Brussell, 6.6.2025

COM(2025) 297 final

2025/0157(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-proposta tikkonċerna Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jrid jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”) fl-2025.

Il-11-il FEŻ u FEŻ oħra li għadhom miftuħin (id-9 u l-10 FEŻ) huma ġestiti skont il-ġabra ta’ regoli li ġejja:

1.Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 1 (1) (il-“Ftehim Intern” tal-11-il FEŻ);

2.Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 2 (2) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”).

3.Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2233 dwar l-impenn tal-fondi li jirriżultaw mir-rimborżi taħt il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP minn operazzjonijiet taħt id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 3 (3);

4.Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1223 4 (4) dwar l-allokazzjoni ta’ fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jindirizzaw il-kriżi tas-sigurtà tal-ikel u x-xokk ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Id-dokumenti msemmija fil-punti minn (a) sa (d) fihom l-impenji pluriennali mill-partijiet biex jappoġġaw f’livell finanzjarju lit-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-partijiet lit-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji determinati minn qabel. Il-kontribuzzjonijiet regolari jiskattaw minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.

Għaldaqstant, uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Mhux applikabbli

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara li l-Kummissjoni Ewropea, li taġixxi f’isem l-Unjoni Ewropea, tippreżenta din il-proposta.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Mhux applikabbli

Proporzjonalità

Mhux applikabbli

Għażla tal-istrument

Mhux applikabbli

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Mhux applikabbli

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Mhux applikabbli

2025/0157 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 5(1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 6(2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)F’konformità mal-Artikolu 1 tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni għal kull parti tal-FEŻ għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) huwa stabbilit 7 (3).

(2)F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(3)F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2024 li tispeċifika l-ammont tat-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2024.

(4)Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi għall-BEI u għall-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1877.

(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2906 8 (4) tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2025 għal EUR 800 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 9 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-BEI talab is-sehem kollu tiegħu tal-11-il FEŻ bl-ewwel pagament parzjali tal-2025.

(6)Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025 huwa b’dan stabbilit għal EUR 250 000 000 għall-Kummissjoni.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025, f’konformità mal-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[...]

(1) (1)    ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(2) (2)    ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1-21
(3) (3)    ĠU L 437, 28.12.2020, p. 188-191
(4) (4)    ĠU L 188, 15.7.2022, p. 147
(5) (1)    ĠU L 210, 6.8.2013, p.1, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2016/oj.
(6) (2)    ĠU L 307, 3.12.2018, p.1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1877/oj.
(7) (3)    ĠU L 210, 6.8.2013, p.1, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2016/oj.
(8) (4)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2906 tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li tispeċifika l-limitu massimu għall-2026, l-ammont annwali għall-2025, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2025 u previżjoni indikattiva, mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2027 u 2028, ĠU L, 2024/2906, 19.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2906/oj.

Brussell, 6.6.2025

COM(2025) 297 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025


Anness

It-tieni pagament parzjali tal-Kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2025 (f’EUR)

L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Il-koeffiċjent tal-11-il FEŻ

FEŻ f’%

Il-Kummissjoni

Il-11-il FEŻ

Il-BEI 

Il-11-il FEŻ

Total

Il-BELĠJU

3.24927

8 123 175

0

8 123 175

Il-BULGARIJA

0.21853

546 325

0

546 325

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0.79745

1 993 625

0

1 993 625

ID-DANIMARKA

1.98045

4 951 125

0

4 951 125

IL-ĠERMANJA

20.57980

51 449 500

0

51 449 500

L-ESTONJA

0.08635

215 875

0

215 875

L-IRLANDA

0.94006

2 350 150

0

2 350 150

IL-GREĊJA

1.50735

3 768 375

0

3 768 375

SPANJA

7.93248

19 831 200

0

19 831 200

FRANZA

17.81269

44 531 725

0

44 531 725

IL-KROAZJA

0.22518

562 950

0

562 950

L-ITALJA

12.53009

31 325 225

0

31 325 225

ĊIPRU

0.11162

279 050

0

279 050

IL-LATVJA

0.11612

290 300

0

290 300

IL-LITWANJA

0.18077

451 925

0

451 925

IL-LUSSEMBURGU

0.25509

637 725

0

637 725

L-UNGERIJA

0.61456

1 536 400

0

1 536 400

MALTA

0.03801

95 025

0

95 025

IN-NETHERLANDS

4.77678

11 941 950

0

11 941 950

L-AWSTRIJA

2.39757

5 993 925

0

5 993 925

IL-POLONJA

2.00734

5 018 350

0

5 018 350

IL-PORTUGALL

1.19679

2 991 975

0

2 991 975

IR-RUMANIJA

0.71815

1 795 375

0

1 795 375

IS-SLOVENJA

0.22452

561 300

0

561 300

IS-SLOVAKKJA

0.37616

940 400

0

940 400

IL-FINLANDJA

1.50909

3 772 725

0

3 772 725

L-IŻVEZJA

2.93911

7 347 775

0

7 347 775

IR-RENJU UNIT 1(1)

14.67862

36 696 550

0

36 696 550

TOTAL UE-27 U R-RENJU UNIT

100.00

250 000 000

0

250 000 000

(1) (1)    Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit talab formalment, f’Marzu 2023, li l-Kummissjoni tagħti rifużjoni tas-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ, billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tar-Renju Unit. Din it-tpaċija se tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi.