Brussell, 26.11.2025

COM(2025) 715 final

2025/0370(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda fl-Anness IX (Servizzi finanzjarji), l-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

(Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ kontropartijiet ċentrali)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE b’rabta mal-adozzjoni prevista tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt dwar emenda tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Dritt tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Ftehim ŻEE

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘‘il-Ftehim ŻEE’’) jiggarantixxi drittijiet u obbligi ugwali fi ħdan is-Suq Intern għaċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi fiż-ŻEE. Dan jipprevedi l-inklużjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li tkopri l-erba’ libertajiet fi 30 Stat taż-ŻEE li jinkludu l-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein. Barra minn hekk, il-Ftehim ŻEE jkopri l-kooperazzjoni f’oqsma importanti oħra bħar-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni, il-politika soċjali, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-turiżmu u l-kultura, li kollettivament huma magħrufin bħala l-politiki “ta’ appoġġ u orizzontali”. Il-Ftehim ŻEE daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. L-Unjoni flimkien mal-Istati Membri tagħha hija parti għall-Ftehim ŻEE.

2.2.Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa responsabbli mill-ġestjoni tal-Ftehim ŻEE. Huwa forum għall-iskambju ta’ fehmiet b’rabta mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Id-deċiżjonijiet tiegħu jittieħdu b’kunsens u huma vinkolanti fuq il-Partijiet. Ir-responsabbiltà għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet taż-ŻEE min-naħa tal-UE hija tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. 

2.3.L-att previst tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mistenni jadotta d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (“l-att previst”) rigward l-emenda tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji), l-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE.

L-għan tal-att previst huwa li jinkorpora r-Regolament (UE) 2021/23 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ kontropartijiet ċentrali 1 , kif ukoll tliet atti legali relatati, fil-Ftehim ŻEE.

L-atti previsti se jsiru vinkolanti għall-partijiet f’konformità mal-Artikoli 103 u 104 tal-Ftehim ŻEE.

3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

Il-Kummissjoni tippreżenta l-abbozz ta’ Deċiżjoni anness tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Ladarba tiġi adottata, il-pożizzjoni jenħtieġ tiġi ppreżentata fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mal-ewwel opportunità possibbli.

L-abbozz anness ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fih adattamenti istituzzjonali estensivi, li essenzjalment jirreplikaw l-approċċ tas-servizzi finanzjarji eżistenti għar-rwol tal-awtoritajiet superviżorji finanzjarji tal-UE u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-qasam tal-qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali, li jmorru lil hinn minn dak li jista’ jitqies bħala sempliċi adattamenti tekniċi fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 2 . Għalhekk il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill.

4.Bażi legali

4.1.Bażi legali proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu ‘‘l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.’’

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi atti li jkollhom effetti legali bis-saħħa tar-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw il-korp ikkonċernat. Jinkludi wkoll l-istrumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni 3 .

4.1.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa korp stabbilit minn ftehim, jiġifieri l-Ftehim ŻEE. L-att li l-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa mitlub jadotta, jikkostitwixxi att li għandu effetti legali. L-att previst isir vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikoli 103 u 104 tal-Ftehim ŻEE.

L-att previst ma jissupplimentax u ma jemendax il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim. Għaldaqstant, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) TFUE flimkien mal-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94.

4.2.Bażi legali sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE, flimkien mal-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94, tiddependi primarjament fuq il-bażi legali sostantiva tal-att legali tal-UE li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew il-komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tissejjes fuq bażi legali sostantiva waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

Billi d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tinkorpora fil-Ftehim ŻEE ir-Regolament (UE) 2021/23, flimkien ma’ tliet atti delegati relatati, huwa xieraq li din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi bbażata fuq l-istess bażi legali sostantiva bħall-att inkorporat. Għalhekk, il-bażi legali sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 114 tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Jenħtieġ li l-bażi legali tad-deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 114 TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) TFUE u l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94.

5.Pubblikazzjoni tal-att previst

Billi l-att tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE se jemenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji), l-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE, huwa xieraq li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tiegħu.

2025/0370 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda fl-Anness IX (Servizzi finanzjarji), l-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

(Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ kontropartijiet ċentrali)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 4 , u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 5 (‘‘il-Ftehim ŻEE’’) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness IX (Servizzi finanzjarji), l-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE.

(3)Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 , kif ukoll tliet atti legali relatati, jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE.

(4)Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX (Servizzi finanzjarji), l-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati kif xieraq.

(5)Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA/ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u tal-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132, ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1. 
(2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-punti 61 sa 64.
(4)    ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(5)    ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.
(6)    Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).

Brussell, 26.11.2025

COM(2025) 715 final

ANNESS

ta'

Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda fl-Anness IX (Servizzi finanzjarji), l-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

(Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ kontropartijiet ċentrali)


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru […]

ta’ […]

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji), l-Anness XII (Moviment liberu tal-kapital) u l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpanniji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 1 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)Ir-Regolament (UE) 2021/168 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot ta’ pajjiżi terzi u l-iffissar ta’ sostituti għal ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 2 , li kien inkorporat fil-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 388/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 3 , għandu jiżdied ukoll bħala att emendatorju mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-Anness IX tal-Ftehim ŻEE.

(3)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/450 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-ordni li fih is-CCPs għandhom iħallsu l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, l-għadd massimu ta’ snin li matulhom dawn is-CCPs għandhom jużaw sehem mill-profitti annwali tagħhom għal tali pagamenti lill-pussessuri ta’ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tagħhom u s-sehem massimu ta’ dawn il-profitti li għandu jintuża għal dawn il-pagamenti 4 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/451 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jispeċifika l-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtorità kompetenti u mill-kulleġġ superviżorju meta jiġi vvalutat il-pjan ta’ rkupru tal-kontropartijiet ċentrali 5 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/840 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati li għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikolu 9(14) ta’ dak ir-Regolament 6 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)Għalhekk l-Annessi IX, XII u XXII tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 19b (id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31bh (ir-Regolament (UE) Nru 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31i (ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-32021 R 0023: Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).”

2.Il-punt 31baa (ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa emendat kif ġej:

(i)jiżdied l-inċiż li ġej:

“-32021 R 0023: Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).’;

3.Il-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa emendat kif ġej:

(i)jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“-32021 R 0023: Ir-Regolament (UE) Nru 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1),

-32021 R 0168: Ir-Regolament (UE) 2021/168 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 (ĠU L 49, 12.2.2021, p. 6).”;

(ii)l-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (fa):

“(faa)    Fl-Artikolu 6b:

(i)    Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafi 1, 3 u 10, il-kliem “jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Kummissjoni”;

(ii)    fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 u fit-tielet u l-ħames subparagrafi tal-paragrafu 10, il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’;

(iii)    fil-paragrafu 5 jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduta mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1, jew tissospendi l-obbligi tal-ikklirjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivati OTC permezz ta’ deċiżjoni, inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba.

Meta tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-ħames subparagrafu, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tqis l-opinjoni maħruġa mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/23 il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament rigward dawk il-klassijiet ta’ derivati OTC u l-ħtieġa tas-sospensjoni sabiex tiġi evitata jew tiġi indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

Meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tiċħad is-sospensjoni mitluba, hija għandha tipprovdi r-raġunijiet tagħha bil-miktub lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma minnufih lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA b’dan u tgħaddih ir-raġunijiet ipprovduti lill-awtorità rikjedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lill-ESMA. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika.

Il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jaqblu dwar pożizzjonijiet identiċi fir-rigward tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u, fejn applikabbli, l-obbligu tan-negozjar u fir-rigward tal-estensjoni tas-sospensjoni skont il-paragrafu 9.’;

(iv)    fil-paragrafi 6 u 10, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘att ta’ implimentazzjoni’ għandha taqra “deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(v)    fil-paragrafu 9, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni,’ għandu jaqra ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’, permezz ta’ deċiżjoni,’;

(vi)    fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 10, il-kliem ‘u l-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘Kunsill’.

(iii)l-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (h):

“(ha)    Fl-Artikolu 13a, fir-rigward tal-Istati EFTA, il-kliem ‘13 ta’ Frar 2021’ għandhom jinqara ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … [din id-deċiżjoni]’.”.

4.Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31ca (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE):

“31cb.32021 R 0023: Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini ‘Stati Membri’, ‘awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni’ u ‘awtoritajiet kompetenti’ għandhom jinftiehmu li qed jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)    Ir-referenzi għas-setgħat tal-ESMA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fil-punt 31i ta’ dan l-Anness u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(c)    Kull referenzi għal ‘il-membri tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ)’ jew għal ‘banek ċentrali’ għandha tinftiehem li tinkludi, apparti t-tifsira tagħha fir-Regolament, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA, ħlief fir-rigward tal-Liechtenstein li għalihom dawn ir-referenzi ma japplikawx.

(d)    Ir-referenzi għad-dritt tal-Unjoni għandhom jinftiehmu bħala referenza għall-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(e)    Fil-punt (30) tal-Artikolu 2, il-kliem ‘l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE’.

(f)    Referenzi għall-‘qafas ta’ għajnuna mill-Istat tal-Unjoni’, skont id-definizzjoni fil-punt (39) tal-Artikolu 2, għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għall-qafas ta’ għajnuna mill-Istat stabbilit mill-Kapitolu 2 tal-Parti IV tal-Ftehim ŻEE, inklużi l-Annessi u l-Protokolli rilevanti tal-Ftehim ŻEE u, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.

(g)    Fil-punt (k) tal-Artikolu 4(2), il-kliem “il-muniti tal-Unjoni” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “il-muniti uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE”.

(h)    Fl-Artikolu 36(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha taqra ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.

(i)    Fl-Artikolu 43(2), il-kelma “l-Unjoni” għandha tiġi sostitwita bil-kliem “ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Ftehim ŻEE”.

(j)    Fl-Artikolu 73:

(i)    fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħal wara l-kelma “EBA”;

(ii)    fil-punt (b) tal-paragrafu 5, il-kliem ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’.

(k)    L-Artikolu 76 ma għandux japplika.

(l)    Fl-Artikolu 77(1), il-kliem ‘kif imsemmi fl-Artikolu 76(1)’ m’għandux japplika fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(m)    Fl-Artikolu 79:

(i)    fil-paragrafu 1 il-kliem ‘kif provdut fl-Artikolu 76(1)’ u ‘previst fl-Artikolu 76(1)’ m’għandux japplika fir-rigward tal-Istati tal-EFTA;

(ii)    is-subparagrafu li ġej jiżdied ma' paragrafu 2:

‘Il-konklużjoni ta’ tali ftehimiet ta’ kooperazzjoni m’għandhiex tkun mandatorja għall-awtoritajiet kompetenti u għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati tal-EFTA.’.”

5.Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31cb (ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“31cba. 32023 R 0450: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/450 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-ordni li fih is-CCPs għandhom iħallsu l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, l-għadd massimu ta’ snin li matulhom dawn is-CCPs għandhom jużaw sehem mill-profitti annwali tagħhom għal tali pagamenti lill-pussessuri ta’ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tagħhom u s-sehem massimu ta’ dawn il-profitti li għandu jintuża għal dawn il-pagamenti (ĠU L 67, 3.3.2023, p. 5).

31cbb. 32023 R 0451: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/451 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jispeċifika l-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtorità kompetenti u mill-kulleġġ superviżorju meta jiġi vvalutat il-pjan ta’ rkupru tal-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 67, 3.3.2023, p. 7).

31cbc. 32023 R 0840: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/840 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati li għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikolu 9(14) ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 107, 21.4.2023, p. 29).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 4 (id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XII tal-Ftehim ŻEE:

“-32021 R 0023: Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).”

Artikolu 3

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 1 (id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 10d (id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 10g (id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“-32021 R 0023: Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).”

Artikolu 4

It-testi tar-Regolament (UE) 2021/23 u r-Regolamenti Delegati (UE) 2023/450, (UE) 2023/451 u (UE) 2023/840 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE 7 *, jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru .../... ta’ […] 8 [li tinkorpora {ir-Regolament (UE) 2019/2099} fil-Ftehim ŻEE], jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ […] 9 [li tinkorpora {id-Direttiva (UE) 2019/2121} fil-Ftehim ŻEE] skont liema minnhom tkun l-aktar tard.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, […].

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President

   […]

   Is-Segretarji

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   […]

(1)    ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1. 
(2)    ĠU L 49, 12.2.2021, p. 6.
(3)    ĠU L …
(4)    ĠU L 67, 3.3.2023, p. 5.
(5)    ĠU L 67, 3.3.2023, p. 7.
(6)    ĠU L 107, 21.4.2023, p. 29.
(7)    *    [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
(8)    ĠU L …
(9)    ĠU L …