Brussell, 10.12.2025

COM(2025) 760 final

2025/0398(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm, dwar il-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġjar tal-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2003/77/KE u 2008/376/KE

{SWD(2025) 409 final} - {SWD(2025) 410 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-fini ta’ din il-proposta huwa li tirrieżamina l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (RFCS, Research Fund for Coal and Steel).

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tħassar id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE 1 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/77/KE 2 , kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/1207 3 .

Il-proposta għandha l-għan li tissimplifika u taċċellera l-investimenti skont l-RFCS, inkluż billi żżid l-attraenza tagħha u tkompli tuża l-parti tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) f’likwidazzjoni, u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (l-“assi”), għall-finanzjament ta’ żewġ sejħiet biannwali għall-proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni mill-2027 sal-2030 biex jissaħħaħ l-impatt.

Biex jinkiseb dan, din il-proposta tgħaqqad id-dispożizzjonijiet li qabel kienu inklużi separatament fiż-żewġ Deċiżjonijiet imħassra, jiġifieri l-linji gwida tekniċi pluriennali għall-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS u l-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġjar tal-assi tal-RFCS. Skont il-Protokoll Nru 37 anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 4 . Kemm il-linji gwida tekniċi kif ukoll dawk finanzjarji huma soġġetti għall-istess proċedura ta’ adozzjoni 5 . Ir-raġuni għall-għażla li jiġi propost li l-linji gwida tekniċi u finanzjarji jingħaqdu f’Deċiżjoni waħda hija li l-proposta ssir aktar sempliċi u eħfef biex tinftiehem, u b’hekk tikkostitwixxi “l-aktar forma sempliċi ta’ azzjoni tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-istrument għal Regolamentazzjoni Aħjar 6 . Dan jipprevedi opportunità għar-rieżami u għall-allinjament tal-formulazzjoni sħiħa taż-żewġ atti, u għall-faċilitazzjoni tal-adozzjoni u tad-diskussjoni fil-Kunsill, peress li jiġi pprovdut il-kuntest sħiħ għaż-żewġ settijiet ta’ linji gwida. Riforma tal-RFCS hija neċessarja peress li d-dispożizzjonijiet deskritti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/1208, li tippermetti l-użu ta’ parti mill-assi għal sejħiet maħsuba apposta, se jiskadu fi tmiem tal-2027.

Il-proposta tqis l-osservazzjonijiet mill-evalwazzjoni ex ante li takkumpanja din il-proposta, kif ukoll il-parir tal-Gruppi Konsultattivi tal-Faħam u tal-Azzar u tal-Istati Membri rrappreżentati fil-Kumitat tal-Faħam u tal-Azzar.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Il-proposta hija parti minn pakkett legali li jirrevedi l-RFCS u l-Programm ta’ Riċerka tiegħu. Din se tinqasam f’żewġ proposti ġodda għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill: waħda li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37 u waħda li tistabbilixxi l-linji gwida finanzjarji u tekniċi pluriennali għall-immaniġġjar tal-assi.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-Boxxla għall-Kompetittività tal-UE 7 , ippreżentata mill-Kummissjoni f’Jannar 2025, tistabbilixxi pjan direzzjonali ġdid ta’ miżuri għas-snin li ġejjin biex tingħata spinta lid-dinamika u lit-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa bil-kompetittività industrijali u bid-dekarbonizzazzjoni fost l-imperattivi trasformattivi kif identifikati fir-rapport ta’ Draghi. Flimkien mal-ħtieġa li tiġi eliminata d-diskrepanza fl-innovazzjoni u li jitnaqqsu d-dipendenzi eċċessivi u li tiżdied is-sigurtà, id-dekarbonizzazzjoni titqies bħala mutur b’saħħtu tat-tkabbir, li jeħtieġ li jiġi integrat mal-politiki industrijali, tal-kompetizzjoni, ekonomiċi u kummerċjali.

Fis-26 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni tat segwitu billi ppreżentat pjan direzzjonali konġunt għad-dekarbonizzazzjoni u għall-kompetittività bil-Patt għal Industrija Nadifa 8 tagħha. Dan għandu l-għan li jmexxi t-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija dekarbonizzata sal-2050 u li jipprovdi qafas li jappoġġa lill-industrija Ewropea b’argument għall-vijabbiltà aktar b’saħħtu għal investimenti newtrali għall-klima f’industriji intensivi fl-enerġija, fiċ-ċirkolarità u fit-teknoloġija nadifa. Il-Patt għal Industrija Nadifa jistabbilixxi miżuri konkreti għal din il-fini u jsemmi l-azzar fost il-prodotti industrijali li għalihom id-domanda tista’ tiġi ffurmata b’mod sinifikanti permezz ta’ akkwist privat. Dan jagħmel ukoll referenzi għall-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti tal-2024 9 , li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċità tal-manifattura tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti fl-Ewropa, u l-Patt Ekoloġiku Ewropew 10 , li ntrabat li jappoġġa t-teknoloġiji trasformattivi tal-azzar nadif li jwasslu għal proċess ta’ produzzjoni tal-azzar b’livell żero ta’ karbonju sal-2030. Dan kien akkumpanjat ukoll minn Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli 11 biex tissaħħaħ l-Unjoni tal-Enerġija u biex jiġu proposti azzjonijiet biex tiġi żgurata enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall-Ewropej kollha.

Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli 12 , ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fid-19 ta’ Marzu 2025, għandu l-għan li jappoġġa l-produzzjoni tal-azzar sostenibbli u kompetittiva għall-Unjoni Ewropea. Bħala parti mill-enfasi tiegħu fuq it-tnaqqis tar-riskji tal-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni permezz ta’ swieq pilota u appoġġ pubbliku, il-pjan jenfasizza r-rwol tal-RFCS li jipprovdi finanzjament importanti għas-settur tal-azzar fl-istadju tal-innovazzjoni biex jappoġġa t-tranżizzjoni lejn azzar nadif. Ħabbar ukoll “riforma ġenerali tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, biex tissimplifika u tħaffef aktar l-investimenti fir-riċerka dwar l-azzar, inkluż ir-riċerka dwar l-applikazzjonijiet tad-difiża”.

Fl-aħħar nett, ir-Regolament dwar il-Metan 13 , adottat fl-2024, għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, u jintroduċi rekwiżiti għar-rapportar u għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan mill-minjieri tal-faħam.

Il-Boxxla għall-Kompetittività enfasizzat il-ħtieġa għal miżuri dwar id-dekarbonizzazzjoni, li għandhom jiġu kkomplementati ulterjorment b’azzjoni fuq faċilitaturi orizzontali, pereżempju billi jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju, jitnaqqas il-piż u jiġu ffavoriti l-veloċità u l-flessibbiltà. Dan jorbot ukoll mad-diskussjoni usa’ dwar is-simplifikazzjoni tax-xenarju kumpless tal-programmi ta’ Finanzjament Ewropej biex il-finanzjament tal-Unjoni jsir aktar effettiv u jħalli impatt akbar. Fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal Qafas Finanzjarju Pluriennali ambizzjuż u dinamiku, tinxteħet enfasi fuq l-għoti ta’ aktar flessibbiltà; għal programmi finanzjarji aktar sempliċi, razzjonalizzati u armonizzati; u għal spinta fil-kompetittività.

L-iżviluppi tal-politika reċenti deskritti hawn fuq huma konsistenti mal-objettivi tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS li jiġu appoġġati s-setturi tal-faħam u tal-azzar fit-tranżizzjoni tagħhom. Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS jiġi adattat kif xieraq, u li jippermetti l-investimenti neċessarji biex tiġi aċċellerata d-dekarbonizzazzjoni għaż-żewġ setturi. Biex tiġi żgurata konsistenza fit-tul ma’ politiki rilevanti oħra tal-UE, il-prijoritajiet indirizzati skont il-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS jistgħu jitqiesu fi programmi ta’ finanzjament oħrajn tal-UE wara l-2030.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Il-bażi legali hija t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 37 li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri li jistabbilixxu linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġjar tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) f’likwidazzjoni, u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, tal-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar u linji gwida tekniċi għall-programm ta’ riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-bidliet proposti fil-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS jistgħu jsiru biss fil-livell tal-UE, permezz tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Proporzjonalità

Il-proposta hija neċessarja għall-adozzjoni tal-miżuri li jistabbilixxu linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġjar tal-assi u linji gwida tekniċi għall-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS.

Għażla tal-istrument

B’kunsiderazzjoni għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 37, din id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tiġi adottata mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-proposta hija bbażata fuq ir-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante, li twettaq eżerċizzju ta’ monitoraġġ tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS għall-perjodu 2021-2024 u fuq ir-rapporti mill-Gruppi Tekniċi għas-snin 2022 u 2023.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-partijiet ikkonċernati tal-RFCS kienu involuti f’diversi laqgħat ad hoc, f’laqgħat speċifiċi tal-Gruppi Konsultattivi (tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Faħam u tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Azzar), bħal fil-laqgħat konġunti fid-19 ta’ Settembru 2025 u fit-12 ta’ Mejju 2025, u fil-Kumitat tal-Faħam u tal-Azzar (COSCO, Coal and Steel Committee), l-aħħar waħda fit-23 ta’ Settembru 2025. Fid-19 ta’ Ġunju 2025 twettaq ukoll avveniment ta’ konsultazzjoni pubblika maħsub apposta.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-monitoraġġ tal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS 2021-2024 fl-evalwazzjoni ex ante, imwettaq f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, flimkien ma’ konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, ipprovda l-għarfien espert neċessarju.

Valutazzjoni tal-impatt

Valutazzjoni tal-impatt ma hijiex neċessarja għar-reviżjoni proposta.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tikkonċerna emenda għal leġiżlazzjoni diġà eżistenti bbażata fuq il-Protokoll Nru 37 u twassal biss għal impatt żgħir. F’każijiet bħal dawn, l-istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar 14 jiċċaraw li ma hija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-impatt. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar l-Azzar u l-Metalli tad-19 ta’ Marzu 2025 ħabbar proposta għal riforma tal-RFCS għall-istess sena u diġà ddetermina, abbażi tal-analiżi mwettqa għall-Pjan ta’ Azzjoni, l-orjentazzjoni politika ewlenija tar-riforma: “biex tissimplifika u tħaffef aktar l-investimenti fir-riċerka dwar l-azzar, inkluż ir-riċerka dwar l-applikazzjonijiet tad-difiża.” Madankollu, ir-reviżjoni proposta għadha appoġġata mill-analiżi ta’ evalwazzjoni ex ante, kif meħtieġ mill-Artikolu 34 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta hija bbażata fuq ir-riżultati tal-eżerċizzju ta’ analiżi ex ante li jakkumpanja l-proposta. Dan jinkludi l-kunsiderazzjonijiet ta’ kif għandu jiġi ssimplifikat u aċċellerat l-appoġġ offrut mill-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS, inklużi l-modi biex jiżdiedu l-flessibbiltà u l-prevedibbiltà għall-applikanti potenzjali.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta hija fi qbil mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma toħloq l-ebda obbligazzjoni ġdida li għandha tiġi ddebitata lill-Baġit Ġenerali skont il-QFP attwali.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Fi tmiem l-2027 se jitwettqu l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-RFCS.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill se tistabbilixxi l-linji gwida finanzjarji u tekniċi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar.

L-emenda parallela tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37 testendi l-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Riċerka għal EUR 200 miljun fis-sena biex jiġi aċċellerat l-investiment fir-R&I fis-setturi kkonċernati u tiġi estiża l-firxa tal-atturi involuti. Il-baġit miżjud jippermetti l-allinjament ’il fuq tar-rati ta’ finanzjament mal-programmi ta’ finanzjament tar-riċerka tal-UE li jippermettu parteċipazzjoni akbar tal-entitajiet pubbliċi u akkademiċi.

Din id-Deċiżjoni tappoġġa dan billi tipprevedi dawn ir-rati ogħla ta’ finanzjament għall-industrija, li se jappoġġaw aħjar l-investiment u l-outputs tar-riċerka industrijali. Din tipprevedi wkoll l-użu tal-mekkaniżmu tal-assigurazzjoni reċiproka li se jippermetti li jitnaqqsu l-garanziji meħtieġa mill-applikanti u perċentwal akbar ta’ prefinanzjament disponibbli.

Tippermetti wkoll flessibbiltà akbar tal-istrumenti billi tabbanduna l-allokazzjoni stabbilita ta’ finanzjament għal sejħiet annwali u kbar u tbassar ippjanar aktar prevedibbli bl-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma biannwali, filwaqt li fl-istess ħin tnaqqas iż-żmien tal-proċess tal-finanzjament billi jiġu introdotti żewġ skadenzi għas-sejħiet kull sena u firxa razzjonalizzata ta’ tipi ta’ proġetti.

Din tiċċara l-kundizzjonijiet relatati mat-tħassib dwar is-sigurtà fil-proġetti b’applikazzjonijiet b’użu doppju (ċivili u militari).

L-Artikoli 10 sa 18 jistabbilixxu l-linji gwida tekniċi pluriennali għall-Programm ta’ Riċerka, b’objettivi tar-riċerka u b’kundizzjonijiet tas-sejħa ġenerali u speċifiċi riveduti, li qabel kienu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE. L-Artikoli 19 sa 26 jistabbilixxu l-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġjar tal-assi, li qabel kienu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/77/KE.

2025/0398 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm, dwar il-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġjar tal-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2003/77/KE u 2008/376/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 15 ,

Billi:

(1)Għall-finijiet tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) …/… 16 , il-Kummissjoni għandha timmaniġġja l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, l-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar.

(2)Jenħtieġ li l-Programm ta’ Riċerka jikkontribwixxi għal aktar investiment pubbliku u privat fir-riċerka u fl-innovazzjoni fl-Istati Membri, u b’hekk jgħin biex tintlaħaq mira ta’ investiment ġenerali ta’ mill-inqas 3 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni fir-riċerka u fl-iżvilupp.

(3)Għal dak l-għan, u f’konformità mal-objettivi tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (“il-Programm ta’ Riċerka”) adottat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE 17 , jenħtieġ li l-finanzjament iqis kif xieraq il-ħtiġijiet ta’ politika li dejjem jevolvu u l-prijoritajiet tal-Unjoni kif identifikati fil-Boxxla għall-Kompetittività 18 , fil-Patt għal Industrija Nadifa, 19 fil-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli 20 u fil-Patt Ekoloġiku Ewropew 21 .

(4)Sabiex titrawwem tranżizzjoni ġusta, jenħtieġ li l-Programm ta’ Riċerka jikkontribwixxi għar-rivitalizzazzjoni soċjali, ekonomika u ambjentali tar-reġjuni tal-faħam u tal-azzar affettwati b’mod partikolari mit-tranżizzjoni ta’ dawn is-setturi.

(5)L-impenn tat-totalità tal-assi disponibbli f’4 snin huwa neċessarju biex jittejbu l-attraenza u l-impatt tal-Programm ta’ Riċerka, biex jiġi ingranat u aċċellerat l-investiment privat fir-riċerka u fl-innovazzjoni, biex tingħata spinta lill-kompetittività u biex tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni industrijali tas-setturi tal-azzar u tal-faħam lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u d-dekarbonizzazzjoni f’kuntest ġeopolitiku diffiċli u ekonomiku.

(6)F’ambjent ekonomiku u finanzjarju li qiegħed jinbidel, l-esperjenza reċenti wriet il-ħtieġa għal qafas finanzjarju u tekniku aktar flessibbli u attraenti għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka. Il-linji gwida għall-Programm ta’ Riċerka huma mfassla biex jippermettu approċċ aktar flessibbli fl-implimentazzjoni tiegħu u, għalhekk, jenħtieġ li jkomplu jissimplifikaw l-aċċess u jimmassimizzaw l-effettività u l-impatt tal-finanzjament skont dak il-programm.

(7)Is-sostituzzjoni tad-Deċiżjoni 2008/376/KE hija neċessarja biex jiġi ssimplifikat ix-xenarju tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari billi l-Programm ta’ Riċerka jiġi allinjat mal-istrumenti użati skont il-Programm Qafas Orizzont Ewropa tal-Unjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027), kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , kif ukoll fis-suċċessur tiegħu. Dan huwa meħtieġ biex jippermetti l-komplementarjetajiet bejn diversi programmi fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar. Il-bidliet fl-immaniġġjar korporattiv tal-għodod ta’ finanzjament kif ukoll ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 li saru “ġabra unika tar-regoli” rriżultaw fil-ħtieġa li jiġu allinjati l-linji gwida tekniċi għall-Programm ta’ Riċerka. Flimkien mal-bidliet fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka, dawn ikomplu jsaħħu l-ħtieġa li tiġi ssostitwita d-Deċiżjoni 2008/376/KE sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ investiment.

(8)Jenħtieġ li l-Programm ta’ Riċerka jiffinanzja l-azzjonijiet abbażi ta’ sejħiet miftuħa. Jenħtieġ li primarjament l-azzjonijiet jieħdu l-forma ta’ proġetti ta’ riċerka. Iż-żamma tal-istess rata ta’ finanzjament fil-Programm ta’ Riċerka, filwaqt li żdiedet fil-programmi l-oħra ta’ finanzjament għar-riċerka tal-Unjoni, irriżultat fi proporzjon ferm aktar baxx tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament. Konsegwentement, huwa neċessarju li r-rati ta’ finanzjament applikabbli għal dawk l-azzjonijiet jiġu allinjati ma’ dawk fil-proposta tas-suċċessur għal Orizzont Ewropa, b’mod partikolari biex tiġi permessa parteċipazzjoni akbar tal-industrija, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u l-entitajiet pubbliċi u akkademiċi.

(9)Sabiex jiġi kopert ir-riskju għall-Kummissjoni u benefiċjarji oħra assoċjati man-nuqqas ta’ rkupru tas-somom dovuti mill-benefiċjarji, u wkoll biex jitnaqqas il-piż fuq l-applikanti biex jipprovdu garanziji bankarji, huwa xieraq li jiġi estiż l-użu tal-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/695 għall-Programm ta’ Riċerka.

(10)Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 ħolqot iċ-Ċentru tal-innovazzjoni għat-trasformazzjoni u l-emissjonijiet industrijali. Billi jiġbor u janalizza l-informazzjoni dwar it-tekniki innovattivi, iċ-ċentru jikkontribwixxi inter alia għall-minimizzazzjoni tat-tniġġis, għad-dekarbonizzazzjoni, għall-effiċjenza fir-riżorsi, għal ekonomija ċirkolari li tuża inqas sustanzi kimiċi jew tuża sustanzi kimiċi aktar sikuri rilevanti għall-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġi mmonitorjat il-progress teknoloġiku u jiġu vvalutati l-benefiċċji ambjentali u l-kompromessi għat-trasformazzjoni industrijali fl-Unjoni, jenħtieġ li r-rapporti perjodiċi tal-proġetti tal-Programm ta’ Riċerka jiġu kondiviżi maċ-ċentru.

(11)Biex jiġi żgurat li l-assi kollha disponibbli jiġu impenjati fi żmien 4 snin, jenħtieġ li jiġu riveduti l-objettivi ta’ investiment tal-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar tal-assi. Jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-assi għandhom jiġu investiti bl-objettiv li jiġi ppreżervat - u, fejn possibbli, jittejjeb - il-valur tagħhom sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet ta’ likwidità li jirriżultaw mis-sejħiet ta’ finanzjament. Jenħtieġ li l-aspetti l-oħra tal-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar tal-assi jiġu aġġustati sabiex jiġu allinjati ma’ dan l-objettiv ta’ investiment aġġornat.

(12)Jenħtieġ li l-linji gwida finanzjarji jippermettu approċċ flessibbli fir-rigward tal-aspetti tekniċi tal-implimentazzjoni u jenħtieġ li jiddeterminaw strumenti ta’ investiment xierqa biex jinkisbu l-objettivi ta’ investiment. Ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-mod kif jitwettqu l-investimenti, jiġifieri relatati mal-prinċipji tal-allokazzjoni tal-assi u mal-investimenti eliġibbli u mal-kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza, huma ta’ natura teknika. Għal portafolli oħrajn immaniġġjati mill-Kummissjoni, fil-prinċipju dawn jiġu ddeterminati f’konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tiddeċiedi li twessa’ l-ambitu tal-investimenti eliġibbli biex jiġu inklużi klassijiet ta’ assi u operazzjonijiet ta’ investiment oħrajn konsistenti mal-istrateġija u mal-objettivi ta’ investiment, kif ukoll muniti ta’ ekonomiji avvanzati oħrajn, kif elenkati mill-Fond Monetarju Internazzjonali u soġġetti għall-iħħeġġjar tar-riskju tal-munita, f’konformità ma’ dawk ir-regoli. Barra minn hekk, biex il-linji gwida applikabbli għall-investimenti ambjentali, soċjali u ta’ governanza jiġu allinjati mar-regoli applikabbli għall-portafolli l-oħra li timmaniġġja, jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla wkoll tistabbilixxi l-linji gwida dettaljati.

(13)Biex tiġi żgurata t-trasparenza finanzjarja, huwa neċessarju li l-Istati Membri, f’rapport annwali, jiġu pprovduti bl-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar imwettqa skont il-linji gwida finanzjarji, inkluża l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni għall-klassijiet differenti ta’ assi, u li tiġi spjegata kwalunkwe bidla kbira fl-allokazzjoni strateġika tal-assi.

(14)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 japplika għall-Programm ta’ Riċerka. Dan jistabbilixxi r-regoli dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(15)F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , mar-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 26 , (Euratom, KE) Nru 2185/96 27 u (UE) 2017/1939 28 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF, Office européen de lutte antifraude) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi l-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post, biex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa kompetenti biex jinvestiga u jieħu l-passi legali kontra l-każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 . F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi l-fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, kif xieraq, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(16)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ ċerti deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament għall-proġetti ta’ riċerka. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 .

(17)Minħabba l-bidliet meħtieġa għal-linji gwida tekniċi u finanzjarji pluriennali stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/77/KE 31 u 2008/376/KE, jenħtieġ li dawk id-Deċiżjonijiet jiġu sostitwiti.

(18)Huwa xieraq li l-linji gwida tekniċi u finanzjarji jingħaqdu għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni.

(19)Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2008/376/KE tkompli tapplika għall-finanzjament tal-azzjonijiet li jirriżultaw minn proposti ppreżentati għal sejħiet ippubblikati sal-31 ta’ Diċembru 2026.

(20) Għal raġunijiet ta’ ċarezza dwar ir-regoli applikabbli għall-azzjonijiet, huwa xieraq li l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tiġi differita għall-1 ta’ Jannar 2027,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1
Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (“il-Programm ta’ Riċerka”) u tistabbilixxi l-objettivi tal-Programm u l-baġit tiegħu, il-linji gwida tekniċi pluriennali għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Riċerka u l-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġjar tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, tal-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (“l-assi”).

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“faħam” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)faħam iebes, li jinkludi faħam “A” ta’ klassifikazzjoni għolja u medja (faħam subbituminuż) kif definit fis-sistema internazzjonali ta’ kodifikazzjoni tal-faħam tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;

(b)mattunnelli tal-faħam iebes;

(c)kokk u semikokk derivati mill-faħam iebes;

(d)linjite, li jinkludi faħam “C” ta’ klassifikazzjoni baxxa (jew ortolinjiti) u faħam “B” ta’ klassifikazzjoni baxxa (jew metalinjiti) kif definiti fil-kodifikazzjoni msemmija fil-punt (a);

(e)kokk u semikokk derivati mil-linjite;

(2)“entità legali” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)persuna fiżika;

(b)persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;

(c)entità li ma għandhiex personalità ġuridika kif imsemmi fl-Artikolu 200(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509;

(3)“riżultati ta’ azzjoni” tfisser kwalunkwe eżitu tanġibbli jew intanġibbli ta’ azzjoni speċifika, bħal data, għarfien jew għarfien prattiku, indipendenti mill-forma jew min-natura tiegħu, u kemm jekk jista’ jiġi protett kif ukoll jekk le, kif ukoll kwalunkwe dritt marbut miegħu, inklużi d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;

(4)“azzar” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)materja prima għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar;

(b)ħadid fondut grezz (inkluż metall sħun) u ferroliga;

(c)prodotti mhux maħdumin semilesti tal-ħadid, tal-azzar ordinarju jew tal-azzar speċjali (inklużi prodotti għall-użu mill-ġdid u għar-rilaminazzjoni);

(d)prodotti lesti bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar ordinarju jew tal-azzar speċjali (prodotti miksija jew mhux miksija, minbarra fonduti tal-azzar, ifforġar u prodotti tal-metallurġija tat-trab);

(e)prodotti finali tal-ħadid, tal-azzar ordinarju jew tal-azzar speċjali (miksija jew mhux miksija);

(f)prodotti tal-ipproċessar tal-ewwel stadju tal-azzar li jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-prodotti tal-ħadid u tal-azzar imsemmija fil-punti (a) sa (e);

(5)“valorizzazzjoni” tfisser l-użu tar-riżultati ta’ azzjoni fl-attivitajiet għajr dawk koperti mill-azzjoni kkonċernata, inkluż il-varar kummerċjali.

Artikolu 3
Objettivi tal-programm

1.Il-Programm ta’ Riċerka għandu jappoġġa l-kompetittività tas-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar billi jipprovdi appoġġ għar-riċerka kollaborattiva f’dawk is-setturi, inkluż dwar l-applikazzjonijiet ċivili u militari b’użu doppju.

2.Il-Programm ta’ Riċerka għandu jipprovdi wkoll appoġġ għat-teknoloġiji trasformattiva tal-azzar nadif, li jikkontribwixxu għall-objettivi tan-newtralità klimatika fl-Unjoni, u jsaħħu l-awtonomija strateġika tal-Unjoni tul il-katina tal-valur tal-azzar. Barra minn hekk, il-Programm ta’ Riċerka għandu jipprovdi appoġġ għall-proġetti ta’ riċerka għall-immaniġġjar tat-tranżizzjoni ġusta ta’ minjieri tal-faħam li kienu joperaw fil-passat jew minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u tal-infrastruttura relatata u r-reġjuni li jinsabu fihom, b’mod partikolari dawk li qegħdin jiffaċċjaw sfidi soċjali, ekonomiċi jew ambjentali sinifikanti li jirriżultaw mit-tranżizzjoni tas-setturi tal-faħam u tal-azzar. 

3.Il-Programm ta’ Riċerka għandu jippromwovi l-valorizzazzjoni biex tittejjeb ir-rilevanza għas-suq tal-eżiti tar-riċerka u jiġi appoġġat il-potenzjal tagħhom għal varar skalabbli.

4.Il-Programm ta’ Riċerka għandu jkun konsistenti mal-objettivi politiċi, xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni, u għandu jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri.

5.Il-Programm ta’ Riċerka għandu jappoġġa sinerġiji li għandhom l-għan li jaċċelleraw l-iżvilupp teknoloġiku għall-istatus tal-varar.

6.Il-Programm ta’ Riċerka għandu jappoġġa proġetti ta’ riċerka mmirati lejn l-objettivi stabbiliti għall-faħam fl-Artikolu 4 u għall-azzar fl-Artikolu 5.

Artikolu 4
Objettivi ta’ riċerka għall-faħam

1.Il-proġetti ta’ riċerka għandu jkollhom l-għan li jħaffu t-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, bl-objettiv li tiġi appoġġata l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili, speċjalment il-faħam, u tiġi appoġġata r-rivitalizzazzjoni soċjali, ekonomika u ekoloġika tar-reġjuni tal-faħam, jiġu żviluppati attivitajiet alternattivi fuq siti li qabel kienu minjieri u tiġi evitata jew indirizzata l-ħsara ambjentali mill-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq, mill-minjieri tal-faħam li kienu joperaw fil-passat u mir-reġjuni li fihom jinsabu l-minjieri tal-faħam.

2.Għandha tingħata attenzjoni speċjali lit-tisħiħ tat-tmexxija tal-Unjoni fl-immaniġġjar tat-tranżizzjoni tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw fil-passat u tal-infrastruttura marbuta mal-faħam permezz ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi u mhux teknoloġiċi, filwaqt li jiġi appoġġat it-trasferiment teknoloġiku u mhux teknoloġiku. L-attivitajiet ta’ riċerka b’dawk l-objettivi għandhom jippreżentaw benefiċċji tanġibbli għall-klima u għall-ambjent f’konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050.

3.Il-kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sikurezza tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw fil-passat bl-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, fil-proġetti ta’ riċerka għandhom jitqiesu s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, kif ukoll il-kwistjonijiet ambjentali li jagħmlu ħsara lis-saħħa.

4.Il-proġetti ta’ riċerka għandhom ifittxu li jeliminaw l-impatti fuq l-atmosfera, fuq l-ilma u fuq il-ħamrija tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u tal-minjieri li kienu joperaw fil-passat.

5.Il-proġetti ta’ riċerka għandhom jipprevedu teknoloġiji ġodda u mtejba biex jiġi evitat it-tniġġis ambjentali, inklużi t-tnixxija tal-metan, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati u l-kontaminazzjoni tal-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art, tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq, tal-minjieri li kienu joperaw fil-passat u tal-madwar tagħhom (inklużi l-atmosfera, l-art, il-ħamrija u l-ilma), soluzzjonijiet għall-immaniġġjar u għall-użu mill-ġdid tal-iskart mill-estrazzjoni, it-titjib taċ-ċirkolarità, ir-restawr tal-ambjent, u teknoloġiji għar-restawr u għall-protezzjoni tas-siti minn effetti fit-tul.

Artikolu 5
Objettivi ta’ riċerka għall-azzar

1.Il-proġetti ta’ riċerka għandu jkollhom l-għan li jiżviluppaw, juru u jtejbu l-proċessi tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar b’livell kważi żero ta’ karbonju bl-għan li tittejjeb il-kwalità tal-prodott, tiżdied il-produttività u jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi.

2.Il-proġetti ta’ riċerka għandhom jiffukaw li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-utenti tal-azzar biex jiżviluppaw prodotti ġodda b’emissjonijiet tal-karbonju żero netti u fuq il-ħolqien ta’ swieq pilota ġodda, filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-impatti ambjentali, f’konformità mal-objettivi tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 , tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 , [tar-Regolament (UE) … 34 ] u tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 .

3.Kemm fil-produzzjoni tal-azzar kif ukoll fl-użu tiegħu, il-proġetti ta’ riċerka għandhom jippermettu l-konservazzjoni tar-riżorsi, il-preżervazzjoni tal-ekosistemi, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u kwistjonijiet ta’ sikurezza.

4.Il-proġetti ta’ riċerka għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet adattati għall-evoluzzjoni tas-settur lejn proċessi ġodda b’emissjonijiet tal-karbonju żero netti, kif ukoll għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u għall-promozzjoni ta’ standards għoljin tas-saħħa u tas-sikurezza.

5.Il-proġetti ta’ riċerka għandhom jaċċelleraw l-użu tat-teknoloġiji diġitali, inklużi l-intelliġenza artifiċjali u l-apprendiment awtomatiku, fil-produzzjoni u fl-użu tal-azzar.

Artikolu 6
Baġit

1. Il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Riċerka għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-31 ta’ Diċembru 2030 għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

(a)kwalunkwe ammont tal-allokazzjoni annwali li sar disponibbli għall-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar bħala riżultat tal-kanċellazzjoni tal-impenji baġitarji;

(b)kwalunkwe assi u profitt li jifdal iġġenerati mill-assi li jifdal;

(c)l-ammonti tal-allokazzjonijiet annwali preċedenti li għadhom ma ddaħħlux fil-baġit.

2.Il-pakkett finanzjarju għandu jiġi impenjat fl-intier tiegħu permezz ta’ żewġ programmi ta’ ħidma li jkopru s-snin 2027 sa 2028 u 2029 sa 2030. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jipprevedu sejħiet annwali għall-proposti f’konformità mal-Artikolu 10.

Artikolu 7
Eliġibbiltà

1.Kwalunkwe entità legali, stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ tipparteċipa fil-Programm ta’ Riċerka u tapplika għall-assistenza finanzjarja.

2.Kwalunkwe entità legali fil-pajjiżi kandidati tista’ tipparteċipa fil-Programm ta’ Riċerka mingħajr ma tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja, sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-Ftehimiet Ewropej rilevanti u l-Protokolli addizzjonali tagħhom, u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni rispettivi.

3.Kwalunkwe entità legali minn pajjiżi terzi tista’ tipparteċipa fil-Programm ta’ Riċerka abbażi tal-proġetti individwali mingħajr ma tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja, dment li tali parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Unjoni.

Artikolu 8
Implimentazzjoni u kontribuzzjoni finanzjarja

1.Il-Programm ta’ Riċerka għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, permezz ta’ aġenziji eżekuttivi.

2.Il-finanzjament jista’ jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotjiet f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

Artikolu 9
Sigurtà

1.Il-proġetti ta’ riċerka b’użu doppju mwettqa skont il-Programm ta’ Riċerka għandhom jikkonformaw mar-regoli nazzjonali applikabbli dwar is-sigurtà, inklużi r-regoli dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE kontra divulgazzjoni mhux awtorizzata, u għandhom jikkonformaw ma’ kwalunkwe liġi rilevanti oħra tal-Unjoni u nazzjonali.

2.Fejn xieraq, il-proposti għandhom jinkludu awtovalutazzjoni tas-sigurtà li tidentifika kwalunkwe problema ta’ sigurtà u tiddeskrivi kif dik il-problema se tiġi indirizzata sabiex tinżamm il-konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti.

3.Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha twettaq proċedura ta’ skrutinju tas-sigurtà għal proposti li jqajmu problemi ta’ sigurtà.4.L-entitajiet legali li jipparteċipaw f’azzjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni kontra divulgazzjoni mhux awtorizzata ta’ informazzjoni klassifikata użata jew iġġenerata mill-azzjoni. Huma għandhom jipprovdu prova tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal jew tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità mill-awtoritajiet rilevanti tas-sigurtà nazzjonali, qabel il-bidu tal-attivitajiet ikkonċernati.

4.Jekk esperti esterni indipendenti jkollhom jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-UE, l-awtorizzazzjoni xierqa ta’ sigurtà għandha tkun meħtieġa qabel jinħatru dawk l-esperti.

5.Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ twettaq verifiki tas-sigurtà.

6.Il-proposti jew l-azzjonijiet li ma jikkonformawx mar-regoli tas-sigurtà skont dan l-Artikolu jistgħu jiġu miċħuda jew mitmuma fi kwalunkwe mument.

Kapitolu II

Linji gwida tekniċi

Artikolu 10
Sejħiet

1.Is-sejħiet għall-proposti għandhom jiġu ppubblikati darbtejn fis-sena. Il-kontenut u l-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal proposti għandhom ikunu konsistenti mal-Artikolu 197 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

2.Il-proposti għandhom ikunu relatati mal-objettivi tar-riċerka stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5, u fejn applikabbli, mal-objettivi prijoritarji elenkati fil-kundizzjonijiet tas-sejħa.

3.Il-proċedura ta’ evalwazzjoni, ta’ aġġudikazzjoni u ta’ selezzjoni għal proġetti ffinanzjati għandha ssir f’konformità mal-Artikoli 201, 202 u 203 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

4.Għall-finijiet tal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-kumitat tal-evalwazzjoni jista’ jkun magħmul parzjalment jew kompletament minn esperti esterni indipendenti. 

Artikolu 11
Għotjiet

1.Il-proġetti bbażati fuq il-proposti magħżula għandhom jiffurmaw is-suġġett ta’ ftehim ta’ għotja. Il-ftehimiet ta’ għotja għandhom isegwu l-mudell korporattiv tal-ftehimiet ta’ għotja mfassal mill-Kummissjoni, filwaqt li titqies, kif xieraq, in-natura tal-attivitajiet ikkonċernati.

2.Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw l-azzjonijiet f’konformità mal-kundizzjonijiet u mal-obbligi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u fil-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 12
Rati ta’ finanzjament

1.Għandha tapplika rata unika ta’ finanzjament għal kull azzjoni għall-attivitajiet kollha li tiffinanzja. Ir-rata massima għal kull azzjoni għandha tiġi stabbilita fil-kundizzjonijiet tas-sejħa.

2.Jistgħu jiġu rimborżati sa 100 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli ta’ azzjoni skont il-Programm ta’ Riċerka.

Fil-każ tal-entitajiet legali li skont il-forma legali tagħhom ikunu bi skop ta’ qligħ jew li jkollhom fini legali jew statutorja li jqassmu l-qligħ lill-azzjonisti jew lill-membri individwali tagħhom, sa 70 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu rimborżati. Bħala eċċezzjoni, l-SMEs għandhom ikunu eliġibbli għal rata ta’ finanzjament sa 100 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 13
Kostijiet indiretti

1.Il-kostijiet eliġibbli indiretti għandhom ikunu ta' 25 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli diretti, esklużi l-kostijiet eliġibbli diretti għas-sottokuntrattar, għall-appoġġ finanzjarju għall-partijiet terzi u għal kwalunkwe kost unitarju jew somma f’daqqa li jinkludu l-kostijiet indiretti. Fejn xieraq, il-kostijiet indiretti inklużi fil-kostijiet unitarji jew fis-somom f’daqqa għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tar-rata fissa msemmija fl-ewwel sentenza.

2.Minkejja l-paragrafu 1, jekk previst fil-kundizzjonijiet tas-sejħa, il-kostijiet indiretti jistgħu jiġu ddikjarati fil-forma ta’ somma f’daqqa jew ta’ kostijiet unitarji.

Artikolu 14
Kostijiet eliġibbli

1.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) 2024/2509, il-kostijiet tar-riżorsi li jsiru disponibbli minn partijiet terzi permezz tal-kontribuzzjonijiet in natura għandhom ikunu eliġibbli sal-kostijiet eliġibbli diretti tal-parti terza.

2.B’deroga mill-Artikolu 195(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, l-introjtu ġġenerat mill-valorizzazzjoni ma għandux jitqies bħala dħul tal-azzjoni.

Artikolu 15
Immaniġġjar tar-riżultati ta’ azzjoni

Il-benefiċjarji għandhom jimmaniġġjaw ir-riżultati ta’ azzjoni tagħhom f’konformità mal-obbligi stabbiliti fil-kundizzjonijiet tas-sejħa u fil-ftehim ta’ għotja.

Artikolu 16
Użu tal-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa

Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/695 għandhom ikopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tas-somom dovuti mill-benefiċjarji u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont l-Artikolu 155 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. L-ebda garanzija jew titolu addizzjonali ma għandu jiġi aċċettat minn benefiċjarji jew jiġi impost fuqhom.

Artikolu 17
Rapporti tekniċi

1.Għall-proġetti kollha, il-benefiċjarji għandhom ifasslu rapporti perjodiċi. Rapporti bħal dawn għandhom jintużaw biex jiddeskrivu l-progress tekniku li jkun sar. Ir-rapporti għandhom jiġu kondiviżi wkoll maċ-ċentru ta’ innovazzjoni tal-Kummissjoni għat-trasformazzjoni u l-emissjonijiet industrijali msemmi fl-Artikolu 27a tad-Direttiva 2010/75/UE.

2.Mat-tlestija tal-ħidma, il-benefiċjarji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport finali li jinkludi valutazzjoni tal-użu u tal-impatt. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dak ir-rapport b’mod sħiħ jew f’forma mqassra skont ir-rilevanza strateġika tal-proġett.

Artikolu 18
Rieżami finali tal-attività

1.Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami finali tal-attivitajiet wara l-għeluq tal-Programm ta’ Riċerka. Ir-rapport li jkun fih ir-rieżami għandu jintbagħat lill-Kumitat tal-Faħam u tal-Azzar.

2.Il-Kummissjoni tista’ taħtar esperti indipendenti bi kwalifiki għoljin biex jgħinu fir-rieżami finali tal-attività.

Kapitolu III

Linji gwida finanzjarji

Artikolu 19
Linji gwida finanzjarji

1.L-assi għandhom jiġu mmaniġġjati biex jipprovdu pagamenti annwali jew semiannwali fil-limiti tal-allokazzjonijiet annwali sabiex tiġi ffinanzjata r-riċerka kollaborattiva fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar. Il-pagamenti annwali jew semiannwali għandhom jiġu ffinanzjati mid-dħul nett mill-investimenti u mill-ammonti ta’ flus iġġenerati mill-bejgħ ta’ parti mill-assi, sal-ammont tal-allokazzjonijiet annwali.

2.Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-Artikoli 20 sa 26 fejn tqis li dan ikun xieraq. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid l-operat u l-effettività tal-linji gwida finanzjarji u għandha tipproponi kwalunkwe emenda fejn tqis li dan ikun xieraq.

Artikolu 20
Użu tal-fondi

1.L-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni, inklużi kemm il-portafoll tas-self tiegħu kif ukoll l-investimenti tiegħu, għandhom jintużaw kif neċessarju biex jiġu ssodisfati l-obbligi li jifdal tal-KEFA f’likwidazzjoni, f’termini tas-self pendenti tiegħu, tal-impenji tiegħu li jirriżultaw minn baġits operatorji preċedenti, u ta’ kwalunkwe responsabbiltà mhux prevedibbli.

2.L-assi li mhumiex neċessarji biex jiġu ssodisfati l-obbligi li jifdal tal-KEFA f’likwidazzjoni għandhom jiġu investiti b’mod prudenti mill-Kummissjoni, f’konformità mal-orizzont tal-investiment magħżul u użat għall-finanzjament tar-riċerka fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar.  

Artikolu 21
Orizzont tal-investiment, objettiv tal-investiment u tolleranza tar-riskju

1.L-assi għandhom jiġu investiti bl-objettiv li jiġi ppreżervat, u fejn possibbli jittejjeb, il-valur ta’ dawk l-assi biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet ta’ likwidità li jirriżultaw mis-sejħiet ta’ finanzjament (l-“objettiv tal-investiment”). L-objettiv tal-investiment għandu jiġi segwit matul l-orizzont tal-investiment u jitwassal b’livell għoli ta’ kunfidenza.

2.L-assi għandhom jiġu mmaniġġjati f’konformità mar-regoli prudenzjali u mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u mal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-Kummissjoni.

3.L-objettiv tal-investiment għandu jiġi eżegwit permezz tal-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ investiment prudenti bbażata fuq id-diversifikazzjoni fost il-klassijiet tal-assi eliġibbli, iż-żoni ġeografiċi, l-emittenti u l-maturitajiet (l-“istrateġija tal-investiment”). L-istrateġija tal-investiment għandha tiġi stabbilita filwaqt li jitqiesu l-orizzont tal-investiment u d-daqs tal-assi li jifdal, u biex jiġi żgurat li l-fondi neċessarji jkunu disponibbli f’forma likwida biżżejjed kif u meta jkunu meħtieġa.

4.L-istrateġija tal-investiment għandha tiġi espressa fil-forma ta’ allokazzjoni strateġika tal-assi, li għandha tistabbilixxi l-allokazzjonijiet indikattivi fil-mira għal kategoriji differenti ta’ assi finanzjarji eliġibbli.

5.Il-Kummissjoni għandha tirrifletti l-allokazzjoni strateġika tal-assi f’parametru referenzjarju strateġiku (il-“parametru referenzjarju”), li miegħu għandha titqabbel il-prestazzjoni tal-assi.

6.L-istrateġija tal-investiment u l-parametru referenzjarju għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, f’konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. F’każ li l-assi jiġu investiti biss f’kontijiet bankarji kurrenti u f’depożiti b’terminu, ma għandhomx ikunu meħtieġa parametru referenzjarju tal-investiment u strateġija tal-investiment.

7.L-istrateġija tal-investiment u l-parametru referenzjarju jistgħu jiġu mmodifikati mill-Kummissjoni f’każ ta’ bidla debitament iddokumentata u motivata fil-kundizzjonijiet ekonomiċi, ta’ bidla sostanzjali fil-ħtiġijiet u fis-sitwazzjoni tal-istrumenti li jikkontribwixxu jew ta’ bidla sinifikanti fl-istimi tal-fluss ta’ dħul jew ta’ ħruġ. Il-proċedura għall-modifika tal-istrateġija tal-investiment għandha tkun l-istess bħal dik tal-adozzjoni inizjali tagħha.

8.L-istrateġija ta’ investiment għandha tiġi stabbilita filwaqt li jitqiesu l-orizzont tal-investiment u t-tolleranza tar-riskju tal-assi.

Artikolu 22
Prinċipji tal-allokazzjoni tal-assi u investimenti eliġibbli

1.Għandha tiġi żgurata diversifikazzjoni suffiċjenti fost il-klassijiet kollha tal-assi u fi ħdanhom biex jitnaqqsu r-riskji ta’ investiment. Fil-prinċipju, aktar ma assi jkun riskjuż jew inqas ma jkun likwidu, aktar għandha tkun baxxa l-konċentrazzjoni tal-iskopertura.

2.L-iskopertura għall-klassijiet differenti ta’ assi u d-diversifikazzjoni jistgħu jinkisbu wkoll permezz tal-investimenti fl-impriżi ta’ investiment kollettiv jew fil-prodotti nnegozjati fil-borża.

3.L-assi għandhom jiġu investiti biss fl-istrumenti li ġejjin denominati f’euro:

(a)assi tas-suq monetarju;

(b)titoli ta’ introjtu fiss;

(c)investimenti kollettivi rregolati f’dejn u f’ekwità.

4.L-assi għandhom jiksbu skopertura għall-klassijiet tal-assi msemmija fil-paragrafu 3 permezz ta’ investiment fl-istrumenti li ġejjin jew ikunu involuti fl-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)depożiti;

(b)strumenti tas-suq monetarju u fondi tas-suq monetarju li joffru likwidità ta’ kuljum, kif irregolati bir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 ;

(c)strumenti ta’ dejn, bħal bonds, kambjali u noti, u strumenti titolizzati f’konformità mal-kriterji sempliċi, trasparenti u standardizzati stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 ;

(d)impriżi ta’ investiment kollettiv koperti bid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 , inklużi fondi nnegozjati fil-borża li jinvestu f’ekwità jew fi strumenti ta’ dejn fejn it-telf massimu ma jistax jaqbeż l-ammonti investiti;

(e)ftehimiet ta’ riakkwist f’konformità mal-prinċipju stabbilit mill-Artikolu 215(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509;

(f)ftehimiet ta’ retroriakkwist;

(g)operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli b’sistemi tal-ikklerjar rikonoxxuti, inklużi Clearstream u Euroclear, jew ma’ istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin li jispeċjalizzaw f’dak it-tip ta’ operazzjoni.

5.Derivattivi, fil-forma ta’ kuntratti forward u tal-futuri u ta’ swaps, għandhom jintużaw biss għall-finijiet tal-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll u mhux għall-finijiet ta’ spekulazzjoni jew ta’ ingranaġġ ta’ pożizzjonijiet. Dawk id-derivattivi jistgħu jintużaw għall-aġġustament tad-durata, għall-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu jew ta’ riskju rilevanti ieħor jew għal bidliet fl-allokazzjoni tal-assi b’mod konsistenti mal-politika ta’ investiment.

6.L-assi jistgħu jiġu investiti f’assi likwidi tas-suq tal-flus u f’bonds denominati f’dollari Amerikani maħruġa minn entitajiet sovrani u supranazzjonali għall-finijiet biss tad-diversifikazzjoni u tal-iskopertura għal kurva oħra tar-rati tal-imgħax. Kwalunkwe riskju tal-munita għandu jiġi ħħeġġjat billi jsir użu xieraq ta’ swaps jew ta’ strumenti oħra għall-iħħeġġjar tal-munita, kif speċifikat fil-paragrafu 5.

7.F’konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 il-Kummissjoni tista’ twessa’ l-ambitu tal-investimenti eliġibbli biex jiġu inklużi klassijiet ta’ assi u operazzjonijiet ta’ investiment oħrajn konsistenti mal-istrateġija u mal-objettivi ta’ investiment, kif ukoll muniti ta’ ekonomiji avvanzati oħra, kif elenkati minn żmien għal żmien mill-Fond Monetarju Internazzjonali u soġġetti għall-iħħeġġjar tar-riskju tal-munita. Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġu inklużi klassijiet ta’ assi ġodda, operazzjonijiet ta’ investiment jew muniti ta’ ekonomiji avvanzati għandha tiġi appoġġata minn ġustifikazzjoni sostanzjata għal kull klassi ta’ assi, operazzjoni jew munita, ta’ kif il-possibbiltajiet ta’ investiment estiżi se jtejbu l-prestazzjoni tar-riskju/redditu tal-assi. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-kapaċitajiet operazzjonali meħtieġa biex jiġu appoġġati dawk il-possibbiltajiet ġodda ta’ investiment.

Artikolu 23
Kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza

L-istrateġija tal-investiment għandha tiġi implimentata billi jiġu ffavoriti l-investimenti ambjentali, soċjali u ta’ governanza meta dawn ikunu disponibbli u possibbli, dment li dawn jallinjaw mal-kriterji ta’ mmaniġġjar tar-riskju.  Il-linji gwida dettaljati applikabbli għall-investimenti ambjentali, soċjali u ta’ governanza jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, f’konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

Artikolu 24
Trasferiment għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

Id-dħul nett mill-investimenti tal-assi, u l-ammonti ta’ flus iġġenerati mill-bejgħ ta’ parti mill-assi jew tat-totalità tagħhom, għandhom jiġu ttrasferiti mill-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar meta jkun neċessarju biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ pagament mil-linja baġitarja diretta lejn programmi ta’ riċerka għal setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar.

Artikolu 25
Ammonti li jifdal

Kwalunkwe ammont mhux minfuq u rkuprat li jifdal wara l-implimentazzjoni tal-aħħar sejħa għandu jkun disponibbli għall-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar.

Artikolu 26
Proċeduri ta’ kontabilità u ta’ mmaniġġjar

1.L-immaniġġjar tal-fondi għandu jiġi kkunsidrat fil-kontijiet annwali għall-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, fil-kontijiet annwali għall-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar. Dawk il-kontijiet għandhom ikunu bbażati fuq ir-Regoli Kontabilistiċi tal-Kummissjoni u ppreżentati f’konformità ma' dawn ir-Regoli hekk kif adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, tal-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar. Il-kontijiet għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni u eżaminati mill-Qorti tal-Awdituri. Il-Kummissjoni għandha tqabbad ditti esterni biex iwettqu awditu annwali tal-kontijiet tagħha.

2.Fir-rigward tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, tal-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, il-Kummissjoni għandha twettaq l-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar imsemmija fl-Artikoli 20 sa 26 skont ir-regoli u l-proċeduri interni tal-Kummissjoni.

3.Kull sena, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dettaljat dwar l-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar imwettqa skont l-Artikoli 20 sa 26, u tibagħtu lill-Istati Membri. Fir-rapport annwali, il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-klassijiet ta’ assi differenti, dwar ir-raġunijiet wara l-għażla tagħha li tinvesti fi klassijiet ta’ assi speċifiċi u dwar il-prestazzjoni osservata ta’ kull klassi ta’ assi.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 27
Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament ta’ ċerti proġetti ta’ riċerka

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-finanzjament tal-proġetti ta’ riċerka, fejn l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni skont il-Programm ta’ Riċerka jkun ta’ EUR 5 miljun jew aktar;

2.Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(3).

Artikolu 28
Immaniġġjar tal-Programm ta’ Riċerka u l-proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha timmaniġġja l-Programm ta’ Riċerka. Għandha tkun assistita minn gruppi tekniċi u konsultattivi, stabbiliti b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Faħam u tal-Azzar.  Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 

4.Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sat-terminu għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir hekk.

Artikolu 29
Tħassir u miżuri tranżizzjonali

Id-Deċiżjonijiet 2003/77/KE u 2008/376/KE huma mħassra.

Madankollu, id-Deċiżjoni 2008/376/KE għandha tkompli tapplika għall-finanzjament tal-azzjonijiet li jirriżultaw minn proposti ppreżentati għal sejħiet ippubblikati sal-31 ta’ Diċembru 2026.

Meta jkun neċessarju, kwalunkwe kompitu li jifdal tal-Kumitat tal-Faħam u tal-Azzar stabbilit bid-Deċiżjoni 2008/376/KE relatat mal-azzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandu jitwettaq mill-Kumitat tal-Faħam u tal-Azzar imsemmi fl-Artikolu 28 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 30
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2027.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3

1.3.Objettiv(i)3

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17

3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24

3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24

3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25

3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26

3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29

4.Dimensjonijiet diġitali29

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30

4.2.Data30

4.3.Soluzzjonijiet diġitali31

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/76/KE

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Riċerka u Innovazzjoni

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

Il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (RFCS, Research Fund for Coal and Steel) huwa programm ta’ finanzjament tal-UE li jappoġġa l-proġetti ta’ riċerka fil-faħam u fl-azzar. Permezz ta’ għotjiet jikkofinanzja proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fl-oqsma tal-faħam u tal-azzar.

Fil-bażi legali attwali, il-fond jappoġġa l-proġetti fl-universitajiet, fiċ-ċentri tar-riċerka, u fil-kumpaniji privati. L-attivitajiet ta’ riċerka tal-RFCS għandhom jiffukaw fuq it-teknoloġiji li jwasslu għall-produzzjoni tal-azzar b’livell kważi żero ta’ karbonju u fuq il-proġetti ta’ riċerka għall-immaniġġjar tat-tranżizzjoni ġusta tal-minjieri tal-faħam li kienu joperaw fil-passat jew tal-minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u tal-infrastruttura relatata.

Objettivi tar-riforma

Ir-riforma proposta għandha l-għan li tissimplifika u ttejjeb il-funzjonament tal-RFCS, filwaqt li tagħmlu aktar aċċessibbli u attraenti għall-industrija, inkluż għall-SMEs, għaċ-ċentri tar-riċerka u għall-akkademja. Il-kundizzjonijiet riveduti tas-sejħiet se jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji ta’ investiment għall-industrija. L-objettivi konġunti tad-dekarbonizzazzjoni u tal-kompetittività stabbiliti fil-Boxxla għall-Kompetittività u fil-Patt għal Industrija Nadifa (flimkien mal-implimentazzjoni settorjali mmirata speċifika deskritta fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Azzar u l-Metalli), kif ukoll f’inizjattivi rilevanti oħra ta’ appoġġ immirati lejn it-tranżizzjoni tas-setturi tal-faħam u tal-azzar, jistgħu jinkisbu biss jekk il-kapital privat ikun appoġġat minn qafas koerenti u koordinat ta’ finanzjament pubbliku.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Skont ir-riforma proposta tal-RFCS, il-Programm ta’ Riċerka għandu l-objettiv li jappoġġa r-riċerka kollaborattiva fis-setturi tal-faħam u tal-azzar, inkluża r-riċerka dwar l-aspetti ta’ użu doppju. Il-Programm ta’ Riċerka għandu jipprovdi wkoll appoġġ għat-teknoloġiji trasformattiva tal-azzar nadif, li jikkontribwixxu għall-objettivi tan-newtralità klimatika fl-Ewropa, u jsaħħu l-awtonomija strateġika tal-UE tul il-katina tal-valur tal-azzar. Barra minn hekk, il-Programm ta’ Riċerka għandu jipprovdi appoġġ għal proġetti ta’ riċerka għall-immaniġġjar tat-tranżizzjoni ġusta ta’ minjieri tal-faħam li kienu joperaw fil-passat jew ta' minjieri tal-faħam fil-proċess tal-għeluq u tal-infrastruttura relatata u r-reġjuni li jinsabu fihom. Il-Programm ta’ Riċerka għandu wkoll l-għan li jippromwovi l-valorizzazzjoni tal-eżiti tar-riċerka biex tissaħħaħ ir-rilevanza tagħhom għas-suq u jiġi appoġġat il-potenzjal tagħhom għal varar skalabbli. Il-Programm ta’ Riċerka għandu l-għan li jkun konsistenti mal-objettivi politiċi, xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni, u għandu jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri. 1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

L-impatti mistennija tar-riforma huma dawn li ġejjin:

– Iż-żieda fl-assenjazzjonijiet annwali tippermetti proġetti ta’ riċerka aktar ambizzjużi, li jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-miri klimatiċi sal-2050 filwaqt li tinżamm il-kompetittività.

– Ir-riforma tippermetti wkoll li jiġu implimentati r-rati ta’ finanzjament riveduti li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, jiġifieri dawk tal-kumpaniji privati, tal-universitajiet u taċ-ċentri tar-riċerka, u tikkontribwixxi biex tattira aktar investimenti u parteċipazzjoni usa’ għall-programm tal-RFCS.

– Ir-razzjonalizzazzjoni tal-objettivi tar-riċerka li jkunu aktar adattati għar-realtajiet attwali li qegħdin jiffaċċjaw is-setturi tal-azzar u tal-faħam, tkun ta’ għajnuna biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-programm. Ir-riforma proposta tintroduċi wkoll rekwiżit biex jitwettqu attivitajiet ta’ varar u ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-Ewropa, biex jiġi żgurat l-aħjar impatt tal-proġetti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni għall-kompetittività tal-UE.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

L-implimentazzjoni tal-programm tal-RFCS bħalissa hija mmonitorjata mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA, European Research Executive Agency), li hija responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-programm, f’kollaborazzjoni mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-istatus ta’ implimentazzjoni tiegħu. Mingħajr preġudizzju għall-Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji li jmiss għad-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Aġenziji Eżekuttivi, skont il-QFP futur, id-DĠ RTD jipprevedi li jiddelega dan il-kompitu lil Aġenzija Eżekuttiva. Din il-ħidma teħtieġ laqgħat ta’ koordinazzjoni regolari u rapportar annwali, li jipprovdu feedback strutturat dwar kif il-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal objettivi ta’ politika usa’ tal-UE. Ir-rapportar se jipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-attraenza tal-programm, billi jipprovdi data dwar l-evoluzzjoni tal-għadd ta’ proposti. Diskussjoni regolari mal-kumitat konsultattiv u mal-Kumitat tal-Faħam u tal-Azzar (COSCO, Coal and Steel Committee) se tgħin ukoll biex jiġi vvalutat kif ir-riforma tal-RFCS qiegħda tindirizza l-ħtiġijiet tar-R&I, u r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-partijiet ikkonċernati.

Il-progress tekniku tal-portafolji speċifiċi tal-proġetti skont l-RFCS se jkompli jiġi mmonitorjat ukoll mill-Gruppi Tekniċi tal-Faħam u l-Azzar (“il-Gruppi Tekniċi” jew TGs, “Technical Groups”), li jinkludu grupp wieħed għall-faħam u ħamsa għall-azzar. Dawn il-gruppi huma magħmula minn esperti rikonoxxuti ta’ livell għoli b’esperjenza sostanzjali fis-subsetturi rispettivi tagħhom. L-informazzjoni dwar il-Gruppi Tekniċi – inklużi s-sħubija tagħhom, l-aġendi tal-laqgħat, u dettalji oħra – hija disponibbli għall-pubbliku fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni. L-immaniġġjar tat-TGs bħalissa huwa fdat lill-REA, kif stabbilit fil-Memorandum ta’ Qbil bejn l-REA u d-DĠ RTD.

Il-Gruppi Tekniċi jipprovdu ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-iżviluppi teknoloġiċi fid-dominji speċifiċi tagħhom. Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq l-informazzjoni miġbura minn proġetti ffinanzjati mill-RFCS, primarjament permezz ta’ laqgħat annwali mfassla apposta bejn il-Gruppi Tekniċi u l-koordinaturi tal-proġetti, li bħalissa huma organizzati mill-REA.

Barra minn hekk, il-Gruppi Tekniċi huma mistennija jipproduċu l-kontenut neċessarju biex l-REA tipprovdi r-rapporti annwali li joffru analiżi usa’ tal-portafolji li tqis ukoll l-iżviluppi fl-oqsma relatati u fi programmi Ewropej paralleli. Dan jiżgura fehim aktar integrat tal-progress u tal-impatt fl-ekosistema tal-innovazzjoni.

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 39  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw is-setturi tal-faħam u tal-azzar u l-prijoritizzazzjoni politika biex jappoġġaw b’mod konġunt id-dekarbonizzazzjoni u l-kompetittività, flimkien mal-isfidi tar-reġim finanzjarju tal-RFCS, l-effettività limitata tar-riforma tal-2021 u l-feedback reċenti mill-partijiet ikkonċernati jindikaw il-ħtieġa li tiġi riveduta l-bażi legali tal-RFCS sabiex tissaħħaħ l-attraenza tiegħu u jiġi mmassimizzat l-impatt tiegħu.

Mhux biss il-kundizzjonijiet tas-sejħiet jeħtieġu reviżjoni, speċjalment f’termini tar-rati ta’ finanzjament, iżda huwa neċessarju wkoll il-bejgħ ulterjuri tal-assi tal-fond sabiex ikompli jiġi pprovdut appoġġ adegwat għar-R&I matul il-fażi ta’ tranżizzjoni diffiċli għad-dekarbonizzazzjoni. L-RFCS huwa programm orjentat lejn l-industrija li appoġġa l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp u ta’ innovazzjoni fost iż-żewġ komunitajiet tal-faħam u tal-azzar sa mill-2003. Huwa importanti li l-fond ikompli jappoġġa wkoll l-industrija bħalissa u fit-terminu qasir biex tiġi ggarantita tranżizzjoni rapida.

Għalhekk, it-twaqqif tar-reġim attwali tal-użu ta’ parti mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni biex jiġi ffinanzjat il-programm (li se jiskadi fl-aħħar tal-2027) ma huwiex sostenibbli u ma jippermettix programm sinifikattiv jekk jiġi ffinanzjat mid-dħul biss u mhux mill-assi.

F’dan ir-rigward, hemm opportunità f’waqtha biex tiġi rriveduta l-bażi legali tal-programm u jissaħħaħ ir-rwol tar-riċerka u tal-innovazzjoni fl-appoġġ effettiv tas-setturi tal-faħam u tal-azzar matul it-tranżizzjoni tagħhom. Il-kundizzjonijiet attwali tas-sejħiet, l-objettivi tar-riċerka, u l-baġit disponibbli ma humiex qegħdin jingranaw biżżejjed investiment fir-R&I mill-industrija u ma joffrux kundizzjonijiet attraenti tas-sejħiet għall-akkademja u lanqas għall-industrija.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Peress li l-bażi legali tal-RFCS hija bbażata fuq il-Protokoll 37 anness mat-Trattati, din taqa’ taħt il-kompetenza tal-UE. Il-miżuri li jimplimentaw il-Protokoll huma stabbiliti f’Deċiżjoni tal-Kunsill, li r-reviżjoni tagħha taqa’ taħt id-dritt ta’ inizjattiva esklużiv tal-Kummissjoni għal proposti leġiżlattivi.

Matul is-snin, il-Programm tal-RFCS ipprovda avvanzi sinifikanti għaż-żewġ setturi. Dawn l-avvanzi huma kkompilati fir-rapporti reċenti mill-gruppi tekniċi tal-RFCS għall-faħam u għall-azzar u huma bbażati fuq il-kollaborazzjoni qawwija bejn l-entitajiet minn diversi Stati Membri tal-UE u minn diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet. Għall-kumpaniji tal-azzar u għall-universitajiet li pparteċipaw fil-proġetti ta’ riċerka, il-benefiċċji varjaw minn tnaqqis fil-kostijiet (li jirriżulta minn iffrankar fl-użu tal-enerġija u/jew fil-materja prima), żieda fil-produttività, sostenibbiltà mtejba u/jew il-kisba ta’ sehem ġdid mis-suq permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi tal-azzar. Għas-settur tal-faħam, l-RFCS ikkontribwixxa għat-titjib tas-saħħa u tas-sikurezza fil-minjieri u għall-minimizzazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet ta’ wara l-estrazzjoni fuq l-ambjent.

L-RFCS tfassal biex ikun programm ta’ riċerka industrijali, li huwa mfassal speċifikament biex jappoġġa l-kollaborazzjoni transfruntiera, u fl-istess ħin jippermetti kollaborazzjoni bejn l-industrija u l-akkademja bl-għan li jappoġġa riċerka industrijali magħmula apposta għal dan.

Ir-riforma proposta tikkontribwixxi ferm għall-objettivi ta’ politika fit-tul tal-UE u tindirizza l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati. Il-frontloading tal-investiment jippermetti proġetti ambizzjużi ta’ riċerka, li jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-miri klimatiċi sal-2050 filwaqt li tinżamm il-kompetittività. Dan ikun jippermetti wkoll li jiġu ffinanzjati r-rati ta’ finanzjament riveduti li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u jikkontribwixxu biex jattiraw aktar investimenti u parteċipazzjoni usa’ għall-programm tal-RFCS. Ir-razzjonalizzazzjoni tal-objettivi tar-riċerka li jkunu aktar adattati għar-realtajiet attwali li qegħdin jiffaċċjaw is-setturi, tkun ta’ għajnuna biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-programm. Ir-riforma proposta tintroduċi wkoll rekwiżit biex jitwettqu attivitajiet ta’ varar u ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-Ewropa, biex jiġi żgurat l-aħjar impatt tal-proġetti tar-R&I għall-kompetittività tal-UE.

Fir-rigward tat-twaqqit, ir-riforma tkun idealment tidħol fis-seħħ f’Jannar 2027. Filwaqt li dan it-twaqqit ma ntalabx speċifikament mill-partijiet ikkonċernati, dan joffri kundizzjonijiet tas-sejħa aktar attraenti aktar kmieni. Dan ikun jikkorrelata ma’ sensiela ta’ miżuri li għandhom l-għan li jappoġġaw l-industriji intensivi fl-enerġija (pereżempju l-Att għall-Aċċellerazzjoni tad-Dekarbonizzazzjoni Industrijali), kif deskritt fl-introduzzjoni. Fil-fatt, din ir-riforma għandha tinftiehem f’kuntest ta’ politika usa’ li fih is-setturi intensivi fl-enerġija jitqiesu bħala atturi ewlenin għall-kompetittività industrijali u għall-istrateġija ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Is-sejbiet tal-evalwazzjoni interna mwettqa għall-perjodu 2021-2024 enfasizzaw li l-RFCS wera l-effiċjenza tiegħu permezz tas-sejħa annwali fl-appoġġ tas-setturi tal-faħam u tal-azzar permezz ta’ riċerka kollaborattiva eċċellenti u l-involviment tas-settur privat. Madankollu, dan wera wkoll li naqas milli jissodisfa l-aspettattivi tar-riforma tal-2021 fir-rigward tas-sejħiet il-kbar, kif rifless mill-infiq insuffiċjenti tal-programm. Fil-kundizzjonijiet attwali, il-programm u b’mod partikolari s-sejħiet il-kbar ma humiex attraenti biżżejjed biex jiġġeneraw l-investiment privat kbir neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi attwali tad-dekarbonizzazzjoni industrijali.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-programm tal-RFCS huwa soġġett għall-Protokoll 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar. Il-Protokoll jgħid b’mod espliċitu li d-dħul mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni għandu jintuża esklużivament għar-riċerka, barra mill-programm qafas għar-riċerka, fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar. Madankollu, jistgħu jiġu stabbiliti sinerġiji mal-Orizzont Ewropa li jmiss u mal-Fond għall-Kompetittività. Il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar jista’ jindirizza l-ispettru sħiħ tal-isfidi tar-riċerka fis-setturi tal-faħam u tal-azzar, kif ukoll jingrana investimenti pubbliċi u privati addizzjonali fir-R&I. B’hekk, jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ ulterjuri tax-xenarju Ewropew tar-riċerka u tal-innovazzjoni u jaċċellera l-kummerċjalizzazzjoni u d-diffużjoni tal-innovazzjoni.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-finanzjament se jikkonsisti esklużivament mill-assi li jifdal tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar f’likwidazzjoni, kif ukoll mid-dħul iġġenerat minn dawn l-assi. Il-KEFA kienet iffinanzjata (i) mill-imposti li l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-faħam u tal-azzar kellhom iħallsu abbażi tal-produzzjoni tagħhom u (ii) mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE aktar tard. Dawn ir-riżorsi jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-assi ġġenerati. Il-fond se jkompli jeżisti bħala tali sal-eżawriment tal-assi.

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

   fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2027

   impatt finanzjarju mill-2027 sal-2030 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2027 sal-2034 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

lill-korpi tad-dritt pubbliku

lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Ir-regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar għal dan il-programm se jsegwu r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

Il-progress tal-programm lejn l-objettivi tiegħu se jitkejjel permezz tal-monitoraġġ imwettaq mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea, bħalissa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA, Research Executive Agency) bl-appoġġ tal-Gruppi Tekniċi tal-RFCS (ħamsa għall-azzar u tnejn għall-faħam).

Id-data kollha dwar il-proċessi ta’ mmaniġġjar tal-programm (l-applikazzjonijiet, ir-rati ta’ suċċess, iż-żmien għall-għotja, it-tip ta’ benefiċjarji, eċċ.) se tinġabar u tinħażen fil-Maħżen Virtwali tad-Data tal-Għotjiet Elettroniċi.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta fdata lill-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) UE, Euratom) 2024/2509. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni se tkompli tibbaża fil-parti l-kbira fuq l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA), stabbilita f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill 58/2003. Id-delega tal-attivitajiet lil din l-Aġenzija Eżekuttiva hija soġġetta għal Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji ex ante mandatorja u indipendenti u l-esperti esterni jagħmlu evalwazzjonijiet regolari tal-Aġenzija. L-Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji msemmija hawn fuq se tikkunsidra wkoll il-kostijiet tal-kontroll u tas-superviżjoni. L-evalwazzjonijiet interim imwettqa fl-2012 u fl-2015 jikkonfermaw l-effiċjenza għolja u l-valur miżjud tal-Aġenziji Eżekuttivi fl-implimentazzjoni tal-programm. L-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, l-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom jiġu mmaniġġjati biex jipprovdu pagamenti annwali fi ħdan il-limiti tal-allokazzjoni sabiex jiffinanzjaw ir-riċerka kollaborattiva fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u tal-azzar. Il-pagamenti annwali għandhom jiġu ffinanzjati mid-dħul nett mill-investimenti u mir-rikavati ġġenerati mill-bejgħ ta’ parti mill-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-tlestija tal-likwidazzjoni, mill-assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, sal-ammont annwali ta’ krediti ta’ pagament stabbiliti mis-servizz deżinjat tal-Kummissjoni. Il-linji gwida finanzjarji ġew rieżaminati jew issupplimentati, jekk xieraq. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid l-operat u l-effettività tal-linji gwida finanzjarji u għandha tipproponi kwalunkwe emenda xierqa. L-istrateġija ta’ kontroll tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar se tiġi allinjata ma’ dik għall-Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni. Għalhekk, se tibbenefika mill-miżuri kollha ta’ simplifikazzjoni introdotti skont Orizzont Ewropa. Ġew introdotti miżuri ta’ simplifikazzjoni biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Finanzjament tal-Programm ta’ Riċerka fil-forma ta’ għotjiet f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Il-bidliet proposti fil-modalitajiet ta’ finanzjament (somma f’daqqa) se jiżguraw l-allinjament ma’ dawk tal-programm ta’ riċerka tal-UE u jikkontribwixxu biex jimminimizzaw il-vulnerabbiltà għall-erruri finanzjarji. Il-proposta se tkun qiegħda timplimenta rata ta’ finanzjament waħda għal kull azzjoni għall-attivitajiet kollha li tiffinanzja. Ir-rata massima għal kull azzjoni tiġi stabbilita fil-kundizzjonijiet tas-sejħa. Fir-riforma proposta, sa 100 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli ta’ azzjoni skont il-Programm ta’ Riċerka jistgħu jiġu rimborżati, ħlief għall-entitajiet legali bi skop ta’ qligħ fejn jistgħu jiġu rimborżati sa 70 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli. Bħala eċċezzjoni, l-SMEs għandhom ikunu eliġibbli għal rata ta’ finanzjament sa 100 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli. Ir-riforma proposta tipprevedi li jiġi stabbilit il-mod kif il-kostijiet indiretti jistgħu jiġu ddikjarati fil-kundizzjonijiet tas-sejħa, li għandhom jindikaw jekk jistgħux jiġu applikati l-kostijiet unitarji jew is-somom f’daqqa. L-ixprunatur ewlieni għall-adozzjoni tal-finanzjament b’somma f’daqqa mhux se jkun it-tnaqqis tar-rata ta’ erruri, iżda l-ilħuq tal-objettivi kollha tal-programm. Il-programm jibbenefika minn servizzi kosteffettivi pprovduti fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ programmi taħt ġestjoni diretta (ġestjoni ċentralizzata tal-esperti tal-evalwazzjoni, awditu ex post, IT, eċċ.). L-istrateġija ta’ kontroll hija bbażata fuq il-proċeduri għall-għażla tal-aħjar proġetti u biex dawn jissarrfu fi strumenti legali:

– l-immaniġġjar tal-proġetti u tal-kuntratti matul il-ħajja ta’ kull proġett; il-verifiki ex ante fuq 100 % tal-pretensjonijiet tal-kostijiet,

– iċ-ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ogħla minn ċertu livell limitu, u ċ-ċertifikazzjoni dwar il-metodoloġiji għall-kalkolu tal-kostijiet unitarji jew il-valutazzjoni ex ante fuq bażi volontarja;

– l-awditi ex post (aleatorji u bbażati fuq ir-riskju) fuq kampjun ta’ pretensjonijiet imħallsa għal għotjiet taħt il-kostijiet reali;

– ir-rieżamijiet regolari tal-proġetti dwar l-implimentazzjoni teknika u r-riżultati għall-għotjiet kollha;

– ir-rieżamijiet tekniċi ex post fuq kampjun ta’ għotjiet.

Din l-istrateġija u l-approċċ ta’ kontroll urew l-effiċjenza finanzjarja tagħhom sa mid-delega tal-programm lill-REA, kif irrapportat fl-evalwazzjoni esterna triannwali tal-Aġenzija. Barra minn hekk, ir-riżultati mill-kontrolli ex post juru li din l-istrateġija ta’ kontroll tippermetti ż-żamma ta’ riskju ta’ legalità/regolarità taħt il-livell limitu ta’ 2 %.

Ir-rata ta’ errur identifikata għall-aħħar sentejn tal-RFCS hija ta’ 2,03 %, b’rata tal-erruri “residwi” ta’ 1,70 %, wara li jitqiesu l-irkupri u l-korrezzjonijiet kollha li ġew implimentati jew li se jiġu implimentati. Bl-introduzzjoni tas-somom f’daqqa u tal-Għażliet ta’ Kostijiet Issimplifikati (SCOs, Simplified Cost Options), huwa mistenni li tinżamm rata ta’ errur identifikata taħt it-2 %.

Bħalissa, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA) qiegħda timplimenta l-RFCS. Mingħajr preġudizzju għall-Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji li jmiss għad-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Aġenziji Eżekuttivi, skont il-QFP futur, id-DĠ RTD jipprevedi li jiddelega dan il-kompitu lil Aġenzija Eżekuttiva.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

L-implimentazzjoni tas-sejħiet tal-RFCS se tiġi mmaniġġjata f’kundizzjonijiet u skont proċessi tan-negozju simili għall-immaniġġjar tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (PQ). B’riżultat ta’ dan, ir-riskji huma simili għall-PQ u huma relatati b’mod partikolari mal-kisbiet tal-objettiv stabbilit fil-proposti evalwati b’mod pożittiv u l-iżgurar tal-legalità/tar-regolarità fl-għotjiet żborżati għar-rimborż tal-kostijiet imġarrba.

Sa fejn ikun possibbli, l-REA se tapplika strateġiji ta’ kontroll ex ante u ex post simili biex tiżgura l-legalità/ir-regolarità tal-operazzjonijiet. Dan jinkludi ċirkwit finanzjarju b’kontropiż fejn l-unità finanzjarja ċentrali tivverifika l-operazzjonijiet kollha tal-infiq u strateġija ta’ kontroll ex post miftiehma mal-RTD u implimentata f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-unità ta’ kontroll ex post tad-DĠ RTD. Ir-rati ta’ errur misjuba matul il-kontrolli ex post tas-snin preċedenti wrew li kienu mrażżna fi ħdan ir-rata tollerabbli ta’ errur ta’ 2 %.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

L-istima aktar konservattiva tal-kostijiet tas-sistema ta’ kontroll (evalwazzjoni, għażla, immaniġġjar tal-proġett, kontroll ex ante u ex post) jinsabu fil-medda ta’ bejn 2 % sa 4 % fost is-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas ta’ Riċerka Orizzont Ewropa. Huwa stmat li l-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar huwa fl-istess medda ta’ bejn 2% sa 4 %. Dan huwa kkunsidrat bħala kost raġonevoli fid-dawl tal-isforzi meħtieġa sabiex jiġi żgurat li jinkisbu l-objettivi u tal-għadd ta’ tranżazzjonijiet involuti. Ir-riskju ta’ errur mistenni mal-pagament għall-għotjiet b’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż tal-kostijiet ineliġibbli huwa ta’ bejn 2,0 sa 3,0 %. Ir-riskju ta’ errur fl-għeluq (wara l-effett tal-kontrolli u tal-korrezzjonijiet) huwa ta’ anqas minn 2 % għall-Programm ta’ Riċerka tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar. Ir-riskju ta’ errur mistenni għall-għotjiet b’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq finanzjament b’somma f’daqqa huwa qrib iż-0 % (mal-pagament jew fl-għeluq). L-aspettattiva kumplessiva għar-rati ta’ errur se tiddependi mill-bilanċ bejn iż-żewġ metodi ta’ finanzjament (ir-rimborż tal-kostijiet eliġibbli u s-somom f’daqqa). L-għan tal-Kummissjoni huwa li, meta xieraq, tapplika l-mudell ta’ finanzjament b’somma f’daqqa. Madankollu, l-ixprun ewlieni għall-adozzjoni tal-finanzjament tb'somma f’daqqa mhux se jkun it-tnaqqis tar-rata ta’ errur, iżda l-kisba tal-objettivi kollha tal-programm.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Il-kontrolli ex-ante robusti applikati għall-kontrolli ex-post kollha tan-nefqa u bbażati fuq il-kampjuni u fuq ir-riskju jikkontribwixxu kemm għall-identifikazzjoni kif ukoll għall-korrezzjoni tal-erruri.

Is-servizzi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġit tal-Programm ta’ Riċerka huma determinati li jiġġieldu kontra l-frodi fl-istadji kollha tal-proċess ta’ mmaniġġjar tal-għotjiet. Huma żviluppaw, u qegħdin jimplimentaw, strateġiji komuni u settorjali kontra l-frodi, inkluż l-użu msaħħaħ tal-intelligence, speċjalment bl-użu ta’ għodod avvanzati tal-IT, ta’ taħriġ u informazzjoni għall-persunal, u ta’ preżentazzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni għall-benefiċjarji tal-għotjiet u għall-Gruppi tekniċi. Dawn l-isforzi se jkomplu, u l-attivitajiet ta’ kontra l-frodi u ta’ valutazzjoni tar-riskju se jkomplu jissaħħu bis-saħħa tal-iżvilupp attwali mis-servizzi ċentrali tal-għodda korporattiva għall-kejl tar-riskju ARACHNE. B’mod ġenerali, il-miżuri proposti għandhom ikomplu jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi, li se jkomplu skont il-Programm ta’ Riċerka, u evalwazzjoni u kontroll xjentifiċi msaħħa. Għandu jissaħħaq li l-frodi identifikata kienet kontinwament baxxa ħafna fi proporzjon man-nefqa totali fuq ir-riċerka u fuq l-innovazzjoni iżda, minkejja dan, is-servizzi inkarigati bl-implimentazzjoni tal-baġit għall-Programm ta’ Riċerka għadhom impenjati bis-sħiħ biex jiġġilduha. Il-leġiżlazzjoni se tiżgura li l-awditi, ir-rieżamijiet u l-investigazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni, inklużi l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), kif ukoll l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), bl-użu tad-dispożizzjonijiet standard li diġà qegħdin jintużaw skont il-Programm ta’ Riċerka.

F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mar-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF, Office européen de lutte antifraude) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi l-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post, biex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa kompetenti biex jinvestiga u jieħu l-passi legali kontra frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi l-fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, kif xieraq, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 40 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 41

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 42

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

01

01 20 03 02 - Faħam

Diff.

LE

LE

LE

IVA

01

01 20 03 01 - Azzar

Diff.

LE

LE

LE

IVA

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

01

DĠ: RTD

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2028-2034

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja

Impenji

(1a)

 

 

 

 

0,000

0,000

Pagamenti

(2a)

 

 

 

 

0,000

0,000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

 

 

 

 

0,000

0,000

Pagamenti

(2b)

 

 

 

 

0,000

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 

Linja baġitarja

 

(3)

 

 

 

 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ RTD

Impenji

=1a+1b+3

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

=2a+2b+3

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (inkluża l-kontribuzzjoni għall-aġenzija deċentralizzata) 

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 1

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP

2028-2034

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

Nefqa amministrattiva

DĠ RTD

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

WARA l-2034

TOTAL GLOBALI

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Riżorsi umani

0,780

0,780

0,780

0,780

0,101

0,000

0,000

3,221

0,000

3,221

Nefqa amministrattiva oħra

0,050

0,050

0,050

0,050

0,000

0,000

0,000

0,200

0,200

TOTAL TAD-DĠ RTD

Approprjazzjonijiet

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

01

Riċerka u Innovazzjoni

DĠ: RTD

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP

2028-2034

TOTAL QFP

2021-2027

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja : 01 20 03 01 u 01 20 03 02

Impenji

(1a)

200,000 

200,000 

200,000 

200,000 

600,000

200,000

800,000

Pagamenti

(2a)

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1 016 000

112,000

1128,000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

 

 

 

 

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(2b)

 

 

 

 

0,000

0,000

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 

Linja baġitarja

 

(3)

 

 

 

 

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ RTD

Impenji

=1a+1b+3

200,000

200,000

200,000

200,000

0,000

0,000

0,000

0,000

600,000

200,000

80,000

Pagamenti

=2a+2b+3

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1016,000

112,000

1128,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

200,000

200,000

200,000

200,000

0,000

0,000

0,000

0,000

600,000

200,000

800,000

Pagamenti

(5)

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1016,000

112,000

1128,000

Total tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

200,000

200,000

200,000

200,000

0,000

0,000

0,000

0,000

600,000

200,000

800,000

Pagamenti

=5+6

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1016,000

112,000

1128,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

DĠ: RTD

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

 

2031

Sena

2032

Sena 

2033

Sena

2034

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

TOTAL QFP

2028-2034

TOTAL QFP

2021-2027

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

TOTAL QFP 2021-2027

TOTAL GLOBALI

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

200,000

200,000

0,000

0,000

0,00

0,00

0,00

0,00

600,000

200,00

800,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

112,000

227,000

273,000

216,000

196,000

39,000

40,000

25,000

1016,000

112,000

1128,000

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena  
2024

Sena  
2025

Sena  
2026

Sena  
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 43

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 44

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL

2028-2034

Wara l-2024

TOTAL GLOBALI

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,780

0,780

0,780

0,780

0,101

0,000

0,000

3,221

0,000

3,221

Nefqa amministrattiva oħra

0,050

0,050

0,050

0,050

0,000

0,000

0,000

0,200

0,000

0,200

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

TOTAL TAL-INTESTATURA 7 u barra mill-INTESTATURA 7

0,830

0,830

0,830

0,830

0,101

0,000

0,000

3,421

0,000

3,421

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

WARA

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

2034

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

2

2

2

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

4

4

4

4

1

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

0

Ammin. Linja ta’ appoġġ 
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL

6

6

6

6

1

0

0

0

L-għadd tal-Ekwivalenti għall-Full-Time (FTE, Full-Time Equivalent) huwa indikattiv u ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati li għaddejjin dwar il-QFP li jmiss. Barra minn hekk, ir-riżorsi addizzjonali għall-Kummissjoni huma previsti għal delega lil Aġenzija Eżekuttiva taħt il-QFP futur, mingħajr preġudizzju għall-Analiżi tal-Kostijiet u l-Benefiċċji li jmiss għad-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Aġenziji Eżekuttivi.

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali eċċezzjonali *

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew skont ir-Riċerka

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

2

M/A

M/A

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

4

M/A

M/A

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

Se jkunu meħtieġa żewġ FTE addizzjonali għall-immaniġġjar tal-implimentazzjoni politika tar-riforma, u għall-eżekuzzjoni tar-riforma u għas-sorveljanza taż-żieda fl-attivitajiet finanzjarji u ta’ ġestjoni tal-programm, minbarra l-erba’ uffiċjali u l-persunal temporanju attwalment allokati lill-RFCS. Dan it-tisħiħ huwa temporanju u jista’ jiġi assenjat mill-ġdid wara l-2031.

Persunal estern

Ir-riforma tal-RFCS se twassal għal żieda ta’ 80 % fl-allokazzjonijiet annwali u għal kundizzjonijiet tas-sejħa riveduti għas-snin 2027 sal-2030 inkluża. Dawn se jirriżultaw f’volum ta’ xogħol akbar għall-unità tal-RFCS fit-tnedija tas-sejħiet u fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet. L-introduzzjoni ta’ użu doppju fil-programm se tkompli żżid il-volum ta’ xogħol. Huma meħtieġa erba’ FTE addizzjonali bħala aġenti kuntrattwali għall-pożizzjonijiet ta’ maniġers tal-programmi u ta’ uffiċjali tal-proġetti, minbarra s-16 attwalment allokati għall-RFCS. L-allokazzjoni totali meħtieġa se tonqos progressivament wara l-2031 billi ma titnieda l-ebda sejħa oħra u l-proġetti jitlestew.

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.

B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.

L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Nefqa tal-IT (korporattiva) 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,520

0,531

0,541

0,552

0,563

0,574

0,586

3,867

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,520

0,531

0,541

0,552

0,563

0,574

0,586

3,867

TOTAL

0,520

0,531

0,541

0,552

0,563

0,574

0,586

3,867

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

   tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

   tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

 
3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

   indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

F’konformità mal-Artikolu 21.2(b) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet relatati mad-dħul iġġenerat mill-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat estern. Linji baġitarji 01 20 03 02 (Faħam) u 01 20 03 01 (azzar)

4.Dimensjonijiet diġitali

Il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar juża l-għodod korporattivi deskritti fid-Dikjarazzjoni Legali, Finanzjarja u Diġitali ta’ Orizzont Ewropa.

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE tad-29 ta’ April 2008 dwar l-addozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 7).
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/77/KE tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (ĠU L 29, 5.2.2003, p. 25–27).
(3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1207 tad-19 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 261, 22.7.2021, p. 47–53).
(4)    Il-Protokoll (Nru 37) dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (ĠU C 115, 9.5.2008, p. 327–328).
(5)    Il-Protokoll (Nru 37), l-Artikolu 2, il-paragrafu 2: “Il-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-miżuri li jistabbilixxu l-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġar tal-patrimonju tal-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u linji gwida tekniċi għall-programm ta’ riċerka għall-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar”.
(6) Ara l-Kapitolu 4 dwar “Compliance, implementation and preparing proposals’ tal-Istrumenti għal “Regolamentazzjoni Aħjar” #40 , il-paġna 345: “Spjega l-għażla tal-istrument - Intgħażlet l-aktar forma sempliċi ta’ azzjoni (strument) tal-Unjoni?”
(7)    COM(2025) 30 final
(8)    COM(2025) 85
(9)    Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024)
(10)    COM(2019) 640 final
(11)    COM/2025/79 final
(12)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli”, COM(2025) 125 final
(13)    Ir-Regolament (UE) 2024/1787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/942 (ĠU L, 2024/1787, 15.7.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1787/oj ).
(14)    Ara l-Istrument #7 tal- istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea.
(15)    ĠU C […], […], p. […].
(16)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) .../... ta’ ... ... (ĠU ….).
(17)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE tad-29 ta’ April 2008 dwar l-addozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond ta’ Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/376/oj ).
(18)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE”, COM(2025) 30 final.
(19)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni”, COM(2025) 85 final.
(20)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Azzar u l-Metalli”, (COM/2025/125 final).
(21)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew COM(2019) 640 final.
(22)    Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj ).
(23)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj ).
(24)    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2010/75/oj ).
(25)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj ).
(26)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2988/oj ).
(27)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj ).
(28)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj ).
(29)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj ).
(30)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(31)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/77/KE tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (ĠU L 29, 5.2.2003, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/77(1)/oj ).
(32)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj ).
(33)    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali u l-emissjonijiet mit-trobbija tal-bhejjem (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/75/oj ).
(34)    [għandha tiddaħħal referenza wara l-adozzjoni tal-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna (IAA, Internal Assessment Approach)]
(35)    Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj )
(36)    Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1131/oj ).
(37)    Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2402/oj ).
(38)    Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/65/oj ).
(39)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(40)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(41)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(42)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(43)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(44)    Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”