xieraq li l-persuna li tiċċertifika l-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni tal-prezz tal-karbonju tintalab tkun indipendenti mid-dikjarant awtorizzat CBAM.
(25)Peress li t-tnaqqis tal-prezz tal-karbonju effettivament imħallas f’pajjiż terz jirrikjedi li l-emissjonijiet integrati jkunu bbażati fuq emissjonijiet reali verifikati, u peress li ċ-ċertifikazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-prezz tal-karbonju trid tiddependi fuq il-verifika minn qabel tal-emissjonijiet integrati, il-verifika tal-emissjonijiet integrati u ċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju mħallas fuq dawk l-emissjonijiet huma relatati mill-qrib u jistgħu possibbilment jitwettqu mill-istess persuna. Barra minn hekk, jenħtieġ li ċ-ċertifikazzjoni tal-prezz tal-karbonju tkun soġġetta għal kontroll u għal sorveljanza simili għal dawk eżerċitati għall-verifika tal-emissjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kundizzjonijiet biex jiġu aċċertati l-kwalifiki tal-persuna responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni, permezz tar-reġistru tas-CBAM, tal-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni tal-prezz tal-karbonju, inkluż l-għoti ta’ akkreditazzjoni minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, u tkopri l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni neċessarji.
(26)Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-emissjonijiet integrati fil-każ ta’ oġġetti kumplessi, jenħtieġ li jiġi ċċarat li operatur jenħtieġ li jkun jista’ jikkondividi informazzjoni, inkluż dwar il-verifika tal-emissjonijiet integrati fil-materjali ta’ input (prekursuri) ma’ operatur ieħor.
(27)Sabiex tiġi żgurata l-pożizzjoni finanzjarja ta’ applikant jew ta’ dikjarant awtorizzat tas-CBAM, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jirrikjedu l-għoti ta’ garanzija f’każijiet oħra għajr meta applikant ma jkunx ġie stabbilit fis-sentejn finanzjarji ta’ qabel is-sena meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni. Sabiex jiġi ssalvagwardjat il-ġbir xieraq tad-dħul, huwa xieraq ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jużaw il-garanzija pprovduta, meta d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM jonqos milli jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jkollu, fi tmiem kull trimestru, l-għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għal 50 % tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti li jkuu importati fl-Unjoni mill-bidu tas-sena.
(28)Jenħtieġ li jiġi ċċarat li, sabiex il-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-verifikaturi, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri ta’ verifika li għandhom jintużaw mill-verifikaturi.
(29)Sabiex tiġi ppreservata l-effettività tiegħu bħala miżura għall-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM għandu jiġi kkalkolat mill-Kummissjoni abbażi tal-medji ta’ kull ġimgħa tal-kwoti rkantati fis-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“EU ETS”). Sabiex jiġi żgurat li l-prezz taċ-ċertifikat CBAM dejjem jirrifletti mill-qrib il-prezzijiet tal-ETS, huwa xieraq li tiġi pprovduta regola speċifika tal-kalkolu għall-ġimgħat kalendarji li matulhom ikun hemm irkant wieħed biss li jseħħ fuq il-pjattaforma tal-irkant.
(30)Mill-2027 ’il quddiem, id-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM li jaqbżu s-soll uniku bbażat fuq il-massa għandhom jiżguraw li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tagħhom fir-reġistru tas-CBAM fi tmiem kull trimestru jikkorrispondi għal mill-inqas 50 % tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati mill-bidu ta’ dik is-sena. Peress li din ir-regola hija bbażata fuq ċiklu annwali, li fuqu huwa bbażat il-limitu ta’ xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM, huwa xieraq li jiġu esklużi, mill-għadd ta’ ċertifikati CBAM affettwati mill-kalkolu trimestrali, iċ-ċertifikati mixtrija matul snin oħra għajr dik is-sena kalendarja.
(31)Sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess ta’ xiri mill-ġdid, tiżdied l-effiċjenza tal-proċess u jitnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li jinżammu l-integrità tas-sigurtà u sorveljanza robusta, jenħtieġ li tingħata tal-possibbiltà li ċ-ċertifikati CBAM żejda ta’ dikjarant awtorizzat tas-CBAM ikunu jistgħu jinxtraw mill-ġdid direttament mill-awtorità kompetenti.
(32)Għal ċerti oġġetti, bħall-kontenut ta’ klinker tas-siment, il-kontenut ta’ nitroġenu tal-fertilizzanti jew l-elementi ta’ lligar tal-azzar, il-kompożizzjonijiet materjali u kimiċi tal-oġġett huma fattur determinanti importanti tal-emissjonijiet integrati. Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina tal-emissjonijiet integrati ddeterminati abbażi tal-emissjonijiet reali għal ċerti oġġetti li huma soġġetti għal eteroġenità ogħla tal-intensitajiet tal-emissjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tidentifika l-kompożizzjonijiet materjali u kimiċi ta’ oġġett fid-dikjarazzjoni doganali.
(33)Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni jiġu pprovduti bl-informazzjoni u bid-data doganali kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 mill-awtoritajiet doganali, huwa neċessarju li jiġu speċifikati d-dokumenti ta’ sostenn, l-informazzjoni u d-data rilevanti, inkluża l-polza ta’ verifika, li għandhom jiġu kkomunikati mill-awtoritajiet doganali.
(34)Jenħtieġ li jiġi ċċarat li n-numru tal-kont tas-CBAM inkluż fid-dikjarazzjoni doganali, il-polza ta’ verifika, id-dikjarazzjoni tal-wasla, jew kwalunkwe dokument doganali rilevanti ieħor fiż-żmien meta l-oġġetti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, jenħtieġ li jintużaw biex tiġi ddeterminata l-persuna responsabbli biex tassumi l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(35)Sabiex tiġi żgurata l-akkuratezza tad-data u tal-informazzjoni doganali disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fir-reġistru tas-CBAM, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jitolbu lill-awtoritajiet doganali jew lill-Kummissjoni tivvalida din l-informazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-ambitu tal-informazzjoni u tal-perjodiċità, it-twaqqit u l-mezzi għall-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni.
(36)Għall-prevenzjoni ta’ prattiki li jistgħu jimminaw il-kisba tal-objettivi tas-CBAM, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament fil-livell tal-Unjoni l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni li jikkonsistu fl-aġġustament artifiċjali tal-katina tal-provvista tal-oġġetti biex jiġu evitati l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/956.
(37)Sabiex tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida fil-każ ta’ konsegwenzi serji u imprevedibbli mill-inklużjoni ta’ oġġett fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM, li jwasslu għal ħsara serja għas-suq intern tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tneħħi oġġett mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956.
(38)Sabiex jiġi żgurat allinjament aħjar man-Nomenklatura Magħquda (“NM”) stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, jenħtieġ li tiġi ċċarata d-deskrizzjoni ta’ ċerti kodiċijiet NM fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956.
(39)Bl-eliminazzjoni gradwali progressiva tal-allokazzjoni bla ħlas tranżizzjonali tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni (“EU ETS”), u l-introduzzjoni gradwali progressiva tas-CBAM, ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju x’aktarx li jimxi mis-setturi upstream li bħalissa huma koperti mis-CBAM għall-prodotti downstream. Għalhekk, sabiex tiġi ppreservata l-effettività tal-objettivi tas-CBAM, huwa neċessraju li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 jiġi estiż għal prodotti aktar ’l isfel fil-katina tal-valur.
(40)F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli, l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 jenħtieġ li tiffoka fuq is-setturi tal-metall u fuq l-oġġetti li fihom sehem sinifikanti ta’ prodotti tas-CBAM. Għalhekk, jenħtieġ li tkopri oġġetti downstream intensivi fl-azzar u fl-aluminju li huma l-aktar importati fl-Unjoni f’termini ta’ numri, ta’ valur u ta’ volum, u li jiffaċċjaw l-ogħla riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Is-setturi tal-azzar u tal-aluminju juru wkoll l-ogħla fattibbiltà teknika għall-kalkolu tal-emissjonijiet reali integrati fl-oġġetti.
(41)L-għażla tal-oġġetti downstream intensivi fl-azzar u fl-aluminju jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kriterji u sollijiet definiti b’mod ċar, li jirriflettu r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju assoċjat ma’ kull prodott, inkluż is-sehem tagħhom ta’ emissjonijiet integrati, ir-rilevanza klimatika tagħhom u l-fattibbiltà teknika tal-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956. Jenħtieġ li r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jiġi apprezzat fir-rigward kemm tan-negozjabbiltà tal-prodott kif ukoll tat-tqabbil bejn il-kost tal-karbonju integrat fil-materjali ta’ inputs tal-prodott (prekursuri) u l-valur miżjud globali tal-prodott. Abbażi tal-istess kriterji, jenħtieġ li fil-futur il-Kummissjoni tivvaluta l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament għal oġġetti downstream addizzjonali u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha f’rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(42)Skont il-prinċipji u l-metodi ta’ kalkolu applikabbli għal oġġetti oħra, l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti downstream jenħtieġ li jiġu kkalkolati abbażi tal-emissjonijiet reali verifikati minn verifikatur, jew b’referenza għall-valuri prestabbiliti kkalkolati u magħmula disponibbli mill-Kummissjoni. Peress li l-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni huma limitati għall-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni koperti mill-EU ETS, jenħtieġ li l-attribuzzjoni tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti downstream tkun limitata għall-emissjonijiet li jinsabu fil-materjali ta’ input (prekursuri). Jenħtieġ li fil-kalkolu tal-emissjonijiet integrati jitqiesu l-materjali ta’ input (prekursuri) ta’ oġġetti downstream li ma humiex elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/956.
(43)Għal għadd limitat ta’ oġġetti downstream, l-emissjonijiet integrati jistgħu, skont il-kompożizzjoni materjali tal-oġġett, jaqgħu kompletament barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi speċifikat li jenħtieġ li l-oġġetti downstream li jkunu magħmula esklużivament minn materjali li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM ma jkunux koperti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956.
(44)Jinħolqu sfidi speċifiċi għall-użu tal-emissjonijiet reali integrati f’oġġetti downstream prodotti b’materjal ta’ input multiplu (prekursuri), u meta dawk il-materjali jappartjenu għal setturi differenti tas-CBAM jew għal setturi mhux koperti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-oġġetti tipikament ikollhom ktajjen tal-valur globali itwal u aktar kumplessi, u l-produzzjoni tagħhom tinvolvi diversi stadji tal-produzzjoni. Il-kisba ta’ informazzjoni verifikata dwar l-emissjonijiet reali tal-materjali ta’ input tagħhom (prekursuri) se tkun diffiċli mil-lat amministrattiv, u dan jiddiżinċentiva l-użu tal-emissjonijiet reali. Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, jenħtieġ li l-użu ta’ valuri prestabbiliti għal dawn l-oġġetti speċifiċi jiġi ffaċilitat min-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-marġni kummerċjali, mingħajr preġudizzju għall-integrità ambjentali tas-CBAM.
(45)Jinħolqu sfidi speċifiċi għall-użu tal-emissjonijiet reali integrati fl-oġġetti downstream koperti fis-setturi “Ħadid u Azzar”, “Aluminju” u “Oġġetti tal-Metall Ikkombinati” msemmija fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956. Minħabba l-isfidi fil-ġbir tad-data tul il-katina tal-provvista ta’ xi wħud mill-komponenti ta’ dawn l-oġġetti, jenħtieġ li l-emissjonijiet integrati speċifiċi tal-oġġetti kollha koperti f’dawn it-taqsimiet jiġu kkalkolati bħala funzjoni tal-emissjonijiet integrati tal-materjali ta’ input (prekursuri) li jinsabu fl-oġġetti.
(46)Il-metodu użat għall-kalkolu tal-fattur ta’ emissjoni għall-elettriku importat jenħtieġ li jiġi mmodifikat sabiex iqis l-elettriku prodott mis-sorsi kollha, inklużi sorsi ta’ fjuwils nonfossili. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li l-valuri prestabbiliti riveduti għall-elettriku importat jiġu kkalkolati u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni.
(47)Sabiex jiġi żgurat approċċ metodoloġiku konsistenti fir-rigward tal-valuri prestabbiliti applikati għall-emissjonijiet indiretti, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-valur prestabbilit alternattiv għall-emissjonijiet indiretti li pajjiż terz, jew grupp ta’ pajjiżi terzi, jista’ juri li jkun aktar baxx minn dak stabbilit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-istess metodu ta’ kalkolu bħall-valuri prestabbiliti għall-emissjonijiet indiretti ddeterminati mill-Kummissjoni.
(48)Sabiex tiġi ffaċilitata d-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati tal-elettriku abbażi tal-emissjonijiet reali, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-emissjonijiet integrati reali fl-elettriku importat isiru aktar flessibbli. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li jistgħu jintużaw ċerti ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija konklużi bejn l-intermedjarji. Barra minn hekk, fid-dawl tad-diffikultajiet prattiċi biex jintwera n-nuqqas ta’ konġestjoni fiżika tan-network fi kwalunkwe punt tan-network fil-mument tal-importazzjoni, jenħtieġ li jitneħħew dan il-kriterju kif ukoll il-kriterju alternattiv li tiġi pprovata l-konnessjoni diretta mas-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li ma jkunx neċessarju li tintwera nomina soda tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni allokata fejn il-kapaċità ta’ trażmissjoni tiġi allokata permezz ta’ allokazzjoni impliċita tal-kapaċità.
(49)Minħabba n-natura kummerċjalment sensittiva ta’ xi elementi tad-data li jirfdu l-verifika tal-emissjonijiet integrati, jenħtieġ li r-rapport ta’ verifika jkun fih biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet rilaxxati mill-installazzjoni jew dwar oġġetti li ma humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li madankollu tkun soġġetta għal rieżami mill-verifikatur, ma tiġix inkluża fir-rapport ta’ verifika.
(50)Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (UE) 2023/956, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tneħħija tal-oġġetti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I, fejn neċessarju, minħabba ħsara serja lis-suq intern tal-Unjoni kkawżata minn ċirkostanzi serji u imprevedibbli, u sakemm ikunu għaddew dawn iċ-ċirkostanzi serji u imprevedibbli. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(51)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, jiġifieri l-estensjoni tal-mekkaniżmu li l-Unjoni adottat biex tipprevjeni r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u b’hekk tnaqqas l-emissjonijiet globali tal-karbonju kif ukoll l-indirizzar tar-riskju ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ prattiki li jistgħu jimminaw l-objettivi tas-CBAM, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.
(52)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/956 jiġi emendat skont dan,
(53)Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati tal-elettriku, biex tkun tista’ ssir il-preżentazzjoni tal-ewwel dikjarazzjonijiet CBAM sat-30 ta’ Settembru 2027 abbażi ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-bidliet fil-metodu użat għall-kalkolu tal-fattur ta’ emissjoni għall-elettriku importat u fil-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-emissjonijiet integrati reali fl-elettriku importat japplikaw għall-importazzjonijiet tal-elettriku li seħħew mill-1 ta’ Jannar 2026. Sabiex tiġi pprovduta prevedibbiltà suffiċjenti, jenħtieġ li l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 u għall-materjali ta’ input (prekursuri) elenkati fl-Anness VIII tapplika mill-1 ta’ Jannar 2028,
(54)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/956 jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) 2023/956
Ir-Regolament (UE) Nru 2023/956 huwa emendat kif ġej:
(1)l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
(a)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. Mal-inkorporazzjoni tiegħu fil-Ftehim ŻEE, dan ir-Regolament japplika wkoll għal prodotti pproċessati minn oġġetti elenkati fl-Anness I li joriġinaw f’pajjiż terz li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, meta jiġu esportati mill-ġdid lejn it-territorju doganali tan-Norveġja jew tal-Iżlanda, dment li jiġu importati lejn dawk il-pajjiżi.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni tas-CBAM għal tali prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament.”;
(b)fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Mal-inkorporazzjoni tiegħu fil-Ftehim ŻEE, b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal oġġetti li joriġinaw minn pajjiżi terzi li qabel kienu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Istati tal-EFTA li inkorporaw is-CBAM, dment li d-dikjarant doganali jindika fid-dikjarazzjoni doganali sussegwenti ppreżentata fit-territorju doganali tal-Unjoni li l-oġġetti jkunu ġew rilaxxati qabel għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali ta’ dawk l-Istati tal-EFTA u dment li, fuq talba tal-awtorità doganali, id-dikjarant doganali jagħmel disponibbli dokumentazzjoni jew informazzjoni li tagħti prova li l-oġġetti jkunu ġew rilaxxati qabel għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Istati tal-EFTA rispettivi. Id-dikjarant doganali għandu jġorr ir-responsabbiltà għad-disponibbiltà ta’ din il-prova fil-ħin tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.”;
(c)jiddaħħal il-paragrafu 7a li ġej:
“Meta pajjiż terz ikun talab li jintegra s-suq tal-elettriku tiegħu f’dak tal-Unjoni permezz tal-akkoppjament tas-swieq skont ftehim internazzjonali, il-Kummissjoni tista’, meta tistabbilixxi li l-pajjiż terz rilevanti jkun ittraspona bis-sħiħ l-acquis tas-suq tal-elettriku, tikkonkludi Memorandum ta’ Qbil ma’ dak il-pajjiż terz.
Il-Memorandum ta’ Qbil imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jistabbilixxi l-iskeda ta’ żmien għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(7) u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ strument tal-ipprezzar tal-karbonju ekwivalenti għall-EU ETS, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġenerazzjoni tal-elettriku.”;
(d)il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Pajjiż terz jew territorju li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 7, għandu jiġi elenkat fil-punt 2 tal-Anness III. Meta tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu humiex issodisfati, il-Kummissjoni għandha tqis l-avvanzi f’konformità mal-iskeda ta’ żmien stabbilita f’Memorandum ta’ Qbil skont l-Artikolu 2(7a).
(e)il-paragrafi 11 u 12 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“11. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 sabiex temenda l-listi ta’ pajjiżi terzi jew ta’ territorji elenkati fil-punt 1 jew 2 tal-Anness III billi żżid jew tneħħi pajjiż terz jew territorju, skont jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, 7 jew 9 ta’ dan l-Artikolu humiex issodisfati fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz jew it-territorju, jew bħala konsegwenza tal-inkorporazzjoni tas-CBAM fil-Ftehim ŻEE. Meta, fil-każ taż-żieda ta’ pajjiż terz fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ territorji elenkati fil-punt 2 tal-Anness III, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 28a għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.
L-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi jew ma’ territorji terzi bil-ħsieb li jitqies il-mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju f’tali pajjiżi jew territorji għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9 kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta’ korpi ta’ akkreditazzjoni ta’ pajjiżi terzi għall-akkreditazzjoni ta’ persuna ġuridika biex tkun verifikatur skont l-Artikolu 18.”;
(2)fl-Artikolu 2a(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-valutazzjoni tagħha tal-2027 li għandha ssir sat-30 ta’ April 2027, il-Kummissjoni għandha tuża d-data tal-importazzjoni tal-oġġetti li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness I tar-Regolament (UE) XX/XX [ir-Regolament Emendatorju]”;
(3)fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (35) li ġej:
“(35) “prattiki abbużivi” huma prattiki mwettqa minn attur bl-għan li jikseb benefiċċju billi jevita bla bżonn, kompletament jew parzjalment, ir-responsabbiltà finanzjarja tas-CBAM u b’hekk jimmina l-effettività tas-CBAM biex jindirizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fl-UE.”;
(4)fl-Artikolu 5(5), il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(h) in-numru EORI jew numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali ieħor, l-ismijiet u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-persuni li f’isimhom ikun qed jaġixxi l-applikant, jekk applikabbli.”;
(5)l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(1)il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b) l-emissjonijiet integrati totali fl-oġġetti msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull megawatt siegħa ta’ elettriku jew, għal oġġetti oħra, f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ kull tip ta’ oġġett, ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 7 u, meta l-emissjonijiet integrati jiġu ddeterminati abbażi tal-emissjonijiet reali pprovduti mill-operatur permezz tar-reġistru CBAM f’konformità mal-Artikolu 10, ivverifikati f’konformità mal-Artikolu 8;”;
(2)jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:
“(e) fejn applikabbli għall-fini li jiġi indirizzat ir-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina li tirriżulta min-nuqqas ta’ traċċabbiltà tal-katina tal-provvista, evidenza li l-oġġetti importati matul is-sena kalendarja preċedenti ġew prodotti fl-installazzjoni ddikjarata u fiż-żmien reali tal-produzzjoni msemmi fid-dikjarazzjoni CBAM;
(f) meta, f’konformità ma’ att delegat adottat f’konformità mal-paragrafu 7, l-emissjonijiet integrati jiġu ddeterminati abbażi tal-emissjonijiet reali għal kombinazzjoni ta’ oġġetti u ta’ oriġini li huma soġġetti għal riskju għoli ta’ prattiki abbużivi, evidenza li turi li r-riskju għoli ta’ prattiki abbużivi ma mmaterjalizzax.”;
(b)fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-format standard tad-dikjarazzjoni CBAM, inkluża informazzjoni dettaljata għal kull installazzjoni u pajjiż ta’ oriġini jew pajjiż terz ieħor u t-tip ta’ oġġetti li għandu jiġi rrapportat, li jiġġustifikaw it-totali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet integrati, tal-prezz tal-karbonju mħallas, tal-prezz tal-karbonju prestabbilit għall-fini tal-Artikolu 9(4), tal-proċedura għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni CBAM permezz tar-reġistru tas-CBAM, inklużi l-proċeduri għar-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM f’konformità mal-Artikolu 19, u l-arranġamenti għaċ-ċediment taċ-ċertifikati CBAM imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 22(1), b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess u tal-għażla mid-dikjarant awtorizzat tas-CBAM taċ-ċertifikati li għandhom jiġu ċeduti.”;
(c)jiżdiedu l-paragrafi 6a u 7 li ġejjin:
“6a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ oġġetti jew kombinazzjoni ta’ oġġetti u ta’ oriġini li għalihom għandha tiġi inkluża evidenza fid-dikjarazzjoni CBAM skont il-paragrafu 2, il-punt (e), kif ukoll it-tip speċifiku ta’ evidenza li għandha tiġi pprovduta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
7. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja fil-livell tal-Unjoni l-impatt tas-CBAM fuq is-suq intern tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-informazzjoni rilevanti, inkluż mid-dikjarazzjonijiet doganali tal-importazzjoni u mid-dikjarazzjonijiet CBAM, issib li hemm biżżejjed evidenza li tindika riskju għoli ta’ prattiki abbużivi għal kombinazzjoni ta’ oġġetti u ta’ oriġini, hija tista’ tinforma lill-importaturi u lid-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM dwar dawn ir-riskji, hija tista’ tinforma lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet doganali dwar dawn ir-riskji bil-ħsieb li żżid il-livell ta’ kontroll tagħhom, u għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-metodi għall-identifikazzjoni tal-kombinazzjoni ta’ oġġetti u ta’ oriġini, l-informazzjoni li għandha tiġi ddikjarata għall-użu ta’ emissjonijiet reali għal dawk il-kombinazzjonijiet ta’ oġġetti u ta’ oriġini kif ukoll l-evidenza li għandha tiġi pprovduta biex jintwera li ma seħħ l-ebda abbuż.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien 3 xhur minn meta ssib li hemm biżżejjed evidenza li tindika riskju għoli ta’ prattiki abbużivi”;
(6)l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. L-emissjonijiet integrati fil-materjali ta’ input (prekursuri) elenkati fl-Anness VIII għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti.”;
(b)il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5. Id-dikjarant awtorizzat tas-CBAM għandu jżomm rekords tal-informazzjoni żvelata f’konformità mal-Artikolu 10(7) li tkun meħtieġa għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V. Dawk ir-rekords għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti jirrieżaminaw id-dikjarazzjoni CBAM f’konformità mal-Artikolu 19(2).”;
(c)fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jipprovdu lista ta’ oġġetti downstream li għalihom, minħabba l-kumplessità tal-katina tal-provvista u mingħajr preġudizzju għall-integrità ambjentali tas-CBAM, ma għandha tapplika l-ebda marġni kummerċjali.”;
(7)l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(1)it-tielet sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“L-informazzjoni li tinsab f’dik id-dokumentazzjoni għandha tiġi ċċertifikata minn persuna li tkun indipendenti mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz.”;
(2)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Il-persuna indipendenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tkun persuna ġuridika akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni għall-ambitu rilevanti tal-akkreditazzjoni.”;
(b)il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
(1)l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni, abbażi tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, dwar il-konverżjoni tal-prezz medju annwali tal-karbonju effettivament imħallas f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tal-prezzijiet prestabbiliti annwali tal-karbonju ddeterminati f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fi tnaqqis korrispondenti tal-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti. Dawk l-atti għandhom jirregolaw ukoll il-konverżjoni f’euro tal-prezz tal-karbonju espress f’munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali, l-evidenza meħtieġa tal-pagament reali tal-prezz tal-karbonju, eżempji ta’ kwalunkwe ribass rilevanti jew forma oħra ta’ kumpens imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kwalifiki tal-persuna indipendenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet biex jiġu aċċertati l-kwalifiki u l-indipendenza ta’ dik il-persuna. Il-kwalifiki msemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom jinkludu l-għoti ta’ akkreditazzjoni minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, u l-iskambji xierqa ta’ informazzjoni bejn il-persuna indipendenti, il-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tirregola l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tal-krediti ta’ karbonju skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
(2)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Il-kwalifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu l-għoti ta’ akkreditazzjoni minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni u l-iskambji xierqa ta’ informazzjoni bejn il-persuna indipendenti, il-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti.”;
(8)l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Sabiex tkun tista’ ssir il-verifika tal-emissjonijiet integrati abbażi tal-emissjonijiet reali kif ukoll id-determinazzjoni, fejn applikabbli, tal-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha, fuq talba minn operatur ta’ installazzjoni li tinsab f’pajjiż terz, tirreġistra l-informazzjoni dwar dak l-operatur u dwar l-installazzjoni tiegħu fir-reġistru CBAM imsemmi fl-Artikolu 14.”;
(b)fil-paragrafu 5, jiżdied il-punt (e) li ġej:
“(e) jiżgura, fejn applikabbli skont l-Artikolu 6(7), li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-użu tal-emissjonijiet reali, għall-kombinazzjonijiet rilevanti ta’ oġġetti u ta’ oriġini.”;
(c)fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“Operatur jista’ jiżvela l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tal-emissjonijiet reali, għall-kombinazzjonijiet rilevanti ta’ oġġetti u ta’ oriġini skont l-Artikolu 6(7), il-verifika tal-emissjonijiet integrati u l-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu lil dikjarant awtorizzat tas-CBAM jew lil operatur ieħor.
(d)fil-paragrafu 7, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“L-operatur jista’ jiżvela biss lid-dikjarant awtorizzat tas-CBAM sommarju tal-informazzjoni li tinsab fil-paragrafu 5, il-punti (a), (b), (c) u (e). Id-dikjarant awtorizzat tas-CBAM għandu jkun intitolat li juża dik l-informazzjoni żvelata sabiex jissodisfa l-obbligu msemmi fl-Artikolu 8.
Meta d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM jagħżel li jippreżenta d-dikjarazzjoni CBAM abbażi ta’ din l-informazzjoni żvelata, id-dikjarant awtorizzat tas-CBAM għandu jibqa’ responsabbli għaċ-ċediment tal-għadd korrett ta’ ċertifikati CBAM skont l-Artikolu 22(1).”;
(9)l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
(a)jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:
“5a. B’deroga mill-paragrafu 5, meta l-awtorità kompetenti ssib li l-applikant jew id-dikjarant awtorizzat tas-CBAM ma jurix il-kapaċità finanzjarja tiegħu li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament, inkluż billi jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 22(2), l-awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi l-għoti ta’ garanzija.
L-awtorità kompetenti għandha tiffissa l-ammont ta’ tali garanzija għall-ammont, ikkalkolat bħala l-valur aggregat tal-għadd ta’ ċertifikati CBAM li d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM ikollu jċedi f’konformità mal-Artikolu 22 fir-rigward ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
l-importazzjonijiet ta’ oġġetti rrapportati f’konformità mal-Artikolu 5(5), il-punt (g);
(b)
l-ammont ta’ oġġetti importati ddikjarati fid-dikjarazzjoni doganali u informazzjoni rilevanti oħra disponibbli għall-awtorità kompetenti mis-sentejn kalendarji preċedenti; jew
(c)
stima daqslikieku s-soll uniku bbażat fuq il-massa nqabeż b’medja li tikkorrispondi għas-setturi rilevanti koperti minn dan ir-Regolament.
Il-garanzija pprovduta għandha tkun garanzija bankarja, pagabbli mal-ewwel talba, minn istituzzjoni finanzjarja li topera fl-Unjoni jew forma oħra ta’ garanzija li tipprovdi assigurazzjoni ekwivalenti.”;
(b)il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7. Meta tkun meħtieġa garanzija f’konformità mal-paragrafu 5, l-awtorità kompetenti għandha tirrilaxxa l-garanzija immedjatament wara t-30 ta’ Settembru tat-tieni sena li fiha d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM ikun ċeda ċ-ċertifikati CBAM f’konformità mal-Artikolu 22.
Meta tkun meħtieġa garanzija f’konformità mal-paragrafu 5a, l-awtorità kompetenti għandha tirrilaxxa l-garanzija immedjatament wara t-30 ta’ Settembru tat-tieni sena li fiha d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM ikun ċeda ċ-ċertifikati CBAM f’konformità mal-Artikolu 22. Minkejja dan ta’ hawn fuq, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li testendi d-durata tal-garanzija meta estensjoni bħal din tkun debitament ġustifikata.
Meta d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM ma jċedix l-ammont suffiċjenti ta’ ċertifikati CBAM f’konformità mal-Artikolu 22 wara deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 19(5), l-awtorità kompetenti għandha tuża l-garanzija pprovduta biex tirkupra l-aġġustament finanzjarju pendenti.
L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-ammont li għandu jiġi rkuprat abbażi tal-għadd ta’ ċertifikati li kellhom jiġu ċeduti u l-prezz taċ-ċertifikati fid-data meta ttieħdet id-deċiżjoni.”;
(10)fl-Artikolu 18(3), tiżdied is-sentenza li ġejja:
“Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw ukoll il-proċeduri ta’ verifika li għandhom jintużaw mill-verifikaturi.”;
(11)fl-Artikolu 19, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. Meta l-emissjonijiet integrati jiġu ddeterminati abbażi tal-emissjonijiet reali, il-Kummissjoni jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-dikjarant tas-CBAM tista’, bħala parti mir-rieżami tad-dikjarazzjoni CBAM, titlob lid-dikjarant awtorizzat tas-CBAM jipprovdi evidenza li l-oġġetti importati ġew prodotti fl-installazzjoni msemmija fid-dikjarazzjoni CBAM.”;
(12)l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għal dawk il-ġimgħat kalendarji li fihom ma jkun hemm l-ebda rkant fuq il-pjattaforma tal-irkant, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM għandu jkun il-medja tal-prezzijiet tal-għeluq tal-kwoti tal-EU ETS tal-aħħar ġimgħa li fiha jkunu saru l-irkantijiet fuq il-pjattaforma tal-irkant. Għal dawk il-ġimgħat kalendarji li fihom isir irkant wieħed biss fuq il-pjattaforma tal-irkant, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM għandu jkun il-medja ta’ dak il-prezz tal-għeluq u l-prezzijiet tal-għeluq tal-aħħar ġimgħa li fiha jkunu saru diversi rkantijiet fuq il-pjattaforma tal-irkant.”;
(b)fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-prezz taċ-ċertifikati CBAM fuq is-sit web tagħha jew bi kwalunkwe mod xieraq ieħor fl-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa kalendarja ta’ wara.”;
(13)fl-Artikolu 22(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Mill-2028, il-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ibbażat biss fuq iċ-ċertifikati CBAM mixtrija mid-dikjarant awtorizzat tas-CBAM matul dik l-istess sena.”;
(14)fl-Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“Iċ-ċertifikati CBAM żejda għandhom jinxtraw mill-ġdid permezz tal-pjattaforma ċentrali komuni msemmija fl-Artikolu 20.”;
(15)l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. L-awtoritajiet doganali għandhom perjodikament u awtomatikament, b’mod partikolari permezz tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni speċifika dwar l-oġġetti ddikjarati għall-importazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru EORI jew il-forma ta’ identifikazzjoni ddikjarata f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, tal-importatur jew tad-dikjarant awtorizzat tas-CBAM kif ukoll in-numru tal-kont tas-CBAM tad-dikjarant awtorizzat tas-CBAM, il-kodiċi NM bi tmien ċifri tal-oġġetti, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini, id-data tad-dikjarazzjoni doganali u l-proċedura doganali, kif ukoll kwalunkwe data oħra rilevanti għall-konformità ma’ dan ir-Regolament, inklużi, fejn applikabbli, il-poloz ta’ verifika, id-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni mill-ġdid u d-dokumentazzjoni doganali ekwivalenti. Meta l-importatur ma jkollu l-ebda numru EORI, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw ukoll l-isem, l-indirizz u, fejn disponibbli, l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-importatur lill-Kummissjoni.
In-numru tal-kont tas-CBAM ipprovdut fid-dikjarazzjoni doganali jew fi kwalunkwe dokument rilevanti ieħor meta jiġu ddikjarati l-oġġetti elenkati fl-Anness I jew il-prodotti pproċessati miksuba minn tali oġġetti għall-importazzjoni, għandu jiddetermina d-dikjarant awtorizzat tas-CBAM li jassumi l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.”;
(b)fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-informazzjoni ma tkunx korretta jew akkurata, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtoritajiet doganali jew lill-Kummissjoni jivverifikaw il-korrettezza jew l-akkuratezza ta’ dik l-informazzjoni.”;
(c)fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni u l-perjodiċità, it-twaqqit u l-mezzi għall-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.”;
(d)jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:
“7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tidentifika l-kompożizzjonijiet materjali u kimiċi tal-oġġetti elenkati fl-Anness I. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).”;
(16)fl-Artikolu 27(2), jiżdied il-punt (c) li ġej:
“(c) l-aġġustament artifiċjali tal-ktajjen tal-provvista biex l-oġġetti jibbenefikaw minn valuri prestabbiliti aktar baxxi.”;
(17)jiddaħħal l-Artikolu 27a li ġej:
“Artikolu 27a
Ċirkostanzi serji u mhux previsti
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja s-sitwazzjoni fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb li timmonitorja l-impatt tas-CBAM fuq is-suq intern tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-evidenza rilevanti, tqis li l-inklużjoni ta’ oġġett fl-Anness I tikkawża ħsara serja lis-suq intern tal-Unjoni minħabba ċirkostanzi serji u mhux previsti relatati mal-impatt fuq il-prezzijiet tal-oġġetti, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex tneħħi dan l-oġġett mill-Anness I sakemm jgħaddu dawk iċ-ċirkostanzi serji u mhux prevedibbli.”;
(18)l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(10) u (11), fl-Artikolu 2a(3), fl-Artikolu 6(7), fl-Artikolu 18(3), fl-Artikolu 20(5a) u (6), fl-Artikolu 27(6) u fl-Artikolu 27a għal perjodu ta’ 5 snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ulterjuri ta’ durata identika, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(10) u (11), fl-Artikolu 2a(3), fl-Artikolu 6(7), fl-Artikolu 18(3), fl-Artikolu 20(5a) u (6), fl-Artikolu 27(6) u fl-Artikolu 27a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”;
(b) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(10) u (11), l-Artikolu 2a(3), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 20(5a) u (6), l-Artikolu 27(6) u l-Artikolu 27a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
(19)jiddaħħal l-Artikolu 28a li ġej:
“Artikolu 28
Proċedura ta’ urġenza
1. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 28. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”;
(20)fl-Artikolu 30(6), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Qabel l-1 ta’ Jannar 2028, kif ukoll kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-funzjonament tas-CBAM. Fejn xieraq, dan ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva jew minn atti ta’ implimentazzjoni jew delegati adottati skont dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun fih mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) valutazzjoni tal-impatt tas-CBAM fuq:
(i) ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, inkluż fir-rigward tal-esportazzjonijiet;
(ii) is-setturi koperti;
(iii) l-impatt fuq is-suq intern, ekonomiku u territorjali fl-Unjoni kollha;
(iv) l-inflazzjoni u l-prezz tal-komoditajiet;
(v) l-effett fuq l-industriji li jużaw l-oġġetti elenkati fl-Anness I;
(vi) il-kummerċ internazzjonali, inkluża r-riorganizzazzjoni tar-riżorsi; u
(vii) il-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs, Least Developed Countries).
(b) valutazzjoni ta’ dawn:
(i) is-sistema ta’ governanza, inklużi valutazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-amministrazzjoni tal-garanziji u l-awtorizzazzjoni tad-dikjaranti CBAM mill-Istati Membri;
(ii) il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża l-possibbiltà li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi estiż għal oġġetti addizzjonali f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
(iia) l-adegwatezza tal-atti ta’ implimentazzjoni u tal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament;
(iib) l-adegwatezza tal-metodi għall-iffissar tal-valuri prestabbiliti u l-marġni kummerċjali applikat għall-valuri prestabbiliti;
(iii) il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni;
(iv) l-applikazzjoni ta’ penali fl-Istati Membri;
(v) l-applikazzjoni tas-soll uniku bbażat fuq il-massa, inkluża l-possibbiltà li jiżdied dak is-soll u li jiġi introdott soll supplimentari bbażat fuq il-kunsinna;
(c) ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u l-penali imposti;
(d) l-informazzjoni aggregata dwar l-intensità tal-emissjonijiet għal kull pajjiż ta’ oriġini għall-oġġetti differenti elenkati fl-Anness I.;”
(21)l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;
(22)l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
(23)fl-Anness VI, il-punt 2 huwa emendat kif ġej:
(a)jitħassru l-punti (g) sa (j);
(b)jiddaħħal il-punt (ka) li ġej:
“(ka) il-kompożizzjoni tal-materjal ta’ kull oġġett downstream;”;
(24)jiżdied Anness VIII ġdid kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti 1 u 6 tal-Anness II, għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026.
Madankollu, l-Artikolu 1(6), il-punt (a), l-Artikolu 1(8), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 1(21), (23), u (24), u l-punt 2 tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3
1.3.Objettiv(i)3
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12
3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17
3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24
3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24
3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25
3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26
3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29
4.Dimensjonijiet diġitali29
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30
4.2.Data30
4.3.Soluzzjonijiet diġitali31
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
Fid-dawl taż-żieda fl-ambizzjonijiet klimatiċi tal-UE, l-introduzzjoni ta’ CBAM għandha l-objettiv ġenerali li tindirizza t-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE u globalment.
Il-proposta emendatorja għandha l-għan li ssaħħaħ l-effettività tas-CBAM fl-indirizzar tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
L-objettiv ġenerali li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima huwa artikolat aktar f’għadd ta’ objettivi speċifiċi, jiġifieri: (i) L-indirizzar tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju taħt ambizzjoni akbar tal-UE. (ii) Il-kontribut għall-forniment ta’ qafas ta’ politika stabbli u sigur għall-investimenti f’teknoloġiji b’livell baxx jew żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju. (iii) L-iżgurar li l-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għal livell simili ta’ pprezzar tal-karbonju. (iv) L-inkoraġġiment tal-produtturi f’pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-UE biex jadottaw teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. (v) L-iżgurar li l-miżura tkun effettiva, filwaqt li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni, u b’hekk tiġi pprovduta l-integrità ambjentali. (vi) L-iżgurar ta’ piż amministrattiv proporzjonat għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi fl-applikazzjoni tal-miżura.
Il-proposta emendatorja għandha l-għan li ssaħħaħ l-effettività tas-CBAM biex jipproteġi kontra r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, billi testendi l-kamp ta’ applikazzjoni għall-prodotti downstream, tintroduċi dispożizzjonijiet addizzjonali kontra l-evitar u tiċċara r-regoli applikabbli għall-importazzjonijiet tal-elettriku.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
L-introduzzjoni ta’ CBAM tipprevedi tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra kemm fl-EU-27 kif ukoll fil-bqija tad-dinja fis-setturi koperti mis-CBAM. Is-CBAM huwa mistenni wkoll li jnaqqas ir-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u għaldaqstant jissostitwixxi gradwalment l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti skont l-EU ETS.
Fir-rigward tal-impatti ekonomiċi, l-immudellar imwettaq qabel l-adozzjoni tar-Regolament CBAM indika li l-introduzzjoni ta’ CBAM u miżuri oħra meħtieġa biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet klimatiċi akbar tal-UE jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-PDG għall-EU-27 b’0,22 % sa 0,23 % fl-2030. L-impatt fuq in-naħa tal-investiment huwa wieħed modest. Fuq in-naħa tal-konsum jidher li s-CBAM għandu effett negattiv kemxejn aktar b’saħħtu meta mqabbel max-xenarju ta’ ambizzjoni klimatika akbar u l-ebda CBAM.
Billi effettivament titnaqqas ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, l-introduzzjoni ta’ CBAM twassal għal tnaqqis fl-importazzjonijiet fl-EU-27. B’mod ġenerali, l-impatti soċjali tas-CBAM ikunu limitati.
Huma mistennija impatti amministrattivi fuq il-Kummissjoni, fuq in-negozji u fuq l-awtoritajiet nazzjonali. B’kollox, il-kostijiet tal-konformità għan-negozji u għall-awtoritajiet, filwaqt li huma sinifikanti, huma mistennija li jkunu proporzjonati, u maniġġabbli fid-dawl tal-benefiċċji ambjentali tal-miżura.
Il-proposta emendatorja hija stmata li tnaqqas l-emissjonijiet globali annwali ta’ gassijiet serra b’madwar 0,7 Mt CO2e sal-2030. Barra minn hekk, hija mistennija li tkompli tnaqqas ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Abbażi tal-immudellar magħmul mill-JRC, is-CBAM kif leġiżlat bħalissa huwa stmat li jnaqqas ir-rata ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju bi 43 % meta mqabbel ma’ xenarju mingħajr CBAM. L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għal prodotti downstream magħżula tal-azzar u tal-aluminju hija stmata li tkompli tnaqqas ir-rata ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, bi tnaqqis totali ta’ 76 % meta mqabbel ma’ xenarju mingħajr CBAM. L-impatti makroekonomiċi ta’ estensjoni downstream huma negliġibbli, b’impatt stmat fuq il-PDG tal-UE ta’ inqas minn 0,001 % u impatti żgħar b’mod ġenerali fuq il-kummerċ, fuq il-produzzjoni u fuq il-prezzijiet tal-konsumatur fl-UE.
L-estensjoni downstream ma għandhiex l-għan li tiġġenera dħul iżda pjuttost li ssaħħaħ l-effettività klimatika tas-CBAM fil-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Minkejja dan, il-proposta hija pproġettata li tiġġenera madwar EUR 0,58 biljun fi dħul annwali sal-2030. Lil hinn mill-2030, filwaqt li l-allokazzjonijiet bla ħlas taħt l-EU ETS jiġu eliminati gradwalment u s-CBAM jiġi introdott gradwalment, id-dħul għandu jkompli jiżdied, u jilħaq madwar EUR 0,69 biljun sal-2035.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
|
Objettivi
|
Indikaturi
|
Għodod ta’ kejl/sorsi ta’ data
|
|
Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
|
-Livell tal-emissjonijiet fl-UE
-Livell tal-emissjonijiet globalment
|
-Statistika dwar l-emissjonijiet
-Statistika settorjali
-Dikjarazzjonijiet minn pajjiżi terzi dwar jekk is-CBAM inċentivax l-ipprezzar tal-karbonju tagħhom stess
|
|
Inkoraġġiment ta’ proċessi tal-produzzjoni aktar nodfa f’pajjiżi terzi
|
-Evoluzzjoni tal-emissjonijiet reali għas-setturi tas-CBAM f’pajjiżi terzi
-Livell ta’ importazzjonijiet tal-elettriku
-Sehem tar-rapportar tal-valuri reali għall-elettriku
|
-Livell tal-emissjonijiet murija mill-produtturi ta’ pajjiżi terzi soġġetti għas-CBAM
-Reġistru tas-CBAM
|
|
Prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju
|
-Bħall-indikaturi tal-emissjonijiet ta’ hawn fuq
-Livell tal-emissjonijiet fl-UE meta mqabbel mal-emissjonijiet globali
-Flussi kummerċjali fis-setturi tas-CBAM
-Flussi kummerċjali downstream
|
-Statistika dwar l-emissjonijiet
-Statistika kummerċjali
-Statistika settorjali
|
|
Żgurar tal-konsistenza mal-politiki tal-UE
|
-Prezz taċ-ċertifikati tal-importazzjoni f’konformità mal-prezz fl-EU ETS
|
-Statistika mill-awtoritajiet tal-EU ETS u tas-CBAM
|
|
Limitazzjoni tal-piż amministrattiv
|
-Trattament f’waqtu tal-infurzar tas-CBAM (eż. proċedura ta’ rikonċiljazzjoni possibbli)
-Verifiki tal-livell attwali tal-emissjonijiet mill-esportatur
|
-Feedback mill-industrija u mill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-implimentazzjoni tas-CBAM
-Għadd ta’ persunal meħtieġ għall-amministrazzjoni tas-CBAM
|
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Is-CBAM ġie introdott minn Ottubru 2023. Bħalissa hemm fis-seħħ sistema simplifikata tal-iskema tas-CBAM sa tmiem l-2025. B’mod speċifiku, bħalissa japplika perjodu tranżitorju (sessjoni ta’ prattika għall-ġbir tad-data) biex jiffaċilita l-introduzzjoni bla xkiel tas-CBAM u jippermetti lin-negozjanti u lill-importaturi jaġġustaw.
Is-servizzi tal-Kummissjoni huma inkarigati mill-implimentazzjoni u mill-infurzar tas-CBAM kemm matul il-perjodu tranżitorju (2023-2025) kif ukoll matul il-fażi definittiva (mill-2026).
Matul il-perjodu tranżitorju, dan implika l-ġbir ta’ informazzjoni mill-importaturi ta’ oġġetti tas-CBAM fl-UE dwar l-emissjonijiet integrati ta’ GHG ta’ dawn l-oġġetti u l-analiżi tad-data.
Il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) jitlob introduzzjoni progressiva tal-funzjonijiet differenti neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tiegħu. L-ewwel nett, jeħtieġ li jitħejjew għadd ta’ rapporti u ta’ rieżamijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-obbligu finanzjarju li għandu jiġi stabbilit. Filwaqt li jirrikonoxxi dan, ir-regolament CBAM jipprevedi l-implimentazzjoni tiegħu f’żewġ perjodi konsekuttivi: il-Perjodu Tranżitorju minn Ottubru 2023 sa tmiem l-2025 u l-Perjodu Definittiv mill-bidu tal-2026.
Matul il-Perjodu Tranżitorju, l-obbligu impost fuq l-importaturi u l-Awtoritajiet tal-UE (dwana) huwa limitat għall-preżentazzjoni tar-rapporti trimestrali tas-CBAM flimkien mad-Dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni.
Matul il-perjodu tranżitorju, ġiet stabbilita sistema tranżizzjonali ta’ ġestjoni tal-informazzjoni (il-Perjodu Tranżitorju tas-CBAM – TP tas-CBAM) biex tappoġġa l-preżentazzjoni u l-ġbir ta’ rapporti trimestrali, kif ukoll l-assimilazzjoni tad-data minn kull rapport f’bażi tad-data aggregata, biex tkun tista’ ssir l-analiżi effettiva tagħhom għall-finijiet ta’ rapportar f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament.
Barra minn hekk, matul il-perjodu tranżitorju, l-awtoritajiet doganali għandhom il-kompitu li jinfurmaw lid-dikjaranti doganali dwar l-obbligu li jirrapportaw l-informazzjoni, sabiex jikkontribwixxu għall-ġbir ta’ informazzjoni kif ukoll għall-għarfien dwar il-ħtieġa li jintalab l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat meta applikabbli (qabel l-ewwel importazzjoni ta’ oġġetti tas-CBAM mill-1 ta’ Jannar 2026).
Il-Perjodu Definittiv se jibda fl-1 ta’ Jannar 2026 għas-servizzi ewlenin tad-dikjarazzjoni CBAM u tal-ġestjoni taċ-ċertifikati kif elenkati hawnhekk u sena qabel għar-reġistrazzjoni u għall-ipproċessar tad-dikjaranti awtorizzati tal-awtorizzazzjonijiet tas-CBAM mill-awtoritajiet kompetenti:
- l-importaturi huma intitolati biss li jimportaw dawn l-oġġetti wara li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni (ħlief fil-każ tad-deroga) mill-awtoritajiet kompetenti, jew jekk jaħtru rappreżentant awtorizzat bħala dikjarant tas-CBAM. Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali ma jippermettux l-importazzjoni ta’ oġġetti tas-CBAM mingħajr ma jkun involut dikjarant awtorizzat tas-CBAM. Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu verifiki fuq l-oġġetti, inkluż fir-rigward tal-identifikazzjoni tad-dikjarant awtorizzat tas-CBAM, il-kodiċi NM bi tmien ċifri, il-kwantità u l-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti importati, id-data tad-dikjarazzjoni u l-proċedura doganali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi r-riskji relatati mas-CBAM fit-tfassil tal-kriterji u tal-istandards komuni tar-riskju skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013
- Jenħtieġ li s-CBAM ikun ibbażat fuq sistema dikjarattiva fejn dikjarant awtorizzat tas-CBAM, li jista’ jaġixxi f’ismu stess jew jirrappreżenta importatur wieħed jew aktar, jippreżenta kull sena dikjarazzjoni tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati fit-territorju doganali tal-Unjoni u jċedi għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondu għal dawk l-emissjonijiet iddikjarati.
- Jenħtieġ li dikjarant awtorizzat tas-CBAM jitħalla jitlob tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti li jikkorrispondi għall-prezz tal-karbonju diġà mħallas b’mod effettiv għal dawk l-emissjonijiet f’ġuriżdizzjonijiet oħra. Ir-Regolament emendatorju jipproponi li jiġi introdott prezz tal-karbonju prestabbilit li jippermetti lid-dikjaranti jitolbu tnaqqis meta ma jkunx jista’ jintwera li prezz tal-karbonju jkun tħallas b’mod effettiv.
- Jenħtieġ li l-emissjonijiet integrati ddikjarati jiġu vverifikati minn persuna akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni tal-UE fejn jiġu ddikjarati l-emissjonijiet reali.
- Jenħtieġ li s-sistema ċentrali tas-CBAM tippermetti lill-operaturi tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni f’pajjiżi terzi jirreġistraw fir-reġistru tas-CBAM u jagħmlu l-emissjonijiet integrati verifikati tagħhom ta’ gassijiet serra mill-produzzjoni ta’ oġġetti disponibbli għad-dikjaranti awtorizzati tas-CBAM. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tamministra r-reġistru tas-CBAM li jkun fih data dwar id-dikjaranti, l-operaturi u l-installazzjonijiet awtorizzati tas-CBAM f’pajjiżi terzi. Ir-Regolament emendatorju jipproponi li jippermetti lill-verifikaturi akkreditati jaċċessaw ir-reġistru biex itejbu l-affidabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet kondiviża mill-operaturi mad-dikjaranti permezz tar-reġistru.
- Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tindirizza l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni
- Jenħtieġ li tiġi stabbilita pjattaforma ċentrali komuni għall-bejgħ u għax-xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM. Għall-fini tas-sorveljanza tat-tranżazzjonijiet fuq il-pjattaforma ċentrali komuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambji ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, u bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit fluss rapidu ta’ informazzjoni bejn il-pjattaforma ċentrali komuni u r-reġistru tas-CBAM.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq kontrolli bbażati fuq ir-riskju u jenħtieġ li tirrieżamina l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet CBAM kif xieraq. Għall-finijiet ta’ infurzar, l-Istati Membri jistgħu jwettqu wkoll rieżamijiet tad-dikjarazzjonijiet CBAM individwali. Jenħtieġ li l-konklużjonijiet tar-rieżamijiet tad-dikjarazzjonijiet CBAM individwali jiġu kondiviżi mal-Kummissjoni u jenħtieġ li jkunu disponibbli għal awtoritajiet kompetenti oħra fir-reġistru tas-CBAM.
- Jenħtieġ li -Istati Membri jkunu responsabbli għall-istabbiliment u għall-ġbir korretti tad-dħul li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Għalhekk, matul il-perjodu definittiv, l-għadd ta’ kompiti attribwiti għall-KE jiżdied drastikament, u dan jirrikjedi żieda fil-ħtiġijiet tal-persunal. Il-kompiti mwettqa minn dan it-tim se jinkludu s-superviżjoni tal-awtorizzazzjoni tad-dikjaranti tas-CBAM magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-ġestjoni tal-bażi tad-data ċentrali u r-reġistru ċentrali, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet u s-sorveljanza tal-pjattaforma esterna u, fl-aħħar nett, il-kompiti li jirrikjedu kompetenzi legali bħal-litigazzjoni u l-irkupru u s-sorveljanza tar-responsabbiltà finanzjarja. L-istruttura tat-tim hija definita aktar hawn taħt.
Matul il-perjodu definittiv, il-Kummissjoni se tkun responsabbli mill-maġġoranza tal-kompiti li jirriżultaw mir-regolament CBAM.
Il-proposta emendatorja tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda kontra l-evitar tat-taxxa li jimplikaw kompiti addizzjonali li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni mill-2027 ’il quddiem. Dawn jinkludu l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-operazzjonalizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda kontra l-evitar. B’mod partikolari, dawn il-miżuri se jirrikjedu kontrolli addizzjonali tal-validità tal-evidenza pprovduta mill-importaturi li suppost jivverifikaw il-validità tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM.
Barra minn hekk, minħabba l-bidliet proposti fl-emenda introdotta, jinħolqu ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali għall-finanzjament ta’ input analitiku pprovdut lill-Kummissjoni għat-twettiq tal-kompiti essenzjali li għandhom jitwettqu mill-2027 ’il quddiem. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni se jkollha tiżviluppa (u taġġorna kull sena) valuri prestabbiliti għall-oġġetti l-ġodda miżjuda mal-Anness I tar-regolament. Barra minn hekk, ir-responsabbiltajiet tagħha fil-monitoraġġ u fid-detezzjoni ta’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ evitar ġew estiżi, u dan jirrikjedi l-akkwist ta’ bażijiet tad-data u ta’ informazzjoni dwar is-suq biex jikkontribwixxu għal sistema robusta ta’ analiżi u ta’ detezzjoni tar-riskju. Huwa stmat li dan se jirrikjedi EUR 2 miljun għall-2027 ta’ nefqa mhux fuq l-IT, minbarra l-ħtiġijiet baġitarji identifikati fid-dikjarazzjoni finanzjarja u diġitali leġiżlattiva (LFDS, Legislative Financial and Digital Statement) li takkumpanja l-proposta biex jiġi ssimplifikat u jissaħħaħ is-CBAM (+ EUR 2 miljun fuq bażi annwali).
Baġit tal-IT tas-CBAM
Il-baġit tas-CBAM li għandu jiġi impenjat għall-perjodu 2023-2027 ġie vvalutat għal EUR 120,69 miljun. Il-baġit tal-IT tas-CBAM jinkludi servizzi ta’ Analiżi u ta’ Żvilupp, Servizzi ta’ varar, Servizzi ta’ operazzjonijiet, servizzi tal-cloud u/jew liċenzji ta’ hardware u ta’ software fil-bini għas-Sistema Tranżizzjonali u Definittiva tas-CBAM kif spjegat hawn taħt:
- Il-kost tan-nefqa kapitali (CAPEX, Capital Expenditure) ġie stmat abbażi tal-baġit attwali impenjat u l-baġit awtorizzat mill-Governanza Korporattiva tal-IT tal-KE fil-forma ta’ Dokumenti ta’ Viżjoni approvati għall-proġetti tal-IT tad-DĠ TAXUD li ġejjin, minħabba s-similaritajiet tagħhom f’termini tal-Mudell tal-Arkitettura tal-IT: CDS, CRMS2, SURV3, REX, CSRD2, EBTI, Sistemi Doganali ta’ Ġestjoni tad-Dikjarazzjoni Trans-Ewropea żviluppati u operati mid-DĠ TAXUD.
- Il-kost tal-kostijiet operatorji (OPEX, Operating Expenditure) ġie vvalutat abbażi tal-kostijiet annwali kurrenti tal-infrastruttura u operazzjonali tad-DĠ TAXUD, id-dispożizzjonijiet tagħhom għall-infrastruttura tal-IT, l-attivitajiet ta’ Appoġġ tal-IT u tas-Servizz Desk għas-sistemi ta’ produzzjoni mwassla mill-proġetti msemmija hawn fuq.
- L-ipprezzar huwa bbażat fuq l-ipprezzar kurrenti tal-Kuntratti Qafas fis-seħħ.
Fil-linja baġitarja tal-Politika tal-IT, ma huwiex inkluż il-baġit tal-akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-pjattaforma għax-xiri u għall-bejgħ ta’ ċertifikati għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet.
It-tim tas-CBAM ikun jikkonsisti minn 90 membru tal-persunal tal-KE (inklużi 15-il membru tal-persunal tal-IT) fl-2027.
Id-diżaggregazzjoni tal-persunal totali, inkluż il-persunal tal-IT, mill-2023 għall-2027 tkun kif ġej:
|
Sena
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Nru tar-Riżorsi Totali
|
20
|
33
|
44
|
66
|
90
|
|
Tim tas-CBAM
|
12
|
21
|
29
|
50
|
74
|
|
Tim tal-IT tas-CBAM
|
8
|
12
|
15
|
16
|
16
|
L-importanza strateġika, id-daqs u l-kumplessità tal-proġett tal-IT tas-CBAM jirrikjedu li jiġi stabbilit tim tal-IT tas-CBAM iddedikat biex jiġġestixxi l-implimentazzjoni u l-operazzjonijiet ġenerali tal-proġett.
It-tim tal-IT tas-CBAM jikkonsisti minn 16-il membru ta’ profili tal-IT speċjalizzat għad-definizzjoni u għall-ġestjoni tal-Arkitettura tas-Sistema tal-IT tas-CBAM u tal-Organizzazzjoni u l-ippjanar tal-Proġetti, l-attivitajiet f’termini tal-iżvilupp, tal-varar, tal-organizzazzjoni tal-Mudell ta’ Servizz, tal-ġestjoni tal-operazzjonijiet u tal-appoġġ quddiem il-Kummerċ, is-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet klimatiċi u Doganali, b’mod parallel mas-Sistemi tal-IT tranżizzjonali u definittivi tas-CBAM.
Il-pjan propost ta’ varar tat-tim tal-IT tas-CBAM huwa dan li ġej:
|
Sena
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Nru ta’ Riżorsi
|
8
|
12
|
15
|
15
|
15
|
|
AD
|
4
|
5
|
5
|
5
|
5
|
|
CA
|
4
|
7
|
10
|
10
|
10
|
Se jiġi rreklutat persunal estern addizzjonali (PXE, External Staff) mill-baġit tal-IT tas-CBAM skont il-ħtiġijiet.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Ir-raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante) It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG huwa fundamentalment kwistjoni transfruntiera li teħtieġ azzjoni effettiva fuq l-akbar skala possibbli. L-UE bħala organizzazzjoni supranazzjonali tinsab f’pożizzjoni tajba biex tistabbilixxi politika effettiva dwar il-klima fl-UE, bħal kif għamlet bl-EU ETS.
Diġà hemm prezz tal-karbonju armonizzat fil-livell tal-UE. Dan jikkonsisti fil-prezz li jirriżulta mill-EU ETS għas-setturi koperti bis-sistema. L-uniku mod sinifikattiv biex tiġi żgurata l-ekwivalenza bejn il-politika tal-ipprezzar tal-karbonju applikata fis-suq intern tal-UE u l-politika tal-ipprezzar tal-karbonju applikata fuq l-importazzjonijiet huwa li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni.
Kwalunkwe inizjattiva jeħtieġ li tiġi implimentata b’mod li tipprovdi lill-importaturi, ikun xi jkun il-pajjiż ta’ oriġini u l-port tad-dħul jew tad-destinazzjoni fl-UE, b’kundizzjonijiet uniformi u b’inċentivi għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jkunu ekwivalenti għal dawk tal-produtturi domestiċi. L-uniku mod effettiv biex dan isir huwa billi tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE.
Is-simplifikazzjoni proposta introdotta mir-Regolament emendatorju ssir l-aħjar fil-livell tal-UE biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-konsistenza. Dan se jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji u għall-awtoritajiet madwar l-Unjoni, li se jibbenefikaw mir-razzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar li jirriżultaw minn din il-proposta.
Valur miżjud tal-UE ġġenerat mistenni (ex post) B’mod parallel mal-EU ETS, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-protezzjoni kontra r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-suq uniku tal-UE jistgħu jiġu stabbiliti bl-aktar mod adegwat fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, il-ħtieġa għal kostijiet amministrattivi minimi tinkiseb l-aħjar billi jiġu stabbiliti regoli konsistenti għas-suq uniku kollu, u dan ikompli jenfasizza l-valur miżjud ta’ intervent fil-livell tal-UE.
Il-konsultazzjoni pubblika kkonfermat il-valur miżjud li tittieħed azzjoni fis-CBAM fil-livell tal-UE. B’mod partikolari, il-partijiet ikkonċernati jaqblu li jenħtieġ CBAM tal-UE minħabba differenzi eżistenti ta’ ambizzjoni bejn l-UE u l-bqija tad-dinja u sabiex jiġu appoġġati l-isforzi klimatiċi globali. Barra minn hekk, fid-dawl tal-pożizzjoni tal-UE fil-kummerċ internazzjonali, jekk din tintroduċi CBAM l-effett ambjentali fuq l-ambizzjonijiet klimatiċi internazzjonali se jkunu l-aktar effettivi bħala eżempju potenzjali li għandu jiġi segwit.
B’hekk, l-objettiv tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tan-newtralità klimatika jirrikjedi – mingħajr politiki globali ugwalment ambizzjużi – azzjoni mill-Unjoni Ewropea.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Il-proposta emendatorja tiddependi fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tas-CBAM minn meta l-mekkaniżmu beda japplika fil-fażi tranżizzjonali tiegħu fl-1 ta’ Ottubru 2023.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Fis-16 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Qafas Finanzjarju Pluriennali (“QFP”) ambizzjuż u dinamiku li jammonta għal kważi EUR 2 triljun. Il-Kummissjoni ppreżentat ħames riżorsi proprji ġodda biex tiffinanzja l-prijoritajiet tagħha filwaqt li tħallas lura dak li l-UE ssellfet taħt NextGenerationEU u tillimita l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-UE. Ir-riżorsi proprji l-ġodda proposti jinkludu s-CBAM, li, bħala medja, huwa mistenni jiġġenera madwar EUR 1,45 biljun fis-sena (prezzijiet kurrenti) bejn l-2028 u l-2034.
Il-proposta emendatorja tkompli żżid il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fl-iżgurar li s-CBAM jiġi implimentat b’mod effettiv u ma jkunx hemm ċirkomvenzjoni tiegħu/ma jiġix evitat. Dan jeħtieġ appoġġ baġitarju addizzjonali fil-QFP kurrenti. Barra minn hekk, u mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati dwar il-QFP li jmiss, peress li l-biċċa l-kbira tal-kompiti japplikaw fuq bażi rikorrenti, il-mezzi ta’ finanzjament xierqa jeħtieġ li jsiru disponibbli bħala parti mill-QFP li jmiss.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Il-kostijiet tal-implimentazzjoni għas-CBAM se jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE.
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
–
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–
impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-funzjonament tas-CBAM u tevalwah skont l-objettivi ta’ politika ewlenin.
Qabel tmiem il-perjodu tranżitorju fi tmiem l-2025 u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni se tippubblika valutazzjonijiet komprensivi tal-funzjonament tas-CBAM, inkluża l-governanza tiegħu.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Struttura ċentralizzata b’mod sinifikanti tippermetti implimentazzjoni uniformi u effiċjenti tas-CBAM madwar l-UE inkluż fl-Istati Membri b’kapaċità amministrattiva aktar limitata dwar kwistjonijiet klimatiċi. Il-maġġoranza tal-funzjonijiet ta’ implimentazzjoni u infurzar ġew attribwiti lis-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn jirrikjedu wkoll għadd akbar ta’ funzjonijiet ta’ kontroll sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-ġestjoni korretti tas-CBAM. Il-Kummissjoni pprevediet ukoll għadd akbar ta’ miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi.
Din il-proposta emendatorja tinkludi għadd ta’ dispożizzjonijiet biex jitnaqqas ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ evitar bil-ħsieb li tiżdied l-effettività tas-CBAM. Dan imbagħad jimplika ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali għall-Kummissjoni biex twettaq dawn il-kompiti addizzjonali u biex testendi r-Reġistru tas-CBAM.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Is-CBAM se jkun ibbażat fuq sistema dikjarattiva, li tinvolvi r-riskju ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni jew ta’ dikjarazzjoni ħażina. Ġew identifikati r-riskji ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni u ta’ dikjarazzjoni ħażina (eż. tal-intensità tal-emissjonijiet, tal-volumi importati, tal-post tal-produzzjoni tal-oġġetti tas-CBAM).
Qed tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll intern li tintegra linji ta’ difiżi fejn qed jiġu varati kemm kontrolli awtomatizzati tal-ġudizzju espert kif ukoll valutazzjonijiet tar-riskju. Huwa ppjanat li jitnedew tekniki ta’ analiżi tad-data biex jiġu identifikati riskji bħal dawn.
Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni, is-sistema tirrikjedi awtorizzazzjoni qabel ma jiġu importati l-oġġetti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. L-Awtoritajiet Doganali Nazzjonali se jkunu responsabbli għall-infurzar ta’ din ir-regola billi ma jirrilaxxawx f’ċirkolazzjoni libera dawn l-oġġetti sakemm id-dikjarant ma jkunx awtorizzat skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni se jimmonitorjaw ukoll ta’ spiss matul sena partikolari, każijiet possibbli ta’ importaturi li ma jkunux bdew proċess ta’ awtorizzazzjoni minkejja li jkunu laħqu jew joqorbu lejn is-soll ta’ rapportar tas-CBAM (inkluż fil-każ ta’ importazzjonijiet transfruntiera).
Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina, se jiġi stabbilit approċċ ibbażat fuq ir-riskju bbażat fuq kriterji predeterminati kif ukoll awditi aleatorji. Il-proposta kurrenti tas-CBAM tipprevedi l-għoti ta’ setgħat lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jitolbu evidenza li tippermetti l-użu ta’ emissjonijiet reali għal xi kodiċijiet NM jew oriġini. Il-proposta tipprevedi wkoll li jithemżu kundizzjonijiet addizzjonali mal-użu ta’ emissjonijiet reali għal xi kodiċijiet NM u/jew oriġini.
Reġim ta’ penali deterrenti se jservi wkoll bħala deterrent għal ċirkomvenzjoni possibbli. L-awditjar se jsir kemm fil-livell tad-dikjarazzjoni CBAM mill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll fil-livell tad-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni mill-awtoritajiet doganali.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Is-servizzi tal-Kummissjoni se jikkontrollaw l-applikazzjoni korretta tas-CBAM, b’mod partikolari ċ-ċediment taċ-ċertifikati CBAM u l-applikazzjoni korretta tas-soll de minimis. Se tiġi applikata sistema b’saħħitha ta’ ġestjoni tar-riskju biex jiġu żgurati kontrolli kosteffettivi u jiġu indirizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji.
Azzjonijiet effiċjenti kontra l-frodi jeħtieġu kooperazzjoni attiva, inkluż il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-iskambju ta’ informazzjoni, bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE; jistgħu jeħtieġu wkoll kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Ir-Regolament CBAM diġà jipprevedi fil-verżjoni kurrenti tiegħu kanali ta’ kooperazzjoni solidi bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti u l-Awtoritajiet Doganali. Ġie stabbilit network ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CBAM u diġà beda jaħdem fuq il-ġlieda kontra ċ-ċirkomvenzjoni tas-CBAM li b’mod partikolari ispirat il-proposta kurrenti b’titjib operazzjonali tar-Regolament CBAM biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni.
Il-proposta emendatorja tkompli ssaħħaħ il-ġlieda kontra r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni li s-CBAM huwa espost għalihom b’mod partikolari permezz ta’ 1) kapaċitajiet imtejba ta’ monitoraġġ tat-traċċabbiltà li se jkollhom l-għan li jindirizzaw ir-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina tal-intensità tal-emissjonijiet, 2) granularità akbar fir-rapportar tal-kompożizzjoni materjali u kimika tal-kodiċijiet NM li se jkollha l-għan li tindirizza r-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina tal-intensità tal-emissjonijiet u, fl-aħħar nett, 3) miżuri kontra prattiki abbużivi. Fl-aħħar nett, huwa propost li r-ruttam ta’ qabel il-konsum jiġi inkluż bħala prekursur tas-CBAM li kien mezz ta’ ċirkomvenzjoni identifikat biex jitnaqqsu b’mod artifiċjali l-emissjonijiet ta’ proċess tal-produzzjoni u, għalhekk, l-obbligazzjoni finanzjarja tas-CBAM tiegħu.
Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lill-operaturi ekonomiċi mhux affidabbli (eż. kumpanija fittizja, negozjanti neqsin) u l-kummerċ transfruntier fl-UE. In-network ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CBAM imsemmi hawn fuq se jkollu l-għan li jindirizza tali riskji.
Jenħtieġ li tiġi stabbilita azzjoni rapida kontra l-frodi biex tirreaġixxi għal riskji ta’ frodi ġodda/li għadhom kif ġew identifikati. Jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli jirrapportaw u jikkondividu l-għarfien dwar xejriet frodulenti. Ir-reġistru tas-CBAM qed jiġi varat bi prinċipji ta’ kondiviżjoni tal-għarfien, u b’kontrolli awtomatizzati, u b’kondiviżjoni tal-verifiki u tal-informazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati. Is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju tas-CBAM se tibbaża ruħha b’mod partikolari fuq interfaċċi ta’ komunikazzjoni stabbiliti sew u li jiffunzjonaw mal-Awtoritajiet Doganali (CRMS2) biex tikkomunika każijiet possibbli ta’ ċirkomvenzjoni.
Meta dikjarant awtorizzat tas-CBAM jew importatur jonqos milli jikkonforma mal-obbligi fir-Regolament CBAM, jiġu applikati penali. F’każ ta’ reati ripetuti, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-kont tad-dikjarant.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
7
|
20 01 02 01
|
Diff./Mhux diff.
|
LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
3
|
09 20 04 01 (CBAM)
|
Diff.
|
LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
M/A
|
M/A
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
L-ammonti relatati mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2028-2034 huma indikattivi u ma jippreġudikawx l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin dwar il-QFP li jmiss.
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
3
|
Riżorsi naturali u ambjent (IT)
|
|
DĠ: TAXUD
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
Linja baġitarja 09 20 04 01 (CBAM)
|
Impenji
|
(1a)
|
28,090
|
34,750
|
33,700
|
35,150
|
131,690
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
17,530
|
21,157
|
32,090
|
34,067
|
104,844
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ TAXUD
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
28,090
|
34,750
|
33,700
|
35,150
|
131,690
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
17,530
|
21,157
|
32,090
|
34,067
|
104,844
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
28,090
|
34,750
|
33,700
|
35,150
|
131,690
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
17,530
|
21,157
|
32,090
|
34,067
|
104,844
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 3
|
Impenji
|
=4+6
|
28,090
|
34,750
|
33,700
|
35,150
|
131,690
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
=5+6
|
17,530
|
21,157
|
32,090
|
34,067
|
104,844
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
28,090
|
34,750
|
33,700
|
35,150
|
131,690
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
17,530
|
21,157
|
32,090
|
34,067
|
104,844
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 6
|
Impenji
|
=4+6
|
28,090
|
34,750
|
33,700
|
35,150
|
131,690
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Pagamenti
|
=5+6
|
17,530
|
21,157
|
32,090
|
34,067
|
104,844
|
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2028-2034
|
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
29,100
|
24,823
|
25,568
|
26,335
|
27,125
|
27,939
|
28,777
|
189,667
|
|
|
Pagamenti
|
18,042
|
15,142
|
15,852
|
16,064
|
25,769
|
26,542
|
31,367
|
148,778
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet Taħt l-Intestaturi 1 sa 3
|
Impenji
|
29,100
|
24,823
|
25,568
|
26,335
|
27,125
|
27,939
|
28,777
|
189,667
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Pagamenti
|
18,042
|
15,142
|
15,852
|
16,064
|
25,769
|
26,542
|
31,367
|
148,778
|
* Iċ-ċifri relatati mal-QFP 2028-2034 fit-tabella ta’ hawn fuq huma kollha strettament indikattivi sakemm joħroġ l-eżitu tan-negozjati li ma jistax jiġi ppreġudikat.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
|
DĠ TAXUD
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Riżorsi umani
|
8,572
|
6,271
|
8,740
|
11,700
|
35,283
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,600
|
0,300
|
0,306
|
0,312
|
1,518
|
|
TOTAL TAD-DĠ TAXUD
|
Approprjazzjonijiet
|
9,172
|
6,571
|
9,046
|
12,012
|
36,801
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
9,172
|
6,571
|
9,046
|
12,012
|
36,801
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
DĠ TAXUD
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2028-2034
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
Riżorsi umani
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
93,051
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,310
|
0,319
|
0,329
|
0,339
|
0,349
|
0,359
|
0,370
|
2,375
|
|
TOTAL TAD-DĠ TAXUD
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
* Iċ-ċifri relatati mal-QFP 2028-2034 fit-tabella ta’ hawn fuq huma kollha strettament indikattivi sakemm joħroġ l-eżitu tan-negozjati li ma jistax jiġi ppreġudikat.
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 7 (perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027); INTESTATURA 4 (perjodu ta’ programmazzjoni 2028-2034)
|
|
Riżorsi umani
|
8,572
|
6,271
|
8,740
|
11,700
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
13,293
|
128,334
|
|
Nefqa amministrattiva oħra - missjonijiet
|
0,600
|
0,300
|
0,306
|
0,312
|
0,310
|
0,319
|
0,329
|
0,339
|
0,349
|
0,359
|
0,370
|
3,893
|
|
Total tal-INTESTATURA 7 (perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027); INTESTATURA 4 (perjodu ta’ programmazzjoni 2028-2034)
|
9,172
|
6,571
|
9,046
|
12,012
|
13,603
|
13,612
|
13,622
|
13,632
|
13,642
|
13,652
|
13,663
|
132,227
|
* Iċ-ċifri relatati mal-QFP 2028-2034 fit-tabella ta’ hawn fuq huma kollha strettament indikattivi sakemm joħroġ l-eżitu tan-negozjati li ma jistax jiġi ppreġudikat.
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7
|
Impenji
|
37,262
|
41,321
|
42,746
|
47,162
|
168,491
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
26,702
|
27,728
|
41,136
|
46,079
|
141645
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2028-2034
|
|
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1 sa 4
|
Impenji
|
42,703
|
38,435
|
39,190
|
39,967
|
40,767
|
41,591
|
42,440
|
285,091
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
29,892
|
26,904
|
26,257
|
26,778
|
39,136
|
39,928
|
44,986
|
233,881
|
* Iċ-ċifri relatati mal-QFP 2028-2034 fit-tabella ta’ hawn fuq huma kollha strettament indikattivi sakemm joħroġ l-eżitu tan-negozjati li ma jistax jiġi ppreġudikat.
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
Sena 2031
|
Sena 2032
|
Sena 2033
|
Sena 2034
|
TOTAL LFDS
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
37,262
|
41,321
|
42,746
|
47,162
|
42,703
|
38,435
|
39,190
|
39,967
|
40,767
|
41,591
|
42,440
|
453,584
|
|
|
|
Pagamenti
|
26,702
|
27,728
|
41,136
|
46,079
|
29,892
|
26,904
|
26,257
|
26,778
|
39,136
|
39,928
|
44,986
|
375,526
|
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
8,572
|
6,271
|
8,740
|
11,700
|
35,283
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,600
|
0,300
|
0,306
|
0,312
|
1,518
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
9,172
|
6,571
|
9,046
|
12,012
|
36,801
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
TOTAL
|
9,172
|
6,571
|
9,046
|
12,012
|
36,801
|
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
QFP
2028-34
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
21
|
21
|
25
|
30
|
30 fis-sena
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
• Persunal estern (f’FTEs)
|
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
12
|
23
|
40
|
60
|
60 fis-sena
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
Linja ta’ appoġġ Ammin.
[XX.01.YY.YY]
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
TOTAL
|
33
|
44
|
65
|
90
|
90 fis-sena
|
Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):
|
|
Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni
|
Persunal addizzjonali eċċezzjonali *
|
|
|
|
Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew skont ir-Riċerka
|
Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA
|
Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal
|
M/A
|
M/A
|
M/A
|
M/A
|
|
Persunal estern (CA, SNEs, INT)
|
M/A
|
M/A
|
M/A
|
M/A
|
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Ir-Regolament CBAM jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħti segwitu b’diversi atti delegati u ta’ implimentazzjoni ladarba jiġi adottat ir-regolament CBAM. Il-persunal tal-Kummissjoni se jkun meħtieġ ukoll jirrieżamina u jivvaluta l-funzjonament tas-sistema tas-CBAM u jimplimenta s-sistema tal-IT.
Il-proposta emendatorja tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda kontra l-evitar tat-taxxa, li jimplikaw kompiti addizzjonali li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni mill-2027 ’il quddiem. B’mod partikolari, dawn il-miżuri se jirrikjedu kontrolli addizzjonali tal-validità tal-evidenza pprovduta mill-importaturi li suppost jivverifikaw il-validità tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM.
|
|
Persunal estern
|
Ħafna kompiti jistgħu jitwettqu minn aġenti esterni.
Il-proposta emendatorja tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda kontra l-evitar tat-taxxa, li jimplikaw kompiti addizzjonali li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni mill-2027 ’il quddiem. B’mod partikolari, dawn il-miżuri se jirrikjedu kontrolli addizzjonali tal-validità tal-evidenza pprovduta mill-importaturi li suppost jivverifikaw il-validità tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM.
|
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.
B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.
L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT (korporattiva)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
5,000
|
5,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
5,000
|
5,000
|
|
|
|
TOTAL
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
5,000
|
5,000
|
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
–
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
–
tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP
Huma meħtieġa nefqiet addizzjonali tal-IT li jammontaw għal EUR 3 miljun għall-2027 biex ikopru d-disinn tal-IT u l-iżvilupp meħtieġ biex ir-Reġistru tas-CBAM jiġi adattat għall-ambitu u għall-mudelli l-ġodda, jissaħħu l-għodod ta’ analiżi tal-Ġestjoni tar-Riskju, jiġu integrati l-prodotti downstream addizzjonali u s-servizzi kontra l-evitar/kontra ċ-ċirkomvenzjoni u jissaħħu s-servizzi tal-IT u l-appoġġ għall-kapaċità meħtieġa, l-estensjoni downstream u l-funzjonalitajiet li jappoġġaw il-ġestjoni tar-riskju u l-identifikazzjoni taċ-ċirkomvenzjoni u l-evitar, bħala parti mill-ispazju tar-reġistru tas-CBAM u/jew tal-laboratorju tad-data tas-CBAM.
Barra minn hekk, mill-2027 ’il quddiem se jkunu meħtieġa EUR 2 miljun addizzjonali fuq bażi annwali, mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati dwar il-QFP li jmiss, biex jintuża l-għarfien espert analitiku li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-kompiti allokati lill-Kummissjoni fil-proposta emendatorja. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni se jkollha tiżviluppa (u taġġorna kull sena) valuri prestabbiliti għall-oġġetti l-ġodda miżjuda mal-Anness I tar-regolament. Barra minn hekk, ir-responsabbiltajiet tagħha fil-monitoraġġ u fid-detezzjoni ta’ prattiki ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ evitar ġew estiżi, u jirrikjedu l-akkwist ta’ bażijiet tad-data u ta’ informazzjoni dwar is-suq biex jikkontribwixxu għal sistema robusta ta’ analiżi u ta’ detezzjoni tar-riskju. Dawn il-kostijiet ma kinux koperti fl-LFS preċedenti u se jirriżultaw b’mod effettiv mill-2027 ’il quddiem.
–
tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
– ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
fuq ir-riżorsi proprji
–
fuq dħul ieħor
–
indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Sena 2028
|
Sena 2029
|
Sena 2030
|
|
Artikolu
|
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (pereż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
L-impatt fuq ir-riżorsi proprji jindika bħala “p.m.” bħal fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni COM (2025) 574 biex tiġi emendata d-deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea.
L-impatt fuq dħul ieħor jindika bħala “p.m.” bħal fir-rigward tal-ġbir tad-dħul mit-tariffi (l-Artikolu 20) għall-finanzjament tal-pjattaforma komuni tas-CBAM li għaliha l-istima se tkun magħrufa biss wara l-istabbiliment tal-modalitajiet tat-tariffi.
4.Dimensjonijiet diġitali
Ma hemm l-ebda bidla f’dawk il-Kunċetti u l-arkitettura diġitali approvati mill-Karta tal-proġett tas-sistema definittiva tas-CBAM, f’termini ta’ rekwiżiti diġitali, ta’ data użata, ta’ soluzzjoni diġitali, ta’ valutazzjoni tal-użu mill-ġdid u ta’ miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali.
L-impatt tal-għadd estiż ta’ oġġetti tas-CBAM (180 NM addizzjonali) – estiż bi prodotti downstream se jirriżulta f’madwar 7 500 importatur ġdid. Il-ġestjoni tar-riskju, il-Monitoraġġ taċ-ċirkomvenzjoni li ġie analizzat, ivvalutat, u inkluż fil-Karta tal-proġett u issa se jiġi estiż biex ikopri oġġetti addizzjonali u karatteristiċi relatati. L-objettiv ewlieni tal-Komponent tal-ġestjoni tar-riskju huwa l-appoġġ għad-detezzjoni tal-irregolaritajiet u l-limitazzjoni tar-riskju ta’ frodi.
Barra minn hekk, se jkollhom jiżdiedu karatteristiċi/proċessi addizzjonali meħtieġa għall-ġestjoni tal-elettriku bħala oġġett tas-CBAM, madankollu dawn ma humiex se jbiddlu t-tfassil tas-CBAM.
Barra minn hekk, il-bidliet fis-simplifikazzjoni ma jirriżultawx f’bidla fl-arkitettura tas-soluzzjoni diġitali, madankollu, jeħtieġu baġit addizzjonali biex jiġu implimentati l-bidla u l-estensjoni tal-proċessi tan-negozju eżistenti tas-CBAM.
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
|
Kif muri fid-dijagramma ta’ hawn fuq, ir-Reġistru tas-CBAM jikseb informazzjoni dwar l-importazzjoni għall-oġġetti tas-CBAM mis-Sistemi doganali tal-UE jew mill-Istati Membri jew permezz tad-DĠ TAXUD, flimkien mal-identifikazzjoni doganali tal-importaturi u l-Klassifikazzjoni doganali tal-oġġetti importati. Min-naħa tagħha, is-sistema tas-CBAM tagħmel l-awtorizzazzjonijiet tas-CBAM tad-Dikjaranti tas-CBAM disponibbli għas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni Doganali biex jiġi infurzat ir-regolament CBAM fl-iżdoganar tal-importazzjoni tal-oġġetti tas-CBAM. Is-Sistema ta’ informazzjoni tas-CBAM tiskambja wkoll informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju mas-Sistemi doganali tal-UE. L-interfaċċa mas-Sistemi Doganali tal-UE hija alimentazzjoni vitali għat-tħaddim tas-CBAM peress li l-kunċett kollu tas-CBAM huwa li jiġi evitat il-qbid doppju tal-informazzjoni billi d-Dikjaranti tas-CBAM jintalbu jikkomplementaw l-importazzjonijiet tagħhom b’rapport tal-emissjonijiet imġarrba matul il-produzzjoni tagħhom f’Pajjiżi terzi. Id-“data pprovduta darba” hija prinċipju bażiku tas-CBAM.
Is-CBAM se jinteraġixxi wkoll mal-Mekkaniżmu l-ġdid tas-CBAM (sistemi tal-IT jew mezzi oħra) tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti biex irawwem l-integrazzjoni tal-proċessi nazzjonali ta’ infurzar tas-CBAM fl-Istati Membri kollha u l-proċessi nazzjonali għall-ġbir ta’ penali u informazzjoni dwar l-irkupru.
Sistema esterna ġdida ewlenija oħra għas-CBAM hija l-Pjattaforma Ċentrali Komuni (CCP, Common Central Platform), is-Sistema ta’ Informazzjoni li permezz tagħha d-Dikjaranti tas-CBAM se jixtru ċ-ċertifikati CBAM mill-Istati Membri. Il-prezz taċ-ċertifikati se jiġi stabbilit mill-prezz tal-kwoti definit fis-sistema tal-ETS. Id-dikjaranti tas-CBAM se jkunu meħtieġa jżommu l-kontijiet tas-CBAM tagħhom f’bilanċ ta’ 50 % fuq bażi trimestrali biex jiżguraw li jkunu f’pożizzjoni li jċedu l-għadd meħtieġ ta’ ċertifikati għat-tpaċija tal-emissjonijiet iddikjarati u l-prezzijiet tal-emissjonijiet tagħhom diġà mħallsa f’Pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni se tixtri mill-ġdid iċ-ċertifikati żejda mid-Dikjaranti tas-CBAM f’isem l-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jistabbilixxu u jimmaniġġjaw b’mod konġunt din il-pjattaforma, li madankollu hija barra mill-ambitu tar-Reġistru tas-CBAM. L-interfaċċa mas-CCP hija vitali biex id-Dikjaranti tas-CBAM jipprovdu ċ-ċertifikati meħtieġa fil-kontijiet tas-CBAM tagħhom. Il-kontijiet u ċ-ċertifikati se jkunu informazzjoni sensittiva ħafna.
Is-sistema tal-ETS sempliċiment se tistabbilixxi l-prezz tal-bejgħ taċ-ċertifikati.
L-utenti ewlenin tar-Reġistru tas-CBAM huma d-dikjaranti tas-CBAM. Id-DĠ TAXUD jantiċipa li madwar 20 000 dikjarant fl-2026 wara l-adozzjoni tas-simplifikazzjoni, iżda qed nippjanaw għal 40 000 dikjarant biex inkopru ż-żieda mill-estensjoni tas-CBAM għall-oġġetti downstream). Huma se jużaw ir-Reġistru tas-CBAM biex jiddikjaraw l-emissjoni akkumulata fuq il-produzzjoni tal-oġġetti importati tagħhom fuq bażi annwali (Mejju ta’ kull sena), biex jimmonitorjaw il-bilanċ trimestrali tal-kontijiet tas-CBAM tagħhom f’termini ta’ ċertifikati meta mqabbla mal-importazzjonijiet iddikjarati u biex jinteraġixxu mal-Awtoritajiet Doganali Nazzjonali matul ir-rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM tagħhom. Id-Dikjaranti tas-CBAM l-ewwel se jiġu skrutinizzati mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti permezz tar-Reġistru tas-CBAM u mbagħad jingħataw awtorizzazzjoni biex jimportaw oġġetti tas-CBAM u jingħataw kont tas-CBAM. Imbagħad, id-Dikjaranti tas-CBAM ikunu jistgħu jiddikjaraw l-emissjonijiet tagħhom kull sena fir-reġistru tas-CBAM u jċedu ċ-ċertifikati meħtieġa.
L-Operaturi tal-Installazzjonijiet li jipproduċu l-oġġetti tas-CBAM fil-pajjiżi terzi se jirreġistraw fir-Reġistru tas-CBAM qabel ma jdaħħlu d-dettalji tal-emissjonijiet tal-prodotti tagħhom. Id-Dikjaranti tas-CBAM se jkunu jistgħu jirreferu għall-entrati tal-Operaturi biex jiġġustifikaw l-emissjoni rrapportata tagħhom. Hija miżura sinifikanti biex jitnaqqas il-piż tal-konformità tad-Dikjaranti tas-CBAM u biex tittejjeb il-kwalità tad-data tas-CBAM. Filwaqt li ma hemm l-ebda evidenza li tappoġġa stima f’dan l-istadju, id-DĠ TAXUD jistima l-għadd ta’ Operaturi għal 20 000 - 50 000 fl-2026.
L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (NCA, National Competent Authorities) tas-CBAM se jużaw ir-Reġistru tas-CBAM biex jagħtu l-aċċess għad-Dikjaranti tas-CBAM, biex jimmaniġġjaw l-Awtorizzazzjonijiet tas-CBAM, biex jimmonitorjaw il-kontijiet u d-dikjarazzjonijiet CBAM u jinteraġixxu mad-Dikjaranti tas-CBAM biex jiżguraw il-konformità tagħhom mar-Regolament CBAM. Dawn huma l-punt uniku ta’ kuntatt għad-Dikjaranti tas-CBAM.
Awtoritajiet oħra se jingħataw aċċess għar-Reġistru tas-CBAM biex jikkontribwixxu għall-ġestjoni tar-riskju u għall-infurzar mill-oqsma ta’ responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. Ir-Reġistru tas-CBAM se jikkoordina u jappoġġa l-kollaborazzjoni bejn l-aġenziji fit-trawwim tal-konformità. L-Amministrazzjonijiet Doganali Nazzjonali se jivvalidaw l-Awtorizzazzjoni CBAM matul il-kontroll tad-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni bl-użu tas-servizzi ta’ replikazzjoni u ta’ validazzjoni tar-reġistru tas-CBAM permezz tas-sistema ta’ skambju ta’ ċertifikati tat-tieqa unika tal-UE għad-dwana (EU CSW-CERTEX, EU Customs Single Window Certificates Exchange System).
Il-Kummissjoni se tassenja u żżomm il-kontijiet tas-CBAM tad-Dikjaranti tas-CBAM aġġornati fir-Reġistru tas-CBAM, li jikkombinaw l-informazzjoni mill-importazzjonijiet riċevuti mill-Amministrazzjonijiet Doganali Nazzjonali, l-emissjonijiet mid-dikjarazzjonijiet annwali, il-kwantità taċ-ċertifikati, ix-xiri tagħhom irrapportat mis-CCP, iċ-ċediment annwali tagħhom ikkonfermat mid-Dikjarant tas-CBAM, u x-xiri mill-ġdid ta’ ċertifikati mhux użati. Il-Kummissjoni se tuża r-Reġistru tas-CBAM biex timmonitorja l-oġġetti importati u l-emissjonijiet assoċjati, għall-ġestjoni tar-riskju, u b’mod partikolari r-riskju ta’ ċirkomvenzjoni. Ir-Reġistru tas-CBAM se joffri wkoll interfaċċa speċifika biex titnaqqas is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju CRMS2 biex ir-riskju relatat mas-CBAM jiġi kondiviż mad-dominju Doganali. Ir-Reġistru tas-CBAM se joffri wkoll komponent ta’ Ġestjoni tal-Każijiet li jippermetti lill-awtoritajiet joħolqu, jarrikkixxu, jintraċċaw u jsolvu kawżi, jiskambjaw notifiki u eżiti, u jimmonitorjaw lista aġġornata tal-kawżi kollha fis-sistema kollha.
L-aċċess tal-atturi kollha għar-Reġistru tas-CBAM jitwettaq permezz ta’ portali ddedikati appoġġati minn ġestjoni tal-aċċess distribwit fost il-partijiet ikkonċernati:
·L-NCA se timmaniġġja l-aċċess tad-Dikjaranti tas-CBAM għall-portal tad-Dikjaranti tas-CBAM, billi tuża jew il-kredenzjali nazzjonali diġà mogħtija mill-Amministrazzjonijiet Doganali Nazzjonali jew kredenzjali tal-EU Login;
·Il-Kummissjoni se timmaniġġja l-aċċess tal-Operaturi tal-Installazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, għall-portal bl-istess isem, bl-użu tal-kredenzjali mogħtija mill-EU Login. Għad irid jiġi ċċarat jekk il-Kummissjoni hijiex se tiddependi fuq partijiet fdati esterni biex tiddelegalhom l-għoti tal-awtorizzazzjoni biex jaċċessaw ir-Reġistru tas-CBAM;
·L-NCA, il-Kummissjoni u Awtoritajiet oħra lkoll se jimmaniġġjaw l-aċċess għall-utenti tagħhom.
Ir-Reġistru Ewlieni tas-CBAM juri l-proċessi awtomatizzati li l-Kummissjoni se topera biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont ir-regolament CBAM, kif spjegat fil-qosor hawn fuq. Il-Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza se tkun proċess ewlieni tal-uffiċċju li jiżgura l-konsistenza u l-integrità tal-proċessi awtomatizzati kollha li jservu l-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati kollha. Lil hinn mil-lista “sempliċi” ta’ oġġetti, tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti, u tal-prezz tal-emissjonijiet, se jelenkaw il-parametri speċifiċi użati biex jiġu rrapportati l-emissjonijiet skont metodoloġiji speċifiċi u l-valur prestabbilit għall-emissjonijiet kif stabbilit. Il-valur prestabbilit huwa kruċjali għall-validazzjoni tal-plawżibbiltà tal-emissjonijiet iddikjarati.
|
4.2.Data
|
Is-CBAM se jkun qed jipproċessa l-assi tad-data li ġejjin:
·Data tad-Dikjaranti tas-CBAM. (Fażi2)
·Data dwar l-operaturi ta’ Pajjiżi Terzi u l-Installazzjonijiet tagħhom. (Fażi2)
·Data ta’ Referenza tas-CBAM. (Fażi2)
·Data dwar il-Ġestjoni tal-Aċċess tal-Utenti tas-CBAM. (Fażi2)
·Funzjonijiet tad-Dikjaranti/tal-Importaturi tas-CBAM. (Fażi2)
·Funzjonijiet tal-Awtoritajiet tal-Kummissjoni tas-CBAM tal-UE. (Fażi2)
·Operaturi ta’ Installazzjonijiet ta’ Pajjiżi Terzi (O3CIs) għall-Fażi2 u Funzjonijiet ta’ Verifikaturi Akkreditati (Konferma Pendenti Fażi3).
·Data dwar id-Dikjarazzjonijiet CBAM, Rieżami u Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja tad-Dikjarazzjonijiet. (Fażi3)
·Data dwar l-Oġġetti Importati tas-CBAM. (Fażi3)
·Data dwar il-Kalkoli u l-Emissjonijiet tas-CBAM. (Fażi3)
·Data dwar ir-Reġistru tas-CBAM. (Fażi3)
·Data dwar il-Ġestjoni taċ-Ċertifikati CBAM. (Fażi3)
·Data dwar il-Monitoraġġ ta’ Nuqqas ta’ Konformità, l-Investigazzjoni taċ-Ċirkomvenzjoni, u l-Ġestjoni tar-Riskju tas-CBAM. (Fażi3)
·Data dwar ir-Rapportar, Dashboards, Notifiki, u l-Ġestjoni tad-Dokumenti tas-CBAM. (Fażi3)
·Portal ta’ Skambju tar-Riskju tas-CBAM Ri. (Fażi3)
·Funzjonijiet tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti. (Fażi3)
Aktar dettalji għal kull assi tad-data jistgħu jinstabu fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Deskrizzjoni tal-Assi Primarji Definittivi tas-CBAM
|
Deskrizzjoni tal-Komponent tan-Negozju/tal-Proċessi Relevanti
|
|
Data dwar il-Ġestjoni taċ-Ċertifikati CBAM
|
Il-Ġestjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja taċ-Ċertifikati CBAM tipprovdi informazzjoni dwar iċ-ċertifikati u l-għadd ta’ ċertifikati pproċessati, il-valur tagħhom, u timmaniġġja ċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċertifikat, filwaqt li tipprovdi informazzjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ tar-riskju u tan-nuqqas ta’ konformità.
|
|
Data tad-Dikjaranti tas-CBAM
|
Data dwar l-Awtorizzazzjoni tad-Dikjaranti u r-Replikazzjoni u l-Validazzjoni tad-Dikjaranti.
Data dwar il-Kontijiet tad-Dikjaranti u l-Ġestjoni tal-Kontijiet.
Il-ġestjoni tal-awtorizzazzjoni tas-CBAM inkarigata mill-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-awtorizzazzjoni tas-CBAM mogħtija mill-NCA lill-importaturi jew lir-rappreżentanti indiretti.
Tikkomunika l-informazzjoni meħtieġa tal-Kont ta’ Dikjarant tas-CBAM lis-Servizzi ta’ Replikazzjoni u Validazzjoni tal-Awtorizzazzjoni tas-CBAM (ARVS, Authorisation Replication and Validation Services), li żżomm l-informazzjoni dwar id-Dikjaranti Awtorizzati tas-CBAM li għandha tiġi pprovduta lill-NCAs u lill-Amministrazzjonijiet Nazzjonali Kompetenti Doganali (NCCA, National Customs Competent Administrations) inkarigati mill-valutazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-importatur.
|
|
Data dwar id-Dikjarazzjonijiet CBAM, Rieżami u Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja tad-Dikjarazzjonijiet.
|
Data dwar il-Ġestjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja tad-Dikjarazzjonijiet u dwar ir-Rapportar tad-Dikjarazzjonijiet.
Ġestjoni u Rapportar taċ-Ċiklu tal-Ħajja tad-Dikjarazzjonijiet CBAM (il-Ħolqien tad-Dikjarazzjoni, l-Oġġetti Importati, l-Emissjonijiet, ir-Rieżami, il-Finalizzazzjoni jew iċ-Ċaħda).
|
|
Data dwar il-Kalkoli u l-Emissjonijiet tas-CBAM.
|
Kalkolu tal-emissjonijiet tal-oġġetti importati tad-Dikjarant tas-CBAM abbażi tad-data miksuba għal kull dikjarant, id-data ta’ referenza, id-data tar-reġistru (il-valuri proprji tad-dikjarant), l-Operaturi u l-Pajjiżi Terzi (rapport ta’ verifika), eċċ.
|
|
Data dwar l-Oġġetti Importati tas-CBAM.
|
L-NCA u l-Portali tal-Kummissjoni għandhom interfaċċi li jimmonitorjaw id-dħul tad-data SURV3 (inkluża l-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet) u jippermettu lill-utenti jdaħħlu d-data manwalment, permezz ta’ applowdjar ta’ gruppi ta’ fajls, għal oġġetti importati kif ukoll data għal oġġetti ta’ proċessar attiv. Imbagħad din id-data tiġi pproċessata, tinħażen fil-Portali, u sussegwentement tintbagħat fil-Back End tar-Reġistru għall-konsolidazzjoni.
|
|
Data dwar ir-Reġistru tas-CBAM.
Nota: Id-data eżatta li għandha tinħażen fir-Reġistru għadha ma ġietx iffinalizzata. Il-kunċett ewlieni huwa li r-Reġistru huwa ġurnal immutabbli u ġew indirizzati miżuri ta’ sigurtà xierqa. Dan l-assi se jiġi vvalutat mill-ġdid matul il-P3.
|
Data dwar l-Ipproċessar u t-Tranżazzjoni tal-Kontijiet tar-Reġistru.
Ir-Reġistru tas-CBAM jimmaniġġja, jikkontabilizza, u jirreġistra l-entrati fil-ġurnali tad-data tad-Dikjaranti (inkluż in-numru tal-kont) u t-tranżazzjonijiet bejn ir-relazzjonijiet tal-komponenti relatati tas-CBAM permezz ta’ proċess tad-data mehmuż biss u ħażna tad-data immutabbli (inkluż għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tad-dikjarazzjonijiet, il-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet u tal-kontijiet, il-ġestjoni taċ-ċertifikati, il-monitoraġġ tar-riskju u tan-nuqqas ta’ konformità, l-ARVS, eċċ.).
|
|
Data dwar il-Monitoraġġ ta’ Nuqqas ta’ Konformità, l-Investigazzjoni taċ-Ċirkomvenzjoni, u l-Ġestjoni tar-Riskju tas-CBAM.
|
Is-sistema ta’ informazzjoni tas-CBAM użata għat-trekkjar, għall-monitoraġġ u għat-tisħiħ ta’ każijiet potenzjali jew ikkonfermati ta’ irregolaritajiet u ta’ nuqqas ta’ konformità fl-iskema tas-CBAM.
L-identifikazzjoni, il-monitoraġġ, l-investigazzjoni u r-rapportar dwar iċ-ċirkomvenzjoni u prattiki illegali oħra f’nuqqas ta’ konformità mar-Regolament CBAM.
Valutazzjoni tar-Riskju (inklużi r-riżultati tal-valutazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet) u komponent tal-ġestjoni biex jiġu identifikati u vvalutati r-riskji (eż. analiżi tal-avvenimenti ta’ riskju, rapporti ta’ verifika, riżultati tal-kontroll tar-riskju, eċċ.) relatati mal-proċess ta’ rieżami tad-dikjarazzjoni u ma’ irregolaritajiet u ċirkomvenzjonijiet potenzjali tal-Back End tar-Reġistru tas-CBAM (investigazzjoni ulterjuri).
Tintegra l-informazzjoni u l-funzjonalità bejn l-investigazzjonijiet, il-ġestjoni tar-riskju, u l-forum sigur għall-attivitajiet rispettivi.
|
|
Data ta’ Referenza tas-CBAM.
|
Sors primarju għad-data ta’ referenza kollha tas-CBAM u jiżgura l-konsistenza u l-integrità tad-data fil-komponenti kollha tas-CBAM (direttament jew indirettament).
|
|
Data dwar ir-Rapportar, Dashboards, Notifiki, u l-Ġestjoni tad-Dokumenti tas-CBAM.
|
Għodda kritika għat-trekkjar u għall-monitoraġġ tal-iskema tas-CBAM u tal-indikaturi ewlieni tal-prestazzjoni (KPIs, Key Performance Indicators) u l-ġbir u l-analiżi tal-metriċi tan-negozju rilevanti.
Użata biex tiġi kkomunikata informazzjoni kummerċjali lill-utenti rilevanti tas-sistema u tal-iskema tas-CBAM; dan jinkludi l-kapaċità li wieħed iwieġeb għan-notifiki fejn neċessarju/meħtieġ.
Użata għall-ħżin, għall-irkupru u għall-ġestjoni ta’ dokumenti li jaffettwaw ħafna kompartimenti fis-sistema kollha tas-CBAM.
|
|
Portal għall-Iskambju tar-Riskju tas-CBAM.
|
Pont bejn il-politika tas-CBAM u l-politika doganali għall-kondiviżjoni tar-riskju relatat mas-CBAM mad-Dwana. Dan il-portal li huwa parti mir-Reġistru tas-CBAM jikkondividi r-riskji mir-Reġistru tas-CBAM mas-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riskju Doganali 2, permezz tal-interfaċċa minn Sistema għal Sistema. .
L-informazzjoni/id-data strutturata u/jew mhux strutturata l-oħra kollha miksuba u/jew estratta mis-sistema tas-CBAM u maħżuna u/jew ipproċessata f’postijiet tal-ħżin u tal-media esterni għas-sistema tas-CBAM.
|
|
Data dwar il-Ġestjoni tal-Aċċess tal-Utenti tas-CBAM.
|
L-aċċess tal-utenti (eż. id-dikjaranti, l-Awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri, l-Awtoritajiet tal-KE, eċċ.), il-login, u l-aċċess għad-data tal-ġestjoni tas-sistema tas-CBAM.
|
|
Data dwar l-operaturi ta’ Pajjiżi Terzi u l-Installazzjonijiet tagħhom.
|
Jippermetti lill-operaturi ta’ installazzjonijiet ta’ pajjiż terz li jipproduċu oġġetti applikabbli tas-CBAM jirreġistraw/ineħħu mir-reġistru (eż. waqfien tal-operazzjonijiet) bħala operaturi tas-CBAM u jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar il-proċessi/il-metodi tal-produzzjoni, il-parametri kwalifikanti, id-data dwar l-emissjonijiet, u r-rapporti ta’ verifika, eċċ.
Ir-rapport ta’ verifika rilevanti jista’ jsir disponibbli għall-użu mid-Dikjaranti tas-CBAM - din l-informazzjoni tinkludi data kunfidenzjali dwar il-produzzjoni u l-parametri kwalifikanti li tista’ ma tkunx disponibbli għad-Dikjaranti iżda biss għall-Kummissjoni tal-UE u għall-NCAs).
|
|
Funzjonijiet tad-Dikjaranti/tal-Importaturi tas-CBAM
|
Funzjonijiet ta’ negozju primarju mwettqa mid-Dikjarant/mill-kummerċjant li jiddependi fuq proċessi eżegwiti/mibdija permezz tal-portal tad-Dikjaranti tas-CBAM.
|
|
Funzjonijiet tas-CBAM tal-Kummissjoni tal-UE
|
Funzjonijiet ta’ negozju primarju mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea li jiddependu fuq proċessi eżegwiti/mibdija permezz tal-portal tal-Kummissjoni tas-CBAM.
|
|
Funzjoni tas-CBAM tal-Monitoraġġ ta’ Nuqqas ta’ Konformità, l-Investigazzjoni taċ-Ċirkomvenzjoni, u l-Ġestjoni tar-Riskju
|
Is-sistema ta’ informazzjoni tas-CBAM użata għat-trekkjar, għall-monitoraġġ u għat-tisħiħ ta’ każijiet potenzjali jew ikkonfermati ta’ irregolaritajiet u ta’ nuqqas ta’ konformità fl-iskema tas-CBAM.
|
|
Funzjonijiet tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti
|
Funzjonijiet ta’ negozju primarju mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs/NCCAs) tal-Istat Membru li jiddependu fuq proċessi eżegwiti/mibdija permezz tal-portal tal-NCA tas-CBAM.
|
|
Funzjonijiet tal-Operaturi ta’ Installazzjonijiet ta’ Pajjiżi Terzi u tal-Verifikaturi Akkreditati
|
Funzjonijiet ta’ negozju primarju mwettqa minn Operaturi u Installazzjonijiet ta’ Pajjiżi Terzi u Verifikaturi Akkreditati (għad irid jiġi kkonfermat) li jiddependu fuq proċessi eżegwiti/mibdija permezz tal-portal tal-Operaturi u Installazzjonijiet ta’ Pajjiżi Terzi tas-CBAM.
|
|
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
|
L-arkitettura ta’ Livell Għoli tar-Reġistru tas-CBAM se tkun magħmula minn 3 saffi:
·Is-saff tal-portal li joffri portali differenti għal kull waħda mill-komunitajiet tal-utenti tar-Reġistru tas-CBAM: Id-Dikjaranti tas-CBAM, l-Operaturi tal-Installazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti tas-CBAM, il-Kummissjoni, l-Amministrazzjonijiet Doganali Nazzjonali, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF, Office européen de lutte antifraude), u servizzi oħra tal-KE;
·Is-saff tal-Ġestjoni tal-Aċċess għall-Utenti: għall-ġestjoni tal-Awtentikazzjoni u tal-Awtorizzazzjoni tal-utenti tar-reġistru tas-CBAM. L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti se jkollhom jipprovdu u jimmaniġġjaw l-aċċess tad-Dikjaranti tas-CBAM (mistennija li jkunu aktar minn 20 000 parti fl-2026) filwaqt li l-Kummissjoni se tagħmel l-istess għall-Operaturi ta’ pajjiżi terzi (stmati għal 50 000 parti fl-2026) kull Stat Membru u l-amministrazzjonijiet tal-UE li jkunu inkarigati mill-aċċess tal-utenti tagħhom stess; kull Stat Membru u l-amministrazzjonijiet tal-UE jkunu inkarigati mill-aċċess tal-utenti tagħhom stess;
·Il-Back End: li jappoġġa l-ġestjoni kollha tad-data u tar-regoli meħtieġa għas-CBAM kif ukoll l-interazzjonijiet kollha ma’ sistemi esterni. Ta’ min jinnota li: li jappoġġa l-ġestjoni kollha tad-data u tar-regoli meħtieġa għas-CBAM kif ukoll l-interazzjonijiet kollha ma’ sistemi esterni. Ta’ min jinnota li:
oIs-CBAM se jimplimenta diversi flussi ta’ ħidma, notifiki, u skambji ta’ informazzjoni madwar il-Kummissjoni, l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti u d-Dikjaranti tas-CBAM, b’mod partikolari fl-oqsma tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni, ir-rieżami (inkluża l-valutazzjoni tar-riskju);
oIl-ġestjoni tal-kontijiet tad-Dikjaranti, iċ-ċertifikati ta’ ġestjoni tas-CBAM (potenzjalment assi finanzjarji), il-ġestjoni tar-riskju u l-iskambju sigur ta’ informazzjoni għandhom rekwiżiti ta’ sigurtà għoljin.
|
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
|
Is-CBAM huwa transfruntier mid-disinn peress li jappoġġa ċ-ċiklu tal-ħajja tas-CBAM madwar l-UE, u b’mod partikolari l-orkestrazzjoni tal-Valutazzjoni tar-Riskju, ir-rieżami tad-Dikjarazzjonijiet CBAM fl-NCA kollha u l-Kummissjoni.
Se tiġi żgurata l-kollaborazzjoni bejn is-sistemi Doganali Nazzjonali, billi jiġu sfruttati s-servizzi u l-interfaċċi tal-IT tal-Kummissjoni (bħal SURV3, EU CSW – CERTEX, CRMS2), kif ukoll komponenti ġodda, imfassla speċifikament għall-finijiet tas-CBAM.
Ir-Reġistru tas-CBAM tfassal biex jappoġġa l-interoperabbiltà billi jenfasizza l-użu fuq il-ftuħ, il-modularità, id-diżakkoppjament u interfaċċi robusti. Se jinteraġixxi mas-sistemi nazzjonali tas-CBAM, mal-Pjattaforma Ċentrali Komuni, mas-sistemi Doganali tal-UE mid-DĠ TAXUD u mal-Amministrazzjonijiet Doganali Nazzjonali, mas-sistemi l-oħra tad-DĠ permezz ta’ interfaċċi miftuħa
Ir-repożitorju Ċentrali tas-CBAM se juża l-interfaċċi eżistenti tas-Sistemi Doganali tal-UE ġestiti mid-DĠ TAXUD u se jiddefinixxi formati ddedikati għar-rekords tal-Importazzjoni Doganali u tal-Pproċessar Attiv li għandhom jiġu pprovduti mill-Amministrazzjonijiet Doganali Nazzjonali. L-interfaċċi l-ġodda mas-Sistemi Doganali Nazzjonali se jiġu ppubblikati kmieni fl-2024 biex l-Amministrazzjonijiet Doganali Nazzjonali jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju s-sistemi tagħhom kif xieraq.
L-interfaċċa S2S bejn ir-Reġistru tas-CBAM u s-CCP se tkun ibbażata fuq skambju strutturat ta’ messaġġi u se tkun disponibbli kmieni fl-2024 biex tippermetti biżżejjed żmien kemm għar-Reġistru tas-CBAM kif ukoll għas-CCP biex jintegraw l-interfaċċi rispettivi tagħhom sa nofs l-2025.
Dawn l-interfaċċi kollha se jkunu bbażati fuq messaġġi strutturati u se jikkonformaw kemm jista’ jkun mal-Mudell tad-Data Doganali tal-Unjoni Ewropea (EUCDM, EU Customs Data Model) u mal-Anness B tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU). L-ispeċifikazzjonijiet A2B u B2B se jissemmew f’Att ta’ Implimentazzjoni tas-CBAM
Limitazzjonijiet tal-Użu mill-Ġdid
L-użu mill-ġdid huwa fil-qalba tal-prinċipji tal-arkitettura adottati għar-Reġistru Ċentrali tas-CBAM. Hemm żewġ lati għall-użu mill-ġdid: l-użu ta’ servizzi esterni mir-Reġistru tas-CBAM u l-komponenti tal-użu mill-ġdid fil-bini tar-Reġistru tas-CBAM.
Użu mill-ġdid mis-servizzi u mill-komponenti tad-DĠ TAXUD
Ir-Reġistru tas-CBAM se juża s-Servizzi Doganali tal-UE offruti mid-DĠ TAXUD lesti kif inhuma biex:
·jirkupra l-informazzjoni tal-EORI tal-kummerċjant;
·jikseb ir-rekords doganali tal-importazzjoni disponibbli mis-Sorveljanza 3;
·jikseb l-oġġetti tas-CBAM mis-sistema tat-Tariffa Integrata tal-Komunità Ewropea (TARIC);
·joffri s-servizz ta’ Replikazzjoni u Validazzjoni tal-Awtorizzazzjonijiet tas-CBAM lis-Sistemi Doganali Nazzjonali permezz tas-CSW-CERTEX tal-UE u;
·jiskambja informazzjoni sigura mas-sistema CRMS2.
Il-ġestjoni tal-aċċess tal-utenti tal-portali tar-Reġistru tas-CBAM se tiġi fdata lill-UUM&DS (Uniform User Management & Digital Signatures), li tippermetti lill-Istati Membri lesti jużaw mill-ġdid il-kredenzjali doganali tad-Dikjaranti tas-CBAM biex jipprovdulhom aċċess għall-portal tad-Dikjaranti tas-CBAM u lill-Kummissjoni (jew partijiet terzi fdati) biex jagħtu dritt ta’ aċċess lill-Operaturi tal-Installazzjonijiet tal-pajjiżi terzi għall-kredenzjali tagħhom tal-awtentikazzjoni tal-EU Login. Il-portal tal-Operaturi tal-Installazzjonijiet ta’ Pajjiżi Terzi se jisfrutta l-użu tal-Aċċess tal-UE għall-awtorizzazzjoni tal-utenti filwaqt li jibbaża fuq l-EU Login għall-awtentikazzjoni tal-utenti.
Ir-Reġistru tas-CBAM se juża mill-ġdid diversi komponenti tat-teknoloġija tad-DĠ TAXUD u x-xenarju tal-IT Korporattiv mingħajr ma jikkomprometti l-konformità tiegħu mal-prinċipju tal-floatability spjegat fil-Ħarsa Ġenerali lejn l-Arkitettura fl-Appendiċi 2, jiġifieri:
·L-arkitettura tal-midware tad-DĠ TAXUD TSOAP li se terġa’ tintuża f’kull wieħed mill-kompartimenti tar-Reġistru tas-CBAM;
·Il-monitoraġġ u l-awditjar tal-COTS ELKu Kafka;
·Is-sorsi tal-ġestjoni tal-qafas tal-applikazzjoni Doganali (TATAFng) tad-DĠ TAXUD;
·Id-dokumentazzjoni u l-kodiċi tas-sors tas-Sistema ta’ Ġestjoni tad-Deċiżjoni Doganali tad-DĠ TAXUD għall-bini tas-sistema ta’ Awtorizzazzjoni tas-CBAM;
·Id-dokumentazzjoni u l-kodiċi tas-sors tas-Sistema ta’ Referenza tal-Klijenti tad-DĠ TAXUD biex jiġu pprovduti l-Awtorizzazzjonijiet tas-CBAM lis-Sistemi Doganali Nazzjonali għall-kontroll tagħhom matul l-iżdoganar tal-importazzjoni;
·Id-dokumentazzjoni u l-kodiċi tas-sors tas-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riskju Doganali 2 (CRMS2, Customs Risk Management System 2) tad-DĠ TAXUD għall-forniment tal-Portal ta’ Skambju tar-Riskju; Id-dokumentazzjoni u l-kodiċi tas-sors tas-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riskju Doganali 2 (CRMS2) tad-DĠ TAXUD għall-forniment tar-RSecure tal-Portal ta’ Skambju tar-Riskju;
·Il-metodoloġija tad-DĠ TAXUD TEMPO, inkluż il-PM²;
·Iż-żewġ Ċentri tad-Data tad-DĠ TAXUD għall-ittestjar, l-integrazzjoni u sakemm l-operazzjoni tar-reġistru tas-CBAM tkun fdata lid-DĠ TAXUD, flimkien mal-firewall tagħhom, is-soluzzjoni Attiva-Attiva , l-ibbilanċjar tat-tagħbija u ż-żewġ DC Attiv-Passiv biex jiġu żgurati l-iskalabbiltà, id-Disponibbiltà Għolja, l-Irkupru minn Diżastri, xi wħud mis-sigurtà meħtieġa mir-Reġistru tas-CBAM.
Ta’ min jinnota li d-DĠ TAXUD segwa r-rakkomandazzjonijiet kollha minn DIGIT mill-2014 meta fassal Servizzi ta’ Applikazzjoni tan-Negozju, Servizzi tad-Data u Servizzi ta’ Utilità għall-ġenerazzjoni tiegħu ta’ applikazzjonijiet SOA.
Użu mill-ġdid mis-servizzi u mill-komponenti korporattivi tal-UE
Ir-Reġistru tas-CBAM se juża l-EU Login għall-awtentikazzjoni tad-dikjaranti tas-CBAM tal-Istati Membri li huma UUM&DS tat-tip D, tal-Operaturi tal-Installazzjonijiet tal-Pajjiżi terzi u tal-uffiċjali kollha tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti, tal-Kummissjoni, tal-Amministrazzjoni Doganali Nazzjonali u ta’ servizzi oħra tal-Kummissjoni. Ir-Reġistru tas-CBAM se juża n-network tal-eID Doganali tal-eIDAS għall-awtentikazzjoni tad-Dikjaranti tas-CBAM mill-UUM&DS tat-tip A, B u C tal-Istati Membri.
Ir-Reġistru tas-CBAM se juża l-UUM&DS u l-Aċċess tal-UE għall-awtorizzazzjoni tal-utenti kollha tiegħu.
Se tiġi kkunsidrata migrazzjoni sħiħa mill-UUM&DS għall-Aċċess tal-UE meta l-funzjonalitajiet kollha tal-UUM&DS jiġu offruti mill-Aċċess tal-UE, inkluż l-appoġġ tan-network tal-eID tad-Dwana eIDAS. Bħalissa, il-Portal tal-Operaturi tal-Installazzjonijiet ta’ Pajjiżi Terzi jibbaża fuq l-Aċċess tal-UE għall-awtorizzazzjoni tal-utent.
Ir-Reġistru tas-CBAM se juża s-Sinjal tal-UE, servizz ġestit mill-Kummissjoni li jittratta Firem Elettroniċi Kwalifikati, biex jiżgura l-oriġini u l-integrità tad-dokumenti elettroniċi, u b’hekk isaħħaħ is-sigurtà u l-awtentiċità ġenerali tagħhom fil-qafas tas-CBAM.
Ir-Reġistru tas-CBAM se jagħmel disponibbli l-informazzjoni pubblika tas-CBAM fuq Europa.
Barra minn hekk, id-DĠ TAXUD huwa ħerqan li jimmassimizza l-użu mill-ġdid tas-servizzi u l-komponenti korporattivi li jissodisfaw xi wħud mir-rekwiżiti tas-CBAM, ineħħi r-riskju tal-varar f’waqtu tiegħu u jiżgura l-kwalità tal-operat tiegħu filwaqt li jnaqqas il-CAPEX u l-OPEX tiegħu.
|
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
|
Ir-regolament CBAM jiddefinixxi l-użu tar-reġistru tas-CBAM f’żewġ perjodi li naqsu fi tliet fażijiet konsekuttivi:
·Perspettiva tal-perjodu: skjerament progressiv matul Perjodu Tranżitorju mir-raba’ trimestru tal-2023 sar-raba’ trimestru tal-2025, segwit minn Perjodu Definittiv mill-ewwel trimestru tal-2026.
oMatul il-Perjodu Tranżitorju, l-importaturi tas-CBAM jirrapportaw l-emissjoni tal-oġġetti importati tagħhom kull 3 xhur iżda ma għandhomx għalfejn jixtru u jċedu ċ-ċertifikati. Dan huwa l-perjodu attwali tal-iskema tas-CBAM.
oMatul il-Perjodu Definittiv, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2026, id-Dikjaranti tas-CBAM jeħtiġilhom jiġu awtorizzati, jiddikjaraw l-emissjonijiet tagħhom darba fis-sena, jixtru ċertifikati biex iżommu l-kont tas-CBAM tagħhom għal bilanċ minimu ta’ 50 % bejn l-emissjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikati mixtrija, u jċedu ċ-ċertifikati tagħhom mad-dikjarazzjonijiet annwali tagħhom.
·Il-perspettiva tal-Fażi & l-Parti:
oFażi 1 tas-CBAM: ir-“rapporti tas-CBAM” mill-importaturi tal-oġġetti tas-CBAM (l-hekk imsejħa Parti 1), li għandhom jintużaw matul il-Perjodu Tranżitorju kollu mir-raba’ trimestru tal-2023 (barra mill-ambitu tal-Karta tal-Proġett);
oFażi 2 tas-CBAM: ir-“rapporti CBAM” ipprovduti mill-importaturi tal-oġġetti tas-CBAM (il-Parti 1), l-Awtorizzazzjoni tad-Dikjaranti tas-CBAM u r-reġistrazzjoni tal-Operaturi ta’ Installazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi (l-hekk imsejħa Parti 2) mill-31 ta’ Diċembru 2024 b’antiċipazzjoni tal-Perjodu Definittiv;
Fażi 3 tas-CBAM: Il-parti 2 miżjuda bid-dikjarazzjonijiet u biċ-ċertifikati CBAM flimkien mal-ġestjoni sħiħa tal-kont tas-CBAM (l-hekk imsejħa Parti 3) mill-bidu tal-Perjodu Definittiv iżda mingħajr il-Parti 1 “Rapporti tas-CBAM” minn tmiem il-Perjodu Tranżitorju tal-31 ta’ Diċembru 2025.
Varar f’żewġ fażijiet/partijiet tar-Reġistru tas-CBAM
Il-Fażi 1 tas-CBAM (l-implimentazzjoni tal-Parti 1 tas-CBAM u l-operat tiegħu mir-raba’ trimestru tal-2023 sa tmiem l-2025 hija koperta kompletament mill-Karta tal-Proġett tal-Perjodu Tranżitorju
Iż-żewġ figuri ta’ hawn taħt juru l-approċċ biex jinkiseb l-ambitu sħiħ tas-Sistema Definittiva f’żewġ fażijiet, li juru l-komunitajiet tal-utenti, is-sistemi esterni involuti u l-entitajiet ewlenin li qed jiġu ġestiti fl-ambitu tal-fażijiet rispettivi. Irreferi għat-taqsima li jmiss għad-definizzjoni tas-sistemi u tal-entitajiet esterni.
Ambitu tal-Parti 2 tas-CBAM: minbarra l-Parti 1, ir-“rapporti CBAM” mill-importaturi ta’ oġġetti tas-CBAM, tinkludi l-Parti 2 “Awtorizzazzjoni u Installazzjonijiet CBAM” (it-tnejn ekoloġiċi fid-dijagrammi li ġejjin), li se jidħlu fis-seħħ fl-31 ta’ Diċembru 2024 skont il-mandat tar-Regolament CBAM. Imbagħad, kemm il-Parti 1 kif ukoll il-Parti 2 jiġu mantnuti u jevolvu ulterjorment matul il-bqija tal-Perjodu Tranżitorju. L-“Awtorizzazzjoni u l-Installazzjoni tas-CBAM” se jiġu integrati fis-Sistema Definittiva tas-CBAM filwaqt li r-“rapporti tas-CBAM” se jitneħħew gradwalment fi tmiem il-Perjodu Tranżitorju. Il-Parti 1 u l-Parti 2 jinterfaċċaw ir-Reġistru tas-CBAM mas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni Doganali, mas-Sistemi Nazzjonali ta’ Proċessar Attiv tad-Dwana u mas-sistemi Doganali tal-UE ta’ appoġġ tad-DĠ TAXUD biex titrawwem il-konformità b’piż minimu għall-kummerċ. Il-Parti 2 tas-CBAM tiġi b’antiċipazzjoni tas-Sistema Definittiva billi twassal l-ewwel komponent tagħha.
L-Iskeda ta’ Żmien tal-Fażi 2 tas-CBAM: Din tibda fil-31 ta’ Diċembru 2024 u tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2025 bil-bidu tal-Perjodu Definittiv. Il-komunità tal-utenti hija estiża għall-Operaturi tal-Installazzjonijiet fil-pajjiżi terzi filwaqt li d-Dikjaranti tas-CBAM se jkollhom bżonn jiksbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għall-Perjodu Definittiv.
Ambitu tal-Parti 3 tas-CBAM: Il-parti “Dikjarazzjonijiet, Kontijiet u Ġestjoni tar-Riskju tas-CBAM” (bil-vjola fid-dijagramma li ġejja), se tibda topera fil-bidu tal-Perjodu Definittiv skedat għall-1 ta’ Jannar 2026. Din tikkostitwixxi l-qalba tas-sistema definittiva tas-CBAM. Il-Parti 3 tas-CBAM tinkludi wkoll l-interfaċċi mas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni għall-Awtorizzazzjonijiet tas-CBAM permezz tas-CSW-CERTEX tal-UE, il-Pjattaforma Ċentrali Komuni għax-xiri taċ-Ċertifikati CBAM, l-ETS, l-OLAF, u s-Sistemi tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti. Barra minn hekk, iżżid il-kapaċitajiet taċ-Ċertifikati CBAM mar-Reġistru tas-CBAM kif ukoll dawk kollha tal-Ġestjoni tar-Riskju. Peress li l-moduli taċ-Ċertifikati u tal-Ġestjoni tar-Riskju tas-CBAM jittrattaw informazzjoni kunfidenzjali u jimmonitorjaw każijiet ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ nuqqas ta’ konformità, il-Parti 3 tas-CBAM tiġġestixxi informazzjoni sensittiva u tirrikjedi proċessi siguri ħafna. Din il-parti se tiġi mantnuta u tevolvi ulterjorment matul il-Perjodu Definittiv.
L-iskeda ta’ żmien tal-Fażi 3 tas-CBAM: Tibda fl-1 ta’ Jannar 2026 u taqbel mal-Perjodu Definittiv. Matul din il-fażi, il-partijiet 2 u 3 tas-CBAM biss se joperaw b’mod parallel u f’interazzjoni mill-qrib, peress li l-Parti 1 kienet speċifika għall-Perjodu Tranżitorju u tiġi eliminata gradwalment. Il-komunità tal-utenti tiġi estiża għall-Amministrazzjonijiet Doganali Nazzjonali
Ambitu tal-Parti 3 tas-CBAM: Il-parti “Dikjarazzjonijiet, Kontijiet u Ġestjoni tar-Riskju tas-CBAM” (bil-vjola fid-dijagramma li ġejja), se tibda topera fil-bidu tal-Perjodu Definittiv skedat għall-1 ta’ Jannar 2026. Din tikkostitwixxi l-qalba tas-sistema definittiva tas-CBAM. Il-Parti 3 tas-CBAM tinkludi wkoll l-interfaċċi mas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni għall-Awtorizzazzjonijiet tas-CBAM permezz tas-CSW-CERTEX tal-UE, il-Pjattaforma Ċentrali Komuni għax-xiri taċ-Ċertifikati CBAM, is-CRMS2 għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-Ġestjoni tar-Riskju Doganali tal-UE, l-ETS, l-OLAF, u s-Sistemi tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti. Barra minn hekk, iżżid il-kapaċitajiet taċ-Ċertifikati CBAM mar-Reġistru tas-CBAM kif ukoll dawk kollha tal-Ġestjoni tar-Riskju. Peress li l-moduli taċ-Ċertifikati u tal-Ġestjoni tar-Riskju tas-CBAM jittrattaw informazzjoni kunfidenzjali u jimmonitorjaw każijiet ta’ ċirkomvenzjoni u ta’ nuqqas ta’ konformità, il-Parti 3 tas-CBAM tiġġestixxi informazzjoni sensittiva u tirrikjedi proċessi siguri ħafna. Din il-parti se tiġi mantnuta u tevolvi ulterjorment matul il-Perjodu Definittiv.
L-iskeda ta’ żmien tal-Fażi 3 tas-CBAM: Tibda fl-1 ta’ Jannar 2026 u taqbel mal-Perjodu Definittiv. Matul din il-fażi, il-partijiet 2 u 3 tas-CBAM biss se joperaw b’mod parallel u f’interazzjoni mill-qrib, peress li l-Parti 1 kienet speċifika għall-Perjodu Tranżitorju u tiġi eliminata gradwalment. Il-komunità tal-utenti tiġi estiża għall-Amministrazzjonijiet Doganali Nazzjonali.
Fażi 3 tas-CBAM - Arkitettura ta’ Livell Għoli
|