Brussell, 3.9.2025

COM(2025) 598 final

2025/0265(CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar għall-perjodu 2028-2034 u jħassar ir-Regolamenti (Euratom) 2021/100 u (Euratom) 2021/948

{SWD(2025) 254 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Dan il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni qed jinhemeż mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi l-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar għall-perjodu 2028-2034 (“INSC-D”) 1 . Il-proposta qed issir fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, kif deskritt f’Il-Perkors lejn il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss 2 . Dan l-istrument hu ppjanat li jidħol fis-seħħ fl-2028 malli jibda l-QFP li jmiss 3 .

Ir-raġunijiet wara l-proposta

Bi sforz biex jiġu razzjonalizzati l-impenji tal-Komunità tal-Euratom u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-adozzjoni tal-proposta l-ġdida, dan ir-Regolament jgħaqqad l-istrumenti esterni u interni attwali li ġejjin:

(1)ir-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari (INSC) 4 , li hu maħsuba għall-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi sħab fil-qasam tas-sikurezza nukleari u tar-radjazzjoni;

(2)il-programmi finanzjarji għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv 5 6 , maħsuba għall-attivitajiet tad-dekummissjonar fil-Bulgarija u fis-Slovakkja 7 , u fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) f’Geel, f’Ispra, f’Karlsruhe u f’Petten.6

Il-proposta tal-INSC-D hija motivata minn żewġ fatturi ewlenin: 1) l-intenzjoni soda tal-Kummissjoni li tkompli l-INSC attwali tul il-QFP li jmiss; 2) l-obbligi legali biex jitkomplew ix-xogħlijiet tad-dekummissjonar attwali tal-JRC. F’konformità ma’ dan, l-attivitajiet ippjanati tal-istrument il-ġdid jibnu fuq dawk diġà prattikati fl-INSC attwali u fil-Programm tal-JRC għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart (NDWMP). Ġew introdotti wkoll bidliet żgħar biex jiġu inkorporati t-tagħlimiet miksuba tul l-implimentazzjoni tal- QFP 2021-2027, biex jiġu segwiti l-iżviluppi riċenti fit-teknoloġija nukleari, u biex jiġu akkomodati aħjar il-bidliet possibbli fil-kuntest futur u fil-prijoritajiet tal-UE.

Il-komponenti esterni u interni jibqgħu distintivi meta meħtieġ ħalli jippermettu ċ-ċarezza fl-allokazzjoni tar-riżorsi u jqisu l-ħtiġijiet differenti. Il-komponent estern tal-Istrument se jikkomplementa lil Ewropa Globali, u l-komponent intern tiegħu se jsegwi l-objettivi tal-NDWMP attwali tal-JRC.

Problemi li l-proposta mistennija tindirizza

Li tiżgura livell għoli tas-sikurezza nukleari u li tipprovdi protezzjoni adegwata mir-radjazzjoni lill-pubbliku u lill-persunal espost għar-radjazzjoni okkupazzjonali, dejjem kienu prijorità tal-Unjoni Ewropea. Peress li inċidenti nukleari fuq skala kbira jaf ikollhom impatti transfruntieri, u peress li l-kontaminazzjoni radjuattiva tista’ tinfirex fuq diversi pajjiżi, il-Euratom bniet kooperazzjoni b’mod konsistenti fil-qasam tas-sikurezza nukleari mal-pajjiżi sħab, speċjalment ma’ dawk li jinsabu fi qrubija ġeografika, iżda anki ma’ dawk lil hinn.

L-istrument għal kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari u d-dekummissjonar jikkontribwixxi biex tissaħħaħ is-sikurezza nukleari u tar-radjazzjoni fil-pajjiżi sħab ħalli tkun żgurata s-sikurezza nukleari għaċ-ċittadini tal-UE u jitħares l-ambjent. Din hu ta’ interess dirett għall-Komunità, peress li t-tnaqqis tat-theddida potenzjali ta’ inċidenti nukleari jew tar-radjazzjoni fil-pajjiżi terzi jżid is-sikurezza u s-sigurtà nukleari fl-UE u jżid ir-riassigurazzjoni globali dwar l-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari.

It-Trattat Euratom stabbilixxa ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka Nukleari (li issa sar il-JRC) bħala istitut tar-riċerka responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi tar-riċerka nukleari u għal kompiti oħra assenjati mill-Kummissjoni. Il-JRC bħalissa għandu faċilitajiet tar-riċerka nukleari f’erba’ Stati Membri, jiġifieri fil-Belġju (Geel), fil-Ġermanja (Karlsruhe), fl-Italja (Ispra) u fin-Netherlands (Petten). Uħud minn dawn il-faċilitajiet ingħalqu b’mod permanenti, filwaqt li oħrajn għadhom joperaw. Il-JRC hu responsabbli għall-immaniġġjar sikur tal-fjuwil nukleari użat u tal-iskart radjuattiv f’dawn il-faċilitajiet f’konformità mad-Direttiva Ewropea korrispondenti 8 u mar-regolamenti rilevanti tal-pajjiżi ospitanti.

Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari li ma għadhomx jintużaw f’konformità mal-pjanijiet tad-dekummissjonar ippreżentati lill-awtoritajiet tas-sikurezza nukleari tal-Istati Membri ospitanti rispettivi. Dan ix-xogħol għadu għaddej u l-komponent intern tal-istrument jimmira li jkompli u javvanza l-attivitajiet u li jaqsam mal-Istati Membri kollha tal-UE l-għarfien siewi miksub tul il-proċess tad-dekummissjonar u l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv, kemm fis-siti tal-JRC kif ukoll tal-Programmi ta’ Assistenza għad-Dekummissjonar Nukleari (NDAP) 9 .

Għalhekk, l-istrument il-ġdid hu maħsub biex jissodisfa rekwiżiti doppji skont il-bażi legali tal-Komunità Euratom.

Objettivi ewlenin

Komponent estern: jippromwovi livelli għoljin ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni, immaniġġjar sikur tal-fjuwil nukleari użat u tal-iskart radjuattiv, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi fil-pajjiżi sħab. Dan l-objettiv se jinkiseb bi trasferiment tal-għarfien espert u tal-aqwa prattiki relatati mal-UE lejn il-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-pajjiżi sħab, inkluż billi jinbnew sħubijiet mal-awtoritajiet regolatorji nukleari u mal-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku tagħhom.

Komponent intern: jiġu dekummissjonati l-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti rilevanti tal-JRC, f’konformità mal-ħtiġijiet identifikati fil-pjanijiet tad-dekummissjonar rispettivi, u jsir immaniġġjar sikur tal-fjuwil użat, tal-materjal nukleari u tal-iskart radjuattiv assoċjati.

Sfond istituzzjonali

L-impenn Ewropew li jappoġġa l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tas-sikurezza nukleari beda bejn l-1991 u l-2006, wara l-inċident ta’ Chernobyl bl-“Assistenza Teknika lill-Komunità ta’ Stati Indipendenti”. Tul aktar minn tliet deċennji, f’diversi istituzzjonijiet tal-KE u f’organizzazzjonijiet esperti fi ħdan il-Komunità Euratom ġew akkumulati għarfien espert u esperjenza konsiderevoli li jinkludu l-qasam kollu tas-sikurezza nukleari.

Fir-rigward tal-każ tal-komponent intern tal-Istrument, fl-1999 il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet programm tad-dekummissjonar biex tindirizza l-legat ta’ attivitajiet tar-riċerka nukleari passati u attwali. Minn dak iż-żmien ’l hawn, kien hemm direttorat apposta bi programm speċifiku biex jikkoordina l-attivitajiet tad-dekummissjonar fis-siti kollha tal-JRC. Din il-proposta tipprevedi l-użu tajjeb u effettiv tal-għarfien istituzzjonali rilevanti fil-perjodu tal-QFP li jmiss. Il-JRC beda programm ta’ ġestjoni tal-għarfien fil-qafas tal-QFP attwali biex jaqsam l-esperjenza u l-għarfien prattiku miksuba waqt l-attivitajiet attwali tad-dekummissjonar li qed tiffinanzja l-UE, fis-siti tal-JRC, fil-Litwanja, fis-Slovakkja u fil-Bulgarija.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti rilevanti

Il-komponent estern jipprovdi qafas ta’ abilitazzjoni li permezz tiegħu l-politiki ta’ azzjoni esterna u l-obbligi internazzjonali dwar is-sikurezza nukleari u dik tar-radjazzjoni jistgħu jiġu implimentati b’kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab. F’dan is-sens, dan hu kontinwazzjoni adattata tal-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari (INSC) skont ir-Regolament (Euratom) 2021/948. Għalhekk, il-komponent estern se jikkomplementa lill-Istrument ta’ viċinat, ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u ta’ kooperazzjoni internazzjonali “Ewropa Globali” u se jkompli jaħdem favur l-objettivi li ġejjin:

·jippromwovi livell għoli ta’ sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni;

·jippromwovi mmaniġġjar sikur tal-fjuwil nukleari użat u tal-iskart radjuattiv;

·jippromwovi salvagwardji effiċjenti u effettivi tal-materjali nukleari.

Il-proposta għall-komponent estern tinkludi dan it-titjib li ġej, meta l-komponent jitqabbel mal-INSC attwali:

·jiżgura appoġġ għall-użu sikur ta’ teknoloġiji innovattivi (bħal reatturi modulari żgħar) wara l-iżviluppi possibbli u previsti fl-applikazzjonijiet tat-teknoloġija nukleari;

·jipprovdi rispons rapidu u xieraq f’każijiet eċċezzjonali (inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ gwerra);

·jestensjoni l-ambitu tal-appoġġ għall-operaturi tal-impjanti tal-enerġija nukleari;

·iżid l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ tħejjija u ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza;

·iżid l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ rimedjazzjoni ambjentali, bħala kontribut akbar għall-isforzi globali għall-protezzjoni ambjentali;

·jiffaċilita approċċ ta’ implimentazzjoni aktar komprensiv, inkluż fl-għażla tal-proċeduri tal-għajnuna u l-benefiċjarji tal-kooperazzjoni.

Il-komponent intern tal-INSC-D għandu l-għan li jkompli u javvanza l-attivitajiet tad-dekummissjonar attwali tal-JRC. F’dan is-sens, jista’ jitqies ukoll bħala l-kontinwazzjoni diretta tal-NDWMP attwali tal-JRC skont ir-Regolamenti (Euratom) 2021/100. Għalhekk, se jsegwi objettivi simili għal dawk tal-NDWMP attwali, inkluż it-tixrid tal-għarfien prattiku miksub dwar id-dekummissjonar, mal-Istati Membri tal-UE.

·Il-proposta fiha wkoll element ġdid għall-komponent intern: skeda taż-żmien konkreta għan-negozjati mal-Istati Membri kkonċernati dwar it-trasferiment potenzjali tar-responsabbiltà nukleari mill-JRC lill-Istat Membru ospitanti.

Iż-żmien opportun tal-proposta

Fl-2028, il-komponent estern se jissostitwixxi l-INSC biex jiżgura kontinwazzjoni bla skossi tal-attivitajiet relatati.

Il-komponent intern tal-INSC-D jissostitwixxi l-NDWMP tal-JRC biex jiżgura kontinwazzjoni bla skossi tal-attivitajiet tad-dekummissjonar tal-JRC.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Waqt l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se tkun żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħra tal-UE. Kif rifless fl-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli 10 u kkonsolidat mill-Patt Ekoloġiku Ewropew 11 , dan jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-impatt tal-politiki kollha fuq l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha: nazzjonali, tal-UE, f’pajjiżi oħra, u dinji.

Se ssir ħidma biex jinbnew sinerġiji ma’ azzjonijiet ta’ programmi oħra tal-UE ħalli jiġi massimizzat l-impatt tal-interventi. L-azzjonijiet iffinanzjati mill-komponent estern ta’ din il-proposta jenħtieġ li jkunu konsistenti u komplementari għal dawk imwettqa permezz ta’ Ewropa Globali 12 , id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni ekstra-Ewropea, inkluż Greenland 13 , u l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni.

Il-komponent intern għandu l-għan li jibni sinerġiji potenzjali fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tal-għarfien u t-tixrid tal-informazzjoni siewja miksuba waqt l-implimentazzjoni tal-NDWMP tal-JRC u tal-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari fil-Litwanja, fis-Slovakkja u fil-Bulgarija (NDAP). Dan se jinkludi t-trasferiment attiv tal-għarfien lill-awtoritajiet tas-sikurezza nukleari tal-UE, lill-operaturi tad-dekummissjonar u lill-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (eż. l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija tal-Enerġija Nukleari tal-OECD).

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Il-bażi legali ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 203 tat-Trattat 14 li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Komunità”).

L-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom 15 hu l-bażi tal-proċedura għall-istrumenti legali anteċedenti li jkopru l-komponent intern kif ukoll il-komponent estern. Dan jagħti s-setgħa lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi wara proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, biex jieħu miżuri xierqa ħalli jintlaħqu l-objettivi tal-Komunità Euratom.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-UE ma għandhiex kompetenza esklużiva għall-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari mal-pajjiżi terzi. Ħafna Stati Membri tal-UE mhumiex biss firmatarji tat-Trattati multilaterali rilevanti taħt il-kappa ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (eż. l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, in-NU jew l-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari (NEA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)), iżda għandhom ukoll ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi oħra dwar l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari. Dawn il-ftehimiet jistgħu jinkludu attivitajiet konġunti tar-riċerka u tal-iżvilupp jew jipprovdu assistenza professjonali f’oqsma partikolari tat-teknoloġija nukleari. Ir-regolaturi nazzjonali tas-sikurezza nukleari spiss ikollhom ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali mar-regolaturi fil-pajjiżi sħab biex jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni regolatorja u jaqsmu l-esperjenzi. Minbarra l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Operaturi Nukleari, l-operaturi tal-impjanti tal-enerġija nukleari normalment jikkooperaw flimkien permezz ta’ “għaqdiet tal-utenti” internazzjonali li jiġbru flimkien lill-operaturi ta’ ċertu tip ta’ impjant tal-enerġija nukleari biex jaqsmu esperjenza operattiva u prattiki tajbin.

·Minkejja din il-firxa rikka ta’ possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni multilaterali u bilaterali disponibbli għall-Istati Membri tal-UE, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari mal-pajjiżi sħab taħt il-kappa tal-UE u tal-Komunità Euratom toffri vantaġġi sinifikanti u tista’ tipprovdi valur miżjud. L-istatus tal-Euratom bħala komunità supranazzjonali jġib influwenza politika, aċċess għal trattati multilaterali maħsuba biex jindirizzaw sfidi dinjin, u bħala konsegwenza jipprovdi ingranaġġ.

·Il-preżenza globali tinkiseb permezz tad-delegazzjonijiet tal-UE, li jiżguraw network għall-kisba ta’ informazzjoni diretta u affidabbli dwar l-iżviluppi li jaffettwaw lill-pajjiżi madwar id-dinja.

·Il-Komunità tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri huma hu jittrattaw sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi jew jimmaniġġjaw ċerti interventi li jeħtieġu partikolarment fondi sostanzjali.

·Il-Komunità tista’ twettaq interventi fuq skala akbar, bi sforzi koordinati u lil hinn mill-kontribuzzjonijiet possibbli ta’ Stati Membri individwali jew ta’ donaturi uniċi oħrajn. Għal proġetti fuq skala kbira u ambizzjużi, bħar-rimedjazzjoni ta’ siti antiki tal-produzzjoni tal-uranju fl-Asja Ċentrali, jew bħal azzjonijiet li jkomplu jindirizzaw l-effetti tal-inċident ta’ Chernobyl tal-1986, azzjoni komuni tal-UE tipprovdi effiċjenzi fil-koordinazzjoni tal-fondi.

·Il-Komunità tista’ tħaddem l-għarfien espert konġunt sinifikanti u r-reputazzjoni tal-Istati Membri tagħha kollha f’daqqa.

·Permezz tal-Komunità jkunu jistgħu jiġu ssodisfati l-obbligi legali tal-UE b’mod effiċjenti billi jiġu dekummissjonati l-faċilitajiet nukleari li ngħalqu b’mod permanenti fil-JRC.

Għall-komponent intern, il-ftehimiet bilaterali xorta jistgħu jaqdu rwol speċjali. Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq negozjati bilaterali ma’ kull Stat Membru ospitanti affettwat (jiġifieri l-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja u n-Netherlands) biex tiddetermina jekk l-Istat Membru jkunx lest li volontarjament jieħu f’idejh il-faċilità nukleari involuta tal-JRC u jkompli jimplimenta l-programm tad-dekummissjonar skont il-pjanijiet. Jekk Stat Membru ospitanti jkun lest li jagħmel ftehim bħal dan, il-Kummissjoni Ewropea xorta se tiffinanzja bis-sħiħ il-programm tad-dekummissjonar rilevanti.

Proporzjonalità

Konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kull azzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tmur lil hinn minn dak meħtieġ biex tiġi indirizzata l-kwistjoni kkonċernata jew biex jintlaħqu l-objettivi deskritti fit-Trattati. F’dan ir-rigward, abbażi tar-riżultati ta’ diversi evalwazzjonijiet u evidenza disponibbli, l-INSC u l-NDWMP fil-perjodi attwali u preċedenti tal-QFP urew li huma għodod effiċjenti biex ikopru l-ħtiġijiet tal-pajjiżi sħab u tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar is-sikurezza nukleari u d-dekummissjonar.

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-Regolament propost ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu, kif rifless fil-prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet u l-baġit allokat.

·Għażla tal-istrument

Wieħed mill-objettivi tat-Trattat Euratom hu li jikseb livell għoli ta’ sikurezza nukleari fl-UE. Dan għandu jinkiseb ukoll barra mill-UE. Peress li t-Trattat Euratom ma pprovdiex is-setgħat neċessarji, iridu jittieħdu miżuri xierqa abbażi tal-Artikolu 203. L-istrument propost jieħu l-forma ta’ Regolament, filwaqt li jiżgura l-applikazzjoni uniformi tiegħu, in-natura vinkolanti fl-intier tiegħu u l-applikabbiltà diretta tiegħu.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjonijiet għall-istrumenti preċedenti u attwali li se jkopri l-komponent estern tal-INSC-D għall-QFP 2028-2034 kienu jinkludu:

·rieżami estern ta’ nofs it-terminu li jevalwa disa’ Strumenti ta’ Finanzjament Estern tal-UE (EFIs) tul il-perjodu mill-2014 sa nofs l-2017 16 ;

·evalwazzjoni ex post indipendenti tal-INSC għall-perjodu 2014-2020 17 ;

·il-valutazzjoni tal-impatt ex ante tal-INSC għal perjodu 2021-2027 18 ;

·ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-INSC għall-perjodu 2021-2027 19 .

L-aħħar rapport dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrumenti finanzjarji esterni tal-2021-2027 inħareġ f’Marzu 2024. Dan jiġbor fil-qosor ir-riżultati ta’ żewġ proċeduri distinti: (1) l-evalwazzjoni finali tal-EFIs tul il-QFP 2014-2020, u (2) ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-EFIs tul il-QFP 2021-2027. Id-deskrizzjonijiet li ġejjin jiffukaw fuq ir-riżultati tar-rieżami ta’ nofs it-terminu għall-perjodu tal-QFP 2021-2027 u r-rieżami preċedenti ta’ nofs it-terminu mwettaq fl-2017.

Ir-rapporti kollha ta’ hawn fuq ikkonkludew li l-istrumenti ta’ finanzjament esterni kienu validi għall-użu, u qabdu t-triq it-tajba biex jilħqu l-objettivi. L-istrumenti jistabbilixxu l-ambitu, l-objettivi u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-politiki. Ir-rapporti wrew ukoll li n-natura abilitanti tal-EFIs qed tippermetti li jiġu koperti ħafna mill-ħtiġijiet u mill-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-UE.

·Ir-Regolament li jikkorrispondi għall-INSC20 attwali aġġusta xi ftit l-ambitu u l-objettivi tal-istrument biex jenfasizza t-trasparenza u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab.

·Hemm kontinwità soda bejn ir-regolamenti tal-INSC li jikkorrispondu għall-perjodi preċedenti u attwali tal-QFP. Minkejja xi aspetti ġodda introdotti għall-perjodu 2021-2027 (eż. l-isforz għal aktar trasparenza nukleari fil-pajjiżi sħab), il-loġika bażika tal-istrument u l-modi ta’ operazzjoni baqgħu prattikament l-istess.

·Meta jitqiesu l-objettivi ewlenin tiegħu (eż. li jippromwovi kultura ta’ sikurezza nukleari fil-pajjiżi sħab, eċċ.), l-INSC hu allinjat għalkollox mal-prinċipji u l-prijoritajiet politiċi tal-UE.

·Il-kapaċità li jiġu ffissati objettivi komuni mal-pajjiżi sħab ġiet identifikata bħala qasam ta’ dgħufija.

·Hemm xejra evidenti li jiġu ppjanati u implimentati inqas azzjonijiet u proġetti, li però jkunu akbar. Din ix-xejra hi evidenti wkoll għall-INSC għax in-numru ta’ kuntratti ilu mill-2014 jonqos b’mod kostanti.

·Il-qafas tar-riżultati tal-INSC baqa’ orjentat l-aktar lejn l-eżiti, minkejja sforzi ripetuti biex jiddaħħal qafas orjentat lejn l-eżiti u l-impatti.

·L-INSC ripetutament wera l-flessibbiltà kbira tiegħu permezz ta’ kooperazzjoni mibdija, aġġustata, intensifikata jew sospiża malajr mal-Belarussja, mal-Iran, u speċjalment mal-Ukrajna, bis-saħħa ta’ allokazzjonijiet baġitarji rapidi, u koordinazzjoni aġli.

Ir-rapport jiddikjara li jista’ jkun hemm possibbiltajiet biex l-INSC isir aktar konformi mal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-GE), u viċi versa.

Sejbiet tal-evalwazzjoni, u l-programm il-ġdid propost 

Sejbiet tal-evalwazzjoni

L-INSC-D propost

Bħala strument dinji bi lħuq globali, l-INSC jagħmel lill-UE attur ewlieni fil-qasam tal-kooperazzjoni dwar is-sikurezza u s-salvagwardji nukleari, kemm bi sħubijiet bilaterali u anki bħala parti mill-arkitettura internazzjonali.

Strument abilitanti: Mit-tagħlimiet miksuba bl-INSC, qed jiġi propost titjib li jiżgura aktar flessibbiltà u biex l-UE tkun tista’ tintervjeni f’ċirkostanzi futuri mhux previsti.

Dawn il-bidliet kienu motivati mir-rispons miksub waqt ir-rieżami ta’ nofs it-terminu, mill-iżviluppi teknoloġiċi riċenti fl-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, mill-bidliet ġeopolitiċi tal-aħħar snin, u mill-isforzi biex jittejbu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-istrument.

L-INSC jippermetti lill-UE timpenja ruħha fi djalogu fil-livell ta’ politika mal-pajjiżi sħab, b’mod partikolari fir-reġjun tal-viċinat tal-UE, fejn il-kwistjonijiet tas-sikurezza nukleari jaf potenzjalment iħallu implikazzjonijiet sinifikanti fuq l-Istati Membri tal-UE u fuq is-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej.

Ir-razzjonalizzazzjoni tal-istrumenti wasslet għal struttura tal-EFI ssimplifikata u għal proċessi tal-programmazzjoni aktar unifikati, billi ntużaw mudelli tal-programmi indikattivi pluriennali unifikati, eċċ.

It-tranżizzjoni bejn l-EFIs preċedenti u attwali ma kinitx mingħajr skossi, għax il-pressjoni tal-ħin fl-2021 u l-limitazzjonijiet fil-kapaċitajiet wasslu biex l-UE tipprijoritizza l-progress tal-programmazzjoni u tal-eżekuzzjoni fuq li tintroduċi bidliet istituzzjonali interni. Iċ-ċirkostanzi esterni (eż. il-fażi finali tal-COVID-19) komplew jaggravaw is-sitwazzjoni li kienet diġà taħt pressjoni minħabba rotazzjoni qawwija tal-persunal u nuqqas ta’ riżorsi suffiċjenti.

Razzjonalizzazzjoni ulterjuri tal-istrumenti ta’ finanzjament esterni: Fil-QFP 2014-2020, diversi EFIs indipendenti operaw skont l-intestatura Ewropa Globali. Fit-tfassil tal-QFP 2021-2027, il-Kummissjoni razzjonalizzat l-EFIs biex tiżgura rikonoxximent aħjar tar-realtajiet ġeopolitiċi mibdula u l-ġestjoni aħjar tal-programmi relatati. Bis-saħħa ta’ din is-simplifikazzjoni, 11-il strument li qabel kienu separati tqiegħdu taħt l-NDICI-GE. L-INSC, bħala strument bi skop speċjali u b’bażi legali tal-Euratom, baqa’ separat mill-NDICI-GE.

Fil-QFP 2028-2034 li jmiss hija proposta razzjonalizzazzjoni ulterjuri tal-EFIs għax Ewropa Globali se tibni fuq l-NDICI-Ewropa Globali, l-istrument IPA III għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni, il-Faċilità għall-Ukrajna, il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, u l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Moldova.

L-evalwazzjoni kkonfermat li ż-żamma tal-INSC bħala strument separat – minħabba n-natura teknika speċjalizzata ħafna tiegħu u l-bażi legali differenti tiegħu – kienet deċiżjoni adegwata.

Fużjoni tal-INSC mad-dekummissjonar tal-JRC: L-INSC ingħaqad mad-dekummissjonar tal-JRC. L-INSC-D propost jgħaqqad żewġ regolamenti fi strument wieħed.

Komponent estern se jikkomplementa lil Ewropa Globali u għandu objettivi simili għall-INSC attwali.

Komponent intern se jkollu l-objettivi tal-Programm tal-JRC għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart (NDWMP).

Hemm bżonn iżjed konsistenza bejn partijiet ta’ strument speċifiku, bejn strumenti differenti, kif ukoll mad-donaturi.

Evalwazzjonijiet riċenti tal-programm tad-dekummissjonar tal-JRC

Is-servizz tal-awditjar intern tal-JRC awditja l-NDWMP fl-2024 u għamel sitt rakkomandazzjonijiet biex itejjeb l-implimentazzjoni tal-programm. Il-JRC ippreżenta pjan ta’ azzjoni li ġie maqbul u implimentat biex jindirizza l-kwistjonijiet kollha:

·l-arranġamenti ta’ sorveljanza tal-JRC (importanti);

·l-organizzazzjoni interna tal-JRC tar-responsabbiltajiet tal-NDWMP (importanti ħafna);

·il-pjanijiet tad-dekummissjonar għas-siti tal-JRC (importanti ħafna);

·stimi tal-kostijiet għad-dekummissjonar tas-siti nukleari tal-JRC (importanti ħafna);

·ħtiġijiet ta’ flessibbiltà baġitarja tal-NDWMP (importanti ħafna);

·ippjanar u allokazzjoni tar-riżorsi umani (importanti).

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Konsultazzjoni pubblika miftuħa

F’konformità mar-regoli rispettivi, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-finanzjament tal-UE għall-azzjoni esterna fil-kuntest tal-QFP li jmiss 20 . Ir-riżultati ta’ din il-konsultazzjoni għall-INSC kienu dawn:

Madwar 50% tar-rispondenti kienu pożittivi dwar l-objettivi tal-INSC u qablu fil-biċċa l-kbira jew sa ċertu punt mal-objettivi tal-INSC 21 . Minn fost ir-rispondenti, 13% biss kienu kontriha għalkollox, u 27% ma kellhomx opinjoni (pożittiva jew negattiva) definita.

Ir-riżultati ta’ hawn fuq jindikaw li ħafna mir-rispondenti jaqblu mal-għoti ta’ assistenza tal-UE lill-pajjiżi sħab fil-qasam tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari u tar-radjazzjoni.

Konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati oħra

Ir-riżultati sintetizzati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati ntużaw biex jikkomplementaw il-konklużjonijiet misluta mill-evidenza dokumentarja. Meta ġew abbozzati d-dokumenti tal-evalwazzjoni li firxu l-bażi tar-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu tal-2021-2024 li jivvaluta l-EFIs, saru dawn it-tipi ta’ konsultazzjonijiet li ġejjin mal-partijiet ikkonċernati:

·Intervisti semistrutturati fiżiċi u remoti ma’ madwar 350 parti ikkonċernata ewlenija, inkluż persunal tal-Kummissjoni Ewropea (li jaħdem fis-Segretarjat Ġenerali u fid-Direttorati Ġenerali tagħha bħas-Sħubijiet Internazzjonali, il-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, l-Istrumenti tal-Politika Barranija, eċċ.), mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u mid-Delegazzjonijiet tal-UE.

·Ġew intervistati wkoll partijiet ikkonċernati esterni bħal rappreżentanti mill-aġenziji tan-NU, mill-Istati Membri tal-UE u mill-gvernijiet tal-pajjiżi sħab.

·Il-Kummissjoni organizzat konsultazzjonijiet immirati ma’ gruppi speċifiċi ta’ partijiet ikkonċernati, magħmula minn esperti mill-Istati Membri tal-UE u minn rappreżentanti ta’ aġenziji rilevanti tan-NU u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, fost l-oħrajn.

·Il-konsultazzjonijiet imsemmija hawn fuq ġew supplimentati bi tliet stħarriġiet elettroniċi li kisbu kontributi volontarji addizzjonali, l-aktar mingħand id-Delegazzjonijiet tal-UE.

Il-messaġġi ewlenin ikkomunikati mill-partijiet ikkonċernati kkonsultati qed jinġabru fil-qosor fl-Anness III tal-volum II tar-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu. Id-dettalji ma jerġgħu jittennew hawnhekk, u għall-finijiet ta’ konċiżjoni qed jiġu kkwotati biss l-aktar punti importanti.

Il-partijiet ikkonċernati qablu li l-EFIs għandhom ikunu aktar flessibbli fir-rispons għall-kriżijiet u għall-bidliet għall-għarrieda fis-sitwazzjoni ġeopolitika. Ġie enfasizzat ukoll li trid tkun tiġi żgurata aktar konsistenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE u bejn l-EFIs infushom. Il-kontribut sostanzjali tal-EFIs għall-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 ġie rikonoxxut b’mod ġenerali u ġie indikat li l-organizzazzjoni tal-attivitajiet b’rabta mal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs) għandha t-tendenza li żżid il-konsistenza bejn il-politiki interni u esterni.

L-introduzzjoni tal-istrument wiesa’ l-ġdid (NDICI-Ewropa Globali) fil-QFP attwali ntlaqgħet tajjeb b’mod ġenerali u qed jitħeġġeġ li tissokta s-simplifikazzjoni tal-arkitettura ġenerali tal-EFIs. Anki li d-dimensjonijiet tematiċi jiġu indirizzati fil-programmi ġeografiċi ntlaqa’ tajjeb, u kien hemm qbil ġenerali li l-kombinament ta’ programmi ġeografiċi u tematiċi għandha t-tendenza li ġġib riżultati pożittivi.

Il-konsistenza u l-komplementarjetà tal-proposta tal-INSC-D ma’ Ewropa Globali se jkunu żgurati primarjament bl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali relatati mal-użu paċifiku tal-enerġija nukleari f’oqsma li huma anċillari għall-objettivi usa’ ta’ Ewropa Globali, bi qbil mal-politika ta’ żvilupp u ta’ kooperazzjoni internazzjonali għas-saħħa, l-agrikoltura, l-industrija u l-proġetti soċjali.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert għall-INSC

It-tliet rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija qabel tħejjew bħala parti minn valutazzjonijiet indipendenti mwettqa bejn l-2017 u l-2024 minn konsorzji magħżula li jikkonsistu minn kumpaniji esperti esterni distinti. Minbarra l-evidenza dokumentarja, il-valutazzjonijiet straħu fuq konsultazzjonijiet estensivi fiżiċi u remoti, li inkludew ukoll ammont kbir ta’ membri tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea. Għalkemm parti konsiderevoli mill-informazzjoni inkluża fir-rapporti tal-evalwazzjoni inkiseb direttament mingħand il-impjegati tal-Kummissjoni, ir-rapporti jirriflettu l-konklużjonijiet ta’ esperti esterni indipendenti u bl-ebda mod ma jitqiesu bħala rapporti ta’ awtovalutazzjoni tal-Kummissjoni.

Ir-rapporti tal-valutazzjoni kollha msemmija hawn fuq huma disponibbli għall-pubbliku.

Fir-rigward tal-opinjoni tal-organizzazzjonijiet professjonali internazzjonali rilevanti dwar il-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sikurezza nukleari mal-pajjiżi sħab, il-Laqgħa tas-Seba’ Konvenzjoni tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) dwar ir-Rieżami tas-Sikurezza Nukleari fl-2017 irrikonoxxiet uffiċjalment il-valur miżjud pendenti tal-INSC billi ddikjarat li “l-implimentazzjoni tal-istrument għall-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari għall-assistenza ta’ pajjiżi terzi ġiet identifikata bħala prattika tajba” 22 .

Fl-aħħar tliet deċennji, il-Komunità tal-Euratom applikat b’mod sistematiku l-INSC bħala għodda effiċjenti biex jinkiseb u jinżamm livell għoli ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni u salvagwardji effiċjenti fil-pajjiżi sħab. Ir-rwol tal-INSC fit-trasferiment tar-regolamenti u tal-aqwa prattiki tal-Komunità rrikonoxxih ukoll il-Grupp tar-Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (ENSREG) fid-dokument ta’ pożizzjoni tiegħu 23 dwar l-INSC. L-ENSREG ħoloq ukoll grupp ta’ ħidma biex jikkummenta dwar il-programmi indikattivi pluriennali tal-INSC, biex jirrieżamina r-rapporti ta’ nofs it-terminu tal-istrument, u biex jagħmel proposti dwar il-ħtieġa u l-fattibbiltà ta’ proġetti potenzjali li jgħinu lill-pajjiżi sħab.

Użu ta’ għarfien espert estern għall-programm tad-dekummissjonar tal-JRC

Fl-2024, il-Programm tal-JRC għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart kienet saritlu evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu. Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet 24 tagħha kienu dawn:

Sejbiet

·Sar progress sinifikanti fil-ġestjoni tal-partijiet ikkonċernati fis-siti tal-JRC.

·Sar progress fl-irkupru, fit-trattament u fil-ħżin sikur tal-iskart storiku fil-JRC ta’ Ispra u ta’ Petten.

·Peress li n-natura ta’ ħafna mill-kostijiet tiddependi fuq il-ħin, id-dewmien tal-proġetti hu sinonimu ma’ żidiet fil-kostijiet, iżda l-indikaturi tal-monitoraġġ tal-“ġestjoni tal-valur miksub” juru li b’mod ġenerali l-programm hu effiċjenti fejn jidħlu finanzi.

·Il-qafas ta’ governanza hu validu għall-użu u adattat għall-objettivi tal-NDWMP.

·L-implimentazzjoni tal-NDWMP hija konformi mal-acquis tal-UE u mal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE u nazzjonali.

·Il-prodotti tal-għarfien ġew prodotti f’konformità mal-miri fis-siti kollha tal-NPP.

·Il-ġestjoni tal-għarfien ħeġġet il-kollaborazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn it-tliet programmi ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari.

Rakkomandazzjonijiet

·It-talbiet tal-liċenzjar jeħtieġ jiġu antiċipati u mħejjija bl-involviment bikri tar-regolatur ħalli jitnaqqas l-impatt tagħhom fuq l-eżekuzzjoni tal-programm.

·Il-kapaċitajiet organizzazzjonali tal-akkwist jeħtieġ jittejbu.

·Jeħtieġ jiġu żviluppati u implimentati indikaturi tal-monitoraġġ ħalli jitkejjel l-impatt tal-użu tal-prodotti tal-għarfien żviluppati fl-NDWMP u fl-NDAP.

Evalwazzjoni ex ante

L-Għodda #9 għal Regolamentazzjoni Aħjar tiddikjara li l-“programmi li jipprovdu kontinwità fir-rigward tal-kontenut u tal-istruttura wiesgħa tagħhom u li huma żgħar” jeħtieġu biss evalwazzjoni ex ante. Għalhekk tħejja rapport ta’ evalwazzjoni ex ante komprensiv 25 biex jinhemeż mal-proposta tal-INSC-D li tanalizza l-effetti ta’ alternattivi ta’ politika differenti.

L-analiżi wriet li alternattiva waħda biss 26 tista’ tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha. L-impatti tal-komponenti tal-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari passati u attwali, u l-impatt mistenni tal-INSC-D fil-pajjiżi sħab jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

·jissaħħu l-kapaċitajiet regolatorji u l-abbiltajiet tar-regolatur nukleari nazzjonali;

·tinħoloq jew tkompli tiżviluppa organizzazzjoni ta’ appoġġ tekniku kompetenti li tassisti lir-regolatur nukleari;

·jinfetaħ ċentru nazzjonali ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza nukleari li jkun attrezzat b’għodod mill-aktar avvanzati għal dijanjożi, pronjożi u appoġġ għad-deċiżjonijiet b’rabta mal-inċidenti;

·tinħoloq jew tkompli tiżviluppa sistema nazzjonali tal-monitoraġġ tar-radjazzjoni b’kapaċitajiet ta’ twissija bikrija;

·jingħata taħriġ komprensiv u tutoraġġ lir-regolaturi u lill-esperti tal-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku;

·parteċipazzjoni f’simulazzjoni ta’ kriżi tal-UE u r-rieżami bejn il-pari sussegwenti tal-ENSREG;

·rimedjazzjoni tas-siti antiki kkontaminati b’materjal radjuattiv.

Għall-attivitajiet tad-dekummissjonar tal-JRC, l-implimentazzjoni tal-NDWMP tejbet b’mod effettiv is-sikurezza nukleari u tar-radjazzjoni fis-siti tal-JRC involuti, għall-ġid taċ-ċittadini tal-UE u tal-ambjent.

Bit-tkomplija tal-NDWMP, hu mistenni li:

·l-obbligi u l-impenji legali tal-KE jiġu ssodisfati kif xieraq;

·il-perikli nukleari u tar-radjazzjoni fis-siti tal-JRC involuti jkomplu jitnaqqsu;

·ir-rilaxx sħiħ tal-faċilitajiet involuti mill-kontroll regolatorju jinkiseb fil-fażi finali tal-implimentazzjoni tal-programm;

·jinħolqu għarfien teknoloġiku u għarfien prattiku konsiderevoli u jiġu kondiviżi mal-partijiet ikkonċernati tal-UE involuti fid-dekummissjonar u fl-immaniġġjar tal-iskart.

Għall-komponent intern li qed jimplimenta l-Programm għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart, il-JRC beda jikkunsidra l-possibbiltà li jittrasferixxi r-responsabbiltà nukleari lill-Istati Membri ospitanti (l-Italja u n-Netherlands). Dan għadu ma ġiex deċiż, iżda l-alternattiva li dan jiġi nnegozjat hija inkluża fl-att bażiku l-ġdid bi skadenza proposta ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Istrument.

L-NDWMP jagħti opportunitajiet lill-ekonomija lokali biex tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-programm bil-parteċipazzjoni f’sejħa miftuħa għall-offerti fl-oqsma multidimensjonali tal-għarfien espert li hemm involuti fid-dekummissjonar u fl-immaniġġjar tal-iskart. L-opportunitajiet li joffru l-attivitajiet tad-dekummissjonar jgħinu fl-iżvilupp tal-ħiliet kif ukoll fl-iżvilupp soċjali. Barra minn hekk, id-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari obsoliti u li jissolvew il-kwistjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv billi jiġu applikati l-aqwa standards internazzjonali skont metodoloġiji mill-aktar avvanzati jikkontribwixxu għal ambjent aktar sikur u aktar nadif. Il-programm jgħin biex jipproteġi lin-nies u lill-ambjent mill-perikli relatati mar-radjuattività.

Spjegazzjoni tal-alternattivi ta’ politika

Meta ġiet żviluppata l-proposta tal-INSC-D, ġew investigati diversi alternattivi ta’ politika.

Alternattiva A: ix-xenarju bażi (iż-żamma ta’ żewġ strumenti separati). Din ingħatat il-ġenb għax tikkontradixxi l-għanijiet ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni.

Alternattiva B: waqfien tal-programm. Din ingħatat il-ġenb minħabba r-riskju kbir tagħha li tnaqqas l-influwenza tal-UE fil-kooperazzjoni globali fil-qasam tas-sikurezza nukleari u li tkun f’kunflitt mal-obbligi legali u politiċi tal-Euratom.

Alternattiva C: integrazzjoni sħiħa ma’ strument ieħor tal-UE. Din ingħatat il-ġenb minħabba ostakli legali li joħorġu mit-Trattat Euratom, li jwaqqfu l-fużjoni ta’ attivitajiet tas-sikurezza nukleari ma’, pereżempju, Ewropa Globali.

Alternattiva D: fużjoni taż-żewġ strumenti tal-Euratom. Din hija l-għażla ppreferuta. Din tissodisfa r-rekwiżiti kollha: l-allinjament mal-qafas legali tat-Trattat Euratom, l-adeżjoni mal-proċeduri ta’ azzjoni esterna tal-UE, u l-avvanz tal-aġenda tas-simplifikazzjoni tal-Kummissjoni. Meta tikkonsolida l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tas-sikurezza nukleari u l-obbligi tad-dekummissjonar tal-JRC fi strument wieħed, din l-Alternattiva żgurat il-fattibbiltà, il-konsistenza u l-effiċjenza regolatorja, u b’hekk hija l-aqwa għażla għall-proposta tal-INSC-D.

Simplifikazzjoni

L-INSC-D proposta formalment tgħaqqad żewġ regolamenti li qabel kienu separati, fi strument wieħed. Din il-fużjoni hija motivata u ġġustifikata minn diversi fatturi strateġiċi u regolatorji, eż. mill-għanijiet tas-simplifikazzjoni tar-regolamenti tal-Kummissjoni u mill-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar. Skont il-prinċipji tas-simplifikazzjoni għall-QFP li jmiss, il-proċessi li jikkoinċidu u l-piżijiet amministrattivi potenzjali għandhom jitneħħew bi ġbir flimkien tal-programmi li jaf ikunu jeħtieġu appoġġ tekniku u/jew loġistiku simili.

Din il-fużjoni ssir possibbli mill-istess bażi legali (Euratom). L-isforzi tas-simplifikazzjoni tal-QFP għandhom l-għan li jnaqqsu l-kumplessità fi ħdan l-UE għal trasparenza u koordinazzjoni aħjar u biex jinħoloq qafas regolatorju u finanzjarju aktar sempliċi għall-partijiet ikkonċernati (l-aġenziji, l-Istati Membri, il-kuntratturi). Il-fużjoni tallinja wkoll mal-prinċipju ta’ “approċċ ta’ gvern sħiħ” tal-aġenda Ewropea ġdida għall-innovazzjoni, filwaqt li tippromwovi l-kollaborazzjoni bejn l-aġenziji fuq l-approċċi frammentati.

Il-fużjoni ta’ strument (l-INSC) u ta’ programm (NDWMP) li inizjalment kienu separati, iżda li jappartjenu għall-istess bażi legali u li jikkondividu objettivi komuni, tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni li tippromwovi l-Kummissjoni Ewropea.

Drittijiet fundamentali

L-istrument ma għandu l-ebda impatt fuq id-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-16 ta’ Lulju 2025 27 , il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li talloka EUR 966 000 000 lill-Istrument INSC-D.

5.ASPETTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-implimentazzjoni tal-INSC-D se tiġi monitorjata permezz tal-qafas ta’ prestazzjoni għall-baġit ta’ wara l-2027. Dan il-qafas jipprevedi rapport tal-implimentazzjoni tul il-fażi ta’ implimentazzjoni u ta’ evalwazzjoni retrospettiva li jrid isir f’konformità mal-Artikolu 34(3) tar-Regolament 2024/2509 28 . L-evalwazzjoni trid issir f’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar 29 u abbi ta’ indikaturi rilevanti għall-objettivi tal-istrument.

Ir-raġunament metodoloġiku wara l-użu ta’ qafas a’ prestazzjoni komuni hu li l-applikazzjoni ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni aggregati fost il-programmi tista’ tissimplifika b’mod konsiderevoli d-diversi obbligi tar-rapportar għall-programmi futuri kollha tal-QFP. B’dan l-approċċ mistenni jkun jista’ jitnaqqas ferm il-piż amministrattiv, billi jonqsu l-indikaturi u jiġu attribwiti indikaturi għal kull qasam ta’ intervent.

·Ambitu ġeografiku

L-ambitu ġeografiku tal-komponent estern tal-INSC-D hu d-dinja kollha. Iżda tingħata prijorità lill-persuni u l-entitajiet mill-pajjiżi aderenti, mill-pajjiżi kandidati, inkluż l-Ukrajna, mill-pajjiżi kandidati potenzjali u mill-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

L-ambitu ġeografiku tal-komponent intern hu limitat għas-siti tal-JRC involuti fl-attivitajiet tad-dekummissjonar tal-JRC, jiġifieri Geel fil-Belġju, Ispra fl-Italja, Karlsruhe fil-Ġermanja u Petten fin-Netherlands.

2025/0265 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar għall-perjodu 2028-2034 u jħassar ir-Regolamenti (Euratom) 2021/100 u (Euratom) 2021/948

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 30 ,

Billi:

(1)Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari u għall-attivitajiet tad-dekummissjonar imwettqa mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Komunità”) bl-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar (l-“Istrument”).

(2)Biex jiżgura u jippromwovi t-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u tar-regolamentazzjoni tagħha, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2009/71/Euratom 31 . Dik id-Direttiva u t-tħaddim fil-Komunità ta’ standards għoljin fis-sikurezza nukleari, fil-protezzjoni mir-radjazzjoni, u fl-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat huma eżempji li jridu jintużaw biex il-pajjiżi sħab jitħeġġu jadottaw standards għoljin simili.

(3)Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari adottata fis-17 ta’ Ġunju 1994 32 u għall-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Karburant Użat u dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Skart Radjuattiv adottata fil-5 ta’ Settembru 1997 33 .

(4)L-Istati Membri huma partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) 34 , ikkonkludew Ftehim ta’ Salvagwardji Komprensivi u ffirmaw Protokoll Addizzjonali għal dak il-ftehim mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika 35 .

(5)Peress li t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“it-Trattat Euratom”) ikopri l-politiki interni kif ukoll esterni u jipprevedi sinerġiji bejn it-tnejn, dan l-Istrument għandu żewġ komponenti li jindirizzaw l-attivitajiet esterni u interni rispettivament.

(6)Il-komponent estern tal-Istrument jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tas-sikurezza nukleari, filwaqt li jibni fuq l-azzjonijiet appoġġati qabel skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/948 36 . Il-komponent estern, appoġġat skont ir-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali] 37 , hu konsistenti mal-azzjoni esterna u jikkomplementaha.

(7)Il-komponent intern tal-Istrument jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet fil-qasam tad-dekummissjonar u l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv tal-Kummissjoni (il-Programm taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart), billi jerfa’ r-responsabbiltajiet nukleari tal-Kummissjoni li ġejjin minn riċerka nukleari tal-passat imwettqa fis-siti tal-JRC, jiġifieri f’Geel fil-Belġju, f’Karlsruhe fil-Ġermanja, f’Ispra fl-Italja u f’Petten fin-Netherlands, abbażi tal-azzjonijiet appoġġati fil-passat skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/100 38 .

(8)L-evalwazzjonijiet tal-programm urew li l-arkitettura kumplessa ta’ finanzjament tal-Unjoni hija fattur li jxekkel l-impatt tal-baġit tal-Unjoni, minħabba l-piż amministrattiv. Għalhekk, l-attivitajiet imwettqa fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar is-sikurezza nukleari u d-dekummissjonar tal-faċilitajiet tar-riċerka nukleari tal-JRC skont ir-Regolamenti (Euratom) 2021/100 u (Euratom) 2021/948 jenħtieġ li jiġu raggruppati biex ikunu regolati minn att legali wieħed.

(9)L-Istrument għandu l-objettiv ġenerali li jikkontribwixxi għal livelli għoljin fis-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, l-immaniġġjar sikur tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, id-dekummissjonar u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi tal-materjali nukleari.

(10)Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jipprovdi flessibbiltà akbar fl-approċċ tal-programmazzjoni, inkluż fost il-modalitajiet tal-għajnuna u l-entitajiet eliġibbli, biex iwieġeb għall-ħtiġijiet mhux previsti kif identifikati fl-evalwazzjonijiet u fil-konsultazzjonijiet skont ir-Regolament (Euratom) 2021/948.

(11)Il-kooperazzjoni pprovduta mill-Komunità skont dan ir-Regolament ma għandhiex l-għan li tippromwovi l-enerġija nukleari fil-pajjiżi sħab 39 .

(12)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju indikattiv għall-Istrument ġenerali. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-prezzijiet attwali jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni ta’ deflatur fiss ta’ 2%.

(13)F’ambjent ekonomiku, soċjali u ġeopolitiku li qed jinbidel malajr, l-esperjenza riċenti wriet il-ħtieġa ta’ qafas finanzjarju pluriennali u ta’ programmi tal-infiq tal-Unjoni li jkunu aktar flessibbli. Għal dak il-għan, u f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-finanzjament jenħtieġ li jqis kif xieraq il-ħtiġijiet evolventi tal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni kif identifikati fid-dokumenti rilevanti ppubblikati mill-Kummissjoni, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, filwaqt li tkun żgurata prevedibbiltà biżżejjed għall-implimentazzjoni tal-baġit.

(14)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 japplika għall-Istrument. Dan jistabbilixxi r-regoli dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, id-donazzjonijiet mhux finanzjarji, l-akkwist, u l-ġestjoni indiretta fil-forma ta’ strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(15)L-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-Istrument kif ukoll il-perjodu tal-programmazzjoni u d-distribuzzjoni tal-fondi fost id-diversi attivitajiet jenħtieġ li jiġu rieżaminati abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) 202X/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 [ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni].

(16)F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 , u r-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 43 , (Euratom, KE) Nru 2185/96 44 u (UE) 2017/1939 45 , jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu b’miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod żbaljat u, meta xieraq, bl-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF, European Anti-Fraud Office) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 . F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(17)L-Istrument għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 202X/XXXX [Regolament dwar il-Prestazzjoni] li jistabbilixxi r-regoli għall-qafas tat-traċċar tan-nefqa baġitarja u l-qafas tal-prestazzjoni tal-baġit, inkluż regoli biex ikunu żgurati applikazzjoni uniformi tal-prinċipji “l-ebda ħsara sinifikanti” u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri msemmijin fl-Artikolu 33(2), il-punti (d) u (f) tar-Regolament (UE), Euratom) 2024/2509, rispettivament, regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-prestazzjoni tal-programmi u tal-attivitajiet tal-Unjoni, regoli għall-istabbiliment ta’ portal tal-finanzjament tal-Unjoni, u regoli għall-evalwazzjoni tal-programmi, kif ukoll dispożizzjonijiet orizzontali oħra applikabbli għall-programmi kollha tal-Unjoni, bħal dawk dwar l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà.

(18)Jenħtieġ li l-forom u l-metodi tal-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta’ nonkonformità. Dak jenħtieġ li jkun jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ rati fissi u ta’ kostijiet unitarji, kif ukoll ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

(19)Jenħtieġ li l-koordinazzjoni tal-attivitajiet implimentati skont dan ir-Regolament tinkiseb b’ħidma u djalogu kontinwi mal-Istati Membri, mal-pajjiżi sħab u mal-awtoritajiet rilevanti tagħhom, b’mod partikolari l-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tas-sikurezza, tas-salvagwardji u tad-dekummissjonar nukleari biex tkun evitata d-duplikazzjoni.

(20)Biex tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-azzjoni esterna, tar-regoli u tal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali] jenħtieġ li, meta xieraq, japplikaw għall-implimentazzjoni tal-komponent estern tal-Istrument, u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jirreferu għad-dispożizzjonijiet previsti f’dak ir-Regolament.

(21)Għall-komponent estern tal-Istrument, il-pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkostitwixxu programmi ta’ ħidma skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Jenħtieġ li l-pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali jkunu jikkonsistu minn sett ta’ miżuri miġbura f’dokument wieħed.

(22)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi indikattivi pluriennali li jkunu konsistenti u jikkomplementaw il-programmi indikattivi pluriennali imsemmija fil-Kapitolu 1 tar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali].

(23)Jenħtieġ li l-qafas ġenerali ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-komponent estern tal-Istrument jkun kostitwit mill-politiki kif stabbiliti fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, fil-ftehimiet ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni, fil-ftehimiet multilaterali, fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni nukleari, fil-memoranda ta’ qbil, u fi ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi sħab tagħha, kif ukoll fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, fid-dikjarazzjonijiet tas-summits, fil-konklużjonijiet tal-laqgħat ta’ livell għoli mal-pajjiżi sħab, fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u fil-komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà.

(24)Il-komponent estern tal-Istrument jista’ jiffinanzja azzjonijiet fi kwalunkwe pajjiż sieħeb f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-persuni u l-entitajiet mill-pajjiżi aderenti, mill-pajjiżi kandidati, inkluż l-Ukrajna, mill-pajjiżi kandidati potenzjali u mill-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

(25)Il-Kooperazzjoni Internazzjonali se tkun ibbażata fuq il-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza kif stipulati fl-istandards tas-sikurezza tal-IAEA.

(26)Meta titqies il-ħtieġa kontinwa ta’ titjib fis-sikurezza għall-użu paċifiku tal-enerġija nukleari fil-pajjiżi sħab, l-Istrument jenħtieġ li jsegwi l-objettivi li jippromwovi l-ogħla livell ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni, immaniġġjar sikur tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji nukleari effiċjenti u effettivi fil-pajjiżi sħab. Dan jinkludi r-rimedjazzjoni tas-siti antiki kkontaminati radjoloġikament u t-tisħiħ tal-kapaċità regolatorja.

(27)Meta jitqies li l-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari qed ikomplu jiżviluppaw, l-Istrument jenħtieġ li jkun adattat biex ikun jista’ jwettaq attivitajiet f’oqsma emerġenti relatati mas-sikurezza nukleari u mat-tħejjija u r-rispons f’każ ta’ emerġenza, pereżempju billi jikkontribwixxi għas-sikurezza ta’ reatturi żgħar u modulari u għall-protezzjoni radjoloġika f’applikazzjonijiet mediċi radjoloġiċi ġodda.

(28)Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna qed tagħmel ħsara lill-infrastruttura tal-Ukrajna, inkluż lill-faċilitajiet tal-enerġija nukleari tal-pajjiż, kif ħareġ mill-attakk bid-droni tal-14 ta’ Frar 2025 fuq il-Konfinament Sikur Ġdid ta’ Chernobyl. Fir-rigward tal-appoġġ tal-Unjoni għall-ħtiġijiet relatati mal-Ukrajna fil-qasam tas-sikurezza nukleari, l-approprjazzjonijiet mobilizzati mir-Riżerva għall-Ukrajna msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 202X/XXXX [Regolament QFP] jistgħu jsiru disponibbli għall-appoġġ ipprovdut bil-komponent estern tal-Istrument fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli, ta’ strumenti finanzjarji u ta’ proviżjonament tal-garanzija baġitarja. Jenħtieġ li l-appoġġ ipprovdut lill-Ukrajna bil-komponent estern tal-Istrument ta’ dan ir-Regolament fil-forma ta’ self skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom jiġi pprovdut bl-ammont stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom u bil-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament dwar Ewropa Globali. Jekk dak is-self jingħata lill-Ukrajna bħala Stat sovran, dan għandu jiġi kopert mill-garanzija pprovduta f’konformità mal-Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 202X/XXXX [Regolament QFP]. Għaldaqstant, jixraq tiġi prevista deroga mill-Artikolu 214(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u ma tiġi stabbilita l-ebda rata ta’ proviżjonament għal dak is-self lill-Ukrajna kif previst fl-Artikolu 24(3), l-aħħar paragrafu tar-Regolament dwar Ewropa Globali.

(29)Biex jiżguraw il-konsistenza, il-garanzija baġitarja u l-istrumenti finanzjarji, inkluż meta jkunu kombinati ma’ appoġġ mhux ripagabbli f’operazzjonijiet ta’ taħlit, bil-komponent estern tal-Istrument jenħtieġ li jiġu implimentati f’konformità mar-regoli applikabbli tar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali] permezz tal-ftehimiet konklużi għal dak it-tip ta’ appoġġ mill-mekkaniżmi eżekuttiv ta’ Ewropa Globali.

(30)Għall-komponent estern, meta l-appoġġ tal-Unjoni bl-Istrument ikun irid jingħata fil-forma ta’ garanzija baġitarja jew ta’ strument finanzjarju, inkluż meta kkombinat ma’ appoġġ mhux ripagabbli f’operazzjoni ta’ taħlit, dak l-appoġġ jeħtieġ jingħata esklużivament mill-mekkaniżmi eżekuttivi ta’ Ewropa Globali f’konformità mar-regoli applikabbli tal-mekkaniżmi eżekuttivi ta’ Ewropa Globali.

(31)Il-kooperazzjoni mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jsegwu objettivi simili għal dawk tal-Istrument, kif imsemmi fil-Kapitolu 10, it-Titolu II tat-Trattat Euratom, b’mod partikolari mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), titqies meħtieġa biex tirnexxi l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari.

(32)L-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli jista’ jinkiseb b’koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta’ finanzjament esterni tal-Unjoni, kif ukoll bil-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni. Biex jimmassimizza l-impatt ta’ interventi kombinati ħalli jintlaħaq objettiv komuni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti l-kombinament tal-finanzjament ma’ programmi oħra tal-Komunità u tal-Unjoni, diment li l-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet.

(33)Il-programm finanzjarju preċedenti skont ir-Regolament (Euratom) 2021/100 wera l-valur miżjud Komunitarju addizzjonali permezz tal-ġbir u t-tixrid tal-għarfien. Abbażi tal-Artikolu 8 tat-Trattat Euratom, u skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom 47 , il-JRC hu responsabbli għall-ġestjoni tar-responsabbiltajiet nukleari storiċi tiegħu u għad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari magħluqa f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti. Għaldaqstant, fl-1999 tnieda l-Programm tal-JRC għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart b’komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill 48 , u minn dakinhar ’l hawn il-Kummissjoni tat aġġornamenti regolari dwar il-progress ta’ dak il-programm 49  

(34)Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aħjar għażla biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li joħorġu mill-Artikolu 5(1), il-punt (f) u mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/70/Euratom hija li titħaddem strateġija li tikkombina l-attivitajiet tad-dekummissjonar u tal-immaniġġjar tal-iskart filwaqt li jibdew diskussjonijiet bejn il-JRC u l-Istati Membri ospitanti rigward trasferiment potenzjali tar-responsabbiltajiet tad-dekummissjonar u tal-immaniġġjar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv f’każ ta’ ftehimiet reċiproċi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ospitanti. Il-JRC jenħtieġ li jipprevedi u jżomm riżorsi adegwati biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tad-dekummissjonar u tas-sikurezza tal-immaniġġjar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.

(35)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 .

(36)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli biex tadotta jew temenda pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri bil-komponent estern tal-Istrument, f’każijiet debitament ġustifikati relatati mal-ħtieġa ta’ rispons malajr mill-Komunità, meta dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(37)Jenħtieġ li, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, ir-Rappreżentant Għoli, fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni, jiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, u jiżgura l-unità, il-konsistenza u l-effettività tagħha, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Istrument.

(38)Jenħtieġ li r-referenzi għall-istrumenti ta’ assistenza esterna fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 51 jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolamenti msemmijin hawnhekk. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dan ir-Regolament jiġi implimentat bi qbil mar-rwol tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif previst f’dik id-Deċiżjoni.

(39)Biex tkun żgurata l-kontinwità fl-għoti tal-appoġġ lill-oqsma ta’ politika rilevanti u biex l-implimentazzjoni tkun tista’ tibda mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2028.

(40)Fil-qafas tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, adottati abbażi tal-Artikolu 29 tat-TUE u tal-Artikolu 215(2) tat-TFUE, l-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għal entitajiet jew korpi deżinjati, jew għall-benefiċċju tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li tali persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, kif ukoll persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom ma jiġux appoġġati.

(41)Għalhekk jenħtieġ li jitħassru r-Regolamenti (UE) 2021/100 u (UE) 2021/948,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar (l-“Istrument”) u jistabbilixxi l-objettivi tal-Istrument, il-baġit indikattiv tiegħu għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2034, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament bl-Istrument. Jindirizza wkoll l-ispeċifiċitajiet ta’ kull wieħed miż-żewġ komponenti tal-Istrument: il-komponent estern u l-komponent intern.

Artikolu 2

Objettivi tal-Istrument

1.L-objettiv ġenerali tal-komponent estern tal-Istrument hu li jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni, immaniġġjar sikur tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, id-dekummissjonar u fl-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi tal-materjali nukleari fil-pajjiżi sħab, f’komplementarjetà mar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali], u li jibni fuq l-attivitajiet fil-Komunità inkluż il-qafas regolatorju rilevanti tal-Euratom.

2.L-objettiv ġenerali tal-komponent intern tal-Istrument hu li jappoġġa d-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), f’konformità mal-ħtiġijiet identifikati fil-pjanijiet tad-dekummissjonar rispettivi u li jimmaniġġja b’mod sikur il-fjuwil użat, il-materjal nukleari u l-iskart radjuattiv assoċjat. Barra minn hekk, l-Istrument għandu jappoġġa l-għarfien, li jirriżulta mill-proċess tad-dekummissjonar nukleari u tal-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv li se jiġi kondiviż mal-partijiet ikkonċernati tal-Komunità.

3.Il-komponent estern tal-Istrument għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)li jippromwovi kultura effettiva ta’ sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, u l-implimentazzjoni tal-aqwa standards tas-sikurezza nukleari u tal-protezzjoni mir-radjazzjoni, inkluż għas-sigurtà tal-provvisti, għal tħejjija u rispons f’każ ta’ emerġenza, għall-iżvilupp tal-kapaċità, u għat-trasparenza fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet fil-pajjiżi sħab;

(b)li jappoġġa l-immaniġġjar responsabbli u sikur tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar u r-rimedjazzjoni ta’ dawk li qabel kienu siti u installazzjonijiet nukleari fil-pajjiżi sħab;

(c)li jsaħħaħ is-salvagwardji effiċjenti u effettivi tal-materjal nukleari fil-pajjiżi sħab.

4.Il-komponent intern tal-Istrument għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)li jappoġġa l-pjan tad-dekummissjonar u jwettaq l-attivitajiet f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti għaż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti tal-JRC, it-twettiq tal-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv assoċjat u, meta xieraq, it-tħejjija tat-trasferiment fakultattiv tar-responsabbiltajiet nukleari relatati mill-JRC għall-Istat Membru ospitanti;

(b)li l-JRC ikompli jiżviluppa r-rabtiet u l-iskambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni dwar id-dekummissjonar nukleari, biex jiżgura t-tixrid tal-għarfien u l-kondiviżjoni tal-esperjenza fl-oqsma rilevanti kollha bħar-regolamentazzjoni u t-taħriġ u jiżviluppa sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jkun volontarju għal kull Stat Membru ospitanti u soġġett għal ftehim bilaterali konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru ospitanti. Dak il-ftehim bilaterali għandu jistipula li l-kostijiet kollha tad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti tal-JRC u tal-ħżin tal-iskart radjuattiv assoċjat trid tħallashom il-Komunità u jkunu konformi għalkollox mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom. In-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru ospitanti għandhom jiġu konklużi fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2034 ma għandux ikun aktar minn EUR 966 000 000 bi prezzijiet attwali.

2.Barra minn hekk, ir-riżorsi finanzjarji għall-Ukrajna, immobilizzati permezz tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali] mir-Riżerva għall-Ukrajna f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) 202X/XXXX [Regolament QFP] jistgħu jintużaw, meta xieraq, biex jipprovdu għall-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna skont dan ir-Regolament.

3.Fil-baġit tal-Unjoni ta’ wara l-2034 jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet biex ikopru l-ispejjeż meħtieġa u jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li ma jkunux tlestew sa tmiem l-Istrument.

4.Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-riżorsi finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-ammonti ta’ riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Istrument, inkluż għal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, sistemi u pjattaformi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, attivitajiet ta’ informazzjoni, ta’ viżibbiltà u ta’ komunikazzjoni, inkluż komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni u kull assistenza teknika u amministrattiva oħra jew spiża relatata mal-persunal li ġġarrab il-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Istrument.

5.Għall-komponent estern tal-Istrument, ir-regoli u l-proċeduri li jikkonċernaw ir-riporti, il-pagamenti parzjali annwali, ir-ripagamenti, id-dħul u l-irkupri minn strumenti finanzjarji ffinanzjati minn dan l-Istrument jew mill-predeċessuri tiegħu, u l-aċċessi mill-garanziji baġitarji u l-proviżjonament mis-self minn dan l-Istrument jew mill-predeċessuri tiegħu, stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali] għandhom ikunu japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Riżorsi addizzjonali

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew partijiet terzi oħra, jistgħu jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji jew mhux finanzjarji addizzjonali għall-Istrument. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2), il-punti (a), (d), jew (e) jew tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

Artikolu 5

Finanzjament alternattiv, ikkombinat u kumulattiv

1.L-Istrument għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi oħra tal-Komunità u tal-Unjoni. Anki azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni Komunitarja u kontribuzzjoni tal-Unjoni minn programm ieħor tista’ tirċievi kontribuzzjoni. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti, jew inkella jista’ jiġi applikat sett uniku ta’ regoli għall-kontribuzzjonijiet kollha u jista’ jiġi konkluż impenn legali wieħed. Jekk il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun ibbażata fuq il-kostijiet eliġibbli, l-appoġġ kumulattiv mill-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro rata f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-appoġġ.

2.Il-proċeduri tal-aġġudikazzjoni skont l-Istrument jistgħu jsiru b’mod konġunt b’ġestjoni diretta jew indiretta mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet, mal-korpi u mal-aġenziji tal-Unjoni, ma’ pajjiżi sħab, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew ma’ partijiet terzi oħra (“sħab għall-proċedura tal-aġġudikazzjoni konġunta”), diment li tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Tali proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal sett uniku ta’ regoli u jwasslu għall-konklużjoni ta’ impenn legali uniku. Għal dak il-għan, is-sħab fil-proċedura tal-aġġudikazzjoni konġunta jistgħu jagħmlu riżorsi disponibbli għall-Istrument f’konformità mal-Artikolu [4] ta’ dan ir-Regolament, jew is-sħab jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-aġġudikazzjoni, meta applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 62(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. F’każ ta’ proċeduri tal-aġġudikazzjoni konġunti, ir-rappreżentanti tas-sħab tal-proċedura tal-aġġudikazzjoni konġunta jistgħu jkunu wkoll membri tal-kumitat tal-evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1.L-Istrument għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, b’ġestjoni diretta jew indiretta mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 62(1), il-punt (c) ta’ dak ir-Regolament.

2.Il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jingħata bi kwalunkwe forma f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist, donazzjonijiet mhux finanzjarji, garanziji baġitarji, strumenti finanzjarji u operazzjonijiet ta’ taħlit.

KAPITOLU II

IMPLIMENTAZZJONI TAL-KOMPONENTI DIFFERENTI TAL-ISTRUMENT

Taqsima 1: Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-komponent estern tal-Istrument

Artikolu 7

Qafas ta’ politika

Il-politiki, kif stabbiliti fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, fil-ftehimiet ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni, inkluż il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni nukleari, il-ftehimiet multilaterali, l-istrumenti legalment mhux vinkolanti, bħall-memoranda ta’ qbil, id-dikjarazzjonijiet u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni bejn l-Unjoni u/jew il-Komunità u l-pajjiżi sħab tagħha, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet tas-summits, il-konklużjonijiet tal-laqgħat ta’ livell għoli mal-pajjiżi sħab, l-istrateġiji u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ġenerali ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-Istrument.

Artikolu 8

Implimentazzjoni u eliġibbiltà fl-allinjament ma’ Ewropa Globali

1.Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-finanzjament tal-Unjoni għall-komponent estern tal-Istrument għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, u kif xieraq mal-Kapitolu II u l-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali] ħlief l-Artikoli 19, 20(2) u (3) u 26 ta’ dak ir-Regolament. Ir-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 20(1) u (4) sa (12) tar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali] għandhom japplikaw għall-azzjonijiet kollha ffinanzjati bil-komponent estern.

2.Meta l-appoġġ tal-Unjoni jingħata fil-forma ta’ garanzija baġitarja jew ta’ strument finanzjarju, inkluż meta kkombinat ma’ appoġġ mhux ripagabbli f’operazzjoni ta’ taħlit, dan għandu jingħata esklużivament mill-mekkaniżmu eżekuttiv ta’ Ewropa Globali u jiġi implimentat f’konformità mar-regoli applikabbli tal-mekkaniżmu eżekuttiv ta’ Ewropa Globali bi ftehimiet konklużi għal dak it-tip ta’ appoġġ mill-mekkaniżmi eżekuttivi ta’ Ewropa Globali.

3.L-appoġġ tal-Unjoni fil-forma ta’ garanzija baġitarja għandu jingħata fi ħdan l-ammont massimu tal-garanzija baġitarja stabbilit mir-Regolament ta’ Ewropa Globali.

4.Meta l-Istrument juża l-mekkaniżmu eżekuttiv ta’ Ewropa Globali, dan għandu jipprovdi l-proviżjonament għall-garanzija baġitarja u l-finanzjament għall-istrumenti finanzjarji, inkluż meta jiġi kkombinat ma’ appoġġ mhux ripagabbli fil-forma ta’ operazzjoni ta’ taħlit.

Artikolu 9

Self mill-Euratom

1.L-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna fil-forma ta’ self skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom għandu jingħata fl-ammont massimu msemmi fl-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali]. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(3), l-aħħar paragrafu tar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali] għandhom japplikaw għas-self lill-Ukrajna skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom.

2.Ir-rata ta’ proviżjonament għall-appoġġ tal-Unjoni fil-forma ta’ self lill-Armenja skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom għandha tkun ir-rata ta’ proviżjonament stabbilita fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 202X/XXXX [Ewropa Globali].

Artikolu 10

Programmi indikattivi pluriennali

1.L-implimentazzjoni tal-komponent estern tal-Istrument għandha ssir skont programmi indikattivi pluriennali adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(3). Dawn il-programmi indikattivi pluriennali għandhom:

(a)jimmiraw li jipprovdu qafas koerenti għal kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi sħab jew ir-reġjuni kkonċernati, b’mod konsistenti mal-għan u l-ambitu ġenerali, mal-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità, u abbażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament;

(b)jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari skont l-Istrument u jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi sħab ikkonċernati;

(c)jindikaw il-valur miżjud tal-kooperazzjoni msemmi fil-punt (b) u kif jiġi evitat it-trikkib ma’ programmi u inizjattivi oħra, b’mod partikolari dawk ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u dawk ta’ donaturi ewlenin oħrajn;

(d)jistabbilixxu l-prijoritajiet ġeografiċi u ta’ politika magħżula għall-finanzjament tal-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, u, meta xieraq, l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi u l-metodi tal-implimentazzjoni.

(e)ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi jew mar-reġjuni sħab li jinvolvi partijiet ikkonċernati rilevanti, speċjalment awtoritajiet governattivi u regolatorji u organizzazzjonijiet deżinjati minnhom, u meta xieraq ikunu bbażati fuq konsultazzjonijiet mal-Grupp tar-Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (“ENSREG”) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/530/Euratom 52 .

2.Il-programmi indikattivi pluriennali jistgħu jiġu rieżaminati fuq bażi ad hoc skont il-ħtieġa, għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom, b’mod partikolari meta jkun hemm bidliet sostantivi fil-qafas ta’ politika msemmi fl-Artikolu 6, jew waqt kriżi jew wara kriżi. Il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(3) għandha tapplika wkoll għar-rieżamijiet, li jkollhom l-effett li jemendaw b’mod sinifikanti l-kontenut tal-programm indikattiv pluriennali.

Artikolu 11

Adozzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u tal-miżuri

1.Il-pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u l-miżuri tal-komponent estern tal-Istrument għandhom jikkostitwixxu programmi ta’ ħidma skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(3).

3.Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tkun meħtieġa għal:

(a)miżuri speċjali u miżuri ta’ appoġġ li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun;

(b)emendi tekniċi, sakemm dawn ma jkunux jaffettwaw sostanzjalment l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni jew tal-miżura kkonċernata, bħal:

(i)bidla fil-metodu tal-implimentazzjoni;

(ii)riassenjar ta’ fondi bejn l-azzjonijiet li hemm fil-pjan ta’ azzjoni;

(iii)żieda fil-baġit tal-pjanijiet ta’ azzjoni u tal-miżuri b’mhux aktar minn 20% ta’ dak il-baġit.

Ladarba jiġu adottati f’konformità ma’ dan il-paragrafu, il-miżuri speċjali u l-miżuri ta’ appoġġ kif ukoll l-emendi tekniċi għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri permezz tal-kumitat msemmi fl-Artikolu 17(1), fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom. Għandhom jiġu kkomunikati wkoll lill-Parlament Ewropew.

4.Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza, b’rabta mal-ħtieġa ta’ rispons malajr mill-Komunità, il-Kummissjoni għandha tadotta jew temenda l-pjanijiet ta’ azzjoni jew il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(4).

Artikolu 12

Kriterji għall-kooperazzjoni internazzjonali

1.Il-komponent estern tal-Istrument jista’ jiffinanzja azzjonijiet fil-pajjiżi sħab f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Il-bażi għall-kooperazzjoni għandha tkun qbil komuni jew ftehim reċiproku bejn il-pajjiż sieħeb u l-Komunità.

3.Il-pajjiżi sħab li jkunu jridu jikkooperaw mal-Komunità dwar is-salvagwardji nukleari għandhom ikunu partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u għandhom ikunu kkonkludew Ftehim Komprensiv ta’ Salvagwardji mal-IAEA jew għandu jkollhom fis-seħħ il-Protokoll Addizzjonali mal-IAEA.

4.Il-pajjiżi sħab li qed jippruvaw jikkooperaw mal-Komunità dwar is-sikurezza nukleari, għandhom ikunu partijiet attivi għall-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Karburant Użat u dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Skart Radjuattiv jew għal konvenzjonijiet rilevanti oħra, jew ikunu ħadu passi li juru impenn sod li jaderixxu ma’ konvenzjonijiet bħal dawn.

5.Il-pajjiżi sħab li qed jippruvaw jikkooperaw mal-Komunità dwar it-tħejjija u r-rispons f’każ ta’ emerġenza, il-protezzjoni mir-radjazzjoni jew l-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv, iżda li ma jissodisfawx il-kriterji (3) jew (4), jenħtieġ li ma jkollhom l-ebda installazzjoni nukleari fit-territorju tagħhom.

6.Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab li ma jissodisfawx il-kriterji fl-Artikoli 12(3) sa (5) għandha tkun ta’ natura eċċezzjonali, wara talba diretta mill-pajjiżi sħab ikkonċernati, u limitata għall-appoġġ mitlub minnhom f’każ ta’ aċċident nukleari jew f’każ ta’ emerġenza radjoloġika kif imsemmi fil-Konvenzjoni dwar in-Notifika Rapida ta’ Inċident Nukleari u l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza fil-Każ ta’ Inċident Nukleari jew Emerġenza Radjoloġika.

7.Il-kooperazzjoni ma’ kandidati jew ma’ kandidati potenzjali, li ma jkunux f’pożizzjoni li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikoli 12(3) sa (6) minħabba l-istatus ta’ pajjiżhom, hija eċċezzjoni.

8.Biex tkun żgurata u monitorjata l-konformità mal-objettivi relatati mal-kooperazzjoni tal-Istrument, il-pajjiż sieħeb ikkonċernat għandu jaċċetta l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet meħuda. Dik l-evalwazzjoni għandha tippermetti l-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità mal-objettivi u għandha tkun kundizzjoni għall-kontinwazzjoni tal-pagament tal-kontribuzzjoni tal-Komunità.

Artikolu 13

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Il-komponent estern tal-Istrument għandu jiġi implimentat filwaqt li jitqies ir-rwol tas-SEAE kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9 tiegħu.

Taqsima 2: Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-komponent intern tal-Istrument

Artikolu 14

Programmi ta’ ħidma

1.L-implimentazzjoni tal-komponent intern tal-Istrument għandha ssir mill-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Il-programm ta’ ħidma għall-komponent intern tal-Istrument għandu:

(a)jimmira li jipprovdi ħarsa ġenerali tal-attivitajiet ippjanati tul il-perjodu kopert mill-programm ta’ ħidma pluriennali;

(b)jikkostitwixxi bażi ġenerali għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament u jkun ibbażat fuq l-aqwa standards tas-sikurezza nukleari u fuq l-aqwa prattiki fl-indirizzar tar-responsabbiltajiet nukleari tal-Komunità.

Artikolu 15

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u kriterji tal-eliġibbiltà għall-implimentazzjoni tal-komponent intern tal-Istrument

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-finanzjament tal-Unjoni għall-komponent intern tal-Istrument għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

L-attivitajiet li ġejjin biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni skont il-komponent intern tal-Istrument:

(a)il-konservazzjoni u t-tħaddim sikur tal-faċilitajiet nukleari magħluqin;

(b)iż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari obsoliti jew dawk li ma għadhomx jintużaw, jew it-tnejn;

(c)l-immaniġġar sikur tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat, inkluż il-ġbir, il-karatterizzazzjoni, it-trattament, it-trasport u l-ħżin;

(d)it-tnaqqis tal-inventarju tal-materjal nukleari fis-siti tal-JRC;

(e)l-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv;

(f)il-produzzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet tad-dekummissjonar, ta’ studji tekniċi u tal-fajls tal-liċenzjar;

(g)appoġġ estern għat-tfassil, l-evalwazzjoni, u l-ġestjoni tal-proġetti;

(h)appoġġ operazzjonali, inkluż il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-manutenzjoni tat-tagħmir u tal-faċilitajiet;

(i)negozjar mal-Istati Membri ospitanti għat-trasferiment tar-responsabbiltajiet nukleari tal-Kummissjoni;

(j)komunikazzjoni u kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni;

(k)il-ġbir, il-produzzjoni, il-valutazzjoni u t-tixrid tal-għarfien dwar id-dekummissjonar nukleari, inkluż attivitajiet ta’ taħriġ;

(l)kwalunkwe attività oħra li tappoġġa t-twettiq tad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti tal-JRC u l-kisba tal-għarfien dwar id-dekummissjonar nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Artikolu 16

Dispożizzjoni għall-kondiviżjoni tal-għarfien

1.L-għarfien maħluq tul il-proċess tal-implimentazzjoni tal-Programm tal-JRC għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart għandu jixterred fil-livell Komunitarju.

2.L-attivitajiet għat-twettiq tal-attività msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ffinanzjati mill-Istrument. Il-JRC għandu jikkoordina l-istrutturar u t-tixrid tal-għarfien lill-Istati Membri.

3.Il-proċess tat-tixrid tal-għarfien għandu jiġi inkluż u definit fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16.

KAPITOLU III

SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 17

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat għall-komponent estern tal-Istrument. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Il-kumitat għandu jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti skont is-suġġett.

3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.Meta l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob li jsir hekk.

6.F’konformità mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi sħab jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi fil-laqgħat tal-kumitat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, filwaqt li jitqiesu s-sigurtà u l-ordni pubbliku tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha. Ir-rappreżentanti ta’ pajjiżi sħab jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali ma għandhomx ikunu preżenti waqt deliberazzjonijiet fuq kwistjonijiet relatati mal-kriterji tal-eliġibbiltà skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Tħassir

Ir-Regolamenti (Euratom) 2021/100 u (Euratom) 2021/948 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2028.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolamenti (Euratom) 2021/100 u (Euratom) 2021/948, li għandhom jibqgħu japplikaw għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.

2.Il-pakkett finanzjarju għall-Istrument jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn l-Istrument u l-miżuri adottati skont ir-Regolamenti (Euratom) 2021/100 u (Euratom) 2021/948.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2028.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA    3

1.1.    Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva    3

1.2.    Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)    3

1.3.    Objettiv(i)    3

1.3.1.    Objettiv(i) ġenerali    3

1.3.2.    Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi    3

1.3.3.    Riżultat(i) u impatt mistennija    3

1.3.4.    Indikaturi tal-prestazzjoni    3

1.4.    Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:    4

1.5.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva    4

1.5.1.    Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fl-immedjat u fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva    4

1.5.2.    Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima “valur miżjud tal-involviment tal-UE” hu l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kienu joħolqu l-Istati Membri waħedhom.    4

1.5.3.    Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi    4

1.5.4.    Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra    5

1.5.5.    Valutazzjoni tal-alternattivi differenti disponibbli tal-finanzjament, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni    5

1.6.    Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha    6

1.7.    Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanati    6

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI    8

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar    8

2.2.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll    8

2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta    8

2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom    8

2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)    8

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet    9

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA    10

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati    10

3.2.    Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet    12

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali    12

3.2.1.1.    Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat    12

3.2.1.2.    Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern    17

3.2.2.    Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali    22

3.2.3.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi    24

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat    24

3.2.3.2.    Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern    24

3.2.3.3.    Total tal-approprjazzjonijiet    24

3.2.4.    Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani    25

3.2.4.1.    Iffinanzjati mill-baġit ivvutat    25

3.2.4.2.    Iffinanzjati minn dħul assenjat estern    26

3.2.4.3.    Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani    26

3.2.5.    Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali    28

3.2.6.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali    28

3.2.7.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi    28

3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul    29

4.    Dimensjonijiet diġitali    29

4.1.    Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali    30

4.2.    Data    30

4.3.    Soluzzjonijiet diġitali    31

4.4.    Valutazzjoni tal-interoperabbiltà    31

4.5.    Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali    32

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.    Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi l-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar għall-perjodu 2028-2034.

1.2.    Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernati 

Sikurezza Nukleari

1.3.    Objettiv(i)

1.3.1.    Objettiv(i) ġenerali

L-Istrument jilħaq objettiv wieħed estern u wieħed intern.

·1. Il-komponent estern tal-Istrument għandu l-objettiv ġenerali li jappoġġa l-promozzjoni tal-ogħla livell ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni, immaniġġjar sikur tal-fjuwil nukleari użat u tal-iskart radjuattiv, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi tal-materjali nukleari fil-pajjiżi sħab.

·2. Il-komponent intern tal-Istrument għandu l-objettiv ġenerali li jappoġġa d-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u li jimmaniġġja b’mod sikur il-fjuwil użat, il-materjal nukleari u l-iskart radjuattiv assoċjat.

1.3.2.    Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru

Għall-komponent estern:

·1. jippromwovi kultura effettiva ta’ sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, l-implimentazzjoni tal-aqwa standards ta’ sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, u t-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, inkluż jippromwovi t-trasparenza fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet fil-pajjiżi sħab b’rabta mas-sikurezza tal-użi paċifiċi tal-installazzjonijiet nukleari;

·2. jappoġġa l-immaniġġjar responsabbli u sikur tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar u r-rimedjazzjoni ta’ dawk li qabel kienu siti u installazzjonijiet nukleari;

·3. jistabbilixxi salvagwardji effiċjenti u effettivi tal-materjal nukleari fil-pajjiżi sħab.

Għall-komponent intern:

·1. jappoġġa l-pjan tad-dekummissjonar u jwettaq l-attivitajiet f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti għaż-żarmar u d-dekontaminazzjoni tal-installazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti tal-JRC, iwettaq immaniġġjar sikur tal-iskart radjuattiv assoċjat u, meta xieraq, iħejji t-trasferiment fakultattiv tar-responsabbiltajiet nukleari relatati mingħand il-JRC lejn l-Istat Membru ospitanti;

·2. jissokta jiżviluppa r-rabtiet u l-iskambji fost il-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni dwar id-dekummissjonar nukleari mill-JRC biex jiżgura t-tixrid tal-għarfien u l-kondiviżjoni tal-għarfien espert fl-oqsma rilevanti kollha bħar-regolamentazzjoni u t-taħriġ u jiżviluppa sinerġiji potenzjali tal-Unjoni.

1.3.3.    Riżultat(i) u impatt mistennija

Għall-komponent estern: 

·Aktar immaniġġjar tas-sikurezza nukleari u tal-protezzjoni mir-radjazzjoni fil-pajjiżi sħab esterni f’konformità mal-acquis tal-Euratom u mal-aqwa prattiki tal-UE

·L-attavitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart radjuattiv u tad-dekummissjonar fil-pajjiżi sħab esterni f’konformità mal-acquis tal-Euratom u mal-aqwa prattiki tal-UE

·Kapaċitajiet aħjar ta’ salvagwardji nukleari fil-pajjiżi sħab esterni.

Għall-komponent intern: 

·Mill-2021 ’l hawn, il-Programm tal-JRC għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart qed jiġi ffinanzjat skont bażi legali speċifika. Il-programm li beda fl-1999 mill-baġit tal-JRC ibbenefika mill-approċċ il-ġdid u saħħaħ l-effiċjenza għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-programm tejjeb b’mod effettiv is-sikurezza nukleari fis-siti tal-JRC għall-ġid taċ-ċittadini tal-UE u tal-ambjent. Il-kontinwazzjoni tal-programm hemm bżonnha biex jiġu ssodisfati l-impenji legali tal-Kummissjoni Ewropea, jitnaqqsu l-perikli nukleari ħalli l-faċilitajiet jinħelsu għalkollox mill-kontroll regolatorju, u jinħoloq u jixtered għarfien mal-partijiet ikkonċernati tal-UE involuti fid-dekummissjonar u l-immaniġġjar tal-iskart.

1.3.4.    Indikaturi tal-prestazzjoni

L-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-fini tal-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet ta’ dan il-programm se jikkorrispondu għall-indikaturi komuni pprovduti skont ir-Regolament XXX [Regolament dwar il-Prestazzjoni].”

1.4.    Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 53  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.    Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fl-immedjat jew fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-komponent estern hu progressjoni naturali tal-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u għalhekk mistenni jkun hemm struttura istituzzjonali simili biex tkun żgurata implimentazzjoni bla skossi. Il-komponent intern ikompli l-attivitajiet mibdija fl-1999 biex jindirizza l-legat nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. L-Istrument għandu l-għan li jkompli jmexxi ’l quddiem id-dekummissjonar u ż-żarmar tal-faċilitajiet nukleari obsoliti f’konformità mal-pjan tad-dekummissjonar relatat mas-sit u jiżgura l-immaniġġjar sikur tal-iskart radjuattiv.

1.5.2.    Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante). Fir-rigward tal-komponent estern, is-sħab esterni jistgħu jibbenefikaw minn azzjoni fil-livell tal-Komunità minħabba flessibbiltà fl-implimentazzjoni u aċċess għall-esperjenza kollha tal-Istati Membri differenti,

Għall-komponent estern, hemm impatt akbar u aktar effiċjenza u viżibbiltà milli kieku kien ikun hemm għal Stat Membru individwali. Il-komponent intern hu responsabbiltà legali tal-Kummissjoni Ewropea fil-ġestjoni tal-faċilitajiet tar-riċerka nukleari tagħha stess.

Għall-komponent intern, l-involviment tal-UE ġej mir-responsabbiltajiet legali tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-legati nukleari tal-attivitajiet tar-riċerka passati u attwali tagħha.

1.5.3.    Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

It-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u l-predeċessuri tiegħu se jintużaw għall-implimentazzjoni tal-komponent estern.

It-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Assistenza għad-Dekummissjonar Nukleari preċedenti se jintużaw għall-implimentazzjoni tal-komponent intern.

1.5.4.    Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-Programm hu wieħed mill-istrumenti ta’ finanzjament tal-Qafas finanzjarju pluriennali tal-2028-2034 u għandu grad għoli ta’ koerenza u komplementarjetà ma’ prijoritajiet u skemi tal-finanzjament ewlenin oħrajn tal-UE.

Fir-rigward tal-komponent intern, il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-aqwa standards tas-sikurezza nukleari u mmaniġġjar sikur tal-iskart radjuattiv huma objettiv komuni taż-żewġ strumenti magħquda (l-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u l-Programm tad-Dekummissjonar). Dan hu allinjat mal-Programm tad-Dekummissjonar Nukleari mmexxi mid-DĠ ENER li jappoġġa l-attivitajiet tad-dekummissjonar fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Waqt l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se tkun żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħra tal-UE. Jenħtieġ li ssir ħidma għal sinerġiji ma’ azzjonijiet ta’ programmi oħra tal-UE, ħalli jiġi massimizzat l-impatt tal-interventi kombinati.

Jenħtieġ li l-azzjonijiet iffinanzjati skont din il-proposta jkunu koerenti u komplementari ma’ dawk imwettqa permezz ta’ Ewropa Globali, id-Deċiżjoni dwar il-Pajjiżi u t-Territorji Ekstra-Ewropej, il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi li hija barra mill-baġit tal-UE.

1.5.5.    Valutazzjoni tal-alternattivi differenti disponibbli ta’ finanzjament, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni

Mhux applikabbli, għax din il-proposta hija parti mill-pakkett ta’ programmi ġodda ta’ finanzjament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2028-2034. Għalhekk, l-allokazzjoni baġitarja proposta għal dan il-programm ikopruha għalkollox l-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 1 tal-QFP 2028-2034, u ma teħtieġ l-ebda riallokazzjoni minn xi programm ieħor.

1.6.    Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

   fis-seħħ mill-1/1/2028 sal-31/12/2034

   impatt finanzjarju mill-2028 sal-2034 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2028 sal-2041 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.    Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

lill-pajjiżi terzi jew il-korpi nominati minnhom

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati)

lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

lill-korpi tal-liġi pubblika

lill-korpi regolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

lil korpi stabbiliti fi Stat Membru, regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru jew mil-liġi tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tal-liġi pubblika jew minn korpi regolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu ngħataw garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

Kummenti

Għall-komponent intern, in-negozjati mal-Istati Membri ospitanti tul il-QFP huma ppjanati għat-trasferiment possibbli tar-responsabbiltajiet nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

Għall-komponent estern, se jintgħażel l-aktar metodu xieraq ta’ implimentazzjoni, li jkun jinkludi l-ġestjoni diretta, implimentazzjoni mill-BERŻ, implimentazzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), implimentazzjoni mill-organizzazzjonijiet ivvalutati skont il-pilastri tal-Istati Membri tal-UE; fl-istadju tal-programmazzjoni, preferibbilment li ma jiġux esklużi modi possibbli ta’ implimentazzjoni.

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Ir-regoli dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni ta’ il-Programm jimxu mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament xxx [ir-Regolament dwar il-Prestazzjoni].

Għall-komponent intern

Il-komponent intern timplimentah il-Kummissjoni. Il-JRC qed jimmaniġġja u jirregola l-Istrument permezz ta’ kumitat tat-tmexxija ta’ livell għoli, magħmul mill-meniġment superjuri tal-JRC u li jiltaqa’ tliet darbiet fis-sena biex jieħu deċiżjonijiet strateġiċi, jirrevedi l-objettivi u jimmonitorja l-progress tal-Istrument. Il-kumitat tat-tmexxija ta’ livell għoli hu appoġġat mill-kumitat tat-tmexxija fil-livell operazzjonali, magħmul minn rappreżentanti tas-sit tekniku tal-programm u minn rappreżentanti mid-direttorati legali u finanzjarji. Il-kumitat jiltaqa’ tliet darbiet fis-sena biex jiżgura razjonalizzazzjoni tal-kompiti tekniċi, legali, finanzjarji u tal-akkwist. Dan jimmonitorja l-progress tekniku kif ukoll l-implimentazzjoni tal-baġit.

F’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fl-1999 (COM(1999) 114, C5-0214/1999-1999/2169(COS)), il-JRC ilu mill-bidu tal-Programm għad-Dekummissjonar u l-Immaniġġjar tal-Iskart jingħata pariri regolarment minn grupp ta’ esperti indipendenti Ewropej fid-dekummissjonar: il-Grupp ta’ Esperti tal-Programm D&WM. Il-pariri tagħhom huma dwar l-istrateġija għad-dekummissjonar u l-immaniġġjar tal-iskart, it-teknoloġija disponibbli, l-aspetti tekniċi tal-organizzazzjoni u kull aspett ieħor relatat mal-istrument.

Il-Kummissjoni ilha mill-bidu tal-programm D&WM tirrapporta perjodikament lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-progress u l-istatus tal-programm D&WM, u b’hekk tipprovdi previżjoni baġitarja aġġornata (kull erba’ snin). Barra minn hekk, il-JRC jirrapporta kull sena dwar il-miri ta’ nofs it-terminu u l-progress miksub (Il-Pjan ta’ Ġestjoni tal-JRC, ir-Rapport ta’ Attività tal-JRC).

2.1.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Għall-komponent estern

Fir-rigward tal-modi ta’ ġestjoni, ma hemm l-ebda bidla fundamentali prevista u l-esperjenza miksuba mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-atturi ta’ implimentazzjoni tul il-programmi preċedenti se tikkontribwixxi għal riżultati aħjar fil-futur. Il-pajjiżi sħab għadhom qed jaġġustaw għall-qafas leġiżlattiv eżistenti, u l-implimentazzjoni għall-programmi tal-INSC għadha fi stadju bikri; għaldaqstant, għandha tkun żgurata kontinwità massima.

L-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati skont dan ir-Regolament se jiġu implimentati b’ġestjoni diretta tal-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali u/jew mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, u b’ġestjoni indiretta minn xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju biex jintlaħqu aħjar l-objettivi tar-Regolament.

Fir-rigward tal-ġestjoni indiretta, kif iddikjarat fl-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju, entitajiet bħal dawn jeħtiġilhom jiżguraw livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ekwivalenti għal dak b’ġestjoni diretta. Is-sistemi u tal-proċeduri tal-entitajiet se ssirilhom valutazzjoni ex ante skont il-pilastru, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura tal-azzjoni u r-riskji finanzjarji involuti. Meta l-implimentazzjoni tkun teħtieġ dan jew ikun hemm riżervi espressi fir-Rapporti Annwali tal-Attività, jiġu definiti u implimentati pjanijiet ta’ azzjoni b’miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni. Apparti hekk, matul l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ timponi miżuri superviżorji xierqa.

Biex ikunu żgurati l-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet (u jittaffa l-livell għoli ta’ riskju fl-ambjent tal-assistenza esterna), flimkien mal-elementi kollha tal-politika strateġika wiesgħa u l-proċess tal-ippjanar tal-Kummissjoni, l-ambjent tal-awditjar intern u rekwiżiti oħra tal-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni, is-servizzi ta’ implimentazzjoni se jibqa’ jkollhom fis-seħħ qafas ta’ ġestjoni tal-għajnuna mfassal apposta fl-istrumenti kollha.

Is-servizzi ta’ implimentazzjoni se jkomplu jħaddmu l-aqwa standards tal-kontabbiltà u tar-rapportar finanzjarju permezz tas-sistema finanzjarja korporattiva tal-Kummissjoni (SUMMA) u għodod speċifiċi tal-għajnuna esterna bħall-OPSYS.

Fir-rigward tal-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti, il-metodi ta’ kontroll tal-konformità huma stabbiliti fit-Taqsima 2.3 (miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet).

Għall-komponent intern

Fir-rigward tal-modi ta’ ġestjoni, ma hemm l-ebda bidla fundamentali prevista u l-esperjenza miksuba mill-JRC tul il-programmi preċedenti se tikkontribwixxi għal riżultati aħjar fil-futur. Ir-rieżamijiet u l-awditi esterni għarfu li mit-tnedija tiegħu, l-Istrument għamel progress u kisba importanti fi ħdan il-limitazzjonijiet esterni u interni.

2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Għall-komponent estern

L-ambjent operazzjonali ta’ kooperazzjoni ta’ dan l-istrument għandu r-riskji li ma jintlaħqux l-objettivi tal-Istrument, li ma jkunx hemm ġestjoni finanzjarja ottima u/jew li ma jkunx hemm konformità mar-regoli applikabbli (erruri ta’ legalità u ta’ regolarità) relatati ma’:

- instabbiltà ekonomika u politika u diżastri naturali u avvenimenti klimatiċi estremi, li jistgħu jwasslu għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-interventi;

- kapaċità istituzzjonali u amministrattiva limitata fil-pajjiżi sħab, li tista’ twassal għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-interventi;

- proġetti u programmi ġeografikament mifruxa (li jkopru bejn wieħed u ieħor ħafna stati, territorji u reġjuni), li jaf joħolqu sfidi loġistiċi u ta’ riżorsi għall-monitoraġġ – b’mod partikolari kwalunkwe segwitu “fuq il-post” tal-attivitajiet;

- diversità ta’ sħab jew benefiċjarji potenzjali bl-istrutturi u l-kapaċitajiet ta’ kontroll intern differenti tagħhom, li tista’ tifframmenta u, għalhekk, tnaqqas l-effettività u l-effiċjenza tar-riżorsi disponibbli għall-Kummissjoni biex tappoġġa u timmonitorja l-implimentazzjoni;

- disponibbiltà limitata ta’ data kwantitattiva u kwalitattiva dwar l-eżiti u l-impatt tal-implimentazzjoni tal-assistenza esterna fil-pajjiżi sħab, li tista’ xxekkel il-kapaċità tal-Kummissjoni li tirrapporta dwar ir-riżultati u li tkun responsabbli għalihom.

Biex tindirizza r-riskju ta’ erruri finanzjarji, il-Kummissjoni se twettaq il-kontrolli ex ante u ex post xierqa. Kull meta tkun applikabbli, il-prestazzjoni tal-awditi tas-sistemi se taħdem bħala għodda biex jiġu identifikati l-kawżi ewlenin tal-erruri fis-sistemi ta’ kontroll tal-entitajiet u biex jiġu skattati l-miżuri ta’ mitigazzjoni neċessarji. Barra minn hekk, biex issaħħaħ l-effettività tagħha li tevita l-erruri, in-nuqqasijiet fil-ġestjoni u l-irregolaritajiet, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi sistema għal valutazzjoni tar-riskju mmirata kontinwa fil-livell tal-kuntratti u tal-entitajiet. Il-fatturi ewlenin li jżidu l-probabbiltà ta’ rata għolja ta’ errur u ta’ impatt negattiv fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari marbuta wkoll mad-data storika ta’ kontrolli u ta’ monitoraġġ preċedenti, ġew identifikati u aggregati f’dashboard għal profilar tar-riskju. Id-dashboard se tipprovdi għodda importanti biex jiġu mmirati b’mod aktar effettiv il-kontrolli futuri, l-isforzi tal-monitoraġġ u mezzi oħra ta’ mitigazzjoni li jnaqqsu b’mod raġonevoli r-riskji ta’ erruri, in-nuqqasijiet fil-ġestjoni u l-irregolaritajiet.

Għall-komponent intern

Ir-riskju ewlieni identifikat u ddokumentat fir-reġistru tar-riskji tal-JRC jikkonċerna okkorrenzi, inċertezzi u dewmien mhux previsti li jistgħu jwasslu għal żieda fil-kostijiet u jiġġeneraw nonkonformità.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni ewlenin biex jiġi indirizzat dan ir-riskju huma:

- Kuntatti regolari mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;

- Governanza msaħħa fis-seħħ mill-bidu tal-2025;

- Użu kontinwu tar-reġistru tar-riskju tal-JRC bi proċess ta’ rieżami tar-riskju regolari b’segwitu mill-qrib tal-aktar riskji importanti u bil-possibbiltà li jsiru verifiki tematiċi jekk ikun hemm bżonn.

2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli

Il-kost tal-kontrolli għall-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar hija stmata għal <4% tal-fondi ġestiti f’dan il-programm. Ir-riskju stmat mal-ħlas u fl-għeluq mistenni jkun <2% tan-nefqa rilevanti fuq bażi annwali.

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Għall-komponent estern

Il-proposta fiha miżuri xierqa kontra l-frodi skont ir-Regolament Finanzjarju. Fir-rigward tal-miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet, ma hemm l-ebda bidla fundamentali prevista u l-esperjenza miksuba mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-atturi ta’ implimentazzjoni tul il-programmi preċedenti se tikkontribwixxi għal riżultati aħjar fil-futur.

Il-qafas tal-konformità hu magħmul, fost l-oħrajn, mill-komponent sinifikanti li ġej:

Miżuri preventivi

- Taħriġ ewlieni obbligatorju għall-persunal tal-ġestjoni tal-għajnuna u għall-awdituri, li jkopri kwistjonijiet ta’ frodi;

- Valutazzjoni ex ante biex ikun żgurat li fis-seħħ ikun hemm miżuri xierqa kontra l-frodi għall-prevenzjoni u għad-detezzjoni tal-frodi fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni fl-awtoritajiet li jmexxu l-fondi rilevanti b’ġestjoni konġunta u deċentralizzata);

- Skrinjar ex ante tal-mekkaniżmi kontra l-frodi disponibbli fil-pajjiż sieħeb bħala parti mill-valutazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi għar-riċeviment ta’ appoġġ baġitarju (jiġifieri impenn attiv għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, awtoritajiet ta’ spezzjoni adegwati, kapaċità ġudizzjarja suffiċjenti u mekkaniżmi effiċjenti ta’ rispons u ta’ sanzjoni);

- Mekkaniżmi effettivi kontra l-frodi għall-prevenzjoni u għad-detezzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni, u ta’ attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż l-attakki ċibernetiċi.

Miżuri ta’ detezzjoni u korrettivi

- Sospensjoni tal-finanzjament tal-UE meta jkun hemm każ serju ta’ frodi, inkluż korruzzjoni fuq skala kbira, sakemm l-awtoritajiet jieħdu azzjoni xierqa biex isewwu u jevitaw tali frodi fil-futur;

- is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES);

- Sospensjoni/terminazzjoni ta’ kuntratt;

- Proċedura ta’ esklużjoni.

L-istrateġiji kontra l-frodi tas-servizzi kkonċernati, allinjati mal-objettivi u mal-prijoritajiet tal-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi (CAFS) u mal-Pjan ta’ Azzjoni korrispondenti tagħha jiżguraw li s-sistemi użati għall-infiq tal-fondi tal-UE fil-pajjiżi terzi jippermettu li tinġabar id-data rilevanti biex din id-data tiddaħħal fil-valutazzjoni u fil-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi (eż. finanzjament doppju, inflazzjoni tal-kostijiet, proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti mbagħbsa, kunflitt ta’ interess, kollużjoni); u kull meta jkun neċessarju, jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta’ networking u għodod adegwati tal-IT/diġitali maħsuba għal detezzjoni bikrija u prevenzjoni tar-riskji ta’ frodi u ta’ każijiet ta’ frodi relatati mas-settur tal-għajnuna esterna.

Għall-komponent intern

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju u mar-Regoli ta’ Applikazzjoni biex jitwettqu verifiki ex ante u ex post, il-JRC stabbilixxa l-Grupp Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku taħt id-Deputat Direttur Ġenerali. Dan iwettaq kontrolli ex ante fuq l-aspetti legali u regolatorji tal-proċeduri tal-akkwist u jagħti pariri lill-Uffiċjal Awtorizzanti b’sottodelega (AOS) qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-aġġudikazzjoni. Il-kontrolli mwettqa mill-Grupp huma mmirati biex inaqqsu r-riskju legali u reputazzjonali għall-Kummissjoni. Dawn il-kontrolli huma komplementari għall-kontrolli ex ante l-oħra eżegwiti mill-Unità tal-Finanzi u tal-Akkwist u mis-servizzi ta’ appoġġ tas-sit.

L-istrateġija ta’ kontrolli ex post tal-JRC tiġi implimentata b’metodoloġija tal-kampjunar stratifikata rappreżentattiva. Intużaw diversi kriterji tal-għażla (inkluż kampjunar aleatorju) biex jintgħażlu l-pagamenti tal-2024 għall-kontroll. Fl-2024, intgħażlu 134 pagament minn diversi siti tal-JRC. Barra minn hekk, saru kontrolli ex post fuq 51 fajl tal-akkwist relatati mal-impenji legali assoċjati mal-pagamenti li saru. Isir segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditi, u jiġu implimentati fil-ħin.

L-Istrateġija tal-JRC kontra l-Frodi ġiet aġġornata f’Diċembru 2024 f’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi u mal-aħħar metodoloġija tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati 

(1)Linji baġitarji ġodda mitluba

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Numru

Diff./Mhux diff.

2

04 01 04 – Nefqa ta’ appoġġ għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari - Dekummissjonar

Mhux diff.

2

04 05 01 – Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari

Diff.

2

04 05 02 – Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari – Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni

Diff.

2

04 05 03 – il-Programm taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart

Diff.

2

04 05 99 01 – Tlestija tal-programm preċedenti tal-INSC (qabel l-2028)

Diff.

2

04 05 99 02 – Tlestija tal-programm preċedenti tad-dekummissjonar (qabel l-2028)

Diff.

3.2.    Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.    Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

2

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL QFP 2028-2034

Approprjazzjonijiet operazzjonali

04 05 01 – Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari

Impenji

(1a)

49

37

44

46

52

57

65

350

Pagamenti

(2a)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

04 05 02 – Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari – Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni

Impenji

(1b)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Pagamenti

(2b)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

04 05 03 – il-Programm taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għad-Dekummissjonar Nukleari u l-Immaniġġjar tal-Iskart

Impenji

(1c)

86

66

77

82

92

101

112

616

Pagamenti

(2c)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 1

04 01 04 – Nefqa ta’ appoġġ għall-INSC-D (Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari – Dekummissjonar)

(3)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

Impenji

=1a+1b+1c+3

135

103

121

128

144

158

177

966

Pagamenti

=2a+2b+2c+3

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

1    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

4

“Nefqa amministrattiva” 1

DĠ: <…….>

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL QFP 2028-2034

Riżorsi umani

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

28.952

Nefqa amministrattiva oħra

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

28.952

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

28.952

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL QFP 2028-2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Pagamenti

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

1    Biex jiġu ddeterminati l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom jintużaw iċ-ċifri relatati mal-kostijiet medji annwali, disponibbli fuq il-paġna web rilevanti tal-BUDGpedia.

3.2.3.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL 2028-2034

INTESTATURA 4

Riżorsi umani

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

28.952

Nefqa amministrattiva oħra 1

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Subtotal tal-INTESTATURA 4

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

4.136

28.952

Barra mill-INTESTATURA 4

Riżorsi umani

2.424

2.424

2.424

2.424

2.424

2.424

2.424

16.968

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva 2

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Subtotal barra mill-INTESTATURA 4

2.424

2.424

2.424

2.424

2.424

2.424

2.424

16.968

 

TOTAL

6.560

6.560

6.560

6.560

6.560

6.560

6.560

45.920

1    L-approprjazzjonijiet għal “Nefqa amministrattiva oħra” se jimtlew fi stadju aktar tard.

2    L-approprjazzjonijiet għal “Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva” se jimtlew fi stadju aktar tard.

3.2.4.    Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.    Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time (FTEs)

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

22

22

22

22

22

22

22

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

(Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

(Riċerka diretta) 54

27

27

27

27

27

27

27

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

Linja ta’ appoġġ amministrattiv

- fil-Kwartieri Ġenerali

24

24

24

24

24

24

24

[XX.01.YY.YY]

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

0

0

0

(AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

(AC, END - Riċerka diretta) 55

20

20

20

20

20

20

20

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 4

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 4

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL

93

93

93

93

93

93

93

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

(1)

(2)Għandu jkoprih il-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

(3)Persunal addizzjonali eċċezzjonali*

(4)

(5)

(6)Għandu jiġi ffinanzjat mill-Intestatura 4 jew minn Riċerka

(7)Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

(8)Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

(9)Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

(10)47

(11)2

(12)N/A

(13)

(14)Persunal estern (CA, SNEs, INT)

(15)26

(16)10

(17)8

(18)

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.5.    Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

TOTAL QFP 2028-2034

INTESTATURA 4

Nefqa tal-IT (korporattiva)

0.763

0.763

0.763

0.763

0.763

0.763

0.763

5.341

Subtotal tal-INTESTATURA 4

0.763

0.763

0.763

0.763

0.763

0.783

0.763

5.341

Barra mill-INTESTATURA 4

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0.36

0.36

0.36

0.36

0.36

0.36

0.36

2.52

Subtotal barra mill-INTESTATURA 4

0.36

0.36

0.36

0.36

0.36

0.36

0.36

2.52

TOTAL

1.123

1.123

1.123

1.123

1.123

1.123

1.123

7.861

3.2.6.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kollha b’riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

   tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

   tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

Total

Speċifika l-korp tal-kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

   indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 56

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

N/A

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew informazzjoni oħra).

N/A

4.    Dimensjonijiet diġitali

4.1.    Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

N/A

4.2.    Data

N/A

4.3.    Soluzzjonijiet diġitali

(19)Il-Kummissjoni Ewropea se tkun responsabbli għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tas-soluzzjoni diġitali. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura s-sigurtà, l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tad-data miġbura u maħżuna għall-fini ta’ dan ir-Regolament.

4.4.    Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

N/A

4.5.    Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

N/A

(1)    Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi l-Istrument għal Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar għall-perjodu 2028-X, 16.5.2025.
(2)    Il-perkors lejn il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, Strasburgu, 11.2.2025, COM(2025) 46 final.
(3)    Il-Komunikazzjoni COM(2025) 570: Baġit tal-UE dinamiku għall-prijoritajiet tal-futur – Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2028-2034: 26ff3426-b1db-44d5-ad9c-a646febb3222_en .
(4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/948 tas-27 ta’ Mejju 2021 – L-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari li jikkomplimenta l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI – GE) abbażi tat-Trattat Euratom.
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/100 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.
(6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/101 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-programm ta’ assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja.
(7)    Għal dawn il-programmi tad-dekummissjonar, m’hemm prevista l-ebda Approprjazzjoni ta’ Impenn ġdida, iżda Approprjazzjonijiet ta’ Pagament biss.
(8)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv. (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/70/oj ).
(9)    ĠU L 236, 23.9.2003, p. 944; ĠU L 157, 21.6.2005, p. 29. ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11. ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(10)     https://sdgs.un.org/2030agenda
(11)    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final, il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, 11.12.2019.
(12)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ewropa Globali, 2025/551, 16/07/2025. Ewropa Globali - Kummissjoni Ewropea
(13)    Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) dwar l-Assoċjazzjoni ekstra-Ewropea, inkluż Greenland, id-DĠ XXX, xx.x.2025 (id-dettall jimtela meta titlesta l-proposta).
(14)    Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2016/C 203/01), ĠU C 203, 17.6.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/oj).
(15)    Jekk ikun jidher meħtieġ li l-Komunità tieħu azzjoni biex jintlaħaq xi wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, u jekk dan it-Trattat ma jkunx ipprovda għal xi setgħa ta’ azzjoni hekk meħtieġa għal dan il-għan, il-Kunsill, b’vot unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jieħu l-passi xierqa.
(16)    External evaluation of the INSC (2014 - mid-2017), GDSI Consortium, Ġunju 2017.
(17)

   Evaluation of the INSC 2014-2020, Expert Facility for the INSC, Contract No2020/419-010, LDK Consultants Global EEIG, Diċembru 2021.

(18)    Il-valutazzjoni tal-impatt mehmuża mal-“Proposta għal Regolament (UE) li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom, SWD(2018) 337 final, Brussell, 14.6.2018.
(19)    Evaluation of the European Union’s External Financing Instruments (2014-2020 and 2021-2027), il-Volum I: Rapport Sinteżi u l-Volum II: Annessi, Particip GmbH Consortium, Marzu 2024.
(20)    Konsultazzjoni Pubblika Miftuħa, Il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE (QFP) – il-finanzjament tal-UE għall-azzjoni esterna, 2025. https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/14522-Il-bagit-fit-tul-li-jmiss-tal-UE-QFP-il-finanzjament-tal-UE-g%C4%A7all-azzjoni-esterna_mt
(21)    Dawn l-objettivi kienu: appoġġ għat-tisħiħ tas-sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni, immaniġġjar tal-iskart radjuattiv, u salvagwardji nukleari mal-pajjiżi benefiċjarji li hemm fir-reġjun tal-viċinat tal-UE u lil hinn.
(22)    Ir-Rapport tar-Relatur għall-Euratom tad-29 ta’ Marzu 2017 fis-Seba’ Laqgħa ta’ Rieżami skont il-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari.
(23)    ENSREG – INSC Position paper (2014-26) 133, https://www.ensreg.eu/international-cooperation .
(24)

   Interim evaluation of the programmes for the decommissioning of nuclear facilities and the management of radioactive waste, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Enerġija, Rapport Finali u Annessi riveduti, April 2025.

(25)    Evalwazzjoni ex ante ta’ strument ġdid li jgħaqqad l-Istrument Ewropew attwali għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u d-Dekummissjonar mal-attivitajiet tad-dekummissjonar tal-JRC, SWD(2025) XXX, Brussell, Ġunju 2025.
(26)    L-alternattiva (d) = fużjoni ma’ strument ieħor tal-KE skont l-istess bażi legali.
(27)    Baġit tal-UE dinamiku għall-prijoritajiet tal-futur - il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2028-2034, COM(2025) 570 final.
(28)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni), 26.9.2024.
(29)    Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, SWD(2021) 305 final, 3.11.2021.
(30)

   Opinjoni ta’ …, ĠU ….

(31)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/71/oj ).
(32)    ĠU L 318, 11.12.1999, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1999/819/oj .
(33)    L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), il-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Karburant Użat u dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Skart Radjuattiv, adottata fil-5 ta’ Settembru 1997, daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2001. Jinsab fuq: https://www.iaea.org/topics/nuclear-safety-conventions/joint-convention-safety-spent-fuel-management-and-safety-radioactive-waste .
(34)    It-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), miftuħ għall-iffirmar fl-1 ta’ Lulju 1968, daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Marzu 1970, 729 U.N.T.S. 161. Jinsab fuq: https://www.un.org/disarmament/wmd/nuclear/npt/ .
(35)    Model Additional Protocol to the Agreement(s) Between State(s) and the International Atomic Energy Agency for the Application of Safeguards (INFCIRC/540), approvat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA fil-15 ta’ Mejju 1997. Jinsab online: INFCIRC/540 - Model Protocol Additional to the Agreement(s) Between State(s) and the International Atomic Energy Agency for the Application of Safeguards .
(36)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/948 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Strument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali abbażi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014, (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/948/oj ).
(37)    Ir-Regolament (UE) …/… [Ewropa Globali] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument Ewropa Globali (ĠU, …, … ELI: …).
(38)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/100 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 1368/2013 (ĠU L 34, 1.2.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/100/oj ).
(39)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/948 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Strument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali abbażi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014, (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/948/oj ).
(40)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj ).
(41)    Ir-Regolament (UE) (UE, Euratom) …/… [Regolament dwar il-Prestazzjoni] (ĠU, …, … ELI: …).
(42)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj ).
(43)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2988/oj ).
(44)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj ).
(45)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj ).
(46)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj ).
(47)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/70/oj ).
(48)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-17 ta’ Marzu 1999 dwar id-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari obsoliti u l-ġestjoni tal-iskart: Responsabbiltajiet storiċi li jirriżultaw mill-attivitajiet nukleari mwettqa mill-JRC skont it-Trattat Euratom (COM(1999) 114 finali).
(49)

   SEC(2004) 624, COM(2008) 903 u COM(2013) 734.

(50)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj ) .
(51)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ( ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30 , ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/427/oj ).
(52)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/530/Euratom tas-17 ta’ Lulju 2007 dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sigurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Nukleari (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/530/oj ).
(53)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(54)    Il-persunal se jiġi ffinanzjat mill-Programm tar-Riċerka u t-Teknoloġija tal-Euratom.
(55)    Il-persunal se jiġi ffinanzjat mill-Programm tar-Riċerka u t-Teknoloġija tal-Euratom.
(56)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20% għall-kostijiet tal-ġbir.