IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 27.11.2025
COM(2025) 738 final
2025/0380(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Id-Direttiva (UE) 2023/959 emendat id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u stabbiliet riżerva tal-istabbiltà tas-suq (MSR) għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali (ETS2). L-MSR għandha l-għan li timmitiga r-riskju ta’ żbilanċi bejn il-provvista u d-domanda assoċjati mal-bidu tal-ETS2 u li tagħmilha aktar reżistenti għax-xokkijiet fis-suq. L-istabbiltà tas-suq hija essenzjali biex l-ETS2 tiffunzjona b’mod korrett sabiex is-sistema tilħaq il-miri tagħha li tipprovdi inċentivi ekonomiċi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi koperti filwaqt li jiġu evitati impatti bla bżonn fuq il-prezzijiet.
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 inkarigat lill-Kummissjoni biex timmonitorja kontinwament il-funzjonament tar-riżerva u tiżgura li tibqa adegwata għall-użu tagħha. Jekk ikun meħtieġ, abbażi ta’ dan il-monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex ittejjeb l-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal dawk is-setturi.
Mid-dħul fis-seħħ tal-ETS2 f’Ġunju 2023, għadd ta’ żviluppi pprovdew aktar informazzjoni intuwittiva u tagħrif dwar il-likwidità futura mistennija fis-suq, il-livelli tal-prezzijiet u l-volatilità fis-suq tal-ETS2. Dawn l-iżviluppi jinkludu l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-ETS2 mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali, il-bidu tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet, il-firxa wiesgħa ta’ projezzjonijiet fir-rigward tal-prezzijiet futuri tal-kwoti tal-ETS2 u l-kumplessità biex jitbassru l-indikaturi tas-suq min-naħa tad-domanda. Dawn ukoll xeħtu dawl fuq fatturi sottostanti li mistennija jinfluwenzaw l-istabbiltà tas-suq u l-prevedibbiltà fit-tul. Dawn il-fatturi jinkludu l-veloċità tal-implimentazzjoni tal-politiki u tal-miżuri komplementari tal-Istati Membri lejn il-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030, u l-invalidazzjoni tal-kwoti mhux rilaxxati mir-riżerva sal-31 ta’ Diċembru 2030, li tikkontribwixxi għall-inċertezza dwar il-kapaċità ta’ intervent fit-tul tal-MSR.
Barra minn hekk, fil-5 ta’ Novembru 2025, il-Kunsill laħaq ftehim dwar approċċ ġenerali fuq il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, li introduċa dispożizzjoni biex l-applikazzjoni tal-ETS2 tiġi posposta b’sena għall-2028. Fit-13 ta’ Novembru 2025, il-Parlament Ewropew adotta pożizzjoni simili dwar il-posponiment b’sena tal-ETS2. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tipproponi l-miżuri dwar il-qafas ta’ implimentazzjoni tal-ETS2 sa tmiem l-2025, b’segwitu tal-proposti mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u minn ħafna Membri tal-Parlament Ewropew biex tiġi faċilitata t-tnedija u jitħaffu l-investimenti qabel tibda l-ETS2. Din il-proposta hi parti mill-miżuri mħabbra.
Din il-proposta taġġusta xi parametri tal-MSR għall-ETS2 abbażi ta’ informazzjoni aġġornata dwar is-suq u ta’ talbiet mill-maġġoranza tal-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati, biex tittejjeb il-likwidità fil-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda u tittejjeb il-prevedibbiltà tal-livelli inizjali tal-prezzijiet, mingħajr ma taffettwa t-tfassil ġenerali tal-MSR. L-emendi mmirati jikkontribwixxu għas-salvagwardja ta’ bidu tas-suq u trajettorja tal-prezzijiet ordnati, bla xkiel u effiċjenti għall-entitajiet regolati, li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-konsumaturi tal-fjuwils iħejju ruħhom bl-aħjar mod permezz ta’ miżuri adegwati ta’ appoġġ u ta’ kumpens. Il-Kummissjoni se teżamina u tippubblika regolarment ukoll informazzjoni dwar is-suq biex il-konsumaturi u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jifhmu b’mod ċar il-kundizzjonijiet tas-suq.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
L-MSR għall-ETS2 hija għodda biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS2. Il-konsistenza tal-MSR għall-ETS2 ma’ politiki oħra tal-UE hija prinċipalment żgurata permezz tal-konsistenza tal-ETS2 ma’ politiki oħra tal-Unjoni. Il-proposta attwali tagħmel biss bidliet immirati fil-parametri tal-MSR għall-ETS2 mingħajr ma taffettwa t-tfassil ġenerali tal-MSR, u ma taffettwax direttament politiki oħra tal-Unjoni.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE hija żgurata permezz tal-konsistenza tal-qafas leġiżlattiv fis-seħħ biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030. Dan huwa vvalutat fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-Direttiva (UE) 2023/959 tal-10 ta’ Mejju 2023 li emendat id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 bil-bqija tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. Dan jinkludi l-valutazzjonijiet tal-impatt relatati mar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi; ir-Regolament dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija; l-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi u għall-vannijiet; id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli; id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika; u d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija. Il-bidla proposta fl-MSR għall-ETS2 tirrifletti l-bidliet fid-domanda minħabba dawn il-politiki komplementari essenzjali.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali għall-proposta hija l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’konformità mal-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea meħtieġa tikkontribwixxi biex jintlaħqu diversi objettivi, fosthom: il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali biex jiġu indirizzati problemi ambjentali reġjonali jew globali, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-EU ETS tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; bħala għodda għall-istabbiltà tas-suq tal-kwoti stabbilita mid-Direttiva EU ETS, l-MSR għandha rwol importanti fit-tħaddim tal-EU ETS.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
It-tibdil fil-klima huwa problema transfruntiera. Għal problemi transfruntiera, azzjoni koordinata tal-UE tista’ tissupplimenta u ssaħħaħ l-azzjoni nazzjonali u lokali b’mod aktar effettiv milli tista’ tikseb azzjoni mhux koordinata mill-Istati Membri. Il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE ttejjeb l-effettività tal-azzjoni klimatika.
Għalhekk, l-objettivi tal-EU ETS, li topera bħala sistema għall-UE kollha b’mod kompletament armonizzat, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed minn Stati Membri li jaġixxu b’mod unilaterali. Minħabba l-iskala u l-effetti tas-sistema, dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE. Bl-istess mod, peress li l-MSR hija għodda għall-istabbiltà tas-suq fil-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS2 stabbilita mid-Direttiva EU ETS, l-objettiv tagħha lanqas ma jista’ jintlaħaq biżżejjed permezz ta’ azzjoni mhux koordinata mill-Istati Membri.
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 hija miżura eżistenti tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TFUE, l-emendar tagħha, bħala parti minn din il-proposta, ma jistax jinkiseb fil-livell nazzjonali jew lokali, iżda jeħtieġ azzjoni fil-livell tal-UE.
•Proporzjonalità
Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li meħtieġ biex tintlaħaq il-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 b’mod kosteffettiv filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq fil-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS2 stabbilit bid-Direttiva EU ETS.
•Għażla tal-istrument
Deċiżjoni hija l-istrument xieraq biex tiġi emendata d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-MSR.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Il-proposta tqis l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tad-Direttiva EU ETS għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tat-trasport bit-triq, tal-bini u oħrajn addizzjonali mid-dħul fis-seħħ tagħha f’Ġunju 2023. Il-valutazzjoni tal-impatt għar-rieżami tal-2021 tal-EU ETS u tal-MSR tenfasizza li l-prezz tal-kwoti tal-ETS2 jiddependi fuq l-implimentazzjoni ta’ politiki u ta’ miżuri komplementari li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni ta’ dawn is-setturi. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-2025 tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima turi progress sinifikanti fil-politiki u fil-miżuri komplementari tal-Istati Membri rigward il-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030. Din tidentifika wkoll il-lakuni li fadal fis-setturi tat-trasport bit-triq u tal-bini li jeħtieġ jiġu indirizzati biex jintlaħqu dawn il-miri.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-proposta tipprevedi emenda mmirata tal-parametri tal-MSR għall-ETS2 biex jittejjeb il-funzjonament tagħha sal-bidu tas-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS2. Din tibbaża fuq il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati mir-rieżami tal-2021 tal-EU ETS u tal-MSR u l-feedback sussegwenti minn maġġoranza tal-Istati Membri u diskussjonijiet regolari mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-partijiet ikkonċernati dwar diversi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-ETS2 bil-ħsieb li jittejbu l-funzjonament u l-effettività tagħha. Ir-rappreżentazzjonijiet diverġenti ta’ politiki u ta’ miżuri komplementari fil-projezzjonijiet esterni tal-prezzijiet fuq terminu qasir u fit-tul għall-ETS2 jirriżultaw f’firxa wiesgħa ta’ aspettattivi fir-rigward tal-prezzijiet futuri tal-kwoti tal-ETS2. Il-maġġoranza tal-Istati Membri esprimew tħassib relatat mal-inċertezza dwar il-livelli inizjali tal-prezzijiet għall-kwoti tal-ETS2, li jikkumplikaw it-tħejjijiet tal-politiki u tal-miżuri ta’ appoġġ komplementari meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni ta’ dawn is-setturi.
Sabiex jiġu żgurati l-integrità operazzjonali u l-prevedibbiltà tas-sistema ETS2, l-emendi mmirati tal-MSR għandhom jidħlu fis-seħħ malajr. Il-proposta hija soġġetta għal aktar restrizzjonijiet ta’ żmien peress li hija marbuta mal-emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2830 tas-17 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iskedar, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar ta’ kwoti. Din tmexxi l-irkantar tal-kwoti għat-tieni nofs tal-2026, li jimplika li din il-proposta għandha tidħol fis-seħħ sa dan iż-żmien meta jibda s-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS2.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Abbażi ta’ dawn iċ-ċirkostanzi u l-iskeda ta’ żmien, il-Kummissjoni ġabret il-feedback mingħand l-Istati Membri u mingħand il-partijiet ikkonċernati biex tadotta l-aħjar miżuri biex jintlaħqu l-objettivi tal-proposta ħalli jittejbu l-likwidità tas-suq, l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tas-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS2.
•Valutazzjoni tal-impatt
Filwaqt li ma twettqitx valutazzjoni tal-impatt separata għal din il-proposta, diversi elementi fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-Direttiva (UE) 2023/959 li stabbiliet l-MSR għall-ETS2, jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-bidliet immirati fil-parametri tal-MSR fil-proposta kurrenti.
Skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, il-Kummissjoni għandha l-kompitu li timmonitorja kontinwament il-funzjonament tar-riżerva u, jekk meħtieġ, li tipproponi rieżami biex ittejjeb l-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika abbażi tal-monitoraġġ.
Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni tal-2021 diġà nnotat il-kumplessità tal-istabbiliment tal-parametri inizjali tal-MSR għall-ETS2 u rrikonoxxiet li, għalhekk, jeħtieġ li dawn il-parametri jittejbu fi stadju aktar tard. Kumplessità addizzjonali hija relatata mal-firxa wiesgħa ta’ aspettattivi tal-prezzijiet tal-ETS2 mill-partijiet ikkonċernati fir-rigward ta’ rappreżentazzjonijiet diverġenti tal-politiki u tal-miżuri komplementari.
Il-proposta tipprevedi emenda mmirata tal-parametri tal-MSR għall-ETS2 mingħajr ma tibdel it-tfassil ġenerali tal-MSR, sabiex tkompli tittejjeb l-effettività tagħha abbażi ta’ informazzjoni aġġornata qabel ma s-sistema ssir kompletament operazzjonali.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji deskritti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent f’konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli kif stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Karta.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-ETS2 se tiġġenera dħul sinifikanti għall-baġits tal-Istati Membri li jrid jintuża biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja soċjali. Il-biċċa l-kbira tad-dħul mill-irkantar imur għand l-Istati Membri, u l-proposta tista’ taffettwa l-baġits nazzjonali indirettament, primarjament minħabba din ir-rabta. Likwidità fis-suq imtejba tista’ żżid ir-rikavati tal-Istati Membri mill-irkanti. Madankollu, dan mistenni jiġi kkumpensat mill-effett fuq il-prezz tal-likwidità addizzjonali fis-suq. Il-proposta se tikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-prevedibbiltà tal-prezzijiet fit-tul għall-Istati Membri billi tnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet.
L-implimentazzjoni ta’ din il-proposta mhux se tirrikjedi żieda fil-kapaċità tal-Kummissjoni, kif stabbilit fid-dikjarazzjoni finanzjarja u diġitali leġiżlattiva mehmuża.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-proposta tipprevedi emenda mmirata tal-parametri tal-MSR għall-ETS2, filwaqt li tirrispetta t-tfassil ġenerali tal-MSR, biex ittejjeb il-funzjonament tagħha qabel ma jsir operazzjonali s-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS2. Il-proposta tibbaża fuq il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt tar-rieżami tal-2021 tal-EU ETS u tal-MSR u tqis il-feedback minn maġġoranza tal-Istati Membri u minn partijiet ikkonċernati oħra.
Minbarra l-bidliet proposti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, il-Kummissjoni tiddikjara dan li ġej b’rabta mal-applikazzjoni tal-Artikolu 30h tad-Direttiva 2003/87/KE:
“Sabiex jissaħħu l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza tas-suq Ewropew tal-karbonju għall-bini, għat-trasport bit-triq u għas-setturi addizzjonali, il-Kummissjoni tqis li jekk il-kundizzjoni fl-Artikolu 30h(2) tad-Direttiva 2003/87/KE terġa’ tiġi ssodisfata wara 6 xhur, l-paragrafu 6 tal-Artikolu 30h m’għandux jiġix applikat f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 7.”
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-proposta fiha tliet miżuri biex tittejjeb il-likwidità fis-suq sabiex tissaħħaħ il-prevedibbiltà tas-suq, titnaqqas il-volatilità u jiġu indirizzati ulterjorment iż-żidiet eċċessivi fil-prezzijiet:
·Sabiex jittejbu l-likwidità u l-prevedibbiltà fit-tul fis-suq, l-Artikolu 1(1) iħassar it-tieni sentenza dwar l-invalidazzjoni tal-kwoti li ma jkunux ġew rilaxxati mir-riżerva sal-31 ta’ Diċembru 2030. Bħalissa, is-600 miljun kwota inizjali miżmuma fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq (MSR) huma validi biss sal-31 ta’ Diċembru 2030, u wara din id-data kwalunkwe kwota li ma tkunx ġiet rilaxxata mir-riżerva ma tibqax valida. It-tneħħija ta’ din il-klawżola tgħin biex jiżdiedu l-prevedibbiltà tas-suq u l-fiduċja fost l-atturi finanzjarji u l-parteċipanti fis-suq, u b’hekk tippromwovi l-istabbiltà tal-prezzijiet maż-żmien.
·L-Artikolu 1(3) jimmodifika l-mekkaniżmu tar-rata ta’ injezzjoni biex jipprovdi rilaxx aktar gradwali u reattiv tal-kwoti mir-riżerva fis-suq. Dan jipproponi injezzjoni tal-MSR meta n-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (TNAC) ikun bejn 210 miljun u 260 miljun. F’każ bħal dan, l-injezzjoni tkun ta’ 100 miljun kwota mingħajr id-doppju tad-differenza bejn it-TNAC u l-limitu ta’ 210 miljun. Il-proposta tindirizza l-“effett tal-limitu” li jseħħ meta t-TNAC ikun qrib ħafna tal-limitu inferjuri, li jiddetermina l-injezzjoni tal-kwoti mill-MSR fis-suq. F’dak il-każ, kwota waħda aktar jew inqas fit-TNAC tista’ tiskatta injezzjoni, skont jekk it-TNAC ikunx ogħla mil-limitu jew taħtu. L-inċertezza dwar jekk dan hux se jseħħ tirriskja li toħloq volatilità tal-prezzijiet fis-suq. Din l-emenda tgħin biex jiġu evitati fluttwazzjonijiet fil-provvista f’daqqa u qawwija fis-suq u biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet, u b’hekk tikkontribwixxi kemm għal stabbiltà mtejba tas-suq kif ukoll għal sinjal stabbli tal-prezz fis-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS2.
·L-Artikolu 1(4) iżid mekkaniżmu ta’ żieda ta’ 20 miljun kwota man-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu injettati skont il-mekkaniżmu ta’ kontroll tal-prezzijiet eċċessivi fl-Artikolu 30h(2) tad-Direttiva 2003/87/KE. L-objettiv huwa li tkompli tittejjeb ir-reattività ta’ dan il-mekkaniżmu għal fluttwazzjonijiet mhux ġustifikati fil-prezzijiet u li tittejjeb il-prevedibbiltà tas-suq. Id-Direttiva 2003/87/KE tipprovdi mekkaniżmu biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-prezzijiet fl-ewwel snin tal-ETS2 billi jiġu rilaxxati 20 miljun kwota mill-MSR jekk il-prezz tal-karbonju jaqbeż il-livell ta’ EUR 45 għal kull tunnellata. F’konformità mal-Artikolu 30h(7), din il-miżura tista’ tiġi applikata darbtejn f’perjodu ta’ 12-il xahar. Din l-emenda ssaħħaħ dan il-mekkaniżmu b’attenzjoni billi tagħmilha possibbli li jiġi rilaxxat numru akbar ta’ kwoti fis-suq biex tkompli tittejjeb il-fiduċja fis-suq, li hija importanti għall-ippjanar tal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni.
2025/0380 (COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Pariġi, adottat f’Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f’Novembru 2016 (“il-Ftehim ta’ Pariġi”). Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm taħt 2 °C ogħla mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C ogħla mil-livelli preindustrijali.
(2)Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbiliet riżerva tal-istabbiltà tas-suq sabiex timmitiga r-riskju ta’ żbilanċi bejn il-provvista u d-domanda assoċjati mal-bidu tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, kif ukoll biex tagħmilha aktar reżistenti għax-xokkijiet fis-suq.
(3)L-analiżi mwettqa tal-funzjonament mistenni tar-riżerva, li qieset l-informazzjoni reċenti, tindika li emendi mmirati ta’ xi parametri jikkontribwixxu għat-titjib tal-prevedibbiltà tas-suq u għall-istabbiltà tal-movimenti tal-prezzijiet fl-ewwel snin tas-sistema l-ġdida.
(4)Sabiex tiżdied il-prevedibbiltà tas-suq fit-tul, il-kwoti mqiegħda fir-riżerva għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali li ma ġewx rilaxxati jenħtieġ li jibqgħu validi wara l-31 ta’ Diċembru 2030.
(5)F’każ li n-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jilħaq livell ta’ inqas minn 260 miljun kwota, rilaxx aktar gradwali u reattiv tal-kwoti jikkontribwixxi biex ikomplu jittejbu l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tas-suq għall-parteċipanti fis-suq. Għalhekk, jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta’ injezzjoni jqis id-differenza bejn in-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni u l-limitu aktar baxx.
(6)Sabiex tkompli tittejjeb ir-reattività tiegħu għal fluttwazzjonijiet mhux ġustifikati fil-prezzijiet u tiżdied il-prevedibbiltà tas-suq, jenħtieġ li l-mekkaniżmu għat-tisħiħ tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-ewwel 3 snin tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali jissaħħaħ bir-reqqa. Dan jista’ jinvolvi r-rilaxx ta’ volum ogħla ta’ kwoti fis-suq. Jekk il-miżura tiġi applikata darbtejn matul l-istess perjodu ta’ 12-il xahar, jenħtieġ li r-rilaxx addizzjonali jseħħ darbtejn.
(7)Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tiġi emendata skont dan,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1a tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 huwa emendat kif ġej:
(1)Fil-paragrafu 3, titħassar it-tieni sentenza;
(2)Fil-paragrafu 4, it-tieni sentenza hija sostitwita b’din li ġejja: “In-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni skont dan l-Artikolu f’sena partikolari għandu jkun in-numru kumulattiv ta’ kwoti koperti minn dak il-Kapitolu li jkunu nħarġu, mingħajr it-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati koperti minn dak il-Kapitolu għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar [2027] u l-31 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena partikolari u kwalunkwe kwota koperta minn dak il-Kapitolu li ġiet ikkanċellata f’konformità mal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE.”;
(3)Fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk in-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun bejn 210 miljun u 260 miljun, għandhom jinħarġu kwoti addizzjonali mir-riżerva. L-ammont addizzjonali għandu jiġi kkalkolat billi jittieħdu 100 miljun u jitnaqqas id-doppju tad-differenza bejn in-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni u 210 miljun. Dan l-ammont addizzjonali għandu jiżdied mal-kwantità ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE mill-1 ta’ Settembru ta’ dik is-sena.”;
(4)Fil-paragrafu 7, tiddaħħal is-sentenza li ġejja bejn l-ewwel u t-tieni sentenza: “Fil-każ li l-kwoti jiġu rilaxxati mir-riżerva f’konformità mal-Artikolu 30h(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, għandhom jiżdiedu 20 miljun kwota oħra mal-ammont li jrid jiġi rilaxxat mir-riżerva.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
Werrej
1.FRAMEWORK OF THE PROPOSAL/INITIATIVE
1.1.Title of the proposal/initiative
1.2.Policy area(s) concerned
1.3.Objective(s)
1.3.1.General objective(s)
1.3.2.Specific objective(s)
1.3.3.Expected result(s) and impact
1.3.4.Indicators of performance
1.4.The proposal/initiative relates to:
1.5.Grounds for the proposal/initiative
1.5.1.Requirement(s) to be met in the short or long term including a detailed timeline for roll-out of the implementation of the initiative
1.5.2.Added value of EU involvement (it may result from different factors, e.g. coordination gains, legal certainty, greater effectiveness or complementarities). For the purposes of this section 'added value of EU involvement' is the value resulting from EU action, that is additional to the value that would have been otherwise created by Member States alone.
1.5.3.Lessons learned from similar experiences in the past
1.5.4.Compatibility with the multiannual financial framework and possible synergies with other appropriate instruments
1.5.5.Assessment of the different available financing options, including scope for redeployment
1.6.Duration of the proposal/initiative and of its financial impact
1.7.Method(s) of budget implementation planned
2.MANAGEMENT MEASURES
2.1.Monitoring and reporting rules
2.2.Management and control system(s)
2.2.1.Justification of the budget implementation method(s), the funding implementation mechanism(s), the payment modalities and the control strategy proposed
2.2.2.Information concerning the risks identified and the internal control system(s) set up to mitigate them
2.2.3.Estimation and justification of the cost-effectiveness of the controls (ratio between the control costs and the value of the related funds managed), and assessment of the expected levels of risk of error (at payment & at closure)
2.3.Measures to prevent fraud and irregularities
3.ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE
3.1.Heading(s) of the multiannual financial framework and expenditure budget line(s) affected
3.2.Estimated financial impact of the proposal on appropriations
3.2.1.Summary of estimated impact on operational appropriations
3.2.1.1.Appropriations from voted budget
3.2.2.Estimated output funded from operational appropriations (not to be completed for decentralised agencies)
3.2.3.Summary of estimated impact on administrative appropriations
3.2.3.1. Appropriations from voted budget
3.2.4.Estimated requirements of human resources
3.2.4.1.Financed from voted budget
3.2.5.Overview of estimated impact on digital technology-related investments
3.2.6.Compatibility with the current multiannual financial framework
3.2.7.Third-party contributions
3.3.Estimated impact on revenue
4.Digital dimensions
4.1.Requirements of digital relevance
4.2.Data
4.3.Digital solutions
4.4.Interoperability assessment
4.5.Measures to support digital implementation
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tat-tħaddim tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali.
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Intestatura 3 – Riżorsi naturali u ambjent
Titolu 9 – Ambjent u azzjoni klimatika
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb l-effettività tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Il-proposta tipprevedi emendi mmirati tal-parametri tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali biex jittejjeb il-funzjonament tagħha sa meta l-ETS2 tkun kompletament operazzjonali.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Il-proposta mistennija ttejjeb il-likwidità, l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tas-suq sa meta l-ETS2 tkun kompletament operazzjonali.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Ir-riżerva tindirizza l-bilanċ strutturali bejn il-provvista u d-domanda għall-kwoti fis-suq.
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
✓ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-emendi mmirati tal-parametri tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tagħha sa meta l-ETS2 tkun kompletament operazzjonali.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali hija strument li jkopri l-UE kollha.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Minħabba l-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika li jrid jintlaħaq sal-2050, meħtieġa azzjoni tal-UE aktar b’saħħitha, inkluż billi jiġi żgurat suq tal-karbonju aktar effettiv, li jiffunzjona tajjeb u reżiljenti.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta għandha l-għan li tikkomplementa l-qafas ta’ politika eżistenti.
Hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali 2021–2027.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
–
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–
impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
✓ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
✓ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–✓ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn dawn il-korpi jkunu kkontrollati minn korpi rregolati bid-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti
It-tim attwali se jkompli jimmaniġġa l-inizjattiva. Mhu meħtieġ l-ebda persunal addizzjonali.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Il-proposta tibni fuq il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, u tinkludi l-istess valutazzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Kummissjoni (kif diġà huwa l-każ). Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tibbaża fuq il-qafas robust ta’ trasparenza għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u informazzjoni oħra dwar il-klima stabbilita fir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, aktar milli toħloq flussi ta’ rapportar addizzjonali mill-Istati Membri.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Mhux applikabbli. Il-proposta ma timplimentax programm finanzjarju iżda tfassal politika fit-tul. Il-modalità ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ arranġamenti ta’ pagament u l-istrateġiji ta’ kontroll b’rabta mar-rati ta’ żball mhumiex applikabbli.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Skont id-Direttiva ETS, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni regolari tal-progress b’rakkomandazzjonijiet u b’miżuri addizzjonali possibbli.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Din l-inizjattiva ma toħloqx kontrolli/riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti. Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
Minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
3
|
09.02.03.00
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
IVA
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–✓
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Numru
|
|
|
DĠ: <…….>
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ <…….>
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2 a+2b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2 a+2b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <….>
|
Impenji
|
=4+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–✓
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
TOTAL
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–✓
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (f’FTEs)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Ammin. Linja ta’ appoġġ
[XX.01.YY.YY]
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
TOTAL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.
B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.
L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT (korporattiva)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
TOTAL
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
–✓
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
Mhi meħtieġa l-ebda riżorsa addizzjonali. It-tim attwali se jkompli jimmaniġġa l-inizjattiva.
–
tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP
–
tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
–✓
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–✓
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
fuq ir-riżorsi proprji
–
fuq dħul ieħor
–
indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
|
L-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|
4.2.Data
|
Ma ġie identifikat l-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
|
Ma ġie identifikat l-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
|
Ma ġie identifikat l-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
|
Ma ġie identifikat l-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|