Brussell, 3.7.2025

COM(2025) 353 final

2025/0190(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-disinji tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lissimplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali wkoll li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anki f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3.Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) 2 , filwaqt li saħqu fuq l-importanza talkodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura aċċelerata għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tarRegolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji 3 . IrRegolament ilġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih 4 ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss dawk l-adattazzjonijiet formali meħtieġa milleżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5.Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fillingwi uffiċjali [kollha, tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u dawk ġodda tidher fit-tabella stabbilita fl-Anness III tar-Regolament ikkodifikat.

2025/0190 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-disinji tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

🡻 6/2002 (adattat)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat  dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea  , u b'mod partikolari l-Artikolu  118, l-ewwel paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

🡻 

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 6  ġie emendat kemm-il darba 7 b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi kkodifikat.

🡻 2024/2822 premessa 1 (adattat)

(2)Ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 ħoloq sistema ta’ protezzjoni tad-disinji speċifika għall Komunità Ewropea  issa l-Unjoni Ewopea  li minn dak iż-żmien ’l hawn ipprevediet għall-protezzjoni tad-disinji fil-livell tal-Unjoni b’mod parallel mal-protezzjoni tad-disinji disponibbli fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tad-disinji, armonizzati skont id-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 .

🡻 6/2002 premessa 7 (adattat)

(3)Il-protezzjoni tad-disinji industrijali mhux biss tippromwovi l-kontribuzzjoni tad-disinjaturi individwali għas-  kisba  tal-eċċellenza  tal-Unjoni  fil-qasam, imma wkoll tinkoraġġixxi l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' prodotti ġodda u l-investiment fil-produzzjoni tagħhom.

🡻 6/2002 premessa 8 (adattat)

(4)Konsegwentement sistema aċċessibbli tal-protezzjoni tad-disinji addattata għall-ħtiġiet tas-suq intern hija essenzjali għall-industriji  tal-Unjoni  .

🡻 2024/2822 premessa 4 (adattat)

(5)Minn meta ġiet stabbilita s-sistema tad-disinji Komunitarji issa l-esperjenza bis-sistema tad-disinn tal-Unjoni Ewropea (‘disinn tal-UE)’ , wriet li d-disinjaturi u l-impriżi individwali mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi aċċettaw is-sistema u hija saret komplement jew alternattiva ta’ suċċess u vijabbli għall-protezzjoni tad-disinji fil-livell nazzjonali tal-Istati Membri.

🡻 2024/2822 premessa 6 (adattat)

(6)Madankollu, is-sistemi nazzjonali għall-protezzjoni tad-disinji jibqgħu meħtieġa għal dawk id-disinjaturi u l-intrapriżi individwali li ma jkunux jixtiequ l-protezzjoni tad-disinji tagħhom fil-livell tal-Unjoni, jew li ma jkunux jistgħu jiksbu protezzjoni fl-Unjoni kollha, minkejja li ma jiffaċċaw l-ebda ostaklu biex jiksbu protezzjoni nazzjonali. Jenħtieġ li tkun il-fakultà ta’ kull persuna li tkun qed tfittex il-protezzjoni ta’ disinn li tiddeċiedi liema tip ta’ protezzjoni tixtieq tikseb, kemm jekk tkun dritt ta’ disinn nazzjonali fi Stat Membru wieħed jew aktar, disinn tal- Unjoni Ewropea  biss, jew it-tnejn.

🡻 2024/2822 premessa 8 (adattat)

(7)Il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali dwar id-disinji jenħtieġ li jkunu konformi mas-sistema tad-disinji tal-UE sa fejn ikun xieraq sabiex  jistabilixxu , kemm jista’ jkun, kundizzjonijiet ugwali għar-reġistrazzjoni u għall-protezzjoni tad-disinji fl-Unjoni kollha. Dan jenħtieġ li jiġi kkomplementat bl-isforzi tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (l-“Uffiċċju”), tal-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u tal-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali biex jippromwovu l-konverġenza tal-prattiki u tal-għodod fil-qasam tad-disinji fil-qafas ta’ kooperazzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 .

🡻 2024/2822 premessa 10

(8)B’mod komplementari għall-amministrazzjoni tas-sistema tad-disinn tal-UE, huwa essenzjali li l-Uffiċċju jippromwovi b’mod adegwat dik is-sistema bil-ħsieb li jqajjem kuxjenza u jtejjeb il-fehim tal-possibbiltà, il-valur u l-benefiċċji tal-kisba u l-użu tal-protezzjoni tad-disinn fil-livell tal-Unjoni.

🡻 2024/2822 premessa 11 (adattat)

(9)Sa mill-istabbiliment tas-sistema tad-disinn Komunitarju, il-prominenza dejjem tikber tat-teknoloġija tal-informazzjoni involviet il-wasla ta’ disinji ġodda li ma humiex inkorporati fi prodotti fiżiċi. Id-definizzjoni ta’ prodotti eliġibbli għall-protezzjoni tad-disinji  jenħtieġ li  tkopri b’mod ċar dawk inkorporati f’oġġett fiżiku, jew li jidhru fi grafika, jew li jidhru mill-arranġament spazjali ta’ oġġetti maħsuba biex jiffurmaw ambjent intern jew estern. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut ukoll li l-animazzjoni, bħall-moviment jew it-tranżizzjoni tal-karatteristiċi ta’ prodott jistgħu jikkontribwixxu għad-dehra tad-disinji, b’mod partikolari disinji li mhumiex inkorporati f’oġġett fiżiku.

🡻 2024/2822 premessa 12 (adattat)

(10)Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi  stabbilit  li l-protezzjoni tingħata lid-detentur tad-dritt, permezz tar-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE, għal dawk il-karatteristiċi, kollha jew parzjali, tad-disinn ta’ prodott li jintwerew b’mod viżibbli f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ dak id-disinn u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ pubblikazzjoni.

🡻 2024/2822 premessa 13 (adattat)

(11)Minbarra li jintwerew b’mod viżibbli f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE, il-karatteristiċi tad-disinn ta’ prodott ma għandhomx għalfejn ikunu viżibbli fi kwalunkwe ħin partikolari jew fi kwalunkwe sitwazzjoni partikolari ta’ użu sabiex jibbenefikaw mill-protezzjoni tad-disinn.  Jenħtieġ li tkun tapplilka  eċċezzjoni għal dan il-prinċipju għall-protezzjoni tad-disinn tal-partijiet komponenti ta’ prodott kumpless li jeħtieġ li jibqgħu viżibbli matul l-użu normali ta’ dak il-prodott.

🡻 6/2002 premessa 14

(12)L-istima dwar jekk disinn ikollux karattru individwali jenħtieġ li tkun imsejsa fuq jekk l-impressjoni ġenerali maħluqa fuq utent informat li jara d-disinn, tiddistingwix ruħha biċ-ċar minn dik maħluqa fuq it-tali utent mill-corpus eżistenti tad-disinn, filwaqt li jqis in-natura tal-prodott li fih id-disinn ikun ġie applikat jew inkorporat, u b'mod partikolari s-settur industrijali li għalih jappartjeni u l-grad tal-libertà tad-disinjatur fl-iżvilupp tad-disinn.

🡻 6/2002 premessa 10

(13)Jenħtieġ li l-innovazzjoni teknoloġika ma tiġix imfixkla billi tingħata protezzjoni tad-disinji lill-karatteristiċi ddettati biss b'funzjoni teknika. Huwa mifhum illi dan ma jintitolax illi disinn għandu ikollu kwalità estetika. Bl-istess mod, l-interoperabbiltà tal-prodotti ta' għamliet differenti jenħtieġ li ma tiġix imfixkla bl-estensjoni tal-protezzjoni għad-disinn ta' oġġetti mekkaniċi tat-twaħħil. B'konsegwenza ta' dan, jenħtieġ li dawk il-karatteristiċi li huma esklużi mill-protezzjoni għal dawk ir-raġunijiet ma jitqiesux għall-għan li jiġi vvalutat jekk il-karatteristiċi l-oħra tad-disinn jissodisfawx ir-rekwżiti biex jingħataw protezzjoni.

🡻 6/2002 premessa 11

(14)L-oġġetti mekkaniċi tat-twaħħil tal-prodotti modulari jistgħu madankollu jikkostitwixxu element importanti tal-karatteristiċi innovattivi tal-prodotti modulari u jippreżentaw gwadann maġġuri fil-marketing, u għalhekk jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-protezzjoni.

🡻 6/2002 premessa 15 (adattat)

(15)Disinn  tal-UE  għandu, safejn ikun possibbli, iservi l-ħtiġiet tas-setturi industrijali kollha fl-  Unjoni  .

🡻 6/2002 premessa 16

(16)Uħud minn dawk is-setturi jipproduċu numri kbar ta' disinji għal prodotti li spiss ikollhom ħajja qasira fis-suq meta l-protezzjoni mingħajr il-piż tal-formalitajiet tar-reġistrazzjoni tkun ta' vantaġġ u t-tul taż-żmien tal-protezzjoni jkun ta' sinifikat inqas. Mill-banda l-oħra, hemm ċerti setturi tal-industrija fejn il-vantaġġi tar-reġistrazzjoni għandhom valur minħabba ċ-ċertezza legali ikbar li tipprovdi u li jeħtieġu il-possibbiltà ta' protezzjoni iktar fit-tul li tkun ekwivalenti mal-prospettiva ta’ ħajja fis-suq tal-prodotti tagħhom.

🡻 6/2002 premessa 17

(17)Dan isejjaħ għal żewġ għamliet ta' protezzjoni, waħda għal disinn mhux irreġistrat u fuq tul ta’ żmien qasir u l-oħra għal disinn rreġistrat u fuq tul ta’ żmien itwal..

🡻 6/2002 premessa 18 (adattat)

(18)Disinn rreġistrat  tal-UE  jeħtieġ li jinżamm Reġistru li fih għandhom jiġu rreġistrati dawk l-applikazzjonijiet kollha li jħarsu l-kondizzjonijiet formali u li jkunu ġew assenjati data għall-infilzar. Jenħtieġ li, bi prinċpju, din is-sistema ta' reġistrazzjoni ma tkunx imsejsa fuq eżami sostantiv dwar il-konformità mar-rekwiżiti għall-protezzjoni qabel ir-reġistrazzjoni, biex b'hekk il-piż tar-reġistrazzjoni u piżijiet oħra jkunu minimi fuq l-applikanti.

🡻 6/2002 premessa 19 (adattat)

(19)Jenħtieġ li disinn  tal-UE  ma jiġix vvalidat għajr jekk id-disinn ikun ġdid u jkollu wkoll karattru individwali f'paragun ma' disinji oħra.

🡻 6/2002 premessa 20 (adattat)

(20)Huwa wkoll meħtieġ illi d-disinjatur jew is-suċċessur  tad-disenjatur  fit-titolu jitħallew jittestjaw fis-suq il-prodotti li jinkorporaw id-disinn qabel ma jiddeċiedu jekk ikunux jixtiequ l-protezzjoni li tirriżulta minn disinn rreġistrat  tal-UE  . Għal dan l-għan huwa meħtieġ li jiġi pprovdut illi l-iżvelar tad-disinn mid-disinjatur jew mis-suċċessur  tad-disenjatur  fit-titolu, jew żvelar abbużiv matul perjodu taż-żmien ta' 12-il xahar qabel id-data tal-infilzar tal-applikazzjoni għal disinn rreġistrat  tal-UE  jenħtieġ li ma jkunux ta' preġudizzju meta jiġu vvalutati n-novità jew il-karattru individwali tad-disinn inkwistjoni.

🡻 2024/2822 premessa 14

(21)Fid-dawl tal-użu dejjem jikber tat-teknoloġiji tal-istampar 3D f’oqsma differenti tal-industrija, inkluż bl-għajnuna tal-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll l-isfidi li jirriżultaw għad-detenturi tad-drittijiet tad-disinn biex iwaqqfu b’mod effettiv l-ikkupjar illeġittimu tad-disinji protetti tagħhom, huwa xieraq li jiġi previst li l-ħolqien, it-tniżżil, l-ikkupjar u d-disponibbiltà ta’ kwalunkwe mezz jew software li jirreġistra d-disinn għall-fini tar-riproduzzjoni ta’ prodott li jikser id-disinn protett, jikkostitwixxi użu tad-disinn li jenħtieġ li jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt.

🡻 2024/2822 premessa 15

(22)Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-disinn u tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni b’mod effettiv, u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fl-ambitu tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), b’mod partikolari l-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) dwar il-libertà ta’ tranżitu, u, fir-rigward ta’ mediċini ġeneriċi, id-Dikjarazzjoni ta’ Doha dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika, adottata mill-Konferenza Ministerjali tad-WTO fl-14 ta’ Novembru 2001, jenħtieġ li d-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE jkun intitolat li jwaqqaf lil partijiet terzi milli jġibu prodotti, matul il-kummerċ, minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk, meta, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt, tali prodotti jinkorporaw disinn li jkun identiku jew essenzjalment identiku għad-disinn irreġistrat tal-UE jew meta jiġi applikat disinn għal dawk il-prodotti li jkun identiku jew essenzjalment identiku għad-disinn irreġistrat tal-UE.

🡻 2024/2822 premessa 16

(23)Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun permissibbli għad-detenturi ta’ disinji rreġistrati tal-UE li jwaqqfu d-dħul ta’ prodotti ta’ kontravenzjoni u t-tqegħid ta’ tali prodotti fis-sitwazzjonijiet doganali kollha, anke meta tali prodotti ma jkunux maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Fit-twettiq tal-kontrolli doganali, l-awtoritajiet tad-dwana jenħtieġ li jagħmlu użu mis-setgħat u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 , inkluż fuq it-talba tad-detenturi tad-dritt. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tad-dwana jenħtieġ li jwettqu l-kontrolli rilevanti abbażi ta’ kriterji ta’ analiżi tar-riskju.

🡻 2024/2822 premessa 17

(24)Bil-għan li jittieħed kont simultanjament kemm tal-ħtieġa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta’ drittijiet marbutin mad-disinji kif ukoll tal-ħtieġa li jiġu evitati l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kummerċ ta’ prodotti leġittimi, jenħtieġ li d-dritt tad-detentur tad-disinn tal-UE irreġistrat jiskadi meta, matul proċedimenti mibdija f’qorti għad-disinji tal-Unjoni Ewropea (“qorti għad-disinji tal-UE”) li tkun kompetenti biex tieħu deċiżjoni sostantiva rigward jekk ikunx hemm ksur tad-disinn tal-UE, id-dikjarant jew id-detentur tal-prodotti jkun jista’ jagħti prova li d-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE ma jkunx intitolat li jipprojbixxi t-tqegħid tal-prodotti fis-suq fil-pajjiż destinatarju finali.

🡻 6/2002 premessa 21 (adattat)

(25)In-natura esklużiva tad-dritt  mogħti  mid-disinn irreġistrat tal-UE  hija konsistenti maċ-ċertezza legali ikbar tiegħu. Huwa approprjat illi d-disinn tal-UE mhux irreġistrat tal-UE għandu, madankollu, jikkostitwixxi dritt biss sabiex iwaqqaf milli jiġi kkupjat. Għalhekk, il-protezzjoni ma tistax testendi għal prodotti tad-disinji li jkunu r-riżultat ta' disinn li jkun wasal għalih disinjatur ieħor b'mod indipendenti. Jeħtieġ li dan id-dritt jiġi estiż ukoll għall-kummerċ fil-prodotti li jinkorporaw disinji b'kontravenzjoni.

🡻 6/2002 premessa 22

(26)L-infurzar ta' dawn id-drittijiet għandu jitħalla għal-liġijiet nazzjonali. Għalhekk jenħtieġ li jiġu pprovduti ċerti sanzjonijiet bażiċi u uniformi fl-Istati Membri kollha. Dawk is-sanzjonijiet għandhom iwaqqfu l-atti ta’ kontravenzjoni, irrispettivament mill-ġurisdizzjoni li taħtha jitfittex l-infurzar.

🡻 2024/2822 premessa 18

(27)Id-drittijiet esklużivi mogħtija minn disinn irreġistrat tal-UE jenħtieġ li jkunu soġġetti għal sett xieraq ta’ limitazzjonijiet. Minbarra l-atti mwettqa privatament u għal skopijiet mhux kummerċjali u dawk imwettqa għal skopijiet sperimentali, jenħtieġ li l-użu permissibbli jinkludi atti ta’ riproduzzjoni għall-fini li jsiru kwotazzjonijiet jew atti ta’ tagħlim, użu referenzjali fil-kuntest ta’ reklamar komparattiv, u l-użu għall-finijiet ta’ kumment, ta’ kritika jew ta’ parodija, dment li dawk l-atti jkunu kompatibbli ma’ prattiki ta’ kummerċ ġust u ma jippreġudikawx bla bżonn l-isfruttament normali tad-disinn. L-użu ta’ disinn irreġistrat tal-UE minn partijiet terzi għall-fini ta’ espressjoni artistika jenħtieġ li jitqies bħala ġust sakemm ikun f’konformità ma’ prattika onesta fi kwistjonijiet industrijali u kummerċjali. Barra minn hekk, ir-regoli dwar id-disinji tal-UE jenħtieġ li jiġu applikati b’mod li jiżgura rispett sħiħ għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari l-libertà ta’ espressjoni.

🡻 2024/2822 premessa 19 (adattat)

(28)Id-Direttiva (UE) 2024/2823 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11   armonizzat  il-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-użu tad-disinji protetti bil-għan li tiġi permessa t-tiswija ta’ prodott kumpless sabiex tiġi rrestawrata d-dehra oriġinali tiegħu, meta d-disinn jiġi applikat jew inkorporat fi prodott li jikkostitwixxi parti komponenti ta’ prodott kumpless li fuq id-dehra tiegħu jiddependi d-disinn protett tal-parti komponenti. Għaldaqstant,  ġie meqjus  li jenħtieġ li l-klawżola tranżizzjonali ta’ tiswija li  preċedentement kienet  tinsab fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 issir dispożizzjoni permanenti. Peress li l-effett maħsub ta’ dik il-klawżola ta’ tiswija huwa li d-drittijiet tad-disinji tal-UE rreġistrati u mhux reġistrati jsiru mhux infurzabbli meta d-disinn tal-parti komponenti ta’ prodott kumpless jintuża għall-fini tat-tiswija ta’ prodott kumpless sabiex tiġi restawrata d-dehra oriġinali tiegħu, jenħtieġ li l-klawżola ta’ tiswija tkun waħda mid-difiżi għall-ksur tad-dritt ta’ disinn tal-UE skont  dan  ir-Regolament (. Barra minn hekk, bi skop ta’ koerenza mal-klawżola ta’ tiswija fid-Direttiva (UE) 2024/2823, u sabiex jiġi żgurat li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni tad-disinji jkun ristrett biss biex iwaqqaf lid-detenturi tad-drittijiet tad-disinji milli fil-fatt jingħataw monopolju tal-prodott, huwa meħtieġ li l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ tiswija stipulata  f’dan  ir-Regolament tiġi limitata b’mod espliċitu għal partijiet komponenti ta’ prodott kumpless li fuq id-dehra tiegħu jiddependi d-disinn protett. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa u jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata bejn prodotti li jikkompetu li jistgħu jintużaw għat-tiswija, jenħtieġ li previst b’mod espliċitu li l-klawżola ta’ tiswija ma tistax tiġi invokata minn manifattur jew minn bejjiegħ ta’ parti komponenti li jkun naqas milli jinforma kif xieraq lill-konsumaturi dwar l-oriġini kummerċjali, u l-identità tal-manifattur, tal-prodott li għandu jintuża għall-fini ta’ tiswija tal-prodott kumpless. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni dettaljata tiġi pprovduta permezz ta’ indikazzjoni ċara u viżibbli fuq il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott, u jenħtieġ li tinkludi mill-inqas it-trademark li taħtha jiġi kkummerċjalizzat il-prodott, u l-isem tal-manifattur.

🡻 2024/2822 premessa 20

(29)Bil-ħsieb li tiġi ppreservata l-effettività tal-liberalizzazzjoni tas-suq ta’ wara l-bejgħ tal-ispare parts imfittxija minn dan ir-Regolament u f’konformità mal-ġurisprudenza 12 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sabiex ikun jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni tal-“klawżola ta’ tiswija” mill-protezzjoni tad-disinn, il-manifattur jew il-bejjiegħ ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless għandu d-dmir ta’ diliġenza biex jiżgura, permezz ta’ mezzi xierqa, b’mod partikolari mezzi kuntrattwali, li l-utenti downstream ma jkollhomx l-intenzjoni li jużaw il-partijiet komponenti inkwistjoni għal skopijiet oħra għajr dak tat-tiswija sabiex jirrestawraw id-dehra oriġinali tal-prodott kumpless. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jirrikjedix li l-manifattur jew il-bejjiegħ ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless jiggarantixxi, b’mod oġġettiv u fiċ-ċirkostanzi kollha, li l-partijiet li jagħmlu jew ibigħu, fl-aħħar mill-aħħar, effettivament jintużaw mill-utenti finali għall-iskop uniku ta’ tiswija sabiex tiġi restawrata d-dehra oriġinali ta’ dak il-prodott kumpless.

🡻 6/2002 premessa 23 (adattat)

(30)Kull terza persuna li tista' tistabbilixxi illi b'bona fide tkun bdiet tuża saħansitra b'għanijiet kummerċjali  fl-Unjoni  , jew kienet għamlet tħejjijiet serji u effettivi għal dak il-għan, disinn inkluż fl-iskop tal-protezzjoni ta' disinn  tal-UE  rreġistrat, li ma jkunx ġie kkupjat minn dan tal-aħħar, tista’ tkun intitolata għall-isfruttament limitat ta' dak id-disinn.

🡻 2024/2822 premessa 21

(31)Sabiex tiġi ffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti b’disinn protett, b’mod partikolari mill-SMEs u minn disinjaturi individwali, u biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar ir-reġimi tar-reġistrazzjoni tad-disinn eżistenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali, jenħtieġ li jkun disponibbli avviż aċċettat b’mod komuni li jikkonsisti mis-simbolu għall-użu mid-detenturi tad-drittijiet tad-disinn u minn oħrajn bil-kunsens tagħhom.

🡻 6/2002 premessa 24 (adattat)

(32)Fundamentalment dan ir-Regolament jimmira biex il-proċedura sabiex jinkiseb disinn  tal-UE  rreġistrat tkun tippreżenta spejjeż u d-diffikultajiet minimi lill-applikanti, hekk li biex tkun disponibbli fil-pront lill-SMEs kif ukoll lid-disinjaturi individwali.

🡻 2024/2822 premessa 22

(33)Jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi ppreżentata applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE fl-Uffiċċju biss. Sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ informazzjoni u gwida amministrattiva lill-applikanti dwar il-proċedura għar-reġistrazzjoni tad-disinji tal-UE, huwa xieraq li l-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jikkooperaw ma’ xulxin għal dak l-għan skont il-qafas ta’ kooperazzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1001.

🡻 2024/2822 premessa 24

(34)Huwa ta’ importanza ewlenija li jiġu pprovduti l-mezzi xierqa li jippermettu rappreżentazzjoni ċara u preċiża għad-disinji kollha, li tkun adattabbli għall-avvanzi tekniċi fir-rigward tal-viżwalizzazzjoni tad-disinji u għall-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-istess rappreżentazzjoni grafika tkun tista’ tintuża għall-applikazzjonijiet tad-disinn fi Stat Membru wieħed jew aktar u għall-applikazzjonijiet għad-disinji rreġistrati tal-UE, l-Uffiċċju, l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jenħtieġ li jintalbu jikkooperaw ma’ xulxin biex jistabbilixxu standards komuni għar-rekwiżiti formali li għandha tissodisfa r-rappreżentazzjoni.

🡻 6/2002 premessa 25 (adattat)

(35)Dawk is-setturi tal-industrija li jipproduċu numri kbar ta' disinji li possibilment ikollhom ħajja qasira fuq perjodi qosra taż-żmien li minnhom x'uħud jistgħu fl-aħħar mill-aħħar jiġu kummerċjalizzati, isibu vantaġġ fid-disinn  tal-UE  mhux irreġistrat. Iktar minn hekk, teżisti wkoll il-ħtieġa li dawn is-setturi jkollhom rikors eħfef għad-disinn  tal-UE  rreġistrat. Għalhekk, l-għażla li jingħaqdu flimkien numru ta' disinji f'applikazzjoni multipla tissodisfa dik il-ħtieġa. Madankollu, id-disinji li jkunu jinsabu f'applikazzjoni multipla jistgħu jiġu ttrattati b'mod indipendenti minn xulxin għall-għanijiet tal-infurzar tad-drittijiet, il-liċenzji, id-drittijiet in rem, l-impost fuq it-twettiq, il-proċeduri tal-falliment, iċ-ċediment, it-tiġdid, l-assenjazzjoni, il-pubblikazzjoni ddiferita jew id-dikjarazzjoni tal-invalidità.

🡻 2024/2822 premessa 25

(36)Għal iktar effiċjenza, huwa xieraq ukoll li tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet multipli għal disinji rreġistrati tal-UE billi l-applikanti jkunu jistgħu jikkombinaw disinji f’applikazzjoni waħda mingħajr ma jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-prodotti li fihom id-disinji jkunu maħsuba li jiġu inkorporati jew li fuqhom ikunu maħsuba li jiġu applikati jkunu lkoll jappartjenu għall-istess klassi tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali għad-Disinji Industrijali stabbilita mill-Ftehim ta’ Locarno (1968). Madankollu, jenħtieġ li jiġi previst limitu massimu biex jiġi evitat abbuż potenzjali ta’ okkorrenzi ta’ preżentazzjoni multipli.

🡻 6/2002 premessa 26 (adattat)

(37)Il-pubblikazzjoni normali wara r-reġistrazzjoni ta' disinn  tal-UE  tista' f'ċerti każijiet teqred jew thedded is-suċċess ta' ħidma kummerċjali li tinvolvi d-disinn. Il-faċilità ta' diferiment tal-pubblikazzjoni għal perjodu raġonevoli taż-żmien toffri soluzzjoni f'dawk il-każijiet.

🡻 6/2002 premessa 27 (adattat)

(38)Proċedura għas-smigħ  ta’ applikazzjonijiet  li jirrigwardaw il-validità ta' disinn  tal-UE  rreġistrat f'post wieħed  għandha  twassal biex jiġu ffrankati spejjeż u ħin meta pparagunata mal-proċeduri li jinvolvu l-qrati nazzjonali.

🡻 6/2002 premessa 28 (adattat)

(39)Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġu pprovduti s-salvagwardji li jinkludu dritt għall-appell quddiem Bord ta' l-Appell, u fl-aħħarnett quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.  Jenħtieġ li  proċedura bħal dik tassisti l-iżvilupp ta' interpretazzjoni uniformi tal-ħtiġiet li jirregolaw il-validità tad-disinji  tal-UE  .

🡻 2024/2822 premessa 26

(40)Minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza u ta’ simplifikazzjoni tal-proċedimenti, il-mezzi tan-notifika u tal-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu elettroniċi biss. Madankollu, huwa importanti li l-Uffiċċju jipprovdi gwida u assistenza teknika xierqa, kemm online kif ukoll offline, sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ mezzi elettroniċi u jiġi evitat id-distakk diġitali.

🡻 6/2002 premessa 29 (adattat)

(41)Huwa essenzjali illi d-drittijiet ikkonferiti minn disinn  tal-UE  jkunu jistgħu jiġu infurzati f'manjiera effiċjenti fit-territorju kollu tal-  Unjoni  .

🡻 6/2002 premessa 30

(42)Jenħtieġ li s-sistema tal-litigazzjoni tevita safejn u sakemm possibbli “ix-xiri mill-foru”. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari ta' ġurisdizzjoni internazzjonali.

🡻 6/2002 premessa 31 (adattat)

(43)Dan ir-Regolament ma jipprekludix illi jiġu applikati, lid-disinji protetti bid-disinji  tal-UE,  il-liġijiet industrijali tal-proprjetà jew il-liġijiet relevanti l-oħra tal-Istati Membri, bħalma huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tad-disinji miksuba bir-reġistrazzjoni jew dawk li għandhom x'jaqsmu mad-disinji, il-marki tal-fabbrika, il-privattivi u l-mudelli ta' utilità mhux irreġistrati, il-kompetizzjoni mhux ġusta jew ir-responsabbilità ċivili.

🡻 2024/2822 premessa 36 (adattat)

(44)Minħabba l-armonizzazzjoni avvanzata tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur fl-Unjoni, huwa xieraq li jiġi  stabbilit  il-prinċipju tal-akkumulazzjoni ta’ protezzjoni skont  dan  ir-Regolament u skont il-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur billi d-disinji protetti mid-drittijiet tad-disinn tal-UE jitħallew jiġu protetti bħala xogħlijiet tad-drittijiet tal-awtur, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-dritt dwar id-drittijiet tal-awtur.

🡻 2024/2822 premessa 27 (adattat)

(45)Minħabba l-importanza essenzjali tal-ammonti tad-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju biex titħaddem is-sistema tal-UE għall-protezzjoni tad-disinji u r-relazzjoni komplementari tagħha fir-rigward tas-sistemi tad-disinji nazzjonali, huwa xieraq li dawk l-ammonti tad-drittijiet jiġu stabbiliti direttament  f’anness ta’ dan ir-  Regolament . Jenħtieġ li l-ammonti tad-drittijiet jiġu stabbiliti f’livell li jiżgura kemm li d-dħul li jipproduċu jkun fil-prinċipju suffiċjenti biex il-baġit tal-Uffiċċju jkun ibbilanċjat kif ukoll li d-disinn tal-UE u s-sistemi nazzjonali tad-disinn jeżistu flimkien u jikkomplementaw lil xulxin, filwaqt li jitqies fost l-oħrajn id-daqs tas-suq kopert mid-disinn tal-UE u l-ħtiġijiet tal-SMEs.

🡻 2024/2822 premessa 29 (adattat)

(46)Sabiex jiġu żgurati eżaminazzjoni u reġistrazzjoni effettivi, effiċjenti u rapidi tal-applikazzjonijiet għal disinn tal-UE mill-Uffiċċju billi jintużaw proċeduri li huma trasparenti, dettaljati, ġusti u ekwi, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta  dan i  r-Regolament billi tispeċifika d-dettalji dwar il-proċedura għall-emendar ta’ applikazzjoni.

🡻 2024/2822 premessa 30 (adattat)

(47)Sabiex jiġi żgurat li disinn irreġistrat tal-UE jkun jista’ jiġi ddikjarat invalidu b’mod effettiv u effiċjenti permezz ta’ proċedura trasparenti, dettaljata, ġusta u ekwa, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta  dan i  r-Regolament billi tispeċifika l-proċedimenti biex disinn irreġistrat tal-UE jiġi ddikjarat invalidu.

🡻 2024/2822 premessa 31 (adattat)

(48)Sabiex ikun jista’ jsir rieżami effettiv, effiċjenti u komplet tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju mill-Bord tal-Appell permezz ta’ proċedura trasparenti, dettaljata, ġusta u ekwa, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta  dan i  r-Regolament billi tispeċifika d-dettalji tal-proċedimenti ta’ appell meta l-proċedimenti relatati mad-disinji tal-UE jkunu jirrikjedu derogi mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2017/1001.

🡻 2024/2822 premessa 32 (adattat)

(49)Sabiex tiġi żgurata operazzjoni bla xkiel, effettiva u effiċjenti tas-sistema tad-disinji tal-UE, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta  dan i  r-Regolament billi tispeċifika r-rekwiżiti rigward id-dettalji dwar il-proċedimenti orali u l-arranġamenti dettaljati ta’ kumpilazzjoni ta’ xhieda, l-arranġamenti dettaljati għan-notifika, il-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-formoli li għandhom jintużaw mill-partijiet fil-proċedimenti, ir-regoli li jirregolaw il-kalkolu u t-tul tat-termini ta’ żmien, il-proċedimenti għar-revoka ta’ deċiżjoni jew għall-kanċellazzjoni ta’ dħul fir-Reġistru tad-disinji tal-UE, l-arranġamenti dettaljati għat-tkomplija tal-proċedimenti, u d-dettalji dwar ir-rappreżentazzjoni quddiem l-Uffiċċju.

🡻 2024/2822 premessa 33 (adattat)

(50)Sabiex tiġi żgurata organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Bordijiet tal-Appell, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta  dan i  r-Regolament billi tispeċifika d-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell meta l-proċedimenti relatati mad-disinji tal-UE jkunu jirrikjedu deroga mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 168 tar-Regolament (UE) 2017/1001.

🡻 2024/2822 premessa 34

(51)Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 13 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

🡻 2024/2822 premessa 35 (adattat)

(52)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni  ta’ dan i  r-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika d-dettalji dwar l-applikazzjonijiet, ir-rikjesti, iċ-ċertifikati, it-talbiet, ir-regolamenti, in-notifiki u kwalunkwe dokument ieħor fl-ambitu tar-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti  b’dan ir-  Regolament, kif ukoll biex tistabbilixxi r-rati massimi għall-kostijiet essenzjali għall-proċedimenti u dawk effettivament imġarrba, id-dettalji dwar il-pubblikazzjonijiet f’Il-Bullettin tad-Disinji tal-Unjoni Ewropea u f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju, l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet nazzjonali, l-arranġamenti dettaljati dwar it-traduzzjonijiet ta’ dokumenti ta’ sostenn fi proċedimenti bil-miktub, u t-tipi eżatti ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu minn membru uniku tad-Diviżjoni tal-Invalidità. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 .

🡻 2024/2822 premessa 39

(53)Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba n-natura awtonoma tas-sistema tad-disinji tal-UE li hija indipendenti mis-sistemi nazzjonali, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,

🡻 6/2002

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

🡻 2024/2822

Id-disinn tal-UE

🡻 2024/2822

1. Disinn li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li jinsabu f’dan ir-Regolament huwa minn issa ’l quddiem imsejjaħ “disinn tal-Unjoni Ewropea” (“disinn tal-UE”).

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

2. Disinn għandu jkun protett:

(a)b' “disinn 🡺1 tal-UE 🡸 mhux irreġistrat”, jekk magħmul disponibbli għall-pubbliku fil-manjiera pprovduta f'dan ir-Regolament;

(b)b'“disinn 🡺1 tal-UE 🡸 rreġistrat”, jekk jiġi rreġistrat fil-manjiera pprovduta f'dan ir-Regolament.

3. Disinn 🡺1 tal-UE 🡸 għandu jkollu karattru unitarju. Għandu jkollu effett ugwali fl-🡺1 Unjoni 🡸 kollha. Ma jistax jiġi rreġistrat, ittrasferit jew ċedut jew ikun is-suġġett ta' deċiżjoni li tiddikjarah invalidu, u lanqas ma jista' jiġi pprojbit l-użu tiegħu, għajr rigward 🡺1 l-Unjoni 🡸 kollha. Dan il-prinċipju u l-implikazzjoni tiegħu għandhom japplikaw għajr jekk dan ir-Regolament jipprovdi xorta oħra.

🡻 2024/2822

Artikolu 2

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (“l-Uffiċċju”), stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1001, għandu jwettaq il-kompiti fdati lilu b’dan ir-Regolament.

🡻 2024/2822

Artikolu 3

Kapaċità ta’ aġir

Sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, kumpaniji jew azjendi u entitajiet ġuridiċi oħrajn għandhom jitqiesu bħala persuni ġuridiċi jekk, skont it-termini tal-liġi li tirregolahom, huma jkollhom il-kapaċità li jassumu drittijiet u obbligazzjonijiet ta’ kull xorta f’isimhom stess, li jidħlu f’kuntratti jew jagħmlu atti legali oħrajn u li jfittxu jew li jiġu mfittxija bil-qorti.

🡻 6/2002

TITOLU II

IL-LIĠI DWAR ID-DISINJI

Taqsima 1

Ħtiġiet għall-protezzjoni

🡻 2024/2822

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“disinn” tfisser id-dehra ta’ prodott kollu jew ta’ parti minnu li tirriżulta mill-karatteristiċi, b’mod partikolari l-linji, il-kontorni, il-kuluri, l-għamla, in-nisġa u/jew il-materjali, tal-prodott innifsu u/jew tat-tiżjin tiegħu, inkluż il-moviment, it-tranżizzjoni jew kwalunkwe tip ieħor ta’ animazzjoni ta’ dawk il-karatteristiċi;

(2)“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett industrijali jew artiġjanali, għajr programm tal-kompjuter, irrispettivament minn jekk ikunx inkorporat f’oġġett fiżiku jew jimmaterjalizza f’forma mhux fiżika, inkluż:

(a)l-imballaġġ, settijiet ta’ oġġetti, l-arranġamenti spazjali ta’ oġġetti maħsuba biex jiffurmaw ambjent intern jew estern, u partijiet maħsuba biex jiġu mmuntati fi prodott kumpless;

(b)xogħlijiet jew simboli grafiċi, logos, disinji tal-wiċċ, tipa tipografika, u interfaċċi grafiċi tal-utent;

(3)“prodott kumpless” tfisser prodott li jkun magħmul minn diversi komponenti li jkunu jistgħu jinbiddlu, biex b’hekk il-prodott ikun jista’ jiżżarma u jintrama mill-ġdid.

🡻 6/2002

Artikolu 5

Ħtiġiet għall-protezzjoni

🡻 2024/2822

1. Disinn għandu jiġi protett b’disinn tal-UE, jekk ikun ġdid u jkollu karattru individwali.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

2. Disinn li jiġi applikat jew inkorporat fi prodott li jikkostitwixxi parti komponenti ta' prodott kumpless għandu jiġi kkunsidrat biss li jkun ġdid jew li jkollu karattru individwali:

(a)jekk il-parti komponenti, ġaladarba tkun ġiet inkorporata fil-prodott kumpless, tibqa' tidher matul l-użu normali ta' dan ta' l-aħħar; u

(b)safejn u sakemm dawn il-karatteristiċi viżibbli tal-parti komponenti jissodisfaw fihom infushom il-ħtiġiet dwar in-novità u l-karattru individwali.

3. “Użu normali” fit-tifsira tal-paragrafu (2), il-punt (a) għandu jfisser l-użu mill-aħħar utent, bl-esklużjoni taż-żamma fl-ordni, is-servizz jew ix-xogħol tat-tiswija.

Artikolu 6

Novità

1. Disinn għandu jitqies bħala ġdid jekk l-ebda disinn identiku ma jkun disponibbli għall-pubbliku:

(a)fil-każ ta' 🡺1 disinn mhux irreġistrat tal-UE 🡸 , qabel id-data fejn d-disinn li għalih jintalab il-protezzjoni jkun ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku għall-ewwel darba;

(b)fil-każ ta' 🡺1 disinn irreġistrat tal-UE 🡸 , qabel id-data tal-infilzar ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-disinn li għalih tintalab il-protezzjoni, jew, jekk tintalab il-prijorità, id-data tal-prijorità.

2. Id-disinji għandhom jitqiesu identiċi jekk il-karatteristiċi tagħhom jiddifferixxu biss f'dettalji immaterjali.

Artikolu 7

Karattru individwali

1. Disinn għandu jitqies li jkollu karattru individwali jekk l-impressjoni ġenerali li jħalli fuq utent informat tkun differenti mill-impressjoni ġenerali mħollija fuq dak l-utent minn kull disinn li jkun ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku:

(a)fil-każ ta' 🡺1 disinn mhux irreġistrat tal-UE 🡸 , qabel id-data li fiha d-disinn li għalih tintalab il-protezzjoni jkun ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku għall-ewwel darba;

(b)fil-każ ta' 🡺1 disinn irreġistrat tal-UEU 🡸 , qabel id-data tal-infilzar ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew, jekk tintalab il-prijorità, id-data tal-prijorità.

2. Fl-istima tal-karattru individwali, għandu jitqies il-grad tal-libertà tad-disinjatur fl-iżvilupp tad-disinn.

Artikolu 8

Żvelar

1. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikoli 5 u 6, disinn għandu jiġi meqjus li jkun ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku jekk ikun ġie ppubblikat wara r-reġistrazzjoni jew xorta oħra, jew esibit, użat fil-kummerċ jew żvelat xorta oħra, qabel id-data msemmija fl-Artikoli 5(1), il-punt (a) u 6(1), il-punt (a) jew fl-Artikoli 5(1), il-punt (b) u 6(1), il-punt (b), skond kif ikun il-każ, għajr meta iċ-ċirkoli speċjalizzati fis-settur interessat, li jkunu qegħdin joperaw fl- 🡺1 l-Unjoni 🡸, ma setgħux isiru jafu b'mod raġonevoli fil-kors normali tan-negozju dwar dawk l-avvenimenti . Fejn id-disinn jiġi żvelat lil persuna terza b’kondizzjonijiet espliċiti jew impliċiti ta’ kunfidenzjalità, dak id-disinn ma għandux, madankollu, jitqies li jkun ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku għal dik ir-raġuni biss.

🡻 2024/2822

2. Żvelar ma għandux jitqies għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6 jekk id-disinn żvelat, li jkun identiku għad-disinn li għalih tintalab protezzjoni taħt disinn irreġistrat tal-UE jew ma jkunx differenti fl-impressjoni ġenerali tiegħu, ikun tqiegħed għad-disponibbilità tal-pubbliku:

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

(a)mid-disinjatur, mis-suċċessur  tad-disinjatur  fit-titolu, jew minn persuna terza b'riżultat ta’ tagħrif ipprovdut jew azzjoni meħuda mid-disinjatur jew mis-suċċessur  tad-disinjatur  fit-titolu; u

(b)matul il-perjodu taż-żmien ta' 12-il xahar mid-data tal-infilzar ta' l-applikazzjoni jew, jekk tintalab il-prijorità, mid-data tal-prijorità.

3. Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll jekk id-disinn ikun ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku bħala konsegwenza ta' abbuż fejn ikollhom x'jaqsmu d-disinjatur jew is-suċċessur  tad-disinjatur  fit-titolu.

Artikolu 9

Disinji ddettati mill-funzjoni teknika tagħhom u d-disinji tal-interkonnessjonijiet

1. 🡺1 Disinn tal-  UE  🡸 ma għandux jeżisti fil-karatteristiċi tad-dehra ta' prodott li jkunu ddettati biss bil-funzjoni teknika tiegħu.

2. 🡺1 Disinn tal-  UE  🡸 ma għandux jeżisti fil-karatteristiċi tad-dehra ta' prodott li għandhom neċessarjament jiġu riprodotti fl-għamla u l-qisien tagħhom sabiex jippermettu illi l-prodott li fih ikun inkorporat id-disinn jew li għalih issir l-applikazzjoni sabiex jiġi magħqud jew imdaħħal fi jew b'kuntrast ma' prodott ieħor hekk illi l-ebda wieħed miż-żewġ prodotti ma jkun jista' jwettaq il-funzjoni tiegħu.

3. Minkejja l-paragrafu 2, għandu jkun hemm 🡺1 disinn tal-  UE  🡸 skond il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikoli 6 u 7, f'disinn li jservi l-għan li jippermetti l-immuntar jew l-għaqda multipla ta' prodotti li jibdlu lilhom infushom b'mod reċiproku f'sistema modulari.

Artikolu 10

Disinji li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità

🡺1 Disinn tal-UE 🡸 ma għandux jeżisti f'disinn li jmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.

Taqsima 2

kamp ta’ applikazzjoni u t-termini tal-protezzjoni

Artikolu 11

Kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni

1. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni kkonferita b'disinn 🡺1 tal-UE 🡸 għandu jinkludi kull disinn li ma jħallix impressjoni ġenerali differenti fuq l-utent informat.

2. Fil-valutazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, għandu jitqies il-grad tal-libertà tad-disinjatur fl-iżvilupp tad-disinn tiegħu.

Artikolu 12

Bidu u tul tal-protezzjoni tad-disinn mhux irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸

1. Disinn li jissodisfa l-ħtiġiet fit-Taqsima 1 għandu jkun protett b'disinn 🡺1 tal-UE 🡸 mhux irreġistrat għall-perjodu taż-żmien ta' tliet snin mid-data li fiha d-disinn kien ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku għall-ewwel darba.

2. Għall-għan tal-paragrafu 1, għandu jitqies li disinnikun ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku 🡺1 fl-Unjoni 🡸 jekk ikun ġie ppubblikat, esibit, użat fil-kummerċ jew żvelat xorta oħra hekk illi, fil-kors normali tal-kummerċ, dawn l-okkażjonijiet ma jkunux ġew magħrufa b'mod raġonevoli liċ-ċirkoli speċjalizzati fis-settur interessat, li jkunu joperaw 🡺1 fl-Unjoni 🡸 . Fejn id-disinn jiġi żvelat lil persuna terza b’kondizzjonijiet espliċiti jew impliċiti ta’ kunfidenzjalità, dak id-disinn ma għandux, madankollu, jitqies li jkun ġie magħmul disponibbli għall-pubbliku għal dik ir-raġuni biss.

🡻 2024/2822

Artikolu 13

Bidu u tul tal-protezzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE

1. Il-protezzjoni ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandha tinħoloq mar-reġistrazzjoni mill-Uffiċċju.

2. Disinn irreġistrat tal-UE għandu jiġi rreġistrat għal perjodu ta’ ħames snin ikkalkulat mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. Id-detentur tad-dritt jista’ jġedded ir-reġistrazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 66, għal perjodu wieħed jew aktar ta’ ħames snin kull wieħed, għal perjodu totali ta’ 25 sena ta’ protezzjoni mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

Taqsima 3

Dritt għad-disinn 🡺1 tal-Unjoni 🡸

Artikolu 14

Dritt għad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸

1. Id-dritt għad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸 għandu jagħti dritt legali lid-disinjatur jew lis-suċċessur  tad-disinjatur  fit-titolu.

2. Jekk żewġ persuni jew iktar ikunu żviluppaw disinn, għandu jkollhom id-dritt għad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸 b’ konġunt.

3. Madankollu, meta disinn jiġi żviluppat minn impjegat fit-twettiq ta' dmirijietu jew fuq ordnijiet mogħtija lilu minn min iħaddmu, min iħaddem għandu ikollu d-dritt għad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸, għajr jekk miftiehem jew speċifikat xorta oħra bil-liġijiet nazzjonali.

🡻 2024/2822

Artikolu 15

Talbiet relatati mal-intitolament għal disinn tal-UE

1. Jekk disinn mhux irreġistrat tal-UE jiġi żvelat jew jintalab minn persuna li ma tkunx intitolata għalih skont l-Artikolu 14 jew jekk tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE jew dan ikun irreġistrat f’isem tali persuna, il-persuna intitolata għalih skont dak l-Artikolu tista’, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ieħor li tista’ tieħu dik il-persuna, titlob quddiem il-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ir-rikonoxximent bħala d-detentur leġittimu tad-disinn tal-UE.

2. Meta persuna tkun intitolata għal disinn tal-UE fuq bażi konġunta, din il-persuna tista’, f’konformità mal-paragrafu 1, titlob ir-rikonoxximent bħala detentur konġunt.

3. Il-proċedimenti skont il-paragrafi 1 jew 2 għandhom jiġu preskritti tliet snin wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ disinn rreġistrat tal-UE jew id-data tal-iżvelar ta’ disinn mhux irreġistrat tal-UE. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika jekk il-persuna li ma tkunx intitolata għad-disinn tal-UE kienet qiegħda taġixxi b’mala fide fiż-żmien meta saret applikazzjoni għal tali disinn jew meta dan ġie żvelat jew akkwistat.

4. Il-persuna intitolata għal disinn tal-UE skont l-Artikolu 14 tista’ tippreżenta talba lill-Uffiċċju, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għal bidla fis-sjieda, flimkien ma’ deċiżjoni finali tal-qorti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-intitolament tad-disinn tal-UE.

5. Fil-każ ta’ disinn irreġistrat tal-UE, dan li ġej għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-disinji tal-UE msemmi fl-Artikolu 104 (“ir-Reġistru”):

(a)indikazzjoni li l-proċedimenti skont il-paragrafu 1 ikunu ġew ippreżentati quddiem il-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat;

(b)id-data u d-dettalji tad-deċiżjoni finali tal-qorti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-intitolament għad-disinn tal-UE jew kwalunkwe terminazzjoni oħra tal-proċedimenti;

(c)kwalunkwe bidla fis-sjieda tad-disinn irreġistrat tal-UE li tirriżulta mid-deċiżjoni finali tal-qorti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-intitolament tad-disinn tal-UE.

Artikolu 16

Effetti ta’ deċiżjoni finali dwar l-intitolament għal disinn irreġistrat tal-UE

1. Meta jkun hemm bidla sħiħa fis-sjieda ta’ disinn irreġistrat tal-UE b’riżultat tal-proċedimenti skont l-Artikolu 15(1), il-liċenzji u d-drittijiet l-oħra għandhom jiskadu mad-dħul fir-Reġistru tad-detentur il-ġdid tad-disinn irreġistrat tal-UE.

2. Jekk, qabel ma jkun ġie rreġistrat l-bidu tal-proċedimenti skont l-Artikolu 15(1), id-detentur jew il-liċenzjatarju tad-disinn irreġistrat tal-UE jkun sfrutta jew ikun għamel tħejjijiet serji u effettivi biex jisfrutta d-disinn fl-Unjoni, dak id-detentur jew liċenzjatarju jista’ jkompli jisfrutta d-disinn dment li jitlob, fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fir-Reġistru tad-detentur il-ġdid, liċenzja mhux esklużiva mid-detentur il-ġdid li ismu ddaħħal fir-Reġistru. Il-liċenzja għandha tingħata għal perjodu raġonevoli ta’ żmien u b’termini raġonevoli.

3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk id-detentur ta’ disinn rreġistrat tal-UE jew il-liċenzjatarju kienu qegħdin jaġixxu b’mala fide fiż-żmien meta bdew jisfruttaw jew iħejju biex jisfruttaw id-disinn.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

Artikolu 17

Preżunzjoni favur id-detentur irreġistrat tad-disinn

Il-persuna li f'isimha jkun irreġistrat id-disinn irreġistrat🡺1 tal-UE 🡸 jew, qabel ir-reġistrazzjoni, il-persuna li f'isimha tkun ġiet ippreżentatl-applikazzjoni, għandha titqies li hija l-persuna intitolata f'kull proċediment quddiem l-Uffiċċju kif ukoll f'kull proċediment ieħor.

🡻 2024/2822

Artikolu 18

Dritt tad-disinjatur li jiġi ċitat

Id-disinjatur għandu jkollu d-dritt, bl-istess mod bħall-applikant għal disinn irreġistrat tal-UE jew id-detentur tiegħu, li jiġi ċitat bħala tali quddiem l-Uffiċċju u fir-Reġistru. Jekk id-disinn ikun ir-riżultat ta’ xogħol ta’ tim, iċ-ċitazzjoni tat-tim tista’ tieħu l-post tad-disinjaturi individwali. Dak id-dritt għandu jinkludi d-dritt li tiddaħħal bidla fl-isem tad-disinjatur jew tat-tim fir-Reġistru.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

Taqsima 4

Effetti tad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸

🡻 2024/2822

Artikolu 19

Oġġett ta’ protezzjoni

Għandha tingħata protezzjoni għal dawk il-karatteristiċi tad-dehra ta’ disinn irreġistrat tal-UE li jintwerew b’mod viżibbli fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

🡻 2024/2822

Artikolu 20

Drittijiet mogħtija minn disinn tal-UE

1. Disinn irreġistrat tal-UE għandu jikkonferixxi fuq id-detentur tiegħu d-dritt esklużiv li jużah u li jwaqqaf kwalunkwe parti terza li ma jkollhiex il-kunsens tad-detentur milli tużah.

2. Dawn li ġejjin, b’mod partikolari, jistgħu jiġu pprojbiti skont il-paragrafu 1:

(a)il-produzzjoni, l-offerta, l-introduzzjoni fis-suq jew l-użu ta’ prodott li fih huwa inkorporat id-disinn jew li miegħu jiġi applikat id-disinn;

(b)l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ prodott imsemmi fil-punt (a);

(c)l-istokkjar ta’ prodott imsemmi fil-punt (a) għall-iskopijiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

(d)il-ħolqien, it-tniżżil, l-ikkupjar u l-kondiviżjoni jew id-distribuzzjoni lil oħrajn ta’ kwalunkwe mezz jew software li jirreġistra d-disinn għall-iskop li jkun jista’ jsir prodott imsemmi fil-punt (a).

3. Id-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jkun intitolat li jwaqqaf lill-partijiet terzi kollha milli, waqt il-kummerċ, idaħħlu fl-Unjoni prodotti minn pajjiżi terzi li ma jkunux rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, meta d-disinn ikun inkorporat b’mod identiku f’dawk il-prodotti jew applikat fihom, jew ma tkunx tista’ ssir distinzjoni bejn id-disinn fl-aspetti essenzjali tiegħu u tali prodotti, u ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt.

Id-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiskadi, jekk, matul il-proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur għad-disinn tal-UE, mibdija f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 608/2013, tingħata evidenza mid-dikjarant jew id-detentur tal-prodotti li d-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE ma huwiex intitolat li jipprojbixxi l-introduzzjoni tal-prodotti fis-suq fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali.

4. Id-detentur ta’ disinn tal-UE mhux irreġistrat għandu jkun intitolat li jwaqqaf l-atti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 biss jekk l-użu kkontestat jirriżulta mill-ikkupjar tad-disinn protett.

L-użu kkontestat imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jitqies li jirriżulta mill-ikkupjar tad-disinn mhux irreġistrat tal-UE jekk jirriżulta minn xogħol indipendenti ta’ kreazzjoni minn disinjatur li dwaru jista’ jkun hemm ħsieb raġonevoli li ma kienx familjari mad-disinn magħmul disponibbli għall-pubbliku mid-detentur.

5. Il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal disinn irreġistrat tal-UE soġġett għad-differiment tal-pubblikazzjoni sakemm l-entrati rilevanti fir-Reġistru u l-fajl ma jkunux ġew magħmula disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 62(4).

Artikolu 21

Limitazzjoni tad-drittijiet mogħtija minn disinn tal-UE

1. Id-drittijiet mogħtija minn disinn tal-UE ma għandhomx jiġu eżerċitati fir-rigward ta’:

(a)atti magħmula privatament u għal skopijiet mhux kummerċjali;

(b)atti mwettqa għal skopijiet sperimentali;

(c)atti tar-riproduzzjoni bil-għan li jagħmlu ċitazzjonijiet jew tat-tagħlim;

(d)atti mwettqa għall-iskop tal-identifikazzjoni jew tar-referenza għal prodott bħala dak tad-detentur tad-dritt ta’ disinn;

(e)atti mwettqa għall-iskop ta’ kumment, kritika jew parodija;

(f)it-tagħmir fuq il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż terz u li jidħlu temporanjament fit-territorju tal-Unjoni;

(g)l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ spare parts u ta’ aċċessorji għall-iskop tat-tiswija ta’ bastimenti u ta’ inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (f);

(h)l-eżekuzzjoni ta’ tiswijiet fuq bastimenti u inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (f).

2. Il-paragrafu 1, il-punti (c), (d) u (e), għandhom japplikaw biss meta l-atti jkunu kompatibbli ma’ prattiki ta’ kummerċ ġust u ma jkunux ta’ ħsara bla bżonn għall-isfruttament normali tad-disinn, u fil-każ imsemmi fil-punt (c), meta ssir referenza għas-sors tal-prodott li fih jiġi inkorporat id-disinn jew li miegħu jiġi applikat id-disinn.

🡻 2024/2822

Artikolu 22

Klawżola ta’ tiswija

1. Ma għandhiex tingħata protezzjoni lil disinn tal-UE li jikkostitwixxi parti komponenti ta’ prodott kumpless li fuq id-dehra tiegħu jiddependi d-disinn tal-parti komponenti, u li jintuża skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) għall-iskop uniku tat-tiswija ta’ dak il-prodott kumpless sabiex tiġi restawrata d-dehra oriġinali tiegħu.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux jiġi invokat mill-manifattur jew mill-bejjiegħ ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless li ma infurmax kif xieraq lill-konsumaturi, permezz ta’ indikazzjoni ċara u viżibbli fuq il-prodott jew f’forma xierqa oħra, dwar l-oriġini kummerċjali, u l-identità tal-manifattur, tal-prodott li għandu jintuża għall-iskop tat-tiswija tal-prodott kumpless, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata bejn prodotti li jikkompetu li jistgħu jintużaw għat-tiswija.

3. Il-manifattur jew il-bejjiegħ ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless ma għandhomx ikunu meħtieġa jiggarantixxi li l-partijiet komponenti li jagħmlu jew ibigħu jintużaw fl-aħħar mill-aħħar mill-utenti finali bl-iskop biss li ssir tiswija sabiex tiġi restawrata d-dehra oriġinali tal-prodott kumpless.

🡻 2024/2822

Artikolu 23

Eżawriment tad-drittijiet

Id-drittijiet mogħtija minn disinn tal-UE ma għandhomx jestendu għall-atti relatati ma’ prodott li fih huwa inkorporat disinn inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ protezzjoni tad-disinn tal-UE jew li fuqu jiġi applikat, meta l-prodott ikun tqiegħed fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) mid-detentur tad-disinn tal-UE jew bil-kunsens tad-detentur.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

Artikolu 24

Drittijiet ta' użu minn qabel rigward disinn 🡺1 tal-UE 🡸 rreġistrat

1. Għandu jkun hemm dritt għall-użu minn qabel għal kull persuna terza li tista' tistabbilixxi illi qabel id-data tal-infilzar tal-applikazzjoni, jew, jekk ikun hemm talba ta' prijorità, qabel id-data tal-prijorità, tkun bdiet tuża jew tkun għamlet tħejjijiet serji u effettivi għal biex tuża b'bona fide fl-🡺1 Unjoni 🡸, , disinn inkluż fl-iskop tal-protezzjoni ta' disinn irreġistrat,🡺1 tal-UE 🡸 li ma jkunx ikkupjat minn dan tal-aħħar.

2. Id-dritt ta’ użu minn qabel għandu jintitola lill-persuna terza li tisfrutta d-disinn għall-għanijiet li għalihom ikun ġie effettwat l-użu, jew li għalihom ikunu saru tħejjijiet serji u effettivi, qabel id-data tal-infilzar jew tal-prijorità tad-disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 .

3. Id-dritt ta’ użu minn qabel ma għandux jestendi għall-konċessjoni ta' liċenzja lil persuna oħra sabiex tisfrutta d-disinn.

4. Id-dritt ta' użu minn qabel ma jistax jiġi ttrasferit għajr, meta l-persuna terza tkun negozju, flimkien ma' dik il-parti tan-negozju li fil-kors tagħha ikun sar l-att jew saru t-tħejjijiet.

Artikolu 25

Użu governattiv

Kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġijiet ta' Stat Membru illi tippermetti l-użu tad-disinji nazzjonali mill-gvern jew għall-gvern tista' tiġi applikata għad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸, imma biss safejn u sakemm dak l-użu jkun meħtieġ għall-ħtiġiet ta’ difiża essenzjali jew tas-sigurtà.

Taqsima 5

Invalidità

Artikolu 26

Dikjarazzjoni ta' invalidità

1. Disinn 🡺1 tal-UE 🡸 rreġistrat għandu jiġi ddikjarat invalidu fuq applikazzjoni lill-Uffiċċju skond il-proċedura stabbilita fit-Titoli VI u VII jew minn qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċeduri ta’ ksur.

🡻 2024/2822

2. Disinn tal-UE jista’ jiġi ddikjarat invalidu anke wara li d-disinn tal-UE jkun skada jew ikun ġie ċedut, jekk l-applikant juri interess leġittimu fil-kisba ta’ deċiżjoni fuq il-merti.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

3. Disinn 🡺1 tal-UE 🡸 mhux irreġistrat għandu jiġi ddikjarat invalidu minn qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 fuq applikazzjoni lil din il-qorti jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċeduri tal-ksur.

🡻 2024/2822

Artikolu 27

Raġunijiet għall-invalidità

1. Disinn tal-UE jista’ jiġi ddikjarat invalidu fil-każijiet li ġejjin biss:

(a)id-disinn tal-UE ma jikkorrispondix mad-definizzjoni fl-Artikolu 4, il-punt (1);

(b)id-disinn tal-UE ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 10;

(c)bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-qorti jew tal-awtorità kompetenti, id-detentur tad-dritt ma jkunx intitolat għad-disinn tal-UE skont l-Artikolu 14;

(d)id-disinn tal-UE jkun f’kunflitt ma’ disinn preċedenti li jkun sar disponibbli għall-pubbliku qabel jew wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, jew jekk tiġi ddikjarata prijorità, id-data tal-prijorità tad-disinn tal-UE, u li tkun protetta minn data preċedenti għad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, jew jekk tintalab prijorità, id-data ta’ prijorità tad-disinn tal-UE:

(i)minn disinn irreġistrat tal-UE, jew applikazzjoni għal tali disinn soġġett għar-reġistrazzjoni tiegħu;

(ii)minn dritt ta’ disinn irreġistrat ta’ Stat Membru, jew permezz ta’ applikazzjoni għal tali dritt soġġett għar-reġistrazzjoni tiegħu; jew

(iii)minn dritt ta’ disinn irreġistrat skont l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali ta’ Disinji Industrijali tal-1999 (“l-Att ta’ Ġinevra”), li għandu effett fl-Unjoni, jew permezz ta’ applikazzjoni għal tali dritt soġġett għar-reġistrazzjoni tiegħu;

(e)jintuża sinjal distintiv f’disinn sussegwenti, u l-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru li tirregola dan is-sinjal tagħti lid-detentur tad-dritt tas-sinjal id-dritt li jipprojbixxi tali użu;

(f)id-disinn jikkostitwixxi użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett bil-liġi tad-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru;

(g)id-disinn jikkostitwixxi użu mhux xieraq ta’ kwalunkwe wieħed mill-oġġetti elenkati fl-Artikolu 6ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (“il-Konvenzjoni ta’ Pariġi”), jew tal-badges, l-emblemi u l-istemmi għajr dawk koperti b’dak l-Artikolu u li jkunu ta’ interess pubbliku partikolari fi Stat Membru, u l-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni ma jkunx ingħata.

2. Ir-raġunijiet għall-invalidità previsti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), jistgħu jiġu invokati minn dawn li ġejjin:

(a)kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika; jew

(b)kwalunkwe grupp jew korp stabbilit bil-għan li jirrappreżenta l-interessi tal-manifatturi, tal-produtturi, tal-fornituri tas-servizzi, tan-negozjanti jew tal-konsumaturi, jekk dak il-grupp jew korp ikollu l-kapaċità li jfittex u jiġi mfittex f’ismu stess skont il-liġi li tirregolah.

3. Ir-raġuni għall-invalidità prevista fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, tista’ tiġi invokata biss mill-persuna intitolata għad-disinn tal-UE skont l-Artikolu 14.

4. Ir-raġunijiet għall-invalidità previsti fil-paragrafu 1, il-punti (d), (e) u (f), jistgħu jiġu invokati biss minn dawn li ġejjin:

(a)l-applikant għad-dritt preċedenti jew id-detentur tad-dritt preċedenti;

(b)il-persuni li huma intitolati skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat li jeżerċitaw id-drittijiet; jew

(c)liċenzjatarju awtorizzat minn sid id-dritt preċedenti.

5. Ir-raġuni għall-invalidità prevista fil-paragrafu 1, il-punt (g), tista’ tiġi invokata biss mill-persuna jew l-entità kkonċernata mill-użu mhux xieraq.

6. B’deroga mill-paragrafi 4 u 5, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-raġunijiet previsti fil-paragrafu 1, il-punti (d) u (g), jistgħu jiġu invokati wkoll mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru inkwistjoni fuq inizjattiva tagħha stess.

7. Disinn irreġistrat tal-UE ma għandux jiġi ddikjarat invalidu meta l-applikant għal wieħed mid-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (d) sa (f), jew id-detentur tagħhom, ikun ta kunsens espliċitu għar-reġistrazzjoni tad-disinn tal-UE qabel ma jippreżenta l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew il-kontrotalba.

8. Meta l-applikant għal wieħed mid-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (d), (e) u (f), jew detentur tagħhom, ikun applika qabel għal dikjarazzjoni li disinn tal-UE huwa invalidu jew ikun għamel kontrotalba fi proċedimenti ta’ ksur, huwa ma għandux jippreżenta applikazzjoni ġdida għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew iressaq kontrotalba ġdida abbażi ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet l-oħra msemmija f’dawk il-punti, li seta’ jiġi invokat b’appoġġ tal-ewwel applikazzjoni jew kontrotalba.

🡻 6/2002

Artikolu 28

Il-konsegwenzi ta’ invalidità

🡻 2024/2822

1. Disinn tal-UE li jiġi ddikjarat invalidu għandu jitqies li ma kellux l-effetti speċifikati f’dan ir-Regolament mill-bidu nett.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkollhom x'jaqsmu mat-talbiet għall-kumpens rigward il-ħsara kkawżata min-negliġenza jew bin-nuqqas ta' rieda tajba min-naħa tad-detentur ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸, jew minħabba l-għoti mhux ġust tas-sinjurija, l-effett retroattiv ta’ invalidità tad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸 ma għandhux jaffettwa:

(a)kwalunkwe deċiżjoni dwar ksur li tkun saret deċiżjoni finali u li tkun ġiet infurzata minn qabel id-deċiżjoni dwar l-invalidità;

(b)kwalunkwe kuntratt konkluż qabel id-deċiżjoni ta’ invalidità, safejn u sakemm ikun twettaq qabel id-deċiżjoni; madankollu għal raġunijiet tal-ekwità, tista' ssir talba għall-ħlas lura, safejn u sakemm tkun iġġustifikata miċ-ċikostanzi, tas-somom imħallsa skond il-kuntratt rilevanti.

🡻 2024/2822

Taqsima 6

Notifika ta’ reġistrazzjoni

Artikolu 29

Simbolu tar-reġistrazzjoni

Id-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE jista’ jinforma lill-pubbliku li d-disinn huwa rreġistrat billi juri fuq il-prodott li fih huwa inkorporat id-disinn jew li miegħu jiġi applikat l-ittra D magħluqa b’ċirku (

). Tali avviż ta’ disinn jista’ jkun akkumpanjat min-numru ta’ reġistrazzjoni tad-disinn jew ikun konness b’iperlink mad-dħul tad-disinn fir-Reġistru.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

TITOLU III

DISINJI 🡺1 TAL-UE 🡸 BĦALA OĠĠETTI TA' PROPRJETÀ

Artikolu 30

Meta d-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 jiġu ttrattati bħala drittijiet nazzjonali tad-disinji

1. Għajr jekk l-Artikoli 31, 33, 34, 3r u 36 jipprovdu xorta oħra, disinn 🡺1 tal-UE 🡸 bħala oġġett ta' proprjetà għandu jiġi ttrattat fl-intier tiegħu, u għaż-żona kollha tal-🡺1 UE 🡸, bħala dritt ta' disinn nazzjonali tal-Istat Membru li fih:

(a)id-detentur ikollu s-sede jew id-domiċilju tiegħu fid-data rilevanti; jew

(b)meta ma japplikax il-punt (a), id-detentur ikollu stabbiliment fid-data rilevanti.

2. Fil-każ ta' disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 , għandu japplika l-paragrafu 1 skond id-dħul fir-reġistru.

3. Fil-każ ta' detenturi konġunti, jekk tnejn jew iktar jissodisfaw l-kondizzjoni fil-paragrafu 1, l-Istat Membru msemmi f'dak il-paragrafu għandu jiġi stabbilit:

(a)fil-każ ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 mhux irreġistrat, b'riferiment għad-detentur konġunt rilevanti innominat minnhom bi ftehim komuni;

(b)fil-każ ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 rreġistrat, b'riferiment għall-ewwel wieħed mid-detenturi konġunti fl-ordni li biha jissemmew fir-reġistru.

4. Meta l-paragrafi 1, 2, u 3 ma jkunux japplikaw, l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-Istat Membru li fih tkun tinsab is-sede tal-Uffiċċju.

🡻 2024/2822

Artikolu 31

Trasferiment tad-disinn irreġistrat tal-UE

1. Assenjazzjoni ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandha ssir bil-miktub u għandha tiġi ffirmata mill-partijiet fil-kuntratt, ħlief meta din tkun ir-riżultat ta’ sentenza.

Assenjazzjoni ta’ disinn irreġistrat tal-UE li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandha tkun nulla.

2. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, it-trasferiment ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jiddaħħal fir-Reġistru u għandu jiġi ppubblikat.

3. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment fir-Reġistru għandu jkun fiha informazzjoni li tidentifika d-disinn irreġistrat tal-UE, id-detentur il-ġdid u, meta applikabbli, ir-rappreżentant tad-detentur il-ġdid. Għandu jkun fiha wkoll dokumenti li jistabbilixxu kif xieraq it-trasferiment f’konformità mal-paragrafu 1.

4. Meta l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment, kif stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 32, ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant bin-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, huwa għandu jiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment.

5. Applikazzjoni waħda għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment tista’ tiġi ppreżentata għal żewġ disinji rreġistrati tal-UE jew aktar, dment li d-detentur irreġistrat u s-suċċessur tat-titolu jkunu l-istess għal dawk id-disinji rreġistrati kollha tal-UE.

6. Sakemm it-trasferiment ikun għadu ma tniżżilx fir-Reġistru, is-suċċessur tat-titolu ma jistax jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE.

7. Meta jkun hemm skadenzi li għandhom jiġu osservati fil-proċeduri mal-Uffiċċju, is-suċċessur tat-titolu jista’ jagħmel l-istqarrijiet korrispondenti lill-Uffiċċju ladarba l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment tkun waslet l-Uffiċċju.

8. Id-dokumenti kollha li jirrikjedu notifika lid-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE f’konformità mal-Artikolu 85 għandhom jiġu indirizzati lill-persuna rreġistrata bħala detentur fir-Reġistru.

🡻 2024/2822

Artikolu 32

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward it-trasferiment

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fit-talba għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment imsemmi fl-Artikolu 31(3);

(b)it-tip ta’ dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit trasferiment kif imsemmi fl-Artikolu 31(3), billi jitqiesu l-ftehimiet mogħtija mid-detentur irreġistrat u s-suċċessur tat-titolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

Artikolu 33

Drittijiet in rem dwar disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 

1. Disinn 🡺1 tal-Unjoni 🡸 rreġistrat jista' jingħata bħala garanzija jew ikun is-suġġett ta' drittijiet in rem.

2. Fuq it-talba ta' wieħed mill-partijiet, id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddaħħlu fir-reġistru u jiġu ppubblikati.

Artikolu 34

Mandat ta’ eżekuzzjoni

1. Disinn irreġistrat 🡺1 tal-Unjoni 🡸 jista' jkun suġġett ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni.

2. Rigward il-proċedura ta’ manadat ta’ eżekuzzjoni fir-rigward ta’ disinn 🡺1 tal-UE 🡸 rreġistrat, għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni esklużiva l-qrati u l-awtoritajiet tal-Istat Membru stabbiliti skond l-Artikolu 30.

3. Fuq it-talba ta' wieħed mill-partijiet, il-mandat ta’ eżekuzzjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru u jiġi ppubblikat.

🡻 2024/2822

Artikolu 35

Proċedimenti ta’ insolvenza

1. L-uniċi proċedimenti ta’ insolvenza li fihom disinn tal-UE jista’ jkun involut huma dawk miftuħa fl-Istat Membru fejn fit-territorju tiegħu d-debitur ikollu ċ-ċentru tal-interessi ewlenin tiegħu.

2. Għall-impriżi tal-assigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15  u għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 , iċ-ċentru tal-interessi ewlenin imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun l-Istat Membru fejn l-impriża jew l-istituzzjoni tkun ġiet awtorizzata.

3. Fil-każ ta’ sjieda konġunta ta’ disinn tal-UE, għandu japplika l-paragrafu 1 rigward is-sehem tad-detentur konġunt.

4. Meta disinn tal-UE jkun involut fi proċedimenti ta’ insolvenza, għandha ssir entrata fir-Reġistru għal dan il-għan, fuq talba tal-awtorità nazzjonali kompetenti, u tiġi ppubblikata.

Artikolu 36

Ħruġ ta’ liċenzji

1. Disinn tal-UE jista’ jingħata liċenzja għall-Unjoni kollha jew għal parti minnha. Il-liċenzja tista’ tkun esklużiva jew mhux esklużiva.

2. Id-detentur jista’ jinvoka d-drittijiet mogħtija mid-disinn tal-UE kontra liċenzjatarju li jikser kwalunkwe dispożizzjoni fil-kuntratt ta’ liċenzjar fir-rigward ta’:

(a)id-durata tal-liċenzja;

(b)il-forma li fiha jista’ jintuża d-disinn;

(c)il-firxa ta’ prodotti li għalihom tingħata l-liċenzja;

(d)il-kwalità tal-prodotti mmanifatturati mil-liċenzjatarju skont il-liċenzja.

3. Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-kuntratt ta’ liċenzjar, il-liċenzjatarju jista’ jressaq proċedimenti għall-ksur ta’ disinn tal-UE biss bil-kunsens tad-detentur tiegħu. Madankollu, id-detentur ta’ liċenzja esklużiva jista’ jressaq dawk il-proċedimenti jekk id-detentur tad-disinn tal-UE, wara notifika formali, ma jiftaħx proċedimenti ta’ ksur fi żmien xieraq.

4. Il-liċenzjatarju għandu jkun intitolat li jintervjeni fi proċedimenti ta’ ksur imressqa mid-detentur tad-disinn tal-UE, sabiex jikseb kumpens għad-danni li jkun sofra.

🡻 2024/2822

Artikolu 37

Proċedura għad-dħul tal-liċenzji u drittijiet oħra fir-Reġistru

1. L-Artikolu 31(3), ir-regoli adottati skont l-Artikolu 32, u l-Artikolu 31(5) għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-reġistrazzjoni ta’ dritt in rem jew it-trasferiment ta’ dritt in rem kif imsemmi fl-Artikolu 33, l-imposta marbuta mal-mandat ta’ eżekuzzjoni msemmi fl-Artikolu 34, l-involviment fi proċedimenti ta’ insolvenza kif imsemmi fl-Artikolu 35, kif ukoll ir-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew it-trasferiment ta’ liċenzja kif imsemmi fl-Artikolu 36. Madankollu, ir-rekwiżit li jikkonċerna dokumenti li debitament jistabbilixxu t-trasferiment stabbilit fl-Artikolu 31(3) ma għandux japplika meta t-talba ssir mid-detentur tad-disinn tal-UE.

2. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex titqies li ġiet ippreżentata sakemm jitħallas id-dritt meħtieġ.

3. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja tista’ tinkludi talba biex tiġi rreġistrata tali liċenzja fir-Reġistru, bħala waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)liċenzja esklużiva;

(b)subliċenzja fil-każ li tali subliċenzja tingħata minn liċenzjatarju li l-liċenzja tiegħu tkun irreġistrata fir-Reġistru;

(c)liċenzja limitata għal firxa speċifika ta’ prodotti;

(d)liċenzja limitata għal parti mill-Unjoni;

(e)liċenzja temporanja.

Meta ssir talba biex il-liċenzja tiġi rreġistrata bħala liċenzja msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (c), (d), jew (e), l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tindika l-firxa speċifika ta’ prodotti, il-parti tal-Unjoni jew il-perjodu li għalihom qed tingħata l-liċenzja.

4. Meta l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-liċenzji u ta’ drittijiet oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant dwar dak in-nuqqas. Jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, huwa għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

🡻 2024/2822

Artikolu 38

Effetti fil-konfront ta’ partijiet terzi

1. L-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 31, 33 u 36 li jirrigwardaw disinn tal-UE għandu jkollhom effett fil-konfront ta’ partijiet terzi fl-Istati Membri kollha biss wara li dawn jiddaħħlu fir-Reġistru. Madankollu, tali att, qabel ma jiddaħħal, għandu jkollu effett fil-konfront ta’ partijiet terzi li jkunu kisbu d-drittijiet għad-disinn irreġistrat tal-UE wara d-data ta’ dak l-att imma li kienu jafu bl-att fid-data li fiha nkisbu d-drittijiet.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal persuna li tikseb id-disinn irreġistrat tal-UE jew dritt li jirrigwarda d-disinn irreġistrat tal-UE permezz tat-trasferiment tal-impriża kollha jew b’kull mezz ieħor universali tas-suċċessjoni.

3. L-effetti fil-konfront ta’ partijiet terzi tal-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 34 għandhom jiġu rregolati mil-liġi tal-Istat Membru stabbilita skont l-Artikolu 30.

4. L-effetti ta’ falliment jew proċedimenti simili fil-konfront ta’ partijiet terzi għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-Istat Membru li fih tali proċedimenti jitressqu għall-ewwel darba skont it-tifsira tal-liġi nazzjonali jew tal-konvenzjonijiet applikabbli f’dan il-qasam.

🡻 2024/2822

Artikolu 39

Proċedura għall-kanċellazzjoni jew modifika tar-reġistrazzjonijiet ta’ liċenzji u ta’ drittijiet oħra

1. Reġistrazzjoni li ssir skont l-Artikolu 37(1) għandha tiġi kkanċellata jew immodifikata billi ssir applikazzjoni minn waħda mill-persuni kkonċernati.

2. L-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni jew għall-modifika tar-reġistrazzjoni għandu jkun fiha n-numru ta’ reġistrazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE, jew fil-każ ta’ reġistrazzjoni multipla, in-numru ta’ kull disinn, u d-dettalji tad-dritt li għalih tintalab ir-reġistrazzjoni li tiġi kkanċellata jew immodifikata.

3. L-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni jew għall-modifika tar-reġistrazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn dokumenti li juru li d-dritt irreġistrat ma għadux jeżisti jew li l-liċenzjatarju jew id-detentur ta’ dritt ieħor jagħti l-kunsens biex ir-reġistrazzjoni tiġi kkanċellata jew immodifikata.

4. Meta r-rekwiżiti għall-kanċellazzjoni jew modifikazzjoni tar-reġistrazzjoni ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu javża lill-applikant dwar in-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, huwa għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni jew il-modifika tar-reġistrazzjoni.

🡻 2024/2822

Artikolu 40

L-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE bħala oġġett tal-proprjetà

L-Artikoli 30 sa 39 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal disinji rreġistrati tal-UE. Meta l-effett ta’ waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet tkun bil-kundizzjoni tad-dħul fir-Reġistru, dik il-formalità għandha titwettaq mad-dħul tad-disinn irreġistrat tal-UE fir-Reġistru.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

TITOLU IV

APPLIKAZZJONI GĦAL DISINN 🡺1 TAL-UE 🡸 RREĠISTRAT

Taqsima 1

InfilzarPreżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet li jirregolawhom

🡻 2024/2822

Artikolu 41

Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

1. Applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE għandha tiġi ppreżentata fl-Uffiċċju.

2. L-Uffiċċju għandu joħroġ għall-applikant, mingħajr dewmien, irċevuta li għandha tinkludi mill-inqas in-numru tal-fajl, rappreżentazzjoni, deskrizzjoni jew identifikazzjoni oħra tad-disinn, in-natura u l-għadd tad-dokumenti u d-data ta’ meta ġew irċevuti. Fil-każ ta’ applikazzjoni multipla, l-irċevuta maħruġa mill-Uffiċċju għandha tispeċifika l-ewwel disinn u l-għadd ta’ disinji ppreżentati.

🡻 6/2002

Artikolu 42

Kondizzjonijiet għall-applikazzjonijiet

🡻 2024/2822

1. Applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE għandu jkun fiha:

(a)talba għar-reġistrazzjoni;

(b)informazzjoni li tidentifika l-applikant;

(c)rappreżentazzjoni ċara biżżejjed tad-disinn, li tippermetti li jiġi determinat is-suġġett li għalih tkun qed tintalab protezzjoni.

2. L-applikazzjoni għandu jkun fiha wkoll indikazzjoni dwar il-prodotti li fihom ikun hemm l-intenzjoni li d-disinn jiġi inkorporat jew li fuqhom ikun hemm l-intenzjoni li d-disinn jiġi applikat.

3. Barra minn hekk, l-applikazzjoni jista’ jkun fiha:

(a)deskrizzjoni li tispjega r-rappreżentazzjoni;

(b)talba għad-differiment tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 62;

(c)informazzjoni li tidentifika r-rappreżentant jekk l-applikant ikun ħatar wieħed;

(d)il-klassifikazzjoni tal-prodotti li fihom id-disinn ikun hemm l-intenzjoni li jiġi inkorporat jew li fuqhom ikun hemm l-intenzjoni li jiġi applikat skont il-klassi u s-subklassi tal-Klassifikazzjoni ta’ Locarno, kif emendata u fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;

(e)iċ-ċitazzjoni tad-disinjatur jew tat-tim tad-disinjaturi jew dikjarazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-applikant li d-disinjatur jew it-tim tad-disinjaturi jkunu rrinunzjaw għad-dritt li jiġu ċitati.

4. L-applikazzjoni għandha tkun soġġetta għall-ħlas tad-dritt għall-applikazzjoni. Meta tiġi ppreżentata talba għal differiment skont il-paragrafu 3, il-punt (b), din għandha tkun soġġetta għal dritt addizzjonali għad-differiment tal-pubblikazzjoni.

🡻 2024/2822

5. Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE għandha tikkonforma mar-rekwiżiti formali stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu. Sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu relatati mar-rappreżentazzjoni tad-disinn kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c), u l-mezzi ta’ rappreżentanza, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mod tan-numerazzjoni ta’ dehriet differenti fil-każ ta’ rappreżentazzjoni b’dehriet statiċi, il-formati u d-daqs tal-fajl elettroniku kif ukoll kwalunkwe speċifikazzjoni teknika rilevanti oħra. Jekk dawk ir-rekwiżiti jipprevedu l-identifikazzjoni ta’ suġġett li għalih ma tintalab l-ebda protezzjoni permezz ta’ ċerti tipi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà viżiva jew għall-preżentazzjoni ta’ ċerti tipi speċifiċi ta’ dehriet, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li huma permessi tipi addizzjonali ta’ dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà viżiva u tipi speċifiċi ta’ dehriet.

🡻 6/2002

6. It-tagħrif fl-elementi msemmija fil-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (d) ma għandux jaffettwa l-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni tad-disinn.

🡻 2024/2822

Artikolu 43

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fl-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 6/2002

Artikolu 44

Applikazzjonijiet multipli

🡻 2024/2822

1. Għadd massimu ta’ 50 disinn jista’ jiġi kkombinat f’applikazzjoni multipla waħda għad-disinji rreġistrati tal-UE. Kull disinn li jkun inkluż f’ applikazzjoni multipla għandu jiġi nnumerat mill-Uffiċċju f’konformità ma’ sistema li għandha tiġi ddeterminata mid-Direttur Eżekuttiv.

2. Minbarra d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 42(4), l-applikazzjoni multipla għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta’ dritt tal-applikazzjoni fir-rigward ta’ kull disinn addizzjonali inkluż fl-applikazzjoni multipla u, f’każ li l-applikazzjoni jkun fiha talba għal differiment tal-pubblikazzjoni, dritt għad-differiment tal-pubblikazzjoni fir-rigward ta’ kull disinn inkluż fl-applikazzjoni multipla li għalih jintalab differiment.

🡻 2024/2822

3. L-applikazzjoni multipla għandha tikkonforma mar-rekwiżiti formali stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 45.

🡻 2024/2822

4. Kull wieħed mid-disinji li jkunu inklużi f’applikazzjoni multipla jew f’reġistrazzjoni bbażata fuq tali applikazzjoni jista’ jiġi ttrattat separatament mill-oħrajn. Tali disinn jista’, separatament mill-oħrajn, jiġi infurzat, liċenzjat, ikun is-suġġett ta’ dritt in rem, mandat ta’ eżekuzzjoni jew proċedimenti ta’ insolvenza, jiġi ċedut, imġedded jew assenjat, ikun is-suġġett ta’ pubblikazzjoni differita jew iddikjarat invalidu.

🡻 2024/2822

Artikolu 45

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ applikazzjonijiet multipli

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni multipla. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 2024/2822

Artikolu 46

Data tal-preżentazzjoni

Id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE għandha tkun id-data li fiha d-dokumenti li jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 36(1) jiġu ppreżentati fl-Uffiċċju mill-applikant, soġġett għall-ħlas ta’ drittijiet tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 44(2) fi żmien xahar mill-preżentazzjoni ta’ dawk id-dokumenti.

Artikolu 47

Ekwivalenza bejn preżentazzjoni fl-Unjoni u preżentazzjoni nazzjonali

Applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE li jkun ingħata data tal-preżentazzjoni għandha tkun ekwivalenti fl-Istati Membri għal preżentazzjoni regolari nazzjonali, inkluż, meta xieraq, il-prijorità mitluba għall-applikazzjoni għal disinn tal-UE.

🡻 2024/2822

Artikolu 48

Klassifikazzjoni u indikazzjonijiet tal-prodott

1. Il-prodotti li fihom disinn tal-UE li jkun maħsub li jiġi inkorporat jew li fuqhom ikun maħsub li jiġi applikat, għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-Klassifikazzjoni ta’ Locarno, kif emendata u fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

2. L-indikazzjoni tal-prodott, kif imsemmija fl-Artikolu 42(2), għandha tidentifika b’mod ċar u preċiż in-natura tal-prodotti u għandha tippermetti li kull prodott jiġi kklassifikat fi klassi u subklassi waħda biss tal-Klassifikazzjoni ta’ Locarno, jekk possibbli permezz tal-bażi tad-data armonizzata tal-indikazzjonijiet tal-prodott magħmula disponibbli mill-Uffiċċju. L-indikazzjoni tal-prodott għandha tkun konformi mar-rappreżentazzjoni tad-disinn.

3. Il-prodotti għandhom jitqassmu fi gruppi skont il-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta’ Locarno, fejn kull grupp ikun preċedut minn numru tal-klassi li għaliha jappartjeni dak il-grupp ta’ prodotti u ppreżentat fl-ordni tal-klassijiet u s-subklassijiet taħt dik il-klassifikazzjoni.

4. Meta l-applikant juża indikazzjonijiet tal-prodott li ma jkunux inklużi fil-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 2, jew li ma jkunux konformi mar-rappreżentazzjoni tad-disinn, l-Uffiċċju jista’ jipproponi indikazzjonijiet tal-prodott minn dik il-bażi tad-data. Fejn l-applikant ma jweġibx fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista’ jipproċedi bl-eżami abbażi tal-indikazzjonijiet proposti tal-prodott.

🡻 6/2002

Taqsima 2

Prijorità

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 49

Dritt ta’ prijorità

1. Persuna li tkun ippreżentat applikazzjoni kif xieraq għad-dritt ta’ disinn jew għal mudell ta’ utilità fi jew għal kwalunkwe Stat parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi, jew tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew is-suċċessuri  tal-persuna  fit-titolu, għandha tgawdi, bil-għan li tippreżenta applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE rigward l-istess disinn jew mudell ta’ utilità, dritt ta’ prijorità għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-ewwel applikazzjoni.

2. Kull preżentazzjoni li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat fejn tkun saret jew skont ftehimiet bilaterali jew multilaterali, tkun biżżejjed biex tiġi stabbilita d-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, ikun xi jkun l-eżitu tal-applikazzjoni, għandha tiġi rikonoxxuta bħala li tagħti lok għal dritt ta’ prijorità.

3. Applikazzjoni sussegwenti għal disinn li kienet is-suġġett ta’ applikazzjoni inizjali preċedenti, u li tiġi ppreżentata fl-istess Stat jew fir-rigward  tal-istess Stat  , għandha titqies bħala l-ewwel applikazzjoni bil-għan li tiġi stabbilita l-prijorità, dment li, fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni sussegwenti, l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irtirata, abbandunata jew irrifjutata mingħajr ma tiġi miftuħa għal spezzjoni pubblika u mingħajr ma tħalli l-ebda dritt pendenti, u ma tkunx serviet bħala bażi għal talba ta’ dritt ta’ prijorità. L-applikazzjoni preċedenti ma għandhiex isservi wara bħala bażi għal talba ta’ dritt ta’ prijorità.

4. Jekk l-ewwel preżentazzjoni tkun saret fi Stat li ma huwiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw biss sakemm dak l-Istat, skont sejbiet ippubblikati, jagħti, abbażi tal-ewwel preżentazzjoni li tkun saret fl-Uffiċċju u soġġett għal kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, dritt ta’ prijorità li jkollu effett ekwivalenti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, meta meħtieġ, jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra tinvestiga jekk dak l-Istat jagħtix tali trattament reċiproku. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina li għandu jingħata trattament reċiproku, hija għandha tippubblika komunikazzjoni għal dak l-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5. Id-dritt ta’ prijorità msemmi fil-paragrafu 4 għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-komunikazzjoni li tiddetermina li jingħata trattament reċiproku, sakemm f’din il-komunikazzjoni ma tiġix indikata data preċedenti li fiha jsir applikabbli. Dan ma għandux jibqa’ japplika mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li mhux qed jingħata aktar trattament reċiproku, sakemm il-komunikazzjoni ma tistipulax data preċedenti li fiha jsir applikabbli.

6. Il-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu ppubblikati wkoll fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

Artikolu 50

Talba ta’ prijorità

1. Applikant għal disinn irreġistrat tal-UE li jkun jixtieq jieħu vantaġġ mill-prijorità ta’ applikazzjoni preċedenti għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ prijorità jew flimkien mal-applikazzjoni jew fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni. Tali dikjarazzjoni ta’ prijorità għandha tinkludi d-data u l-pajjiż tal-applikazzjoni preċedenti. In-numru tal-fajl tal-applikazzjoni preċedenti u d-dokumentazzjoni li tappoġġa t-talba ta’ prijorità għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ prijorità.

2. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li d-dokumentazzjoni li għandha tingħata mill-applikant b’appoġġ għat-talba ta’ prijorità tista’ tikkonsisti f’inqas minn x’inhu meħtieġ skont l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 51, soġġett għall-konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-applikanti u dment li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-Uffiċċju minn sorsi oħra.

🡻 2024/2822

Artikolu 51

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tat-talba ta’ prijorità

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip ta’ dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata sabiex issir it-talba ta’ prijorità ta’ applikazzjoni preċedenti f’konformità mal-Artikolu 50(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 2024/2822

Artikolu 52

Effett ta’ dritt tal-prijorità

Id-dritt ta’ prijorità għandu jkollu l-effett li d-data ta’ prijorità għandha tgħodd bħala d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE għall-finijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 24, l-Artikolu 27(1), il-punti (d), (e) u (f), u l-Artikolu 62(1).

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 53

Prijorità ta’ wirja

1. Jekk applikant għal disinn irreġistrat tal-UE jkun żvela prodotti li d-disinn ikun inkorporat fihom jew applikat fuqhom, f’wirja uffiċjali jew f’wirja internazzjonali rikonoxxuta uffiċjalment  fil-kamp ta’ applikazzjoni  tal-Konvenzjoni dwar  il-wirjiet internazzjonali iffirmat f’Parġi fit-22 ta’ Novembru tal-1928 u  riveduta l-aħħar fit-30 ta’ Novembru 1972, l-applikant jista’, jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel żvelar ta’ tali prodotti, jitlob dritt ta’ prijorità minn dik id-data.

2. Applikant li jkun jixtieq jitlob prijorità skont il-paragrafu 1 għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ prijorità flimkien mal-applikazzjoni jew fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni. L-applikant għandu, fi żmien tliet xhur mid-dikjarazzjoni ta’ prijorità, jippreżenta evidenza li l-prodotti li fihom huwa inkorporat id-disinn, jew li fuqhom huwa applikat, ikunu ġew żvelati skont it-tifsira tal-paragrafu 1.

3. Prijorità ta’ wirja mogħtija fi Stat Membru jew f’pajjiż terz ma għandhiex testendi l-perjodu ta’ prijorità stabbilit fl-Artikolu 49.

🡻 2024/2822

Artikolu 54

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip u d-dettalji tal-evidenza li għandha tiġi ppreżentata għal talba ta’ prijorità ta’ wirja f’konformità mal-Artikolu 53(2) Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 2024/2822

TITOLU V

PROĊEDURA TA’ REĠISTRAZZJONI, TIĠDID U TIBDIL

🡻 2024/2822

Artikolu 55

Eżami rigward il-ħtiġiet formali għall-preżentazzjoni

1. L-Uffiċċju għandu jeżamina jekk l-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE tikkonformax mar-rekwiżiti għall-għoti ta’ data tal-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 46.

2. L-Uffiċċju għandu jeżamina jekk:

(a)l-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE tikkonformax mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 42(2), (3) u (5) u, fil-każ ta’ applikazzjoni multipla, fl-Artikolu 44(1) u (3);

(b)meta rilevanti, id-dritt addizzjonali għad-differiment tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 42(4) ikunx tħallas fil-perjodu preskritt;

(c)meta rilevanti, id-dritt addizzjonali għad-differiment tal-pubblikazzjoni fir-rigward ta’ kull disinn inkluż f’applikazzjoni multipla skont l-Artikolu 44(2) ikunx tħallas fil-perjodu preskritt.

3. Meta l-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jew 2, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-applikant jirrimedja n-nuqqasijiet jew l-inadempjenza fi żmien xahrejn minn meta tasal in-notifika ta’ dik it-talba.

4. Jekk l-applikant ma jikkonformax mat-talba tal-Uffiċċju msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-applikazzjoni ma għandhiex tiġi ttrattata bħala applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE. Jekk l-applikant jikkonforma ma’ dik it-talba fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti, l-Uffiċċju għandu jagħti bħala d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni d-data meta jiġu rimedjati n-nuqqasijiet jew l-inadempjenzi.

5. Jekk l-applikant ma jikkonformax mat-talba tal-Uffiċċju msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.

6. Jekk l-applikant ma jikkonformax mat-talba tal-Uffiċċju- msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c),, l-applikazzjoni għandha tiġi rifjutata fir-rigward tad-disinji addizzjonali sakemm ma jkunx ċar liema disinji huwa maħsub li jkopri l-ammont imħallas. Fin-nuqqas ta’ kriterji oħra li jiddeterminaw liema disinji huma maħsuba li jkunu koperti, l-Uffiċċju għandu jittratta d-disinji fl-ordni numeriku konsekuttiv li fihom jinsabu l-applikazzjoni multipla. L-applikazzjoni għandha tiġi rifjutata fir-rigward ta’ dawk id-disinji li għalihom id-dritt addizzjonali għad-differiment tal-pubblikazzjoni ma jkunx tħallas jew ma jkunx tħallas kollu.

7. Nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li jikkonċernaw talba ta’ prijorità għandu jirriżulta fit-telf tad-dritt ta’ prijorità għall-applikazzjoni.

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 56

Raġunijiet għan-nonreġistrabbiltà

1. Jekk l-Uffiċċju, fit-twettiq tal-eżami skont l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament, jinnota li d-disinn li għalih qed tintalab il-protezzjoni ma jikkorrispondix mad-definizzjoni  stabbilita  fl-Artikolu 4, il-punt (1), ta’ dan ir-Regolament, jew li jmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità jew, mingħajr ma jkun ingħata l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni, li dan jikkostitwixxi użu ħażin ta’ kwalunkwe element elenkat fl-Artikolu 6ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, jew tal-badges, l-emblemi u l-istemmi għajr dawk koperti mill-Artikolu 6ter ta’ dik il-Konvenzjoni u li huma ta’ interess pubbliku partikolari fi Stat Membru, huwa għandu jinnotifika lill-applikant li d-disinn huwa nonreġistrabbli, filwaqt li jispeċifika r-raġuni għan-nonreġistrabbiltà.

2. Fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jispeċifika perjodu li fih l-applikant jista’ jissottometti osservazzjonijiet, jirtira l-applikazzjoni jew il-fehmiet li jkunu tressqu oġġezzjonijiet għalihom jew jissottometti rappreżentazzjoni emendata tad-disinn li tkun differenti biss f’dettalji immaterjali mir-rappreżentazzjoni kif ppreżentata oriġinarjament.

3. Meta l-applikant jonqos milli jegħleb r-raġunijiet għan-nuqqas tal-kapaċità tar-reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni. Jekk dawk ir-raġunijiet jikkonċernaw biss xi wħud mid-disinji inklużi f‘,applikazzjoni multipla, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni biss għal dawk li jirrigwardaw id-disinji kkonċernati.

🡻 2024/2822

Artikolu 57

Irtirar u emendar tal-applikazzjoni

1. L-applikant jista’ fi kwalunkwe ħin jirtira applikazzjoni għal disinn tal-UE jew, fil-każ ta’ applikazzjoni multipla, jirtira xi wħud mid-disinji inklużi fl-applikazzjoni.

2. L-applikant jista’ fi kwalunkwe ħin jemenda r-rappreżentazzjoni tad-disinn tal-UE li tkun saret applikazzjoni għalih f’dettalji immaterjali.

🡻 2024/2822

Artikolu 58

Delega tas-setgħa fir-rigward tal-emendar tal-applikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji tal-proċedura għall-emendar tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 57(2).

🡻 2024/2822

Artikolu 59

Reġistrazzjoni

1. Jekk ir-rekwiżiti għal applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE ikunu ġew issodisfati, u sa fejn l-applikazzjoni ma tkunx ġiet irrifjutata skont l-Artikolu 56, l-Uffiċċju għandu jdaħħal id-disinn inkluż fl-applikazzjoni u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 104(2) fir-Reġistru.

2. Jekk l-applikazzjoni jkun fiha talba għal differiment tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 62, għandha tiddaħħal ukoll fir-Reġistru indikazzjoni ta’ dik it-talba u d-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ differiment.

3. Ir-reġistrazzjoni għandu jkollha d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 46.

4. Id-drittijiet pagabbli skont l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 44(2) ma għandhomx jiġu rimborżati anke jekk id-disinn li tkun saret applikazzjoni għalih ma jiġix irreġistrat.

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 60

Pubblikazzjoni

Mar-reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jippubblika d-disinn irreġistrat tal-UE fil-  Bulettin tad-Disinji tal-Unjoni Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 107(1), il-punt (a).

🡻 2024/2822

Artikolu 61

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward il-pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fil-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 60. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 62

Differiment tal-pubblikazzjoni

1. L-applikant għal disinn irreġistrat tal-UE jista’ jitlob, meta jippreżenta l-applikazzjoni, li l-pubblikazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE tiġi differita għal perjodu ta’ mhux aktar minn 30 xahar mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jew, jekk issir talba għall-prijorità, mid-data tal-prijorità.

2. Fuq talba msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 59, id-disinn irreġistrat tal-UE għandu jiġi rreġistrat, iżda la r-rappreżentazzjoni tad-disinn kif ukoll ebda fajl marbut mal-applikazzjoni ma għandhom, soġġett għall-Artikolu 109(2), ikunu miftuħa għal spezzjoni pubblika.

3. L-Uffiċċju għandu jippubblika fil-Bullettin tad-Disinji  tal-Unjoni Ewropea  indikazzjoni ta’ talba msemmija fil-paragrafu 1. L-indikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni li tidentifika lid-detentur tad-dritt tad-disinn irreġistrat, l-isem tar-rappreżentant, jekk ikun hemm, id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tad-disinn, u n-numru tal-fajl tal-applikazzjoni. La r-rappreżentazzjoni tad-disinn u lanqas kwalunkwe dettall li jidentifika l-apparenza tiegħu ma għandhom jiġu ppubblikati.

4. Mal-iskadenza tal-perjodu tad-differiment, jew fi kwalunkwe data aktar bikrija mitluba mid-detentur tad-dritt, l-Uffiċċju għandu jiftaħ għall-ispezzjoni pubblika l-entrati kollha fir-Reġistru u l-fajl relatat mal-applikazzjoni u għandu jippubblika d-disinn irreġistrat fil-Bullettin tad-Disinji tal-  Unjoni Ewropea. 

5. Id-detentur tad-dritt jista’ jwaqqaf il-pubblikazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, billi jippreżenta talba għaċ-ċediment tad-disinn tal-UE f’konformità mal-Artikolu 71 mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ differiment. Kwalunkwe talba għad-dħul taċ-ċediment fir-Reġistru li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 71 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 72, jew li jiġu ppreżentati wara t-terminu ta’ żmien ta’ tliet xhur imsemmi f’dan il-paragrafu, għandha tiġi rrifjutata.

6. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni abbażi ta’ applikazzjoni multipla skont l-Artikolu 44, id-detentur għandu, flimkien mat-talba għal pubblikazzjoni aktar kmieni msemmija fil-paragrafu 4 jew it-talba għal ċediment imsemmija fil-paragrafu 5, jindika b’mod ċar liema mid-disinji li jinsabu f’dik l-applikazzjoni għandhom jiġu ppubblikati qabel jew ċeduti u li għalihom għandu jitkompla d-differiment tal-pubblikazzjoni.

7. Jekk id-detentur ma jikkonformax mar-rekwiżit  stabbiliti  fil-paragrafu 6, l-Uffiċċju għandu jitlob lid-detentur jirrimedja n-nuqqas f’terminu ta’ żmien speċifikat, li fl-ebda każ ma għandu jiskadi wara l-perjodu ta’ differiment ta’ 30 xahar.

8. In-nuqqas ta’ rimedju tan-nuqqas imsemmi fil-paragrafu 7 fit-terminu ta’ żmien speċifikat għandu jwassal biex it-talba għal pubblikazzjoni bikrija titqies li ma ġietx ippreżentata, jew biex it-talba għal ċediment tiġi rrifjutata.

9. Il-ftuħ ta’ proċedimenti legali abbażi ta’ disinn irreġistrat tal-UE matul il-perjodu tad-differiment tal-pubblikazzjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-informazzjoni inkluża fir-Reġistru u fil-fajl relatat mal-applikazzjoni tkun ġiet ikkomunikata lill-persuna li kontra tagħha tkun tressqet l-azzjoni.

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 63

Pubblikazzjoni wara l-perjodu ta’ differiment

L-Uffiċċju għandu, meta jiskadi l-perjodu ta’ differiment imsemmi fl-Artikolu 62 jew, fil-każ ta’ talba għal pubblikazzjoni aktar kmieni, malajr kemm jista’ jkun teknikament possibbli:

(a)jippubblika d-disinn irreġistrat tal-UE fil-Bullettin tad-Disinji  tal-Unjoni Ewropea,  bid-dettalji meħtieġa skont ir-regoli adottati skont l-Artikolu 61, flimkien ma’ indikazzjoni tal-fatt li l-applikazzjoni kien fiha talba għal differiment tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 62;

(b)jagħmel disponibbli għall-ispezzjoni pubblika kwalunkwe fajl relatat mad-disinn;

(c)jiftaħ għall-ispezzjoni pubblika l-entrati kollha fir-Reġistru, inkluż kwalunkwe entrata miżmuma milli ssirilha spezzjoni skont l-Artikolu 109(5).

Artikolu 64

Ċertifikati ta’ reġistrazzjoni

Wara l-pubblikazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE, l-Uffiċċju għandu joħroġ lid-detentur ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. L-Uffiċċju għandu jipprovdi kopji ċċertifikati jew mhux ċċertifikati taċ-ċertifikat, fuq talba. Iċ-ċertifikati u l-kopji għandhom jinħarġu b’ mezzi elettroniċi.

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 65

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Artikolu 64, u l-forma tiegħu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

Artikolu 66

Tiġdid

1. Ir-reġistrazzjoni tad-disinn tal-UE għandha tiġġedded fuq it-talba tad-detentur tad-dritt tad-disinn irreġistrat tal-UE jew ta’ kwalunkwe persuna awtorizzata espressament mid-detentur tad-dritt biex titlob it-tiġdid, dment li jkunu tħallsu d-drittijiet ta’ tiġdid.

2. L-Uffiċċju għandu jinforma lid-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE, u lil kwalunkwe persuna li jkollha dritt reġistrat fir-rigward tad-disinn tal-UE, bl-iskadenza tar-reġistrazzjoni tal-inqas sitt xhur qabel id-data ta’ tali skadenza. In-nuqqas li tingħata tali informazzjoni ma għandux jinvolvi r-responsabbiltà tal-Uffiċċju u ma għandux jaffettwa l-iskadenza tar-reġistrazzjoni.

3. It-talba għat-tiġdid għandha tiġi sottomessa  fi żmien  sitt xhur qabel l-iskadenza tar-reġistrazzjoni. Id-dritt ta’ tiġdid għandu jitħallas ukoll f’dak il-perjodu.

Jekk dan ma jsirx, it-talba tista’ tiġi sottomessa u d-dritt jitħallas fi żmien perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni, dment li jitħallas dritt addizzjonali għall-pagament tardiv tad-dritt ta’ tiġdid jew għas-sottomissjoni tardiva tat-talba għat-tiġdid fi żmien dak il-perjodu ulterjuri.

4. It-talba għat-tiġdid imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)l-isem tal-persuna li qed titlob it-tiġdid;

(b)in-numru ta’ reġistrazzjoni tad-disinn tal-UE li għandu jiġġedded;

(c)fil-każ ta’ reġistrazzjoni abbażi ta’ applikazzjoni multipla, indikazzjoni tad-disinji li għalihom qed jintalab tiġdid.

Jekk jitħallsu d-drittijiet ta’ tiġdid, il-ħlas għandu jitqies li jikkostitwixxi talba għal tiġdid dment li jkun fih l-indikazzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi stabbilit l-għan tal-pagament.

5. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni abbażi ta’ applikazzjoni multipla skont l-Artikolu 44, meta d-drittijiet imħallsa ma jkunux biżżejjed biex ikopru d-disinji kollha li għalihom jintalab tiġdid, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded fir-rigward ta’ dawk id-disinji li għalihom l-ammont imħallas huwa b’mod ċar maħsub li jkopri.. Fin-nuqqas ta’ kriterji oħrajn li jiddeterminaw liema disinji huma maħsuba li jkunu koperti, l-Uffiċċju għandu jittratta d-disinji fl-ordni numeriku konsekuttiv li fih ikunu jinsabu fl-applikazzjoni multipla.

6. It-tiġdid għandu jkollu effett mill-jum ta’ wara d-data meta r-reġistrazzjoni eżistenti tiskadi. It-tiġdid għandu jiddaħħal fir-Reġistru.

7. Meta t-talba għat-tiġdid tiġi ppreżentata fil-perjodi previsti fil-paragrafu 3, iżda l-kundizzjonijiet l-oħra għat-tiġdid previsti f’dan l-Artikolu ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bin-nuqqasijiet identifikati.

8. Meta t-talba għat-tiġdid ma tiġix sottomessa jew tiġi sottomessa wara li jiskadi l-perjodu previst fil-paragrafu 3, jew meta d-drittijiet ma jitħallsux jew jitħallsu biss wara li jkun skada l-perjodu inkwistjoni, jew meta n-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 7 ma jiġux irrimedjati f’dak il-perjodu, l-Uffiċċju għandu jiddetermina li r-reġistrazzjoni skadiet u għandu jinnotifika lid-detentur tad-disinn tal-UE kif xieraq. Meta d-determinazzjoni tkun saret finali, l-Uffiċċju għandu jikkanċella d-disinn mir-Reġistru. Il-kanċellazzjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ wara d-data li fiha tiskadi r-reġistrazzjoni eżistenti. Meta d-drittijiet ta’ tiġdid ikunu tħallsu iżda r-reġistrazzjoni ma tiġġeddidx, dawk id-drittijiet għandhom jitħallsu lura.

9. Talba waħda għat-tiġdid tista’ tiġi sottomessa għal żewġ disinji jew aktar dment li d-detentur jew ir-rappreżentant ikun l-istess għad-disinji kollha koperti mit-talba. Id-dritt ta’ tiġdid meħtieġ għandu jitħallas fir-rigward ta’ kull disinn li għalih jintalab it-tiġdid.

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 67

Tibdil

1. Ir-rappreżentazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE ma għandhiex tinbidel fir-Reġistru matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni jew mat-tiġdid tiegħu ħlief f’dettalji immaterjali.

2. Talba mid-detentur għal tibdil għandha tinkludi r-rappreżentazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE fil-verżjoni mibdula tiegħu.

3. Talba għal tibdil għandha titqies li għadha ma ġietx ppreżentata sakemm ikun tħallas id-dritt meħtieġ. Jekk id-dritt ma jkunx tħallas jew ma tkunx tħallas bis-sħiħ, l-Uffiċċju għandu jinforma lid-detentur kif xieraq. Tista ssir talba waħda għat-tibdil tal-istess element f’żewġ reġistrazzjonijiet jew aktar, dment li d-detentur ikun l-istess għad-disinji kollha. Id-dritt meħtieġ għat-tibdil għandu jitħallas fir-rigward ta’ kull reġistrazzjoni li għandha tinbidel. Jekk ir-rekwiżiti għat-tibdil tar-reġistrazzjoni  stabbiliti  f’dan l-Artikolu u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 68 ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jikkomunika n-nuqqas lid-detentur. Jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat fil-limitu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba għal tibdil.

4. Il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-tibdil għandha tinkludi rappreżentazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE kif mibdul.

🡻 2024/2822

Artikolu 68

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward it-tibdil

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fit-talba għal tibdil imsemmija fl-Artikolu 67(2). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 69

Bidla fl-isem jew fl-indirizz

1. Id-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jinforma lill-Uffiċċju dwar bidla fl-isem jew fl-indirizz tad-detentur, li ma hijiex il-konsegwenza ta’ trasferiment jew ta’ bidla fis-sjieda tad-disinn irreġistrat tal-UE.

2. Tista’ ssir applikazzjoni waħda għall-bidla fl-isem jew fl-indirizz fir-rigward ta’ żewġ reġistrazzjonijiet jew aktar tal-istess detentur.

3. Jekk ir-rekwiżiti għal bidla fl-isem jew fl-indirizz  stabbiliti  f’dan l-Artikolu u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 70 ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jikkomunika n-nuqqas lid-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE. Jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba.

4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal bidla fl-isem jew fl-indirizz tar-rappreżentant irreġistrat.

5. L-Uffiċċju għandu jdaħħal fir-Reġistru d-dettalji msemmija fl-Artikolu 104(3), il-punti (a) u (b).

6. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal disinji rreġistrati tal-UE. Il-bidla għandha tiddaħħal fil-fajls miżmuma mill-Uffiċċju li jikkonċernaw l-applikazzjoni għal disinn tal-UE.

🡻 2024/2822

Artikolu 70

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-bidla fl-isem jew fl-indirizz

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f’talba għal bidla fl-isem jew fl-indirizz skont l-Artikolu 69(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

TITOLU VI

IĊ-ĊEDIMENT U L-INVALIDITÀ TAD-DISINN irREĠISTRAT 🡺1 TAL-UE 🡸 

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 71

Ċediment

1. Iċ-ċediment ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jiġi ddikjarat lill-Uffiċċju bil-miktub mid-detentur tad-dritt. Ma għandux ikollu effett qabel ma jiddaħħal fir-Reġistru.

2. Jekk jiġi ċedut disinn irreġistrat tal-UE li jkun soġġett għad-differiment tal-pubblikazzjoni għandu jitqies mill-bidu nett li ma kellux l-effetti  msemmija  f’dan ir-Regolament.

3. Ċediment għandu jiġi rreġistrat biss bi ftehim mal-proprjetarju ta’ dritt imdaħħal fir-Reġistru. Jekk liċenzja tkun ġiet irreġistrata, iċ-ċediment għandu jiddaħħal fir-Reġistru biss jekk id-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE jagħti provi li l-liċenzjatarju jkun ġie infurmat bl-intenzjoni tad-detentur li jċedi. L-entrata taċ-ċediment għandha ssir meta jiskadi l-perjodu ta’ tliet xhur wara d-data li fiha d-detentur jissodisfa lill-Uffiċċju dwar il-fatt li l-liċenzjatarju jkun ġie infurmat bl-intenzjoni li jċedi, jew qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, malli d-detentur juri li l-liċenzjatarju ta l-kunsens tiegħu.

4. Jekk ikunu nbdew proċedimenti quddiem il-qorti jew l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15 relatata mal-intitolament għal disinn irreġistrat tal-UE, l-Uffiċċju ma għandux idaħħal iċ-ċediment fir-Reġistru mingħajr il-qbil tar-rikorrent.

5. Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw iċ-ċediment  msemmija  f’dan l-Artikolu u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 72 ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jikkomunika n-nuqqasijiet lid-detentur tad-dritt li jiddikjara ċ-ċediment. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju ma għandux idaħħal iċ-ċediment fir-Reġistru.

🡻 2024/2822

Artikolu 72

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward iċ-ċediment

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f’dikjarazzjoni ta’ ċediment skont l-Artikolu 71(1);

(b)it-tip ta’ dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit il-ftehim ta’ parti terza skont l-Artikolu 71(3) u l-ftehim ta’ rikorrent skont l-Artikolu 71(4).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 6/2002

Artikolu 73

Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità

🡻 2024/2822

1. Soġġett għall-Artikolu 27(2) sa (5), kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, kif ukoll awtorità pubblika li lilha tkun mogħtija s-setgħa, tista’ tissottometti lill-Uffiċċju applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’nvalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE.

🡻 6/2002

2. L-applikazzjoni għandha tiġi infilzata f'dikjarazzjoni motivata bil-miktub. Ma għandhiex titqies li tkun ġiet preżentata sakemm tkun tħallas dritt fuq l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’invalidità.

🡻 2024/2822

3. Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma għandhiex tkun ammissibbli jekk tkun ingħatat deċiżjoni fuq il-merti ta’applikazzjoni li tirrigwarda l-istess materja u l-istess kawża, u li tinvolvi lill-istess partijiet, mill-Uffiċċju jew permezz ta’ qorti tad-disinji tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 119, u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju jew dik tal-qorti tad-disinji tal-UE dwar tali applikazzjoni tkun saret finali.

🡻 2024/2822

Artikolu 74

Eżami tal-applikazzjoni

1. Jekk l-Uffiċċju jsib li l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija ammissibbli, l-Uffiċċju għandu jeżamina jekk ir-raġunijiet għall-invalidità msemmija fl-Artikolu 27 jippreġudikawx iż-żamma tad-disinn irreġistrat tal-UE.

2. Meta jeżamina l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet, kemm-il darba jkun meħtieġ, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, f’perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Uffiċċju, dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġa mill-Uffiċċju stess.

3. Jekk id-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE jitlob dan, applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li tinvoka trademark preċedenti tal-UE jew nazzjonali bħala sinjal distintiv skont it-tifsira tal-Artikolu 27(1), il-punt (e) ta’ dan ir-Regolament, għandu jipprovdi prova tal-użu ġenwin ta’ tali marka f’konformità mal-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 u mar-regoli adottati skont l-Artikolu 75 ta’ dan ir-Regolament.

4. Reġistrazzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għandha tiddaħħal fir-Reġistru ladarba dik id-deċiżjoni tkun saret finali.

5. L-Uffiċċju jista’ jistieden lill-partijiet sabiex jaslu għal ftehim bonarju.

🡻 2024/2822

Artikolu 75

Delega tas-setgħa rigward id-dikjarazzjoni ta’ invalidità

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji tal-proċedimenti għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn tal-UE kif imsemmi fl-Artikoli 73 u 74, inkluż il-possibbiltà li tiġi eżaminata applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bħala kwistjoni ta’ prijorità meta d-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE ma jikkontestax ir-raġunijiet ta’ invalidità jew tal-eżenzjoni mitluba.

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

Artikolu 76

Parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-persuna allegata bi ksur tal-liġi

1. Fil-każ li tkun ġiet preżentata applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' disinn irreġistrat 🡺1 tal-UEi 🡸 , u sakemm ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni finali mill-Uffiċċju, kull parti terza li tipprova illi ġiet imressqa kontra  dik il-parti terza   azzjoni għal ksur tal-liġi  dwar l-istess disinn tista' tingħaqad mal-proċeduri ' ta’ invalidità fuq talba sottomessa fi żmien tliet xhur mid-data li fiha  tkun infetħet l-azzjoni għal ksur. 

L-istess għandu japplika rigward kull parti terza illi tipprova kemm li d-detentur  proprju  tad-dritt għad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸 talab lill-parti terza jieqaf mill-ksur allegat tad-disinn u li l-parti terza jkun fetaħ proċeduri għal deċiżjoni mill-qorti illi  l-parti terza  ma jkunx qiegħed jikser id-disinn 🡺1 tal-UE 🡸.

2. It-talba sabiex jingħaqad bħala parti għandha tiġi preżentata f'dikjarazzjoni motivatabil-miktub. Ma għandhiex titqies li tkun ġiet preżentata sakemm ma jkunx għadu tħallas id-dritt għall-invalidità riferit fl-Artikolu 73(2). Wara dan, it-talba għandha, bla ħsara għal kull eċċezzjoni stabbilita fir-Regolament ta' implimentazzjoni, tiġi ttrattata bħala applikazzjoni għal dikjarazzjoni 'ta’invalidità.

TITOLU VII

APPELLI

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 77

Deċiżjonijiet soġġetti għal appell

1. Għandu jsir appell  kontra  d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju msemmijin fl-Artikolu 141, il-punti (a), (b) u (c).

2. L-Artikoli 66 sa 72 tar-Regolament (UE) 2017/1001 għandhom japplikaw għall-appelli ttrattati mill-Bord tal-Appell skont dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

🡻 2024/2822

Artikolu 78

Delega tas-setgħa fir-rigward tal-proċedimenti ta’ appell

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:

(a)il-kontenut formali tal-avviż ta’ appell imsemmi fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2017/1001 u l-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżami tal-appell;

(b)il-kontenut formali u l-forma tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell kif imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2017/1001;

(c)ir-rimborż tat-tariffa tal-appell kif imsemmi fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2017/1001.

🡻 

---

🡻 6/2002

TITOLU VIII

PROĊEDURA QUDDIEM L-UFFIĊĊJU

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

🡻 2024/2822

Artikolu 79

Deċiżjonijiet u komunikazzjonijiet tal-Uffiċċju

1. Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Dawn għandhom ikunu bbażati biss fuq raġunijiet jew evidenza li fihom il-partijiet ikkonċernati jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Meta jsiru proċedimenti orali quddiem l-Uffiċċju, id-deċiżjoni tista’ tingħata bil-fomm. Sussegwentement, id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-partijiet.

2. Kwalunkwe deċiżjoni, komunikazzjoni jew avviż mill-Uffiċċju għandhom jindikaw id-dipartiment jew id-diviżjoni tal-Uffiċċju kif ukoll l-isem jew l-ismijiet tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli. Huma għandhom jiġu ffirmati minn dak l-uffiċjal jew dawk l-uffiċjali, jew, minflok firma, ikollhom siġill stampat jew ittimbrat tal-Uffiċċju. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li mezzi oħrajn ta’ identifikazzjoni tad-dipartiment jew diviżjoni tal-Uffiċċju u l-isem tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli, jew identifikazzjoni minbarra siġill jistgħu jintużaw meta d-deċiżjonijiet, il-komunikazzjonijiet jew in-notifiki jiġu trażmessi permezz ta’ kwalunkwe mezz tekniku ta’ komunikazzjoni.

3. Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju li huma suġġetti għal appell għandhom ikunu akkumpanjati minn komunikazzjoni bil-miktub li tindika li kwalunkwe notifika tal-appell għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni inkwistjoni. Kwalunkwe tali komunikazzjoni għandha wkoll tiġbed l-attenzjoni tal-partijiet għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 66, 67, 68, 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2017/1001, li japplikaw ukoll għall-appelli skont dan ir-Regolament skont l-Artikolu 77(2) ta’ dan ir-Regolament. Il-partijiet m’għandhom jinvokaw l-ebda nuqqas min-naħa tal-Uffiċċju li jikkomunika d-disponibbiltà tal-proċedimenti ta’ appell.

🡻 6/2002

Artikolu 80

Eżami tal-fatti mill-Uffiċċju fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu

🡻 2024/2822

1. Fil-proċedimenti quddiemu, l-Uffiċċju għandu jeżamina l-fatti fuq inizjattiva proprja. Madankollu, fil-proċedimenti relatati ma’ dikjarazzjoni ta’ invalidità, l-Uffiċċju għandu jirrestrinġi dan l-eżami għar-raġunijiet, il-fatti, l-evidenza u l-argumenti pprovduti mill-partijiet u l-eżenzjoni mitluba.

🡻 6/2002

2. L-Uffiċċju jista' jinjora fatti jew provi li ma jiġux sottomessi fiż-żmien dovut mill-partijiet interessati.

🡻 2024/2822

Artikolu 81

Proċedimenti orali

1. Jekk l-Uffiċċju jikkunsidra li l-proċedimenti orali jkunu prattiċi, dawn għandhom isiru jew fuq l-istanza tal-Uffiċċju jew fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti fil-proċedimenti.

2. Il-proċedimenti orali quddiem l-eżaminaturi u d-dipartiment inkarigat mir-Reġistru ma għandhomx isiru fil-pubbliku.

3. Il-proċedimenti orali, inkluża l-għotja tad-deċiżjoni, quddiem id-Diviżjonijiet tal-Invalidità u l-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, għajr jekk id-dipartiment li quddiemu jkunu qegħdin isiru l-proċedimenti jiddeċiedi xorta oħra f’każijiet meta l-ammissjoni tal-pubbliku jista’ jkollha żvantaġġi serji u mhux iġġustifikati, b’mod partikolari għal parti fil-proċedimenti.

🡻 2024/2822

Artikolu 82

Delega tas-setgħa fir-rigward tal-proċedimenti orali

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-arranġamenti dettaljati għall-proċedimenti orali msemmija fl-Artikolu 81, inkluż l-arranġamenti dettaljati għall-użu tal-lingwi f’konformità mal-Artikolu 137.

🡻 6/2002 (adattat)

Artikolu 83

Ġbir ta’ provi

1. F'kull proċedura quddiem l-Uffiċċju l-mezz għall-għoti u l-ksiba  ta’ provi  għandu jinkludi dan li ġej:

(a)is-smigħ tal-partijiet;

(b)it-talbiet għat-tagħrif;

(ċ)il-produzzjoni tad-dokumenti u l-oġġetti ta’ prova;

(d)is-smigħ ta’ xhieda;

(e)l-opinjonijiet tal-esperti;

(f)id-dikjarazzjonijiet bil-miktub, ġuramentati jew affermati jew li jkollhom effett simili skond il-liġijiet tal-Istat fejn titfassal id-dikjarazzjoni.

2. Id-dipartiment rilevanti tal-Uffiċċju jista' jikkummissjona lil wieħed mill-membri tiegħu sabiex jeżamina l-provi ppreżentati.

🡻 2024/2822

3. Jekk l-Uffiċċju jqis neċessarju li parti, xhud jew espert jagħtu x-xhieda tagħhom verbalment, għandu joħroġ ċitazzjoni lill-persuna ikkonċernata sabiex tidher quddiemu. Il-perjodu ta’ notifika pprovdut f’tali ċitazzjoni għandu jkun tal-inqas ta’ xahar, sakemm il-parti, ix-xhieda jew l-espert ma jaqblux fuq perjodu iqsar.

🡻 6/2002

4. Il-partijiet għandhom jiġu mgħarrfa bis-smigħ ta' xhud jew ta' espert quddiem l-Uffiċċju. Għandu jkollhom id-dritt li jkunu preżenti u li jagħmlu mistoqsijiet lix-xhud jew lill-espert.

🡻 2024/2822

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-ammonti ta’ spejjeż li għandhom jitħallsu, inkluż dawk bil-quddiem, fir-rigward tal-ispejjeż tal-kumpilazzjoni tal-provi kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

🡻 2024/2822

Artikolu 84

Delega tas-setgħa rigward il-kumpilazzjoni ta’ provi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda msemmija fl-Artikolu 83.

🡻 2024/2822

Artikolu 85

Notifika

1. L-Uffiċċju għandu, fuq inizjattivi tiegħu stess, jinnotifika lil dawk ikkonċernati dwar id-deċiżjonijiet u ċ-ċitazzjonijiet u dwar kwalunkwe avviż jew komunikazzjoni oħra li minnhom jiġi kkalkulat terminu ta’ żmien, jew li dwarhom dawk ikkonċernati għandhom jiġu notifikati skont dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew ta’ atti adottati skont dan ir-Regolament, jew li tkun ġiet ordnata n-notifika tagħhom mid-Direttur Eżekuttiv.

2. In-notifika għandha ssir b’mezzi elettroniċi. Id-dettalji rigward il-mezzi elettroniċi għandhom jiġu ddeterminati mid-Direttur Eżekuttiv.

3. Meta l-Uffiċċju jara li huwa impossibbli li ssir notifika, din għandha ssir permezz ta’ avviż pubbliku. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina kif għandu jingħata l-avviż pubbliku u għandu jistabbilixxi l-bidu tal-perjodu ta’ xahar li mal-iskadenza tiegħu d-dokument għandu jitqies li jkun ġie nnotifikat.

🡻 2024/2822

Artikolu 86

Delega tas-setgħas rigward in-notifika

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi jistipulaw l-arranġamenti dettaljati għan-notifika msemmija fl-Artikolu 85.

🡻 2024/2822

Artikolu 87

Notifika ta’ telf ta’ drittijiet

Meta l-Uffiċċju jsib li t-telf ta’ kwalunkwe dritt jirriżulta minn dan ir-Regolament jew atti adottati skont dan ir-Regolament, mingħajr ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni, huwa għandu jikkomunika dik is-sejba lill-persuni kkonċernati f’konformità mal-Artikolu 85. Il-persuni kkonċernati jistgħu japplikaw għal deċiżjoni dwar il-kwistjoni fi żmien xahrejn min-notifika tal-komunikazzjoni, jekk iqisu li s-sejba tal-Uffiċċju ma hijiex korretta. L-Uffiċċju għandu jadotta tali deċiżjoni biss meta ma jaqbilx mal-persuni li jkunu qed jitolbuha. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-Uffiċċju għandu jemenda s-sejba tiegħu u jinforma lill-persuni li jitolbu d-deċiżjoni f’dan ir-rigward.

Artikolu 88

Komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju

Il-komunikazzjonijiet indirizzati lill-Uffiċċju għandhom isiru b’mezzi elettroniċi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw u l-mod u l-kundizzjonijiet tekniċi li bihom għandhom jintużaw dawk il-mezzi elettroniċi.

🡻 2024/2822

Artikolu 89

Delega tas-setgħa fir-rigward tal-komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika r-regoli dwar il-komunikazzjonijiet indirizzati lill-Uffiċċju kif imsemmi fl-Artikolu 88 u l-formoli għal tali komunikazzjoni li għandhom jiġu pprovuti mill-Uffiċċju.

🡻 2024/2822

Artikolu 90

Termini ta’ żmien

1. It-termini ta’ żmien għandhom jiġu stipulati fil-forma ta’ snin, xhur, ġimgħat, jew jiem. Il-kalkolu għandu jibda mill-jum wara l-jum li fih seħħ l-avveniment rilevanti. Id-durata tat-termini ta’ żmien ma għandhiex tkun inqas minn xahar u mhux aktar minn sitt xhur, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe att adottat skont dan ir-Regolament.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina, qabel il-bidu ta’ kull sena kalendarja, il-jiem li fihom l-Uffiċċju ma jkunx miftuħ biex jirċievi d-dokumenti.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina t-tul tal-perjodu ta’ interruzzjoni fil-każ ta’ interruzzjoni reali fil-konnessjoni tal-Uffiċċju ma’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni awtorizzati.

4. F’każ li okkorrenza straordinarja, bħal diżastru naturali jew strajk, tinterrompi jew tinterferixxi mal-komunikazzjoni tajba mill-partijiet fil-proċedimenti lill-Uffiċċju jew viċi-versa, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li, għall-partijiet fil-proċedimenti li għandhom ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tagħhom fiż-żona ġeografika affettwata mill-okkorrenza eċċezzjonali, jew li jkunu ħatru rappreżentant li għandu post ta’ negozju f’dik iż-żona, it-termini kollha ta’ żmien li kellhom jiskadu fid-data jew wara d-data li fiha tkun bdiet tali okkorrenza għandhom jiġu estiżi sa data partikolari. Meta jiddetermina dik id-data, id-Direttur Eżekuttiv għandu jivvaluta meta l-okkorrenza eċċezzjonali tasal fi tmiemha. Jekk l-okkorrenza taffettwa s-sede tal-Uffiċċju, tali determinazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv għandha tispeċifika li tapplika fir-rigward tal-partijiet kollha fil-proċedimenti.

🡻 2024/2822

Artikolu 91

Delega tas-setgħa rigward il-kalkolu u d-durata tat-termini ta’ żmien

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji dwar il-kalkolu u d-durata tat-termini ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 90.

🡻 2024/2822

Artikolu 92

Korrezzjoni ta’ żbalji u żvisti evidenti

1. L-Uffiċċju għandu jikkoreġi kwalunkwe żball lingwistiku jew żbalji ta’ traskrizzjoni u żvisti evidenti fid-deċiżjonijiet tiegħu, żbalji fir-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE jew żbalji fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni, fuq inizjattiva proprja jew fuq it-talba ta’ parti.

2. Meta d-detentur jitlob il-korrezzjoni ta’ żbalji fir-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni, l-Artikolu 69 għandu japplika mutatis mutandis.

3. Il-korrezzjonijiet ta’ żbalji fir-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE u fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju.

Artikolu 93

Kanċellazzjoni ta’ entrati fir-Reġistru u revoka ta’ deċiżjonijiet

1. Meta l-Uffiċċju jkun daħħal entrata fir-Reġistru jew ikun ħa deċiżjoni li jkun fiha żball ovvju attribwibbli lill-Uffiċċju, dan għandu jiżgura li l-entrata tiġi kkanċellata jew id-deċiżjoni tiġi revokata. Meta jkun hemm parti waħda biss fil-proċedimenti u l-entrata jew l-att jaffettwa d-drittijiet ta’ dik il-parti, il-kanċellazzjoni jew ir-revoka għandhom jiġu ddeterminati anke jekk l-iżball ma kienx evidenti għall-parti.

2. Kanċellazzjoni jew revoka kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, mid-dipartiment li jkun għamel l-entrata jew li jkun ħa d-deċiżjoni. Il-kanċellazzjoni tal-entrata fir-Reġistru jew ir-revoka tad-deċiżjoni għandhom isiru fi żmien sena mid-data ta’ meta tkun saret l-entrata jew meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet fil-proċedimenti u kwalunkwe proprjetarju ta’ drittijiet għad-Disinn tal-UE inkwistjoni li jiddaħħlu fir-Reġistru. L-Uffiċċju għandu jżomm rekords ta’ kwalunkwe tali kanċellazzjoni jew revoka.

3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jressqu appell skont l-Artikoli 77 u 78, jew għall-possibbiltà li jiġu kkoreġuti żbalji u żvisti evidenti skont l-Artikolu 92. Meta jkun tressaq appell kontra deċiżjoni tal-Uffiċċju li fiha żball, il-proċedimenti tal-appell għandhom isiru mingħajr skop meta l-Uffiċċju jirrevoka d-deċiżjoni tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. F’dan il-każ tal-aħħar, it-tariffa tal-appell għandha tiġi rimborżata lill-appellant.

🡻 2024/2822

Artikolu 94

Delega tas-setgħa rigward il-kanċellazzjoni ta’ entrati u r-revoka ta’ deċiżjonijiet

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-proċedura għall-kanċellazzjoni ta’ entrata fir-Reġistru jew ir-revoka ta’ deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 93.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

Artikolu 95

Restutio in integrum

1. L-applikant għal disinn irreġistrat🡺1 tal-UE 🡸 jew id-detentur tiegħu jew kull parti oħra fil-proċeduri quddiem l-Uffiċċju li, minkejja li tkun ingħatat l-attenzjoni kollha meħtieġa fiċ-ċirkostanzi, ma kienux kapaċi josservaw il-limiti taż-żmien vis-à-vis l-Uffiċċju, għandu jkollhom, abbażi ta’ applikazzjoni, id-drittijiet tagħhom stabbiliti mill-ġdid jekk in-nuqqas ta' osservanza fil-kwistjoni jkollha konsegwenza diretta, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, li tikkawża t-telf ta' kull dritt jew mezz ta' rimedju.

🡻 2024/2822

2. L-applikant għandu jippreżenta l-applikazzjoni bil-miktub fi żmien xahrejn mit-tneħħija tal-kawża tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ żmien. L-att imħolli barra għandu jiġi kkompletat f’dak il-perjodu taż-żmien. L-applikazzjoni għandha tkun ammissibbli biss fis-sena li tiġi immedjatament wara l-iskadenza tat-terminu ta’ żmien mhux osservat. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ sottomissjoni tat-talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni jew ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ dritt ta’ tiġdid, il-perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 66(3) ma għandux jitnaqqas mill-perjodu ta’ sena.

3. L-applikazzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun imsejsa u għandha tiddikjara l-fatti li sserraħ fuqhom. Ma għandhiex titqies li tkun ġiet ippreżentata sakemm ikun tħallas id-dritt sabiex id-drittijiet jiġu stabbiliti mill-ġdid. Jekk jingħata restitutio in integrum , id-dritt għandu jiġi rimborżat.

🡻 6/2002

4. Id-dipartiment kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.

🡻 2024/2822

5. In-nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ żmien stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 96 ma għandux iwassal għall-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

6. Meta applikant għal disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 jew id-detentur tiegħu jkollhom drittijiethom stabbiliti mill-ġdid,  dawn  ma jistgħux jinvokaw id-drittijiet tagħhom vis-à-vis parti terza li, b'bona fide, fil-kors tal-perjodu taż-żmien bejn it-telf tad-drittijiet fl-applikazzjoni għal disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 jew tar-reġistrazzjoni mill-ġdid tiegħu u l-  pubblikazzjoni tal-aċċenn għall-istabbilment mill-ġdid ta’ dawk id-drittijiet  , ikun ħareġ fis-suq il-prodotti li fihom ikun ġie inkorporat jew fuqhom applikat disinn,  inkluż fl-iskop tal-protezzjoni tad-disinji rreġistrati tal-UE . ,

7. Partijiet terzi li  jiddisponu  ruħhom mid-dispożizzjonijiet tal- paragrafu 6 jistgħu' jiftħu proċeduri ta' parti terza kontra d-deċiżjoni li jiġu stabbiliti mill-ġdid id-drittijiet tal-applikant għal disinn irreġistrat 🡺1 tal-U-UE 🡸 jew tad-detentur tiegħu f'perjodu taż-żmien ta' xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-aċċenn sabiex jiġu stabbiliti mill-ġdid dawk id-drittijiet.

8. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jillimita d-dritt ta' Stat Membru li jagħti restitutio in integrum rigward il-limiti taż-żmien ipprovduti f'dan ir-Regolament u li jitħares vis-à-vis l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru.

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 96

Kontinwazzjoni tal-proċedimenti

1. Applikant għal disinn irreġistrat tal-UE, jew id-detentur tiegħu, jew kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju li tkun naqset milli tosserva t-terminu ta’ żmien fil-konfront tal-Uffiċċju tista’, fuq talba, tingħata l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti, dment li fil-mument li ssir it-talba, l-att imħolli barra jkun twettaq. It-talba għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti għandha tkun ammissibbli biss jekk tiġi sottomessa fi żmien xahrejn mill-iskadenza tat-terminu ta’ żmien li ma jkunx ġie osservat. It-talba ma għandhiex titqies li ġiet ippreżentata sakemm id-dritt għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti jkun tħallas.

2. Il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti ma għandhiex tingħata f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ żmien stipulati fi:

(a)l-Artikolu 46, l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 55(3), l-Artikolu 66(3) u l-Artikolu 95(2);

(b)l-Artikolu 68 u l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 flimkien mal-Artikolu 77(2) ta’ dan ir-Regolament;

(c)il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3. Id-dipartiment kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jiddeċiedi malli ssir it-talba għall-kontinwazzjoni.

4. Jekk l-Uffiċċju jaċċetta t-talba għall-kontinwazzjoni, il-konsegwenzi talli ma jkunx ġie osservat it-terminu ta’ żmien għandhom jitqiesu bħala li ma kinux seħħew. Jekk deċiżjoni tkun ittieħdet bejn l-iskadenza ta’ dak it-terminu ta’ żmien u t-talba għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti, id-dipartiment kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni u, meta l-ikkompletar tal-att imħolli barra nnifsu jkun biżżejjed, jieħu deċiżjoni differenti. Jekk, wara r-rieżami, l-Uffiċċju jikkonkludi li d-deċiżjoni oriġinali ma jenħtieġx li tinbidel, huwa għandu jikkonferma dik id-deċiżjoni bil-miktub.

5. Jekk l-Uffiċċju jirrifjuta t-talba għall-kontinwazzjoni, id-dritt għandu jiġi rimborżat.

Artikolu 97

Interruzzjoni tal-proċedimenti

1. Il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għandhom jiġu interrotti:

(a)fil-każ tal-mewt jew tal-inkapaċità legali tal-applikant għal disinn irreġistrat tal-UE, jew tad-detentur tiegħu, jew tal-persuna awtorizzata minn liġi nazzjonali sabiex taġixxi f’isem l-applikant jew id-detentur.

(b)fil-każ li l-applikant għal disinn irreġistrat tal-UE, jew id-detentur tieħgu, ma jitħalliex, minħabba raġunijiet legali li jirriżultaw minn azzjoni li tittieħed kontra l-proprjetà tal-applikant jew tad-detentur, ikompli l-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju;

(c)fil-każ tal-mewt jew tal-inkapaċità legali tar-rappreżentant ta’ applikant għal disinn irreġistrat tal-UE, jew id-detentur tiegħu, jew ta’ dak ir-rappreżentant li ma jitħalliex, minħabba raġunijiet legali li jirriżultaw mill-azzjoni meħuda kontra l-proprjetà tar-rappreżentant, milli jkompli l-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

Sa fejn il-mewt jew l-inkapaċità msemmija -fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) ma taffettwax l-awtorizzazzjoni ta’ rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 116, il-proċedimenti għandhom ikunu interrotti biss fuq talba ta’ tali rappreżentant.

2. Il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju jistgħu jitkomplew malli tkun ġiet stabbilita l-identità tal-persuna awtorizzata li tkomplihom jew l-Uffiċċju jkun  eżawrixxa  t-tentattivi raġonevoli kollha biex tiġi stabbilita l-identità ta’ tali persuna.

🡻 2024/2822

Artikolu 98

Delega tas-setgħa fir-rigward tat-tkomplija tal-proċedimenti

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula l-arranġamenti dettaljati għat-tkomplija tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju msemmija fl-Artikolu 97(2).

🡻 2024/2822

Artikolu 99

Referenza għall-prinċipji ġenerali

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet proċedurali f’dan ir-Regolament jew f’atti adottati skont dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu jqis il-prinċipji tal-liġi proċedurali rikonoxxuti b’mod ġenerali fl-Istati Membri.

🡻 6/2002

Artikolu 100

Temma tal-obbligi finanzjarji

🡻 2024/2822

1. Id-drittijiet tal-Uffiċċju għall-ħlas ta’ dritt għandhom jiskadu wara erba’ snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta jkun dovut id-dritt.

2. Id-drittijiet kontra l-Uffiċċju għar-rimborż tad-drittijiet jew tas-somom ta’ flus imħallsa b’eċċess ta’ dritt għandhom jiskadu wara erba’ snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta nħoloq id-dritt.

🡻 6/2002

3. Il-perjodi taż-żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu interrotti, fil-każ kopert mill--paragrafu 1, b'talba għall-ħlas tad-dritt u, fil-każ kopert mill-paragrafu 2, b'talba motivata bil-miktub. Mal-interruzzjoni, għandu jerġa' jibda minnufih u għandu jtemm mhux iktar tard sitt snin wara t-tmiem tas-sena li fiha jkun oriġinarjament inbeda, għajr jekk sadattant inkunu nfetħu l-proċeduri ġudizzjarji sabiex jiġi infurzat id-dritt. F'dak il-każ, il-perjodu taż-żmien m’għandux jintemm qabel sena minn meta s-sentenza tikseb l-awtorità ta' deċiżjoni finali.

Taqsima 2

L-ispejjeż

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 101

Tqassim tal-ispejjeż

1. Il-parti telliefa fi proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE jew proċedimenti ta’ appell għandha ġġarrab id-drittijiet imħallsa mill-parti l-oħra għall-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u għal appell. Il-parti telliefa għandha tħallas l-ispejjeż kollha mġarrba mill-parti l-oħra li jkunu essenzjali għall-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza u ta’ remunerazzjoni ta’ rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 116(1), fir-rati massimi stabbiliti għal kull kategorija ta’ spejjeż fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 102.

2. Meta kull parti tirbaħ uħud mis-argumenti u titlef oħrajn, jew għal raġunijiet iddettatti mill-ekwità, id-Diviżjoni tal-Invalidità jew il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi dwar kif jinqasmu l-ispejjeż b’mod differenti minn dak  stabbiliti  fil-paragrafu 1.

3. Parti li ttemm il-proċedimenti billi tirtira l-applikazzjoni għal disinn tal-UE, l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew l-appell, billi ma ġġeddidx ir-reġistrazzjoni tad-disinn tal-UE, jew billi ċċedi d-disinn irreġistrat tal-UE, għandha tħallas id-drittijiet u l-ispejjeż imġarrba mill-parti l-oħra kif  stabbiliti  fil-paragrafi 1 u 2.

4. Meta każ ma jwassalx għal sentenza, l-ispejjeż għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tad-Diviżjoni tal-Invalidità jew tal-Bord tal-Appell.

5. Meta l-partijiet jikkonkludu quddiem id-Diviżjoni tal-Invalidità jew il-Bord tal-Appell ftehim dwar l-ispejjeż li jkun differenti minn dak previst fil-paragrafi 1 sa 4, il-korp ikkonċernat għandu jieħu nota ta’ dak il-ftehim.

6. Id-Diviżjoni tal-Invalidità jew il-Bord tal-Appell għandhom jiffissaw fuq inizjattiva tagħhom stess l-ammont tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu skont il-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu meta l-ispejjeż li għandhom jitħallsu ikunu limitati għad-drittijiet imħallsa lill-Uffiċċju u l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, ir-reġistru tal-Bord tal-Appell jew tad-Diviżjoni tal-Invalidità għandu jiffissa, fuq talba, l-ammont tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu. It-talba għandha tkun ammissibbli biss għal perjodu ta’ xahrejn wara d-data li fiha issir finali d-deċiżjoni li għaliha tkun saret it-talba biex jiġu ffissati l-ispejjeż u għandha tkun akkumpanjata minn kont u provi sostanzjali. Għall-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni skont l-Artikolu 116(1), l-assigurazzjoni mir-rappreżentant li l-ispejjeż iġġarrbu għandha tkun biżżejjed. Għal spejjeż oħrajn, għandu jkun biżżejjed jekk tiġi stabbilita l-plawżibbiltà tagħhom.

Meta l-ammont tal-ispejjeż jiġi ffissat skont l  -ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu , l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni għandhom jingħataw fil-livell stipulat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 102 u irrispettivament minn jekk fil-fatt iġġarrbux.

7. Id-deċiżjonijiet dwar l-iffissar tal-ispejjeż adottati f’konformità mal-paragrafu 6 għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati u jistgħu jiġu rieżaminati mid-Diviżjoni tal-Invalidità jew mill-Bord tal-Appell wara talba ppreżentata fi żmien xahar mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. Dik it-talba ma għandhiex titqies li tkun ġiet ippreżentata sakemm id-dritt għal rieżami tal-ammont tal-ispejjeż ikun tħallas. Id-Diviżjoni tal-Invalidità jew il-Bord tal-Appell, skont il-każ, għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba għal rieżami tad-deċiżjoni dwar l-iffissar tal-ispejjeż mingħajr proċedimenti orali.

🡻 2024/2822

Artikolu 102

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward ir-rati massimi tal-ispejjeż

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rati massimi tal-ispejjeż essenzjali għall-proċedimenti u li attwalment iġġarrbu mill-parti rebbieħa kif imsemmi fl-Artikolu 101(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

Meta tispeċifika r-rati massimi fir-rigward ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, il-Kummissjoni għandha tqis id-distanza bejn il-post ta’ residenza jew in-negozju tal-parti, tar-rappreżentant, tax-xhud jew espert u l-post fejn isiru l-proċedimenti orali, l-istadju proċedurali li fih jiġġarrbu l-ispejjeż, u, sa fejn huma kkonċernati l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 116(1), il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-obbligu li jiġġarrbu l-ispejjeż ma jkunx jista’ jintuża b’mod ħażin għal raġunijiet tattiċi mill-parti l-oħra. Barra minn hekk, l-ispejjeż tas-sussistenza għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħrajn tal-Unjoni, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 17 . Il-parti telliefa għandha ġġarrab l-ispejjeż għal parti waħda fil-proċedimenti biss u, meta applikabbli, rappreżentant wieħed biss.

🡻 6/2002

Artikolu 103

L-infurzar tad-deċiżjonijiet li jiffissaw l-ammont tal-ispejjeż

1. Kull deċiżjoni finali tal-Uffiċċju li tiffissa l-ammont tal-ispejjeż għandha tkun tista' tiġi infurzata.

🡻 2024/2822

2. L-infurzar għandu jiġi rregolat bir-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità unika responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jikkomunika d-dettalji ta’ kuntatt tagħha lill-Uffiċċju, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni. L-ordni għall-infurzar għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni minn dik l-awtorità, bil-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni bħala l-unika formalità.

🡻 6/2002

3. Meta dawn il-formalitajiet jitlestew fuq l-applikazzjoni tal-parti interessata, din tal-aħħar tista' tipproċedi għall-infurzar skond il-liġijiet nazzjonali, billi tressaq il-materja direttament quddiem l-awtorità kompetenti.

4. L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-qrati tal-Istati Membri interessati għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fuq l-ilmenti li l-infurzar ikun qiegħed jitwettaq b’mod irregolari.

Taqsima 3

It-tagħrif lill-pubbiku u lill-awtoritajiet uffiċjali tal-Istati Membri

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 104

Reġistru tad-disinji tal-UE

1. L-Uffiċċju għandu jżomm Reġistru tad-disinji rreġistrati tal-UE li huwa għandu jżomm aġġornat.

2. Ir-Reġistru għandu jkun fih l-entrati li ġejjin relatati mar-reġistrazzjonijiet tad-disinn tal-UE:

(a)id-data tal-preżentazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, skont l-Artikolu 59(3);

(b)in-numru tal-fajl tal-applikazzjoni u n-numru tal-fajl ta’ kull disinn individwali inkluż f’applikazzjoni multipla;

(c)id-data tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni;

(d)l-isem, u l-belt u l-pajjiż tal-applikant;

(e)l-isem u l-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant, għajr rappreżentant kif imsemmi fl-Artikolu 115(3), l-ewwel subparagrafu;

(f)ir-rappreżentazzjoni tad-disinn;

(g)l-ismijiet tal-prodotti, ippreċeduti min-numri tal-klassijiet u tas-subklassijiet tal-klassifikazzjoni ta’ Locarno;

(h)id-dettalji ta’ talbiet ta’ prijorità skont l-Artikolu 50;

(i)id-dettalji ta’ talbiet ta’ prijorità ta’ wirja skont l-Artikolu 53;

(j)iċ-ċitazzjoni tad-disinjatur jew tat-tim tad-disinjaturi skont l-Artikolu 18, jew dikjarazzjoni li d-disinjatur jew it-tim tad-disinjaturi jkunu rrinunzjaw għad-dritt li jiġu ċċitati;

(k)il-lingwa li biha l-applikazzjoni ġiet ippreżentata u t-tieni lingwa li l-applikant indika fl-applikazzjoni, skont l-Artikolu 137(3);

(l)id-data tar-reġistrazzjoni tad-disinn fir-Reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 59(1);

(m)indikazzjoni ta’ kwalunkwe talba għal differiment tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 62(3), li tispeċifika d-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ differiment;

(n)indikazzjoni li ġiet ippreżentata deskrizzjoni skont l-Artikolu 42(3), il-punt (a).

3. Ir-Reġistru għandu jkun fih ukoll dawn l-entrati li ġejjin, kull waħda flimkien mad-data tar-reġistrazzjoni tagħha:

(a)bidliet fl-isem jew fil-belt u fil-pajjiż tad-detentur skont l-Artikolu 69;

(b)bidliet fl-isem jew fl-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant, għajr rappreżentant imsemmi fl-Artikolu 115(3), l-ewwel subparagrafu;

(c)meta jinħatar rappreżentant ġdid, l-isem u l-indirizz tan-negozju ta’ dak ir-rappreżentant;

(d)bidliet fl-isem tad-disinjatur jew tat-tim tad-disinjaturi skont l-Artikolu 92;

(e)korrezzjonijiet tal-iżbalji u tal-iżvisti evidenti skont l-Artikolu 67;

(f)tibdiliet fid-disinn skont l-Artikolu 67;

(g)indikazzjoni li l-proċedimenti ta’ intitolament ikunu nfetħu quddiem il-qorti jew l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15(5), il-punt (a);

(h)id-data u d-dettalji tad-deċiżjoni finali tal-qorti jew l-awtorità kompetenti jew terminazzjoni oħra tal-proċedimenti skont l-Artikolu 15(5), il-punt (b);

(i)bidla fis-sjieda skont l-Artikolu 15(5), il-punt (c);

(j)trasferiment skont l-Artikolu 31;

(k)il-ħolqien jew it-trasferiment ta’ dritt in rem skont l-Artikolu 33, u n-natura tad-dritt in rem;

(l)qbid tat-twettiq biex jitħallas id-dejn skont l-Artikolu 34 u proċedimenti ta’ insolvenza skont l-Artikolu 35;

(m)l-għoti jew it-trasferiment ta’ liċenzja skont l-Artikolu 16(2) jew l-Artikolu 36 u, meta applikabbli, it-tip ta’ liċenzja msemmija fl-Artikolu 37(3);

(n)it-tiġdid tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 66 u d-data minn meta jidħol fis-seħħ dak it-tiġdid;

(o)id-determinazzjoni tal-iskadenza tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 66(8);

(p)dikjarazzjoni ta’ ċediment mid-detentur skont l-Artikolu 71(1);

(q)id-data tas-sottomissjoni u d-dettalji ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 73, ta’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 123(5) jew ta’ appell imressaq skont l-Artikolu 77;

(r)id-data u d-dettalji tad-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 74, tad-deċiżjoni finali dwar kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 125(3), tad-deċiżjoni finali dwar appell skont l-Artikolu 77, jew ta’ kwalunkwe terminazzjoni oħra ta’ proċedimenti skont dawk l-Artikoli;

(s)il-kanċellazzjoni tal-entrata li tikkonċerna r-rappreżentant irreġistrat skont il-paragrafu 2, il-punt (e);

(t)il-modifika jew il-kanċellazzjoni mir-Reġistru tal-entrati msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (l), (m) u (n);

(u)ir-revoka ta’ deċiżjoni jew il-kanċellazzjoni ta’ entrata fir-Reġistru skont l-Artikolu 93, meta r-revoka tikkonċerna deċiżjoni jew il-kanċellazzjoni tikkonċerna entrata li tkun ġiet ippubblikata.

4. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru punti oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

5. Ir-Reġistru jista’ jinżamm f’forma elettronika. L-Uffiċċju għandu jiġbor, jorganizza, jagħmel pubbliku u jaħżen il-punti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għall-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 8. L-Uffiċċju għandu jżomm ir-Reġistru faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni pubblika.

6. Id-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jiġi nnotifikat bi kwalunkwe bidla fir-Reġistru.

7. L-Uffiċċju għandu, meta l-aċċess għar-Reġistru ma jkunx ristrett skont l-Artikolu 109(5), jipprovdi, b’mezzi elettroniċi, estratti ċċertifikati jew mhux iċċertifikati mir-Reġistru fuq talba.

8. L-ipproċessar tad-data li tirrigwarda l-entrati  msemmija  fil-paragrafi 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għandu jsir għall-iskopijiet ta’:

(a)l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet, ir-reġistrazzjonijiet, jew it-tnejn li huma, kif deskritti f’dan ir-Regolament u fi kwalunkwe att adottat skontu;

(b)iż-żamma ta’ Reġistru pubbliku għal spezzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u l-operaturi ekonomiċi u għall-informazzjoni tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom b’dan ir-Regolament u jkunu informati dwar l-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti li jappartjenu għal partijiet terzi;

(c)il-produzzjoni ta’ rapporti u statistika li tippermetti lill-Uffiċċju jottimizza l-operazzjonijiet tiegħu u jtejjeb il-funzjonament tas-sistema għar-reġistrazzjoni tad-disinji tal-UE.

9. Id-data kollha, inkluż id-data personali, fir-rigward tal-entrati  msemmija  fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala ta’ interess pubbliku u jistgħu jkunu aċċessibbli minn kwalunkwe parti terza ħlief sa fejn l-Artikolu 62(2) jipprevedi mod ieħor. L-entrati fir-Reġistru għandhom jinżammu għal perjodu indefinit.

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 105

Bażi tad-data

1. Minbarra l-obbligu li jżomm Reġistru kif  stabbilit  t fl-Artikolu 104, l-Uffiċċju għandu jiġbor u jaħżen f’bażi tad-data elettronika d-dettalji kollha pprovduti mid-detenturi jew kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti skont dan ir-Regolament jew atti adottati skontu.

2. Il-bażi tad-data elettronika tista’ tinkludi data personali, minbarra dik inkluża fir-Reġistru skont l-Artikolu 104, sa fejn tali data tkun meħtieġa minn dan ir-Regolament jew minn atti adottati skontu. Il-ġbir, il-ħżin u l-ipproċessar tad-data personali għandhom iservu għall-iskopijiet ta’:

(a)l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet, ir-reġistrazzjonijiet, jew it-tnejn li huma, kif deskritti f’dan ir-Regolament u f’atti adottati skont dan;

(b)l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu l-proċedimenti rilevanti b’mod aktar faċli u effiċjenti;

(c)il-komunikazzjoni mal-applikanti u ma’ partijiet oħrajn fil-proċedimenti;

(d)it-tfassil ta’ rapporti u statistika li jippermettu lill-Uffiċċju li jottimizza l-operazzjonijiet tiegħu u jtejjeb il-funzjonament tas-sistema.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-bażi tad-data u l-mod kif il-kontenut, għajr id-data personali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu iżda inkluż id-data elenkata fl-Artikolu 104, jista’ jsir disponibbli.

4. L-aċċess għad-data personali msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun ristrett u tali data ma għandhiex issir pubblikament disponibbli sakemm il-parti kkonċernata ma tkunx tat il-kunsens espliċitu tagħha.

5. Id-data kollha għandha tinżamm b’mod indefinit. Madankollu, il-parti kkonċernata tista’ titlob it-tneħħija ta’ kwalunkwe data personali mill-bażi tad-data wara 18-il xahar mill-iskadenza tad-disinn irreġistrat tal-UE jew l-għeluq tal-proċedura inter partes rilevanti. Il-parti kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta’ data mhux preċiża jew żbaljata fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 106

Aċċess online għad-deċiżjonijiet

1. Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju dwar id-disinji rreġistrati tal-UE għandhom isiru disponibbli online għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku ġenerali. Kwalunkwe parti fil-proċedimenti li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tista’ titlob it-tneħħija ta’ kwalunkwe data personali inkluża fid-deċiżjoni.

2. L-Uffiċċju jista’ jipprovdi aċċess online għal sentenzi ta’ qrati nazzjonali u tal-Unjoni relatati mal-kompiti tiegħu sabiex iżid l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali u jippromwovi l-konverġenza tal-prattiki. L-Uffiċċju għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet tal-pubblikazzjoni inizjali fir-rigward tad-data personali.

🡻 2024/2822

Artikolu 107

Pubblikazzjonijiet perjodiċi

1. L-Uffiċċju għandu jippubblika perjodikament:

(a)Bulettin tad-Disinji tal-Unjoni Ewropea li jkun fih il-pubblikazzjonijiet tal-entrati magħmula fir-Reġistru, kif ukoll dettalji oħrajn dwar ir-reġistrazzjonijiet ta’ disinji tal-UE li l-pubblikazzjoni tagħhom tkun meħtieġa minn dan ir-Regolament jew minn atti adottati skontu;

(b)Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju li jkun fih avviżi u informazzjoni ta’ karattru ġenerali maħruġa mid-Direttur Eżekuttiv, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għal dan ir-Regolament jew għall-implimentazzjoni tiegħu.

Il-pubblikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), jistgħu jsiru b’mezzi elettroniċi.

2. Il-Bulettin tad-Disinji tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ppubblikat b’mod u bi frekwenza li għandhom jiġu ddeterminati mid-Direttur Eżekuttiv.

3. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju għandu jiġi ppubblikat bil-lingwi tal-Uffiċċju. Madankollu, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li ċerti elementi għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

🡻 2024/2822

Artikolu 108

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ pubblikazzjonijiet perjodiċi

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)id-data li għandha tittieħed bħala d-data ta’ pubblikazzjoni fil-Bulettin tad-Disinji tal-Unjoni Ewropea;

(b)il-mod kif jiġu ppubblikati l-entrati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ disinn li ma jkunx fihom tibdiliet meta mqabbla mal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni;

(c)l-għamliet li fihom edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

Artikolu 109

Ispezzjoni tal-fajls

1. Il-fajls li jkollhom x'jaqsmu mal-applikazzjonijiet għad-disinji rreġistrati 🡺1 tal-UE 🡸 li jkunu għadhom ma ġewx ippubblikati jew il-fajls li jkollhom x'jaqsmu mad-disinji rreġistrati 🡺1 tal-UE 🡸 li jkunu soġġetti għad-differiment tal-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 62 jew li, billi jkunu bla ħsara għal dan id-differiment, ikunu ġew ċeduti qabel jew fit-temma ta' dak il-perjodu taż-żmien, ma għandhomx ikunu disponibbli għall-ispezzjoni mingħajr il-kunsens tal-applikant għal disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 jew id-detentur tad-dritt għalih.

2. Kull persuna li tista' tistabbilixxi interess  leġittimu  tista' tispezzjona fajl mingħajr il-kunsens tal-applikant għal disinn irreġistrat 🡺1 tal-Unjoni 🡸 jew id-detentur tiegħu qabel il-pubblikazzjoni jew wara ċ-ċediment ta' dan tal-aħħar fil-każ ipprovdut fil-paragrafu 1.

Dan għandu japplika b'mod partikolari jekk il-persuna interessata ġġib il-provi illi l-applikant għad-disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 jew id-detentur tiegħu jkunu ħadu passi bil-ħsieb li jinvokaw kontra  l-persuna interessata  d-dritt skont id-disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 .

3. Wara l-pubblikazzjoni tad-disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 , il-fajl jista' jiġi spezzjonat fuq talba.

🡻 2024/2822 (adattat)

4. Meta l-fajls jiġu spezzjonati skont il-paragrafu 2 jew 3, il-partijiet li ġejjin tal-fajl għandhom jiġu esklużi mill-ispezzjoni:

(a)dokumenti relatati  ma’  esklużjoni jew oġġezzjoni skont l-Artikolu 169 tar-Regolament (UE) 2017/1001;

(b)abbozzi ta’ deċiżjonijiet u opinjonijiet, u d-dokumenti l-oħrajn interni użati għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet u opinjonijiet;

(c)partijiet mill-fajl li l-parti kkonċernata wriet interess speċjali li żżommhom kunfidenzjali qabel ma saret it-talba għal spezzjoni tal-fajls, sakemm l-ispezzjoni ta’ tali parti tal-fajl ma tkunx ġġustifikata minn interessi leġittimi prevalenti tal-parti li titlob l-ispezzjoni.

🡻 2024/2822

5. Meta r-reġistrazzjoni tkun soġġetta għal differiment tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 62(1), l-aċċess għar-Reġistru għal persuni għajr id-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE għandu jkun limitat għall-isem tad-detentur, l-isem ta’ kwalunkwe rappreżentant, id-data tal-preżentazzjoni u tar-reġistrazzjoni, in-numru tal-fajl tal-applikazzjoni u l-indikazzjoni li l-pubblikazzjoni hija differita. F’tali każijiet, l-estratti ċċertifikati jew mhux iċċertifikati mir-Reġistru għandhom jinkludu biss l-isem tad-detentur, l-isem ta’ kwalunkwe rappreżentant, id-data tal-preżentazzjoni u r-reġistrazzjoni, in-numru tal-fajl tal-applikazzjoni u l-indikazzjoni li l-pubblikazzjoni hija differita, ħlief meta t-talba għal estratti tkun saret mid-detentur jew mir-rappreżentant tad-detentur.

🡻 2024/2822

Artikolu 110

Proċeduri għall-ispezzjoni tal-fajls

1. L-ispezzjoni tal-fajls ta’ disinji rreġistrati tal-UE mitluba skont l-Artikolu 109(3) għandha tkun tal-mezzi tekniċi ta’ ħżin tal-fajls. Tali spezzjoni għandha ssir online. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mezzi ta’ spezzjoni.

2. Meta t-talba għall-ispezzjoni tal-fajls tkun relatata ma’ applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE jew ma’ disinn irreġistrat tal-UE li jkun soġġettigħal differiment ta’ pubblikazzjoni skont l-Artikolu 62 jew li, minħabba li jkun soġġett għal tali differiment, ikun ġie ċedut qabel jew fid-data tal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, it-talba għandu jkun fiha evidenza li:

(a)l-applikant għad-disinn tal-UE jew id-detentur tiegħu jkun ta l-kunsens għall-ispezzjoni; jew

(b)il-persuna li titlob l-ispezzjoni tkun stabbiliet interess leġittimu fl-ispezzjoni tal-fajl.

3. Fuq talba, l-ispezzjoni tal-fajls għandha ssir bl-użu ta’ kopji elettroniċi ta’ dokumenti fil-fajl. L-Uffiċċju għandu joħroġ ukoll, fuq talba, kopji ċċertifikati jew mhux iċċertifikati tal-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Artikolu 111

Komunikazzjoni ta’ informazzjoni li tkun tinsab fil-fajls

Soġġett għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 109, l-Uffiċċju jista’, fuq talba, jikkomunika informazzjoni minn kwalunkwe fajl ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ applikazzjoni għal disinn tal-UE jew ma’ disinn irreġistrat tal-UE.

Artikolu 112

Żamma ta’ fajls

1. L-Uffiċċju għandu jżomm il-fajls ta’ kwalunkwe proċedura relatata mal-applikazzjonijiet għal disinn tal-UE u mad-disinji rreġistrati tal-UE. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina f’liema forma għandhom jinżammu dawk il-fajls.

2. Meta l-fajls jinżammu f’format elettroniku, il-fajls elettroniċi, jew il-kopji back-up tagħhom, għandhom jinżammu b’mod indefinittiv. Id-dokumenti oriġinali ppreżentati minn partijiet fil-proċedimenti, u li jiffurmaw il-bażi ta’ dawk il-fajls elettroniċi, għandhom jintremew wara perjodu minn meta jaslu fl-Uffiċċju, li għandu jiġi stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv.

3. Meta, u sa fejn, il-fajls jew partijiet mill-fajls jinżammu fi kwalunkwe forma għajr b’mod elettroniku, id-dokumenti jew l-elementi ta’ evidenza li jikkostitwixxu parti minn tali fajls għandhom jinżammu għal tal-inqas ħames snin mill-aħħar tas-sena li fiha:

(a)l-applikazzjoni tiġi rrifjutata jew irtirata;

(b)ir-reġistrazzjoni tad-disinn tal-UE tiskadi b’mod definittiv;

(c)iċ-ċediment tad-disinn irreġistrat tal-UE jiddaħħal fir-Reġistru skont l-Artikolu 71;

(d)id-disinn irreġistrat tal-UE jitneħħa definittivament mir-Reġistru.

🡻 2024/2822

Artikolu 113

Kooperazzjoni amministrattiva

1. Sakemm dan ir-Regolament jew il-liġijiet nazzjonali ma jistabbilixxux mod ieħor, l-Uffiċċju u l-qrati jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom fuq talba jassistu lil xulxin billi jikkomunikaw informazzjoni jew billi jiftħu l-fajls għall-ispezzjoni. Meta l-Uffiċċju jiftaħ il-fajls għall-ispezzjoni mill-qrati, l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi jew l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali, l-ispezzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109.

2. L-Uffiċċju ma għandux jitlob drittijiet għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni jew il-ftuħ ta’ fajls għall-ispezzjoni.

🡻 2024/2822

Artikolu 114

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-ftuħ ta’ fajls għall-ispezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 113, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-ispezzjoni ta’ fajls relatati ma’ applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet ta’ disinji tal-UE, skont l-Artikolu 109, meta dawn jinfetħu għal partijiet terzi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 6/2002

Taqsima 4

Rappreżentanza

🡻 2024/2822

Artikolu 115

Prinċipji ġenerali tar-rappreżentazzjoni

1. Soġġett għall-paragrafu 2, l-ebda persuna ma għandha tkun imġiegħla li tiġi rrappreżentata quddiem l-Uffiċċju.

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la għandhom id-domiċilju tagħhom u lanqas il-post prinċipali tagħhom ta’ negozju, jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv, fiż-ŻEE, għandhom jiġu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju f’konformità mal-Artikolu 116(1) fil-proċedimenti kollha previsti minn dan ir-Regolament, ħlief għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE.

3. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom id-domiċilju tagħhom jew il-post prinċipali tagħhom ta’ negozju jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fiż-ŻEE jistgħu jiġu rrappreżentati quddiem l-Uffiċċju minn impjegat.

Impjegat ta’ persuna ġuridika li għaliha japplika dan il-paragrafu jista’ wkoll jirrappreżenta persuni ġuridiċi oħrajn li għandhom konnessjonijiet ekonomiċi mal-ewwel persuna ġuridika, anke jekk dawk il-persuni ġuridiċi oħrajn ma jkollhom la domiċilju, la post prinċipali ta’ negozju, u lanqas stabbiliment reali u effettiv industrijali jew kummerċjali fiż-ŻEE.

L-impjegati li jirrappreżentaw persuni, skont it-tifsira ta’ dan il-paragrafu, għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju, jew, meta jkun xieraq, fuq talba tal-parti fil-proċedimenti, jipprovdu lill-Uffiċċju b’awtorizzazzjoni ffirmata biex tiddaħħal fil-fajls.

4. Meta jkun hemm aktar minn applikant wieħed jew aktar minn parti terza waħda jaġixxu flimkien, għandu jinħatar rappreżentant komuni.

🡻 6/2002

Artikolu 116

Rappreżentanza professjonali

🡻 2024/2822

1. Ir-rappreżentazzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju skont dan ir-Regolament tista’ ssir biss minn dawn li ġejjin:

(a)prattikant tal-liġi kkwalifikat f’wieħed mill-Istati parti fil-Ftehim ŻEE u li jkollu l-post tan-negozju fiż-ŻEE, sa fejn dak il-prattikant tal-liġi jkun intitolat, f’dak l-Istat, li jaġixxi bħala rappreżentant fil-materji ta’ proprjetà industrijali;

(b)rappreżentanti professjonali li isimhom ikun fil-lista ta’ rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 120(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/1001;

(c)rappreżentanti professjonali li isimhom ikun fil-lista speċjali tar-rappreżentanti professjonali fil-materji tad-disinn imsemmija fil-paragrafu 4.

2. Ir-rappreżentanti professjonali msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), għandhom ikunu intitolati biss li jirrappreżentaw terzi persuni fil-proċedimenti rigward il-materji tad-disinn quddiem l-Uffiċċju.

3. Ir-rappreżentanti li jaġixxu quddiem l-Uffiċċju għandhom, fuq talba mill-Uffiċċju jew, meta jkun xieraq, mill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jipprovdu lill-Uffiċċju b’awtorizzazzjoni ffirmata biex tiddaħħal fil-fajls.

4. L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi u jżomm lista speċjali ta’ rappreżentanti professjonali fil-materji tad-disinn. Kwalunkwe persuna fiżika li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin tista’ titniżżel f’dik il-lista:

(a)tkun ċittadin ta’ wieħed mill-Istati parti fil-Ftehim ŻEE;

(b)ikollha l-post tan-negozju jew tal-impjieg fiż-ŻEE;

(c)tkun intitolata li tirrappreżenta persuni fiżiċi jew ġuridiċi fil-materji tad-disinn quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew quddiem l-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali ta’ Stat parti fil-Ftehim taż-ŻEE.

Meta l-intitolament imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ma jkunx soġġett għar-rekwiżit tal-pussess ta’ kwalifiki professjonali speċjali, persuna li tapplika sabiex titniżżel fil-lista u li taġixxi fil-materji tad-disinn quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali għandhom ikunu għamlu dak ix-xogħol abitwalment għal mhux inqas minn ħames snin.

Madankollu, il-persuni li l-kwalifiki professjonali tagħhom sabiex jirrappreżentaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi fil-materji tad-disinn quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali jkunu rikonoxxuti uffiċjalment f’konformità mar-regolamenti stabbiliti mill-Istat ikkonċernat, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu eżerċitaw il-professjoni.

5. Id-dħul fil-lista ta’ rappreżentanti professjonali fil-materji tad-disinn għandu jsir fuq talba, akkumpanjata minn ċertifikat mogħti mill-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew mill-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istat Membru kkonċernat, li jindika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 huma ssodisfati. L-entrati fil-lista ta’ rappreżentanti professjonali fil-materji tad-disinn għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

6. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jagħti eżenzjoni minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), fil-każ ta’ professjonisti kwalifikati ħafna, dment li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c) ikunu ssodisfati;

(b)ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, jekk il-persuna li tapplika biex tiddaħħal fil-lista tagħti prova li hija tkun akkwistat il-kwalifika meħtieġa b’mod ieħor.

🡻 2024/2822 (adattat)

7. Persuna tista’ titneħħa mil-lista ta’ rappreżentanti professjonali fil-materji tad-disinn fuq talba tal-persuna jew meta dik il-persuna  ma jkollhiex aktar il-kapaċità  li taġixxi bħala rappreżentant professjonali. L-emendi għal-lista ta’ rappreżentanti professjonali fil-materji tad-disinn għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

🡻 2024/2822

8. Ir-rappreżentanti li jaġixxu quddiem l-Uffiċċju għandhom jiddaħħlu fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 105 u jiksbu numru ta’ identifikazzjoni. L-Uffiċċju jista’ jirrikjedi lir-rappreżentant jagħti prova tan-natura reali u effettiva tal-istabbiliment jew tal-impjieg tiegħu fi kwalunkwe wieħed mill-indirizzi identifikati. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina r-rekwiżiti formali għall-kisba ta’ numru ta’ identifikazzjoni, b’mod partikolari għall-assoċjazzjonijiet tar-rappreżentanti, u għall-entrati tar-rappreżentanti fil-bażi tad-data.

🡻 2024/2822

Artikolu 117

Delega tas-setgħa rigward ir-rappreżentanza professjonali

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:

(a)il-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-ħatra ta’ rappreżentant komuni kif imsemmi fl-Artikolu 115(4);

(b)il-kundizzjonijiet li taħthom l-impjegati msemmija fl-Artikolu 115(3) u r-rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 116(1) għandhom jippreżentaw awtorizzazzjoni ffirmata fl-Uffiċċju sabiex ikunu jistgħu jwettqu rappreżentazzjoni, u l-kontenut ta’ dik l-awtorizzazzjoni;

(c)iċ-ċirkostanzi li taħthom persuna tista’ titneħħa mil-lista ta’ rappreżentanti professjonali fil-materji tad-disinn imsemmija fl-Artikolu 116(7).

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

TITOLU IX

IL-ĠURISDIZZJONI U L-PROĊEDURA LEGALI FIL-KAWŻI LI JKOLLHOM X'JAQSMU MAD-DISINJI 🡺1 TAL-UE 🡸

Taqsima 1

Il-ġurisdizzjoni u l-infurzar

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 118

Applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali

1. Sakemm dan ir-Regolament ma  jipprovdix  mod ieħor, ir-regoli tal-Unjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandhom japplikaw għall-proċedimenti li jirrigwardaw id-disinji tal-UE u l-applikazzjonijiet għal disinji rreġistrati tal-UE, kif ukoll għal proċedimenti li jirrigwardaw l-azzjoniet simultanji u suċċessivi abbażi ta’ disinji tal-UE u disinji nazzjonali.

2. F’każ ta’ proċedimenti li jirrigwardaw il-kawżi u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 120 ta’ dan ir-Regolament:

(a)l-Artikoli 4 u 6, l-Artikolu 7, il-punti 1, 2, 3 u 5, u l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 ma għandhomx japplikaw;

(b)l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandhom japplikaw soġġett għal-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 121(4) ta’ dan ir-Regolament;

(c)id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 li huma applikabbli għal persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom japplikaw ukoll għal persuni li ma għandhom domiċilju f’ebda Stat Membru iżda li għandhom stabbiliment hemmhekk.

3. Referenzi f’dan ir-Regolament għar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandhom jinkludu, meta xieraq, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li sar fid-19 ta’ Ottubru 2005.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

Taqsima 2

Il-kontroversji li jinteressaw il-ksur tal-liġi u l-validità tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸

Artikolu 119

🡻 2024/2822

Qrati tad-disinji tal-UE

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

1. L-Istati Membi għandhom jinnominaw fit-territorju tagħhom numru limitat kemm jista' jkun ta' qrati u tribunali nazzjonali tal-ewwel u tat-tieni istanza (qrati tad-disinji 🡺1 tal-UEi 🡸 ) li għandhom iwettqu l-funzjonijiet assenjati lilhom b'dan ir-Regolament.

2. Kull bidla magħmula rigward in-numru, l-ismijiet jew il-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati tad-disinji 🡺1 tal-UEi 🡸  inklużi fil-lista tal-qrati tad-disinji tal-UE ikkomunikata minn Stat Membru lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 80(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002  għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni.

3. It-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi nnotifikat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni  Ewropea

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

Artikolu 120

Ġurisdizzjoni dwar ksur tal-liġi u validità

Il-qrati tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni esklużiva rigward:

(a) il-kawżi ta' ’ ksur tal-liġi u — jekk permessi bil-liġijiet nazzjonali — kawżi rigward theddit ta’ ksur tal-liġi tad-disinji UE  ;

(b)il-kawżi dwar id-dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' ksur tal-liġi tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸, jekk permessi bil-liġijiet nazzjonali;

(ċ)il-kawżi dwar dikjarazzjoni ta' invalidità ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 mhux irreġistrat;

(d)kontrotalbiet għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 mqajma f'konnessjoni mal-kawżi msemmija fil-punt(a).

Artikolu 121

Ġurisdizzjoni internazzjonali

🡻 2024/2822

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 118 ta’ dan ir-Regolament, il-proċedimenti rigward il-kawżi u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 120 ta’ dan ir-Regolament għandhom jinġiebu quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih ikollu domiċilju l-konvenut jew, jekk il-konvenut ma jkollu domiċilju fl-ebda wieħed mill-Istati Membri, fi kwalunkwe Stat Membru li fih il-konvenut ikollu stabbiliment.

🡻 6/2002 (adattat)

2. Jekk il-konvenut la jkun iddomiċiljat u lanqas ma jkollu stabbiliment f'wieħed mill-Istati Membri, dawn il-proċeduri għandhom jitressqu quddiem il-qrati ta' l-Istat Membru li fih ikun iddomiċiljat jew, jekk  ir-rikorrent  ma jkun iddomiċiljat fl-ebda Stat membru, f'kull Stat Membru li fih  ir-rikorrent  ikollu stabbiliment.

3. Jekk la l-konvenut u lanqas ir-rikorrent ma jkunu iddomiċiljati jew ma jkollhom istabbiliment, dawn il-proċeduri għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn għandu s-sede tiegħu l-Uffiċċju.

🡻 2024/2822

4. B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu:

(a)l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu japplika jekk il-partijiet jaqblu li qorti tad-disinji tal-UE differenti għandu jkollha ġuriżdizzjoni;

(b)l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu japplika jekk il-konvenut jidher quddiem qorti tad-disinji tal-UE differenti.

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

5. Il-proċeduri rigward il-kawżi u l-talbiet imsemmija fl-Artikolu 120, punti(a) u (d) jistgħu wkoll jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih kien twettaq jew mhedded l-att ta' ksur tal-liġi.

Artikolu 122

Safejn u sakemm twassal il-ġurisdizzjoni rigward il-ksur tal-liġi

1. Qorti tad-disinji 🡺1 tal-Unjoni 🡸 li l-ġurisdizzjoni tiegħa hija msejsa fuq l-Artikolu 121(1), (2), (3) jew (4) għandu jkollha l-ġurisdizzjoni rigward l-atti ta' ksur tal-liġi mwettqa jew mhedda fit-territorju ta' kull wieħed mill-Istati Membri.

2. Qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 li l-ġurisdizzjoni tagħha hija msejsa fuq l-Artikolu 121(5) għandu jkollha l-ġurisdizzjoni rigward l-atti ta' ksur tal-liġi mwettqa jew mhedda fit-territorju tal-Istat Membru li fih tkun tinsab dik il-qorti.

Artikolu 123

Kawża jew il-kontrotalba dwar dikjarazzjoni ta' invalidità ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸

1. Kawża jew kontrotalba dwar dikjarazzjoni ta' invalidità ta' disinn 🡺1 tal-Unjoni 🡸 tista' tkun imsejsa biss fuq ir-raġunijiet ta’ invalidità  msemmija  fl-Artikolu 27.

2. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 27(2), (3), (4) u (5) il-kawża jew il-kontrotalba tista' titressaq biss mill-persuna intitolata skond dawk id-dispożizzjonijiet.

3. Jekk il-kontrotalba titressaq fkawża legali li d-detentur tad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸 ma jkunx diġà parti fiha,  id-detentur tad-drittijiet  għandu jiġi mgħarraf b'dan u jista' jingħaqad bħala parti -fil-kawża skond il-kondizzjonijieti  stabbiliti  fil-liġijiet tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-qorti.

4. Il-validità ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 ma tistax tinġieb f'kawża għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kontravenzjoni.

🡻 2024/2822

5. Il-qorti tad-disinji tal-UE li permezz tagħha tkun ġiet ippreżentata kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE ma għandhiex tipproċedi b’eżami tal-kontrotalba, sakemm jew il-parti interessata jew il-qorti tkun infurmat lill-Uffiċċju bid-data ta’ meta tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba. L-Uffiċċju għandu jirreġistra dik l-informazzjoni fir-Reġistru f’konformità mal-Artikolu 104(3), il-punt (q). Jekk applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn irreġistrat tal-UE tkun diġà ġiet ippreżentata quddiem l-Uffiċċju qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba, il-qorti għandha tkun infurmata b’dan mill-Uffiċċju u twaqqaf il-proċedimenti f’konformità mal-Artikolu 130(1) sakemm id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tkun finali, jew tiġi rtirata l-applikazzjoni.

6. Hija u tisma’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE, il-qorti tad-disinji tal-UE tista’, fuq l-applikazzjoni mid-detentur tad-dritt tad-disinn irreġistrat tal-UE u wara li tkun semgħet lill-partijiet l-oħrajn, twaqqaf il-proċedimenti u titlob lill-konvenut jissottometti applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità lill-Uffiċċju fit-terminu ta’ żmien li l-qorti għandha tistabbilixxi. Jekk l-applikazzjoni ma tiġix preżentata fit-terminu ta’ żmien, il-proċedimenti għandhom jitkomplew u l-kontrotalba għandha titqies li ġiet irtirata. Għandu japplika l-Artikolu 130(3).

🡻 6/2002 (adattat) (adattat)

🡺1 2024/2822

Artikolu 124

Preżunzjoni ta’ validità - difiża ta' validità rigward il-merti tagħha

1. Fil-proċeduri rigward kawża ta'ksur tal-liġi jew kawża dwar theddid ta’ ksur tal-liġi dwar disinn 🡺1 tal-UE 🡸, il-qorti tad-disinji tal-UE għandu jittratta d-disinn 🡺1 tal-UE 🡸 bħala validu. Il-validità tista' tiġi sfidata biss b'kontrotalba għal dikjarazzjoni ta' invalidità. Madankollu, talba li jkollha x'taqsam mal-invalidità ta' disinn  tal-UE  , sottomessa xorta oħra għajr bħala kontrotalba, għandha tkun ammissbbli safejn u sakemm il-konvenut jagħmel talba illi d-disinn 🡺1 tal-Unjoni 🡸 jista' jiġi ddikjarat invalidu minħabba dritt iktar bikri ta' disinn nazzjonali, fit-tifsira ' tal-Artikolu 27(1), il-punt (d), li jappartjeni  lill-konvenut  .

2. Fil-proċeduri rigward kawża ta' ksur tal-liġi jew kawża ta' theddid ta’ ksur tal-liġi ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 mhux irreġistrat, il-qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 għandha tittratta d-disinn 🡺1 tal-UE 🡸 bħala validu jekk id-detentur tad-dritt jipproduċi prova illi ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 u jindika x'jikkostitwixxi l-karattru individwali  tad-detentur tad-dritt  tad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸 u. Madankollu, il-konvenut jista' jikkontesta l-validità tiegħu permezz ta' talba jew b'kontrotalba għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

🡻 2024/2822

Artikolu 125

Sentenzi ta’ invalidità

1. Meta fi proċedimenti quddiem qorti tad-disinji, tal-UE, id-disinn tal-UE jkun ġie kkontestat permezz ta’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’invalidità:

(a)jekk xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 27 tinstab li tippreġudika ż-żamma tad-disinn tal-UE, il-qorti għandha tiddikjara d-disinn tal-UE invalidu;

(b)jekk l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 27 ma tinstab li tippreġudika ż-żamma tad-disinn tal-UE, il-qorti għandha tirrifjuta l-kontrotalba.

2. Qorti tad-disinji tal-UE għandha tirrifjuta kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE jekk deċiżjoni meħuda mill-Uffiċċju li tkun relatata mal-istess suġġett u l-istess kawża u li tkun tinvolvi lill-istess partijiet tkun diġà saret finali.

3. Meta qorti tad-disinji tal-UE tkun tat sentenza li tkun saret finali dwar kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE, għandha tintbagħat kopja tas-sentenza lill-Uffiċċju mingħajr dewmien, jew mill-qorti jew minn kwalunkwe parti fil-proċedimenti nazzjonali. L-Uffiċċju jew kwalunkwe parti interessata oħra tista’ titlob informazzjoni dwar tali sentenza. L-Uffiċċju għandu jdaħħal is-sentenza fir-Reġistru f’konformità mal-Artikolu 104(3), il-punt (r).

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

Artikolu 126

Effetti tas-sentenzi dwar l-invalidità

Meta tkun saret finali, sentenza tal-qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 li tiddikjara invalidu 🡺1 disinn tal-UE 🡸 għandu jkollha fl-Istati Membri kollha l-  effetti previsti fl-Artikolu 28. 

Artikolu 127

Liġijiet applikabbli

1. Il-qrati tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

🡻 2024/2822

2. Fil-materji kollha tad-disinn mhux koperti minn dan ir-Regolament, qorti tad-disinn tal-UE għandha tapplika l-liġi nazzjonali applikabbli.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

3. Għajr jekk ipprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament, qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 għandha tapplika r-regoli ta' proċedura li jirregolaw l-istess tip ta' kawża li jkollha x'taqsam ma' dritt ta' disinn nazzjonali fl-Istat Membru fejn tkun tinsab.

🡻 2024/2822 (adattat)

Artikolu 128

Sanzjonijiet fil-kawżidwar il-ksur tal-liġi

1. Meta qorti tad-disinji tal-UE ssib li l-konvenut kiser jew hedded li jikser disinn tal-UE, hija għandha,  ħlief fejn  ma jkollhiex raġunijiet speċjali biex tagħmel mod ieħor, toħroġ ordni sabiex twaqqaf lill-konvenut milli jissokta bl-atti li jkunu marru kontra jew li jkunu ser imorru kontra d-disinn tal-UE. Għandha tieħu wkoll tali miżuri f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha sakemm ikunu mmirati biex jiżguraw li dik il-projbizzjoni tiġi mħarsa.

2. Il-qorti tad-disinji tal-UE tista’ wkoll tapplika miżuri jew ordnijiet disponibbli skont il-liġi applikabbli li jkun jidhrilha xierqa fiċ-ċirkostanzi tal-każ.

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

Artikolu 129

Miżuri proviżorji, inklużi miżuri protettivi

1. Tista' ssir applikazzjoni lill-qrati ta' Stat Membru, inklużi l-qrati tad-disinji 🡺1 tal-UEi 🡸, għal dawk il-miżuri proviżorji, inklużi miżuri protettivi, dwar disinn 🡺1 tal-Unjoni, 🡸  li jistgħu ikunu disponibbli  skond il-liġijiet ta' dak l-Istat rigward id-drittijiet ta' disinn nazzjonali saħansitra jekk, taħt dan ir-Regolament, qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 ta' Stat Membru ieħor ikollha l-ġurisdizzjoni dwar is-sustanza tal-kwistjoni.

2. Fil-proċeduri li jkollhom x'jaqsmu mal-miżuri proviżorji, inklużi dawk prottettivi, għandhom ikunu ammissibbli  eċezzjonijiet oħra differenti minn dawk ta' kontrotalba li jkollha x'taqsam mal-invalidità ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 sottomess mill-konvenut. Madankollu, l-Artikolu 124(2) għandu japplika mutatis mutandis.

🡻 2024/2822

3. Qorti tad-disinji tal-UE li għandha ġuriżdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 121(1), (2), (3) jew (4) ta’ dan ir-Regolament għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tagħti miżuri proviżorji, inkluż miżuri protettivi li, soġġett għal kwalunkwe proċedura meħtieġa għar-rikonoxximent u l-infurzar skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, ikunu applikabbli fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru. Ebda qorti oħra ma għaha jkollha tali ġuriżdizzjoni.

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

Artikolu 130

Regoli speċifiċi dwar kawżi relatati

1. Qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 li tkun qiegħda tisma' kawża msemmija fl-Artikolu 120, għajr kawża għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' ksur tal-liġi, għandha, ħlief jekk ikun hemm raġunijiet speċjali sabiex tissokta s-smigħ, fuq l-inizjattiva tagħha wara li tisma' lill-partijiet, jew fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet u wara li tisma' lill-partijiet l-oħra, twaqqaf il-proċeduri meta l-validità tad-disinn 🡺1 tal-UE 🡸 tkun diġà fil-kawża quddiem qorti oħra tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 minħabba kontrotalba jew, fil-każ ta' disinn irreġistrat 🡺1 tal-Unjoni 🡸 , meta tkun diġà ġiet preżentat applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fl-Uffiċċju.

2. Meta jkun qiegħed jisma' applikazzjoni għal dikjarazzjoni tainvalidità ta' disinn irreġistrat 🡺1 tal-Unjoni 🡸 , l-Uffiċċju għandu, ħlief jekk ikun hemm raġunijiet speċjali sabiex jissokta s-smigħ, fuq l-inizjattiva tiegħu wara li jisma' lill-partijiet,  jew fuq talba minn waħda mill-partijiet u wara s-smigħ tal-partijiet l-oħra,  iwaqqaf il-proċeduri meta l-validità ta' disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 tkun diġà  kkontestata  minħabba kontrotalba quddiem qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸. Madankollu, jekk waħda mill-partijiet fil-proċeduri quddiem qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 hekk titlob, il-qorti tista', wara li tisma' lill-partijiet l-oħra f'dawn il-proċeduri, twaqqaf il-proċeduri. L-Uffiċċju għandu f'dak il-każ jissokta bil-proċeduri pendenti quddiemu.

3. Meta qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 twaqqaf il-proċeduri tista' tordna miżuri proviżorji, inklużi miżuri protettivi, għat-tul taż-żmien tal-waqfien.

Artikolu 131

Ġurisdizzjoni tal-qrati tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 tat-tieni istanza — appelli ulterjuri

1. Appell lill-qrati tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 tat-tieni istanza  jista’ jsir minn  sentenzi tal-qrati tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 tal-ewwel istanza rigward il-proċeduri li joħorġu mill-kawżi u t-talbiet riferiti fl-Artikolu 120.

2. Il-kondizzjonijiet li fuqhom appell jista' jiġi sottomess quddiem qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 tat-tieni istanza għandu jiġi stabbilit bil-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab dik il-qorti tkun.

3. Ir-regoli nazzjonali li jirrigwardaw appelli ulterjuri għandhom ikunu applikabli fir-rigward tass-sentenzi tal-qrati tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 tat-tieni istanza.

Taqsima 3

TILWIM IEĦOR li jirrigwarda d-disinji 🡺1 tal-UE 🡸

🡻 2024/2822

Artikolu 132

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati nazzjonali għajr il-qrati tad-disinji tal-UE

1. Fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 118(1), il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni ratione lociratione materiae fil-każ ta’ kawżi relatati ma’ dritt ta’ disinn nazzjonali f’dak l-Istat Membru għandu jkollhom ġuriżdizzjoni għal kawżi relatati ma’ disinji tal-UE għajr il-kawżi msemmijin fl-Artikolu 120.

2. Il-kawżi li jkollhom x’jaqsmu ma’ disinn tal-UE, għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 120, li fuqhom l-ebda qorti ma jkollha l-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 118(1) u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinstemgħu quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih l-Uffiċċju għandu s-sede tiegħu.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

Artikolu 133

Obbligu tal-qorti nazzjonali

Qorti nazzjonali li jkun qiegħed jisma kawża li jkollha x'taqsam ma' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 għajr dawk l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 120 għandha tittratta d-disinn bla validu. Madankollu, għandhom japplikaw l-Artikoli 124(2) u 129(2) mutatis mutandis.

TITOLU X

EFFETTI FUQ IL-LIĠIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 134

Kawżi paralleli fuq il-bażi tad-drittijiet tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 u drittijiet nazzjonali dwar id-disinji

1. Meta l-kawżi dwar ksur tal-liġi jew ksur tal-liġi mhedded li jinvolvu l-istess raġuni tal-kawża u bejn l-istess partijiet jitressqu quddiem il-qrati ta' Stati Membri differenti, waħda fuq il-bażi ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 u l-oħra fuq il-bażi tad-dritt ta' disinn nazzjonali li jipprovdi l-istess protezzjoni, il-qorti għajr dik l-ewwel qorti invoakta għandha, fuq l-inizjattiva tagħha stess, tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni favur dik il-qorti. Il-qorti li tkun meħtieġa tirrifjuta l-ġuriżdizzjoni tista' twaqqaf il-proċeduri tagħha jekk tiġi kkontestata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti l-oħra.

2. Il-qorti tad-disinji 🡺1 tal-UE 🡸 li tkun qiegħda tisma' l-kawża dwar il-ksur tal-liġi jew il-ksur tal-liġii mhedded fuq il-bażi ta' disinn 🡺1 tal-UE 🡸 għandha tirrifjuta l-kawża jekk tkun ingħatat sentenza finali fuq il-merti dwar tal-istess raġunijiet tal-kawża u bejn l-istess partijiet fuq il-bażi ta' dritt għal disinn li jipprovdi protezzjoni simultanja.

3. Il-qorti li tkun qiegħda tisma' kawża dwar ksur tal-liġi jew ksur tal-liġi mheddedfuq il-bażi tad-dritt għal disinn nazzjonali għandha tirrifjuta l-kawża jekk tkun ingħatat sentenza finali fuq il-merti dwar l-istess raġunjiet tal-kawża' u bejn l-istess partijiet fuq il-bażi ta' dritt għal disinn🡺1 tal-Unjoni 🡸 li jipprovdi protezzjoni simultanja.

4. Il-paragrafi 1, 2, u 3 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta’ miżuri proviżorji, inklużi miżuri protettivi.

Artikolu 135

Relazzjoni ma' għamliet oħra tal-protezzjoni skond il-liġijiet nazzjonali

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni tal-liġijiet 🡺1 tal-Unjoni 🡸 jew tal-liġijiet tal-Istati Membri interessati li għandhom x'jaqsmu mad-disinji mhux irreġistrati, mal-marki tal-fabbrika jew markioħra distintivi, mal-privattivi u l-mudelli ta' utilità, mat-tipi tal-istampa, mar-responsabbilità ċivili u mal-kompetizzjoni inġusta.

🡻 2024/2822

2. Disinn protett bħala disinn tal-UE għandu jkun eliġibbli wkoll għall-protezzjoni bid-drittijiet tal-awtur mid-data li fiha nħoloq jew ġie stabbilit id-disinn fi kwalunkwe forma, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur.

🡻 6/2002

TITOLU XI

DISPOSIZZJONIJIET SUPPLIMENTARI LI JIRRIGWARDAW L-UFFIĊĊJU

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

🡻 2024/2822

Artikolu 136

Applikabbiltà tar-Regolament (UE) 2017/1001

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan it-Titolu, l-Artikoli 142 sa 146, l-Artikoli 148 sa 158, l-Artikolu 162, u l-Artikoli 165 sa 177 tar-Regolament (UE) 2017/1001 għandhom japplikaw għall-Uffiċċju fir-rigward tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.

🡻 6/2002 (adattat)

🡺1 2024/2822

Artikolu 137

Lingwa tal-proċeduri

1. L-applikazzjoni għal disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 għandha tiġi ppreżentata f'waħda millingwi uffiċjali 🡺1 tal-Unjoni 🡸.

2. L-applikant  jenħtieġ li  jindika t-tieni lsien li għandu jkun lingwa tal-Uffiċċju li  l-applikant  jaċċetta li juża bħala l-lingwa possibbli tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju.

Jekk l-applikazzjoni kienet preżentata f'lingwa li mhix waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirranġa biex l-applikazzjoni tiġi tradotta fil-lingwa indikata mill-applikant.

3. Meta l-applikant għal disinn irreġistrat 🡺1 tal-UE 🡸 ikun l-unika parti fil-proċeduri quddiem l-Uffiċċju, il-lingwa tal-proċeduri għandha tkun il-lingwa użata sabiex tiġi preżentata l-applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni tkun saret b’lingwa oħrali mhix waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista' jibgħat komunikazzjoni bil-miktub lill-applikant bit-tieni lingwa indikata mill-applikant fl-applikazzjoni .

4. Fil-każ tal-proċeduri dwar l-invalidità, il-lingwa tal-proċeduri għandha tkun il-lingwa użata b'mod uffiċjali sabiex tiġi preżentata l-applikazzjoni għal disinn irreġistrat🡺1 tal-UE 🡸 jekk tkun wahda mill-lingwi tal-Uffiċċju. Jekk l-applikazzjoni tkun saret b’lingwa oħra li mhix waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, il-lingwa tal-proċeduri għandha tkun  it-tieni lingwa  indikata fl-applikazzjoni mill-applikant.

L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità għandha tiġi preżentata fil-lingwa tal-proċeduri.

Meta l-lingwa tal-proċeduri ma tkunx il-lingwa użata sabiex tiġi preżentata l-applikazzjoni, id-detentur tad-dritt għad-disinn UE jista' jippreżenta l-osservazzjonijiet fil-lingwa t-tal-prezentazzjoni. L-Uffiċċju għandu jirranġa sabiex dawk l-osservazzjonijiet jiġu tradotti fil-lingwa tal-proċeduri.

Ir-Regolament ta' implimentazzjoni jista' jipprovdi illi l-ispejjeż tat-traduzzjoni li għandhom jiġġarbu mill-Uffiċċju jistgħu ma jkunux, bla ħsara għal deroga konċessa mill-Uffiċċju meta ġġustifikata bil-komplessità tal-każ, jaqbżu l-ammont li għandu jiġi ffissat għal kull kategorija tal-proċeduri fuq il-bażi tad-daqs medju tad-dikjarazzjonijiet skond il-każ riċevut mill-uffiċċju. In-nefqa li taqbeż dak l-ammont tista' tiġi allokata lill-parti telliefa skond l-Artikolu 101.

🡻 2024/2822

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4:

(a)kwalunkwe applikazzjoni jew dikjarazzjoni li tkun relatata ma’ applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE tista’ tiġi ppreżentata bil-lingwa li tkun intużat għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE jew bit-tieni lingwa indikata mill-applikant f’dik l-applikazzjoni;

(b)kull applikazzjoni jew dikjarazzjoni relatata ma’ applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE għajr applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 73 jew dikjarazzjoni ta’ ċediment skont l-Artikolu 71 tista’ tiġi ppreżentata b’waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju.

Madankollu, meta tintuża kwalunkwe waħda mill-formoli pprovduti mill-Uffiċċju kif imsemmi fl-Artikolu 89, tali formoli jistgħu jintużaw bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni, dment li l-formola timtela b’waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, fejn jidħlu l-elementi testwali.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

6. Il-partijiet fil-proċeduri dwar l-invalidità jistgħu jinftiehmu biex lingwa uffiċjali differenti 🡺1 tal-Unjoni 🡸 tkun il-lingwa tal-proċeduri.

🡻 2024/2822

7. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 6, u sakemm ma jkunx previst mod ieħor, fi proċedimenti bil-miktub quddiem l-Uffiċċju parti tista’ tuża kwalunkwe lingwa tal-Uffiċċju. Jekk il-lingwa magħżula ma tkunx il-lingwa tal-proċedimenti, il-parti għandha tipprovdi traduzzjoni f’dik il-lingwa fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tad-dokument oriġinali. Meta l-applikant għal disinn irreġistrat tal-UE jkun l-uniku parti fil-proċedimenti li jseħħu quddiem l-Uffiċċju u l-lingwa li tintuża għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għad-disinn irreġistrat tal-UE ma tkunx waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, it-traduzzjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll bit-tieni lingwa indikata mill-applikant fl-applikazzjoni.

8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mod li bih għandhom jiġu ċċertifikati t-traduzzjonijiet.

🡻 2024/2822

Artikolu 138

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward il-ħtieġa u l-istandards tat-traduzzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)il-punt sa fejn id-dokumenti ta’ sostenn li għandhom jintużaw fi proċedimenti bil-miktub quddiem l-Uffiċċju jistgħu jiġu ppreżentati bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni, u l-ħtieġa li tiġi pprovduta traduzzjoni;

(b)l-istandards meħtieġa tat-traduzzjonijiet li jiġu ppreżentati fl-Uffiċċju.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 2024/2822

Artikolu 139

Pubblikazzjoni u entrati fir-Reġistru

1. L-informazzjoni kollha li l-pubblikazzjoni tagħha hija preskritta minn dan ir-Regolament jew minn att adottat skont dan ir-Regolament għandha tiġi ppubblikata bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

2. L-entrati kollha fir-Reġistru għandhom isiru bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

3. Fil-każijiet ta’ dubju, it-test awtentiku għandu jkun dak bil-lingwa tal-Uffiċċju li biha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE. Jekk l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ma hijiex waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, it-test bit-tieni lingwa indikata mill-applikant għandu jitqies bħala awtentiku.

🡻 2024/2822

Artikolu 140

Setgħat supplimentari tad-Direttur Eżekuttiv

Minbarra s-setgħat mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv mill-Artikolu 157(4), il-punt (o), tar-Regolament (UE) 2017/1001, id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija skont l-Artikolu 42(5), l-Artikolu 44(1), l-Artikolu 49(5), l-Artikolu 50(2), l-Artikolu 79(2), l-Artikolu 83(5), l-Artikoli 85, 88 u 90, l-Artikolu 104(4), l-Artikolu 105(3), l-Artikolu 107, l-Artikolu 110(1), l-Artikoli 112 u 116, l-Artikolu 137(8), l-Artikolu 148, l-Artikolu 149(1) u l-Artikoli 150 u 151 ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-atti adottati skont dan ir-Regolament.

🡻 6/2002

Taqsima 2

Proċeduri

🡻 2024/2822

Artikolu 141

Kompetenza

Sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet rigward il-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu kompetenti dawn li ġejjin:

(a)l-eżaminaturi;

(b)id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru;

(c)id-Diviżjonijiet tal-Invalidità;

(d)il-Bordijiet tal-Appell.

Artikolu 142

Eżaminaturi

L-eżaminaturi għandhom ikunu responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet f’iseml-Uffiċċju b’rabta ma’ applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE.

Artikolu 143

Id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru

1. Minbarra s-setgħat mogħtija lilu mir-Regolament (UE) 2017/1001, id-Dipartiment inkarigat mir-Reġistru għandu jkun responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-entrati fir-Reġistru skont dan ir-Regolament u deċiżjonijiet oħrajn meħtieġa minn dan ir-Regolament li ma jaqgħux fil-kompetenza tal-eżaminaturi jew tad-Diviżjoni tal-Invalidità.

2. Id-Dipartiment inkarigat mir-Reġistru għandu jkun responsabbli wkoll miż-żamma tal-lista ta’ rappreżentanti professjonali fil-materji tad-disinn.

🡻 6/2002

🡺1 2024/2822

Artikolu 144

Diviżjonijiet tal-Invalidità

1. Diviżjoni tal-Invalidità għandha tkun responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward l-applikazzjonijiet għad-dikjarazzjonijiet ta’invalidità tad-disinji rreġistrati🡺1 tal-Unjoni 🡸 .

2. Diviżjoni tal-Invalidità għandu jkun fiha tliet membri. Mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun ikkwalifikat fil-liġi.

🡻 2024/2822

3. Id-deċiżjonijiet relatati mal-ispejjeż jew mal-proċeduri għandhom jittieħdu minn membru wieħed tad-Diviżjoni tal-Invalidità.

🡻 2024/2822

Artikolu 145

Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ deċiżjonijiet meħuda minn membru wieħed

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tipi eżatti ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu minn membru wieħed kif imsemmi fl-Artikolu 144(3). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 159(2).

🡻 2024/2822

Artikolu 146

Bordijiet tal-Appell

Minbarra s-setgħat mogħtija lilu mill-Artikolu 165 tar-Regolament (UE) 2017/1001, il-Bord tal-Appell għandu jkun responsabbli biex jiddeċiedi dwar l-appelli kontra deċiżjonijiet tal-istanzi tal-Uffiċċju msemmija fl-Artikolu 141, il-punti (a), (b) u (c), ta’ dan ir-Regolament b’rabta mal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

🡻 2024/2822

Artikolu -147

Delega tas-setgħa fir-rigward tal-Bord tal-Appell

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 160 ta’ dan ir-Regolament biex tissupplimentah billi tispeċifika d-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell fi proċedimenti relatati ma’ disinji skont dan ir-Regolament meta tali proċedimenti jkunu jirrikjedu li l-Bordijiet tal-Appell jiġu organizzati b’mod differenti minn dak stabbilit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 168 tar-Regolament (UE) 2017/1001.

🡻 2024/2822 (adattat)

Taqsima 3

Drittijiet u l-ħlas tagħhom

Artikolu -148

Drittijiet u imposti u data skedata

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jintalab għal kwalunkwe servizz mogħti mill-Uffiċċju minbarra dawk stabbiliti fl-Anness, kif ukoll l-ammont li għandu jintalab għall-pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju. L-ammonti tal-imposti għandhom ikunu stabbiliti f’euro u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju. L-ammont ta’ kull imposta ma għandux ikun iktar minn dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż tas-servizz speċifiku mogħti mill-Uffiċċju.

2. Id-drittijiet u l-imposti li fir-rigward tagħhom ma hijiex s  stabbilita  d-data skedata f’dan ir-Regolament għandhom ikunu dovuti fid-data li tasal it-talba għas-servizz li għalih id-dritt jew l-imposta tkun iġġarbet.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina liema mis-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu bbażati fuq il-ħlas bil-quddiem tad-drittijiet jew tal-imposti korrispondenti.

Artikolu -149

Ħlas ta’ drittijiet u imposti

1. Id-drittijiet u l-imposti dovuti lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bil-metodi ta’ ħlas iddeterminati mid-Direttur Eżekuttiv bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit.

Il-metodi ta’ ħlas stabbiliti skont l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju. Il-ħlasijiet kollha għandhom isiru bl-euro.

2. Il-ħlasijiet permezz ta’ mezzi ta’ ħlas għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ma jkunux saru u l-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat.

3. Il-ħlasijiet għandu jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex l-Uffiċċju jkun jista’ jistabbilixxi immedjatament l-għan tal-ħlas.

4. Jekk l-għan tal-ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx jista’ jiġi stabbilit immedjatament, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-persuna li tkun qiegħda tagħmel il-ħlas sabiex tinfurmah bil-miktub b’dak il-għan, f’ċertu perjodu ta’ żmien. Jekk il-persuna ma tikkonformax mat-talba f’dak il-perjodu, il-ħlas għandu jitqies li ma jkunx sar u l-ammont li jkun tħallas għandu jitħallas lura.

Artikolu -150

Data stabbilita tal-ħlas

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi d-data li fiha għandhom jitqiesu li saru l-ħlasijiet.

Artikolu -151

Ħlasijiet insuffiċjenti u rimborż ta’ ħlasijiet żejda

1. Għandu jitqies li t-terminu ta’ żmien għall-ħlas ikun ġie osservat biss jekk l-ammont kollu tad-dritt jew tal-imposta jkun tħallas fiż-żmien dovut. Jekk id-dritt jew l-imposta ma jitħallsux kollha, l-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat wara li l-perjodu għall-ħlas ikun għalaq.

2. L-Uffiċċju għandu, madankollu, sa fejn ikun possibbli fiż-żmien li jifdal qabel tmiem il-perjodu għall-ħlas, jagħti lill-persuna li tkun qed tagħmel il-ħlas l-opportunità li tħallas l-ammont  pendenti. 

3. Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jirrinunzja l-kawż għall-irkupru infurzat ta’ kwalunkwe somma dovuta meta s-somma li għandha tiġi rkuprata tkun minima jew meta tali rkupru jkun wisq inċert.

4. Meta titħallas somma eċċessiva biex tkopri dritt jew imposta, l-ammont żejjed għandu jiġi rimborżat.

🡻 2006/1891 (adattat)

🡺1 2024/2822

TITOLU XII:

REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI TA’ DISINJI

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 152

L-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet

1.  Sakemm  mhux previst mod ieħor f’dan it-titolu, dan ir-Regolament u kwalunkwe Regolament li jimplimenta dan ir-Regolament adottat skond l-Artikolu 159 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal reġistrazzjonijiet ta' disinji industrijali fir-reġistru internazzjonali miżmum mill-Uffiċċju Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ( “reġistrazzjoni internazzjonali” u “l-Uffiċċju Internazzjonali”,  rispettivament  ) li jiddeżinjaw l-🡺1 l-Unjoni 🡸, skond l-Att ta’ Ġinevra.

2. Kull dokumentazzjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja l-🡺1 Unjoni 🡸fir-Reġistru Internazzjonali għandu jkollha l-istess effett daqs li kieku saret fir-Reġistru ta’ disinji 🡺1 tal-UE 🡸 tal-Uffiċċju, u kwalunkwe pubblikazzjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja l-🡺1 Unjoni 🡸 fil-Bullettin tal-Uffiċċju Internazzjonali għandu jkollha l-istess effett daqs li kieku kienet ippubblikata fil-Bullettin ta’ Disinji 🡺1 tal-Unjoni Ewropea 🡸.

Taqsima 2

 reġistrazzjonijiet internazzjonali li jiddeżinjaw l-unjoni  Artikolu 153

Proċedura għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni internazzjonali

Applikazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Ġinevra għandhom jitressqu direttament fl-Uffiċċju Internazzjonali.

Artikolu 154

Drittijiet għad-deżinjazzjoni

Il-drittijiet preskritti għad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tal-Att ta’ Ġinevra  għandhom ikunu  ssostitwiti minn ħlas ta’ dritt individwali għal deżinjazzjoni.

Artikolu 155

Effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja 🡺1 l-Unjoni 🡸

1. Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja 🡺1 l-Unjoni 🡸 għandha, mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 10(2) tal-Att ta' Ġinevra, ikollha l-istess effett bħal applikazzjoni għal disinn irreġistrat 🡺1 tal-UEnjoni 🡸 .

2. Jekk l-ebda rifjut ma jkun ġie nnotifikat jew jekk kwalunkwe rifjut ikun ġie irtirat, ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinn li jiddeżinja l-🡺1 Unjoni 🡸 għandu, mid-data msemmija fil-paragrafu 1, ikollha l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta’ disinn bħala disinn irreġistrat 🡺1 tal-Unjoni 🡸.

🡻 2024/2822

3. L-Uffiċċju għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 fil-forma ta’ ħolqa elettronika għall-bażi tad-data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha rigward reġistrazzjonijiet internazzjonali ta’ disinji miżmuma mill-Uffiċċju Internazzjonali.

🡻 2024/2822

Artikolu 156

Eżami tar-raġunijiet għar-rifjut

1. Meta l-Uffiċċju jsib, matul it-twettiq ta’ eżami ta’ reġistrazzjoni internazzjonali, li d-disinn li għalih qed tintalab il-protezzjoni ma jikkorrispondix mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4, il-punt (1), ta’ dan ir-Regolament, jew li d-disinn imur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità, jew li d-disinn jikkostitwixxi użu ħażin ta’ kwalunkwe element elenkat fl-Artikolu 6ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, jew tal-badges, l-emblemi u l-istemmi għajr dawk koperti mill-Artikolu 6ter imsemmi u li huma ta’ interess pubbliku partikulari fi Stat Membru, huwa għandu jibgħat lill-UffiċċjuInternazzjonali notifika ta’ rifjut mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali, filwaqt li jispeċifika r-raġunijiet għar-rifjut skont l-Artikolu 12(2) tal-Att ta’ Ġinevra.

2. Meta d-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkun obbligat li jiġi rrappreżentat quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 115(2), in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollha referenza għall-obbligu tad-detentur biex jaħtar rappreżentant kif imsemmi fl-Artikolu 116(1).

3. L-Uffiċċju għandu jispeċifika terminu ta’ żmien li fih id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista’ jirrinunzja għar-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Unjoni, jillimita r-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Unjoni għal disinn industrijali wieħed jew uħud minnhom jew jissottometti osservazzjonijiet, u, meta xieraq, għandu jaħtar rappreżentant. Il-perjodu għandu jibda fil-ġurnata li fiha l-Uffiċċju joħroġ in-notifika tar-rifjut.

4. Jekk id-detentur jonqos milli jaħtar rappreżentant fil-perjodu imsemmi fil-paragrafu 3, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

5. Meta d-detentur iressaq osservazzjonijiet li jissodisfaw l-Uffiċċju fil-perjodu speċifikat, l-Uffiċċju għandu jirtira r-rifjut u jinnotifika l-Uffiċċju Internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 12(4) tal-Att ta’ Ġinevra. Meta, skont l-Artikolu 12(2) tal-Att ta’ Ġinevra, id-detentur ma jressaqx osservazzjonijiet li jissodisfaw l-Uffiċċju fil-perjodu speċifikat, l-Uffiċċju għandu jikkonferma d-deċiżjoni li tirrifjuta l-protezzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali. Dik id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal appell f’konformità mal-Artikoli 66 sa 72 tar-Regolament (UE) 2017/1001 flimkien mal-Artikolu 77(2) ta’ dan ir-Regolament.

6. Meta d-detentur jirrinunzja r-reġistrazzjoni internazzjonali, jew jillimita r-reġistrazzjoni internazzjonali għal wieħed jew xi wħud mid-disinji industrijali fir-rigward tal-Unjoni, id-detentur għandu jinforma l-Uffiċċju Internazzjonali permezz ta’ proċedura ta’ reġistrar f’konformità mal-Artikolu 16(1), il-punti (iv) u (v) tal-Att ta’ Ġinevra.

🡻 2006/1891 (adattat)

🡺1 2024/2822

Artikolu 157

Invalidazzjoni tal-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali

1. L-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali 🡺1 fl-Unjoni 🡸 jistgħu jkunu ddikjarati invalidi parzjalment jew fit-totalità tagħhom skond il-proċeduri  stabbiliti  fit-Titoli VI u VII jew minn qorti ta’ disinn 🡺1 tal-UE 🡸 abbażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ ksur tal-liġi.

2. Fejn l-Uffiċċju ikun jaf bl-invalidazzjoni, huwa għandu jinnotifika lill-Uffiċċju Internazzjonali.

🡻 2024/2822

Artikolu 158

Tiġdid

Ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tiġġedded direttament mal-Uffiċċju Internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 17 tal-Att ta’ Ġinevra.

🡻 6/2002

TITOLU XIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

🡻 2024/2822

Artikolu 159

Proċedura ta’ Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1001. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

🡻 2024/2822

Artikolu 160

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 58, 75, 78, 82, 84, 86, 89, 91, 94, 98, 117 u °147 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-8 ta’ Diċembru 2024.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 58, 75, 78, 82, 84, 86, 89, 91, 94, 98, 117 u °147 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet ma’ esperti, li jinkludu esperti innominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 58, 75, 78, 82, 84, 86, 89, 91, 94, 98, 117 jew °147 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

🡻 Att ta’ Adeżjoni tal-2003 Anness II, il-punt 4(C) (adattat)

Artikolu 161

Disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tkabbir  tal-Unjoni  

🡻 Att ta’ Adeżjoni tal-2012, Anness III, il-punt 2(III)

🡺1 2024/2822

1. Mid-data tal-adeżjoni tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, tal-Kroazja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja (‘l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda’), disinn 🡺1 tal-Unjoni 🡸 protett jew li għalih issir applikazzjoni skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-adeżjoni rispettiva għandu jiġi estiż għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollu effett ugwali 🡺1 fl-Unjoni 🡸 kollha.

🡻 Att ta’ Adeżjoni tal-2003 Anness II, il-punt 4(C) (adattat)

🡺1 2024/2822

2. L-applikazzjoni għal disinn 🡺1 tal-Unjoni 🡸 reġistrat ma tistax tiġi miċħuda abbażi ta' xi waħda mir-raġunijiet għan-non-reġistrabilità mniżżlin fl-Artikolu 56(1), jekk dawk ir-raġunijiet ikunu saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid.

3. Disinn 🡺1 tal-UE 🡸 msemmi fil-paragrafu 1  ta’ dan l-Artikolu  ma jistax ikun iddikjarat invalidu skond l-Artikolu 27(1) jekk ir-raġunijiet għall-invalidità jkunu saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid.

4. L-applikant jew id-detentur ta' dritt preċedenti f'xi Stat Membru ġdid jista' jopponi l-użu ta' disinn 🡺1 tal-UE🡸 li jaqa' taħt l-Artikolu 27(1) punti (d), (e) jew (f) fit-territorju fejn id-dritt preċedenti jkun protett. Għall-iskop ta' din id-disposizzjoni, “dritt preċedenti-” jfisser dritt akkwistat jew li saret applikazzjoni għalih b'bona fide qabel l-adeżjoni.

5. Il-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom japplikaw ukoll għal disinji 🡺1 tal-UE 🡸 mhux reġistrati. 🡺1 --- 🡸

🡻 2024/2822

Artikolu 162

Evalwazzjoni

1. Sal-1 ta’ Jannar 2030, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha abbażi ta’ dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

🡻 

Artikolu 163

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

🡻 6/2002 (adattat)

Artikolu 164

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ  fl-1 ta’ Lulju 2026  .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    COM(87) 868 PV.
(2)    Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet.
(3)    Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għal 2025.
(4)    Ara l-Anness II ta’ din il-proposta.
(5)    ĠU C […], […], p. […].
(6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/6/oj ).
(7)    Ara l-Anness II.
(8)    Id-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' disinji (ĠU L 289, 28.10.1998, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/71/oj ).
(9)    Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1001/oj ).
(10)    Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/608/oj ).
(11)    Direttiva (UE) 2024/2823 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar il-protezzjoni legali tad-disinji (ĠU L, 2024/2823, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2823/oj ).
(12)    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017, Acacia Srl vs Pneusgarda Srl u Audi AG u Acacia Srl u Rolando D’Amato vs Dr. Ing. h.c.F. Porsche AG, Kawżi magħquda C-397/16 u C-435/16, ECLI:EU:C:2017:992.
(13)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(14)    Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj ).
(15)    Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/138/oj ).
(16)    Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj ).
(17)    Nota Għall partijiet I u II (ĠU L 56, 4.3.1968, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj ).
(18)    Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1215/oj ).

Brussell, 3.7.2025

COM(2025) 353 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-disinji tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni)



🡻 2024/2822 Artikolu 1, punt 132 u Anness I (adattat)

ANNESS I

Ammonti tad-drittijiet kif imsemmija fl-Artikolu -148(1)

Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju skont dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej (f’EUR):

1.Id-dritt għall-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 42(4):

EUR 350.

2.Dritt individwali għal deżinjazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 154:

EUR 62 għal kull disinn.

3.Dritt għad-differiment tal-pubblikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 42(4):

EUR 40.

4.Dritt addizzjonali għall-applikazzjoni fir-rigward ta’ kull disinn addizzjonali inkluż f’applikazzjoni multipla kif imsemmi fl-Artikolu 44(2):

EUR 125.

5.Dritt addizzjonali għad-differiment tal-pubblikazzjoni fir-rigward ta’ kull disinn addizzjonali inkluż f’applikazzjoni multipla li hija soġġetta għad-differiment tal-pubblikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 44(2):

EUR 20.

6.Id-dritt għat-tiġdid kif imsemmi fl-Artikolu 66(1), (3) u (9):

(a)għall-ewwel perjodu ta’ tiġdid: EUR 150 għal kull disinn;

(b)għat-tieni perjodu ta’ tiġdid: EUR 250 għal kull disinn;

(c)għat-tielet perjodu ta’ tiġdid: EUR 400 għal kull disinn;

(d)għar-raba’ perjodu ta’ tiġdid: EUR 700 għal kull disinn.

7.Dritt individwali għat-tiġdid ta’ reġistrazzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 154:

(a)għall-ewwel perjodu ta’ tiġdid: EUR 62 għal kull disinn;

(b)għat-tieni perjodu ta’ tiġdid: EUR 62 għal kull disinn;

(c)għat-tielet perjodu ta’ tiġdid: EUR 62 għal kull disinn;

(d)għar-raba’ perjodu ta’ tiġdid: EUR 62 għal kull disinn.

8.Dritt għal ħlas tardiv tad-dritt għat-tiġdid kif imsemmi fl-Artikolu 66(3):

25 % tad-dritt għat-tiġdid.

9.Dritt għall-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kif imsemmi fl-Artikolu 73(2):

EUR 320.

10.Dritt għat-tkomplija tal-proċedimenti imsemmi fl-Artikolu 96(1):

EUR 400.

11.Dritt għar-restitutio in integrum kif imsemmi fl-Artikolu 95(3):

EUR 200.

12.Dritt għar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dritt ieħor fir-rigward ta’ disinn irreġistrat tal-UE msemmi fl-Artikolu 37(1) u (2) ,jew għar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dritt ieħor fir-rigward ta’ applikazzjoni għal disinn tal-UE msemmi fl-Artikolu 37(1) u (2) u fl-Artikolu 40:

(a)għall-għoti ta’ liċenzja: EUR 200 għal kull disinn;

(b)għal trasferiment ta’ liċenzja: EUR 200 għal kull disinn;

(c)għall-ħolqien ta’ dritt in rem: EUR 200 għal kull disinn;

(d)għat-trasferiment ta’ dritt in rem: EUR 200 għal kull disinn;

(e)għal mandat ta’ eżekuzzjoni biex jitħallas id-dejn: EUR 200 għal kull disinn;

 Id-dritt għandu jkun  mhux iktar minn EUR 1 000 meta jiġu ppreżentati talbiet multipli fl-istess applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dritt ieħor jew jiġu ppreżentati fl-istess ħin.

13.Dritt għat-tibdil ta’ disinn irreġistrat tal-UE msemmi fl-Artikolu 67(3):

EUR 200.

14.Dritt għar-rieżami tad-determinazzjoni tal-ispejjeż proċedurali li għandhom jiġu rimborżati msemmija fl-Artikolu 101(7):

EUR 100.

15.Tariffa tal-appell imsemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001, li  għandha  tapplika wkoll għall-appelli skont dan ir-Regolament skont l-Artikolu 77(2):

EUR 720.

_____________

🡹

ANNESS II

Regolament mħassar flimkien mal-lista ta’ emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002    
(ĠU L 3, 5.1.2002,
   
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/6/oj )

Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness II, punt 4(C)(III)

Att ta’ Adeżjoni tal-2005, Anness III, punt 1(III)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1891/2006    
(ĠU L 386, 29.12.2006,
   
ELI
: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1891/oj )

l-Artikolu 2 biss

Att ta’ Adeżjoni tal-2012, Anness III, punt 2 (III)

Regolament (UE) 2024/2822 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill    
(ĠU L, 2024/2822, 18.11/2024,
   
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2822/oj)

_____________

ANNESS III

Tabemma ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 6/2002

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2a

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 14 sa 18

Artikolu14 sa 18

Artikolu 18a

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 20a

Artikolu 22

Artikolu 21

Artikolu 23

Artikolu 22

Artikolu 24

Artikolu 23

Artikolu 25

Artikolu 24

Artikolu 26

Artikolu 25

Artikolu 27

Artikolu 26

Artikolu 28

Artikolu 26a

Artikolu 29

Artikolu 27

Artikolu 30

Artikolu 28

Artikolu 31

Artikolu 28a

Artikolu 32

Artikolu 29

Artikolu 33

Artikolu 30

Artikolu 34

Artikolu 31

Artikolu 35

Artikolu 32

Artikolu 36

Artikolu 32a

Artikolu 37

Artikolu 33

Artikolu 38

Artikolu 33a

Artikolu 39

Artikolu 34

Artikolu 40

Artikolu 35

Artikolu 41

Artikolu 36

Artikolu 42

Artikolu 36a

Artikolu 43

Artikolu 37

Artikolu 44

Artikolu 37a

Artikolu 45

Artikolu 38

Artikolu 46

Artikolu 39

Artikolu 47

Artikolu 40

Artikolu 48

Artikolu 41

Artikolu 49

Artikolu 42

Artikolu 50

Artikolu 42a

Artikolu 51

Artikolu 43

Artikolu 52

Artikolu 44

Artikolu 53

Artikolu 44a

Artikolu 54

Artikolu 45

Artikolu 55

Artikolu 47

Artikolu 56

Artikolu 47a

Artikolu 57

Artikolu 47b

Artikolu 58

Artikolu 48

Artikolu 59

Artikolu 49

Artikolu 60

Artikolu 49a

Artikolu 61

Artikolu 50

Artikolu 62

Artikolu 50a

Artikolu 63

Artikolu 50b

Artikolu 64

Artikolu 50c

Artikolu 65

Artikolu 50d

Artikolu 66

Artikolu 50e

Artikolu 67

Artikolu 50f

Artikolu 68

Artikolu 50g

Artikolu 69

Artikolu 50h

Artikolu 70

Artikolu 51

Artikolu 71

Artikolu 51a

Artikolu 72

Artikolu 52

Artikolu 73

Artikolu 53

Artikolu 74

Artikolu 53a

Artikolu 75

Artikolu 54

Artikolu 76

Artikolu 55

Artikolu 77

Artikolu 55a

Artikolu 78

Artikolu 62

Artikolu 79

Artikolu 63

Artikolu 80

Artikolu 64

Artikolu 81

Artikolu 64a

Artikolu 82

Artikolu 65

Artikolu 83

Artikolu 65a

Artikolu 84

Artikolu 66

Artikolu 85

Artikolu 66a

Artikolu 86

Artikolu 66b

Artikolu 87

Artikolu 66c

Artikolu 88

Artikolu 66d

Artikolu 89

Artikolu 66e

Artikolu 90

Artikolu 66f

Artikolu 91

Artikolu 66g

Artikolu 92

Artikolu 66h

Artikolu 93

Artikolu 66i

Artikolu 94

Artikolu 67

Artikolu 95

Artikolu 67a

Artikolu 96

Artikolu 67b

Artikolu 97

Artikolu 67c

Artikolu 98

Artikolu 68

Artikolu 99

Artikolu 69

Artikolu 100

Artikolu 70

Artikolu 101

Artikolu 70a

Artikolu 102

Artikolu 71

Artikolu 103

Artikolu 72

Artikolu 104

Artikolu 72a

Artikolu 105

Artikolu 72b

Artikolu 106

Artikolu 73

Artikolu 107

Artikolu 73a

Artikolu 108

Artikolu 74

Artikolu 109

Artikolu 74a

Artikolu 110

Artikolu 74b

Artikolu 111

Artikolu 74c

Artikolu 112

Artikolu 75

Artikolu 113

Artikolu 75a

Artikolu 114

Artikolu 77

Artikolu 115

Artikolu 78

Artikolu 116

Artikolu 78a

Artikolu 117

Artikolu 79

Artikolu 118

Artikolu 80(1)

Artikolu 119 (1)

Artikolu 80(2)

-

Artikolu 80(3)

Artikolu 119(2)

Artikolu 80(4)

Artikolu 119(3)

Artikolu 81

Artikolu 120

Artikolu 82

Artikolu 121

Artikolu 83

Artikolu 122

Artikolu 84

Artikolu 123

Artikolu 85

Artikolu 124

Artikolu 86

Artikolu 125

Artikolu 87

Artikolu 126

Artikolu 88

Artikolu 127

Artikolu 89

Artikolu 128

Artikolu 90

Artikolu 129

Artikolu 91

Artikolu 130

Artikolu 92

Artikolu 131

Artikolu 93

Artikolu 132

Artikolu 94

Artikolu 133

Artikolu 95

Artikolu 134

Artikolu 96

Artikolu 135

Artikolu 97

Artikolu 136

Artikolu 98(1) sa (4)

Artikolu 137 (1) sa (4)

Artikolu 98(4a)

Artikolu 137(5)

Artikolu 98 (5)

Artikolu 137(6)

Artikolu 98(6)

Artikolu 137(7)

Artikolu 98(7)

Artikolu 137(8)

Artikolu 98a

Artikolu 138

Artikolu 99

Artikolu 139

Artikolu 100

Artikolu 140

Artikolu 102

Artikolu 141

Artikolu 103

Artikolu 142

Artikolu 104

Artikolu 143

Artikolu 105

Artikolu 144

Artikolu 105a

Artikolu 145

Artikolu -106

Artikolu 146

Artikolu -106a

Artikolu 147

Artikolu -106aa

Artikolu 148

Artikolu -106ab

Artikolu 149

Artikolu -106ac

Artikolu 150

Artikolu -106 ad

Artikolu 151

Artikolu 106a

Artikolu 152

Artikolu 106b

Artikolu 153

Artikolu 106c

Artikolu 154

Artikolu 106d

Artikolu 155

Artikolu 106e

Artikolu 156

Artikolu 106f

Artikolu 157

Artikolu 106g

Artikolu 158

Artikolu 109

Artikolu 159

Artikolu 109a

Artikolu 160

Artikolu 110a

Artikolu 161

Artikolu 110b

Artikolu 162

-

Artikolu 163

Artikolu 111(1)

Artikolu 164

Artikolu 111(2) u (3)

-

Anness

Anness I

-

Anness II

-

Anness III

_____________