Brussell, 9.9.2025

COM(2025) 475 final

2025/0283(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-approvazzjoni tal-emendi għall-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna l-approvazzjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-emendi tal-2022 għall-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw.

Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw għandu l-għan li jsaħħaħ is-settur dinji tal-kawkaw u jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tiegħu fuq il-pjan ekonomiku, soċjali u ambjentali.

L-Unjoni Ewropea hija parti mill-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw 1 u Membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw. Il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw daħal fis-seħħ b’mod proviżorju fl-1 ta’ Ottubru 2012, għal perjodu ta’ għaxar snin, sat-30 ta’ Settembru 2022. Waqt il-108 sessjoni regolari tiegħu, li saret mit-2 sas-6 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw, eżerċita s-setgħa mogħtija lilu mill-Artikolu 62(4) tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw u ddeċieda li jestendi l-ftehim għal perjodu ta’ sentejn tal-kawkaw sat-30 ta’ Settembru 2026 2 .

Rieżami parzjali għar-riforma tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw kien meħtieġ u kien ċar li huwa fl-interess tal-Unjoni li tkompli tallinjah mal-prattiki li tippromwovi l-Unjoni f’bordijiet internazzjonali oħra tal-prodotti bażiċi, u li jqis l-iżviluppi fis-suq globali tal-kawkaw mill-2010. Il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw, kif emendat fl-2022, huwa r-riżultat tar-rieżami tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw u l-ħtieġa li jkun aktar orjentat lejn il-futur u adattat aħjar biex jilqa’ l-isfidi attwali li qed tiffaċċja l-ekonomija dinjija tal-kawkaw. Dan jinkludi xi bidliet importanti: 1.  Tul ta’ żmien indefinit tal-Ftehim (soġġett għal rieżami kull ħames snin), biex ikun hemm aktar stabbiltà u sostenibbiltà għall-inizjattivi implimentati skont il-Ftehim 2.  Allinjament mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) biex jiżgura żvilupp aċċellerat tal-ekonomija dinjija tal-kawkaw 3.  L-introduzzjoni ta’ objettiv ewlieni fil-Ftehim fir-rigward tal-kisba ta’ introjtu li jiggarantixxi l-għajxien għall-bdiewa tal-kawkaw u referenza għall-prezzijiet remunerattivi biex tintlaħaq is-sostenibbiltà ekonomika 4.  Tliet artikoli ġodda li jiddeskrivu miżuri speċifiċi li jridu jitwettqu taħt il-pilastri ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-sostenibbiltà 5.  Spinta ġdida mogħtija lill-attenzjoni fuq iż-żieda fil-valur, il-kwalità primjum, u s-sikurezza tal-ikel 6.  L-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tal-kawkaw u l-espansjoni tal-kooperazzjoni ma’ aktar aġenziji donaturi għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ żvilupp tal-kawkaw.

Il-Kummissjoni nnegozjat l-emendi għall-Ftehim tal-2010 dwar il-Kawkaw f’isem l-Unjoni 3 .

Fid-dawl tad-diskussjonijiet u l-kontenut tal-istrument il-ġdid, il-Kummissjoni tqis li l-Ftehim emendat għandu jiġi konkluż f’isem l-Unjoni u li n-notifika tal-aċċettazzjoni tal-emenda, skont l-Artikolu 63(1) tal-Ftehim dwar il-Kawkaw tal-2010, tiġi ddepożitata mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li huwa maħtur bħala Depożitarju skont l-Artikolu 52 tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw.

Skont l-Artikolu 63(1) tal-Ftehim tal-2010 dwar il-kawkaw, l-emenda għandha ssir effettiva 100 jum wara li d-Depożitarju jkun irċieva notifiki ta’ aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti li jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-Membri esportaturi li jkollhom mill-inqas 85 % tal-voti tal-Membri esportaturi, u mill-Partijiet Kontraenti li jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-Membri importaturi li jkollhom mill-inqas 85 % tal-voti tal-Membri importaturi, jew f’data aktar tard li l-Kunsill seta’ ddetermina.

Matul il-111-il sessjoni regolari li saret mit-8 sal-10 ta’ April 2025, il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw iddeċieda li jestendi l-iskadenza sat-22 ta’ Ġunju 2026 biex il-Partijiet Kontraenti jiddepożitaw l-ittri ta’ notifika tagħhom tal-aċċettazzjoni tal-emendi.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet politiċi eżistenti fil-qasam tal-politika

L-emenda ġiet innegozjata f’konformità mad-direttivi komprensivi ta’ negozjar adottati mill-Kunsill fl-20 ta’ April 2021 dwar ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati biex jiġi emendat il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri l-oħra tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw.

Il-Ftehim emendat huwa wkoll kompletament konformi mal-Patt Ekoloġiku Ewropew 4 .

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-Ftehim emendat huwa kompletament konformi mal-Istrateġija tal-Global Gateway 5 . Tabilħaqq il-Global Gateway tfisser konnessjonijiet sostenibbli u ta’ fiduċja li jaħdmu għan-nies u għall-pjaneta. Hija tgħin biex tindirizza l-aktar sfidi globali urġenti, mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, għat-titjib tas-sistemi tas-saħħa, u t-tisħiħ tal-kompetittività u s-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista globali.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Il-bażi legali proposta hija l-Artikolu 207(3) u l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Mhux Applikabbli

Proporzjonalità

Il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kawkaw emendat, ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

Għażla tal-istrument

Din il-proposta hija konformi mal-Artikolu 218(6) tat-TFUE, li jipprevedi l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ deċiżjonijiet marbuta mal-konklużjonijiet ta’ ftehimiet internazzjonali f’isem l-UE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux Applikabbli

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux Applikabbli

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux Applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux Applikabbli

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux Applikabbli

Drittijiet fundamentali

Mhux Applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-baġit amministrattiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw għal kull sena finanzjarja se titħallas mill-istrument NDICI-Ewropa Globali.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Mhux Applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Mhux Applikabbli

2025/0283 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-approvazzjoni tal-emendi għall-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew 6 ,

Billi:

(1)L-Unjoni Ewropea hija parti mill-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw 7 u Membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw.

(2)Il-Kummissjoni nnegozjat l-emendi abbażi tal-mandat ta’ negozjar u d-direttivi proposti mill-Kummissjoni 8 u approvati mill-Kunsill fl-20 ta’ April 2021 9 .

(3)It-test tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, kif emendat (“il-Ftehim emendat”) ġie approvat mill-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw fil-106 sessjoni regolari tiegħu li saret mis-27 sad-29 ta’ Settembru 2022. L-emenda ġiet innegozjata sabiex timmodifika l-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (“il-Ftehim tal-2010”), li ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2026.

(4)L-għanijiet tal-Ftehim emendat jaqgħu taħt il-politika kummerċjali komuni.

(5)L-emendi għall-Ftehim Internazzjonali dwar il-kawkaw jenħtieġ li jiġu approvati f’isem l-Unjoni Ewropea.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emendi għall-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni Ewropea 10 .

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[...]

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw, ĠU L 259, 4.10.2011, p. 7; 2012/189/UE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw, ĠU 102, 12.4.2012, p.1.
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/924 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2010 ĠU L 203, 9.6.2021, p. 8.
(3)    Ir-Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati biex jiġi emendat il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw, COM (2021) 119 final u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/675 tal-20 ta’ April 2021 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati biex jiġi emendat il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw ĠU L 144, 27.4.2021, p. 1.
(4)     https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt .
(5)     https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/stronger-europe-world/global-gateway_mt
(6)    ĠU C [...], [...], p. [...].
(7)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw, ĠU L 259, 4.10.2011, p. 7; 2012/189/UE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw, ĠU 102, 12.4.2012, p.1.
(8)    Ir-Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati biex jiġi emendat il-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw, COM(2021) 119 final.
(9)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/675 tal-20 ta’ April 2021 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati biex jiġi emendat il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw tal-2010 (ĠU L 144, 27.4.2021, p. 1).
(10)    It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, XXXXX.

Brussell, 9.9.2025

COM(2025) 475 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-approvazzjoni tal-emendi għall-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw


In-Nazzjonijiet Uniti

TD/COCOA.10/5/Amend.1 1

Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti
dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp

Distr.: Ġenerali

It-8 ta’ Lulju 2022

Oriġinali: Bl-Ingliż

Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2010

Kif emendat, 2022 2 ***



Werrej

   Paġna

       Introduzzjoni        5

       Aġenda tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw, 2010        6

       Riżoluzzjoni adottata mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw, 2010        7

       Lista ta’ Stati u organizzazzjonijiet rappreżentati fil-Konferenza        8

Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2010, kif emendat, 2022

       Preambolu            9

       Kapitolu I – Objettivi        10

           Artikolu 1 – Objettivi        10

       Kapitolu II – Definizzjonijiet        11

           Artikolu 2 – Definizzjonijiet        11

       Kapitolu III – L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw (International Cocoa Organization, ICCO)        13

           Artikolu 3 – Kwartieri Ġenerali u struttura tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw        13

           Artikolu 4 – Sħubija fl-Organizzazzjoni        13

           Artikolu 5 – Privileġġi u immunitajiet        14

       Kapitolu IV – Il-Kunsill Internazzjonli tal-Kawkaw        15

           Artikolu 6 – Kompożizzjoni tal-Kunsill Internazzjonli tal-Kawkaw        15

           Artikolu 7 – Setgħat u funzjonijiet tal-Kunsill        15

           Artikolu 8 – President u Viċi President tal-Kunsill        15

           Artikolu 9 – Sessjonijiet tal-Kunsill        16

           Artikolu 10 – Voti        16

           Artikolu 11 – Proċedura ta’ votazzjoni tal-Kunsill        17

           Artikolu 12 – Deċiżjonijiet tal-Kunsill        17

           Artikolu 13 – Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn        17

           Artikolu 14 – Stedina u ammissjoni tal-ossevaturi        18

           Artikolu 15 – Kworum        18

       Kapitolu V – Is-Segretarjat tal-Organizzazzjoni        19

           Artikolu 16 – Id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal tal-Organizzazzjoni        19

           Artikolu 17 – Programm ta’ ħidma        19

           Artikolu 18 – Rapport annwali        20

       Kapitolu VI – Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju        21

           Artikolu 19 – Stabbiliment tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju        21

           Artikolu 20 – Kompożizzjoni tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju        21

           Artikolu 21 – Laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju        21

       Kapitolu VII – Finanzi        22

           Artikolu 22 – Finanzi        22

           Artikolu 23 – Responsabbiltajiet tal-Membri        22

           Artikolu 24 – Approvazzjoni tal-baġit amministrattiv u l-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet        22

           Artikolu 25 – Ħlas tal-kontribuzzjonijiet lill-baġit amministrattiv        23

           Artikolu 26 – Verifika u pubblikazzjoni tal-kontijiet        23

       Kapitolu VIII – Il-Kumitat Ekonomiku        24

           Artikolu 27 – Stabbiliment tal-Kumitat Ekonomiku        24

           Artikolu 28 – Kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku        24

           Artikolu 29 – Laqgħat tal-Kumitat Ekonomiku        24

       Kapitolu IX – Trasparenza fis-suq        26

           Artikolu 30 – Informazzjoni u trasparenza fis-suq        26

           Artikolu 31 – Ħażniet        26

           Artikolu 32 – Prodotti ta’ sostituzzjoni tal-kawkaw        26

           Artikolu 33 – Prezz indikatur        27

           Artikolu 34 – Fatturi tal-konverżjoni        27

           Artikolu 35 – Riċerka u żvilupp xjentifiku        27

       Kapitolu X – Żvilupp tas-suq        28

           Artikolu 36 – Analiżi tas-suq        28

           Artikolu 37 – Proċessar fl-oriġini u promozzjoni tal-konsum        28

           Artikolu 38 – Studji, stħarriġ u rapporti        28

       Kapitolu XI – Kawkaw b’togħma fina        30

           Artikolu 39 – Kawkaw b’togħma fina        30

       Kapitolu XII – Proġetti        31

           Artikolu 40 – Proġetti        31

           Artikolu 41 – Relazzjoni ma’ donaturi multilaterali u bilaterali        31

       Kapitolu XIII – Żvilupp sostenibbli        32

           Artikolu 42 – Ekonomija sostenibbli tal-kawkaw        32

           Artikolu 43 – Sostenibbiltà Ekonomika        32

           Artikolu 44 – Sostenibbiltà Soċjali        32

           Artikolu 45 – Sostenibbiltà Ambjentali        33

       Kapitolu XIV – Il-Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw        34

           Artikolu 46 – Stabbiliment tal-Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw        34

           Artikolu 47 – Sħubija u laqgħat tal-Bord Konsultattiv dwar
l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw
       34

       Kapitolu XV – Eżenzjoni mill-obbligi u miżuri differenzjali u rimedjali        36

           Artikolu 48 – Eżenzjoni mill-obbligi u ċirkustanzi eċċezzjonali        36

           Artikolu 49 – Miżuri differenzjali u rimedjali        36

       Kapitolu XVI – Konsultazzjonijiet, tilwim u lmenti        37

           Artikolu 50 – Konsultazzjonijiet        37

           Artikolu 51 – Tilwim        37

           Artikolu 52 – Ilmenti u azzjoni mill-Kunsill        37

       Kapitolu XVII – Dispożizzjonijiet Finali        39

           Artikolu 53 – Depożitarju        39

           Artikolu 54 – Iffirmar        39

           Artikolu 55 – Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni        39

           Artikolu 56 – Adeżjoni        39

           Artikolu 57 – Notifika tal-applikazzjoni proviżorja        39

           Artikolu 58 – Dħul fis-seħħ        40

           Artikolu 59 – Riżervi        40

           Artikolu 60 – Irtirar        40

           Artikolu 61 – Esklużjoni        41

           Artikolu 62 – Saldu tal-kontijiet ma’ Membri li jirtiraw jew li jiġu esklużi        41

           Artikolu 63 – Tul ta’ żmien, estensjoni u terminazzjoni        41

           Artikolu 64 – Emendi        41

       Kapitolu XVIII – Dispożizzjonijiet supplimentari u tranżizzjonali        43

           Artikolu 65 – Fond ta’ Riżerva Speċjali        43

           Artikolu 66 – Dispożizzjonijiet supplimentari u tranżizzjonali oħrajn        43

Annessi

       Anness A – Esportazzjonijiet tal-kawkaw ikkalkulati għall-iskopijiet tal-Artikolu 58 (Dħul fis-seħħ)        44

       Anness B – Importazzjonijiet tal-kawkaw ikkalkulati għall-iskopijiet tal-Artikolu 58 (Dħul fis-seħħ)        46

       Anness C – Pajjiżi produtturi li jesportaw esklussivament jew parzjalment il-kawkaw b’togħma fina        49

       Anness D – Sħubija u distribuzzjoni tal-voti mill-1 ta’ Ottubru 2021
għall-iskopijiet tal-Artikolu 64
       50

   Dikjarazzjonijiet

       Dikjarazzjoni mill-Partijiet Kontraenti dwar l-Artikolu 16        51

Introduzzjoni

Il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw, 2010, saret fil-Palais des Nations, Ġinevra, fid-19 ta’ April 2010 u mill-21 sal-25 ta’ Ġunju 2010. Il-Partijiet għall-Ftehim eżistenti u l-Istati Membri kollha tal-UNCTAD, kif ukoll l-aġenzji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti, kienu mistiedna jieħdu sehem fil-Konferenza.

Il-Konferenza kellha quddiemha l-abbozz tat-test ta’ Ftehim Internazzjonali ġdid dwar il-Kawkaw, li kien l-eżitu tad-diskussjonijiet li saru minn Grupp ta’ Ħidma stabbilit mill-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw.

Il-Konferenza nfetħet fid-19 ta’ April 2010 mis-Sur Kwabena Baah-Duodu, Uffiċjal inkarigat mill-Unità Speċjali dwar Prodotti Bażiċi, UNCTAD, u l-elett l-E.T. l-Ambaxxatur Guy-Alain Emmanuel Gauze (il-Kosta tal-Avorju) bħala President tal-Konferenza u s-Sur Max Schnellmann (l-Iżvizzera) bħala Viċi President tal-Konferenza. Adottat ukoll l-aġenda kif tinsab fid-dokument TD/COCOA.10/1. Il-Konferenza ddeċidiet li tipposponi l-bqija tal-laqgħa għall-21 sal-25 ta’ Ġunju 2010 minħabba li bosta rappreżentanti tal-gvern minn pajjiżi li jipproduċu u jikkunsmaw il-kawkaw ma setgħux jattendu minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjiriet lejn Ġinevra b’riżultat tal-iżbroff vulkaniku fl-Iżlanda. Il-punti l-oħra kollha taħt l-aġenda ġew diskussi meta l-Konferenza reġgħet bdiet f’Ġunju. Is-Sa Lisanne Losier kienet Segretarja għall-Konferenza u s-Sur Carlos Moreno aġixxa bħala Konsulent Legali għall-Konferenza.

Fil-plenarja tal-21 ta’ Ġunju 2010, is-Sur Petko Draganov, Deputat Segretarju Ġenerali tal-UNCTAD, u s-Sur Jan Vingerhoets, Segretarju Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw (ICCO, International Cocoa Organisation), għamlu dikjarazzjonijiet ta’ merħba u pprovdew ħarsa ġenerali storika u sommarju dwar it-tħejjija għall-ftehim suċċessur dwar il-Kawkaw. Il-Konferenza adottat ir-regoli ta’ proċedura tagħha (TD/COCOA.10/2) u stabbiliet Kumitat ta’ Negozjar biex jikkunsidra l-artikoli tal-ftehim f’sessjoni magħluqa. Eleġġiet ukoll lis-Sur Hagen Streichert (il-Ġermanja) bħala President tal-Kumitat ta’ Negozjar u lill-E.T. is-Sa Jean Kekedo (Papua New Guinea) bħala l-Viċi President tagħha. Il-Konferenza temmet il-ħidma tagħha fil-25 ta’ Ġunju 2010 meta, fil-plenarja tal-għeluq tagħha, adottat riżoluzzjoni waħda (TD/COCOA.10/4) u stabbiliet it-test tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2010.

Fl-14 ta’ Diċembru 2010, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, fil-kapaċità tiegħu bħala depożitarju, ħareġ notifika depożitarja (C.N.810.2010.TREATIES-2) li fiha ġibed l-attenzjoni tal-partijiet kollha għal żball fl-Artikolu 62(3) tat-test awtentiku tal-Ftehim kif ukoll il-kopji veri ċċertifikati ċċirkolati permezz tan-notifika depożitarja C.N.497.2010.TREATIES-2 tat-30 ta’ Settembru 2010, fejn it-terminu “il-ħames sena tal-kawkaw” kellu jinqara “l-għaxar sena tal-kawkaw”. F’konformità mal-prattika depożitarja stabbilita, ġie stabbilit perjodu ta’ 90 jum mid-data tan-notifika biex kwalunkwe oġġezzjoni tiġi kkomunikata lis-Segretarju Ġenerali. Ma waslet l-ebda oġġezzjoni u l-korrezzjoni proposta ġiet effettwata fit-test tal-ftehim.

Aġenda tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw, 2010

1.    Ftuħ tal-Konferenza.

2.    Adozzjoni tal-aġenda.

3.    Adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura.

4.    Elezzjoni tal-uffiċjali.

5.    Kredenzjali tar-rappreżentanti:

(a)    Ħatra ta’ Kumitat għall-Verifika tal-Kredenzjali;

(b)    Rapport tal-Kumitat għall-Verifika tal-Kredenzjali.

6.    Stabbiliment tal-Kumitat ta’ Negozjar u ta’ kumitati oħrajn kif meħtieġ.

7.    Tħejjija għal ftehim suċċessur għall-Ftehim Internazzjonali tal-2001 dwar il-Kawkaw.

8.    Kunsiderazzjoni u adozzjoni tar-riżoluzzjonijiet finali.

9.    Kwistjonijiet oħrajn.

Riżoluzzjoni adottata mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw, 2010

Riżoluzzjoni finali

Il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw għan-Negozjar ta’ Ftehim Suċċessur għall-Ftehim Internazzjonali tal-2001 dwar il-Kawkaw,

Wara li ltaqgħet f’Ġinevra fid-19 ta’ April 2010 u mill-21 sal-25 ta’ Ġunju 2010,

Tesprimi l-apprezzament tagħha għall-faċilitajiet u s-servizzi pprovduti mis-Segretarju Ġenerali tal-UNCTAD,

Tirreġistra l-gratitudni tagħha għall-kontribuzzjoni li saret mill-President tal-Konferenza u mill-uffiċjali l-oħra tagħha, kif ukoll mis-segretarjat,

Wara li stabbiliet it-test tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2010 bl-Għarbi, iċ-Ċiniż, l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu u l-Ispanjol,

1.    Titlob lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jikkomunika kopji tat-test tal-Ftehim lill-Gvernijiet kollha u lill-korpi intergovernattivi kollha mistiedna għall-Konferenza, għall-kunsiderazzjoni tagħhom;

2.    Titlob lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jieħu passi sabiex il-Ftehim jinfetaħ għall-iffirmar fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York matul il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 53 tal-Ftehim;

3.    Tiġbed l-attenzjoni għall-proċeduri disponibbli għall-Istati u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim biex isiru partijiet għall-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2010 u tistedinhom jiddepożitaw l-istrumenti xierqa għal dan il-għan.

Ir-raba’ seduta plenarja
Il-25 ta’ Ġunju 2010

Lista ta’ Stati u organizzazzjonijiet rappreżentati fil-Konferenza 3 **

Stati Membri

L-Alġerija

Il-Lussemburgu

L-Awstrija

Il-Malażja

Il-Bahrain

Il-Mali

Il-Belġju

Il-Messiku

L-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja

Il-Marokk

Il-Brażil

In-Nepal

Il-Kamerun

In-Netherlands

Iċ-Ċina

In-Nikaragwa

Il-Kosta tal-Avorju

In-Niġerja

Kuba

Papua New Guinea

Ċipru

Il-Polonja

Ir-Repubblika Ċeka

Il-Portugall

Ir-Repubblika Dominicana

Ir-Rumanija

L-Ekwador

Il-Federazzjoni Russa

Franza

Saint Lucia

Il-Gabon

Sierra Leone

Il-Ġermanja

Is-Slovakkja

Il-Ghana

L-Afrika t’Isfel

Il-Greċja

Spanja

Il-Guinea

L-Iżvezja

Is-Santa Sede

L-Iżvizzera

L-Ungerija

It-Tajlandja

L-Indoneżja

It-Togo

L-Iraq

Trinidad u Tobago

L-Irlanda

Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela

L-Italja

Iż-Żambja

Il-Ġamajka

Osservatur

Il-Palestina

Organizzazzjonijiet intergovernattivi

Il-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (il-Grupp AKP)

L-Unjoni Afrikana

L-Alleanza tal-Produtturi tal-Kawkaw (CPA, Cocoa Producers’ Alliance)

L-Unjoni Ewropea

L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw (ICCO, International Cocoa Organization)

Il-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ħjut tal-Ġuta (IJSG, International Jute Study Group)

L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Pajjiżi tal-Frankofoni (OIF, Organisation Internationale de la francophonie)

Aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet relatati

Iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Kummerċ (ITC, International Trade Centre)

L-Organizzazzjonijiet tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO, Food and Agriculture Organization of the United Nations)

L-Organizzazzjonijet Industrijali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNIDO, United Nations Industrial Development Organization)

Organizzazzjonijiet mhux governattivi

Ocaproce Internationale

Oxfam International

Preambolu

Il-Partijiet għall-Ftehim,

(a)    Jirrikonoxxu l-kontribut tas-settur tal-kawkaw għat-tnaqqis tal-faqar u l-kisba tal-għanijiet ta’ żvilupp maqbula b’mod internazzjonali, inkluż l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli rilevanti;

(b)    Jirrikonoxxu l-importanza tal-kawkaw u l-kummerċ tal-kawkaw għall-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħala sors ta’ introjtu għall-għajxien għall-popolazzjonijiet tagħhom, u jirrikonoxxu l-kontribut ewlieni tal-kummerċ tal-kawkaw għad-dħul tagħhom mill-esportazzjoni u għall-formulazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku;

(c)    Jirrikonoxxu l-importanza tas-settur tal-kawkaw għall-għajxien ta’ miljuni ta’ nies, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw fejn bdiewa b’azjendi agrikoli żgħir jiddependu fuq il-produzzjoni tal-kawkaw bħala sors dirett ta’ impjiegi ekoloġiċi u introjtu għall-għajxien;

(d)    Jirrikonoxxu li l-kooperazzjoni internazzjonali mill-qrib dwar kwistjonijiet dwar il-kawkaw u d-djalogu kontinwu bejn il-partijiet ikkonċernati kollha fil-katina tal-valur tal-kawkaw jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija dinjija tal-kawkaw;

(e)    Jirrikonoxxu l-importanza ta’ sħubijiet strateġiċi bejn Membri esportaturi u importaturi biex tiġi żgurata ekonomija sostenibbli tal-kawkaw;

(f)    Jirrikonoxxu l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza tas-suq internazzjonali tal-kawkaw, għall-benefiċċju kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi;

(g)    Jirrikonoxxu l-kontribut tal-Ftehimiet Internazzjonali preċedenti tal-1972, l-1975, l-1980, l-1986, l-1993 u l-2001 dwar il-Kawkaw għall-iżvilupp tal-ekonomija dinjija tal-kawkaw;

B’dan jiftiehmu li ġej;

Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2010, kif emendat, 2022

Kapitolu I
Objettivi

Artikolu 1
Objettivi

Bil-ħsieb li jissaħħaħ is-settur globali tal-kawkaw, li jiġi appoġġjat l-iżvilupp sostenibbli tiegħu u li jiżdiedu l-benefiċċji għall-partijiet ikkonċernati kollha, l-objettivi tas-Seba’ Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw huma:

(a)    Li jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali fl-ekonomija dinjija tal-kawkaw;

(b)    Li jipprovdi qafas xieraq għal diskussjoni dwar il-kwistjonijiet kollha dwar il-kawkaw bejn il-gvernijiet, u mas-settur privat;

(c)    Li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ekonomiji nazzjonali tal-kawkaw tal-pajjiżi Membri, permezz tat-tħejjija, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ proġetti xierqa li għandhom jiġu ppreżentati lill-istituzzjonijiet rilevanti għall-finanzjament u l-implimentazzjoni, u t-tiftix ta’ finanzjament għal proġetti li jkunu ta’ benefiċċju għall-Membri u għall-ekonomija dinjija tal-kawkaw;

(d)    Li jikseb prezzijiet ġusti li jwasslu għal redditi ekonomiċi ekwi kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi fil-katina tal-valur tal-kawkaw, u li jsir kontribut għal żvilupp ibbilanċjat tal-ekonomija dinjija tal-kawkaw fl-interess tal-Membri kollha;

(e)    Li jikseb introjtu għall-għajxien għall-produtturi tal-kawkaw;

(f)    Li jippromwovi ekonomija sostenibbli tal-kawkaw f’termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

(g)    Li jħeġġeġ ir-riċerka u l-implimentazzjoni tas-sejbiet tagħha permezz tal-promozzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ u ta’ informazzjoni li jwasslu għat-trasferiment lill-Membri ta’ teknoloġiji adattati għall-kawkaw;

(h)    Li jippromwovi t-trasparenza fl-ekonomija dinjija tal-kawkaw, u b’mod partikolari fil-kummerċ tal-kawkaw, permezz tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tal-istatistika rilevanti u t-twettiq ta’ studji xierqa, kif ukoll li tiġi promossa l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-kummerċ, mingħajr preġudizzju għar-regolamenti nazzjonali dwar l-istandards sanitarji u fitosanitarji;

(i)    Li jippromwovi u jħeġġeġ il-konsum taċ-ċikkulata u ta’ prodotti bbażati fuq il-kawkaw sabiex tiżdied id-domanda għall-kawkaw, fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni tal-attributi pożittivi tal-kawkaw, inkluż il-benefiċċji għas-saħħa, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-settur privat;

(j)    Li jħeġġeġ lill-Membri jippromwovu l-kwalità u s-sigurtà tal-kawkaw, inkluż enfasi fuq il-karatteristiċi speċifiċi tat-togħma u fuq l-integrità taż-żerriegħa, u li jiżviluppa proċeduri xierqa fis-sigurtà tal-ikel fis-settur tal-kawkaw;

(k)    Li jħeġġeġ il-Membri jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji biex tiġi mtejba l-kapaċità tal-komunitajiet lokali u tal-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira ħalli jibbenefikaw minn introjtu għall-għajxien biex jipprovdu kwalità ta’ ħajja deċenti għall-familji tagħhom u b’hekk jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar;

(l)    Li jtejjeb id-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar l-għodod u s-servizzi finanzjarji li jistgħu jgħinu lill-produtturi tal-kawkaw, inkluż l-aċċess għall-kreditu u l-istrateġiji għall-ġestjoni tar-riskju;

(m)    Li jħeġġeġ iż-żieda fil-valur permezz tal-ipproċessar taż-żerriegħa tal-kawkaw fil-pajjiżi tal-oriġini u jiġi promoss l-użu tal-kawkaw fl-industriji tal-ikel, tal-kożmetika u tal-farmaċewtika;

(n)    Li jħeġġeġ il-Membri jneħħu l-ostakli għad-dħul għal investituri ġodda fl-ekonomija tal-kawkaw;

(o)    Li jiġi promoss il-kummerċ ta’ prodotti dderivati mill-kawkaw.

Kapitolu II
Definizzjonijiet

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim:

1.    Kawkaw tfisser iż-żerriegħa tal-kawkaw u l-prodotti tal-kawkaw sakemm ma jkunux speċifikati bħala “żerriegħa tal-kawkaw”;

2.    Kawkaw b’togħma fina huwa kawkaw ikkaratterizzat minn profil sensorjali kumpless, magħmul minn attributi bażiċi bbilanċjati sew b’elementi aromatiċi u tat-togħma; l-attributi komplementari jistgħu jiġu perċepiti u identifikati b’mod ċar fl-espressjoni tal-aromi u t-togħmiet tiegħu; dan jirriżulta mill-interazzjoni bejn (a) il-kompożizzjoni ġenetika partikolari, (b) il-kundizzjonijiet favorevoli ta’ tkabbir f’ambjent/territorju partikolari, (c) it-tekniki speċifiċi għall-ġestjoni tal-pjantazzjoni, (d) il-prattiki speċifiċi tal-ħsad u ta’ wara l-ħsad u (e) il-kompożizzjoni kimika u fiżika stabbli, u l-integrità taż-żerriegħa;

3.    Prodotti tal-kawkaw tfisser prodotti magħmula b’mod esklussiv miż-żerriegħa tal-kawkaw, bħal pejst/likuri tal-kawkaw, butir tal-kawkaw, trab tal-kawkaw mingħajr iż-żieda ta’ zokkor, pasta tal-kawkaw żgrassat u żerriegħa tal-kawkaw imneħħija minn ġol-qoxra kif definiti fil-Codex Alimentarius;

4.    Ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata huma prodotti magħmula miż-żerriegħa tal-kawkaw li jikkonformaw mal-istandard tal-Codex Alimentarius għaċ-ċikkulata u l-prodotti taċ-ċikkulata;

5.    Ħażniet taż-żerriegħa tal-kawkaw tfisser iż-żerriegħa niexfa kollha tal-kawkaw li tista’ tiġi identifikata b’dan il-mod fl-aħħar jum tas-sena tal-kawkaw (30 ta’ Settembru), irrispettivament mill-post, mis-sjieda jew mill-użu maħsub;

6.    Sena tal-kawkaw tfisser il-perjodu ta’ 12-il xahar mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru inklużi;

7.    Organizzazzjoni tfisser l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw imsemmija fl-Artikolu 3;

8.    Kunsill tfisser il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw imsemmi fl-Artikolu 6;

9.    Parti Kontraenti tfisser Gvern, l-Unjoni Ewropea jew organizzazzjoni intergovernattiva kif previst fl-Artikolu 4, li tat il-kunsens tagħha li tintrabat b’dan il-Ftehim b’mod provviżorju jew b’mod definittiv;

10.    Membru tfisser Parti Kontraenti kif definit fil-punt 9 hawn fuq;

11.    Pajjiż importatur jew Membru importatur tfisser pajjiż jew Membru, rispettivament, li l-importazzjonijiet tiegħu tal-kawkaw, espressi f’termini ta’ żerriegħa, jaqbżu l-esportazzjonijiet tiegħu;

12.    Pajjiż esportatur jew Membru esportatur tfisser pajjiż jew Membru, rispettivament, li l-esportazzjonijiet tiegħu tal-kawkaw, espressi f’termini ta’ żerriegħa, jaqbżu l-importazzjonijiet tiegħu. Madankollu, pajjiż produttur tal-kawkaw li l-importazzjonijiet tal-kawkaw tiegħu, espressi bħala żerriegħa tal-kawkaw, jaqbżu l-esportazzjonijiet tiegħu iżda li l-produzzjoni tiegħu taż-żerriegħa tal-kawkaw taqbeż l-importazzjonijiet tiegħu jew li l-produzzjoni tiegħu taqbeż il-konsum domestiku apparenti tal-kawkaw 4 jista’, jekk irid, ikun Membru esportatur;

13.    Esportazzjoni tal-kawkaw tfisser kwalunkwe kawkaw li joħroġ mit-territorju doganali ta’ kwalunkwe pajjiż u importazzjoni tal-kawkaw tfisser kwalunkwe kawkaw li jidħol fit-territorju doganali ta’ kwalunkwe pajjiż, sakemm, għall-iskopijiet ta’ dawn id-definizzjonijiet, it-territorju doganali għandu, fil-każ ta’ Membru li jinkludi aktar minn territorju doganali wieħed, jitqies li jirreferi għat-territorji doganali kkombinati ta’ dak il-Membru;

14.    Territorju doganali tfisser it-territorju li fih il-liġijiet doganali ta’ Stat japplikaw bis-sħiħ; 

15.    Ekonomija sostenibbli tal-kawkaw timplika katina tal-valur integrata li fiha l-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż il-produtturi ż-żgħar, jikkooperaw biex jiżviluppaw u jippromwovu politiki xierqa biex jinkisbu livelli ta’ produzzjoni, ipproċessar u konsum li huma ekonomikament vijabbli, dietetikament tajbin għas-saħħa, agroekoloġikament tajba u soċjalment responsabbli għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, b’mod partikolari għall-produtturi ż-żgħar;

16.    Kawkaw etiku tfisser il-kawkaw prodott permezz ta’ attività responsabbli, mingħajr ebda effett detrimentali fuq l-ambjent, il-bijodiversità u l-komunitajiet u l-kulturi tagħhom;

17.    Settur privat tinkludi l-entitajiet privati kollha li għandhom l-attivitajiet ewlenin fis-settur tal-kawkaw, inkluż il-bdiewa, in-negozjanti, il-proċessuri, il-manifatturi u l-istituzzjonijiet ta’ riċerka. Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, is-settur privat jinkludi wkoll intrapriżi pubbliċi, aġenziji u istituzzjonijiet li, f’ċerti pajjiżi, jissodisfaw rwoli li jitwettqu minn entitajiet privati f’pajjiżi oħrajn;

18.    Prezz indikatur huwa l-indikatur rappreżentattiv tal-prezz internazzjonali tal-kawkaw użat għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim u maħdum f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33;

19.     Tunnellata tfisser piż ta’ 1 000 kilogramma jew 2 204,6 libbra u libbra tfisser 453,597 gramma;

20.     Vot ta’ maġġoranza mifruxa sempliċi tfisser maġġoranza ta’ voti mitfugħa minn Membri esportaturi u maġġoranza ta’ voti mitfugħa minn Membri importaturi, magħduda b’mod separat;

21.    Vot speċjali tfisser żewġ terzi tal-voti mitfugħa minn Membri esportaturi u żewġ terzi tal-voti mitfugħa minn Membri importaturi, magħduda b’mod separat, bil-kondizzjoni li mill-inqas ħames Membri esportaturi u l-maġġoranza tal-Membri importaturi jkunu preżenti;

22.    Dħul fis-seħħ tfisser, ħlief meta kkwalifikat, id-data li fiha dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ għall-ewwel darba, kemm jekk b’mod provviżorju kif ukoll jekk b’mod definit.

23.    Introjtu għall-għajxien tfisser introjtu nett suffiċjenti ġġenerat minn unità domestika sabiex jiġi żgurat standard tal-għajxien deċenti għall-membri kollha ta’ dik l-unità domestika, f’konformità mal-istandards nazzjonali.

Kapitolu III
L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw (ICCO)

Artikolu 3
Kwartieri Ġenerali u struttura tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw

1.    L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw stabbilita mill-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 1972, għandha tkompli tkun u għandha tamministra d-dispożizzjonijiet u tissorvelja l-operat ta’ dan il-Ftehim.

2.    Il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni għandhom dejjem ikunu fit-territorju ta’ Membru.

3.    Il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni għandhom ikunu f’Abidjan, il-Kosta tal-Avorju, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

4.    L-Organizzazzjoni għandha tiffunzjona permezz ta’:

(a)    Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw, li huwa l-ogħla awtorità tal-Organizzazzjoni;

(b)    Il-korpi sussidjarji tal-Kunsill, li jinkludu l-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju, il-Kumitat Ekonomiku, il-Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw, u kwalunkwe kumitat ieħor stabbilit mill-Kunsill; u

(c)    Is-Segretarjat tal-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni;

(d)    L-uffiċċji reġjonali li jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kunsill.

Artikolu 4
Sħubija fl-Organizzazzjoni

1.    Kull Parti Kontraenti għandha tkun Membru tal-Organizzazzjoni.

2.    Għandu jkun hemm żewġ kategoriji ta’ Membri tal-Organizzazzjoni, jiġifieri:

(a)    Membri esportaturi; u

(b)    Membri importaturi.

3.    Membru jista’ jibdel il-kategorija tiegħu skont il-kundizzjonijiet li jista’ jistabbilixxi l-Kunsill.

4.    Żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar jistgħu, permezz ta’ notifika xierqa lill-Kunsill u lid-Depożitarju, li tidħol fis-seħħ f’data li għandha tiġi speċifikata mill-Partijiet Kontraenti kkonċernati u fuq il-kundizzjonijiet miftiehma mill-Kunsill, jiddikjaraw li qed jipparteċipaw fl-Organizzazzjoni bħala grupp Membru.

5.    Kwalunkwe referenza f’dan il-Ftehim għal “Gvern” jew “Gvernijiet” għandha titqies li tinkludi l-Unjoni Ewropea u kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva li għandha responsabbilitajiet komparabbli fir-rigward tan-negozjar, il-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, b’mod partikolari ftehimiet dwar il-komoditajiet. Għaldaqstant, kwalunkwe referenza f’dan il-Ftehim għall-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew għan-notifika ta’ applikazzjoni provviżorja jew għall-adeżjoni għandha, fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet intergovernattivi, titqies li tinkludi referenza għall-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew għan-notifika ta’ applikazzjoni provviżorja, jew għall-adeżjoni, minn tali organizzazzjonijiet intergovernattivi.

6.    Fil-każ ta’ votazzjoni dwar kwistjonijiet fil-kompetenza tagħhom, tali organizzazzjonijiet intergovernattivi għandhom jivvutaw b’għadd ta’ voti ugwali għall-għadd totali ta’ voti attribwibbli għall-Istati Membri tagħhom f’konformità l-Artikolu 10. F’każijiet bħal dawn, l-Istati membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet intergovernattivi ma għandhomx jeżerċitaw id-drittijiet ta’ votazzjonijiet individwali tagħhom.

Artikolu 5
Privileġġi u immunitajiet

1.    L-Organizzazzjoni għandu jkollha personalità ġuridika. B’mod partikolari għandu jkollha l-kapaċità li tikkuntratta, takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u li tistitwixxi proċeduri ġudizzjarji.

2.    L-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Organizzazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv tagħha, il-persunal tagħha, u l-esperti u r-rappreżentanti tal-Membri, waqt li jinsabu fit-territorju tal-pajjiż ospitanti għall-iskopijiet biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, għandhom ikunu rregolati mill-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali konkluż bejn il-pajjiż ospitanti u l-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw.

3.    Il-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali msemmi fil-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu għandu jkun indipendenti minn dan il-Ftehim. Madankollu, dan għandu jintemm:

(a)    Skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali msemmi hawn fuq;

(b)    Fil-każ li l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni jiġu mċaqalqa mit-territorju tal-Gvern ospitanti; jew

(c)    Fil-każ li l-Organizzazzjoni ma tibqax teżisti.

4.    L-Organizzazzjoni tista’ tikkonkludi ma’ Membru wieħed jew aktar ftehimiet li għandhom jiġu approvati mill-Kunsill relatati ma’ tali privileġġi u immunitajiet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-funzjonament xieraq ta’ dan il-Ftehim.

Kapitolu IV
Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw

Artikolu 6
Kompożizzjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw

1.    Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw għandu jikkonsisti mill-membri kollha tal-Organizzazzjoni.

2.    Fil-laqgħat tal-Kunsill, il-Membri għandhom ikunu rappreżentati minn rappreżentanti debitament akkreditati.

Artikolu 7
Setgħat u funzjonijiet tal-Kunsill

1.    Il-Kunsill għandu jeżerċita dawn is-setgħat kollha u jwettaq dawn il-funzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jitwettqu d-dispożizzjonijiet espressi ta’ dan il-Ftehim, jew jirranġa għat-twettiq tagħhom.

2.    Il-Kunsill ma għandux ikollu s-setgħa, u ma għandux jitqies li ġie awtorizzat mill-Membri, li jidħol għal xi obbligu barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim; b’mod partikolari, ma għandux ikollu l-kapaċità li jissellef il-flus. Fl-eżerċizzju tal-kapaċità tiegħu li jikkuntratta, il-Kunsill għandu jinkorpora fil-kuntratti tiegħu t-termini ta’ din id-dispożizzjoni u tal-Artikolu 23 b’tali mod li jġibhom għall-attenzjoni tal-partijiet l-oħrajn li jidħlu f’kuntratti mal-Kunsill, iżda kwalunkwe nuqqas li jinkorpora kundizzjonijiet bħal dawn ma għandux jinvalida kuntratt bħal dan jew il-Kunsill ma għandu jitqies li eċċessa s-setgħat mogħtija lilu.

3.    Il-Kunsill għandu jadotta dawn ir-regoli u r-regolamenti li huma meħtieġa biex jitwettqu d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u li huma konsistenti miegħu, inkluż ir-regoli ta’ proċedura tiegħu u dawk tal-kumitati tiegħu, u r-regolamenti finanzjarji u tal-persunal tal-Organizzazzjoni. Il-Kunsill jista’, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, jipprovdi proċedura li biha jista’, mingħajr ma jiltaqa’, jiddeċiedi kwistjonijiet speċifiċi.

4.    Il-Kunsill għandu jżomm dawk ir-rekords li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu skont dan il-Ftehim, u dawk ir-rekords l-oħra li jqis li huma xierqa.

5.    Il-Kunsill jista’ jistabbilixxi kif xieraq kwalunkwe grupp ta’ ħidma biex jassistih fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Artikolu 8
President u Viċi President tal-Kunsill

1.    Il-Kunsill għandu jeleġġi President u Viċi-President għal kull sena tal-kawkaw, li ma għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni.

2.    Meta l-President jiġi elett minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri esportaturi, allura l-Viċi President għandu jiġi elett minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri importaturi, u viċi-versa. Dawn l-uffiċċji għandhom jalternaw kull sena tal-kawkaw bejn iż-żewġ kategoriji.

3.    Fin-nuqqas temporanju kemm tal-President kif ukoll tal-Viċi-President jew fin-nuqqas permanenti ta’ wieħed minnhom jew tat-tnejn li huma, il-Kunsill jista’ jeleġġi uffiċjali ġodda minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri esportaturi jew minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri importaturi, kif xieraq, fuq bażi temporanja jew permanenti kif jista’ jkun meħtieġ.

4.    La l-President u lanqas xi uffiċjal ieħor li jippresjedi fil-laqgħat tal-Kunsill ma għandu jivvota. Membru tad-delegazzjoni tiegħu jista’ jeżerċita d-drittijiet tal-vot tal-Membru li huwa/hija jirrappreżenta/tirrappreżenta.

Artikolu 9
Sessjonijiet tal-Kunsill

1.    Bħala regola ġenerali, il-Kunsill għandu jorganizza sessjoni regolari waħda f’kull nofs is-sena tal-kawkaw.

2.    Il-Kunsill għandu jiltaqa’ f’sessjoni speċjali kull meta jiddeċiedi hekk jew fuq it-talba ta’:

(a)    Kwalunkwe ħames Membri;

(b)    Mill-inqas żewġ Membri li jkollhom mill-inqas 200 vot kull wieħed;

(c)    Id-Direttur Eżekuttiv, għall-iskopijiet tal-Artikoli 22 u 60.

3.    L-avviż tas-sessjonijiet għandu jingħata mill-inqas 30 jum kalendarju minn qabel, ħlief f’każ ta’ emerġenza, fejn l-avviż għandu jkun mill-inqas 15-il jum.

4.    Is-sessjonijiet għandhom isiru fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kunsill jiddeċiedi li jiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, meta mqabbla man-nefqiet li normalment jitħallsu mis-Segretarjat. 

5.    Il-Kunsill jista’ jiltaqa’ f’sessjonijiet virtwali jew ibridi kull meta jiddeċiedi jew fuq talba ta’ mill-inqas żewġ Membri li jkollhom mill-inqas 200 vot kull wieħed.

Artikolu 10
Votazzjonijiet

1.    Il-Membri esportaturi flimkien għandu jkollhom 1,000 vot u l-Membri importaturi flimkien għandu jkollhom 1,000 vot, imqassma f’kull kategorija ta’ Membri – jiġifieri, Membri esportaturi u importaturi, rispettivament – f’konformità mal-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-Artikolu.

2.    Għal kull sena tal-kawkaw, il-voti tal-Membri esportaturi għandhom jitqassmu kif ġej: kull Membru esportatur għandu jkollu ħames voti bażiċi. Il-voti li jifdal għandhom jitqassmu fost il-Membri esportaturi kollha fi proporzjon mal-volum medju tal-esportazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-kawkaw fit-3 snin preċedenti tal-kawkaw li għalihom ġiet ippubblikata data mill-Organizzazzjoni fl-aħħar ħarġa tagħha tal-Bullettin Trimestrali tal-Istatistika tal-Kawkaw. Għal dan il-għan, l-esportazzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati bħala esportazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw flimkien mal-esportazzjonijiet netti tal-prodotti tal-kawkaw, maqluba f’ekwivalenti ta’ żerriegħa permezz tal-fatturi tal-konverżjoni kif speċifikat fl-Artikolu 34.

3.    Għal kull sena tal-kawkaw, il-voti tal-Membri importaturi għandhom jitqassmu fost il-Membri importaturi kollha skont il-proporzjon tal-volum medju tal-importazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-kawkaw fit-3 snin preċedenti tal-kawkaw li għalihom ġiet ippubblikata data mill-Organizzazzjoni fl-aħħar ħarġa tagħha tal-Bullettin Trimestrali tal-Istatistika tal-Kawkaw. Għal dan il-għan, l-importazzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati bħala importazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw flimkien mal-importazzjonijiet grossi tal-prodotti tal-kawkaw, maqluba f’ekwivalenti ta’ żerriegħa permezz tal-fatturi tal-konverżjoni kif speċifikat fl-Artikolu 34. L-ebda pajjiż Membru ma għandu jkollu inqas minn ħames voti. Għalhekk id-drittijiet tal-vot tal-pajjiżi Membri b’aktar mill-għadd minimu ta’ voti għandhom jitqassmu mill-ġdid fost il-Membri b’inqas mill-għadd minimu ta’ voti.

4.    Jekk, għal xi raġuni, jinqalgħu diffikultajiet fid-determinazzjoni jew l-aġġornament tal-bażi statistika għall-kalkolu tal-voti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-artikolu, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi fuq bażi statistika differenti għall-kalkolu tal-voti.

5.    L-ebda Membru ħlief dawk imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 4 ma għandu jkollu aktar minn 400 vot. Kwalunkwe vot ogħla minn din iċ-ċifra li jirriżulta mill-kalkoli fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jitqassam mill-ġdid fost il-Membri l-oħra abbażi ta’ dawk il-paragrafi.

6.    Meta s-sħubija fl-Organizzazzjoni tinbidel jew meta d-drittijiet tal-vot ta’ Membru jiġu sospiżi jew jingħataw lura skont kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill għandu jipprevedi t-tqassim mill-ġdid tal-voti f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva kif definita fl-Artikolu 4 għandu jkollha voti bħala Membru wieħed skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu.

7.    Ma għandu jkun hemm l-ebda vot frazzjonali.

Artikolu 11
Proċedura ta’ votazzjoni tal-Kunsill

1.    Kull Membru għandu jkun intitolat li jitfa’ l-għadd ta’ voti li jkollu, u l-ebda Membru ma għandu jkun intitolat li jaqsam il-voti tiegħu. Membru jista’, madankollu, jitfa’ b’mod differenti minn tali voti kwalunkwe vot li huwa awtorizzat li jitfa’ skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.    Permezz ta’ notifika bil-miktub lill-President tal-Kunsill, kwalunkwe Membru esportatur jista’ jawtorizza kwalunkwe Membru esportatur ieħor, u kwalunkwe Membru importatur jista’ jawtorizza kwalunkwe Membru importatur ieħor, biex jirrappreżenta l-interessi tiegħu u jitfa’ l-voti tiegħu f’kull laqgħa tal-Kunsill. F’dan il-każ, il-limitazzjoni prevista fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 10 ma għandhiex tapplika.

3.    Membru awtorizzat minn Membru ieħor biex jitfa’ l-voti miżmuma mill-Membru awtorizzanti skont l-Artikolu 10, għandu jitfa’ dawn il-voti f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-Membru awtorizzanti.

Artikolu 12
Deċiżjonijiet tal-Kunsill

1.    Il-Kunsill għandu jagħmel ħiltu biex jieħu d-deċiżjonijiet kollha u biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet kollha b’kunsens. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet permezz ta’ vot speċjali, skont il-proċeduri li ġejjin:

(a)    Jekk il-maġġoranza meħtieġa mill-vot speċjali ma tinkisibx minħabba l-vot negattiv ta’ aktar minn tliet Membri esportaturi jew aktar minn tliet Membri importaturi, il-proposta għandha titqies bħala rrifjutata;

(b)    Jekk il-maġġoranza meħtieġa mill-vot speċjali ma tinkisibx minħabba l-vot negattiv ta’ tliet Membri esportaturi jew inqas jew ta’ tliet Membri importaturi jew inqas, il-proposta għandha terġa’ titressaq għal vot fi żmien 48 siegħa; u

(c)    Jekk il-maġġoranza meħtieġa mill-vot speċjali terġa’ ma tinkisibx, il-proposta għandha titqies bħala rrifjutata.

2.    Biex wieħed jasal għall-għadd ta’ voti meħtieġa għal kwalunkwe deċiżjoni jew rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-voti tal-Membri li jastjenu ma għandhomx jitqiesu.

3.    Il-Membri huma impenjati li jaċċettaw id-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill bħala vinkolanti skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 13
Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn

1.    Il-Kunsill għandu jagħmel kull arranġament li huwa xieraq għall-konsultazzjoni jew kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti u l-organi tagħha, b’mod partikolari l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, u mal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti u dawk l-aġenziji speċjalizzati l-oħrajn tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u organizzazzjonijiet intergovernattivi kif jista’ jkun xieraq.

2.    Il-Kunsill, waqt li jżomm f’moħħu r-rwol partikolari tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp fil-kummerċ internazzjonali ta’ komoditajiet, għandu, kif xieraq, iżomm dik l-organizzazzjoni infurmata bl-attivitajiet u l-programmi ta’ ħidma tagħha.

3.    Il-Kunsill jew is-Segretarjat jista’ wkoll jagħmel kwalunkwe arranġament li huwa xieraq għaż-żamma ta’ kuntatt effettiv ma’ organizzazzjonijiet nazzjonali tal-bdiewa permezz ta’ strutturi nazzjonali tal-immaniġġjar tas-settur, kif ukoll ma’ negozjanti u manifatturi.

4.    Il-Kunsill għandu jfittex li jinvolvi lill-aġenziji finanzjarji internazzjonali u partijiet oħra b’interess fl-ekonomija dinjija tal-kawkaw fil-ħidma tiegħu dwar il-politika tal-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw.

5.    Il-Kunsill jista’ jfittex li jikkoopera ma’ esperti rilevanti oħra fi kwistjonijiet dwar il-kawkaw.

6.    Fejn xieraq, id-Direttur Eżekuttiv jista’, f’isem l-Organizzazzjoni, jidħol f’memorandum ta’ qbil dwar kwistjonijiet ta’ kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill.

Artikolu 14
Stedina u ammissjoni ta’ ossevaturi

1.    Il-Kunsill jista’ jistieden lil kwalunkwe Stat mhux Membru biex jattendi kwalunkwe laqgħa tiegħu bħala osservatur.

2.    Il-Kunsill jista’ jistieden ukoll kwalunkwe organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 biex tattendi kwalunkwe laqgħa tiegħu bħala osservatur.

3.    Il-Kunsill jista’ jistieden ukoll lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom l-għarfien espert rilevanti f’aspetti tas-settur tal-kawkaw, bħala osservaturi.

4.    Għal kull waħda mis-sessjonijiet tiegħu, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-attendenza ta’ osservaturi, inkluż, fuq bażi ad hoc, organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom l-għarfien espert rilevanti f’aspetti tas-settur tal-kawkaw, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.

Artikolu 15
Kworum

1.    Il-kworum għal-laqgħa tal-ftuħ ta’ kwalunkwe sessjoni tal-Kunsill għandu jkun kostitwit mill-preżenza ta’ mill-anqas ħames Membri esportaturi u maġġoranza ta’ Membri importaturi, sakemm dawn il-Membri flimkien ikollhom f’kull kategorija mill-anqas żewġ terzi tal-voti totali tal-Membri f’dik il-kategorija.

2.    Jekk ma jkunx hemm kworum f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-jum magħżul għal-laqgħa tal-ftuħ ta’ kwalunkwe sessjoni, fit-tieni jum, u matul il-bqija tas-sessjoni, il-kworum għas-sessjoni tal-ftuħ għandu jkun kostitwit mill-preżenza ta’ Membri esportaturi u importaturi li jkollhom maġġoranza sempliċi tal-voti f’kull kategorija.

3.    Il-kworum għal-laqgħat wara l-laqgħa tal-ftuħ ta’ kwalunkwe sessjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun dak preskritt fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.    Rappreżentanza f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 11 għandha titqies bħala preżenza.

Kapitolu V
Is-Segretarjat tal-Organizzazzjoni

Artikolu 16
Id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal tal-Organizzazzjoni

1.    Is-Segretarjat għandu jikkonsisti mid-Direttur Eżekuttiv u l-persunal.

2.    Il-Kunsill għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv għal perjodu ta’ 5 snin, li jista’ jiġġedded darba biss għal perjodu ieħor ta’ 5 snin. 

3.    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun l-uffiċjal amministrattiv ewlieni tal-Organizzazzjoni u għandu jkun responsabbiltità tal-Kunsill għall-amministrazzjoni u l-operat ta’ dan il-Ftehim f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill. F’każ ta’ post vakanti jew fin-nuqqas tad-Direttur Eżekuttiv għal perjodu li jaqbeż is-6 xhur, il-Kunsill jaħtar Direttur Eżekuttiv interim tal-Organizzazzjoni.

4.    Il-persunal tal-Organizzazzjoni għandu jkun responsabbilità tad-Direttur Eżekuttiv.

5.    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar il-persunal f’konformità mar-regolamenti li jistabbilixxi l-Kunsill. Fit-tfassil ta’ dawn ir-regolamenti, il-Kunsill għandu jikkunsidra dawk li japplikaw għal uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi simili. Il-ħatriet tal-persunal għandhom isiru sa fejn ikun prattikabbli mill-Membri esportaturi u importaturi.

6.    La d-Direttur Eżekuttiv u lanqas il-persunal ma għandu jkollhom xi interess finanzjarju fl-industrija tal-kawkaw, fil-kummerċ tal-kawkaw, fit-trasport tal-kawkaw jew fil-pubbliċità tal-kawkaw.

7.    Fil-qadi ta’ dmirijiethom, id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal la għandhom ifittxu u lanqas jirċievu struzzjonijiet mingħand l-ebda Membru jew awtorità oħra esterna għall-Organizzazzjoni. Huma għandhom iżommu lura milli jieħdu xi azzjoni li tista’ tirrifletti fuq il-pożizzjoni tagħhom bħala uffiċjali internazzjonali responsabbli biss lejn l-Organizzazzjoni. Kull membru għandu jirrispetta l-karattru esklussiv internazzjonali tar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv u l-persunal u li jevita mili jinfluwenzahom fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom.

8.    L-ebda informazzjoni dwar l-operat jew l-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma għandha tiġi żvelata mid-Direttur Eżekuttiv jew mill-persunal tal-Organizzazzjoni, ħlief kif jista’ jiġi awtorizzat mill-Kunsill jew kif ikun meħtieġ għat-twettiq xieraq tad-dmirijiet tagħhom skont dan il-Ftehim.

Artikolu 17
Programm ta’ ħidma

1.    Fl-ewwel sessjoni tal-Kunsill, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta pjan strateġiku ta’ 5 snin għar-rieżami u l-approvazzjoni mill-Kunsill. Sena qabel l-iskadenza tal-pjan strateġiku għal ħames snin, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta abbozz ġdid tal-pjan strateġiku ta’ ħames snin lill-Kunsill.

2.    Fl-aħħar sessjoni tiegħu ta’ kull sena tal-kawkaw, u fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku, il-Kunsill għandu jadotta programm ta’ ħidma għall-Organizzazzjoni għas-sena ta’ wara mħejji mid-Direttur Eżekuttiv. Il-programm ta’ ħidma għandu jinkludi proġetti, inizjattivi u attivitajiet li għandhom jitwettqu mill-Organizzazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-programm ta’ ħidma.

3.    Matul l-aħħar laqgħa tiegħu ta’ kull sena tal-kawkaw, il-Kumitat Ekonomiku għandu jevalwa l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għas-sena kurrenti abbażi ta’ rapport mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jirrapporta is-sejbiet tiegħu lill-Kunsill.

Artikolu 18
Rapport annwali

Il-Kunsill għandu jippubblika rapport annwali.

Kapitolu VI
Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju

Artikolu 19
Stabbiliment tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju

1.    Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju huwa b’dan stabbilit. Il-Kumitat għandu:

(a)    Jissorvelja, abbażi ta’ proposta għall-baġit ippreżentata mid-Direttur Eżekuttiv, it-tħejjija tal-abbozz ta’ baġit amministrattiv li għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill;

(b)    Iwettaq kwalunkwe kompitu amministrattiv u finanzjarju ieħor li l-Kunsill jassenjalu, inkluż il-monitoraġġ tal-introjtu u n-nefqa u kwistjonijiet relatati mal-amministrazzjoni tal-Organizzazzjon.

2.    Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet ta’ hawn fuq lill-Kunsill.

3.    Il-Kunsill għandu jistabbilixxi r-regoli u r-regolamenti tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju.

Artikolu 20
Kompożizzjoni tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju

1.    Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jikkonsisti minn sitt Membri esportaturi u sitt Membri importaturi.

2.    Kull Membru tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu jaħtar rappreżentant wieħed u, jekk ikun jixtieq, sostitut wieħed jew aktar. Il-membri f’kull kategorija għandhom jiġu eletti mill-Kunsill. Is-sħubija għandha tkun għal perjodu ta’ sentejn, li jista’ jiġġedded.

3.    Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti mill-Kunsill minn fost ir-rappreżentanti tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju, għal perjodu ta’ sentejn. Il-karigi ta’ President u Viċi-President għandhom jitwettqu b’mod alternat mill-Membri esportaturi u mill-Membri importaturi. Il-President u l-Viċi President ma għandhomx jitħallsu.

Artikolu 21
Laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju

1.    Il-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandhom ikunu miftuħa għall-Membri l-oħra kollha tal-Organizzazzjoni bħala osservaturi.

2.    Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu normalment jiltaqa’ fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, sakemm ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju jiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas il-kostijiet addizzjonali involuti, kif definit fir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.

3.    Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju għandu normalment jiltaqa’ darbtejn fis-sena u jirrapporta lill-Kunsill dwar il-proċedimenti tiegħu.

4.    Il-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju jista’ jiltaqa’ f’sessjonijiet virtwali jew ibridi kull meta jiddeċiedi hekk jew fuq talba ta’ mill-inqas żewġ Membri li jkollhom mill-inqas 200 vot kull wieħed.

Kapitolu VII
Finanzi

Artikolu 22
Finanzi

1.    Għandu jinżamm kont amministrattiv għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-ispejjeż meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiddaħħlu fil-kont amministrattiv u għandhom jitħallsu mill-kontribuzzjonijiet annwali tal-Membri vvalutati f’konformità mal-Artikolu 24. Jekk, madankollu, Membru jitlob servizzi speċjali, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jaderixxi t-talba u għandu jeħtieġ lil dak Membru jħallas għalihom.

2.    Il-Kunsill jista’ jawtorizza lid-Direttur Eżekuttiv biex jiftaħ kontijiet separati għal skopijiet speċifiċi f’konformità mal-għanijiet tal-Ftehim preżenti. Dawn il-kontijiet għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji mill-Membri u minn korpi oħra.

3.    Is-sena finanzjarja tal-Organizzazzjoni għandha tkun l-istess bħas-sena tal-kawkaw.

4.    L-ispejjeż tad-delegazzjonijiet għall-Kunsill, għall-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju, għall-Kumitat Ekonomiku u għal kwalunkwe Kumitat jew Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill għandhom jitħallsu mill-Membri kkonċernati.

5.    Jekk il-pożizzjoni finanzjarja tal-Organizzazzjoni ma tkunx jew tidher li x’aktarx ma tkunx biżżejjed biex tiffinanzja l-bqija tas-sena tal-kawkaw, id-Direttur Eżekuttiv għandu jsejjaħ sessjoni speċjali tal-Kunsill fi żmien 15-il jum sakemm ma tkunx prevista laqgħa tal-Kunsill fi żmien 30 jum kalendarju.

Artikolu 23
Responsabbiltajiet tal-Membri

Ir-responsabbiltà ta’ Membru fil-konfront tal-Kunsill u ta’ Membri oħrajn hija limitata għall-obbligi tiegħu rigward il-kontribuzzjonijiet previsti b’mod speċifiku f’dan il-Ftehim. Partijiet terzi li jinnegozjaw mal-Kunsill għandhom jitqiesu li jkunu avżaw dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim rigward is-setgħat tal-Kunsill u l-obbligi tal-Membri, b’mod partikolari, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 7 u l-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 24
Approvazzjoni tal-baġit amministrattiv u l-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet

1.    Il-Kunsill għandu japprova l-format tal-baġit amministrattiv.

2.    Matul it-tieni nofs ta’ kull sena finanzjarja, il-Kunsill għandu japprova l-baġit amministrattiv tal-Organizzazzjoni għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jivvaluta l-kontribuzzjoni ta’ kull Membru għal dak il-baġit.

3.    Il-kontribuzzjoni ta’ kull Membru għall-baġit amministrattiv għal kull sena finanzjarja għandha tkun fil-proporzjon tan-numru ta’ voti tiegħu fil-mument li jiġi approvat il-baġit amministrattiv għal dik is-sena finanzjarja mal-voti totali tal-Membri kollha. Għall-iskop tal-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet, il-voti ta’ kull Membru għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma titqies is-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot ta’ kwalunkwe Membru u kwalunkwe ridistribuzzjoni tal-voti li tirriżulta minnha.

4.    Il-kontribuzzjoni inizjali ta’ kwalunkwe Membru li jingħaqad mal-Organizzazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi vvalutata mill-Kunsill abbażi tal-għadd ta’ voti li għandhom jinżammu minn dak il-Membru u l-perjodu kollu tas-sena finanzjarja kurrenti, iżda l-valutazzjoni magħmula fuq Membri oħra għas-sena finanzjarja kurrenti ma għandhiex tinbidel.

5.    Jekk dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ qabel il-bidu tal-ewwel sena finanzjarja sħiħa, il-Kunsill għandu, fl-ewwel sessjoni tiegħu, japprova baġit amministrattiv li jkopri l-perjodu sal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja sħiħa.

Artikolu 25
Ħlas tal-kontribuzzjonijiet lill-baġit amministrattiv

1.    Il-kontribuzzjonijiet għall-baġit amministrattiv għal kull sena finanzjarja għandhom isiru dovuti fl-ewwel jum ta’ dik is-sena finanzjarja, għandhom ikunu pagabbli f’muniti konvertibbli liberament, għandhom ikunu eżentati minn restrizzjonijiet fuq il-kambju. Il-kontribuzzjonijiet tal-Membri fir-rigward tas-sena finanzjarja li fiha jingħaqdu fl-Organizzazzjoni għandhom ikunu dovuti fid-data li fiha jsiru Membri.

2.    Il-kontribuzzjonijiet għall-baġit amministrattiv approvati skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 24 għandhom ikunu pagabbli fi żmien tliet xhur mid-data tal-valutazzjoni.

3.    Jekk, fl-aħħar ta’ xahrejn minn wara l-bidu tas-sena finanzjarja jew, fil-każ ta’ Membru ġdid, xahar wara li l-Kunsill ikun ivvaluta l-kontribuzzjoni tiegħu, xi Membru ma jkunx ħallas il-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu għall-baġit amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob lil dak il-Membru jagħmel pagament malajr kemm jista’ jkun. Jekk, mal-iskadenza ta’ xahar wara t-talba tad-Direttur Eżekuttiv, dak il-Membru jkun għadu ma ħallasx il-kontribuzzjoni tiegħu, id-drittijiet tal-vot ta’ dak il-Membru fil-Kunsill, fil-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju u fil-Kumitat Ekonomiku għandhom jiġu sospiżi sakemm ikun għamel il-pagament sħiħ tal-kontribuzzjoni.

4.    Membru li d-drittijiet tal-vot tiegħu jkunu ġew sospiżi skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jiġi mċaħħad minn kwalunkwe dritt ieħor tiegħu jew jinħeles minn kwalunkwe obbligu tiegħu skont dan il-Ftehim sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. Huwa għandu jibqa’ responsabbli li jħallas il-kontribuzzjoni tiegħu u li jissodisfa kwalunkwe obbligu finanzjarju ieħor skont dan il-Ftehim.

5.    Il-Kunsill għandu jikkunsidra l-kwistjoni tas-sħubija ta’ kwalunkwe Membru b’kontribuzzjonijiet ta’ sentejn mhux imħallsa, u jista’ jiddeċiedi li dan il-Membru għandu jieqaf igawdi d-drittijiet tas-sħubija u/jew ma jibqax jiġi vvalutat għal skopijiet baġitarji. Huwa għandu jibqa’ responsabbli li jissodisfa kwalunkwe obbligu finanzjarju ieħor tiegħu skont dan il-Ftehim. Bil-pagament tal-arretrati, il-Membru jerġa’ jikseb id-drittijiet tas-sħubija. Kwalunkwe pagament li jsir mill-Membri li jkollu xi arretrati se jiġi kkreditat l-ewwel lil dawk l-arretrati, aktar milli lill-kontribuzzjonijiet attwali.

Artikolu 26
Verifika u pubblikazzjoni tal-kontijiet

1.    Kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, id-dikjarazzjoni tal-kontijiet tal-Organizzazzjoni għal dik is-sena finanzjarja u l-karta tal-bilanċ fl-għeluq ta’ dik is-sena finanzjarja skont il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 22 għandhom jiġu awditjati. Il-verifika għandha titwettaq minn awditur indipendenti ta’ statura rikonoxxuta, li għandu jiġi elett mill-Kunsill għal kull sena finanzjarja.

2.    It-termini ta’ ħatra tal-awditur indipendenti ta’ statura rikonoxxuta, kif ukoll l-intenzjonijiet u l-għanijiet tal-verifika, għandhom jiġu stabbiliti fir-regolamenti finanzjarji tal-Organizzazzjoni. Ir-rendikont ivverifikat tal-kontijiet tal-Organizzazzjoni u l-karta tal-bilanċ ivverifikata għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill fis-sessjoni regolari tiegħu li jmiss għall-approvazzjoni.

3.    Ir-rendikont ivverifikat approvat mill-Kunsill għandu jiġi ppubblikat fi żmien xahar mil-laqgħa li fiha jkun ġie approvat.

Kapitolu VIII
Il-Kumitat Ekonomiku

Artikolu 27
Stabbiliment tal-Kumitat Ekonomiku

1.    B’dan qed jiġi stabbilit Kumitat Ekonomiku. Il-Kumitat Ekonomiku għandu:

(a)    Jirrieżamina l-istatistika dwar il-kawkaw u l-analiżi statistika tal-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw, il-ħażniet u t-tħin, il-kummerċ internazzjonali u l-prezzijiet tal-kawkaw;

(b)    Jeżamina l-analiżi tax-xejriet tas-suq u ta’ fatturi oħra li jinfluwenzaw dawn ix-xejriet, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista u d-domanda tal-kawkaw, inkluż l-effett tal-użu ta’ sostituti tal-butir tal-kawkaw fuq il-konsum u fuq il-kummerċ internazzjonali tal-kawkaw;

(c)    Janalizza l-informazzjoni dwar l-aċċess għas-suq għall-kawkaw u għall-prodotti tal-kawkaw fil-pajjiżi produtturi u konsumaturi inkluż l-informazzjoni dwar barrieri tat-tariffi u mhux tat-tariffi kif ukoll l-attivitajiet imwettqa mill-Membri bil-ħsieb li jippromwovu l-eliminazzjoni tal-ostakli kummerċjali;

(d)    Jirrieżamina u jirrakkomanda lill-Kunsill proġetti għall-finanzjament minn donaturi multilaterali u bilaterali;

(e)    Jindirizza kwistjonijiet rigward id-dimensjoni ekonomika tal-iżvilupp sostenibbli fl-ekonomija tal-kawkaw;

(f)    Jirrieżamina l-abbozz tal-programm tal-ħidma annwali tal-Organizzazzjoni f’kooperazzjoni mal-Kumitat Amministrattiv u Finanzjarju kif xieraq;

(g)    Iħejji konferenzi u seminars internazzjonali dwar il-kawkaw, fuq talba tal-Kunsill;

(h)    Jirrevedi l-Bullettini Trimestrali tal-Istatistiċi tal-Kawkaw imħejjija mis-Segretarjat;

(i)    Jittratta kwalunkwe kwistjoni oħra kif approvata mill-Kunsill.

2.    Il-Kumitat Ekonomiku għandu jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet ta’ hawn fuq lill-Kunsill.

3.    Il-Kunsill għandu jistabbilixxi r-regoli u r-regolamenti tal-Kumitat Ekonomiku.

Artikolu 28
Kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku

1.    Il-Kumitat Ekonomiku għandu jkun miftuħ għall-Membri kollha tal-Organizzazzjoni.

2.    Il-President u l-Viċi Presidenti tal-Kumitat Ekonomiku għandhom jiġu eletti minn fost il-Membri għal perjodu ta’ sentejn li ma jistax jiġġedded. Il-karigi ta’ President u Viċi-President għandhom jitwettqu b’mod alternat mill-Membri esportaturi u mill-Membri importaturi. Il-President u l-Viċi President ma għandhomx jitħallsu.

Artikolu 29
Laqgħat tal-Kumitat Ekonomiku

1.    Il-Kumitat Ekonomiku għandu jiltaqa’ normalment fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, sakemm ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Kumitat Ekonomiku jiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas il-kostijiet addizzjonali involuti, kif definit fir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.

2.    Il-Kumitat Ekonomiku għandu jiltaqa’ normalment darbtejn fis-sena, fl-istess waqt tas-seduti tal-Kunsill. Il-Kumitat Ekonomiku għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar il-proċedimenti tiegħu.

3.    Il-Kumitat Ekonomiku jista’ jiltaqa’ f’sessjonijiet virtwali jew ibridi kull meta jiddeċiedi hekk jew fuq talba ta’ mill-inqas żewġ Membri li jkollhom mill-inqas 200 vot kull wieħed.

Kapitolu IX
Trasparenza fis-suq

Artikolu 30
Informazzjoni u trasparenza fis-suq

1.    L-Organizzazzjoni għandha sservi bħala ċentru dinji ta’ informazzjoni għall-ġbir, l-iggruppar, l-iskambju u t-tixrid effiċjenti ta’ informazzjoni statistika u ta’ studji fl-oqsma kollha relatati mal-kawkaw u mal-prodotti tal-kawkaw. Għal dan il-għan, l-Organizzazzjoni għandha:

(a)    Iżżomm informazzjoni aġġornata dwar il-produzzjoni, it-tħin, il-konsum, l-esportazzjonijiet, l-esportazzjonijiet mill-ġdid, l-importazzjonijiet, il-prezzijiet u l-ħażniet tal-kawkaw u tal-prodotti tal-kawkaw;

(b)    Titlob, skont kif ikun meħtieġ, informazzjoni teknika dwar it-tkabbir, il-bejgħ, it-trasport, l-ipproċessar, l-użu u l-konsum tal-kawkaw.

2.    Il-Kunsill jista’ jitlob lill-Membri sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kawkaw li huwa jqis meħtieġa għall-funzjonament tiegħu, inkluż informazzjoni dwar il-politiki governattivi, dwar it-taxxi kif ukoll dwar l-istandards, il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli għall-kawkaw.

3.    Sabiex jippromwovu t-trasparenza fis-suq, il-Membri għandhom jibagħtu statistiċi rilevanti kemm jista’ jkun dettaljati u affidabbli, sakemm dan ikun possibbli u fi żmien raġonevoli, lid-Direttur Eżekuttiv.

4.    Jekk Membru jonqos milli jipprovdi, jew ikollu diffikultajiet sabiex jipprovdi fi żmien raġonevoli l-informazzjoni statistika mitluba mill-Kunsill għall-funzjonament tajjeb tal-Organizzazzjoni, il-Kunsill għandu jitlob lill-Membru kkonċernat jispjega r-raġuni għan-nuqqas ta’ konfomità. Jekk jinstab li tkun meħtieġa għajnuna f’il-kwsitjoni, il-Kunsill jista’ joffri l-miżuri meħtieġa ta’ appoġġ sabiex jingħelbu d-diffikultajiet eżistenti.

5.    Is-Segretarjat għandu jippubblika, f’dati xierqa, iżda mill-inqas darbtejn fis-sena tal-kawkaw, projezzjonijiet dwar il-produzzjoni u t-tħin tal-kawkaw u l-ħażniet tal-kawkaw. Is-Segretarjat ma jista’ jippubblika l-ebda informazzjoni li x’aktarx tiżvela l-operazzjoni ta’ individwi jew entitajiet kummerċjali li jipproduċu, jaħżnu, jipproċessaw jew iqassmu l-kawkaw. Is-Segretarjat jista’ juża informazzjoni rilevanti minn sorsi uffiċjali oħrajn sabiex isegwi l-evoluzzjoni tas-suq kif ukoll jevalwa l-livelli attwali u dak possibbli fil-futur ta’ produzzjoni u konsum tal-kawkaw.

Artikolu 31
Ħażniet

1.    Biex jiffaċilita l-evalwazzjoni tal-ħażniet dinjija tal-kawkaw sabiex tkun żgurata trasparenza akbar fis-suq, kull Membru għandu jipprovdi lis-Segretarjat, informazzjoni dwar il-ħażniet taż-żerriegħa tal-kawkaw u tal-prodotti tal-kawkaw miżmuma f’pajjiżu.

2.    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikseb il-kollaborazzjoni sħiħa tas-settur privat f’dan l-eżerċizzju, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità assoċjata ma’ din l-informazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jikkoopera mal-Gvern rispettiv biex jikseb id-data.

3.    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħmel rapport annwali lill-Kumitat Ekonomiku dwar l-informazzjoni li waslet dwar il-livelli dinjija ta’ ħażniet taż-żerriegħa tal-kawkaw u tal-prodotti tal-kawkaw.

Artikolu 32
Prodotti ta’ sostituzzjoni tal-kawkaw

1.    Il-Membri jirrikonoxxu li l-użu ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni jista’ jkollu effetti negattivi fuq it-tkabbir tal-konsum tal-kawkaw u l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw. F’dan ir-rigward, il-Membri għandhom iqisu bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-korpi internazzjonali kompetenti, bħad-dispożizzjonijiet tal-Codex Alimentarius.

2.    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħmel rapporti annwali lill-Kumitat Ekonomiku dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Abbażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kumitat Ekonomiku għandu jevalwa s-sitwazzjoni u, jekk meħtieġ, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill sabiex jittieħdu deċiżjonijiet xierqa.

Artikolu 33
Prezz indikatur

1.    Għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim u b’mod partikolari għall-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tas-suq tal-kawkaw, id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħdem u jippubblika l-prezz indikatur ta’ kuljum tal-ICCO taż-żerriegħa tal-kawkaw. Dan il-prezz għandu jkun espress f’dollari Amerikani għal kull tunnellata kif ukoll f’Euro u f’Liri Sterlini.

2.    Il-prezz indikatur tal-ICCO għandu jkun il-medja tal-kwotazzjonijiet ta’ kuljum taż-żerriegħa tal-kawkaw tal-eqreb tliet xhur attivi fis-suq ta’ Londra (ICE Futures Europe) u fis-suq ta’ New York (ICE Futures US) fil-ħin tal-għeluq tas-suq ta’ Londra. Il-prezzijiet ta’ Londra għandhom jinqalbu f’dollari Amerikani għal kull tunnellata bl-użu tar-rata kurrenti tal-kambju ta’ sitt xhur bil-quddiem f’Londra fil-ħin tal-għeluq. Il-medja denominata f’dollaru Amerikan tal-prezzijiet ta’ Londra u ta’ New York għandha tinqaleb fl-ekwivalenti tagħha f’Euro u f’Lira Sterlina bl-użu tar-rati tal-kambju spot f’Londra fil-ħin tal-għeluq. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi l-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża meta l-kwotazzjonijiet fuq wieħed biss minn dawn iż-żewġ swieq tal-kawkaw huma disponibbli jew meta s-suq tal-kambju ta’ Londra jkun magħluq. Iż-żmien għat-trasferiment għall-perjodu li jmiss tat-tliet xhur għandu jkun il-15 tax-xahar li jiġi eżatt qabel l-eqreb xahar attiv li se jimmatura.

3.    Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar kwalunkwe metodu ieħor biex jinħadem il-prezz indikatur tal-ICCO jekk iqis li dan il-metodu jkun aktar sodisfaċenti minn dak preskritt f’dan l-Artikolu.

Artikolu 34
Fatturi tal-konverżjoni

1.    Għall-iskopijiet li tiġi ddeterminata l-ekwivalenza f’żerriegħa tal-prodotti tal-kawkaw, il-fatturi tal-konverżjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin: butir tal-kawkaw 1,33; kejkijiet u trab tal-kawkaw 1,18; pejst/likuri tal-kawkaw u żerriegħa mneħħija minn ġol-qoxra 1,25. Il-Kunsill jista’ jiddetermina, jekk meħtieġ, li prodotti oħra li fihom il-kawkaw huma prodotti tal-kawkaw. Il-fatturi tal-konverżjoni għall-prodotti tal-kawkaw minbarra dawk li għalihom il-fatturi tal-konverżjoni huma stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill.

2.    Il-Kunsill għandu, kull meta jkun meħtieġ u mill-inqas kull tliet snin, jirrevedi l-fatturi tal-konverżjoni fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 35
Riċerka u żvilupp xjentifiku

Il-Kunsill għandu jinkoraġġixxi u jippromwovi r-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku fl-oqsma tal-produzzjoni tal-kawkaw, l-għajxien tal-bdiewa, is-sigurtà tal-ikel, il-kwalità tal-ikel, in-nutrizzjoni, it-traċċabbiltà, it-tibdil fil-klima, it-trasport, il-ħażna, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-konsum kif ukoll it-tixrid u l-applikazzjoni prattika tar-riżultati miksuba f’dan il-qasam. Għal dan il-għan, l-Organizzazzjoni tista’ tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet ta’ riċerka u s-settur privat.

Kapitolu X
L-Iżvilupp tas-Suq

Artikolu 36
Analiż tas-Suq

1.    Il-Kumitat Ekonomiku għandu janalizza x-xejriet u l-prospetti għall-iżvilupp fis-setturi tal-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw, kif ukoll il-moviment tal-ħażniet u tal-prezzijiet, u għandu jidentifika kwalunkwe żbilanċ fis-suq fi stadju bikri.

2.    Fl-ewwel sessjoni tiegħu wara l-bidu tas-sena l-ġdida tal-kawkaw, il-Kumitat Ekonomiku għandu jeżamina l-istima annwali tal-produzzjoni u tal-konsum dinjija għall-ħames snin tal-kawkaw li jkunu ġejjin. L-istimi pprovduti għandhom jiġu studjati u riveduti, jekk ikun meħtieġ, kull sena.

3.    Il-Kumitat Ekonomiku għandu jippreżenta rapporti ddettaljati f’kull sessjoni regolari tal-Kunsill. Fil-każ ta’ żbilanċ mistenni, il-Kunsill jadotta rakkomandazzjonijiet bil-għan li jġib lura l-ekwilibriju tas-suq. Din il-miżura trid, madankollu, ma twarrabx il-kompetizzjoni.

Artikolu 37
Proċessar fl-oriġini u promozzjoni tal-konsum

1.    Il-Membri għandhom iħeġġu l-ipproċessar lokali tal-kawkaw fl-oriġini, inkluż il-prodotti lesti, u jippromwovu s-swieq lokali, sottoreġjonali u reġjonali ta’ dawn il-prodotti.

2.    Il-Membri jintrabtu li jħeġġu l-konsum taċ-ċikkulata u tal-prodotti tal-kawkaw u li jiżviluppaw is-swieq għall-kawkaw, inkluż f’pajjiżi Membri esportaturi. Kull Membru għandu jkun responsabbli għall-mezzi u l-metodi li juża għal dak l-iskop.

3.    Il-Membri jintrabtu li jtejbu l-kwalità u s-sigurtà tal-kawkaw, filwaqt li jiżguraw li l-miżuri meħuda għal dan il-għan ikunu konsistenti mal-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Applikazzjoni tal-Istandards Sanitarji u Fitosanitarji u l-Ftehim dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ.

4.    Il-Membri kollha għandhom jagħmlu ħilithom biex ineħħu jew inaqqsu b’mod sostanzjali l-ostakli domestiċi għat-tkabbir tal-konsum tal-kawkaw. F’dan ir-rigward, il-Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kunsill dwar ir-regoli u l-miżuri rilevanti kollha.

5.    Il-Kumitat Ekonomiku għandu jistabbilixxi programm għall-attivitajiet ta’ promozzjoni tal-Organizzazzjoni li jista’ jinkludi kampanji ta’ informazzjoni, premjijiet, kompetizzjonijiet tal-arti, riċerka, tisħiħ tal-kapaċitajiet, assistenza teknika u studji relatati mal-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw. L-Organizzazzjoni għandha tfittex il-kollaborazzjoni tas-settur privat għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet.

6.    L-attivitajiet ta’ promozzjoni għandhom jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Organizzazzjoni u jistgħu jiġu ffinanzjati minn riżorsi mwiegħda mill-Membri, minn dawk li mhumiex Membri, minn organizzazzjonijiet oħrajn u mis-settur privat.

7.    Il-Membri jintrabtu li jimplimentaw strateġiji biex jiżguraw it-traċċabbiltà taż-żerriegħa tal-kawkaw kif ukoll strateġiji biex jiggarantixxu l-kwalità tal-kawkaw.

8.    Il-Membri jintrabtu li jiżviluppaw strumenti mmirati lejn il-promozzjoni tal-konsum u l-qbid tal-valur tas-suq, billi jenfasizzaw il-karatteristiċi differenzjali bħall-profili tal-aroma, is-sostenibbiltà u l-oriġini, fost l-oħrajn.

Artikolu 38
Studji, stħarriġ u rapporti

1.    Biex jgħin lill-Membri, il-Kunsill għandu jħeġġeġ it-tħejjija ta’ studji, stħarriġ, rapporti tekniċi u dokumenti oħrajn dwar l-ekonomija tal-produzzjoni u t-tqassim tal-kawkaw, inkluż ix-xejriet u l-projezzjonijiet, l-impatt ta’ miżuri governattivi fil-pajjiżi esportaturi u importaturi fuq il-produzzjoni u l-konsum tal-kawkaw, l-analiżi tal-katina ta’ valur tal-kawkaw, l-approċċi għall-immaniġġjar tar-riskji finanzjarji u oħrajn, il-metodi għall-promozzjoni tal-innovazzjoni permezz ta’ strumenti finanzjarji, is-soluzzjoni diġitali u t-trasferiment tat-teknoloġija, l-aspetti tas-sostenibbiltà tas-settur tal-kawkaw, l-analiżi tal-impatt tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni fuq detenturi żgħar, l-opportunitajiet ta’ tkabbir tal-konsum tal-kawkaw fl-użi u fis-swieq tradizzjonali u ġodda tiegħu, ir-rabtiet bejn il-kawkaw u s-saħħa, u l-effetti tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq l-esportaturi u l-importaturi tal-kawkaw, b’mod partikolari t-termini ta’ kummerċ tagħhom.

2.    Jista’ wkoll jippromwovi studji li x’aktarx jikkontribwixxu għal akbar fit-trasparenza fis-suq u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ekonomija dinjija bbilanċjata u sostenibbli tal-kawkaw.

3.    Biex jitwettqu d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku, għandu jadotta l-lista ta’ studji, stħarriġ u rapporti li għandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 ta’ dan il-Ftehim. Dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu ffinanzjati jew minn dispożizzjonijiet fil-baġit amministrattiv jew minn sorsi oħrajn.

Kapitolu XI
Kawkaw b’togħma fina

Artikolu 39
Kawkaw b’togħma fina

1.    Il-Kunsill għandu, fl-ewwel sessjoni tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jirrevedi l-Anness C ta’ dan il-Ftehim u, jekk ikun meħtieġ, jirrevedih billi jiddetermina l-proporzjonijiet tal-esportazzjonijiet taż-żerriegħa tal-kawkaw b’togħma fina bħala funzjoni tal-esportazzjonijiet totali taż-żerriegħa tal-kawkaw li fihom il-pajjiżi esportaturi elenkati hemmhekk jesportaw esklussivament jew parzjalment żerriegħa tal-kawkaw b’togħma fina. Minn hemm ’il quddiem, il-Kunsill jista’ f’kull mument matul il-perijodu ta’ dan il-Ftehim, jeżamina l-Anness C u, jekk ikun meħtieġ, jirrevedih. Il-Kunsill għandu jieħu parir minn esperti fuq din il-kwistjoni, kif xieraq. F’każijiet bħal dawn, il-kompożizzjoni tal-panel ta’ esperti għandha, safejn huwa possibbli, tassigura bilanċ bejn l-esperti tal-pajjiżi importaturi u l-esperti tal-pajjiżi esportaturi. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi l-kompożizzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-panel ta’ esperti.

2.    Il-Kumitat Ekonomiku jista’ jagħmel proposti għall-Organizzazzjoni biex tfassal u timplimenta sistema ta’ statistika dwar il-produzzjoni u l-kummerċ tal-kawkaw b’togħma fina.

3.    B’kunsiderazzjoni xierqa għall-importanza tal-kawkaw bit-togħma fina, il-Membri għandhom jeżaminaw, u jadottaw kif xieraq, proġetti relatati mal-kawkaw bit-togħma fina f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 35, 37, 40, 42, 43, 44 u 45.

Kapitolu XII
Proġetti

Artikolu 40
Proġetti

1.    Il-Membri jistgħu jippreżentaw proposti ta’ proġetti li jikkontribwixxu għal-kisba tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-oqsma ta’ ħidma prijoritarji identifikati fil-pjan strateġiku għal 5 snin imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 17.

2.    Il-Kumitat Ekonomiku għandu jeżamina l-proposti ta’ proġetti u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill, skont il-mekkaniżmi u l-proċeduri ta’ sottomissjoni, evalwazzjoni, approvazzjoni, prijoritizzazzjoni u finanzjament ta’ proġetti, kif stabbiliti mill-Kunsill. Il-Kunsill jista’, kif xieraq, jistabbilixxi mekkaniżmi u proċeduri għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti, kif ukoll għat-tixrid wiesa’ tar-riżultati tagħhom.

3.    F’kull laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku, id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta dwar l-istatus tal-proġetti kollha approvati mill-Kunsill, inkluż dawk li jkunu qegħdin jistennew finanzjament, li jkunu taħt implimentazzjoni jew lesti. Għandu jiġi ppreżentat sommarju lill-Kunsill, skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 27.

4.    Bħala regola ġenerali, l-Organizzazzjoni għandha taġixxi bħala korp ta’ sorveljanza matul l-eżekuzzjoni tal-proġetti. Il-kostijiet ġenerali mħallsa mill-Organizzazzjoni għall-preparazzjoni, l-immaniġġjar, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-proġetti għandhom jiġu inklużi fil-kostijiet totali ta’ dawn il-proġetti. Dawn il-kostijiet ġenerali ma għandhomx jaqbżu l-10 % tal-kostijiet ta’ kwalunkwe proġett.

Artikolu 41
Relazzjoni ma’ donaturi multilaterali u bilaterali

1.    L-Organizzazzjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll ma’ aġenziji donaturi multilaterali u bilaterali, sabiex tikseb finanzjament għal programmi u proġetti ta’ interess għall-ekonomija tal-kawkaw kif xieraq.

2.    Taħt l-ebda ċirkostanza l-Organizzazzjoni ma għandha tidħol għal obbligi finanzjarji relatati mal-proġetti, la f’isimha u lanqas f’isem il-Membri. L-ebda Membru tal-Organizzazzjoni ma għandu jkun responsabbli minħabba s-sħubija tiegħu fl-Organizzazzjoni għal kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta minn self minn kwalunkwe Membru jew entità oħra b’rabta ma’ proġetti bħal dawn.

Kapitolu XIII
Żvilupp sostenibbli

Artikolu 42
Ekonomija sostenibbli tal-kawkaw

1.    Il-Membri għandhom jagħmlu l-isforz kollu meħtieġ biex jaslu għal ekonomija sostenibbli tal-kawkaw, billi jqisu l-prinċipji u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli inklużi, fost l-oħrajn, fil-ftehimiet, fil-programmi jew fid-dikjarazzjonijiet internazzjonali rilevanti kollha li għalihom huma parti. 

2.    L-Organizzazzjoni għandha, fuq talba, tassisti lill-Membri biex jilħqu l-għanijiet tagħhom fl-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw f’konformità mal-Artikolu 1(f) u l-Artikolu 2(15), kif ukoll l-Artikoli 43, 44 u 45.

3.    L-Organizzazzjoni għandha sservi bħala punt fokali għal djalogu permanenti fost il-partijiet ikkonċernati, kif xieraq, biex jitrawwem l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw.

4.    Il-Kunsill għandu jadotta u jirrevedi b’mox perjodiku l-programmi u l-proġetti relatati ma’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw u f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.    L-Organizzazzjoni għandha tfittex b’mod attiv l-assistenza u l-appoġġ ta’ donaturi multilaterali u bilaterali għall-eżekuzzjoni ta’ programmi, proġetti u attivitajiet immirati lejn il-kisba ta’ ekonomija sostenibbli tal-kawkaw.

6.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jippreġudika d-drittijiet u l-obbligi tal-Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Artikolu 43
Sostenibbiltà ekonomika

1.    Il-Membri għandhom jiżviluppaw politiki u programmi effettivi biex itejbu l-produttività, isaħħu l-aċċess għas-suq u jtejbu t-trasparenza tas-suq biex jiksbu introjtu għall-għajxien għall-bdiewa tal-kawkaw.

2.    Il-Membri għandhom jiżguraw li, permezz ta’ dawn il-politiki u l-programmi, il-bdiewa tal-kawkaw jiksbu prezzijiet remunerattivi għall-kawkaw tagħhom fis-swieq lokali, nazzjonali u internazzjonali.

3.    Fil-każ ta’ tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-kawkaw, il-Membri huma impenjati li jaħdmu flimkien biex jirrimedjaw il-kawża tat-tnaqqis, f’konformità mal-Artikolu 36.

4.    Il-membri għandhom jiżviluppaw u jappoġġjaw qafas istituzzjonali dwar it-tisħiħ tal-kapaċità umana li jappoġġja d-diversifikazzjoni tal-produtturi tal-kawkaw fl-azjenda agrikola u barra minnha biex itejbu r-reżiljenza finanzjarja u l-introjtu tagħhom.

5.    Il-Membri għandhom iħeġġu u jappoġġjaw lill-bdiewa tal-kawkaw biex jiffurmaw organizzazzjonijiet b’saħħithom u effiċjenti tal-bdiewa biex itejbu s-setgħat tagħhom ta’ negozjar tal-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll biex jiżviluppaw swieq niċċa għal kwalità għolja sabiex tingħatalhom is-setgħa li jaqilgħu l-ogħla valur għall-kawkaw tagħhom.

Artikolu 44
Sostenibbiltà soċjali

1.    Il-membri huma impenjati li jtejbu l-istandards għall-għajxien tal-produtturi tal-kawkaw, speċjalment l-introjtu għall-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-popolazzjonijiet involuti fis-settur tal-kawkaw.

2.    Il-Membri huma impenjati li jiġġieldu kontra t-tħaddim tat-tfal, filwaqt li jżommu f’moħħhom il-prinċipji rikonoxxuti u l-istandards internazzjonali tax-xogħol applikabbli. Dan jinkludi impenn biex jiġu eliminati l-agħar forom ta’ tħaddim tat-tfal.

3.    Il-Membri huma impenjati li jikkontribwixxu għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-inklużività taż-żgħażagħ billi jinkoraġġixxu u jappoġġjaw il-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ ta’ bdiewa fil-produzzjoni u l-kummerċ tal-kawkaw.

Artikolu 45
Sostenibbiltà ambjentali

1.    Il-Membri huma impenjati li jiġġieldu d-deforestazzjoni fi ħdan approċċ ta’ pajsaġġ li jikkombina l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali ma’ kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ għajxien.

2.    Filwaqt li tirrikonoxxi r-rwol tal-kawkaw fl-iżvilupp u l-preservazzjoni tal-ekosistemi, l-Organizzazzjoni għandha tappoġġja r-riforestazzjoni, l-afforestazzjoni u l-agroforestrija, biex ittejjeb il-ħażniet u l-assorbimenti tal-karbonju tal-foresti, u biex issaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima, filwaqt li toffri lill-bdiewa l-opportunità li jipprovdu servizzi ekoloġiċi u jirċievu kumpensi korrispondenti, speċjalment krediti proporzjonati tal-karbonju. 

Kapitolu XIV
Il-Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw

Artikolu 46
Stabbiliment tal-Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw

1.    B’dan qed tiġi stabbilit Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Bord) biex iħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva ta’ esperti mis-settur privat u mis-soċjetà ċivili fil-ħidma tal-Organizzazzjoni u biex jippromwovi djalogu kontinwu fost l-esperti mis-setturi pubbliċi u privati.

2.    Il-Bord għandu jkun korp konsultattiv li jagħti pariri lill-Kunsill dwar kwistjonijiet li jkunu ta’ interess ġenerali u strateġiku għas-settur tal-kawkaw, li jinkludu:

(a)    L-iżviluppi strutturali fit-tul tal-provvista u d-domanda;

(b)    Il-mezzi u l-modi ta’ tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa tal-kawkaw, bl-għan jtejbu l-għajxien tagħhom;

(c)    Proposti li jinkoraġġixxu l-produzzjoni, il-kummerċ u l-użu sostenibbli tal-kawkaw;

(d)    L-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija tal-kawkaw;

(e)    L-elaborazzjoni tal-modalitajiet u ta’ oqsfa għall-promozzjoni tal-konsum;

(f)    It-tisħiħ tas-sigurtà tal-kawkaw kummerċjabbli; u

(g)    Kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-kawkaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.

3.    Il-Bord għandu jassisti lill-Kunsill fil-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-konsum u l-ħażniet.

4.    Il-Bord għandu jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq għall-konsiderazzjoni lill-Kunsill.

5.    Il-Bord jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma ad hoc biex jassistu fit-twettiq tal-mandat tagħha dment li l-kostijiet operatorji tagħhom ma jkollhom l-ebda implikazzjoni baġitarja għall-Organizzazzjoni.

6.    Malli tiġi stabbilita, il-Bord għandu jfassal ir-regoli interni u l-programm ta’ ħidma tiegħu stess u jirrakkomandahom għall-adozzjoni mill-Kunsill.

Artikolu 47
Sħubija u laqgħat tal-Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw

1.    Il-Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw għandha tkun magħmula minn esperti mis-setturi kollha tal-ekonomija tal-kawkaw, magħżula minn fost il-pajjiżi Membri esportaturi u importaturi tal-Organizzazzjoni.

2.    Dawn l-esperti għandhom jinħatru mill-Kunsill kull sentejn. Il-Bord għandu, kemm jista’ jkun, ikun magħmul minn sħubija bbilanċjata ta’ esperti: mill-inqas tliet rappreżentanti minn pajjiżi Membri esportaturi differenti u tliet rappreżentanti minn pajjiżi Membri importaturi differenti tal-Organizzazzjoni. Kull membru tal-Bord jista’ jaħtar sostitut wieħed.

3.    Il-President u l-Viċi-President tal-Bord għandhom jintgħażlu mill-membri tal-Bord. Il-presidenza għandha titwettaq b’mod alternat bejn il-Membri esportaturi u l-Membri importaturi kull sentejn tal-kawkaw.

4.    Il-Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw għandu normalment jiltaqa’ fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk, fuq stedina ta’ xi Membru, il-Bord Konsultattiv jiltaqa’ xi mkien ieħor barra l-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni, dak il-Membru għandu jħallas l-ispejjeż addizzjonali involuti, kif definit fir-regoli amministrattivi tal-Organizzazzjoni.

5.    Il-Bord għandu normalment jiltaqa’ darbtejn fis-sena minbarra matul is-sessjonijiet regolari tal-Kunsill. Il-Bord għandu jirrapporta b’mod regolari lill-Kumitat Ekonomiku u/jew lill-Kunsill, kif xieraq, dwar il-proċedimenti tiegħu.

6.    Il-laqgħat tal-Bord Konsultattiv dwar l-Ekonomija Dinjija tal-Kawkaw għandhom ikunu miftuħa għall-Membri kollha tal-Kunsill bħala osservaturi.

7.    Il-Bord jista’ jistieden ukoll esperti eminenti jew personalitajiet ta’ reputazzjoni għolja f’qasam speċifiku, mis-setturi pubbliċi u privati, li jkollhom għarfien espert rilevanti f’aspetti tas-settur tal-kawkaw, biex jipparteċipaw f’laqgħa speċifika.

8.    Il-Bord għandu normalment jiltaqa’ flimkien mal-laqgħat tal-Kunsill tal-ICCO, inkluż meta l-Kunsill jiddeċiedi li jiltaqa’ f’sessjoni virtwali jew ibrida.

Kapitolu XV
Eżenzjoni mill-obbligi u miżuri differenzjali u rimedjali

Artikolu 48
Eżenzjoni mill-obbligi f’ċirkostanzi eċċezzjonali

1.    Il-Kunsill jista’ jeżenta lil Membru minn obbligu minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali jew ta’ emerġenza, forza maġġuri, jew obbligi internazzjonali skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti għat-territorji amministrati skont is-sistema ta’ tutela.

2.    Il-Kunsill, meta jeżenta lil xi Membru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jiddikjara b’mod espliċitu t-termini u l-kundizzjonijiet li bihom, u l-perjodu li għalih il-Membru jinħeles mill-obbligu, u r-raġunijiet li għalihom tingħata l-eżenzjoni.

3.    Minkejja d-dispożizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill ma għandux jeżenta lil xi Membru fir-rigward tal-obbligu skont l-Artikolu 25 li jħallas il-kontribuzzjonijiet, jew il-konsegwenzi jekk jonqos milli jħallashom.

4.    Il-bażi għall-kalkolu tad-distribuzzjoni tal-voti ta’ Membru esportatur li għalih il-Kunsill ikun irrikonoxxa każ ta’ forza maġġuri, għandu jkun il-volum effettiv tal-esportazzjonijiet tiegħu għas-sena li fiha tkun seħħet il-forza maġġuri u sussegwentement għat-3 snin ta’ wara l-forza maġġuri.

Artikolu 49
Miżuri differenzjati u rimedjali

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk l-anqas żviluppati li huma Membri, li l-interessi tagħhom huma affettwati ħażin minn miżuri meħuda skont dan il-Ftehim jistgħu japplikaw lill-Kunsill għal miżuri differenzjali u rimedjali xierqa. Il-Kunsill għandu jikkunsidra li jieħu dawk il-miżuri xierqa fid-dawl tad-disposizzjonijiet tar-riżoluzzjoni 93 (IV) adottata mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp.

Kapitolu XVI
Konsultazzjonijiet, tilwim u lmenti

Artikolu 50
Konsultazzjonijiet

Kull membru għandu jagħti konsiderazzjoni sħiħa u xierqa lil kwalunkwe rappreżentazzjoni magħmula lilu minn membru ieħor dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għandu jagħti opportunità adegwata għal konsultazzjonijiet. Matul dawn il-konsultazzjonijiet, fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet u bil-kunsens tal-parti l-oħra, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi proċedura xierqa ta’ konċiljazzjoni. Il-kostijiet ta’ din il-proċedura ma għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni. Jekk tali proċedura twassal għal soluzzjoni, din għandha tiġi rrapportata lid-Direttur Eżekuttiv. Jekk ma tintlaħaq l-ebda soluzzjoni, il-kwistjoni tista’, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tiġi riferuta lill-Kunsill skont l-Artikolu 51.

Artikolu 51
Tilwim

1.    Kull tilwima li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li ma tiġix solvuta mill-partijiet fit-tilwima għandha, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet fit-tilwima, tiġi riferuta lill-Kunsill għal deċiżjoni.

2.    Meta tilwima tkun ġiet riferuta lill-Kunsill skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tkun ġiet diskussa, il-Membri li jkollhom mhux inqas minn terz tal-voti totali, jew kwalunkwe ħames Membri, jistgħu jitolbu lill-Kunsill, qabel ma jagħti d-deċiżjoni tiegħu, li jfittex l-opinjoni dwar il-kwistjonijiet inkwistjoni ta’ bord konsultattiv ad hoc li għandu jiġi kkostitwit kif deskritt fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

3.    (a)    Sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, il-bord konsultattiv ad hoc għandu jikkonsisti minn:

(i)    Żewġ persuni, waħda li jkollha esperjenza wiesgħa fi kwistjonijiet tat-tip ta’ tilwima u l-oħra li jkollha pożizzjoni u esperjenza legali, innominati mill-Membri esportaturi;

(ii)    Żewġ persuni, innominati mill-Membri importaturi, waħda b’esperjenza wiesgħa fi kwistjonijiet tat-tip involuti fit-tilwima u l-oħra b’pożizzjoni u esperjenza legali; u

(iii)    President magħżul b’mod unanimu mill-erba’ persuni nnominati skont (i) u (ii) hawn fuq jew, jekk ma jaqblux, mill-President tal-Kunsill.

(b)    Iċ-ċittadini tal-Membri ma għandhomx ikunu ineliġibbli biex iservu fuq il-bord konsultattiv ad hoc.

(c)    Il-persuni maħtura fil-bord konsultattiv ad hoc għandhom jaġixxu fil-kapaċitajiet personali tagħhom u mingħajr istruzzjonijiet minn kwalunkwe Gvern.

(d)    Il-kostijiet tal-bord konsultattiv ad hoc għandhom jitħallsu mill-Organizzazzjoni.

4.    L-opinjoni tal-bord konsultattiv ad hoc u r-raġunijiet għal dan għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill, li, wara li jikkunsidra l-informazzjoni rilevanti kollha, għandu jiddeċiedi t-tilwima, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.

Artikolu 52
Ilmenti u azzjoni mill-Kunsill

1.    Fil-każ li l-Kunsill jinnota nuqqas ta’ konformità fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill jista’ jaġixxi ex officio u jieħu deċiżjoni dwar dawn in-nuqqasijiet.

2.    Kwalunkwe lment li xi Membru jkun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dan il-Ftehim għandu, fuq talba tal-Membru li jagħmel l-ilment, jiġi riferut lill-Kunsill, li għandu jikkunsidrah u jieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni.

3.    Kwalunkwe sejba mill-Kunsill li Membru jkun kiser l-obbligi tiegħu skont dan il-Ftehim għandha ssir b’vot ta’ maġġoranza mifruxa sempliċi u għandha tispeċifika n-natura tal-ksur.

4.    Kull meta l-Kunsill, kemm jekk bħala riżultat ta’ lment jew mod ieħor, isib li Membru jkun kiser l-obbligi tiegħu skont dan il-Ftehim, huwa jista’, mingħajr preġudizzju għal tali miżuri oħra li huma previsti b’mod speċifiku f’artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, inkluż l-Artikolu 61:

(a)    jissospendi d-drittijiet tal-vot ta’ dak il-Membru fil-Kunsill; u

(b)    Jekk iqis li jkun meħtieġ, jissospendi d-drittijiet addizzjonali ta’ tali Membru, inkluż dak li jkun eliġibbli għal, jew li jkollu kariga fil-Kunsill jew f’xi wieħed mill-kumitati tiegħu, sakemm ikun wettaq l-obbligi tiegħu.

5.    Membru li d-drittijiet tal-vot tiegħu huma sospiżi skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandu jibqa’ responsabbli għall-obbligi finanzjarji u obbligi oħra tiegħu skont dan il-Ftehim.

Kapitolu XVII
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 53
Depożitarju

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti b’dan huwa nnominat bħala d-Depożitarju ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 54
Iffirmar

Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-iffirmar fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti mill-1 ta’ Ottubru 2010 sa u inkluż it-30 ta’ Settembru 2012 mill-partijiet għall-Ftehim Internazzjonali tal-2001 dwar il-Kawkaw, u mill-Gvernijiet mistiedna għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kawkaw, 2010. Il-Kunsill,skont il-Ftehim Internazzjonali tal- 2001 dwar il-Kawkaw, jew il-Kunsill, skont dan il-Ftehim jista’, madankollu, jestendi darba l-perjodu tal-firma ta’ dan il-Ftehim. Il-Kunsill għandu jinnotifika b’mod immedjat lid-Depożitarju b’din l-estensjoni.

Artikolu 55
Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni

1.    Dan il-Ftehim għandu jkun soġġett għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Gvernijiet firmatarji skont il-proċeduri kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom ikunu depożitati mad-Depożitarju.

2.    Kull Parti Kontraenti għandha tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jekk hijiex Membru esportatur jew Membru importatur fil-mument tad-depożitu tal-istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tagħha, jew kemm jista’ jkun malajr wara dan.

Artikolu 56
Adeżjoni

1.    Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għal adeżjoni mill-Gvern ta’ kwalunkwe Stat intitolat li jiffirmah.

2.    Il-Kunsill għandu jiddetermina taħt liema mill-annessi għal dan il-Ftehim l-Istat aderenti għandu jitqies li huwa elenkat, jekk tali Stat ma jkunx elenkat fl-ebda wieħed minn dawn l-annessi.

3.    L-adeżjoni għandha ssir effettiva permezz tad-depożitu ta’ strument ta’ adeżjoni mad-Depożitarju.

Artikolu 57
Notifika tal-applikazzjoni provviżorja

1.    Gvern firmatarju li għandu l-intenzjoni li jirratifika, jaċċetta jew japprova dan il-Ftehim jew Gvern li għandu l-intenzjoni li jaderixxi mal-Ftehim, iżda li għadu ma setax jiddepożita l-istrument tiegħu, jista’ fi kwalunkwe ħin jinnotifika lid-Depożitarju li, f’konformità mal-proċeduri kostituzzjonali tiegħu u/jew il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi tiegħu, huwa ser japplika dan il-Ftehim b’mod proviżorju jew meta jidħol fis-seħħ f’konformità mal-Artikolu 58 jew, jekk ikun diġà fis-seħħ, f’data speċifikata. Kull Gvern li jagħti din in-notifika għandu jinforma lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jekk hux Membru esportatur jew Membru importatur fil-mument li jagħti din in-notifika jew kemm jista’ jkun malajr wara.

2.    Gvern li jkun innotifika, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li se japplika dan il-Ftehim meta jidħol fis-seħħ jew f’data speċifikata għandu, minn dak il-mument, ikun Membru proviżorju. Għandu jibqa’ Membru proviżorju sad-data tad-depożitu tal-istrument tiegħu ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

Artikolu 58
Dħul fis-seħħ

1.    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ b’mod definit fl-1 ta’ Ottubru 2012, jew fi kwalunkwe żmien wara din id-data, jekk sa tali data l-Gvernijiet li jirrappreżentaw mill-inqas ħames pajjiżi esportaturi li jirrappreżentaw mill-inqas 80 fil-mija tal-esportazzjonijiet totali tal-pajjiżi elenkati fl-Anness A u l-Gvernijiet li jirrappreżentaw il-pajjiżi importaturi li jkollhom mill-inqas 60 fil-mija tal-importazzjonijiet totali kif stabbilit fl-Anness B ikunu ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni mad-Depożitarju. Huwa għandu wkoll jidħol fis-seħħ b’mod definit ladarba jkun daħal fis-seħħ b’mod provviżorju u dawn ir-rekwiżiti ta’ perċentwali jkunu sodisfatti bid-depożitu ta’ strumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

2.    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ b’mod provviżorju fl-1 ta’ Jannar 2011 jekk sa dik id-data l-Gvernijiet li jirrappreżentaw mill-inqas ħames pajjiżi esportaturi li jirrappreżentaw mill-inqas 80 fil-mija tal-esportazzjonijiet totali tal-pajjiżi elenkati fl-Anness A u l-Gvernijiet li jirrappreżentaw il-pajjiżi importaturi li għandhom mill-inqas 60 fil-mija tal-importazzjonijiet totali kif stabbilit fl-Anness B ikunu ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, jew ikunu nnotifikaw lid-Depożitarju li se japplikaw dan il-Ftehim b’mod provviżorju meta jidħol fis-seħħ. Dawn il-Gvernijiet għandhom ikunu Membri proviżorji.

3.    Jekk ir-rekwiżiti għad-dħul fis-seħħ skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġew issodisfati sal-1 ta’ Settembru 2011, is-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp għandu, mill-aktar fis prattikabbli, isejjaħ laqgħa ta’ dawk il-Gvernijiet li jkunu ddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, jew ikunu nnotifikaw lid-Depożitarju li se japplikaw dan il-Ftehim b’mod provviżorju. Dawn il-Gvernijiet jistgħu jiddeċiedu jekk idaħħlux dan il-Ftehim fis-seħħ b’mod definittiv jew b’mod proviżorju bejniethom, kollu kemm hu jew parti minnu, f’dik id-data li huma jistgħu jiddeterminaw jew li jadottaw kwalunkwe arranġament ieħor li huma jqisu meħtieġ.

4.    Għal Gvern li f’ismu jiġi ddepożitat strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni jew notifika ta’ applikazzjoni provviżorja wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim f’konformità mal-paragrafu 1, il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-istrument jew in-notifika għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data ta’ tali depożitu u, fir-rigward tan-notifika ta’ applikazzjoni provviżorja, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 57.

Artikolu 59
Riżervi

Riżervi għandu mnejn ma jkunux jistgħu jsiru fir-rigward ta’ kwaluknkwe dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 60
Irtirar

1.    F’kull ħin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kwalunkwe Membru jista’ jirtira minn dan il-Ftehim billi jagħti avviż bil-miktub ta’ rtirar lid-Depożitarju. Il-membru għandu b’mod immedjat jinforma lill-Kunsill bl-azzjoni li jkun ħa.

2.    L-irtirar għandu jsir effettiv 90 jum wara li d-Depożitarju jirċievi l-avviż mingħand il-Membru kkonċernat. Jekk, bħala konsegwenza tal-irtirar, is-sħubija f’dan il-Ftehim taqa’ taħt ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 58 għad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Kunsill għandu jiltaqa’ f’sessjoni speċjali biex jirrevedi s-sitwazzjoni u jieħu d-deċiżjonijiet xierqa.

Artikolu 61
Esklużjoni

Jekk il-Kunsill isib, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 52, li kwaluknkwe Membru jkun kiser l-obbligi tiegħu skont dan il-Ftehim u jiddeċiedi wkoll li tali ksur ifixkel b’mod sinifikanti l-operat ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’ jeskludi lil tali Membru mill-Organizzazzjoni. Disgħin jum wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill, dak il-Membru ma għandux jibqa’ membru tal-Organizzazzjoni. Il-Kunsill għandu jinnotifika b’mod immedjat lill-Membru kkonċernat u lid-Depożitarju bi kwalunkwe esklużjoni bħal din.

Artikolu 62
Saldu ta’ kontijiet ma’ Membri li jirtiraw jew li jiġu esklużi

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi kwalunkwe saldu ta’ kontijiet ma’ Membru li jirtira jew jiġi eskluż. L-Organizzazzjoni għandha żżomm kwalunkwe ammont diġà mħallas minn Membru li jirtira jew li jiġi eskluż, u tali Membru għandu jibqa’ marbut li jħallas kwalunkwe ammont dovut minnu lill-Organizzazzjoni fil-mument li l-irtirar jew l-esklużjoni jsiru effettivi, ħlief li, fil-każ ta’ Parti Kontraenti li ma tkunx tista’ taċċetta emenda u konsegwentement ma tibqax tipparteċipa f’dan il-Ftehim skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 64, il-Kunsill għandu jiddetermina b’mod ekwu kwalunkwe saldu tal-kontijiet.

Artikolu 63
Tul ta’ żmien u terminazzjoni

1.    Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ b’mod indefinit, soġġett għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

2.    Il-Kunsill għandu jirrevedi l-Ftehim kull ħames snin u jieħu deċiżjonijiet kif xieraq.

3.    Fuq talba ta’ Membru wieħed jew aktar, il-Kunsill jista’ jirrevedi dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin. 

4.    Il-Kunsill jista’, fi kwalunkwe ħin, jiddeċiedi li jtemm dan il-Ftehim. Din it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ f’dik id-data li l-Kunsill għandu jiddeċiedi, sakemm l-obbligi tal-Membri skont l-Artikolu 25 għandhom ikomplu sakemm jitwettqu r-responsabbiltajiet finanzjarji relatati mal-operat ta’ dan il-Ftehim. Il-Kunsill għandu jinnotifika lid-Depożitarju bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

5.    Minkejja t-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim bi kwalunkwe mezz li jkun, il-Kunsill għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ biex iwettaq il-likwidazzjoni tal-Organizzazzjoni, is-saldu tal-kontijiet tagħha u d-disponiment tal-assi tagħha. Matul dak il-perjodu, il-Kunsill għandu jkollu s-setgħat meħtieġa għall-konklużjoni tal-kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji kollha.

Artikolu 64
Emendi

1.    Il-Kunsill jista’ jirrakkomanda emenda ta’ dan il-Ftehim lill-Partijiet Kontraenti. L-emenda għandha ssir effettiva 100 jum wara li d-Depożitarju jkun irċieva notifiki ta’ aċċettazzjoni mill-Partijiet Kontraenti li jirrappreżentaw mill-inqas 75 fil-mija tal-Membri esportaturi li jkollhom mill-inqas 85 fil-mija tal-voti tal-Membri esportaturi, u mill-Partijiet Kontraenti li jirrappreżentaw mill-inqas 75 fil-mija tal-Membri importaturi li jkollhom mill-inqas 85 fil-mija tal-voti tal-Membri importaturi, jew f’data aktar tard li l-Kunsill seta’ ddetermina. Il-Kunsill jista’ jiffissa żmien li fih il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lid-Depożitarju bl-aċċettazzjoni tagħhom tal-emenda, u, jekk l-emenda ma tkunx saret effettiva sa dak iż-żmien, għandha titqies irtirata.

2.    Kwalunkwe Membru li f’ismu ma tkunx saret notifika ta’ aċċettazzjoni ta’ emenda sad-data li fiha tali emenda ssir effettiva għandu, minn dik id-data, jieqaf jipparteċipa f’dan il-Ftehim, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix li jestendi l-perjodu stabbilit għall-aċċettazzjoni għal tali Membru sabiex ikun jista’ jlesti l-proċeduri interni tiegħu. Dan il-Membru ma għandux ikun marbut bl-emenda qabel ma jkun innotifika l-aċċettazzjoni tiegħu.

3.    Immedjatament mal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni għal emenda l-Kunsill għandu jikkomunika lid-Depożitarju kopji tat-test tal-emenda. Il-Kunsill għandu jipprovdi lid-Depożitarju bl-informazzjoni meħtieġa biex jiddetermina jekk in-notifiki ta’ aċċettazzjoni riċevuti humiex biżżejjed biex jagħmlu l-emenda effettiva.

Kapitolu XVIII
Dispożizzjonijiet supplimentari u tranżizzjonali

Artikolu 65
Fond ta’ Riżerva Speċjali

1.    Għandu jinżamm Fond ta’ Riżerva Speċjali għall-iskop uniku li jintlaħqu l-ispejjeż eventwali ta’ likwidazzjoni tal-Organizzazzjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi kif se jintuża l-miksub fuq dan il-Fond.

2.    Il-Fond ta’ Riżerva Speċjali stabbilit mill-Kunsill skont il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw,1993, għandu jiġi trasferit għal dan il-Ftehim għall-iskop stabbilit skont il-paragrafu 1.

3.    Xi ħadd Mhux Membru tal-Ftehim Internazzjonali tal-1993 u 2001 dwar il-Kawkaw li jsir Membru ta’ dan il-Ftehim għandu jkun meħtieġ li jikkontribwixxi għall-Fond ta’ Riżerva Speċjali. Il-kontribuzzjoni ta’ tali Membru għandha tiġi vvalutata mill-Kunsill abbażi tal-għadd ta’ voti li għandu jinżamm mill-Membru.

Artikolu 66
Dispożizzjonijiet supplimentari u tranżizzjonali oħrajn

1.    Dan il-Ftehim għandu jitqies bħala sostituzzjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2001.

2.    L-atti kollha minn jew f’isem l-Organizzazzjoni jew kwalunkwe wieħed mill-organi tagħha skont il-Ftehim Internazzjonali tal-2001 dwar il-Kawkaw, li huma fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u li t-termini tagħhom ma jipprevedux l-iskadenza f’dik id-data għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm ma jinbidlux skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

3.    MAGĦMUL f’Ġinevra fil-25 ta’ Ġunju 2010, it-testi ta’ dan il-Ftehim huma bil-lingwa Għarbija, Ċiniża, Ingliża, Franċiża, Russa u Spanjola, b’kull wieħed minnhom ugwalment awtentiku.

Annessi

Anness A
Esportazzjonijiet tal-kawkaw a/ ikkalkulati għall-iskopijiet tal-Artikolu 58 (Dħul fis-seħħ)

Pajjiż

b/

2005/06

2006/07

2007/08

Medja
Perjodu ta’ 3 snin

2005/06 - 2007/08

(Tunnellati)

(Sehem)

Il-Kosta tal-Avorju

m

1 349 639

1 200 154

1 191 377

1 247 057

38,75 %

Il-Ghana

m

648 687

702 784

673 403

674 958

20,98 %

L-Indoneżja

 

592 960

520 479

465 863

526 434

16,36 %

In-Niġerja

m

207 215

207 075

232 715

215 668

6,70 %

Il-Kamerun

m

169 214

162 770

178 844

170 276

5,29 %

L-Ekwador

m

108 678

110 308

115 264

111 417

3,46 %

It-Togo

m

73 064

77 764

110 952

87 260

2,71 %

Papua New Guinea

m

50 840

47 285

51 588

49 904

1,55 %

Ir-Repubblika Dominicana

m

31 629

42 999

34 106

36 245

1,13 %

Il-Guinea

 

18 880

17 620

17 070

17 857

0,55 %

Il-Perù

 

15 414

11 931

11 178

12 841

0,40 %

Il-Brażil

m

57 518

10 558

- 32 512

11 855

0,37 %

Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela

m

11 488

12 540

4 688

9 572

0,30 %

Sierra Leone

 

4 736

8 910

14 838

9 495

0,30 %

L-Uganda

 

8 270

8 880

8 450

8 533

0,27 %

Ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija

 

6 930

4 370

3 210

4 837

0,15 %

Il-Gżejjer Solomon

 

4 378

4 075

4 426

4 293

0,13 %

Il-Haiti

 

3 460

3 900

4 660

4 007

0,12 %

Madagascar

 

2 960

3 593

3 609

3 387

0,11 %

São Tomé u Príncipe

 

2 250

2 650

1 500

2 133

0,07 %

Il-Liberja

 

650

1 640

3 930

2 073

0,06 %

Il-Guinea Ekwatorjali

 

1 870

2 260

1 990

2 040

0,06 %

Vanuatu

 

1 790

1 450

1 260

1 500

0,05 %

In-Nikaragwa

 

892

750

1 128

923

0,03 %

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

 

900

870

930

900

0,03 %

Il-Honduras

 

1 230

806

- 100

645

0,02 %

Il-Kongo

 

90

300

1 400

597

0,02 %

Il-Panama

 

391

280

193

288

0,01 %

Il-Vjetnam

 

240

70

460

257

0,01 %

Grenada

 

80

218

343

214

0,01 %

Il-Gabon

m

160

99

160

140

   -

Trinidad u Tobago

m

193

195

- 15

124

   -

Il-Belize

 

60

30

20

37

   -

Dominica

 

60

20

0

27

   -

Fiġi

 

20

10

10

13

   -

Total

c/

3 376 836

3 169 643

3 106 938

3 217 806

100,00 %

Noti:

a/    Medja ta’ tliet snin, 2005/06-2007/08 tal-esportazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw flimkien mal-esportazzjonijiet netti tal-prodotti tal-kawkaw maqluba f’ekwivalenti ta’ żerriegħa permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin: butir tal-kawkaw 1,33; trab u pasta tal-kawkaw żgrassat 1,18; pejst/likuri tal-kawkaw 1,25.

b/    Lista limitata għall-pajjiżi li individwalment esportaw il-kawkaw matul il-perjodu ta’ tliet snin tal-2005/06-2007/08, abbażi ta’informazzjoni disponibbli għas-Segretarjat tal-ICCO.

c/    It-totali jistgħu jvarjaw mis-somma tal-kostitwenti minħabba li tqarrbu sal-eqreb numru sħiħ.

m    Membru tal-Ftehim Internazzjonali 2001 dwar il-Kawkaw mid-9 ta’ Novembru 2009.

-    xejn, negliġibbli jew inqas mill-unità użata

Sors: L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw, Bullettin ta’ kull Kwart tal-Istatistiċi dwar il-Kawkaw, Vol. XXXV, Nru 3, Sena tal-kawkaw 2008/09.

Anness B
Importazzjonijiet tal-kawkaw a/ ikkalkulati għall-iskopijiet tal-Artikolu 58 (Dħul fis-seħħ)

Pajjiż

 

b/

2005/06

2006/07

2007/08

Medja
Perjodu ta’ 3 snin

2005/06 - 2007/08

(Tunnellati)

(Sehem)

Unjoni Ewropea:

m

2 484 235

2 698 016

2 686 041

2 622 764

53,24 %

L-Awstrija

20 119

26 576

24 609

23 768

0,48 %

Il-Belġju/il-Lussemburgu

199 058

224 761

218 852

214 224

4,35 %

Il-Bulgarija

12 770

14 968

12 474

13 404

0,27 %

Ċipru

282

257

277

272

0,01 %

Iċ-Ċekja

12 762

14 880

16 907

14 850

0,30 %

Id-Danimarka

15 232

15 493

17 033

15 919

0,32 %

L-Estonja

37 141

14 986

- 1 880

16 749

0,34 %

Il-Finlandja

10 954

10 609

11 311

10 958

0,22 %

Franza

388 153

421 822

379 239

396 405

8,05 %

Il-Ġermanja

487 696

558 357

548 279

531 444

10,79 %

Il-Greċja

16 451

17 012

17 014

16 826

0,34 %

L-Ungerija

10 564

10 814

10 496

10 625

0,22 %

L-Irlanda

22 172

19 383

17 218

19 591

0,40 %

L-Italja

126 949

142 128

156 277

141 785

2,88 %

Il-Latvja

2 286

2 540

2 434

2 420

0,05 %

Il-Litwanja

5 396

4 326

4 522

4 748

0,10 %

Malta

34

46

81

54

-

In-Netherlands

581 459

653 451

681 693

638 868

12,97 %

Il-Polonja

103 382

108 275

113 175

108 277

2,20 %

Il-Portugall

3 643

4 179

3 926

3 916

0,08 %

Ir-Rumanija

11 791

13 337

12 494

12 541

0,25 %

Is-Slovakkja

15 282

16 200

13 592

15 025

0,30 %

Is-Slovenja

1 802

2 353

2 185

2 113

0,04 %

Spanja

150 239

153 367

172 619

158 742

3,22 %

L-Iżvezja

15 761

13 517

14 579

14 619

0,30 %

Ir-Renju Unit

232 857

234 379

236 635

234 624

4,76 %

 

 

 

 

L-Istati Uniti

822 314

686 939

648 711

719 321

14,60 %

Il-Malażja

c/

m

290 623

327 825

341 462

319 970

6,49 %

Il-Federazzjoni Russa

m

163 637

176 700

197 720

179 352

3,64 %

Il-Kanada

159 783

135 164

136 967

143 971

2,92 %

Il-Ġappun

112 823

145 512

88 403

115 579

2,35 %

Singapore

88 536

110 130

113 145

103 937

2,11 %

Iċ-Ċina

77 942

72 532

101 671

84 048

1,71 %

L-Iżvizzera

m

74 272

81 135

90 411

81 939

1,66 %

It-Turkija

73 112

84 262

87 921

81 765

1,66 %

L-Ukrajna

63 408

74 344

86 741

74 831

1,52 %

L-Awstralja

52 950

55 133

52 202

53 428

1,08 %

L-Arġentina

33 793

38 793

39 531

37 372

0,76 %

It-Tajlandja

26 737

31 246

29 432

29 138

0,59 %

Il-Filippini

18 549

21 260

21 906

20 572

0,42 %

Il-Messiku

c/

19 229

15 434

25 049

19 904

0,40 %

Ir-Repubblika tal-Korea

17 079

24 454

15 972

19 168

0,39 %

L-Afrika t’Isfel

15 056

17 605

16 651

16 437

0,33 %

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

10 666

14 920

22 056

15 881

0,32 %

Il-Kolombja

c/

16 828

19 306

9 806

15 313

0,31 %

Iċ-Ċilì

13 518

15 287

15 338

14 714

0,30 %

L-Indja

9 410

10 632

17 475

12 506

0,25 %

Iżrael

11 437

11 908

13 721

12 355

0,25 %

New Zealand

11 372

12 388

11 821

11 860

0,24 %

Is-Serbja

10 864

11 640

12 505

11 670

0,24 %

In-Norveġja

10 694

11 512

12 238

11 481

0,23 %

L-Eġittu

6 026

10 085

14 036

10 049

0,20 %

L-Alġerija

9 062

7 475

12 631

9 723

0,20 %

Il-Kroazja

8 846

8 904

8 974

8 908

0,18 %

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

7 334

7 229

8 056

7 540

0,15 %

It-Tuneżija

6 019

7 596

8 167

7 261

0,15 %

Il-Każakistan

6 653

7 848

7 154

7 218

0,15 %

L-Arabja Sawdija

6 680

6 259

6 772

6 570

0,13 %

Il-Belarussja

8 343

3 867

5 961

6 057

0,12 %

Il-Marokk

4 407

4 699

5 071

4 726

0,10 %

Il-Pakistan

2 123

2 974

2 501

2 533

0,05 %

Il-Costa Rica

1 965

3 948

1 644

2 519

0,05 %

L-Urugwaj

2 367

2 206

2 737

2 437

0,05 %

Il-Libanu

2 059

2 905

2 028

2 331

0,05 %

Il-Gwatemala

1 251

2 207

1 995

1 818

0,04 %

L-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja

c/

1 282

1 624

1 927

1 611

0,03 %

Is-Sri Lanka

1 472

1 648

1 706

1 609

0,03 %

El Salvador

1 248

1 357

1 422

1 342

0,03 %

L-Ażerbajġan

569

2 068

1 376

1 338

0,03 %

Il-Ġordan

1 263

1 203

1 339

1 268

0,03 %

Il-Kenja

1 073

1 254

1 385

1 237

0,03 %

L-Użbekistan

684

1 228

1 605

1 172

0,02 %

Hong Kong, iċ-Ċina

2 018

870

613

1 167

0,02 %

Ir-Repubblika tal-Moldova

700

1 043

1 298

1 014

0,02 %

L-Iżlanda

 

863

1 045

1 061

990

0,02 %

Il-Maċedonja ta’ Fuq

 

628

961

1 065

885

0,02 %

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

841

832

947

873

0,02 %

Kuba

c/

 

2 162

- 170

107

700

0,01 %

Il-Kuwajt

 

427

684

631

581

0,01 %

Is-Senegal

 

248

685

767

567

0,01 %

Il-Libja

 

224

814

248

429

0,01 %

Il-Paragwaj

 

128

214

248

197

-

L-Albanija

 

170

217

196

194

-

Il-Ġamajka

c/

 

479

- 67

89

167

-

L-Oman

 

176

118

118

137

-

Iż-Żambja

 

95

60

118

91

-

Iż-Żimbabwe

 

111

86

62

86

-

Saint Lucia

c/

 

26

20

25

24

-

Samoa

 

48

15

0

21

-

Saint Vincent u l-Grenadini

 

 

6

0

0

2

-

Total

 

d/

4 778 943

5 000 088

5 000 976

4 926 669

100,00 %

Noti:

a/    Medja ta’ tliet snin, 2005/06-2007/08 tal-importazzjonijiet netti taż-żerriegħa tal-kawkaw flimkien mal-importazzjonijiet grossi tal-prodotti tal-kawkaw maqluba f’ekwivalenti ta’ żerriegħa permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin: butir tal-kawkaw 1,33; trab u pasta tal-kawkaw żgrassat 1,18; pejst/likuri tal-kawkaw 1,25.

b/    Lista limitata għall-pajjiżi li individwalment importaw il-kawkaw matul il-perjodu ta’ tliet snin tal-2005/06-2007/08, abbażi ta’informazzjoni disponibbli għas-Segretarjat tal-ICCO.

c/    Il-Pajjiż jista’ jitqies ukoll bħala pajjiż esportatur.

d/    It-totali jistgħu jvarjaw mis-somma tal-kostitwenti minħabba li tqarrbu sal-eqreb numru sħiħ.

m    Membru tal-Ftehim Internazzjonali 2001 dwar il-Kawkaw mid-9 ta’ Novembru 2009.

-    xejn, negliġibbli jew inqas mill-unità użata

Sors: L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw, Bullettin ta’ kull Kwart tal-Istatistiċi dwar il-Kawkaw, Vol. XXXV, Nru 3, Sena tal-kawkaw 2008/09.

Anness C
Pajjiżi produtturi li jesportaw esklussivament jew parzjalment il-kawkaw b’togħma fina

Pajjiżi

Deċiżjoni tal-Kunsill

Diċembru 2020

(% tal-esportazzjonijiet totali taż-żerriegħa tal-kawkaw)

Il-Belize

a/

L-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja

a/

Il-Brażil

100

Il-Kolombja

95

Il-Costa Rica

100

Dominica

100

Ir-Repubblika Dominicana

60

L-Ekwador

75

Grenada

100

Il-Gwatemala

75

Il-Haiti

4

Il-Honduras

a/

L-Indoneżja

10

Il-Ġamajka

100

Madagascar

100

Il-Messiku

a/

In-Nikaragwa

80

Il-Panama

50

Papua New Guinea

70

Il-Perù

75

Saint Lucia

100

São Tomé u Príncipe

a/

Trinidad u Tobago

100

Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela

a/

Il-Vjetnam

a/

a/    L-esportazzjonijiet taż-żerriegħa tal-kawkaw b’togħma fina huma preżenti, iżda f’dan il-mument il-Bord ta’ Esperti ma jistax jevalwa u jiddetermina perċentwal.

Anness D
Sħubija u Distribuzzjoni tal-Voti mill-1 ta’ Ottubru 2021 għall-iskopijiet tal-Artikolu 64

Membri esportaturi

Distribuzzjoni tal-voti taħt l-Artikolu 10 (1), (2), (5)

Membri importaturi

Distribuzzjoni tal-voti taħt l-Artikolu 10 (1), (2), (5)

Il-Brażil

Il-Kamerun

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Il-Costa Rica

Il-Kosta tal-Avorju

Ir-Repubblika Dominicana

L-Ekwador

Il-Gabon

Il-Ghana

Il-Guinea

L-Indoneżja

Il-Liberja

Madagascar

Il-Malażja

In-Nikaragwa

In-Niġerja

Papua New Guinea

Il-Perù

Sierra Leone

It-Togo

Trinidad u Tobago

Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela

5

75

8

5

400

22

79

5

202

7

37

7

8

5

6

68

12

23

8

6

5

7

L-Unjoni Ewropea

L-Awstrija

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Il-Kroazja

Ċipru

Iċ-Ċekja

Id-Danimarka

L-Estonja

Il-Finlandja

Franza

Il-Ġermanja

Il-Greċja

L-Ungerija

L-Irlanda

L-Italja

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

Malta

In-Netherlands

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovakkja

Is-Slovenja

Spanja

L-Iżvezja

Il-Federazzjoni Russa

L-Iżvizzera

929

10

86

9

5

5

5

5

20

5

95

189

5

5

5

51

5

5

5

5

290

39

5

5

5

5

55

5

47

24

TOTAL

1 000

TOTAL

1 000

Dikjarazzjonijiet

Dikjarazzjoni mill-Partijiet Kontraenti dwar l-Artikolu 16

L-għażla tad-Direttur Eżekuttiv għandha tkun ibbażata primarjament fuq il-mertu. Fost il-kandidati ta’ mertu ugwali, il-pożizzjoni tad-Direttur Eżekuttiv għandha tinbidel b’rotazzjoni bejn kandidat minn Membru esportatur u kandidat minn Membru importatur, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

           

(1)        Maħruġ mill-ġdid għal raġunijiet tekniċi fis-27 ta’ Marzu 2023.
(2)    **    L-Emenda attwali hija t-test tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2010, kif emendat mill-Kunsill Internazzjonli tal-Kawkaw.
(3)    **    Għal-lista ta’ parteċipanti, ara TD/COCOA.10/INF.1.
(4)        Ikkalkulat bħala tħin taż-żerriegħa tal-kawkaw flimkien ma’ importazzjonijiet netti ta’ prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata bħala żerriegħa.