IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.9.2025
COM(2025) 466 final/2 DOWNGRADED ON 12.11.2025
2025/0257(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar lista komuni ta’ ksur serju li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Suġġett tal-proposta
Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), fir-rigward tal-istabbiliment ta’ lista komuni ta’ ksur li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba.
2.Kuntest tal-proposta
2.1.Il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
Il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq huwa korp stabbilit skont l-Artikolu 8(1), il-punt (o), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Skont l-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 ta’ dak il-Ftehim, il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq jingħata s-setgħa jadotta deċiżjoni rigward lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1, jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba (“id-deċiżjoni prevista”).
2.2.Id-deċiżjoni prevista tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq
L-iskop ewlieni tad-deċiżjoni prevista huwa li tiġi stabbilita lista komuni ta’ ksur serju li jista’ jwassal biex impriża tat-trasport tal-merkanzija bit-triq titlef ir-reputazzjoni tajba tagħha. Fl-Appendiċi 31-A-1-1 tfasslet lista inizjali tal-aktar ksur serju.
Fl-Unjoni hija stabbilita lista ta’ ksur serju bl-istess objettiv fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/403 .
Id-deċiżjoni prevista tadatta daqsxejn il-lista ta’ ksur li tinsab fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/403, sabiex tirrifletti l-bażijiet legali korretti tal-istess ksur li jinsab fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kif ukoll tadatta ċertu ksur sabiex jiġu riflessi t-tipi differenti ta’ operazzjonijiet li huma permessi skont id-dritt tal-Unjoni u skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.
3.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni
Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq f’konformità mal-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż mal-proposta.
4.Bażi legali
4.1.Bażi legali proċedurali
L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”
Id-deċiżjoni li l-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq mitlub jadotta tikkostitwixxi att li jkollu effetti legali. L-att previst la jissupplimenta u lanqas jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-kooperazzjoni. Għalhekk, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.
4.2.Bażi legali sostantiva
Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u l-kontenut tal-att previst li dwaru tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew il-komponenti jkun identifikabbli bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tissejjes fuq bażi legali sostantiva unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew il-komponent ewlieni jew predominanti.
L-objettiv u l-kontenut ewlenin tal-att previst jirrigwardaw il-politika tat-trasport.
Għalhekk, il-bażi legali sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 91 tat-TFUE.
4.3.Konklużjoni
Il-bażi legali tad-deċiżjoni proposta għandha tkun l-Artikolu 91 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.
5.Pubblikazzjoni tal-att previst
Id-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara li tiġi adottata.
2025/0257 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar lista komuni ta’ ksur serju li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021.
(2)Skont l-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 ta’ dak il-Ftehim, il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, stabbilit skont l-Artikolu 8(1), il-punt (o), ta’ dak il-Ftehim, għandu s-setgħa jadotta deċiżjoni dwar lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1, jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba.
(3)L-Artikolu 6 tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi kundizzjonijiet dettaljati marbuta mar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba għal operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. B’mod partikolari, il-paragrafi 2 u 3 tiegħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom il-ksur elenkat fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-ewwel paragrafu tiegħu, li jiġġarrab minn operatur, jista’ jwassal għal proċedura amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment u għat-telf ta’ reputazzjoni tajba. L-Appendiċi 31-A-1-1 jistabbilixxi wkoll lista tal-aktar seba’ każijiet ta’ ksur serji li jridu jiskattaw proċedura amministrattiva mill-awtorità kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment.
(4)Lista komuni ta’ ksur tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew tal-liġijiet tal-Unjoni jew nazzjonali relatati mal-kwistjonijiet elenkati fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni tista’ ttejjeb l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi adottata bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, skont l-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba.
(5)Għalhekk, jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, billi l-att previst se jkun vinkolanti għall-Unjoni.
(6)Jaf ikun meħtieġ li l-oqfsa legali nazzjonali jiġu adattati biex jipprevedu l-introduzzjoni tal-ksur serju addizzjonali li jinsab fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, sabiex iż-żewġ Partijiet ikunu jistgħu jaqblu u jistabbilixxu l-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ksur serju mwettaq fil-Parti l-oħra ta’ dak l-istabbiliment f’konformità mal-Artikolu 14(5) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jixraq li tiġi stabbilita data tal-applikazzjoni tal-att previst. Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2025.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1.Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, fir-rigward tal-lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju, li, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, hija stabbilita fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
2.Bidliet żgħar fl-abbozz tad-deċiżjoni mehmuż tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq jistgħu jiġu deċiżi mill-Kummissjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ġdida.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.9.2025
COM(2025) 466 final/2 DOWNGRADED ON 12.11.2025
ANNESS
tal-proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar lista komuni ta’ ksur serju li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba
Deċiżjoni Nru [daħħal in-numru ta’ din id-Deċiżjoni — għad irid jiġi kkonfermat 1/2025] tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq
stabbilita bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra
ta’ …
dwar il-kategoriji, it-tipi u l-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba għal operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT GĦAT-TRASPORT BIT-TRIQ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra(“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 468(5) u l-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tiegħu,
Billi:
(1).
(2) L-Artikolu 6 tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi kundizzjonijiet dettaljati relatati mar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba għal operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. B’mod partikolari, il-paragrafi 2 u 3 tiegħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom il-ksur elenkat fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-ewwel paragrafu tiegħu mġarrab minn operatur jista’ jwassal għal proċedura amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment, u jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba. L-Appendiċi 31-A-1-1 jistabbilixxi wkoll lista tal-aktar seba’ każijiet ta’ ksur serji li jridu jiskattaw proċedura amministrattiva mill-awtorità kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment.
(3)Lista komuni ta’ ksur tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew tal-liġijiet tal-Unjoni jew nazzjonali relatati mal-kwistjonijiet elenkati fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni tista’ ttejjeb l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Għalhekk, lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju li jista’, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, iwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba, jenħtieġ li tiġi adottata bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq, skont l-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.
(4) Jaf ikun meħtieġ li l-oqfsa legali nazzjonali jiġu adattati biex jipprevedu l-introduzzjoni tal-ksur serju addizzjonali li jinsab f’din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, sabiex iż-żewġ Partijiet ikunu jistgħu jaqblu u jistabbilixxu l-modalitajiet tal-iskambju tal-informazzjoni relatata ma’ ksur serju mwettaq fil-Parti l-oħra ta’ dak l-istabbiliment f’konformità mal-Artikolu 14(5) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jixraq li tiġi stabbilita data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2025.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kategoriji, tipi u gradi ta’ serjetà tal-ksur
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-lista tal-kategoriji, tat-tipi u tal-gradi ta’ serjetà ta’ ksur serju tar-regoli tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fit-trasport tal-oġġetti bit-triq li, kif stabbilit fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni, flimkien ma’ dak stabbilit fl-Appendiċi 31-A-1-1 tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba ta’ operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq
Il-Kopresidenti
ANNESSI
Anness I
It-tabelli li ġejjin fihom il-kategoriji u t-tipi ta’ ksur serju tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, maqsum fi tliet kategoriji ta’ serjetà skont il-potenzjal tiegħu li joħloq riskju ta’ fatalitajiet jew ta’ korrimenti gravi u/jew li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq: l-aktar ksur serju (MSI, most serious infringement), ksur serju ħafna (VSI, very serious infringement) u ksur serju (SI, serious infringement).
(1)Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIPI TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
Perjodi tas-sewqan
|
|
1.
|
L-Artikolu 4(1) u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan ta’ 9 sigħat kuljum jekk ma jkunx possibbli li jiġi estiż għal 10 sigħat
|
10 sigħat ≤ … < 11-il siegħa
|
|
|
X
|
|
2.
|
|
|
11-il siegħa ≤ …
|
|
X
|
|
|
3.
|
|
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan ta’ 9 sigħat kuljum b’50 % jew aktar
|
13-il siegħa u nofs ≤ …
|
X
|
|
|
|
4.
|
|
Jinqabeż il-ħin estiż tas-sewqan ta’ 10 sigħat kuljum jekk l-estensjoni tkun permessa
|
11-il siegħa ≤ … < 12-il siegħa
|
|
|
X
|
|
5.
|
|
|
12-il siegħa ≤ …
|
|
X
|
|
|
6.
|
|
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan ta’ 10 sigħat kuljum b’50 % jew aktar
|
15-il siegħa ≤ …
|
X
|
|
|
|
7.
|
L-Artikolu 4(2) u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan tal-ġimgħa
|
60 siegħa ≤ … < 65 siegħa
|
|
|
X
|
|
8.
|
|
|
65 siegħa ≤ … < 70 siegħa
|
|
X
|
|
|
9.
|
|
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan tal-ġimgħa b’25 % jew aktar
|
70 siegħa ≤ …
|
X
|
|
|
|
10.
|
L-Artikolu 4(3) u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan massimu totali f’ġimagħtejn konsekuttivi
|
100 siegħa ≤ … < 105 sigħat
|
|
|
X
|
|
11.
|
|
|
105 sigħat ≤ … < 112-il siegħa u nofs
|
|
X
|
|
|
12.
|
|
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan massimu totali f’ġimagħtejn konsekuttivi b’25 % jew aktar
|
112-il siegħa u nofs ≤ …
|
X
|
|
|
|
Brejks
|
|
13.
|
Artikolu 5
|
Jinqabeż il-ħin tas-sewqan mhux interrott ta’ 4,5 sigħat qabel il-brejk
|
5 sigħat ≤ … < 6 sigħat
|
|
|
X
|
|
14.
|
|
|
6 sigħat ≤ …
|
|
X
|
|
|
Perjodi ta’ mistrieħ
|
|
15.
|
L-Artikolu 6(2)
|
Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum insuffiċjenti ta’ inqas minn 11-il siegħa jekk mhux permess perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum imnaqqas
|
8 sigħat u nofs ≤ … < 10 sigħat
|
|
|
X
|
|
16.
|
|
|
… < 8 sigħat u nofs
|
|
X
|
|
|
17.
|
|
Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum imnaqqas insuffiċjenti ta’ inqas minn 9 sigħat jekk it-tnaqqis huwa permess
|
7 sigħat ≤ … < 8 sigħat
|
|
|
X
|
|
18.
|
|
|
… < 7 sigħat
|
|
X
|
|
|
19.
|
|
Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum maqsum insuffiċjenti ta’ inqas minn 3 sigħat + 9 sigħat
|
3 sigħat + [7 sigħat ≤ … < 8 sigħat]
|
|
|
X
|
|
20.
|
|
|
3 sigħat + [… < 7 sigħat]
|
|
X
|
|
|
21.
|
L-Artikolu 6(5)
|
Perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum insuffiċjenti ta’ inqas minn 9 sigħat għal vettura b’aktar minn sewwieq wieħed
|
7 sigħat ≤ … < 8 sigħat
|
|
|
X
|
|
22.
|
|
|
… < 7 sigħat
|
|
X
|
|
|
23.
|
L-Artikolu 6(6)
|
Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa mnaqqas insuffiċjenti ta’ inqas minn 24 siegħa
|
20 siegħa ≤ … < 22 siegħa
|
|
|
X
|
|
24.
|
|
|
… < 20 siegħa
|
|
X
|
|
|
25.
|
|
Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa insuffiċjenti ta’ inqas minn 45 siegħa jekk ma jkunx permess perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa mnaqqas
|
36 siegħa ≤ … < 42 siegħa
|
|
|
X
|
|
26.
|
|
|
… < 36 siegħa
|
|
X
|
|
|
27.
|
|
Aktar minn sitt perjodi konsekuttivi ta’ 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta’ mistrieħ fil-ġimgħa
|
3 sigħat ≤ … < 12-il siegħa
|
|
|
X
|
|
28.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12-il siegħa ≤ …
|
|
X
|
|
|
29.
|
L-Artikolu 6(7)
|
L-ebda mistrieħ ta’ kumpens għal żewġ perjodi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa mnaqqsa konsekuttivi
|
|
|
X
|
|
|
30.
|
L-Artikolu 6(9)
|
Perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jew kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud f’vettura
|
|
|
X
|
|
|
31.
|
|
L-impjegatur ma jkoprix il-kostijiet tal-akkomodazzjoni barra mill-vettura
|
|
|
|
X
|
|
Organizzazzjoni tax-xogħol
|
|
32.
|
L-Artikolu 6(10)
|
Impriża tat-trasport li ma tkunx qed torganizza x-xogħol tas-sewwieqa b’tali mod li s-sewwieqa jkunu jistgħu jirritornaw lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur, jew jirritornaw lejn il-post tar-residenza tas-sewwieqa
|
|
X
|
|
|
33.
|
L-Artikolu 7(1)
|
Rabta bejn il-paga/ħlas u d-distanza vvjaġġata, il-veloċità tat-twassil u/jew l-ammont ta’ oġġetti trasportati
|
|
X
|
|
|
34.
|
L-Artikolu 7(2)
|
L-ebda organizzazzjoni jew organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tas-sewwieq, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lis-sewwieq biex ikun jista’ jikkonforma mal-liġi
|
|
X
|
|
(2)Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 4 tal-Parti B u tat-Taqsima 2 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIPI TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
Installazzjoni ta’ takografu
|
|
1.
|
L-Artikoli 3 u 5 tat-Taqsima 2 tal-Parti C u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
L-ebda takografu tat-tip approvat installat u użat
|
X
|
|
|
|
Użu tat-takografu, tal-kard tas-sewwieq jew tal-folja ta’ reġistrazzjoni
|
|
2.
|
L-Artikolu 6(1) tat-Taqsima 2 tal-Parti C
|
L-użu ta’ takografu mhux spezzjonat minn workshop approvat
|
|
X
|
|
|
3.
|
L-Artikoli 3 tat-Taqsima 4 tal-Parti B u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
Is-sewwieq ikollu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn waħda mill-kards tas-sewwieq tiegħu
|
|
X
|
|
|
4.
|
|
Sewqan b’kard tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħajr kard tas-sewwieq)
|
X
|
|
|
|
5.
|
|
Sewqan b’kard tas-sewwieq li s-sewwieq mhuwiex id-detentur tagħha (meqjus bħala sewqan mingħajr kard tas-sewwieq)
|
X
|
|
|
|
6.
|
|
Sewqan b’kard tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta’ dokumenti falsifikati (meqjus bħala sewqan mingħajr kard tas-sewwieq)
|
X
|
|
|
|
7.
|
L-Artikolu 7(1) tat-Taqsima 4 tal-Parti B u l-Artikolu 15(1) tat-Taqsima 2 tal-Parti C.
|
It-takografu ma jaħdimx sew (eż.: it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat kif suppost)
|
|
X
|
|
|
8.
|
|
It-takografu mhux użat kif suppost (eż.: użu ħażin b’mod intenzjonat, volontarju jew impost, nuqqas ta’ struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.)
|
|
X
|
|
|
9.
|
L-Artikoli 7(2) tat-Taqsima 4 tal-Parti B u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
Il-pussess fil-vettura u/jew l-użu ta’ apparat frodulenti li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu
|
X
|
|
|
|
10.
|
|
Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-data rreġistrata fuq il-folji ta’ reġistrazzjoni jew tad-data maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-kard tas-sewwieq
|
X
|
|
|
|
11.
|
L-Artikolu 15(2) tat-Taqsima 2 tal-Parti C
|
L-impriża ma żżommx folji ta’ reġistrazzjoni, kopji stampati u data ddawnlowdjata
|
|
X
|
|
|
12.
|
|
Id-data rreġistrata u maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena
|
|
X
|
|
|
13.
|
L-Artikolu 6(1) tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Użu skorrett tal-folji ta’ reġistrazzjoni/kard tas-sewwieq
|
|
X
|
|
|
14.
|
|
Irtirar mhux awtorizzat tal-folji ta’ reġistrazzjoni jew tal-kard tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-data rilevanti
|
|
X
|
|
|
15.
|
|
Użu ta’ folja ta’ reġistrazzjoni jew ta’ kard tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak li tkun maħsuba għalih u t-telf ta’ xi data
|
|
X
|
|
|
16.
|
L-Artikolu 6(2) tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Użu ta’ folji ta’ reġistrazzjoni jew kards tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u data li ma tkunx tista’ tinqara
|
|
X
|
|
|
17.
|
L-Artikolu 6(3) tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Nuqqas ta’ użu ta’ input manwali meta jkun meħtieġ
|
|
X
|
|
|
18.
|
L-Artikolu 6(4) tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Nuqqas ta’ użu ta’ folja ta’ reġistrazzjoni korretta jew il-kard tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)
|
|
|
X
|
|
19.
|
L-Artikolu 6(5) tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Użu skorrett tal-mekkaniżmu ta’ kommutazzjoni
|
|
X
|
|
|
Preżentazzjoni tal-informazzjoni
|
|
20.
|
L-Artikolu 6(5), il-punt (b)(v), tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Użu skorrett jew nuqqas ta’ użu tas-sinjal tal-lanċa/ferrovija
|
|
|
X
|
|
21.
|
L-Artikolu 6(6) tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
L-informazzjoni meħtieġa mhix imdaħħla fil-folja ta’ reġistrazzjoni
|
|
X
|
|
|
22.
|
L-Artikolu 6(7) tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Ir-reġistrazzjonijiet ma jurux is-simboli tal-pajjiżi li l-fruntieri tagħhom ikunu nqasmu mis-sewwieq matul il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum
|
|
|
X
|
|
23.
|
L-Artikolu 6(7) tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Ir-reġistrazzjonijiet ma jurux is-simboli tal-pajjiżi fejn beda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum tas-sewwieq
|
|
|
X
|
|
24.
|
L-Artikolu 10 tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Ir-rifjut ta’ verifika
|
|
X
|
|
|
25.
|
|
Mhux possibbli li jiġu ppreżentati r-reġistrazzjonijiet manwali u l-kopji stampati ta’ matul dik il-ġurnata u matul is-56 jum preċedenti
|
|
X
|
|
|
26.
|
|
Mhux possibbli li tiġi ppreżentata l-kard tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda
|
|
X
|
|
|
Funzjonament ħażin
|
|
27.
|
L-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 5(1) tat-Taqsima 2 tal-Parti C
|
Takografu mhux imsewwi minn installatur jew workshop approvat
|
|
X
|
|
|
28.
|
L-Artikolu 11 tat-Taqsima 4 tal-Parti B
|
Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni meħtieġa kollha għall-perjodi ta’ ħin li ma jibqgħux jiġu rreġistrati meta t-takografu jieqaf jaħdem jew ikun qed jaħdem ħażin
|
|
X
|
|
(3)Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 3 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIPI TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
Ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa
|
|
1.
|
L-Artikolu 3
|
Jinqabeż il-ħin tax-xogħol massimu ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa jekk il-possibbiltajiet li jiġi estiż għal 60 siegħa jkunu diġà ġew eżawriti
|
56 siegħa ≤ … 60 siegħa
|
|
|
X
|
|
2.
|
|
|
60 siegħa ≤ …
|
|
X
|
|
|
3.
|
|
Jinqabeż il-ħin tax-xogħol massimu ta’ 60 siegħa fil-ġimgħa jekk ma tingħata l-ebda deroga skont l-Artikolu 7
|
65 siegħa ≤ … < 70 siegħa
|
|
|
X
|
|
4.
|
|
|
70 siegħa ≤ …
|
|
X
|
|
|
Brejks
|
|
5.
|
L-Artikolu 4
|
Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol ikun ta’ bejn 6 u 9 sigħat
|
10 minuti < … ≤ 20 minuta
|
|
|
X
|
|
6.
|
|
|
… ≤ 10 minuti
|
|
X
|
|
|
7.
|
|
Brejk obbligatorju insuffiċjenti meħud meta l-ħin tax-xogħol jaqbeż id-9 sigħat
|
20 minuta < … ≤ 30 minuta
|
|
|
X
|
|
8.
|
|
|
… ≤ 20 minuta
|
|
X
|
|
|
Xogħol ta’ filgħaxija
|
|
9.
|
L-Artikolu 6
|
Ħin tax-xogħol ta’ kuljum f’kull 24 siegħa meta jitwettaq ix-xogħol ta’ filgħaxija jekk ma tingħata l-ebda deroga skont l-Artikolu 7
|
11-il siegħa ≤ … < 13-il siegħa
|
|
|
X
|
|
10.
|
|
|
13-il siegħa ≤ …
|
|
X
|
|
|
Reġistrazzjonijiet
|
|
11.
|
L-Artikolu 8
|
L-impjegaturi jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet tal-ħin tax-xogħol jew jirrifjutaw li jipprovdu r-reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni
|
|
X
|
|
|
12.
|
|
Is-sewwieqa impjegati/li jaħdmu għal rashom jiffalsifikaw ir-reġistrazzjonijiet jew jirrifjutaw li jipprovdu r-reġistrazzjonijiet lill-uffiċjal tal-ispezzjoni
|
|
X
|
|
(4)Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIPI TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
Piżijiet
|
|
1.
|
L-Artikolu 1 u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
Jinqabżu l-piżijiet massimi permissibbli għal vetturi N3
|
5 % ≤ … < 10 %
|
|
|
X
|
|
2.
|
|
|
10 % ≤ … < 20 %
|
|
X
|
|
|
3.
|
|
|
20 % ≤ …
|
X
|
|
|
|
4.
|
|
Jinqabżu l-piżijiet massimi permissibbli għal vetturi N2
|
5 % ≤ … < 15 %
|
|
|
X
|
|
5.
|
|
|
15 % ≤ … < 25 %
|
|
X
|
|
|
6.
|
|
|
25 % ≤ …
|
X
|
|
|
|
Tulijiet
|
|
7.
|
L-Artikolu 1
|
Jinqabeż it-tul massimu permissibbli
|
2 % < … < 20 %
|
|
|
X
|
|
8.
|
|
|
20 % ≤ …
|
|
X
|
|
|
Wisa’
|
|
9.
|
L-Artikolu 1
|
Tinqabeż il-wisa’ massima permissibbli
|
2,65 m ≤ … < 3,10 m
|
|
|
X
|
|
10.
|
|
|
3,10 m ≤ …
|
|
X
|
|
(5)Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar l-ispezzjoni teknika mal-ġenb tat-triq
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIPI TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
Affidabbiltà stradali
|
|
1.
|
L-Artikolu 6(1)(b)(iv) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31
u
l-Appendiċi 31-A-1-1
|
Sewqan mingħajr prova valida ta’ testijiet tal-affidabilità stradali b’suċċess, kif meħtieġ mid-dritt tal-UE u tar-Renju Unit
|
X
|
|
|
|
2.
|
|
In-nuqqas ta’ żamma ta’ vettura f’kundizzjoni sikura u tajba għat-triq li jirriżulta f’difett serju ħafna fis-sistema tal-ibbrejkjar, fil-konnessjonijiet tal-istering, fir-roti/tajers, fis-sospensjoni jew ix-xażi jew f’tagħmir ieħor li joħloq tali riskju immedjat għas-sikurezza fit-toroq li jwassal għad-deċiżjoni li l-vettura tiġi mobilizzata
|
X
|
|
|
(6)Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar ir-regolaturi tal-veloċità eċċessiva
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIPI TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
1.
|
L-Artikolu 6(1)(b)(vii) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31
|
L-ebda regolatur tal-veloċità eċċessiva installat
|
X
|
|
|
|
2.
|
|
Ir-regolatur tal-veloċità eċċessiva ma jissodisfax ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli
|
|
X
|
|
|
3.
|
|
Ir-regolatur tal-veloċità eċċessiva ma jiġix installat minn workshop approvat
|
|
|
X
|
|
4.
|
|
Il-pussess u/jew l-użu ta’ apparat frodulenti li kapaċi jiffalsifika d-data tar-regolatur tal-veloċità eċċessiva jew il-pussess u/jew l-użu ta’ regolatur tal-veloċità eċċessiva frodulenti
|
X
|
|
|
(7)Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIP TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
Taħriġ u liċenzja
|
|
1.
|
L-Artikolu 3
|
Il-ġarr ta’ oġġetti mingħajr kwalifika inizjali obbligatorja u/jew taħriġ perjodiku obbligatorju
|
|
X
|
|
|
2.
|
L-Artikolu 9 u l-Appendiċi 31-B-1-2
|
Ma jkunx possibbli li s-sewwieq jippreżenta kard ta’ kwalifika valida jew il-liċenzja tas-sewqan bil-markatura, kif meħtieġ mid-dritt nazzjonali (eż: mitlufa, minsija, danneġġata, ma tistax tinqara)
|
|
|
X
|
(8)Gruppi ta’ ksur tar-rekwiżiti tal-liċenzja tas-sewqan
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIP TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
1.
|
L-Artikolu 6(1)(b)(viii) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31
u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
Il-ġarr ta’ oġġetti mingħajr liċenzja tas-sewqan valida
|
X
|
|
|
|
2.
|
|
L-użu ta’ liċenzja tas-sewqan danneġġata jew li ma tistax tinqara jew li mhijiex konformi mal-mudell komuni
|
|
|
X
|
(9)Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIP TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
1.
|
L-Artikolu 6(1)(b)(vi) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31
u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
It-trasport ta’ oġġetti perikolużi li għalihom huwa pprojbit it-trasport
|
X
|
|
|
|
2.
|
|
It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’mezzi ta’ konteniment ipprojbiti jew mhux approvati tant jipperikola ħajjiet jew joħloq riskju għall-ambjent li jwassal għad-deċiżjoni li l-vettura tiġi mmobilizzata
|
X
|
|
|
|
3.
|
|
It-trasport ta’ oġġetti perikolużi mingħajr ma jiġu identifikati fuq il-vettura bħala oġġetti perikolużi, li jqiegħed il-ħajja jew l-ambjent f’periklu sa tali punt li dan iwassal għad-deċiżjoni li l-vettura tiġi mmobilizzata
|
X
|
|
|
|
4.
|
|
It-tnixxija ta’ sustanzi perikolużi
|
|
X
|
|
|
5.
|
|
Il-ġarr sfuż f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb
|
|
X
|
|
|
6.
|
|
Il-ġarr f’vettura mingħajr ċertifikat xieraq ta’ approvazzjoni
|
|
X
|
|
|
7.
|
|
Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni u tippreżenta periklu immedjat
|
|
X
|
|
|
8.
|
|
Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw l-irbit u l-istivar tat-tagħbija
|
|
X
|
|
|
9.
|
|
Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw it-tagħbija mħallta ta’ pakketti
|
|
X
|
|
|
10.
|
|
Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-kwantitajiet li jinġarru f’unità waħda tat-trasport, inkluż livelli permissibbli tal-mili tat-tankijiet jew tal-pakketti;
|
|
X
|
|
|
11.
|
|
Nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza li qed tinġarr li tippermetti d-determinazzjoni tal-livell ta’ serjetà tal-offiża (eż: in-numru NU, l-isem uffiċjali tat-trasport , il-grupp tal-ippakkjar)
|
|
X
|
|
|
12.
|
|
Is-sewwieq ma għandux ċertifikat ta’ taħriġ vokazzjonali validu
|
|
X
|
|
|
13.
|
|
Qed jintuża nar jew dawl mhux protett
|
|
X
|
|
|
14.
|
|
Il-projbizzjoni fuq it-tipjip mhijiex qed tiġi osservata.
|
|
X
|
|
|
15.
|
|
Il-vettura mhijiex qed tiġi ssorveljata kif suppost jew mhijiex ipparkjata kif suppost
|
|
|
X
|
|
16.
|
|
L-unità tat-trasport fiha aktar minn trejler/semitrejler wieħed
|
|
|
X
|
|
17.
|
|
Il-vettura ma għadhiex tikkonforma mal-istandards ta’ approvazzjoni iżda ma tippreżentax periklu immedjat
|
|
|
X
|
|
18.
|
|
Il-vettura mhijiex qed iġġorr ċilindri tat-tifi tan-nar operazzjonali kif meħtieġ
|
|
|
X
|
|
19.
|
|
Il-vettura ma fihiex it-tagħmir meħtieġ mill-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (ADR, Agreement concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Road) jew mill-istruzzjonijiet bil-miktub
|
|
|
X
|
|
20.
|
|
Il-ġarr ta’ pakketti b’imballaġġ danneġġat, kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar jew imballaġġ kbir jew imballaġġ danneġġat, mhux imnaddaf u vojt
|
|
|
X
|
|
21.
|
|
Il-ġarr ta’ oġġetti imballati f’kontejner li mhuwiex strutturalment tajjeb
|
|
|
X
|
|
22.
|
|
It-tankijiet/il-kontejners tank (fosthom dawk vojta u mhux imnaddfa) ma ngħalqux sew
|
|
|
X
|
|
23.
|
|
It-tikkettar, l-immarkar jew il-plakards ta’ fuq il-vettura u/jew il-konteniment skorrett(i)
|
|
|
X
|
|
24.
|
|
L-ebda struzzjonijiet bil-miktub li jikkonformaw mal-ADR, jew l-struzzjonijiet bil-miktub mhumiex rilevanti għall-oġġetti li jkunu qed jinġarru
|
|
|
X
|
(10)Gruppi ta’ ksur tat-titolu I tat-tielet intestatura tat-tieni parti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIPI TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
Liċenzja
|
|
1.
|
L-Artikolu 463(1) u l-Appendiċi 31-A-1-1
|
Il-ġarr ta’ oġġetti mingħajr liċenzja valida (jiġifieri liċenzja li ma teżistix, iffalsifikata, irtirata, skaduta, eċċ.)
|
X
|
|
|
|
2.
|
L-Artikolu 463(3)
|
L-impriża tat-trasport bit-triq jew is-sewwieq ma jkunux jistgħu jippreżentaw liċenzja valida jew kopja attestata awtentika valida tal-liċenzja lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri l-liċenzja jew il-kopja attestata awtentika tkun mitlufa, minsija, danneġġata eċċ.)
|
|
X
|
|
|
Attestazzjoni tas-sewwieq
|
|
3.
|
L-Artikolu 6(1)(b)(v) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31
|
Sewwieqa li jġorru oġġetti mingħajr attestazzjoni tas-sewwieq valida (jiġifieri l-attestazzjoni tas-sewwieq ma tkunx teżisti jew tkun iffalsifikata, irtirata, skaduta, eċċ.)
|
|
X
|
|
|
4.
|
L-Artikolu 6(1)(b)(v) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31
|
Ma jkunx possibbli li s-sewwieq jew l-impriża tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jippreżentaw attestazzjoni valida tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika valida tagħha lill-uffiċjal tal-ispezzjoni (jiġifieri attestazzjoni tas-sewwieq jew kopja attestata awtentika tagħha mitlufa, minsija, danneġġata, eċċ.)
|
|
|
X
|
|
Operazzjonijiet speċifiċi tat-trasport permessi skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
5.
|
L-Artikolu 462, il-paragrafi 3 sa 7
|
It-twettiq ta’ kabotaġġ jew ta’ operazzjonijiet oħra tat-trasport mhux f’konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi, inkluż il-limitazzjonijiet fuq l-għadd ta’ vjaġġi, fis-seħħ fil-Parti ospitanti.
|
|
X
|
|
(11)Gruppi ta’ ksur tar-regoli dwar it-trasport tal-annimali
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIP TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
1.
|
L-Artikolu 6(1)(b)(x) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31
|
Id-diviżorji mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-piż tal-annimali
|
|
X
|
|
|
2.
|
|
L-użu ta’ rampi tat-tagħbija jew tal-ħatt b’uċuħ jiżolqu li ma għandhomx protezzjonijiet laterali jew li huma weqfin wisq
|
|
|
X
|
|
3.
|
|
L-użu ta’ pjattaformi ta’ rfigħ jew ta’ sulari ta’ fuq li ma għandhomx barrieri tas-sikurezza li jżommu lill-annimali milli jaqgħu jew milli jaħarbu matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt
|
|
|
X
|
|
4.
|
|
Mezzi tat-trasport mhux approvati għal vjaġġi twal, jew mhux approvati għat-tip ta’ annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati.
|
|
|
X
|
|
5.
|
|
It-trasport mingħajr id-dokumentazzjoni valida meħtieġa, il-ġurnal tal-vjaġġ jew l-awtorizzazzjoni jew iċ-ċertifikat ta’ kompetenza tat-trasportatur
|
|
|
X
|
(12)Gruppi ta’ ksur tal-liġijiet applikabbli għall-obbligi kuntrattwali
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIPI TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
1.
|
L-Artikolu 6(1)(b)(xii) tat-Taqsima 1 tal-Parti A tal-Anness 31
|
Ksur tal-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali
|
|
X
|
|
(13)Gruppi ta’ ksur tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 31 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni
|
|
BAŻI LEGALI
|
TIPI TA’ KSUR
|
LIVELL TA’ SERJETÀ
|
|
|
|
|
MSI
|
VSI
|
SI
|
|
1.
|
L-Artikolu 6(1), il-punt (a)
|
Informazzjoni mhux kompluta dwar id-dikjarazzjoni tal-istazzjonar
|
|
|
X
|
|
2.
|
|
Nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-istazzjonar lill-pajjiż li fih jiġi stazzjonat is-sewwieq mhux aktar tard mill-bidu tal-istazzjonar
|
|
X
|
|
|
3.
|
L-Artikolu 6(1), il-punt (b)
|
Dikjarazzjoni tal-istazzjonar iffalsifikata għas-sewwieqa
|
|
X
|
|
|
4.
|
|
Impossibbiltà għas-sewwieq li jippreżenta dikjarazzjoni tal-istazzjonar valida
|
|
X
|
|
|
5.
|
|
Nuqqas ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tas-sewwieq ta’ dikjarazzjoni tal-stazzjonar valida
|
|
X
|
|
|
6.
|
L-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu
|
Nuqqas ta’ sottomissjoni tad-dokumenti mitluba lill-pajjiż ospitanti fi żmien 8 ġimgħat mid-data tat-talba. L-Artikolu 6(1), il-punt (c), jispeċifika t-tipi ta’ dokumenti li jridu jiġu pprovduti
|
|
X
|
|
|
7.
|
L-Artikolu 6(4)
|
Nuqqas min-naħa tal-operatur li jżomm id-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar aġġornati fl-interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern
|
|
|
X
|
ANNESS II
Gradi ta’ serjetà tal-ksur serju
(1)Il-gradi ta’ serjetà tal-ksur għandhom ikunu serji (“SI”), serji ħafna (“VSI”) u l-aktar serji (“MSI”).
(2)Ksur serju u serju ħafna, meta jitwettaq ripetutament mill-istess operatur, għandu jitqies bħala aktar serju mill-awtorità kompetenti fil-Parti tal-istabbiliment. Meta tiġi kkalkolata l-frekwenza tal-okkorrenza tal-ksur ripetut, l-awtoritajiet kompetenti fil-Parti għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin:
–Is-serjetà tal-ksur (SI jew VSI);
–Il-ħin (mill-inqas perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttiv mid-data ta’ kontroll);
–L-għadd ta’ vetturi li jintużaw għall-attivitajiet tat-trasport ġestiti mill-maniġer tat-trasport (medja għal kull sena).
(3)Filwaqt li jitqies il-potenzjal li jinħoloq riskju għas-sikurezza fit-toroq, il-frekwenza massima ta’ ksur serju lil hinn minn dak li għandu jitqies bħala iżjed serju għandha tiġi stabbilita kif ġej:
–3 SI għal kull vettura fis-sena = 1 VSI;
–3 VSI għal kull vettura fis-sena = tnedija ta’ proċedura nazzjonali dwar ir-reputazzjoni tajba.
(4)L-għadd ta’ ksur għal kull vettura fis-sena huwa ċ-ċifra medja kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-għadd totali tal-ksur kollu tal-istess livell ta’ serjetà (SI jew VSI) bl-għadd medju ta’ vetturi użati matul is-sena. Il-formula tal-frekwenza tipprevedi limitu massimu għall-okkorrenza tal-ksur serju li lil hinn minnu dan għandu jitqies bħala aktar serju. L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet jistgħu jistabbilixxu limiti aktar stretti jekk dawn ikunu previsti fil-proċedura amministrattiva nazzjonali tagħhom għall-valutazzjoni tar-reputazzjoni tajba.