IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 22.4.2025
COM(2025) 188 final
2025/0103(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2023/1525 u 2024/795 fir-rigward tal-inċentivar ta’ investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Fil-Linji Gwida Politiċi, il-President Von der Leyen ħabbret li quddiemna hemm era ġdida għad-difiża. L-UE se taħdem fil-5 snin li ġejjin biex tibni Unjoni Ewropea tad-Difiża ta’ vera. Dawn l-aħħar deċennji esponew nuqqas ta’ investiment kroniku u nuqqas ta’ nfiq effiċjenti fil-kapaċitajiet militari tagħna, li affettwaw il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB, European Defence Technological and Industrial Base) u l-potenzjal tal-innovazzjoni tagħha, filwaqt li frammentaw is-suq tad-difiża fil-livell nazzjonali. Biex jinkwadraw dan l-approċċ il-ġdid u biex jidentifikaw il-ħtiġijiet ta’ investiment tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw White Paper Konġunta – Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 fid-19 ta’ Marzu 2025.
Il-White Paper tenfasizza li l-Istati Membri jiffaċċjaw theddida akuta u li qed tikber, li tirrikjedi tweġiba koordinata fl-ispirtu ta’ solidarjetà. Il-gwerra, l-aggressjoni u atti ostili oħra qed jaffettwaw il-kontinent. L-uniku mod biex tiġi żgurata l-paċi u tittieħed deċiżjoni dwar il-futur proprju tal-UE huwa li jkun hemm il-prontezza li jiġu skoraġġuti dawn l-azzjonijiet. Dan jirrikjedi t-tisħiħ tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni sabiex tkun tista’ tipproduċi t-tagħmir meħtieġ biex jiġu skoraġġuti aggressuri potenzjali. L-UE għandha pedament b’saħħtu f’termini ta’ ġid u setgħa produttiva biex tillibera r-riżorsi u s-setgħa teknoloġika u industrijali latenti. Madankollu, l-istat attwali tal-prontezza tad-difiża huwa kompromess minn deċennji ta’ nuqqas ta’ investiment fis-settur, li jenfasizza l-ħtieġa għal sforz unifikat biex tissaħħaħ il-qagħda tad-difiża tal-UE.
Biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet u l-prontezza militari meħtieġa biex tiġi skoraġġuta b’mod kredibbli l-aggressjoni armata u jiġi żgurat il-futur tal-UE, tinħtieġ żieda massiva fl-infiq għad-difiża Ewropea fuq perjodu twil. Dan jirrikjedi sforz ikkombinat u sostnut fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex isir investiment kollettiv fid-difiża tal-UE. Dan se jipprovdi lill-industrija tad-difiża tal-Unjoni l-prevedibbiltà fit-tul li teħtieġ biex tinvesti f’kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni.
Ir-Regolament dwar il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP, Strategic Technologies for Europe Platform) jappoġġa l-kompetittività u l-vantaġġ teknoloġiku tal-UE. L-appoġġ għall-iżvilupp u l-manifattura ta’ ċerti teknoloġiji tad-difiża llum huwa possibbli taħt l-iSTEP, inklużi l-IA, it-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà jew id-droni.
Madankollu, l-UE trid tagħmel aktar biex tappoġġa l-ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-investimenti Ewropej fid-difiża bil-baġit tal-UE.
Wara l-ittra tal-President von der Leyen fl-4 ta’ Marzu, li kienet indirizzata lill-Kunsill Ewropew, din il-proposta għandha l-għan li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-iSTEP billi tintroduċi r-raba’ settur strateġiku li jkopri t-teknoloġiji u l-prodotti kollha relatati mad-difiża, inklużi dawk li jaqgħu taħt l-oqsma ta’ kapaċità ta’ prijorità identifikati fil-White Paper.
Għalhekk, l-iSTEP tista’ tintuża biex tidderieġi riżorsi u investimenti addizzjonali fis-settur tad-difiża, notevolment il-bażi teknoloġika u industrijali tagħha.
Għal dak l-għan, din il-proposta tintroduċi modifiki fir-Regolament dwar l-iSTEP, kif ukoll għar-regolamenti ta’ programmi oħra li huma koperti mill-iSTEP: il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF, European Defence Fund), il-Programm Ewropa Diġitali (DEP, Digital Europe Programme) u Orizzont Ewropa (HE, Horizon Europe). Barra minn hekk, din il-proposta se temenda wkoll ir-regolament dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP, Act in Support of Ammunition Production) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) biex il-fondi tal-UE jkomplu jiġu mgħoddija lill-industrija u t-teknoloġiji tad-difiża.
L-emenda tal-EDF għandha l-għan li tippermetti l-akkumulazzjoni tal-finanzjament bejn l-EDF u programmi oħra tal-Unjoni għall-istess azzjoni u tintroduċi l-possibbiltà li r-riżorsi allokati lill-Istati Membri fil-qafas tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jiġu ttrasferiti lill-EDF. L-ASAP huwa wkoll emendat biex jippermetti trasferimenti simili mill-Istati Membri u biex jestendi l-applikabbiltà tar-Regolament lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2025.
L-emenda tad-DEP tenfasizza l-appoġġ għal azzjonijiet b’użu doppju bħala objettiv ġenerali u speċifiku tal-istrument u l-possibbiltà li tintuża l-flessibbiltà baġitarja biex jiġu appoġġati investimenti addizzjonali ffukati tajjeb għall-kompetittività u l-awtonomija strateġika tal-UE.
L-emenda tal-programm Orizzont Ewropa se tippermetti appoġġ għal teknoloġiji b’applikazzjonijiet potenzjali b’użu doppju taħt l-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC, European Innovation Council), kif ukoll appoġġ għall-ekwità għal teknoloġiji b’fokus fuq l-applikazzjonijiet tad-difiża għal scale-up. Jenħtieġ li l-ammonti mhux użati u r-redditi potenzjali minn investimenti magħmula mill-Fond tal-EIC matul il-fażi pilota fil-qafas ta’ Orizzont 2020 ikunu disponibbli sabiex jiġu ffinanzjati proġetti addizzjonali b’użu doppju u tad-difiża li jibbenefikaw mill-kamp ta’ applikazzjoni emendat.
Bis-saħħa ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni tista’ tagħti wkoll Siġilli STEP taħt l-HE, l-EDF u d-DEP lil proġetti b’potenzjal għoli fis-settur tad-difiża, bl-objettiv li tattira finanzjament minn sorsi oħra (fondi oħra tal-UE, fondi nazzjonali, investituri privati jew istituzzjonali).
Fl-1 ta’ April 2025, il-Kummissjoni pproponiet li timmodifika r-Regolamenti dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)/il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF, Just Transition Fund) u l-Fond Soċjali Ewropew + (FSE+) biex tkompli tippromwovi l-investimenti fid-difiża bħala parti mir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Politika ta’ Koeżjoni.
Din il-proposta tikkomplementa r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Politika ta’ Koeżjoni. L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-iSTEP tippermetti li l-investimenti fl-iżvilupp u l-manifattura ta’ teknoloġiji kritiċi fid-difiża jiġu appoġġati fil-qafas tal-objettivi speċifiċi eżistenti tal-iSTEP fil-FEŻR u l-FK. Bl-istess mod, il-ħiliet rilevanti għall-iżvilupp/għall-manifattura ta’ teknoloġiji kritiċi fis-settur tad-difiża jistgħu jiġu appoġġati wkoll taħt l-iSTEP permezz tal-FSE+.
Huwa meħtieġ approċċ koordinat fil-livell tal-UE biex tiġi prevista mobbiltà mingħajr xkiel għall-persunal u t-tagħmir militari fl-Ewropa kollha. L-FNE, bħala programm ġestit ċentralment, tista’ tiżgura l-għażla tal-proġetti ta’ mobbiltà militari b’livell għoli ta’ valur miżjud u maturità tal-UE għal implimentazzjoni rapida u koordinata fl-Istati Membri kollha, abbażi tal-kurituri tal-mobbiltà militari. L-FNE tiggarantixxi wkoll l-involviment tal-Persunal Militari tal-UE fl-għażla tal-proġetti u li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-istandards tekniċi meħtieġa għall-infrastruttura tat-trasport b’użu doppju.
Il-proposta għar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Politika ta’ Koeżjoni tippermetti lill-Istati Membri jużaw il-finanzjament ta’ koeżjoni attwali biex jinvestu fl-infrastruttura tad-difiża jew b’użu doppju biex titrawwem il-mobbiltà militari, filwaqt li jibbenefikaw minn prefinanzjament ta’ 30 % tal-ammonti programmati u l-possibbiltà li japplikaw finanzjament mill-Unjoni sa 100 %. Dawk l-investimenti għandhom jiffukaw primarjament fuq l-erba’ Kurituri tal-Mobbiltà Militari ta’ Prijorità tal-UE. Għall-investimenti fil-mobbiltà militari, il-Komunikazzjoni li takkumpanja r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Politika ta’ Koeżjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-possibbiltà li jittrasferixxu r-riżorsi allokati lilhom f’ġestjoni kondiviża għall-FNE, filwaqt li jibbenefikaw mill-istess rati vantaġġużi ta’ prefinanzjament u ta’ kofinanzjament bħall-finanzjament ta’ koeżjoni. Qed tiġi proposta emenda tar-Regolament dwar l-FNE biex jiġi ffaċilitat dan il-proċess.
L-emenda tal-programm FNE għas-settur diġitali se tippermetti l-kapaċitajiet diġitali konnessi li huma meħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża, inkluża l-konnessjoni tal-cloud, l-IA u l-Gigafactories tal-IA.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
Il-proposta hija konsistenti mal-objettivi segwiti mill-programmi tal-UE msemmija hawn fuq u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Hija tipprovdi emendi mmirati tar-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2023/1525 u (UE) 2024/795.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-proposta hija limitata għal emendi mmirati tar-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2023/1525 u (UE) 2024/795 u żżomm konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 114, 164, 172, 173, 175, it-tielet paragrafu, 176, 177, 178, 182, 183, 188, u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta għandha l-għan li tħeġġeġ l-investimenti fid-difiża billi tipprovdi inċentivi, tneħħi l-ostakli potenzjali u tiżgura flessibbiltà u simplifikazzjoni akbar. Ma jistax jinkiseb l-istess riżultat permezz ta’ azzjonijiet fuq livell nazzjonali.
•Proporzjonalità
Il-proposta għandha l-għan li timmobilizza l-investimenti fid-difiża u tipprovdi flessibbiltà u simplifikazzjoni akbar għall-aċċellerazzjoni tal-investimenti. Il-miżuri ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
•Għażla tal-istrument
Regolament huwa l-istrument xieraq peress li jipprovdi regoli direttament applikabbli għall-appoġġ u minħabba li għandhom jiġu introdotti emendi fir-rigward tar-Regolamenti eżistenti.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
•Valutazzjoni tal-impatt
Din il-proposta ma toħloqx strument ġdid iżda hija implimentata permezz ta’ għodod eżistenti taħt il-baġit tal-UE, li huma emendati biex ikunu jistgħu jimmobilizzaw aħjar ir-riżorsi ta’ investiment fid-difiża. Dawn l-istrumenti eżistenti, bħal Orizzont Ewropa, il-Programm Ewropa Diġitali, il-Fond Ewropew għad-Difiża jew il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kienu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt. Din l-analiżi, li twettqet f’valutazzjonijiet tal-impatt jew fid-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal analitiċi, tkopri l-impatti l-aktar sinifikanti ta’ din il-proposta. Għal dawn ir-raġunijiet, mhijiex meħtieġa valutazzjoni tal-impatt oħra. Barra minn hekk, il-bidliet limitati u mmirati ma jirrikjedux valutazzjoni tal-impatt separata.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
•Drittijiet fundamentali
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Din l-inizjattiva se tiġi ffinanzjata minn riżorsi eżistenti, fi ħdan il-pakketti miftiehma tal-programmi kkonċernati u r-riskju għoli allokat.
Il-proposta se tirrinforza l-pakkett tal-EIC b’EUR 210 miljun mill-ammonti mhux użati u r-rimborżi tal-proġett pilota tal-EIC ta’ Orizzont 2020.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
L-implimentazzjoni tal-miżura se tiġi mmonitorjata u rrapportata fil-qafas tal-mekkaniżmi ġenerali ta’ rapportar stabbiliti fil-qafas ta’ kull programm u fond.
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
2025/0103 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2023/1525 u 2024/795 fir-rigward tal-inċentivar ta’ investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114, 164, 172, 173, l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, l-Artikoli 176, 177 u 178, 182, 183, 188, 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)L-instabbiltà ġeopolitika bla preċedent u d-deterjorament rapidu tal-livelli ta’ theddid reġjonali u globali jirrikjedu żieda urġenti u sinifikanti fl-infiq tal-Unjoni fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, il-kapaċità industrijali u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi marbuta mas-sigurtà u d-difiża. Kif identifikat fil-White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030, jenħtieġ li l-Unjoni tagħmel aktar biex tappoġġa l-ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-investimenti Ewropej relatati mad-difiża bil-baġit tal-Unjoni.
(2)Il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP, Strategic Technologies for Europe Platform) li ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija inizjattiva li għandha l-għan li tagħti spinta lill-kompetittività tal-Unjoni billi timmobilizza fondi minn 11-il programm eżistenti tal-Unjoni lejn teknoloġiji kritiċi fi tliet setturi strateġiċi: it-teknoloġiji diġitali u l-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda, it-teknoloġiji nodfa u effiċjenti fir-riżorsi, u l-bijoteknoloġiji. Tabilħaqq, hija mezz tajjeb biex jiġu mobilizzati, b’mod koordinat u sinerġetiku, ir-riżorsi tal-Unjoni lejn id-difiża, inklużi teknoloġiji mill-aktar avvanzati diġitali ewlenin li huma meħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża.
(3)Filwaqt li l-appoġġ għat-teknoloġiji b’implikazzjonijiet ta’ difiża huwa possibbli llum taħt it-tliet setturi strateġiċi eżistenti li ġew identifikati fl-iSTEP, jidher li huwa meħtieġ li jiżdiedu l-potenzjalitajiet tal-iżvilupp tar-riċerka, l-industrija u l-innovazzjoni fil-qasam tad-difiża billi jiġi stabbilit ir-raba’ settur strateġiku fl-iSTEP li huwa ffukat fuq it-teknoloġiji tad-difiża. Jenħtieġ li dan is-settur strateġiku ġdid jiżgura li l-inċentivi tal-iSTEP jintużaw biex jiżdied il-finanzjament tal-Unjoni fit-teknoloġiji tad-difiża u jikkontribwixxu għall-kompetittività Ewropea skont l-objettivi tal-iSTEP. Jenħtieġ li t-teknoloġiji tad-difiża jinftiehmu bħala dawk imsemmija fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE u jinkludu, b’mod partikolari, teknoloġiji fl-oqsma identifikati mill-Kunsill Ewropew tas-6 ta’ Marzu 2025, jiġifieri: id-difiża kontra attakki mill-ajru u l-missili, is-sistemi ta’ artillerija, inklużi mezzi ta’ attakk fil-profond bi preċiżjoni, missili u munizzjon, droni u sistemi kontra d-droni, faċilitaturi strateġiċi, inkluż fir-rigward tal-ispazju u l-ħarsien tal-ispazju u tal-infrastruttura kritika, il-mobbiltà militari, iċ-ċiberspazju, l-intelliġenza artifiċjali u l-gwerra elettronika. Fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali, jenħtieġ li l-Gigafactories tal-IA jsiru infrastrutturi ewlenin biex jespandu malajr is-setgħa tal-IA fit-teknoloġiji tad-difiża.
(4)Barra minn hekk, sabiex tiġi ottimizzata l-kapaċità tal-programmi koperti mill-iSTEP biex jimmobilizzaw ir-riżorsi tal-Unjoni lejn id-difiża, huwa meħtieġ li jiġi kkjarifikat li dawn il-programmi jistgħu jsegwu objettivi u attivitajiet li huma relatati mat-titjib tal-kompetittività tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB, European Defence Technological and Industrial basis) kif ukoll l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-qasam tad-difiża.
(5)Orizzont Ewropa, li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa l-programm ta’ finanzjament ewlieni tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni. L-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC, European Innovation Council), li ġie stabbilit b’dak ir-Regolament, jipprovdi appoġġ, b’mod partikolari, għal innovazzjonijiet b’potenzjal rivoluzzjonarju u ta’ natura fixkiela b’potenzjal ta’ scale-up li jista’ jkun riskjuż wisq għall-investituri privati. L-SMEs li joperaw fis-settur tad-difiża jirrikjedu finanzjament għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti innovattivi. Madankollu, dawn il-kumpaniji jiffaċċjaw ostakli ogħla biex jaċċessaw il-finanzjament meta mqabbel mal-SMEs f’setturi oħra. Filwaqt li l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża jsir permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF, European Defence Fund), li huwa programm speċifiku ta’ Orizzont Ewropa, jixraq li l-Aċċelleratur tal-EIC jinfetaħ għal azzjonijiet b’applikazzjonijiet b’użu doppju potenzjali. Jenħtieġ li l-appoġġ għall-iscale-up fil-qafas tal-Aċċelleratur tal-EIC jiġi estiż ukoll għal SMEs mhux bankabbli, inklużi kumpaniji start-up u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja mhux bankabbli, inklużi entitajiet li diġà rċevew appoġġ mill-Aċċelleratur li jwettqu innovazzjoni rivoluzzjonarja u fixkiela mhux bankabbli b’fokus fuq l-applikazzjonijiet tad-difiża. Dan jiġġustifika eċċezzjoni mmirata għall-prinċipju li huwa stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li skontu l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont Ewropa għandhom fokus esklużiv fuq l-applikazzjonijiet ċivili filwaqt li ma jimminawx l-objettiv li jiġu żgurati duplikazzjonijiet mhux meħtieġa.
(6)Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li r-riżorsi xierqa jiġu diretti lejn il-finanzjament ta’ proġetti b’użu doppju u tad-difiża taħt Orizzont Ewropa, jixraq li ssir deroga għall-Artikolu 212(3) tar-Regolament Finanzjarju sabiex jiġi żgurat li l-ħlasijiet lura, inklużi l-avvanzi rimborżati, id-dħul u l-ammonti mhux użati netti mit-tariffi u l-kostijiet tal-komponent ta’ investiment ta’ finanzjament imħallat tal-EIC tal-proġett pilota tal-EIC taħt Orizzont 2020 ma jiġux diretti lejn il-baġit tal-Unjoni iżda jiġu investiti mill-ġdid fil-Fond tal-EIC sabiex jiġu ffinanzjati proġetti addizzjonali b’użu doppju u tad-difiża li jibbenefikaw mill-kamp ta’ applikazzjoni emendat. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ żmien li huwa stabbilit fl-Artikolu 212(3) tar-Regolament Finanzjarju jiġi adattat ukoll, billi tiddaħħal deroga, biex tkun tista’ ssir dik il-possibbiltà.
(7)Il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) li huwa stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa l-programm ewlieni għat-tisħiħ tal-kompetittività, l-innovazzjoni, l-effiċjenza u l-awtonomija teknoloġika tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. L-EDF għandu wkoll l-għan li jappoġġa azzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji fixkiela għad-difiża. Sabiex jiġu indirizzati aħjar l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn l-azzjonijiet, bħall-iskala żgħira tagħhom jew il-ħtieġa tagħhom għal appoġġ rapidu, jixraq li jiġu ssimplifikati l-proċeduri biex tittieħed deċiżjoni dwar l-appoġġ ta’ dawn l-azzjonijiet filwaqt li fl-istess ħin jitfasslu l-kundizzjonijiet għad-deċiżjoni dwar dan l-appoġġ fil-programm ta’ ħidma. .
(8)Jeħtieġ ukoll li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn l-EDF u programmi oħra tal-Unjoni. Għal dak il-fini, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, pajjiżi terzi, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra li jipprovdu kontribuzzjonijiet volontarji għall-Programm, bħala dħul assenjat estern. Jenħtieġ li jkunu possibbli trasferimenti volontarji ta’ riżorsi allokati lill-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża għall-EDF u l-kombinament ta’ kontribuzzjonijiet mill-EDF ma’ programmi oħra tal-Unjoni għal azzjonijiet speċifiċi, dment li l-appoġġ kumulattiv tal-Unjoni ma jkunx jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni.
(9)Il-Programm Ewropa Diġitali (DEP) li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu l-għan li jappoġġa u jaċċellera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija, l-industrija u s-soċjetà Ewropea u li jtejjeb il-kompetittività tal-Ewropa fl-ekonomija diġitali globali. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-programm ikollu wkoll l-għan li jappoġġa, b’mod partikolari, proġetti, servizzi u kompetenzi b’applikazzjoni potenzjali ta’ użu doppju skont l-objettivi speċifiċi kollha tiegħu.
(10)Biex jissaħħu s-sovranità teknoloġika u l-kompetittività, l-Unjoni teħtieġ l-infrastrutturi tal-computing, tal-cloud u tad-data li tirrikjedi t-tmexxija tal-IA. Bħala parti mill-istrateġija għall-Kontinent tal-IA, il-fabbriki u l-Gigafactories tal-IA huma essenzjali biex l-Unjoni tkun tista’ tikkompeti fil-livell globali u tiżgura l-awtonomija strateġika u l-kompetittività tagħha fix-xjenza, fir-riċerka b’użu doppju u fis-setturi industrijali kritiċi, inkluża l-industrija tad-difiża. Dawn il-mudelli tal-ġenerazzjoni li jmiss jirrikjedu infrastruttura tal-computing konnessa estensiva għal innovazzjonijiet f’oqsma speċifiċi inkluża d-difiża. Għalhekk, fl-Objettiv Speċifiku 1 – Computing ta’ Prestazzjoni Għolja tad-DEP, jixraq li jiżdied objettiv operazzjonali supplimentari ddedikat għall-implimentazzjoni u l-operat tal-Fabbriki tal-IA u l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ Gigafactories tal-IA li jkunu speċjalizzati fl-iżvilupp, fit-taħriġ u t-tħaddim tal-mudelli u l-applikazzjonijiet tal-IA l-aktar kumplessi u kbar ħafna, inklużi l-hardware u s-software meħtieġa għal din l-implimentazzjoni.
(11)Fl-Objettiv Speċifiku 5 tad-DEP – L-Implimentazzjoni u l-Aħjar Użu tal-Kapaċità Diġitali u l-Interoperabbiltà, jeħtieġ ukoll li, fl-objettiv operazzjonali definit biex jiġi appoġġat is-settur pubbliku u l-oqsma ta’ interess pubbliku, tiżdied referenza għad-difiża sabiex jiġi kkjarifikat li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont dan l-Objettiv tista’ tiġi estiża għal dak is-settur.
(12)Jeħtieġ ukoll li jiġu adattati r-regoli ta’ eliġibbiltà li jistgħu jiġu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma tad-DEP sabiex ikun possibbli li jiġi pprovdut li l-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi assoċjati u l-entitajiet legali li huma stabbiliti fl-Unjoni iżda li huma kkontrollati minn pajjiżi terzi ma jkunux eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet kollha jew f’xi wħud minnhom li huma ffukati fuq teknoloġiji b’potenzjal ta’ użu doppju skont kwalunkwe objettiv speċifiku. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li s-sejħiet għal proposti u s-sejħiet għall-offerti jkunu ristretti għal entitajiet legali stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri.
(13)Ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jappoġġa l-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) ġie adottat biex jappoġġa finanzjarjament it-tisħiħ urġenti tar-rispons u l-kapaċità tal-EDTIB li tiżgura d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ munizzjon mill-art għall-art u tal-artillerija kif ukoll missili. Jenħtieġ li t-trasferimenti volontarji ta’ riżorsi allokati lill-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża għall-istrument ASAP kif ukoll kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali mill-Istati Membri jew minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jikkontribwixxu biex jiġi segwit l-appoġġ għaż-żieda tal-kapaċitajiet tal-manifattura tal-Unjoni lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2025. Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) 2023/1525 jiġi emendat biex jintroduċi din il-possibbiltà. Peress li dak ir-Regolament wera li huwa utli biex jiġu żviluppati kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni ta’ trab/propellant, splussivi, bumbardamenti, kapaċità ta’ ttestjar, u missili fl-Unjoni kollha, jixraq li jiġi żgurat li l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2026.
(14)Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) li hija stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha l-għan li taċċellera l-investiment fil-qasam tan-networks trans-Ewropej, filwaqt li tippermetti sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali. Sabiex tiġi appoġġata l-infrastruttura tal-computing konnessa, li hija meħtieġa mill-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża u lil hinn minn dawn l-oqsma, jenħtieġ li l-objettivi tas-settur diġitali tal-FNE f’dak ir-Regolament jiġu estiżi għall-implimentazzjoni u l-forniment ta’ kapaċitajiet diġitali bħall-cloud, l-IA u l-Gigafactories tal-IA.
(15)Il-mobbiltà militari hija wkoll wieħed mill-objettivi tal-programm FNE. Il-White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 irrikonoxxiet il-mobbiltà militari bħala faċilitatur essenzjali għas-sigurtà u d-difiża Ewropea u enfasizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fl-appoġġ għall-infrastruttura b’użu doppju għall-mobbiltà. Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni li t-tnejn ġew stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introduċa l-possibbiltà ta’ investiment fl-infrastruttura tad-difiża jew b’użu doppju biex titrawwem il-mobbiltà militari, filwaqt li jkun hemm benefiċċju minn prefinanzjament ta’ 30 % tal-ammonti programmati u l-possibbiltà li jiġi applikat finanzjament mill-Unjoni sa 100 %. F’każijiet fejn l-Istati Membri jittrasferixxu riżorsi allokati lilhom f’ġestjoni kondiviża għall-FNE, jenħtieġ li huma jibbenefikaw mill-istess kundizzjonijiet dwar il-prefinanzjament u l-kofinanzjament għal proġetti tal-infrastruttura tat-trasport b’użu doppju kif introdotti fil-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni. F’dan il-każ, jenħtieġ li dawn l-ammonti jkunu riżervati għal proġetti li jiżviluppaw il-kurituri tal-Mobbiltà Militari kif identifikati mill-Istati Membri fir-Rekwiżiti Militari għall-Mobbiltà Militari fl-Unjoni u lil hinn minnha, kif ukoll il-konnettività u l-kapaċitajiet diġitali.
(16)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2023/1525 u (UE) 2024/795 jiġu emendati kif xieraq.
(17)Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġu permessi investimenti kruċjali fid-difiża fil-kuntest ta’ sfidi ġeopolitiċi urġenti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(18)Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jsaħħaħ l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fl-użu doppju u d-difiża, itejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u għalhekk jikkontribwixxi għad-difiża tal-Unjoni billi jiffoka mill-ġdid l-investimenti ta’ dawn il-prijoritajiet kritiċi, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2021/694 [Programm Ewropa Diġitali] huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu, jiżdied il-punt li ġej:
“(c) li jappoġġa proġetti, servizzi, kompetenzi u applikazzjonijiet b’użu doppju.”;
(2)fl-Artikolu 4(1), jiżdied il-punt li ġej:
“(d) timplimenta u topera Fabbriki tal-IA u Gigafactories tal-IA ta’ ġenerazzjoni ġdida li jkunu speċjalizzati fl-iżvilupp, fit-taħriġ, u t-tħaddim tal-mudelli u l-applikazzjonijiet tal-IA l-aktar kumplessi u kbar ħafna, inklużi l-hardware u s-software meħtieġa għal din l-implimentazzjoni.”;
(3)fl-Artikolu 8(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a) tappoġġa lis-settur pubbliku u l-oqsma ta’ interess pubbliku, bħas-saħħa u l-kura, l-edukazzjoni, il-ġudikatura, id-dwana, id-difiża, it-trasport, il-mobbiltà, l-enerġija, l-ambjent, is-setturi kulturali u kreattivi, inkluż in-negozji rilevanti stabbiliti fi ħdan l-Unjoni, biex effettivament jimplimentaw u jaċċessaw teknoloġiji diġitali mill-aktar avvanzati, bħall-HPC, il-kwantum, l-IA u ċ-ċibersigurtà;”;
(4)fl-Artikolu 12, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘‘5. Il-programm ta’ ħidma jista’ jipprevedi wkoll li l-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi assoċjati u entitajiet legali li jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda li huma kkontrollati minn pajjiżi terzi ma jkunux eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet kollha jew uħud minnhom taħt l-Objettiv Speċifiku 3 għal raġunijiet ta’ sigurtà debitament ġustifikati, u f’azzjonijiet iffukati fuq teknoloġiji b’potenzjal ta’ użu doppju skont kwalunkwe objettiv speċifiku. F’każijiet bħal dawn, is-sejħiet għall-proposti u s-sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għall-entitajiet legali stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollat mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri. Dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġu applikati għall-aċċess għall-kapaċitajiet implimentati fil-qafas ta’ dawn is-sejħiet.”
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) 2021/695 [Orizzont Ewropa] huwa emendat kif ġej:
(1)Fl-Artikolu 46, jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:
“4a. B’deroga mill-Artikolu 212(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-ħlasijiet lura inklużi l-avvanzi rimborżati, id-dħul u l-ammonti mhux użati netti mit-tariffi u l-kostijiet tal-finanzjament imħallat tal-EIC tal-proġett pilota tal-EIC taħt Orizzont 2020 għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat intern f’konformità mal-Artikolu 21(3), il-punt (f) u l-Artikolu 21(4) u (5) tar-Regolament Finanzjarju u r-restrizzjoni taż-żmien ta’ sentejn stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 212(3) tar-Regolament Finanzjarju għandha tapplika minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].”
(2)L-Artikolu 48(1), it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:
(a) fil-punt (a), tiżdied is-sentenza li ġejja:
“Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 7(1), dan l-appoġġ jista’ jinkludi applikazzjonijiet b’użu doppju potenzjali.”;
(b)fil-punt (b), tiżdied is-sentenza li ġejja:
“Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 7(1), dan l-appoġġ jista’ jinkludi applikazzjonijiet b’użu doppju potenzjali.”;
(c) fil-punt (c), tiżdied is-sentenza li ġejja:
“Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 7(1), dan l-appoġġ jista’ jinkludi applikazzjonijiet b’użu doppju potenzjali.”;
(d)fil-punt (d), tiżdied is-sentenza li ġejja:
“Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 7(1), dan l-appoġġ jista’ jinkludi innovazzjoni f’teknoloġiji kritiċi b’fokus fuq l-applikazzjonijiet tad-difiża.”;
Artikolu 3
Ir-Regolament (UE) 2021/697 [Fond Ewropew għad-Difiża] huwa emendat kif ġej:
(1)l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 6
Appoġġ għal teknoloġiji fixkiela għad-difiża
1.Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji fixkiela għad-difiża fl-oqsma ta’ intervent definiti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 24.
2.Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-forom l-aktar xierqa ta’ finanzjament, kriterji u proċeduri tal-għażla u għall-aġġudikazzjoni, u implimentazzjoni għal teknoloġiji fixkiela għad-difiża.”;
(2)jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 8a
Finanzjament kumulattiv u trasferimenti ta’ riżorsi
1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni fil-qafas tal-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
2.Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti għall-Programm soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 għall-perjodu 2021-2027. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Ir-riżorsi trasferiti f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu, b’deroga mill-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament, jintużaw għall-fini ta’ kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
3.Meta l-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għar-riżorsi trasferiti f’konformità mal-paragrafu 3 u sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2027, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu trasferiti lura għal programm sors rispettiv wieħed jew aktar, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060.
4.L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra, jistgħu jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-Programm. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2), il-punti (a), (d), jew (e) jew l-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.”;
Artikolu 4
Ir-Regolament (UE) 2021/1153 [Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa] huwa emendat kif ġej:
(1)l-Artikolu 3(2) huwa emendat kif ġej:
(c) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c) fis-settur diġitali: li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati mal-implimentazzjoni ta’, u mal-aċċess għal, networks diġitali sikuri u siguri, b’kapaċità għolja ħafna, inkluż sistemi 5G, għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ kapaċitajiet diġitali bħall-cloud, l-IA u l-Gigafactories tal-IA, għaż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-networks ċentrali diġitali fit-territorji tal-Unjoni billi tgħaqqadhom ma’ territorji ġirien, kif ukoll mad-diġitalizzazzjoni tan-networks tat-trasport u tal-enerġija.”;
(2)fl-Artikolu 8(4), jiżdied il-punt (f) li ġej:
“(f) proġetti ta’ interess komuni li jikkontribwixxu għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni jew l-aġġornament sinifikanti tal-kapaċitajiet diġitali, inklużi l-cloud, l-IA u l-Gigafactories tal-IA, għandhom jingħataw prijorità sa fejn jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-titjib tal-prestazzjoni, ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-infrastrutturi tat-trasport, tal-enerġija u dawk diġitali li huma kritiċi għall-implimentazzjoni tas-suq intern.”;
(3)fl-Artikolu 9(4), jiżdied il-punt (f) li ġej:
“(f) azzjonijiet li jappoġġaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ kapaċitajiet diġitali fil-cloud, l-IA u l-Gigafactories tal-IA.”;
(4)fl-Artikolu 15(2), jiżdied il-punt (ba) li ġej:
“(ba) Soġġett għat-trasferiment tar-riżorsi meħtieġa għall-FNE fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programmi appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond ta’ Koeżjoni [żid referenza legali għar-Regolament adottat skont COM (2025) 123, 2025/0084 (COD)], skont l-Artikolu 4(13), għal xogħlijiet relatati mal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a)(ii), japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 100 %;
(ii)l-azzjonijiet huma intitolati għal pagament ta’ prefinanzjament li jirrappreżenta mill-inqas 30 % tal-ammont allokat fil-ftehim ta’ għotja;
(iii)l-azzjonijiet għandhom ikunu jinsabu f’wieħed jew aktar mill-erba’ Kurituri tal-Mobbiltà Militari ta’ Prijorità tal-UE li ġew identifikati mill-Istati Membri fl-Anness II tar-Rekwiżiti Militari għall-Mobbiltà Militari fl-Unjoni u lil hinn minnha, kif adottati mill-Kunsill fit-[18 ta’ Marzu 2025 u bir-referenza ST 6728/25 ADD1] u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-infrastruttura kif stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1328.
Artikolu 5
Ir-Regolament (UE) 2023/1525 [ASAP] huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 6, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
“3a. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni , il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra, jistgħu jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-Istrument. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2), il-punti (a), (d), jew (e) jew l-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
3b. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istati Membri kkonċernati, jiġu ttrasferiti għall-Istrument soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
3c. Ir-riżorsi trasferiti f’konformità mal-paragrafu 3b ta’ dan l-Artikolu jistgħu, b’deroga mill-Artikolu 19c(6) ta’ dan ir-Regolament, jintużaw għall-fini ta’ kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
3d. Meta l-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għar-riżorsi trasferiti f’konformità mal-paragrafu 3 u sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2027, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu trasferiti lura għal programm sors rispettiv wieħed jew aktar, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060.”
(2)fl-Artikolu 24, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2026. Dan ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika ta’ azzjonijiet mibdija skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”
Artikolu 6
Fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2024/795, [Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP)], jiżdied il-punt li ġej:
“(iv)
teknoloġiji tad-difiża;”
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.
QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3
1.1.
Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
3
1.2.
Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
3
1.3.
Objettiv(i)
3
1.3.1.
Objettiv(i) ġenerali
3
1.3.2.
Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
3
1.3.3.
Riżultat(i) u impatt mistennija
3
1.3.4.
Indikaturi tal-prestazzjoni
3
1.4.
Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
4
1.5.
Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
4
1.5.1.
Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
4
1.5.2.
Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
4
1.5.3.
Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
4
1.5.4.
Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
5
1.5.5.
Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
5
1.6.
Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
6
1.7.
Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
6
2.
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
8
2.1.
Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
8
2.2.
Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
8
2.2.1.
Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
8
2.2.2.
Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
8
2.2.3.
Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
8
2.3.
Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
9
3.
IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
10
3.1.
Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
10
3.2.
Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
12
3.2.1.
Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
12
3.2.1.1.
Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
12
3.2.1.2.
Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern
17
3.2.2.
Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali
22
3.2.3.
Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
24
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
24
3.2.3.2.
Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern
24
3.2.3.3.
Total tal-approprjazzjonijiet
24
3.2.4.
Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
25
3.2.4.1.
Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
25
3.2.4.2.
Iffinanzjati minn dħul assenjat estern
26
3.2.4.3.
Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani
26
3.2.5.
Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
28
3.2.6.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
28
3.2.7.
Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
28
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
29
4.
Dimensjonijiet diġitali
29
4.1.
Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
30
4.2.
Data
30
4.3.
Soluzzjonijiet diġitali
31
4.4.
Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
31
4.5.
Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
32
1.
QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.
Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2023/1525 u 2024/795 fir-rigward tal-inċentivar ta’ investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe.
1.2.
Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Era ġdida għad-Difiża u s-Sigurtà Ewropej
1.3.
Objettiv(i)
1.3.1.
Objettiv(i) ġenerali
Li jiġu inċentivati l-investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE u tissaħħaħ l-industrija tad-difiża u l-bażi teknoloġika tal-UE skont il-Pjan ReArm Europe.
1.3.2.
Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
·Li tkun tista’ ssir l-estensjoni tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) biex tkopri teknoloġiji u prodotti relatati mad-difiża, u biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE fis-settur tad-difiża.
·Li jkun jista’ jiġi emendat il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) biex 1) jiġu sfruttati aħjar is-sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni billi jkun permess il-kombinament tal-kontribuzzjonijiet taħt l-EDF ma’ programmi oħra tal-Unjoni għal azzjonijiet speċifiċi; 2) ikunu jistgħu jsiru trasferimenti volontarji ta’ riżorsi allokati lill-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża għall-EDF; 3) jiġu simplifikati l-evalwazzjoni u l-proċess ta’ finanzjament tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji fixkiela għad-difiża.
·Li jiġi emendat l-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP) biex 1) tiġi introdotta l-possibbiltà ta’ trasferimenti volontarji ta’ riżorsi allokati lill-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża lill-ASAP, kif ukoll kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali mill-Istati Membri jew minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra; 2) tiġi estiża l-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-ASAP sal-31 ta’ Diċembru 2026 biex jiġi żgurat appoġġ kontinwu għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ produzzjoni għall-munizzjon u prodotti relatati.
·Li jiġi emendat il-Programm Ewropa Diġitali (DEP) biex jissaħħaħ il-fokus tiegħu fuq l-awtonomija strateġika u l-kompetittività, u jiġu appoġġati aħjar it-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet b’użu doppju. Dan jinkludi l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura diġitali bħall-intelliġenza artifiċjali, il-computing ta’ prestazzjoni għolja, u ċ-ċibersigurtà, eż. permezz tal-iżvilupp tal-Fabbriki u l-Gigafactories tal-IA. L-emenda se tiżgura wkoll li l-finanzjament tal-programm jintuża b’mod li jallinja mal-interessi strateġiċi tal-UE, inkluż billi jiġu adattati r-regoli ta’ eliġibbiltà għal azzjonijiet b’użu doppju.
·Li jiġi emendat Orizzont Ewropa biex ikun jista’ jingħata appoġġ għal proġetti b’applikazzjonijiet b’użu doppju potenzjali taħt l-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), kif ukoll proġetti b’fokus fuq l-applikazzjonijiet tad-difiża taħt l-espansjoni tal-iSTEP scale-up tal-EIC.
·Li tiġi emendata l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) biex testendi l-objettivi tas-settur diġitali tagħha biex tinkludi l-implimentazzjoni u l-forniment ta’ kapaċitajiet diġitali bħall-cloud, l-IA, u l-Gigafactories tal-IA, u biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati ma’ networks u infrastruttura effiċjenti, interkonnessi u multimodali għal mobbiltà intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura f’konformità mal-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.
1.3.3.
Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Ir-regolament mini-omnibus propost huwa mistenni li jkollu l-effetti li ġejjin fuq il-benefiċjarji u l-gruppi fil-mira:
Żieda fl-investimenti fid-difiża: il-proposta se tipprovdi lill-Istati Membri aktar flessibbiltà biex jużaw il-baġit tal-UE biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tad-difiża tagħhom, u dan iwassal għal żieda sinifikanti fl-investimenti fid-difiża, skont l-objettivi tal-Pjan ReArm Europe.
Bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) imsaħħa: billi tappoġġa l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tad-difiża u b’użu doppju, il-proposta se tippermetti lill-UE tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq fornituri mhux tal-UE u ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha, u fl-aħħar mill-aħħar issaħħaħ l-EDTIB.
Prontezza, kapaċitajiet u mobbiltà militari mtejba: il-proposta se tippermetti lill-Istati Membri jissodisfaw il-lakuni fil-kapaċità tad-difiża tagħhom, jiżviluppaw il-prontezza militari meħtieġa biex jiskoraġġixxu b’mod kredibbli l-aggressjoni armata, u jsaħħu l-mobbiltà militari fil-kontinent kollu, inkluż permezz tal-iżvilupp tal-kurituri tal-Mobbiltà Militari. Jenħtieġ li r-rati ġodda ta’ prefinanzjament u ta’ kofinanzjament għal proġetti tal-infrastruttura tat-trasport b’użu doppju jservu bħala inċentivi għall-Istati Membri biex jittrasferixxu riżorsi minn ġestjoni kondiviża għall-FNE, li jippermettu approċċ koordinat għall-investimenti fil-mobbiltà militari fl-Istati Membri kollha u jikkontribwixxu għall-objettivi tal-White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030.
Appoġġ għall-SMEs u l-kumpaniji start-up: billi tiftaħ l-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) u l-iScale Up tal-EIC għat-teknoloġiji b’użu doppju u tad-difiża, il-proposta se tippromwovi l-innovazzjoni u l-kompetittività fl-UE, issaħħaħ l-EDTIB, u tipprovdi opportunitajiet għall-SMEs u l-kumpaniji start-up biex jiżviluppaw u jikbru.
Sinerġiji akbar ma’ setturi oħra: il-proposta se tiffaċilita sinerġiji akbar bejn id-difiża u setturi oħra, bħal dak diġitali, billi tippermetti l-finanzjament ta’ inizjattivi bħall-Fabbriki tal-IA u l-Gigafactories tal-IA, kif ukoll proġetti b’użu doppju b’effetti konsegwenzjali potenzjali għall-innovazzjoni u l-kompetittività f’oqsma bħar-riċerka, it-teknoloġija u l-industrija.
Dawn ir-riżultati u l-impatti mistennija se jkunu ta’ benefiċċju għal diversi partijiet ikkonċernati, inklużi:
- l-Istati Membri, billi jipprovdu flessibbiltà akbar biex jużaw il-finanzjament tal-UE b’appoġġ għas-sigurtà u d-difiża
- l-industrija tad-difiża tal-UE, inklużi l-SMEs u l-kumpaniji start-up, billi jipprovdu opportunitajiet għat-tkabbir u l-innovazzjoni u jsaħħu l-EDTIB.
- iċ-ċittadini tal-UE, billi jikkontribwixxu għall-paċi, għas-sigurtà u għall-awtonomija strateġika
1.3.4.
Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
|
Objettiv Speċifiku
|
Indikatur
|
|
Bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) imsaħħa: u reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista
|
Għadd ta’ proġetti tad-difiża appoġġati mill-iSTEP
|
|
Mobbiltà militari mtejba
|
Għadd ta’ komponenti tal-infrastruttura tat-trasport adattati għar-rekwiżiti tal-użu doppju
|
|
Appoġġ għall-innovazzjoni fid-difiża
Appoġġ għall-SMEs u l-kumpaniji start-up li jiżviluppaw teknoloġiji b’użu doppju u tad-difiża
|
Tnaqqis fil-ħin fl-evalwazzjoni u l-għoti ta’ proġetti tal-EDF relatati ma’ teknoloġiji fixkiela għad-difiża
L-għadd ta’ SMEs u kumpaniji start-up tad-difiża u b’użu doppju li jirċievu finanzjament permezz tal-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) u l-iSTEP Scale Up tal-EIC
|
|
Sinerġiji akbar ma’ setturi oħra, bħal dawk diġitali
|
Għadd ta’ proġetti ffinanzjati permezz tad-DEP li għandhom komponent b’użu doppju jew tad-difiża
|
1.4.
Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.
Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.
Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Il-proposta għandha l-għan li tindirizza l-ħtieġa għal investimenti akbar u rapidi fid-difiża u l-iżvilupp ta’ EDTIB b’saħħitha u kompetittiva, skont il-Pjan ReArm Europe. Għandha l-għan li tintroduċi bidliet fil-programmi eżistenti tal-UE, inklużi l-iSTEP, Orizzont Ewropa, l-EDF, l-ASAP, id-DEP, u l-FNE, biex tappoġġa inizjattivi tad-difiża u b’użu doppju. L-emendi mmirati fir-rigward tar-Regolamenti tal-UE se jidħlu fis-seħħ immedjatament wara l-adozzjoni tar-Regolament propost. Fejn rilevanti, jenħtieġ li dawn jitqiesu għat-tħejjija u/jew l-emenda tal-Programmi ta’ Ħidma eżistenti ta’ inizjattivi rilevanti (Orizzont Ewropa, l-FNE, id-DEP, l-iSTEP, l-EDF). Dan se jippermetti t-tnedija ta’ sejħiet ġodda għal proposti u l-għażla ta’ proġetti li jallinjaw mal-objettivi tad-difiża u s-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri.
Skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni:
L-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tar-regolament mini-omnibus se tkun influwenzata miċ-ċikli tal-programmi eżistenti u l-ħtieġa li l-bidliet jiġu inkorporati fil-programmi ta’ ħidma rispettivi. Għall-biċċa l-kbira mill-programmi, il-bidliet huma mistennija li jiġu introdotti fil-programm ta’ ħidma disponibbli li jmiss, fejn l-ewwel sejħiet għall-proposti jitnedew ftit wara.
Għal emendi li jintroduċu l-possibbiltà li l-Istati Membri jgħaddu l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni lejn investimenti relatati mad-difiża (inklużi l-FNE, l-iSTEP, l-EDF, l-ASAP), sabiex jibbenefikaw mill-prefinanzjament addizzjonali ta’ 30 % tal-ammonti pprogrammati, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw l-emendi tal-programm tagħhom sa tmiem l-2025.
1.5.2.
Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Il-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE jinsab fil-kapaċità tagħha li tikkoordina l-investimenti, timmassimizza l-effiċjenza baġitarja, u tikseb effettività akbar fl-appoġġ għall-investimenti fid-difiża milli jkun possibbli għal kwalunkwe Stat Membru individwali li jaġixxi waħdu. Ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta’ approċċ koordinat għall-investiment fid-difiża jippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtiġijiet tad-difiża tagħhom, li huwa essenzjali biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-istabbiltà tal-UE u tal-Istati Membri tagħha.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante):
–Il-ħtieġa għal investiment koordinat fid-difiża biex jiġu indirizzati l-isfidi u t-theddidiet komuni għas-sigurtà, li ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod effettiv mill-Istati Membri individwali waħidhom.
–L-importanza li tiġi massimizzata l-effiċjenza baġitarja, tiġi massimizzata l-komplementarjetà tal-programmi differenti ta’ finanzjament u titnaqqas id-duplikazzjoni tal-isforzi, li tista’ tinkiseb permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni fil-livell tal-UE.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante):
–Appoġġ għall-prontezza tad-difiża u ssaħħaħ il-mobbiltà militari, li se ssaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jwieġbu għall-isfidi u t-theddidiet komuni għas-sigurtà.
–Żieda fil-kompetittività u l-innovazzjoni fl-industrija tad-difiża Ewropea, li tirriżulta mill-approċċ koordinat tal-UE għall-investiment fid-difiża u l-iżvilupp ta’ Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) b’saħħitha u kompetittiva.
–Massimizzazzjoni tas-sinerġiji fost l-istrumenti finanzjarji differenti tal-UE u l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni mtejba, li se jippermettu lill-UE tingrana r-riżorsi tagħha b’mod aktar effettiv u tikseb impatt akbar bl-investimenti tagħha fl-Istati Membri individwali, b’mod partikolari għal proġetti fuq skala kbira.
–Valur aħjar għall-flus, li jirriżulta mill-użu effiċjenti tar-riżorsi u tnaqqis fid-duplikazzjoni tal-isforzi, li se jippermettu lill-UE tikseb aktar bir-riżorsi disponibbli tagħha. Billi tgħaqqad ir-riżorsi u l-għarfien espert ta’ programmi differenti tal-UE, l-UE tista’ toħloq approċċ aktar komprensiv u integrat għall-investiment fid-difiża, li se jrendi benefiċċji u redditi akbar minn dawk li jistgħu jinkisbu permezz ta’ programmi individwali waħidhom.
1.5.3.
Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-UE għandha rekord ta’ adattament b’suċċess tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha biex twieġeb għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti. Pereżempju, matul il-pandemija tal-COVID-19, l-UE introduċiet bosta strumenti biex tappoġġa l-irkupru u r-reżiljenza tar-reġjuni u l-komunitajiet affettwati, inklużi l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) u s-CRII+, kif ukoll ir-REACT-EU (Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa). Barra minn hekk, b’rispons għall-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna u l-kriżi tal-prezzijiet tal-enerġija li rriżultat minnha, l-UE pproponiet użu aktar flessibbli tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha biex tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw diversi sfidi.
Dawn l-esperjenzi wrew li l-adattament tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE jista’ jkun mod effettiv ta’ rispons għall-isfidi li qed jevolvu u l-prijoritajiet strateġiċi. Huma enfasizzaw ukoll l-importanza ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, u l-awtoritajiet rilevanti biex jiġi żgurat li l-fondi jintużaw b’mod effettiv u effiċjenti.
Fil-kuntest tal-investiment fid-difiża, l-UE tista’ tislet dawn it-tagħlimiet biex tiżgura li l-adattament tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha jsir b’mod li jkun trasparenti, responsabbli u effettiv. Billi tibni fuq dawn l-esperjenzi tal-passat, l-UE tista’ toħloq qafas aktar flessibbli u risponsiv li jkun mgħammar aħjar biex jindirizza l-isfidi tas-sigurtà kumplessi u li qed jevolvu li qed jiffaċċjaw l-UE u l-Istati Membri tagħha.
1.5.4.
Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-emendi mmirati proposti fir-rigward tar-Regolamenti rilevanti tal-UE huma kompatibbli bis-sħiħ mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 eżistenti. L-emendi ma jirrikjedux finanzjament addizzjonali mill-baġit tal-UE u lanqas ma jbiddlu l-allokazzjoni baġitarja kumplessiva għall-biċċa l-kbira mill-programmi, peress li huma mfassla biex jottimizzaw l-użu tar-riżorsi eżistenti fil-programmi attwali. Il-flessibbiltajiet u s-sinerġiji proposti fost strumenti finanzjarji differenti tal-UE, bħall-iSTEP, l-EDF, l-ASAP, l-FNE, u d-DEP, huma wkoll konsistenti bis-sħiħ mal-QFP eżistenti. Madankollu, biex jintlaħqu l-objettivi tal-proposta mini-omnibus, riżorsi addizzjonali oriġinati minn rimborżi mill-proġett pilota tal-EIC fil-QFP preċedenti fil-qafas ta’ Orizzont 2020 se jiġu allokati għal Orizzont Ewropa, speċifikament għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni. Dan ir-rinfurzar immirat se jappoġġa l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi tad-difiża u b’użu doppju, u se jiġi implimentat fil-qafas tal-QFP eżistenti.
L-emendi proposti jistgħu jgħinu biex jinfurmaw il-QFP futur billi jipprovdu informazzjoni intuwittiva siewja u tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-programmi attwali. L-esperjenza miksuba mill-flessibilizzazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni u l-ħolqien ta’ sinerġiji fost strumenti finanzjarji differenti tal-UE jistgħu jitqiesu meta jitfasslu programmi u allokazzjonijiet baġitarji futuri tal-UE. Dan jista’ jgħin biex jiġi żgurat li l-finanzjament futur tal-UE jkun aktar effettiv, effiċjenti u allinjat aħjar mal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE, inklużi d-difiża u s-sigurtà.
1.5.5.
Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
L-emendi mmirati proposti fir-rigward tar-Regolamenti rilevanti tal-UE joffru firxa ta’ għażliet ta’ finanzjament u opportunitajiet għar-riallokazzjoni, li jistgħu jgħinu biex jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi eżistenti u jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u t-teknoloġiji tad-difiża fl-UE.
Waħda mill-għażliet ta’ finanzjament hija l-possibbiltà li l-fondi ta’ koeżjoni jingħaddu biex jappoġġaw investimenti u attivitajiet relatati mad-difiża, eż. permezz tal-iSTEP.
L-emenda tal-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) għandha l-għan li tippermetti l-akkumulazzjoni ta’ finanzjament bejn l-EDF u programmi oħra tal-Unjoni għall-istess azzjoni, li tippermetti approċċ aktar komprensiv u integrat għall-appoġġ ta’ investimenti relatati mad-difiża. Barra minn hekk, l-emenda tipprevedi l-possibbiltà li r-riżorsi allokati lill-Istati Membri fil-qafas tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jiġu trasferiti għall-EDF, li jippermetti lill-Istati Membri jgħaddu mill-ġdid il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tagħhom biex jappoġġaw l-investimenti relatati mad-difiża. Barra minn hekk, l-emenda tal-ASAP se tippermetti trasferimenti volontarji ta’ riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għall-istrument ASAP, kif ukoll kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali mill-Istati Membri.
L-emenda tal-Programm Ewropa Diġitali (DEP) tipprevedi l-possibbiltà li tintuża l-flessibbiltà baġitarja biex jiġu appoġġati investimenti addizzjonali ffukati tajjeb għall-kompetittività u l-awtonomija strateġika tal-UE, inkluż l-użu doppju.
L-emenda tal-programm Orizzont Ewropa se tippermetti appoġġ għal proġetti b’applikazzjonijiet b’użu doppju potenzjali taħt l-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) (għotja + ekwitajiet), kif ukoll proġetti b’fokus fuq l-applikazzjonijiet tad-difiża taħt l-iskema ta’ scale-up (ekwità biss) tal-Aċċelleratur tal-EIC.
L-emenda tal-FNE se tippermetti l-kapaċitajiet diġitali konnessi li huma meħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża, inkluża l-konnessjoni tal-cloud, l-IA u l-Gigafactories tal-IA, kif ukoll il-mobbiltà militari. Din se tappoġġa l-iżvilupp ta’ infrastruttura u teknoloġiji li huma essenzjali għas-sigurtà u d-difiża. Fl-FNE, il-pakkett tal-mobbiltà militari (EUR 1.7 biljun) ġie allokat bis-sħiħ għal proġetti fl-2024 wara tliet sejħiet jew proposti. Għalhekk, it-trasferimenti tal-Istati Membri minn riżorsi fil-qafas ta’ ġestjoni kondiviża huma għażla biex ikomplu jiġu appoġġati l-proġetti ta’ mobbiltà militari fil-qafas tal-FNE.
1.6.
Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
– fis-seħħ mill-4/2025 sal-31/12/2028
– Impatt finanzjarju mill-2025 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2025 sal-2030 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.
Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn dawn il-korpi jkunu kkontrollati minn korpi rregolati bil-liġi pubblika jew minn korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti
Il-metodu tal-implimentazzjoni tal-baġit se jiddependi mill-programm speċifiku affettwat mill-emenda. B’mod partikolari:
Għall-Aċċelleratur ta’ Orizzont Ewropa/tal-EIC, l-implimentazzjoni hija mistennija li tkun permezz ta’ aġenziji eżekuttivi (b’mod partikolari l-EISMEA); il-Fond tal-EIC huwa ġestit mill-Bank Ewropew tal-Investiment.
Għall-iSTEP, l-FNE, id-DEP, l-EDF, u l-ASAP, hija prevista ġestjoni diretta.
Għall-FNE, il-programm huwa implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta u delegat bis-sħiħ lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (CINEA). Xi azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programmi huma ġestiti direttament mill-Kummissjoni
Għall-politika ta’ Koeżjoni, se tapplika ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri.
2.
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.
Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
L-emendi mmirati fir-Regolament se jiġu mmonitorjati u evalwati f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fil-programmi rilevanti, jiġifieri Orizzont Ewropa, l-FNE, id-DEP, l-EDF, l-ASAP, u l-iSTEP. Il-frekwenza u l-kundizzjonijiet għall-monitoraġġ u r-rappurtar se jkunu kif speċifikat fir-regolamenti u l-ftehimiet dwar il-programmi rispettivi.
Barra minn hekk, għad-dispożizzjonijiet relatati mal-Politika ta’ Koeżjoni, l-evalwazzjoni u r-rappurtar perjodiċi se jitwettqu skont l-obbligi rilevanti tal-Politika ta’ Koeżjoni, inklużi r-rekwiżiti għall-evalwazzjonijiet ex ante, l-evalwazzjonijiet interim, u l-evalwazzjonijiet ex post, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fir-regolamenti u l-ftehimiet ta’ finanzjament applikabbli.
B’mod ġenerali, il-monitoraġġ u r-rappurtar se jitwettqu fuq bażi regolari, bil-frekwenza u l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu ddeterminati mill-awtoritajiet tal-programm rilevanti u f’konformità mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.
2.2.
Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.
Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-metodi tal-implimentazzjoni tal-baġit proposti, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament, u l-istrateġija ta’ kontroll huma bbażati fuq l-istrutturi u l-mekkaniżmi eżistenti diġà fis-seħħ għall-programmi rilevanti (Orizzont Ewropa, l-FNE, id-DEP, l-EDF, l-ASAP, l-iSTEP).
L-emendi introdotti b’dan ir-Regolament ma jintroduċu l-ebda alterazzjoni f’dan ir-rigward. Minflok, huma jibnu fuq oqfsa eżistenti mfassla biex jiżguraw implimentazzjoni effettiva, effiċjenti u ekonomika tal-programmi.
L-użu ta’ ġestjoni diretta, ġestjoni kondiviża, u aġenziji eżekuttivi, kif ukoll il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament u l-istrateġiji ta’ kontroll ġew stabbiliti u ttestjati fil-kuntest tal-programmi eżistenti. L-emendi proposti ma jirrikjedux bidliet sinifikanti għal dawn l-istrutturi eżistenti. Il-Kummissjoni se sserraħ fuq l-għarfien espert, is-sistemi u l-proċeduri eżistenti biex timplimenta l-programmi emendati.
L-istrateġija ta’ kontroll, inkluż l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, il-kontrolli ex ante, interim u ex post, l-awditi, u l-evalwazzjonijiet, se tkompli tiġi applikata f’konformità mar-regoli u r-regolamenti eżistenti fil-qafas tal-programmi rilevanti. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, inklużi d-dispożizzjonijiet emendati, f’konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri eżistenti.
2.2.2.
Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Is-sistemi ta’ kontroll intern fis-seħħ għall-programmi eżistenti (Orizzont Ewropa, l-FNE, id-DEP, l-EDF, l-ASAP, l-iSTEP) tfasslu biex jidentifikaw u jimmitigaw ir-riskji, inkluż ir-riskju ta’ żbalji u irregolaritajiet.
L-emendi li ġew introdotti minn dan ir-Regolament ma jbiddlux b’mod fundamentali x-xenarju tar-riskju tal-programmi eżistenti. Il-Kummissjoni se tkompli sserraħ fuq is-sistemi ta’ kontroll intern eżistenti, li ġew stabbiliti biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programmi.
2.2.3.
Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Il-kosteffettività tal-kontrolli għall-programmi emendati hija mistennija li tkun konformi mal-programmi eżistenti. Il-Kummissjoni se tkompli sserraħ fuq is-sistemi ta’ kontroll eżistenti, li ġew stabbiliti biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programmi, peress li l-emendi ma jintroduċux bidliet sinifikanti għall-programmi.
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, inklużi d-dispożizzjonijiet emendati, f’konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri eżistenti.
2.3.
Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Il-Kummissjoni se tkompli tapplika l-miżuri previsti taħt il-programmi affettwati mir-Regolament propost biex tipprevjeni l-frodi u l-irregolaritajiet, inklużi l-miżuri li huma deskritti fl-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi.
Il-programmi emendati se jkunu soġġetti wkoll għall-qafas ġenerali tal-Kummissjoni kontra l-frodi, li jinkludi monitoraġġ u rappurtar regolari dwar ir-riskji u l-inċidenti ta’ frodi. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF, Office Européen de Lutte Antifraude) u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra biex tipprevjeni u tinvestiga l-frodi u l-irregolaritajiet.
L-ebda miżura addizzjonali ma hija prevista f’dan l-istadju, peress li l-miżuri eżistenti huma meqjusa adegwati biex jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet fil-programmi emendati.
3.
IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.
Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
Minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
1
|
01.020301 Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (Orizzont Ewropa)
|
Diff
|
Iva
|
Iva
|
Iva
|
Iva
|
|
5
|
13.04.01.00 – Mobbiltà militari
|
Diff
|
LE
|
IVA
|
LE
|
LE
|
|
5
|
13.01.03.01 – Nefqa ta’ appoġġ għall-mobbiltà militari
|
Mhux diff.
|
LE
|
IVA
|
LE
|
LE
|
|
5
|
13.01.03.74 – Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent – Kontribuzzjoni mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Trasport) għall-mobbiltà militari
|
Mhux diff.
|
LE
|
IVA
|
LE
|
LE
|
3.2.
Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.
Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
3.2.1.1.
Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Numru
|
5 Sigurtà u Difiża
|
|
Orizzont Ewropa
|
|
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali stmati li jirriżultaw mill-ħlasijiet lura mill-Proġett Pilota tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni fil-qafas ta’ Orizzont 2020*
|
|
01.020301 Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
|
Total tal-approprjazzjonijiet għal Orizzont Ewropa
|
|
01.020301 Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
|
DĠ: MOVE
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
Linja baġitarja – Mobbiltà militari
|
Impenji
|
(1a)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
P.M.
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
Linja baġitarja 13.01.03.01 – Nefqa ta’ appoġġ għall-mobbiltà militari
|
|
(3)
|
P.M.*
|
P.M.
|
P.M.
|
|
P.M.
|
|
Linja baġitarja 13.01.03.74 – Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent – Kontribuzzjoni mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Trasport) għall-mobbiltà militari
|
|
|
P.M.**
|
P.M.
|
P.M.
|
|
P.M.
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal DĠ MOVE
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
0,000
|
P.M.
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
0,000
|
P.M.
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5
|
Impenji
|
=4+6
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
=5+6
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
|
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
0,000
|
P.M.
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
0,000
|
P.M.
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet Taħt l-Intestatura 1 sa 6
|
Impenji
|
=4+6
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Pagamenti
|
=5+6
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
|
DĠ: MOVE
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
WARA L-2027
|
|
|
Riżorsi umani
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
TOTAL TAD-DĠ MOVE
|
Approprjazzjonijiet
|
P.M.
|
P.M
|
P.M
|
P.M
|
P.M
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
WARA L-2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 7
|
Impenji
|
P.M
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M
|
PM
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
P.M
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M
|
PM
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
WARA L-2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
0,000
|
P.M.
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
0,000
|
P.M.
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5
|
Impenji
|
=4+6
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
0,000
|
P.M.
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
=5+6
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M,
|
|
|
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
WARA L-2027
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
0,000
|
P.M.
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestaturi 1 sa 6
|
Impenji
|
=4+6
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
0,000
|
P.M.
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza)
|
Pagamenti
|
=5+6
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
WARA L-2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 7
|
Impenji
|
P.M
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M
|
PM
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
P.M
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M
|
PM
|
3.2.3.
Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL 2021 - 2027
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
WARA L-2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani - 13.01.03.74 – Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent – Kontribuzzjoni mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Trasport) għall-mobbiltà militari*
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva 13.01.03.01 – Nefqa ta’ appoġġ għall-mobbiltà militari**
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
|
|
|
TOTAL
|
P.M
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
P.M.
|
3.2.4.
Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani
–Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.5.
Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.
B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.
L-approprjazzjonijiet taħt l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT li huma marbutin direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (eż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data, eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021 - 2027
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
WARA L-2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT (korporattiva)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali*
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
|
* Nefqa korporattiva tal-IT fil-qafas ta’ programmi operazzjonali ffinanzjati mit-13.01.03.01 – Nefqa ta’ appoġġ għall-mobbiltà militari
|
|
TOTAL
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
PM
|
3.2.6.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
–
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
Din l-inizjattiva se tiġi ffinanzjata minn riżorsi eżistenti, fi ħdan il-pakketti miftiehma tal-programmi kkonċernati u r-riskju għoli allokat. Il-proposta se tirrinforza l-pakkett tal-EIC b’EUR 210 miljun mill-ammonti mhux użati u r-rimborżi tal-proġett pilota tal-EIC ta’ Orizzont 2020. Ir-riprogrammazzjoni se tirrikjedi riallokazzjoni bejn l-intestaturi tal-QFP kif previst mir-regolamenti tal-Programm ta’ Koeżjoni u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Programm ta’ Koeżjoni.
3.2.7.
Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
fuq ir-riżorsi proprji
–
fuq dħul ieħor
–
jekk joghġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
|
|
|
|
|
|
–Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Din l-inizjattiva se tiġi ffinanzjata minn riżorsi eżistenti, fi ħdan il-pakketti miftiehma tal-programmi kkonċernati u r-riskju għoli allokat. Il-proposta se tirrinforza l-pakkett tal-EIC b’EUR 210 miljun mill-ammonti mhux użati u r-rimborżi tal-proġett pilota tal-EIC ta’ Orizzont 2020.
–4.
Dimensjonijiet diġitali
4.1.
Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
|
L-emendi proposti ma jistabbilixxu l-ebda rekwiżit ġdid ta’ rilevanza diġitali. Il-valutazzjoni tar-rilevanza diġitali diġà twettqet għal kull wieħed mill-programmi affettwati mill-emendi, u l-bidliet proposti ma jintroduċu l-ebda obbligu jew dispożizzjoni addizzjonali relatati mal-ġbir, l-ipproċessar, il-ġenerazzjoni, l-iskambju, jew il-kondiviżjoni tad-data, l-awtomatizzazzjoni jew id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi tal-partijiet ikkonċernati, l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda jew eżistenti, jew is-servizzi pubbliċi diġitali. Għalhekk, ma ġie identifikat l-ebda rekwiżit addizzjonali ta’ rilevanza diġitali f’din il-proposta.
|