Brussell, 24.9.2025

COM(2025) 513 final

2025/0289(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1755 fir-rigward tal-ammonti allokati lill-Istati Membri skont ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Bħala parti mill-pakkett dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali 2021–2027, il-leġiżlatur tal-UE stabbilixxa Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (BAR) 1 b’allokazzjoni ta’ EUR 5 biljun (fi prezzijiet tal-2018; EUR 5,5 biljun fi prezzijiet kurrenti). Il-BAR huwa strument temporanju u mmirat, ibbażat fuq l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bil-għan li jipprovdi appoġġ rapidu lill-Istati Membri biex jiġġieldu l-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali, territorjali u, fejn xieraq, ambjentali negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fl-Istati Membri, inklużi r-reġjuni u l-komunitajiet lokali tagħhom, u s-setturi, b’mod partikolari f’dawk li ġew l-aktar milquta ħażin mill-ħruġ, u biex itaffi l-impatt negattiv relatat fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. L-appoġġ mir-riżerva jista’ jintuża għal miżuri nazzjonali meħuda speċifikament bejn Jannar 2020 u Diċembru 2023 u li jkollhom rabta diretta mal-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Ir-Regolament tal-BAR daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Ottubru 2021.

Il-BAR kien maħsub u mfassal f’mument ta’ inċertezza dwar l-iskala u l-ħeffa tal-Brexit, u l-gravità tal-impatt tiegħu fuq l-Istati Membri. Fid-dawl ta’ kriżijiet urġenti oħra, il-possibbiltà ta’ trasferimenti mill-BAR għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 2 (RRF) ġiet introdotta mill-koleġiżlaturi tal-UE fir-Regolament REPowerEU 3 li jemenda fost l-oħrajn ir-Regolamenti dwar l-RRF u l-BAR. F’konformità ma’ dik l-emenda tal-BAR, l-Istati Membri kellhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu 2023 bi kwalunkwe intenzjoni li jittrasferixxu parti mill-allokazzjoni proviżorja jew l-allokazzjoni proviżorja kollha mill-BAR għall-kapitolu REPowerEU tal-pjan RRF tagħhom. Din il-possibbiltà ppermettiet lill-Istati Membri jiżguraw il-fondi fit-tieqa ta’ investiment relatata tal-RRF.

23 minn 27 Stat Membru ppreżentaw talba motivata għat-trasferiment ta’ riżorsi mill-BAR għall-pjan RRF tagħhom, li minnhom 10 Stat Membri talbu trasferiment sħiħ. L-ammont totali ta’ talbiet għal trasferiment laħaq EUR 2,1 biljun, li jikkorrispondi għal 38 % tal-pakkett finanzjarju totali. L-allokazzjoni tal-BAR li jifdal kienet ta’ EUR 3,4 biljun, li minnhom EUR 584 miljun (fi prezzijiet attwali) kienu previsti li jitħallsu fl-2025 mal-wasla ta’ dokumentazzjoni li tattesta nefqa eliġibbli suffiċjenti.

Fl-20 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni adottat proposta għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP 4 bl-għan li ssaħħaħ il-baġit fit-tul tal-UE biex iżżid ir-reżiljenza u t-tmexxija tal-Unjoni fl-aktar prijoritajiet u ħtiġijiet urġenti, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-appoġġ tal-UE lill-Ukrajna.

Fid-29 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE, Euratom) 2024/765 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 5 bil-kunsens tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP.

Skont l-Artikolu 1(5) ta’ dik l-emenda għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, ir-riżorsi massimi allokati proviżorjament tal-BAR kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1755 tnaqqsu b’EUR 584 264 090. Dan l-ammont jikkorrispondi għall-allokazzjoni pendenti tal-BAR wara l-prefinanzjament imħallas lill-Istati Membri u t-trasferimenti lejn REPowerEU deċiżi mill-Istati Membri.

Għalhekk, jenħtieġ li jitnaqqsu r-riżorsi massimi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1755. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tar-riżorsi diġà mħallsa lill-Istati Membri skont il-BAR u biex jiġi evitat li tiġi pperikolata l-implimentazzjoni tal-RRF fl-Istati Membri, it-tnaqqis ma għandux jaffettwa r-riżorsi diġà mħallsa lill-Istati Membri bħala prefinanzjament u r-riżorsi li l-Istati Membri talbu li jiġu ttrasferiti lill-RRF.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 175 tat-TFUE li huwa l-bażi legali rilevanti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolamenti li għandhom jiġu emendati fi ħdan il-politika ta’ Koeżjoni tal-UE.

Filwaqt li r-Regolament (UE) 2021/1755 huwa bbażat ukoll fuq l-Artikolu 322(1) tat-TFUE, din il-proposta ma tidderogax mill-prinċipju tal-annwalità u mir-regoli dwar ir-riport, stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 u għalhekk il-proposta ma għandhiex għalfejn tirreferi għal dik id-dispożizzjoni tat-Trattat bħala l-bażi legali addizzjonali tagħha.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li taffettwa biss id-dispożizzjonijiet baġitarji tar-Regolament li se jiġi emendat, mhux il-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettiv jew il-mod ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Proporzjonalità

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) tat-TUE, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-UE ma għandhomx jaqbżu dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati. Din il-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, peress li hija limitata għal bidliet strettament meħtieġa biex jingħata effett lill-emenda għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 fl-att bażiku li jirregola r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit.

Għażla tal-istrument

Ir-Regolament dwar il-BAR imsemmi hawn fuq għandu jiġi emendat permezz ta’ Regolament biex jiġi allinjat mal-emenda tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.

3.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta għal modifika tal-BAR għandha l-għan li tnaqqas ir-riżorsi allokati proviżorjament għall-BAR b’ammont ta’ EUR 584 264 090, li huwa riallokat għal skopijiet oħra. It-tnaqqis ta’ hawn fuq huwa espress fi prezzijiet attwali.

4.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-emendi proposti għandhom l-għan li jagħtu effett lir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP kif rifless fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 u ma għandhomx l-għan li jimmodifikaw l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar tar-Regolament li huwa propost li jiġi emendat.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta hija limitata għall-introduzzjoni ta’ emendi mmirati għal Regolament eżistenti. Peress li għandha biss l-għan li tagħti effett lir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tar-Regolamentr (UE, Euratom) 2020/2093, b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha, qed jiġu proposti biss il-bidliet li ġejjin:

Emendi għar-Regolament (UE) 2021/1755 biex titnaqqas l-allokazzjoni proviżorja li jifdal li ssir disponibbli fl-2025 b’EUR 584 264 090 fi prezzijiet attwali u b’mod partikolari: 

Fl-Artikolu 4 il-paragrafu 3:

il-punt (b) huwa emendat biex iqis it-tnaqqis tal-ammont allokat proviżorjament li jifdal li għandu jsir disponibbli fl-2025;

jiżdied subparagrafu ġdid wara l-punt (b) biex jirrifletti l-konsegwenzi ta’ dak it-tnaqqis.

2025/0289 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1755 fir-rigward tal-ammonti allokati lill-Istati Membri skont ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 7 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 8 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 , seħħew avvenimenti ġeopolitiċi bla preċedent, ikkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kriżi tal-enerġija li rriżultat u ż-żieda qawwija relatata fl-inflazzjoni u fir-rati tal-imgħax. Dawk l-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi ġabu emerġenzi ġodda li jenħtieġ li jiġu indirizzati biex jitwettqu l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet kondiviżi tal-Unjoni. B’kont meħud tal-kważi eżawriment tal-flessibbiltajiet baġitarji limitati u l-limiti milħuqa mill-possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni, il-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 10 kellu jissaħħaħ għas-snin mill-2024 sal-2027 biex jipprevedi l-finanzjament li huwa l-aktar essenzjalment meħtieġ biex iwieġeb għal sfidi urġenti u komuni.

(2)F’dak l-isfond, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE, Euratom) 2024/765 11 , li emenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 billi naqqas ir-riżorsi massimi stabbiliti f’dak ir-Regolament għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit, li jagħmilha possibbli li jiġu riallokati għal finijiet oħra.

(3)Għalhekk, jenħtieġ li jitnaqqsu r-riżorsi massimi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1755. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tar-riżorsi diġà mħallsa lill-Istati Membri taħt ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u biex jiġi evitat li tiġi pperikolata l-implimentazzjoni fl-Istati Membri tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 , jenħtieġ li t-tnaqqis ma jaffettwax ir-riżorsi diġà mħallsa lill-Istati Membri bħala prefinanzjament u lanqas ir-riżorsi li l-Istati Membri talbu li jiġu ttrasferiti għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom.

(4)Għalhekk, l-ammont ta’ EUR 584 264 090 li għandu jitħallas f’konformità mal-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament fl-2025, jenħtieġ li ma jitħallasx u jenħtieġ li jitnaqqas mill-pakkett kumplessiv tar-riżerva.

(5)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/1755 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/1755, il-paragrafu 3 hu emendat kif ġej:

1.fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b) kwalunkwe ammont allokat proviżorjament li jifdal għandu jsir disponibbli fl-2025 skont l-Artikolu 12.”;

2.jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-ammonti mhux trasferiti għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’konformità mal-Artikolu 4a li jkunu dovuti li jitħallsu mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 12(3), ma għandhomx jitħallsu u għandhom jitnaqqsu mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3

1.3.Objettiv(i)3

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17

3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24

3.2.3,2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24

3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25

3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26

3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29

4.Dimensjonijiet diġitali29

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30

4.2.Data30

4.3.Soluzzjonijiet diġitali31

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1755 fir-rigward tal-ammonti allokati lill-Istati Membri taħt ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

16 Nefqa barra mil-limiti massimi annwali stabbiliti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (l-Artikolu 16 02 03 ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (RAB))

30 Riżervi (l-Artikolu 30 04 03 Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (RAB))

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 13  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Fid-29 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE, Euratom) 2024/765 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 bil-kunsens tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP.

Skont l-Artikolu 1(5) ta’ dik l-emenda għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, ir-riżorsi massimi allokati proviżorjament tal-BAR kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1755 tnaqqsu b’EUR 584 264 090. Dan l-ammont jikkorrispondi għall-allokazzjoni pendenti tal-BAR wara l-prefinanzjament imħallas lill-Istati Membri u t-trasferimenti lejn REPowerEU deċiżi mill-Istati Membri.

Għalhekk, jenħtieġ li jitnaqqsu r-riżorsi massimi tal-BAR kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1755.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante)

Valur miżjud tal-UE mistenni li jiġi ġġenerat (ex post)

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni


1.6.    Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

fis-seħħ mill-1.1.2021 sal-31.12.2025

impatt finanzjarju mill-2021 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2021 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

lill-korpi tad-dritt pubbliku

lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

L-emendi proposti għandhom l-għan li jagħtu effett lir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP kif rifless fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 u ma għandhomx l-għan li jimmodifikaw l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar tar-Regolamenti li huma proposti li jiġu emendati.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 14

mill-pajjiżi tal-EFTA 15

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 16

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

Titolu 16:
Nefqa lil hinn mil-limiti massimi annwali stipulati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali

16 02 03 Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit(BAR)

Diff.

LE

LE

LE

LE

Titolu 30: Riżervi

30 04 03 Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit(BAR)

Diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit għall-16 02 03 (BAR)/ 30 04 03 Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (BAR)

DĠ: REGIO

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 16 02 03/30 04 03

Impenji

(1a)

 

-584 264 090* 

 

 

-584 264 090*

Pagamenti

(2a)

 

-584 264 090* 

 

 

-584 264 090*

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 

Linja baġitarja

 

(3)

 

 

 

 

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ REGIO

Impenji

=1a+1b+3

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

Pagamenti

=2 a+2b+3

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

* Tnaqqis diġà implimentat fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali għall-2025.

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

Pagamenti

(5)

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA

Impenji

=4+6

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 

DĠ: REGIO

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL DĠ REGIO

Approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000



miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

Pagamenti

(5)

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA

Impenji

=4+6

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

Pagamenti

(5)

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA <….>

Impenji

=4+6

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

Pagamenti

(5)

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6

Impenji

=4+6

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090

tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

=5+6

0,000

-584264090

0,000

0,000

-584264090





Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

DĠ: REGIO

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL DĠ REGIO

Approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000



3.2.2.

Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima m’għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 17

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 18

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL GĦALL-PERJODU 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali tal-allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Ammin. Linja ta’ appoġġ
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0

0

0

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali eċċezzjonali*

Jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew mir-Riċerka

Jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fil-pjan tal-persunal

M/A

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

TOTAL tal-approprjazzjonijiet Diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT (korporattiva) 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000



3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

   tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

   tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati


3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

   indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 19

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

4.Dimensjonijiet diġitali

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

Ir-riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit diġà hija inkluża fl-ippjanar tas-sistema ta’ informazzjoni SFC2021. Din l-emenda ma tipproponi l-ebda bidla li taffettwa l-karatteristiċi diġà implimentati jew dawk ippjanati għar-rilaxx futur tal-SFC2021.

4.2.Data

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

(1)    Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1)
(2)    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(3)    Ir-Regolament (UE) 2023/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-kapitoli REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/1755, u d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 63 28.2.2023, p. 1).
(4)    COM(2023) 337 final, 20.6.2023.
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024).
(6)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 2024/2509 26.9.2024).
(7)    ĠU C , , p. .
(8)    ĠU C , , p. .
(9)    Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1755/oj ).
(10)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj ).
(11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj ).
(12)    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj ).
(13)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(14)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(15)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(16)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(17)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(18)    Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”
(19)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.