IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.4.2025
COM(2025) 140 final
2025/0073(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/691 fir-rigward tal-appoġġ għall-ħaddiema affettwati minn sensji imminenti f’intrapriżi li għaddejjin minn ristrutturar
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
L-għan ta’ din il-proposta huwa li tippermetti lill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (“il-FEG”) mhux biss jappoġġa lill-ħaddiema ssensjati, iżda wkoll lill-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi.
L-impjegati tal-intrapriżi li jkunu għaddejjin minn ristrutturar għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn pakketti personalizzati ta’ miżuri f’każ li jkunu affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi. Sabiex l-impjegati tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn tali appoġġ, l-intrapriżi li jkunu għaddejjin minn ristrutturar jistgħu jitolbu lill-Istat Membru rilevanti biex jissottometti applikazzjoni għall-assistenza tal-FEG, jekk jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ intervent u jekk l-intrapriża tkun tixtieq toffri assistenza kofinanzjata mill-FEG.
Avvenimenti ta’ ristrutturar spiss iseħħu f’serje ta’ mewġiet ta’ sensji. Bl-istruttura attwali tiegħu, il-FEG jista’ jgħin biss lill-ħaddiema li diġà tilfu l-impjieg tagħhom. Madankollu, jekk ikun diġà magħruf meta lott li jmiss ta’ ħaddiema jkunu se jitilfu l-impjieg tagħhom, dawn għandhom jiġu megħjuna b’reazzjoni għal din it-theddida imminenti sabiex jittaffa l-impatt tagħha.
Filwaqt li l-assistenza antiċipatorja fit-tul taqa’ taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-FEG huwa strument ta’ emerġenza biex jirrispondi għal avvenimenti ta’ ristrutturar. Din il-proposta tappoġġa u ssaħħaħ il-karattru ta’ emerġenza tal-FEG. Fuq perjodu qasir ta’ żmien, spiss ma jkunx possibbli li l-finanzjament tal-FSE+ jiġi riprogrammat, u l-intrapriżi li jkunu għaddejjin minn ristrutturar ikollhom mezzi limitati biex jappoġġaw lill-ħaddiema affettwati mis-sensji. Il-FEG jista’ jimla din il-lakuna billi jirrispondi għal avvenimenti ta’ ristrutturar li jseħħu fuq perjodu ta’ żmien medju.
Skont it-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2024, it-tkabbir fl-UE mistenni jiżdied għal 1,5 % fl-2025, hekk kif il-konsum iħaffef il-pass u l-investiment huwa mistenni li jirpilja mill-kontrazzjoni tal-2024. Madankollu, l-inċertezza għolja u l-bidliet strutturali mistennija jkunu ta’ piż fuq xi segmenti tal-ekonomija, b’mod partikolari fil-manifattura. Filwaqt li l-UE esperjenzat fażi ta’ tkabbir straordinarju fl-impjiegi matul dawn l-aħħar ftit snin, id-data mill-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar tal-Eurofound turi li x-xejra ilha ddur sa mill-2024. It-tnaqqis fl-għadd ta’ impjiegi mħabbar għall-futur qrib relatat ma’ ristrutturar fuq skala kbira fl-UE issa jaqbeż bil-kbir l-għadd ta’ ħolqien ta’ impjiegi.
Skont id-data miġbura mill-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar, ir-ristrutturar fuq skala kbira fil-pajjiżi kollha osservati u fis-setturi kollha dam aktar minn sena (387 jum). Aktar ma jkun kbir l-avveniment ta’ ristrutturar, aktar tkun twila d-durata. Fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar li jinvolvu aktar minn 3 000 ħaddiem, id-durata medja hija ta’ kważi 1 000 jum.
It-tfixkil ekonomiku, pereżempju dak ikkawżat mit-tranżizzjoni doppja jew mill-globalizzazzjoni, għandu effetti negattivi fuq il-ħaddiema li l-ħiliet tagħhom ma għadhomx meħtieġa. Madankollu, it-tnaqqis fl-impjiegi jista’ jimxi id f’id man-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet. Għalhekk, il-ħaddiema kkonċernati jridu jiġu appoġġati minn aċċess għal miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ mill-ġdid, biex ikunu jistgħu jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jidħlu għal rwoli jew impjiegi ġodda.
Fid-dawl tat-tranżizzjoni doppja u l-isfidi ġeopolitiċi ġodda, huwa vitali li jissaħħaħ it-tkabbir tal-produttività filwaqt li tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali u tiġi ppreservata l-ekwità, biex jiġi żgurat li l-ħaddiema jibbenefikaw mis-solidarjetà tal-UE.
Għalhekk, din il-proposta hija meħtieġa biex jittaffew l-effetti negattivi li t-tfixkil ekonomiku għandu fuq il-forza tax-xogħol, u biex tingħata spinta lill-kompetittività ekonomika tal-UE. Tissottolinja l-karattru tal-FEG bħala strument reattiv ta’ rispons ta’ emerġenza biex jgħin lill-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi f’intrapriżi li għaddejjin minn ristrutturar.
L-appoġġ ipprovdut lil dawk il-ħaddiema jkun jikkonsisti f’pakketti ta’ servizzi personalizzati biex jiġu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa ħalli jidħlu fi rwol differenti, jew biex ibiddlu l-impjiegi. L-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar mhumiex eliġibbli minħabba li huma ffinanzjati mill-baġits nazzjonali tal-Istati Membri. L-estensjoni tas-solidarjetà tal-UE għal dawk il-ħaddiema permezz ta’ tali appoġġ tqis l-appoġġ eżistenti li huwa disponibbli għalihom fil-livell nazzjonali.
Il-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi jew li jantiċipaw l-ispostament tal-impjiegi f’intrapriżi li għaddejjin minn ristrutturar jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ tal-FEG skont id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-appoġġ disponibbli għall-ħaddiema ssensjati.
Fil-kuntest attwali ta’ tfixkil ekonomiku, huwa vitali li jiġu appoġġati kemm il-ħaddiema li jingħataw is-sensja kif ukoll il-ħaddiema li jantiċipaw l-ispostament imminenti tal-impjiegi billi titħaffef il-proċedura biex jiġi mobilizzat l-appoġġ tal-FEG. Biex jinkiseb dan, ir-Regolament (UE) 2021/691 jista’ jistabbilixxi proċedura li permezz tagħha l-Kummissjoni, taħt kundizzjonijiet stretti, tista’ titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jimmobilizzaw il-baġit tal-ammont annwali massimu sħiħ fil-bidu ta’ kull sena. Jekk dik il-mobilizzazzjoni tiġi approvata, il-Kummissjoni tadotta deċiżjonijiet ta’ finanzjament individwali fir-rigward tal-applikazzjonijiet introdotti mill-pajjiżi tal-UE kkonċernati. Il-Kummissjoni se tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-adozzjoni tagħha, inklużi l-kundizzjonijiet li wasslu lill-Kummissjoni biex tadotta d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, kif ukoll l-ammonti korrispondenti.
Jekk l-ammont annwali massimu sħiħ ma jintużax mill-Kummissjoni f’sena partikolari, dak l-ammont jiskadi fi tmiem is-sena finanzjarja.
L-emenda proposta se tiġi akkomodata bis-sħiħ fid-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament QFP (l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru (kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024), kif ukoll bid-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni f’materji baġitarji, il-ġestjoni finanzjarja tajba, u r-riżorsi proprji ġodda tas-16 ta’ Diċembru 2020 (il-Punt 9) (il-FII).
Din il-proposta tgħin ukoll lill-intrapriżi li għaddejjin minn ristrutturar fil-ġestjoni attiva tat-tranżizzjonijiet ekonomiċi b’mod soċjalment responsabbli.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat u ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Din il-proposta hija waħda mill-azzjonijiet ewlenin taħt il-pilastru 4 tal-pjan ta’ azzjoni industrijali tal-UE għas-settur awtomobilistiku Ewropew COM (2025) 95 final. Tappoġġa l-għanijiet tal-Unjoni tal-Ħiliet u tal-Boxxla Ewropea għall-Kompetittività.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu.
Jekk ikunu meħtieġa azzjonijiet speċifiċi li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fondi Strutturali tal-UE, l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, tat-TFUE jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jieħdu azzjoni f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-finanzjament mill-baġit tal-UE jikkonċentra fuq attivitajiet li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u fejn l-intervent tal-UE jista’ jġib valur addizzjonali mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri waħedhom. Il-mobilizzazzjoni tal-FEG sabiex jiffinanzja miżuri mmirati biex jgħinu lill-ħaddiema ssensjati u lil dawk affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi ħalli jsibu impjieg ġdid tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u toħloq valur miżjud Ewropew.
Hija prattika standard li l-programmi nazzjonali tas-suq tax-xogħol jgħinu lill-ħaddiema ssensjati, u hija wkoll prattika tajba li l-kumpaniji jħarrġu l-forza tax-xogħol tagħhom. Il-FEG ma għandux l-għan li jissostitwixxi tali programmi. Fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar li għandhom impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol, il-programmi nazzjonali tas-suq tax-xogħol jiġu ttestjati. Il-kumpaniji li għaddejjin minn ristrutturar spiss ikollhom baġits limitati biex jgħinu lill-impjegati żejda tagħhom jaġġustaw. Għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tar-ristrutturar fuq skala kbira u peress li l-FEG huwa espressjoni ta’ solidarjetà fl-Istati Membri, l-assistenza tista’ tingħata aħjar fil-livell tal-UE. L-appoġġ tal-FEG se jagħmel is-solidarjetà tal-UE aktar sinifikanti għall-ħaddiema li ġew affettwati minn avvenimenti ta’ ristrutturar u għall-Ewropej b’mod ġenerali.
Il-mobilizzazzjoni tal-FEG toħloq valur miżjud billi żżid l-għadd globali ta’ servizzi offruti lill-ħaddiema affettwati minn avvenimenti ta’ ristrutturar, kif ukoll il-varjetà ta’ servizzi offruti u l-livell ta’ intensità tagħhom. Il-FEG jista’ jittestja wkoll ideat innovattivi, jidentifika l-aħjar prattiki u jinkorporahom fil-pakketti ta’ appoġġ nazzjonali. Il-miżuri kofinanzjati mill-FEG jikkontribwixxu wkoll b’mod ġenerali għat-titjib tal-appoġġ disponibbli għall-ħaddiema li qed jiffaċċjaw spostament tal-impjiegi.
•Proporzjonalità
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex tikseb il-miri tagħha. Il-piż amministrattiv fuq l-UE u fuq l-awtoritajiet nazzjonali li japplikaw għall-appoġġ tal-FEG ġie limitat għal dak li huwa meħtieġ mill-Kummissjoni biex teżerċita r-responsabbiltà tagħha fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Peress li l-kontribuzzjoni finanzjarja ssir lill-pajjiż tal-UE skont il-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża, dak il-pajjiż jintalab jirrapporta dwar kif intuża l-finanzjament.
•Għażla tal-istrument
Peress li din il-proposta temenda r-Regolament (UE) 2021/691, l-istrument għandu jkun Regolament.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Din il-proposta hija adottata b’reazzjoni għaż-żieda fl-inċertezza u r-riskji ekonomiċi kif ukoll għall-fatt li l-FEG ma jirrispondix b’mod xieraq għal avvenimenti ta’ ristrutturar li jseħħu fuq perjodi ta’ żmien itwal. Il-Kummissjoni analizzat l-isfidi u kkonkludiet li din il-proposta hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-FEG jista’ jirreaġixxi b’mod effettiv biex juri solidarjetà mal-ħaddiema, ir-reġjuni u l-intrapriżi milquta.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-FEG huwa strument speċjali mhux inkluż fil-limiti massimi baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali. L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, kif emendat bl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024, jipprevedi li l-FEG ma jistax jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018), abbażi tal-Artikolu 312 tat-TFUE. Din il-proposta, ibbażata fuq l-Artikolu 175 tat-TFUE, ma tistax temenda l-ammont annwali massimu.
Il-funzjonament tal-FEG huwa rregolat mill-punt 9 tal-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba. Din il-proposta hija kompatibbli ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.
5.ELEMENTI OĦRA
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-emendi proposti jispeċifikaw li l-ispostamenti mħabbra tal-impjiegi li se jseħħu matul ċertu perjodu ta’ żmien fil-futur qrib jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG. L-għan huwa li jiġi permess approċċ aktar komuni għall-ispostamenti tal-impjiegi kkawżati minn avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira. L-intrapriżi li għaddejjin minn ristrutturar iridu jkunu jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-FEG permezz tal-awtoritajiet nazzjonali. Il-finanzjament għandu jintuża biex joffri pakketti personalizzati ta’ miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol lill-ħaddiema li huma affettwati minn sensji imminenti fil-futur qrib.
Peress li l-FEG huwa implimentat taħt ġestjoni kondiviża, kull pajjiż tal-UE jistabbilixxi punt ta’ dħul uniku biex jittratta t-talbiet tal-intrapriżi. Il-pajjiż tal-UE kkonċernat imbagħad jissottometti applikazzjoni għal assistenza mill-FEG. L-ispejjeż imġarrba mill-pajjiż applikant tal-UE għal attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, u kontroll u rapportar relatati ma’ applikazzjonijiet bħal dawn iridu jiġu kofinanzjati b’rata ta’ 100 % madwar l-UE.
Sabiex jiġu ffaċilitati evalwazzjonijiet futuri, għandu jitwettaq stħarriġ tal-benefiċjarji wara l-implimentazzjoni ta’ kull kontribuzzjoni futura mill-FEG. L-istħarriġ tal-benefiċjarji jitħejja mill-Kummissjoni. Peress li l-intrapriżi huma l-uniċi li għandhom aċċess għad-dettalji ta’ kuntatt tal-benefiċjarji, dawn għandhom jassistu lill-Kummissjoni billi jibagħtu lill-benefiċjarji l-istedina biex jieħdu sehem fl-istħarriġ. Il-Kummissjoni għandha tuża d-data miġbura għall-finijiet ta’ evalwazzjoni.
Sabiex timplimenta dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-miżuri ta’ gwida, informazzjoni, evalwazzjoni u informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li l-limitu massimu għall-assistenza teknika jiżdied għal 1,5 % tal-ammont annwali massimu tal-FEG.
2025/0073 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2021/691 fir-rigward tal-appoġġ għall-ħaddiema affettwati minn sensji imminenti f’intrapriżi li għaddejjin minn ristrutturar
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għall-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-FEG ġie stabbilit biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjiegi tagħhom b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni.
(2)Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG twessa’ fl-2009 bħala parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku biex jinkludi appoġġ lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.
(3)Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa l-FEG għall-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Huwa estenda wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG biex ikopri s-sensji li jirriżultaw minn kwalunkwe kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 ġie emendat biex jintroduċi regoli li jippermettu lill-FEG biex eċċezzjonalment ikopri applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jinsabu f’reġjun wieħed u li joperaw f’setturi ekonomiċi differenti definiti fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2, fejn l-Istat Membru applikant juri li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju huma t-tip ewlieni ta’ negozju f’dak ir-reġjun, jew l-uniku wieħed.
(4)Ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa l-FEG għall-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Sabiex il-FEG jirreaġixxi aktar għall-isfidi ekonomiċi li qed jinbidlu malajr f’ekonomija globalizzata, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG reġa’ twessa’ biex ikopri kwalunkwe tip ta’ avveniment ta’ ristrutturar fuq skala kbira, irrispettivament mill-kawża. Livell limitu aktar baxx jirrifletti aħjar ir-realtajiet f’reġjuni b’popolazzjoni aktar baxxa. Fid-dawl tat-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika, il-miżuri li jħejju lill-benefiċjarji għat-tranżizzjoni doppja tqiesu bħala elementi obbligatorji għal kull pakkett ikkoordinat ta’ miżuri personalizzati offruti lill-benefiċjarji. Barra minn hekk, ir-rati ta’ kofinanzjament ġew allinjati mal-ogħla rata ta’ kofinanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-Istat Membru rispettiv. Barra minn hekk, ġie introdott stħarriġ obbligatorju dwar il-benefiċjarji.
(5)L-istrument ewlieni tal-Unjoni biex jassisti lil dawk il-ħaddiema li ġew affettwati huwa l-FSE+, li tfassal biex joffri assistenza b’mod antiċipatorju. Il-FEG tfassal ukoll biex joffri assistenza b’reazzjoni għal avvenimenti kbar ta’ ristrutturar. Madankollu, din l-istruttura ma tirriflettix b’mod xieraq il-fatt li avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira ġeneralment iseħħu fuq perjodu ta’ żmien twil. L-Istati Membri jistgħu jużaw l-FSE+ biex itejbu u jġeddu l-ħiliet tal-ħaddiema, iżda l-FSE+ ma jipprovdix appoġġ għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza bħal dawk li fihom ikun jinsabu l-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi. L-intrapriżi fejn il-ħaddiema kkonċernati huma impjegati spiss ikunu f’diffikultà ekonomika u għalhekk ma jkunux jistgħu joffru tali assistenza waħedhom.
(6)L-irwol tal-FEG għadu importanti bħala fond flessibbli li jappoġġa lill-ħaddiema li jitilfu l-impjiegi tagħhom f’avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira u li jgħinhom biex isibu impjiegi oħra kemm jista’ jkun malajr. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi appoġġ speċifiku u ta’ darba biex il-ħaddiema ssensjati f’oqsma, setturi, territorji jew swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ikkawżat minn tfixkil ekonomiku serju jsibuha faċli jintegraw mill-ġdid f’impjieg deċenti u sostenibbli. L-UE trid tiżgura l-prosperità u l-kompetittività sostenibbli tagħha, filwaqt li tippreserva l-ekonomija soċjali tas-suq unika tagħha, tirnexxi fit-tranżizzjoni doppja, u tissalvagwardja d-demokrazija, is-sigurtà ekonomika u l-pożizzjoni ġeopolitika tagħha. Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-futur tal-UE bħala mutur ekonomiku, u l-progress fit-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika tagħha, huwa vitali li jiġu appoġġati l-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi f’intrapriżi li jkunu għaddejjin minn ristrutturar sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-ħiliet li jgħinuhom jittrasferixxu fi rwol differenti, jew jibdlu l-impjieg.
(7)Għalhekk jeħtieġ jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2021/691 sabiex il-FEG ikun jista’ joffri wkoll assistenza lill-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti ta’ impjiegi f’intrapriżi li jkunu għaddejjin minn ristrutturar. Peress li dawn il-ħaddiema għadhom f’impjieg attiv, l-impjegatur jista’ jitlob assistenza permezz tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri. Peress li l-FEG huwa ġestit b’mod kondiviż, huma l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jistgħu jitolbu kofinanzjament mill-FEG malli jirċievu talba minn intrapriża, dment li l-intrapriża taqbel li tipprovdi l-kofinanzjament nazzjonali. Jekk tingħata l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jagħmel il-fondi mitluba disponibbli għall-intrapriża fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevihom. B’mod partikolari, l-intrapriża jenħtieġ li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tħejji r-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti, mhux aktar tard minn 6 xhur wara t-tmiem tal-implimentazzjoni tal-assistenza. Il-Kummissjoni se tħejji stħarriġ tal-benefiċjarji u l-intrapriża jenħtieġ li taqsam l-aċċess għall-istħarriġ fost il-ħaddiema li pparteċipaw fil-programm.
(8)Minħabba l-objettiv li jiġu appoġġati l-ħaddiema, il-pakketti mmirati li jappoġġaw lill-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi jridu jitfasslu b’mod li jeskludi kwalunkwe diskrezzjoni ta’ Stat Membru dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà jew l-għażla tal-benefiċjarji. Jekk l-Istati Membri kellhom diskrezzjoni dwar l-użu tar-riżorsi tal-FEG, b’mod partikolari fir-rigward tal-għażla tal-intrapriżi li l-ħaddiema tagħhom jibbenefikaw minn programmi mmirati, ir-riżorsi tal-FEG jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat, u għalhekk għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.
(9)L-appoġġ ipprovdut lill-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi f’intrapriżi li jkunu għaddejjin minn ristrutturar jenħtieġ li jqis il-forom eżistenti ta’ appoġġ disponibbli skont il-miżuri nazzjonali. L-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli għall-appoġġ mill-FEG peress li mhumiex relatati mal-ispostament tal-impjiegi, iżda mas-sospensjoni temporanja tagħhom. L-intrapriża rikjedenti tista’ tissottokuntratta l-konsenja tal-pakkett ikkoordinat ta’ miżuri personalizzati, jew partijiet minnhom, jekk il-miżuri nazzjonali jippermettu.
(10)Ir-rata ta’ kofinanzjament għal tali miżuri mmirati lejn ħaddiema affettwati minn spostament imminenti ta’ impjiegi f’intrapriżi li għaddejjin minn ristrutturar jenħtieġ li tkun ugwali għar-rata ta’ kofinanzjament għall-assistenza mill-FEG lill-ħaddiema ssensjati. L-intrapriżi li jitolbu appoġġ mill-FEG jenħtieġ li jipprovdu l-kofinanzjament nazzjonali.
(11)Ir-rata ta’ kofinanzjament għan-nefqa mġarrba mill-Istat Membru b’rabta mal-applikazzjonijiet għall-appoġġ tal-FEG, inkluż it-tħejjija tal-applikazzjonijiet kif ukoll il-monitoraġġ u l-kontroll tal-assistenza mogħtija, u fir-rigward tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità, jenħtieġ li tkun ta’ 100 %.
(12)Peress li l-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi jkunu għadhom f’impjieg attiv, jenħtieġ li jkunu eliġibbli biss dawk il-miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol li jgħinuhom iġeddu jew itejbu l-ħiliet tagħhom, li jagħtu gwida jew mentoraġġ, inklużi miżuri mmirati lejn il-ħaddiema li jistgħu jipprevedu li xi darba jibdew in-negozju tagħhom stess. Għalhekk, la l-allowances u lanqas l-għotjiet tal-bidu ma jenħtieġ li jkunu eliġibbli.
(13)Il-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti ta’ impjieg li jirċievu assistenza mill-FEG jenħtieġ li jibqgħu eliġibbli anke jekk ir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom tintemm. Jenħtieġ li jibqgħu eliġibbli wkoll għal applikazzjonijiet ta’ segwitu possibbli mill-Istati Membri rispettivi b’appoġġ għall-ħaddiema ssensjati mill-istess intrapriża.
(14)Minħabba l-kompiti dejjem jiżdiedu tal-Kummissjoni fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/691, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob assistenza teknika sa 1,5 % tal-ammont massimu annwali totali tal-FEG. Ir-rata ogħla hija ġġustifikata wkoll peress li l-ammont massimu annwali tal-FEG tnaqqas fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali.
(15)Sabiex jingħata appoġġ aktar malajr lill-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi f’intrapriżi li jkunu għaddejjin minn ristrutturar jew ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-solidarjetà tal-Unjoni fil-kuntest attwali ta’ tfixkil ekonomiku u bidliet rapidi, hemm bżonn li jiġi aċċellerat l-appoġġ mogħti lill-ħaddiema. Wieħed mill-modi kif isir dan huwa billi l-Kummissjoni tintalab titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jimmobilizzaw l-ammont annwali massimu sħiħ fil-bidu ta’ kull sena, jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifiċi. Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni jenħtieġ li tindika li ġew issodisfati ċ-ċirkostanzi li wasslu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-kundizzjonijiet ħalli tintalab mobilizzazzjoni sħiħa tal-ammont annwali massimu. Il-proposta tal-Kummissjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fl-aħħar ta’ kull sena. Il-proposta jenħtieġ li tinkludi l-għadd ta’ applikazzjonijiet potenzjali minn kull Stat Membru kkonċernat, is-setturi ta’ attivitajiet ikkonċernati, l-għadd stmat ta’ intrapriżi li jistgħu jitolbu lill-Istati Membri japplikaw għal appoġġ mill-FEG, u l-għadd stmat ta’ ħaddiema f’riskju ta’ spostament imminenti ta’ impjiegi jew li ġew issensjati. L-identità tal-intrapriżi kkonċernati jenħtieġ li ma tiġix żvelata jekk l-informazzjoni tkun għadha mhix magħrufa pubblikament.
(16)Ladarba l-mobilizzazzjoni sħiħa tal-ammont annwali massimu tiġi approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta deċiżjonijiet ta’ finanzjament dwar applikazzjonijiet individwali u jenħtieġ li tkun meħtieġa tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet. Jekk f’sena partikolari l-Kummissjoni ma tużax l-ammont annwali massimu mobilizzat kollu, dak l-ammont jiskadi fi tmiem is-sena finanzjarja.
(17)L-emendi proposti se jiġu akkomodati bis-sħiħ bl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill 2020/2093, kif ukoll bil-punt 9 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020.
(18)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza sabiex jipprovdi malajr appoġġ lill-ħaddiema affettwati fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2021/691 huwa emendat kif ġej:
(1)Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘‘2.
F’konformità mal-Artikolu 4, il-FEG għandu joffri appoġġ lill-ħaddiema ssensjati u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet waqt avvenimenti ta’ ristrutturar kbar u lill-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi f’intrapriżi li jkunu għaddejjin minn ristrutturar.”;
(2)L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Missjoni u objettivi
‘‘1. Il-FEG għandu jappoġġa trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi li huma r-riżultat tal-globalizzazzjoni u tal-bidliet teknoloġiċi u ambjentali billi jgħin lill-ħaddiema ssensjati u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet biex jadattaw għall-bidla strutturali. Il-FEG għandu jikkostitwixxi fond ta’ emerġenza. Bħala tali, il-FEG għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u għandu jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u ekonomika fost ir-reġjuni u l-Istati Membri.
2. L-objettivi tal-FEG huma li tintwera solidarjetà u jiġi promoss l-impjieg deċenti u sostenibbli fl-Unjoni billi joffri assistenza f’każ ta’ avvenimenti ta’ ristrutturar kbar, b’mod partikolari dawk ikkawżati minn sfidi relatati mal-globalizzazzjoni, bħal bidliet fix-xejriet tal-kummerċ dinji, tilwim kummerċjali, tibdil sinifikanti fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni jew fil-kompożizzjoni tas-suq intern u kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, kif ukoll it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitizzazzjoni jew l-awtomatizzazzjoni. Il-FEG għandu jappoġġa lill-benefiċjarji biex jerġgħu lura kemm jista’ jkun malajr għal impjieg deċenti u sostenibbli. Għandu jsir enfasi partikolari fuq miżuri li jgħinu lill-aktar gruppi żvantaġġati. Il-FEG għandu jappoġġa wkoll lill-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa li jgħinuhom jittrasferixxu fi rwol differenti jew ibiddlu l-impjiegi.”;
(3)L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
(a)jiddaħħal il-punt li ġej
“(1a)
“ħaddiem affettwat minn spostament imminenti tal-impjieg” tfisser ħaddiem, irrispettivament mit-tip jew mid-durata tar-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu, li l-kuntratt jew ir-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu mistenni(ja) jintemm/tintemm permezz ta’ sensja mid-data li fiha l-impjegatur jinnotifika lill-awtorità pubblika kompetenti bil-miktub dwar is-sensji kollettivi pproġettati f’konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 98/59/KE;”;
(b)jiżdied il-punt li ġej:
“(6) “intrapriża li tkun għaddejja minn ristrutturazzjoni” tfisser intrapriża li tkun għaddejja minn proċess li jinvolvi sensji kollettivi kif imsemmi fid-Direttiva 98/59/KE.”;
(4)L-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘‘1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għal miżuri mmirati lejn ħaddiema ssensjati, ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi, u persuni li jaħdmu għal rashom f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.”;
(b)filparagrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:
“(d)
mill-inqas 200 ħaddiem affettwati minn spostament imminenti ta’ impjieg f’intrapriża li tkun għaddejja minn ristrutturar fi Stat Membru.”;
(5)L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
(a)fl-ewwel paragrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“L-Istat Membru applikant għandu jispeċifika l-metodu użat għall-kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema ssensjati, ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi u persuni li jaħdmu għal rashom għall-fini tal-Artikolu 4 f’waħda jew aktar mid-dati li ġejjin:”;
(b)it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (a), l-Istat Membru applikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni addizzjonali dwar l-għadd reali ta’ sensji li ngħataw f’konformità mal-Artikolu 4, qabel it-tlestija tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, għall-applikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b).”;
(6)fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, jiżdied il-punt li ġej:
“(c) ħaddiema affettwati minn spostament imminenti ta’ impjieg f’intrapriża li tkun għaddejja minn ristrutturar. Il-ħaddiema għandhom jibqgħu eliġibbli anki f’każ ta’ terminazzjoni reali tar-relazzjoni tax-xogħol. Dawk l-avvenimenti ta’ ristrutturar biss għandhom ikunu eliġibbli li jikkwalifikaw bħala sensji kollettivi skont id-Direttiva 98/59/KE.”;
(7)L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘‘1.
Tista’ ssir kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol li jiffurmaw parti minn pakkett ikkoordinat, imfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira, b’mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati fosthom, f’impjieg jew f’impjieg indipendenti, jew biex tgħin lill-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, il-punt (c), jiksbu l-ħiliet li jeħtieġu biex jittrasferixxu fi rwol differenti mal-impjegatur attwali tagħhom jew imorru ma’ impjegatur differenti.”;
(b)fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, jiżdied il-punt li ġej:
“(c) “Għall-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, il-punt (c), il-pakkett ikkoordinat jista’ jinkludi taħriġ u taħriġ mill-ġdid, imfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-ħaddiem individwali, inkluż dwar it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u ħiliet oħra meħtieġa fl-era diġitali, ċertifikazzjoni tal-għarfien u l-ħiliet miksuba, servizzi ta’ assistenza individwali għat-tfittix ta’ impjieg u l-attivitajiet għall-gruppi fil-mira, gwida okkupazzjonali, servizzi ta’ konsulenza, mentoraġġ, assistenza għar-rikollokament, promozzjoni tal-intraprenditorija u attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Dan ma jistax jinkludi skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar.”;
(8)L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 8
Applikazzjonijiet għal assistenza mill-FEG lil ħaddiema ssensjati u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet”;
(b)il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘‘6.
Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru applikant, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni.
Meta l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tirrispetta dik l-iskadenza, għandha tinforma lill-Istat Membru qabel dik l-iskadenza u tistabbilixxi data ġdida għat-tlestija tal-valutazzjoni tagħha. Dik id-data l-ġdida ma għandhiex tkun aktar tard minn 20 jum ta’ xogħol wara l-iskadenza li tinsab fl-ewwel subparagrafu.”;
(c)fil-paragrafu 7, il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“l) dikjarazzjoni motivata li l-appoġġ mitlub mill-FEG huwa konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll dikjarazzjoni li tiddeskrivi r-raġuni għaliex il-pakkett ikkoordinat ma jiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà tal-impjegaturi skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi.”;
(9)Jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:
“Artikolu 8a
Applikazzjonijiet għal assistenza mill-FEG lil ħaddiema affettwati minn spostament imminenti ta’ impjieg
1.
L-intrapriżi li jkunu għaddejjin minn ristrutturar jistgħu jitolbu lill-Istat Membru kkonċernat jissottometti applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ intervent stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (d), u jekk l-intrapriża tkun tixtieq toffri assistenza kofinanzjata mill-FEG lil dawk il-partijiet tal-forza tax-xogħol tagħha affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi, f’konformità mal-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, il-punt (c). Talba bħal din għandha titressaq mill-intrapriża fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha tkun innotifikat lill-awtoritajiet pubbliċi bil-miktub dwar is-sensji kollettivi proġettati f’konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 98/59/KE.
2.
L-Istati Membri kollha għandhom jiddeżinjaw Punt ta’ Dħul Uniku li l-intrapriżi jistgħu jidderieġu lejh it-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1, u jippubblikaw linji gwida u mudelli rilevanti. L-informazzjoni miġbura minn dawn il-mudelli għandha tkopri l-informazzjoni kollha meħtieġa għal applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fil-paragrafu ta’ hawn taħt.
3.
L-Istati Membri għandhom jittrattaw it-talbiet kollha b’mod ugwali fl-ordni li jaslu mingħajr ma jeżerċitaw l-ebda diskrezzjoni rigward l-ammissibbiltà u l-eliġibbiltà ta’ dawn it-talbiet, u għandhom jissottomettu applikazzjonijiet għal assistenza li jaslu mingħand l-intrapriżi. L-Istati Membri ma għandhom jintroduċu l-ebda rekwiżit addizzjonali jew ibiddlu r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
4.
L-Istat Membru applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fi żmien ġimgħa mid-data li fiha jkun irċieva t-talba ta’ intrapriża.
5.
Fuq talba tal-intrapriża, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi gwida lill-intrapriża matul il-proċedura tal-applikazzjoni.
6.
Fuq talba mill-Istat Membru applikant, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istat Membru matul il-proċedura tal-applikazzjoni.
7.
Fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn applikabbli, fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni jkollha f’idejha traduzzjoni tal-applikazzjoni, tkun liema tkun l-aħħar waħda li tasal, il-Kummissjoni għandha tikkonferma li rċeviet l-applikazzjoni u titlob lill-Istat Membru applikant kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jkollha bżonn sabiex tivvaluta l-applikazzjoni.
8.
Meta l-Kummissjoni titlob informazzjoni addizzjonali, l-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tat-talba. Il-Kummissjoni għandha testendi dik l-iskadenza b’10 ijiem ta’ xogħol fuq it-talba tal-Istat Membru applikant. Kwalunkwe talba għal estensjoni ta’ din ix-xorta għandha tkun debitament motivata.
9.
Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru applikant, il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta jew, fejn applikabbli, mit-traduzzjoni tal-applikazzjoni.
Meta l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tirrispetta dik l-iskadenza, għandha tinforma lill-Istat Membru applikant qabel dik l-iskadenza u tistabbilixxi data ġdida għat-tlestija tal-valutazzjoni tagħha. Dik id-data l-ġdida ma għandhiex tkun aktar tard minn 20 jum ta’ xogħol wara l-iskadenza li tinsab fl-ewwel subparagrafu.
10.
Applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-identifikazzjoni tal-intrapriża kkonċernata;
(b)
valutazzjoni tal-għadd ta’ impjiegi affettwati mill-issensjar f’konformità mal-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, il-punt (c);
(c)
deskrizzjoni qasira tal-avvenimenti li wasslu għar-ristrutturar;
(d)
konferma li l-intrapriża kkonformat u qed tkompli tikkonforma mal-obbligi legali jew mal-ftehimiet kollettivi tagħha li jirregolaw dawk is-sensji pproġettati u qed tipprovdi għall-ħaddiema tagħha kif xieraq, u deskrizzjoni tal-proċeduri segwiti mill-intrapriża biex jiġu kkonsultati l-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom;
(e)
diżaggregazzjoni stmata tal-kompożizzjoni tal-benefiċjarji fil-mira skont il-ġeneru, il-grupp ta’ età u l-livell edukattiv, użata fit-tfassil tal-pakkett ikkoordinat;
(f)
deskrizzjoni dettaljata tal-pakkett ikkoordinat u n-nefqa relatata, inkluż kwalunkwe miżura li tappoġġa inizjattivi ta’ impjiegi għall-benefiċjarji żvantaġġati, żgħażagħ u ta’ età akbar;
(g)
il-baġit stmat għal kull wieħed mill-komponenti tal-pakkett ikkoordinat li jappoġġaw il-benefiċjarji fil-mira li jkunu se jiġu offruti mill-intrapriża;
(h)
id-dati li fihom inbdew jew għad iridu jinbdew l-għoti ta’ pakkett ikkoordinat lill-benefiċjarji speċifikati u l-attivitajiet biex jiġi implimentat il-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 7;
(i)
il-baġit stmat għal kwalunkwe attività ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar mill-Istat Membru applikant fir-rigward ta’ tali applikazzjoni;
(j)
dikjarazzjoni motivata li l-appoġġ mitlub mill-FEG huwa konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll dikjarazzjoni motivata li tiddeskrivi r-raġuni għaliex il-pakkett ikkoordinat ma jiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà tal-impjegaturi skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi;
(k)
il-konferma li l-intrapriża kkonċernata se tikkofinanzja l-miżuri u li hija l-uniku sors għall-kofinanzjament nazzjonali.”;
(10)Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘‘1. Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, perċentwal ta’ mhux aktar minn 1,5 % tal-limitu massimu annwali tal-FEG jista’ jintuża għan-nefqa teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tiegħu, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, kif ukoll ġbir ta’ data, inkluż fir-rigward ta’ sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG bħala fond jew fil-każ ta’ proġetti speċifiċi u miżuri oħrajn u ta’ assistenza teknika. Tali miżuri jistgħu jkopru perjodi ta’ programmazzjoni futuri u preċedenti.”;
(11)L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘‘1. Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 8 jew l-Artikolu 8a, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, l-għadd ta’ benefiċjarji speċifikati, il-miżuri proposti u l-istima tal-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tiddetermina l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, jekk teżisti, li tista’ ssir fil-limiti tar-riżorsi disponibbli.”;
(b)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“2a. Ir-rata ta’ kofinanzjament għan-nefqa mġarrba mill-Istat Membru għall-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, il-punt (c), relatata mal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 7(6), għandha tkun ta’ 100 %.”;
(c)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 8 jew l-Artikolu 8a, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati, hija għandha tadotta minnufih deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja kif jistipula l-Artikolu 15(6).”;
(12)Fl-Artikolu 14, il-paragrafi (1) u (2) huma sostitwiti b’dan li ġej:
‘‘1.
In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mid-dati stabbiliti fl-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8(7), il-punt (j), jew l-Artikolu 8a(10), il-punt (h), li fihom l-Istat Membru jew l-intrapriża kkonċernata jibdew, jew mistennija jibdew, jipprovdu l-pakkett ikkoordinat lill-benefiċjarji fil-mira jew li fihom l-Istat Membru iġarrab in-nefqa amministrattiva biex jiġi implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (5).
2.
L-Istat Membru jew l-intrapriża għandhom jibdew jimplimentaw il-miżuri eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 mingħajr dewmien żejjed u għandhom iwettqu dawk il-miżuri kemm jista’ jkun malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja.”;
(13)L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 15
Proċedura baġitarja u implimentazzjoni
‘‘1. Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tingħata malajr kemm jista’ jkun lill-benefiċjarji eliġibbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-paragrafi 2 jew 3.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta tkun irċeviet applikazzjoni waħda għall-appoġġ mill-FEG u tkun issodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
a)
Il-Kummissjoni tivvaluta, wara applikazzjoni jew informazzjoni li tasal mingħand l-Istati Membri, li waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4, il-paragrafi (2), (3) jew (4), hija ssodisfata;
b)
Il-Kummissjoni hija infurmata dwar il-waqfien tal-attivitajiet li jwasslu għat-telf ta’ impjiegi ta’ aktar minn 1 000 ħaddiem;
c)
Il-Kummissjoni hija infurmata dwar avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira bi spostament imminenti li jaffettwa aktar minn 1 000 ħaddiem.
3. Il-Kummissjoni tista’ titlob il-mobilizzazzjoni sħiħa tal-ammont annwali massimu għall-FEG sal-aħħar ta’ Frar ta’ kull sena. Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri:
(i) l-għadd ta’ applikazzjonijiet potenzjali minn kull Stat Membru kkonċernat;
(ii) is-setturi ta’ attivitajiet ikkonċernati;
(iii) l-għadd stmat ta’ intrapriżi li jistgħu jitolbu lill-Istati Membri japplikaw għall-assistenza tal-FEG;
(iv) l-għadd stmat ta’ ħaddiema ssensjati jew f’riskju ta’ spostament imminenti ta’ impjieg.
Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment tal-ammont massimu annwali lejn il-linji baġitarji rilevanti.
Meta l-ammont annwali massimu ma jkunx ġie mobilizzat skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha titlob il-mobilizzazzjoni tal-FEG għal kull applikazzjoni li tasal. Il-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG għal kull applikazzjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 8(6) jew 8(a) (9), flimkien ma’ sommarju tal-informazzjoni li fuqha hija bbażata dik il-valutazzjoni u r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammonti proposti. Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 sal-aħħar ta’ Diċembru ta’ kull sena.
5. Id-Deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG għandha tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. It-trasferiment baġitarju b’rabta mal-FEG għandhom isiru f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.
6. Meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 4 jkunu ssodisfati, hija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjon finanzjarja. Dik id-deċiżjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fis-sens tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.
7. Meta l-ammont annwali massimu jkun ġie mobilizzat skont il-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament mal-adozzjoni ta’ kull deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja.”
(14)L-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 16
Fondi insuffiċjenti
Jekk l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jifdal disponibbli fil-FEG ma jkunuxsuffiċjenti biex ikopru l-ammont ta’ assistenza li hija meħtieġa għal kontribuzzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni tista’ tipposponi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja sakemm l-approprjazzjonijiet ta’ impenn ikunu disponibbli fis-sena ta’ wara. Il-limitu baġitarju massimu annwali tal-FEG għandu jiġi rispettat fiċ-ċirkostanzi kollha.”
(1)Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:
‘‘6. Fi żmien ġimgħa minn meta jirċievi l-pagament ta’ prefinanzjament tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel disponibbli għall-intrapriża kkonċernata dik il-parti tal-pagament ta’ prefinanzjament relatata mal-pakkett ikkoordinat ta’ miżuri implimentati mill-intrapriża. L-Istat Membru għandu jżomm il-parti tal-prefinanzjament relatata mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(5).”;
(2)Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu li ġej:
‘‘3. F’każijiet fejn intrapriża tkun qed timplimenta kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għall-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti ta’ impjieg, l-intrapriża għandha, sa tmiem is-6 xahar wara li jiskadi l-perjodu ta’ implimentazzjoni, tipprovdi lill-Istat Membru kkonċernat l-informazzjoni rilevanti kollha speċifikata fil-paragrafu 1.”;
(3)Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘‘4. Stħarriġ tal-benefiċjarji għandu jitnieda matul is-6 xahar wara tmiem kull perjodu ta’ implimentazzjoni. L-istħarriġ tal-benefiċjarji għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni għal mill-inqas 4 ġimgħat. L-Istati Membri għandhom iqassmu l-istħarriġ tal-benefiċjarji lill-benefiċjarji, jibagħtu mill-inqas tfakkira waħda u jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-distribuzzjoni u t-tfakkira li tkun intbagħtet. F’każijiet li jinvolvu assistenza implimentata minn intrapriża lill-benefiċjarji skont l-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, il-punt (c), dik l-intrapriża hija responsabbli mid-distribuzzjoni tal-istħarriġ imħejji mill-Kummissjoni fost il-ħaddiema li pparteċipaw fil-miżuri. It-tweġibiet għall-istħarriġ tal-benefiċjarji għandhom jinġabru u jiġu analizzati mill-Kummissjoni għall-użu f’evalwazzjonijiet futuri.”
(4)Jiddaħħal l-Artikolu l-ġdid li ġej:
“Artikolu 28a
Miżuri tranżizzjonali
B’deroga mill-Artikolu 15(1), il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta għall-mobilizzazzjoni tal-bqija tal-ammont annwali massimu għall-2025 għall-FEG lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15, minn.... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3
1.3.Objettivi 3
1.3.1.Objettivi ġenerali3
1.3.2.Objettivi speċifiċi3
1.3.3.Riżultat u impatt mistennija3
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3
1.4.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’4
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4
1.5.1.Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi5
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 7
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar7
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll7
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta7
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom7
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet8
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA9
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i9
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet10
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali10
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat11
3.2.1,2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern12
3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali13
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi13
3.2.3,1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat13
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani13
3.2.4,1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat14
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali14
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali15
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi15
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul15
4.Dimensjonijiet diġitali16
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali16
4.2.Data16
4.3.Soluzzjonijiet diġitali16
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà16
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali16
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/691 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Impjiegi (Kompetittività u Ekwità Soċjali)
1.3.Objettivi
1.3.1.Objettivi ġenerali
Il-FEG huwa strument flessibbli li jippermetti lill-UE tirrispondi għal avvenimenti mhux mistennija. Il-FEG ilu mit-twaqqif tiegħu fl-2007 jgħin lill-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom bħala riżultat ta’ tfixkil ekonomiku.
Fl-ambitu tal-FEG, l-UE tipprovdi appoġġ speċifiku u ta’ darba fil-forma ta’ miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol biex tiffaċilita r-riintegrazzjoni f’impjiegi deċenti u sostenibbli. Dan l-appoġġ jikkomplementa l-assistenza aktar antiċipatorja offruta mill-FSE+.
Din il-proposta għandha l-għan li testendi din l-assistenza għall-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti ta’ impjieg bħala konsegwenza ta’ proċedura ta’ sensji kollettivi.
Għandha wkoll l-għan li tissimplifika u tħaffef il-proċedura ta’ mobilizzazzjoni.
1.3.2.Objettivi speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru
(1)
L-objettiv tal-FEG huwa li jappoġġa lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja f’avvenimenti kbar ta’ ristrutturar li, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jikkawżaw impatt sinifikanti, u li jiffaċilita r-riintegrazzjoni tal-ħaddiema f’impjieg deċenti u sostenibbli. Din il-proposta se żżid l-objettiv li tipprovdi wkoll assistenza lill-ħaddiema li huma affettwati minn sensji f’intrapriża li tkun għaddejja minn ristrutturar, biex ikunu ppreparati aħjar ħalli jagħmlu tranżizzjoni professjonali fi żmien iqsar, u biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tagħhom fi rwol jew karriera ġdida.
(2)
L-għajnuna tal-FEG trid tkun disponibbli aktar malajr.
1.3.3.Riżultat u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Tippermetti tranżizzjoni rapida u sostenibbli lejn impjiegi ġodda deċenti.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Indikatur 1: Benefiċjarji totali tal-FEG f’każ partikolari
Indikatur 2: Benefiċjarji skont il-ġeneru (nisa/irġiel/mhux binarji)
Indikatur 3: Benefiċjarji skont il-grupp ta’ età (taħt it-30 sena/’il fuq minn 54 sena)
Indikatur 4: Benefiċjarji skont il-livell ta’ edukazzjoni (b’edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell jew inqas/b’edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell jew postsekondarja/b’edukazzjoni terzjarja)
Indikatur 5: Perċentwal ta’ benefiċjarji tal-FEG fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ
Indikatur 6: Il-benefiċjarji skont l-istatus tal-impjieg (qiegħda/inattivi/impjegati (dipendenti)/jaħdmu għal rashom).
L-indikaturi ma jistabbilixxux linja bażi, miri jew stadji importanti. L-għadd ta’ benefiċjarji fil-mira kif speċifikat mill-Istat Membru kkonċernat ma jitqiesx bħala linja bażi. Ir-raġuni għal dan hija li xi Stati Membri għandhom biss fil-mira l-ħaddiema li ngħataw is-sensja u li ftit li xejn għandhom ċans li jirnexxilhom jibdlu l-impjiegi mingħajr appoġġ imfassal apposta, filwaqt li Stati Membri oħra għandhom fil-mira l-ħaddiema kollha li ngħataw is-sensja.
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
⌧ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Din il-proposta se tippermetti lill-FEG jirreaġixxi għal avvenimenti ta’ ristrutturar fuq skala kbira billi jgħin lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg tagħhom immedjatament. Se toffri wkoll għajnuna antiċipatorja lil dawk li huma affettwati minn sensji imminenti.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE
L-involviment tal-UE permezz tal-FEG jagħmilha possibbli li jiġu kkomplementati miżuri nazzjonali (kemm pubbliċi kif ukoll privati) għar-riintegrazzjoni tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja jew li se jingħataw is-sensja minħabba avvenimenti kbar ta’ ristrutturar. L-esperjenza s’issa turi li l-involviment tal-UE jagħmilha possibbli li jiġi pprovdut appoġġ aktar imfassal apposta għal perjodu itwal ta’ żmien, li spiss jinvolvi miżuri li ma kinux jiġu pprovduti mingħajr l-involviment tal-UE.
Valur miżjud tal-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)
Il-kisba ta’ rata ta’ riintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati ogħla mir-rata miksuba permezz tal-appoġġ nazzjonali tiġġenera effetti fuq il-volum. Dan ifisser li l-finanzjament ma żiedx biss l-għadd u l-varjetà ta’ servizzi offruti, iżda wkoll il-livell ta’ intensità ta’ dawk is-servizzi.
It-titjib tal-perċezzjoni tal-pubbliku dwar l-UE.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Ara l-esperjenza miksuba mir-Regolament (UE) Nru 2021/691 kif stipulat fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-Proposta għal Regolament.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-appoġġ tal-FEG jikkomplementa l-assistenza aktar antiċipatorja offruta mill-FSE+.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Is-sejba ewlenija tal-valutazzjoni tal-impatt (SWD/2018/289 final) hija li bħala fond ta’ assistenza ta’ emerġenza, il-FEG għandu jibqa’ barra mil-limiti massimi baġitarji tal-baġit tal-UE.
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
⌧ durata limitata
–Fis-seħħ sal-iskadenza tar-Regolament (UE) 2021/691
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-UE;
– mill-aġenziji eżekuttivi
⌧ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-UE u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-UE jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-UE.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/691 jeżiġi li l-Kummissjoni tippreżenta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwalitattiv u kwantitattiv dwar l-attivitajiet li saru taħt dan ir-Regolament. Ir-rapport jiffoka fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG u b’mod partikolari fih informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet ippreżentati, iż-żmien tal-ipproċessar. id-deċiżjonijiet adottati, il-miżuri ffinanzjati, inkluż l-istatistika dwar l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/691, u l-komplementarjetà ta’ tali miżuri ma’ miżuri ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-FSE+, u informazzjoni relatata mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru.
F’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/691, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, se twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu sat-30 ta’ Ġunju 2025 u evalwazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2029. L-evalwazzjoni se tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet li jridu jitqiesu fit-tfassil ta’ programmi ġodda fis-settur tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali jew fl-iżvilupp ulterjuri ta’ programmi eżistenti.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju huma stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2021/691.
Il-FEG huwa ġestit b’mod konġunt. L-esperjenza wriet li pakkett ta’ servizzi personalizzati mfassla apposta jeħtieġ li jitfassal mill-awtorità li hija l-eqreb tal-individwu kkonċernat. Skont l-Istat Membru u t-tip ta’ avveniment ta’ ristrutturar, din normalment tkun awtorità lokali, reġjonali jew nazzjonali. Għalhekk, il-kompiti ta’ implimentazzjoni jiġu ddelegati lill-awtoritajiet tal-Istati Membri. L-għajnuna lill-ħaddiema affettwati mis-sensji se teħtieġ ukoll l-involviment tal-intrapriża li tkun għaddejja minn ristrutturar. L-intervent tal-UE huwa meħtieġ minħabba d-daqs tal-impatt tas-sensji, iżda skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa limitat għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi li l-UE turi solidarjetà mal-ħaddiema ssensjati.
Minħabba l-għan tiegħu, li jipprovdi appoġġ f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza jew b’mod antiċipatorju jew reattiv, il-FEG jibqa’ strument flessibbli li jaqa’ barra mil-limiti massimi baġitarji tal-baġit tal-UE.
Il-mekkaniżmu ta’ mobilizzazzjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/691. Il-Kummissjoni trid tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat f’pagament uniku ta’ prefinanzjament ta’ 100 %.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-riskji huma dawk marbuta mal-ġestjoni konġunta tal-Fondi Komunitarji. Ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju huma stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2021/691.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Mil-lat ta’ rata/i tal-errur mistennija, l-għan hu li r-rata ta’ errur tinżamm inqas mil-livell limitu ta’ 2 %.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
L-Istati Membri għandhom jipprevjenu, isibu u jindirizzaw b’mod effettiv kwalunkwe irregolarità, inkluż frodi, imwettqa mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF, European Anti-Fraud Office) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE.
F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa mogħti s-setgħa li jinvestiga u li jipproċessa reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-UE tikkoopera bis-sħiħ biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward tal-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri jridu jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar is-sejba ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, u dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li jkunu ħadu b’konnessjoni ma’ tali irregolaritajiet kif ukoll ma’ kwalunkwe investigazzjoni tal-OLAF. L-Istati Membri jridu jikkooperaw mal-Kummissjoni, mal-OLAF, mal-Qorti tal-Awdituri u mal-UPPE, f’konformità mal-Artikolu 63(2), il-punt (d), tar-Regolament Finanzjarju dwar il-materji kollha relatati ma’ frodi suspettata jew stabbilita.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
Minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
S-Mekkaniżmi ta’ solidarjetà fl-Unjoni u barra minnha (Strumenti speċjali)
|
30,0402
Riżerva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssenjati (FEG)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
S-Mekkaniżmi ta’ solidarjetà fl-Unjoni u barra minnha (Strumenti speċjali)
|
16,0202
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–⌧
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
<…>
|
Strument speċjali barra mil-limiti massimi tal-QFP
|
L-approprjazzjonijiet totali ta’ impenn u ta’ pagament għall-FEG ma jistgħux jaqbżu ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Din il-proposta ma timmodifikax dan l-ammont annwali massimu tal-FEG. L-istimi tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ hawn taħt huma relatati speċifikament mal-livelli stmati ta’ pagamenti għal azzjonijiet speċifiċi skont din il-proposta, fil-limiti tal-ammont annwali massimu tal-FEG.
L-emenda proposta se tiġi akkomodata bis-sħiħ fid-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament QFP (l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru (kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024), kif ukoll mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 (il-Punt 9).
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
16.02.02 Linja operazzjonali għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
|
Impenji
|
(1)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
7 460
|
30 775
|
38 235
|
|
30.04.02 Riżerva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm
|
Impenji = Pagamenti
|
(3)
|
p.m.
|
p.m.
|
p.m.
|
mhux applikabbli
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji
|
=1+3
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=2+3
|
|
7 460
|
30 775
|
38 235
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
Riżorsi umani
|
1 431
|
1 431
|
1 431
|
4 293
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
mhux applikabbli
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
1 431
|
1 431
|
1 431
|
4 293
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-pagamenti u barra mill-qafas finanzjarju pluriennali għall-impenji
|
Impenji
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
|
7 460
|
30 775
|
38 235
|
Għal nefqa amministrattiva oħra, il-pakkett globali kollu jidher fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tal-FSE+.
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–⌧
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3,1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
mhux applikabbli
|
1 431
|
1 431
|
1 431
|
4 293
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
mhux applikabbli
|
0 000
|
0 000
|
0 000
|
0 000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
mhux applikabbli
|
1 431
|
1 431
|
1 431
|
4 293
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
mhux applikabbli
|
0 000
|
0 000
|
0 000
|
0 000
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
mhux applikabbli
|
0 000
|
0 000
|
0 000
|
0 000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
mhux applikabbli
|
0 000
|
0 000
|
0 000
|
0 000
|
|
|
|
TOTAL
|
mhux applikabbli
|
1 431
|
1 431
|
1 431
|
4 293
|
===================================================================
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa amministrattiva oħra se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Kummissjoni diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Janalizzaw u jiddiskutu l-applikazzjonijiet tal-FEG sottomessi mill-Istati Membri. Iħejju d-dokumentazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-FEG li qed jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Baġitarja. Jikkonsultaw u jiddiskutu mad-DĠ rilevanti tal-Kummissjoni matul il-fluss tax-xogħol. Jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Iħejju u/jew jiddiskutu l-modifiki rilevanti għall-applikazzjonijiet sottomessi.
|
|
Persunal estern
|
Janalizza u jiddiskuti l-applikazzjonijiet tal-FEG sottomessi mill-Istati Membri. Iħejji d-dokumentazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-FEG li qed jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Baġitarja. Jikkonsulta u jiddiskuti mad-DĠ rilevanti tal-Kummissjoni matul il-fluss tax-xogħol tagħhom. Jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Iħejju u/jew jiddiskutu l-modifiki rilevanti għall-applikazzjonijiet sottomessi.
|
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
–⌧
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4,1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
0
|
6
|
6
|
6
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (f’FTEs)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
0
|
3
|
3
|
3
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Ammin. Linja ta’ appoġġ
[XX.01.YY.YY]
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
TOTAL
|
0
|
9
|
9
|
9
|
Meta titqies is-sitwazzjoni ġenerali ta’ tensjoni fl-Intestatura 7, f’termini kemm ta’ persunal kif ukoll ta’ livell ta’ approprjazzjonijiet, ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu minn persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fi ħdan id-DĠ jew DĠ ieħor tal-Kummissjoni.
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
|
|
Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fid-DĠ tal-Kummissjoni
|
Persunal addizzjonali eċċezzjonali *
|
|
|
|
Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew mir-Riċerka
|
Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA
|
Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal
|
6
|
|
Mhux applikabbli
|
|
|
Persunal estern (CA, SNEs, INT)
|
3
|
|
|
|
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
–⌧
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-pagamenti u għall-kostijiet tal-persunal
–⌧
tirrikjedi użu tal-istrumenti speċjali kif iddefinit fir-Regolament QFP
–
tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
–⌧
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–⌧
Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
fuq ir-riżorsi proprji
–
fuq dħul ieħor
–
indika, jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
Artikolu …………
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
|
L-emenda proposta ma twassalx għal rekwiżiti diġitali ġodda.
|
4.2.Data
|
L-emenda proposta ma twassalx għal assi tad-data ġodda li għandhom jiġu ttrattati.
|
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
|
L-emenda proposta ma twassalx għal soluzzjonijiet diġitali ġodda; il-FEG jagħmel użu mis-soluzzjonijiet diġitali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060.
|
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
|
L-emenda proposta ma tbiddilx il-mod attwali ta’ skambju ta’ data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, li huwa bbażat fuq il-miżuri definiti fir-Regolament (UE) 2021/1060.
|
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
|
L-emenda proposta ma għandha l-ebda impatt diġitali fuq ix-xenarju diġitali stabbilit u għalhekk ma twassalx għal miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali.
|
NB: Fil-każ li l-proposta tal-Kummissjoni tevolvi b’mod sinifikanti matul in-negozjati leġiżlattivi, l-informazzjoni stipulata fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja u Diġitali Leġiżlattiva (LFDS, Legislative Financial and Digital Statement) għal kwalunkwe aspetti finanzjarji u/jew diġitali jaf ikollha bżonn tiġi aġġornata biex tappoġġa l-proċess tan-negozjar u toħloq ċarezza għall-partijiet kollha kkonċernati.