IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 11.3.2025
COM(2025) 100 final
2025/0052(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 11.3.2025
COM(2025) 100 final
2025/0052(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-kriżijiet finanzjarji preċedenti wrew li l-iżviluppi fis-swieq tal-proprjetà immobbli jista’ jkollhom riperkussjonijiet serji fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u l-ekonomija kollha kemm hi. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS, European Systemic Risk Board), li għandu l-kompitu li jipprovdi sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja tal-UE u li jipprevjeni u jtaffi r-riskju sistemiku, identifika lakuni sinifikanti fid-disponibbiltà ta’ informazzjoni komparabbli dwar il-prezzijiet, il-kirjiet u l-kostruzzjoni li tibda fis-settur tal-proprjetà immobbli kummerċjali. Dan ifixkel il-kapaċità tiegħu li jipprovdi analiżi soda u jidentifika riskji possibbli madwar il-pajjiżi. Fir-Rakkomandazzjonijiet tiegħu tal-31 ta’ Ottubru 2016 (BERS/2016/14) ( 1 ) u tal-21 ta’ Marzu 2019 (BERS/2019/3) ( 2 ) dwar l-għeluq ta’ lakuni fid-data dwar il-proprjetà immobbli, il-BERS talab b’mod espliċitu lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni sabiex timla l-lakuna fid-data dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali fiżika. Il-Kunsill ħeġġeġ ukoll l-iżvilupp tal-istatistika dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-istatistika f’dawn l-aħħar snin.
Filwaqt li l-istatistika finanzjarja li tkopri l-esponiment tas-sistema finanzjarja għall-krediti tal-proprjetà immobbli kummerċjali taqa’ taħt il-kompetenza tal-Bank Ċentrali Ewropew u tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, l-istatistika mhux finanzjarja fir-rigward tas-suq fiżiku tal-proprjetà immobbli kummerċjali taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni (il-Eurostat) u tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika. Għalhekk, din il-proposta tiffoka fuq statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali u timla lakuna sinifikanti fid-disponibbiltà ta’ tali informazzjoni statistika meħtieġa għal finijiet makroprudenzjali. Bħalissa, ftit hemm sorsi uffiċjali ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali, u d-disponibbiltà ta’ iktar statistika tkun kruċjali biex dawk li jfasslu l-politika jivvalutaw ir-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja. Il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni użata minn dawk li jfasslu l-politika bħalissa tinxtara minn organizzazzjonijiet privati.
F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) u l-Istati Membri investigaw b’mod konġunt il-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali. Huma għamlu progress sinifikanti b’mod partikolari fil-prezzijiet, il-kirjiet u l-kostruzzjonijiet mibdija, għalkemm għad fadal sfidi prattiċi u metodoloġiċi konsiderevoli. Il-proposta tiżgura li din l-istatistika tkun komparabbli u konsistenti madwar l-Istati Membri tal-UE. Mingħajr din l-inizjattiva, l-istatistika tista’ tiġi pprovduta fuq bażi volontarja, iżda l-kopertura f’termini ta’ Stati Membri tibqa’ limitata jekk xi pajjiżi ma jibagħtux data u l-komparabbiltà tal-istatistika madwar l-Istati Membri ma tiġix żgurata.
L-isforzi tal-Eurostat u tal-Istati Membri biex jiżviluppaw statistika mhux finanzjarja dwar id-dominju tal-istatistika dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali ġew dokumentati fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Rapport ta’ progress finali dwar l-istatistika dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali” (SWD (2023) 434 final) ( 3 ). Madankollu, il-progress ma kienx fost l-indikaturi kollha jew fl-Istati Membri kollha, b’mod partikolari fejn l-azzjoni hija volontarja. Barra minn hekk, għad hemm sfidi metodoloġiċi bħala sorsi ta’ data u d-daqs tas-swieq tal-proprjetà immobbli kummerċjali jvarja minn pajjiż għal ieħor. Minħabba d-disponibbiltà limitata tas-sorsi tad-data u l-kwalità insuffiċjenti tal-istatistika, l-indikaturi dwar l-indiċijiet tar-rendiment tal-kiri u r-rati ta’ spazju disponibbli li ġew rakkomandati mill-BERS mhumiex inklużi f’dan ir-Regolament. Huwa meħtieġ li jitkompla l-investiment fit-titjib metodoloġiku u fil-bini tal-kapaċità għal tali statistika.
Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Il-proposta hija kompletament konsistenti mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-istatistika, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 223/2009 ( 4 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
Bażi legali
Il-bażi legali għal din il-proposta hija l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Din id-dispożizzjoni tiddikjara li, filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jeħtiġilhom jadottaw miżuri għall-produzzjoni tal-istatistika fejn meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet tal-UE.
Barra minn hekk, l-Artikolu 338(2) tat-TFUE jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-istatistika tal-UE, filwaqt li jiddikjara li dawn iridu jissodisfaw l-istandards ta’ imparzjalità, affidabbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, kosteffettività u kunfidenzjalità statistika mingħajr ma jqiegħdu piż eċċessiv fuq in-negozji (“operaturi ekonomiċi”).
Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Kull Stat Membru tal-UE huwa responsabbli għall-produzzjoni u għall-pubblikazzjoni ta’ statistika uffiċjali li tkopri t-territorju tiegħu. Sabiex jiġi żgurat li dik l-istatistika tkun tista’ titqabbel bejn l-Istati Membri, il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa fil-forma ta’ leġiżlazzjoni u gwida dwar id-definizzjonijiet, is-sorsi u l-metodoloġiji użati. Huwa essenzjali li jkun hemm statistika komparabbli għal dawk li jfasslu l-politika fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE.
L-objettivi tar-regolament propost ma jistgħux jintlaħqu bis-sħiħ mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. L-azzjoni tkun iktar effettiva jekk tittieħed fil-livell tal-UE, abbażi ta’ att legali tal-UE li jiżgura l-komparabbiltà tal-informazzjoni statistika fid-dominju tal-istatistika kopert mill-att propost. Sadanittant, il-ġbir tad-data nnifsu jitwettaq l-aħjar mill-Istati Membri.
Proporzjonalità
L-għan kumplessiv tal-proposta huwa li jimtlew lakuni sinifikanti f’termini ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali meħtieġa għal finijiet makroprudenzjali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Din l-istatistika se tintuża għall-monitoraġġ tal-istabbiltà finanzjarja. Dawn se jintużaw ukoll għat-tfassil tal-politika fiskali, monetarja u makroprudenzjali u għar-riċerka dwar is-swieq tal-proprjetà immobbli. Dawn se jkunu disponibbli għall-utenti mingħajr ħlas.
F’termini ta’ piż amministrattiv, l-impatt ewlieni se jkun fuq l-istituti nazzjonali tal-istatistika. Se jkollhom jinvestu fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali. Id-data użata għall-istatistika se tinkiseb minn bażijiet tad-data amministrattivi eżistenti u minn organizzazzjonijiet tal-proprjetà immobbli li jiġbru d-data rilevanti, jew se tkun ibbażata fuq informazzjoni statistika diġà miġbura min-negozji. Għalhekk ftit li xejn se jkun hemm piż addizzjonali fuq l-unitajiet domestiċi jew fuq in-negozji. Il-proposta ma jkollha l-ebda impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali dirett sinifikanti, u ma tkunx tinvolvi nfiq sinifikanti.
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-regolament propost jillimita ruħu għall-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tiegħu u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-għan.
Għażla ta’ strument
Peress li l-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali għadha mhijiex koperta mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, jeħtieġ li tiġi proposta leġiżlazzjoni ġdida.
Id-deċiżjonijiet ta’ politika u tan-negozju jiddependu wkoll fuq statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali komparabbli, armonizzata u ta’ kwalità għolja fil-livell Ewropew. L-aqwa mod biex tiġi żgurata statistika bħal din huwa permezz ta’ regolament, li huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Fis-27 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta’ sejħa għall-evidenza dwar l-inizjattiva biex tiġi proposta leġiżlazzjoni dwar l-istatistika dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali fuq il-portal “Semma’ Leħnek” ( 5 ). Ħames assoċjazzjonijiet Ewropej tal-proprjetà immobbli pprovdew feedback dwar l-inizjattiva, u b’mod ġenerali enfasizzaw il-ħtieġa urġenti għal statistika aħjar dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC, European Statistical System Committee) ġie kkonsultat dwar l-abbozz tal-proposta fil-laqgħa tiegħu fi Frar 2024. L-ESSC irrikonoxxa ż-żieda fid-domanda tal-utenti għal statistika komparabbli ġdida, li hija wkoll importanti ħafna għall-monitoraġġ tal-istabbiltà finanzjarja, għas-superviżjoni makroprudenzjali u għat-tfassil tal-politika fiskali u monetarja fl-UE. Il-Kumitat esprima l-appoġġ tiegħu għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali. Il-Kumitat laqa’ l-fatt li l-abbozz ta’ proposta tal-Kummissjoni fittex li jsib bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-utenti u l-fattibbiltà, l-kostijiet u l-piż tal-produzzjoni ta’ din l-istatistika.
Dawn il-konsultazzjonijiet kienu importanti ħafna minħabba li, f’termini ta’ piż amministrattiv, l-impatt ewlieni se jkun fuq l-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs). Se jkollhom jinvestu fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika prevista. Id-data użata għall-istatistika se tinkiseb minn bażijiet tad-data amministrattivi eżistenti u minn organizzazzjonijiet tal-proprjetà immobbli li jiġbru d-data rilevanti, jew se tkun ibbażata fuq informazzjoni statistika diġà miġbura min-negozji. Għalhekk ftit li xejn se jkun hemm piż addizzjonali fuq l-unitajiet domestiċi jew fuq in-negozji.
Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-proposta bbenefikat minn kontribuzzjonijiet ipprovduti minn esperti minn: l-istituti nazzjonali tal-istatistika (permezz tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar l-istatistika tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli u dwar l-istatistika tan-negozju fuq żmien qasir); id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u d-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali; il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku; u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħall-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali.
Valutazzjoni tal-impatt
Valutazzjoni tal-impatt sħiħa tqieset mhux meħtieġa minħabba l-fatt li l-ebda għażla ta’ politika ma kienet disponibbli għall-Kummissjoni, minħabba li l-BERS inkarigaha speċifikament fir-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-2019 biex tipproponi leġiżlazzjoni biex timla l-lakuna eżistenti fid-data fid-dominju tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli. Barra minn hekk, il-proposta l-ġdida se jkollha kostijiet minimi (speċjalment għan-negozji) peress li se tiddependi ħafna fuq l-użu mill-ġdid tad-data tas-sors eżistenti f’bażijiet tad-data amministrattivi jew privati bis-sjieda.
Fl-2023, il-Eurostat wettaq stħarriġ fost l-Istati Membri biex jivvaluta l-progress li sar fl-iżvilupp ta’ indikaturi tal-prezzijiet u tal-kera għall-proprjetà immobbli kummerċjali. Dwar l-indiċijiet tal-prezzijiet, 15 mis-16-il pajjiż li kienu evalwaw is-sorsi tad-data disponibbli rrapportaw li kienu jew kienu se jużaw sorsi ta’ data amministrattiva bħal reġistri ta’ tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli jew reġistri ta’ valuri ta’ valutazzjoni. Pajjiż wieħed kien waqqaf stħarriġ apposta.
Dwar l-indiċijiet tal-kera, 12-il Stat Membru pprovdew informazzjoni: ħamsa minnhom irrappurtaw l-użu ta’ sorsi ta’ data amministrattiva, tnejn użaw sorsi ta’ data privata (eż. data minn organizzazzjonijiet tal-proprjetà immobbli), tnejn kienu jiddependu fuq data dwar kirjiet diġà miġbura għal statistika fuq żmien qasir; u tlieta użaw taħlita ta’ dawn it-tipi ta’ sorsi ta’ data.
Barra minn hekk, fl-2022, il-Eurostat ġabar stimi tal-kostijiet li jġarrbu l-Istati Membri, għall-ġbir ta’ data dwar il-kostruzzjonijiet mibdija u t-tlestija tax-xogħlijiet. Il-ġbir tad-data għal dawn il-varjabbli se jibni fuq id-data eżistenti miġbura dwar il-permessi tal-bini, u se jkun ibbażat bis-sħiħ fuq data amministrattiva. Dan mhux se jirriżulta f’kostijiet jew piżijiet addizzjonali għan-negozji u l-unitajiet domestiċi. Dan se jaffettwa biss l-amministrazzjonijiet tal-bini (lokali).
Bi tweġiba għas-Sejħa għall-Evidenza, f’Novembru–Diċembru 2023, ħames assoċjazzjonijiet laqgħu l-inizjattiva tal-Kummissjoni u l-opportunità li jiġu stabbiliti definizzjonijiet komuni u tittejjeb id-disponibbiltà tad-data dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali. Assoċjazzjoni waħda kellha dubju dwar l-impatt minimu vvalutat fuq in-negozji. Ir-raġuni primarja kienet l-immaturità tal-bażijiet tad-data sottostanti li jistgħu ma jkunux diġitalizzati biżżejjed u jistgħu ma jkoprux il-proprjetà immobbli kummerċjali kif ukoll il-proprjetà immobbli residenzjali. Madankollu, dik l-assoċjazzjoni ddikjarat li dan jista’ jkun minħabba n-nuqqas attwali ta’ definizzjonijiet armonizzati dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
Ir-Regolament propost għalhekk ma jkollu l-ebda impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali dirett sinifikanti, u ma jkunx jinvolvi nfiq sinifikanti. Dan ikollu impatt minimu – jekk mhux żero – fuq in-negozji żgħar, medji u kbar. Dan jipprovdi wkoll lil dawk li jfasslu l-politika u lil utenti oħra b’bażi ta’ evidenza mtejba.
Drittijiet fundamentali
Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-impatt finanzjarju ta’ din il-proposta ma għandux żmien limitat, u jibda b’perjodu ta’ 3 snin, mill-2026 sal-2028. Id-dikjarazzjoni finanzjarja u diġitali leġiżlattiva tkopri biss il-bqija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali ( 6 ). Għalhekk, il-finanzjament se jkompli jiddependi fuq il-ftehimiet milħuqa għall-QFP li jmiss.
Għall-2026 u l-2027, il-finanzjament se jiġi mill-allokazzjonijiet eżistenti tal-programmi u mhu meħtieġ l-ebda finanzjament addizzjonali.
L-approprjazzjonijiet totali għall-2026 u l-2027 huma stmati għal EUR 3,6 miljun. L-implikazzjonijiet baġitarji dettaljati huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja u diġitali leġiżlattiva.
5.ELEMENTI OĦRA
Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Ir-Regolament propost huwa mistenni li jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-2025, bil-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jiġu adottati ftit wara. Huwa mistenni li japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Il-Kummissjoni (il-Eurostat) se timmonitorja l-implimentazzjoni tar-regolament propost mill-Istati Membri. Se tingħata attenzjoni partikolari lill-kwalità tal-istatistika f’termini ta’ kompletezza, affidabbiltà, tempestività u komparabbiltà tagħhom. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) se timmonitorja wkoll il-kostijiet imġarrba mill-istituti nazzjonali tal-istatistika fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika.
Il-Kummissjoni (il-Eurostat) se tuża l-għodod eżistenti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, validi għall-outputs statistiċi kollha tal-Eurostat. Dawn diġà jippermettu analiżi tajba ta’ kwalunkwe bidla fl-effettività u l-effiċjenza tal-inizjattiva statistika l-ġdida u fil-kwalità tad-data prodotta.
Spjegazzjoni ddettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-Artikolu 1 tal-proposta jistabbilixxi l-għan tar-Regolament, li jsegwi l-formulazzjoni tar-rakkomandazzjoni F tal-BERS — L-istabbiliment ta’ qafas minimu komuni għas-suq fiżiku tal-proprjetà immobbli kummerċjali (BERS/2019/3). Dan l-artikolu jiċċara wkoll li r-regolament jittratta biss l-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali (imsejħa “indikaturi tas-suq fiżiku tal-proprjetà immobbli kummerċjali” mill-BERS).
L-Artikolu 2 jipprovdi d-definizzjonijiet. Il-proposta tinkorpora d-definizzjonijiet ta’ proprjetà immobbli kummerċjali li huma konsistenti mad-definizzjonijiet użati fir-rakkomandazzjoni tal-BERS.
L-Artikolu 3 jirrikjedi li s-sorsi u l-metodi użati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti għal din l-istatistika.
L-Artikolu 4 jiddeskrivi d-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri u tad-detenturi tad-data fir-rigward tal-aċċess għad-data, b’referenza għar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
L-Artikolu 5(1) jirreferi għall-anness tal-att bażiku, li jinkludi l-lista ta’ varjabbli li huma meħtieġa. Dawn huma:
·il-permessi tal-bini (in-numru ta’ abitazzjonijiet, l-ispazju ta’ art li tista’ tintuża)
·il-kostruzzjonijiet mibdija u t-tlestija tax-xogħol (l-ispazju ta’ art li tista’ tintuża)
·l-indiċijiet tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli kummerċjali
·l-indiċijiet tal-kera tal-proprjetà immobbli kummerċjali
·il-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli kummerċjali.
L-Artikolu 5(3) jispeċifika li din il-lista tista’ tiġi emendata b’atti delegati f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 9.
L-Artikolu 5(4) jelenka l-karatteristiċi tad-data, inkluż id-diżaggregazzjoni tal-varjabbli, li l-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni (adottati f’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 10). Jispeċifika wkoll li l-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ simplifikazzjoni, li għandhom iqisu d-daqs tas-swieq tal-proprjetà immobbli kummerċjali f’pajjiżi differenti. Tali miżuri jistgħu jintużaw biex jirrilassaw ċerti rekwiżiti ta’ data għal pajjiżi bi swieq tal-proprjetà immobbli kummerċjali żgħar.
L-Artikolu 6 jistabbilixxi l-kriterji tal-kwalità u r-rekwiżiti tar-rapportar tal-kwalità. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri jittrażmettu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) metadata, rapporti dwar il-kwalità u inventarji kull sena.
L-Artikolu 7 jipprevedi li jistgħu jitwettqu studji pilota qabel ma jiġi adottat kwalunkwe rekwiżit ġdid tad-data fil-futur.
L-Artikolu 8 jipprevedi l-possibbiltà li jintuża l-baġit tal-UE għall-iżvilupp tal-istatistika dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali meħtieġa minn dan ir-Regolament permezz ta’ għotjiet, u għall-istudji pilota.
L-Artikolu 9 jistabbilixxi l-proċedura għall-adozzjoni ta’ atti delegati, filwaqt li l-Artikolu 10 jagħmel l-istess għall-atti ta’ implimentazzjoni.
L-Artikolu 11 jipprevedi l-possibbiltà li l-Istati Membri jissottomettu talba għal deroga minn xi wħud mir-rekwiżiti tal-att bażiku jew ta’ att ta’ implimentazzjoni. Id-derogi jistgħu jingħataw għal perjodu massimu ta’ 3 snin u jenħtieġ li jintalbu fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tal-att rilevanti.
L-Artikolu 12 jemenda r-Regolament (UE) 2019/2152 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju ( 7 ) biex jitneħħa l-varjabbli tal-permessi tal-bini.
L-Artikolu 13 jispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ. Id-data proposta hija l-1 ta’ Jannar 2026.
2025/0052 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)L-istatistika dwar l-iżviluppi fis-swieq tal-proprjetà immobbli hija essenzjali għat-tfassil tal-politika ekonomika u monetarja, għall-monitoraġġ tar-riskju sistemiku u għall-gwida tat-tfassil tal-politika makroprudenzjali.
(2)Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS, European Systemic Risk Board) identifika lakuni fid-data rigward l-istatistika finanzjarja u mhux finanzjarja dwar is-swieq tal-proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali fir-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-31 ta’ Ottubru 2016 ( 8 ). Il-lakuni fid-data jfixklu l-mandat tal-BERS.
(3)Filwaqt li l-istatistika finanzjarja dwar is-swieq tal-proprjetà immobbli hija żviluppata mill-Bank Ċentrali Ewropew u mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, l-istatistika mhux finanzjarja taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni (il-Eurostat) u tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.
(4)Minn perspettiva makroprudenzjali, il-proprjetà immobbli residenzjali tikkonċerna kwalunkwe proprjetà immobbli maħsuba jew użata għal finijiet ta’ akkomodazzjoni, eżistenti jew li qed tinbena, akkwistata minn jew proprjetà ta’ persuna fiżika. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) diġà tippubblika statistika relatata mal-proprjetà immobbli residenzjali. L-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tad-djar jiġu prodotti u ppubblikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/792 u, kull 10 snin, ir-riżultati taċ-ċensimenti tad-djar jitqassmu f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 763/2008 ( 9 ). Barra minn hekk, l-istatistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-proprjetà immobbli hija disponibbli f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2152.
(5)Fir-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-21 ta’ Marzu 2019 ( 10 ), li temenda r-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-31 ta’ Ottubru 2016, il-BERS speċifikament appella għal leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi qafas minimu komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ bażi tad-data dwar l-indikaturi rigward is-suq fiżiku tal-proprjetà immobbli kummerċjali. Tali żvilupp huwa meħtieġ biex jiġu indirizzati l-lakuni fl-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
(6)F’din l-istess Rakkomandazzjoni tal-2019, il-BERS iddefinixxa l-proprjetà immobbli kummerċjali fiżika bħala kwalunkwe proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu, eżistenti jew li qed tiġi żviluppata, inkluża l-akkomodazzjoni għall-kiri; jew proprjetà immobbli użata mis-sidien tal-proprjetà għat-twettiq tan-negozju, l-għan jew l-attività tagħhom, eżistenti jew taħt kostruzzjoni; li mhijiex ikklassifikata bħala proprjetà immobbli residenzjali; u tinkludi l-akkomodazzjoni soċjali. Id-definizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma allinjati ma’ dawk rakkomandati mill-BERS fl-2019.
(7)Il-Kummissjoni (il-Eurostat) u l-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs, national statistical institutes), f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-BERS, ivvalutaw il-fattibbiltà tal-indikaturi dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali fiżika, jiġifieri l-indiċi tal-prezzijiet, l-indiċi tal-kiri, l-indiċi tar-rendiment tal-kiri, ir-rati ta’ spazju disponibbli u l-kostruzzjonijiet mibdija, rakkomandati mill-BERS. Il-fattibbiltà tal-produzzjoni tal-indiċi tal-prezzijiet, l-indiċi tal-kiri, il-kostruzzjonijiet mibdija u t-tlestija tax-xogħol ġiet ikkonfermata. Minħabba d-disponibbiltà limitata tas-sorsi tad-data u l-kwalità insuffiċjenti, l-indikaturi dwar l-indiċijiet tar-rendiment tal-kiri u r-rati ta’ spazju disponibbli ma jistgħux jiġu inklużi f’dan ir-Regolament u jenħtieġ li jkomplu jiġu żviluppati. Fl-istess ħin, ġie miżjud indikatur importanti addizzjonali dwar il-valur tat-tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli kummerċjali.
(8)L-NSIs, l-awtoritajiet nazzjonali oħra tal-istatistika u l-Kummissjoni (il-Eurostat) jenħtieġ li jkollhom aċċess f’waqtu għas-sorsi tad-data meħtieġa biex tinġabar l-istatistika skont dan ir-Regolament. Is-sorsi tad-data rilevanti għall-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali jistgħu jkunu stħarriġiet, rekords amministrattivi, data tat-tranżazzjonijiet jew sorsi oħra, inkluża taħlita tagħhom.
(9)Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-proċessi tal-produzzjoni tal-istatistika tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) u biex jitnaqqas il-piż statistiku fuq ir-rispondenti, ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea ( 11 ) jispeċifika firxa ta’ sorsi ta’ data li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-istatistika. B’mod aktar speċifiku, l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra tal-istatistika jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jaċċessaw, jużaw u jintegraw, mingħajr ħlas, dik id-data u l-metadata rilevanti, fil-ħin u bi frekwenza u granularità suffiċjenti għall-fini tal-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali mhux finanzjarja, f’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/3018 12 .
(10)L-NSIs u l-Kummissjoni (il-Eurostat) jenħtieġ li jkunu intitolati wkoll li jaċċessaw u jużaw sorsi ġodda ta’ data, inkluża data miżmuma privatament, għal finijiet ta’ statistika, f’konformità mal-Artikolu 17b tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/3018. Fuq talba, detentur tad-data privat jenħtieġ li jagħmel id-data u l-metadata rilevanti disponibbli mingħajr ħlas għall-NSIs jew għall-Kummissjoni (il-Eurostat) meta d-data mitluba tkun strettament meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali mhux finanzjarja u ma tistax tinkiseb b’mezzi oħra jew l-użu mill-ġdid tagħha se jirriżulta fi tnaqqis konsiderevoli fl-oneru tar-risposta fuq id-detenturi tad-data u negozji oħra.
(11)Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li tiġi pprovduta statistika dwar is-suq tal-proprjetà immobbli kummerċjali kollu, ir-rekwiżiti tad-data jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, jiġu ssimplifikati għall-fini li jittaffa l-piż fuq l-Istati Membri relattivament żgħar, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Jenħtieġ li r-rekwiżiti addizzjonali ma jpoġġux piż amministrattiv sproporzjonat fuq ir-rispondenti u fuq l-NSIs.
(12)Inventarji ta’ sorsi u metodi u rapporti dwar il-kwalità huma essenzjali għall-valutazzjoni, it-titjib u l-komunikazzjoni tal-kwalità tal-istatistika Ewropea. Għal dak l-għan, il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) approva l-Istruttura Unika Integrata tal-Metadata (SIMS, Single Integrated Metadata Structure) ( 13 ) bħala l-istandard tal-ESS għar-rapportar tal-metadata u tal-kwalità, li jikkontribwixxi għall-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità tal-istatistika stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 permezz ta’ standards komuni u metodi armonizzati. L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għalhekk jenħtieġ li japplika għall-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
(13)Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/397 tas-17 ta’ Frar 2023 dwar metadata ta’ referenza u rapporti ta’ kwalità għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ( 14 ) tistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-NSIs rispettivi tagħhom japplikaw il-kunċetti statistiċi elenkati fl-aħħar verżjoni ta’ SIMS approvati mill-ESSC, meta jikkompilaw metadata ta’ referenza u rapporti ta’ kwalità fid-diversi oqsma statistiċi, u meta jiskambjaw metadata ta’ referenza u rapporti ta’ kwalità fl-ESS. Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/397 jenħtieġ li tiġi osservata, sal-punt rilevanti, anki fir-rigward tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
(14)Meta jkunu meħtieġa rekwiżiti ġodda tad-data jew titjib fis-settijiet tad-data koperti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitnedew studji pilota. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu dawk l-istudji pilota fuq bażi volontarja filwaqt li jiżguraw ir-rappreżentattività tal-pajjiżi fil-livell tal-UE.
(15)L-istandards internazzjonali, bħall-inizjattiva tal-Iskambju tad-Data u tal-Metadata tal-Istatistika (SDMX, Statistical Data and Metadata Exchange), u l-istandards statistiċi jew tekniċi elaborati fl-ESS jenħtieġ li jintużaw sal-punt rilevanti wkoll għall-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
(16)Sabiex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformita mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex temenda l-lista ta’ varjabbli stabbiliti fl-Anness I. Hu partikolarment importanti li matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 15 ). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jitrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(17)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-dettalji tal-varjabbli kif ukoll il-format, il-miżuri ta’ sigurtà u kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju ta’ data kunfidenzjali, l-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni, il-kontenut u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tar-rapporti dwar il-kwalità u l-metadata, l-istandards għat-trażmissjoni tad-data u tal-metadata, u d-derogi mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ).
(18)Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skontu jkunu jeħtieġu adattamenti kbar għal sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, l-Kummissjoni jenħtieġ li, f’każijiet debitament ġustifikati, tkun tista’ tagħti derogi lill-Istat Membru kkonċernat. Tali derogi jenħtieġ li jkunu temporanji u jingħataw għal perjodu massimu ta’ 3 snin. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri kkonċernati fl-isforzi tagħhom biex iwettqu l-adattamenti meħtieġa għas-sistemi statistiċi tagħhom, sabiex id-derogi jintemmu malajr kemm jista’ jkun.
(19)Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas komuni għal statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà, dan jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.
(20)Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza kontinwa tal-indikaturi kollha tal-proprjetà immobbli kummerċjali, l-indikatur tas-suġġett “proprjetà immobbli” msemmi fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/2152 jenħtieġ li jiġi inkluż f’dan ir-Regolament. Ir-Regolament (UE) 2019/2152 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat.
(21)Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“statistika mhux finanzjarja” tfisser data statistika li tirreferi għal assi mhux finanzjarji skont il-klassifikazzjoni tal-Anness A, il-Kapitolu 7, il-punt 7.20 tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 ( 17 ).
(2)“proprjetà immobbli kummerċjali” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli residenzjali akkwistata jew proprjetà ta’ persuna ġuridika, jew kwalunkwe proprjetà immobbli mhux residenzjali akkwistata jew proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika, u li tirrappreżenta:
(a)proprjetà li tipproduċi l-introjtu, eżistenti jew li qed tinbena, inkluż akkomodazzjoni għall-kiri;
(b)proprjetà mhux residenzjali użata mis-sidien għat-twettiq tan-negozju, l-għan jew l-attività tagħhom, eżistenti jew taħt kostruzzjoni;
(c)akkomodazzjoni soċjali.
(3)“persuna legali” għandha tinftiehem fis-sens tal-klassifikazzjoni tal-Anness, Taqsima II, Punt A għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 ( 18 ),
(4)“proprjetà immobbli” tfisser il-bini flimkien mal-art li fuqha jkun jinsab;
(5)“proprjetà residenzjali” tfisser proprjetà immobbli maħsuba u użata għal finijiet ta’ akkomodazzjoni;
(6)“proprjetà mhux residenzjali” tfisser proprjetà immobbli maħsuba u użata għal finijiet oħra għajr l-akkomodazzjoni;
(7)“proprjetà li tipproduċi introjtu” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli li tiġġenera introjtu permezz ta’ kera jew profitt mill-bejgħ tagħha;
(8)“proprjetà li qed tinbena li tipproduċi introjtu” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli li qed tinbena, maħsuba biex meta titlesta, tipprovdi introjtu lil sidha, fil-forma ta’ kera, jew profitt mill-bejgħ tagħha u teskludi t-twaqqigħ ta’ bini jew siti li jitnaddfu għal żvilupp possibbli fil-futur;
(9)“akkomodazzjoni għall-kiri” tfisser kwalunkwe proprjetà residenzjali li tiġi akkwistata jew hija proprjetà ta’ persuna legali bl-għan primarju li tinkera;
(10)“akkomodazzjoni soċjali” tfisser kwalunkwe proprjetà residenzjali li tiġi akkwistata, hija proprjetà jew ġestita minn persuna legali bl-għan primarju li tinkera lill-inkwilini, l-aktar lill-persuni żvantaġġati jew gruppi li jbatu minn żvantaġġ soċjali b’kirjiet aktar baxxi mir-rata tas-suq, f’konformità ma’ regoli speċifiċi, aktar milli mekkaniżmi tas-suq.
Artikolu 3
Metodi u sorsi tad-data
Għall-produzzjoni tal-istatistika meħtieġa skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jużaw id-data amministrattiva sal-massimu possibbli biex jitnaqqas l-oneru tar-risposta.
Meta d-data amministrattiva ma tippermettix il-produzzjoni ta’ statistika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll kwalunkwe sors tad-data rilevanti ieħor, inkluż stħarriġ u data minn detenturi privati tad-data, kif ukoll metodi jew approċċi innovattivi bbażati fuq ix-xjenza, dokumentati sew u disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li jevitaw piż eċċessiv fuq ir-rispondenti.
Artikolu 4
Aċċess għad-data
1.L-informazzjoni meħtieġa għall-produzzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali għandha tinkiseb minn unitajiet statistiċi kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93, minn detenturi ta’ rekords amministrattivi, minn detenturi privati tad-data jew minn sorsi oħra, dment li r-riżultati jikkonformaw mal-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.
2.L-unitajiet statistiċi li jipprovdu informazzjoni dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali għandhom jikkooperaw fil-ġbir jew l-għoti ta’ informazzjoni, kif meħtieġ. L-unitajiet statistiċi għandhom jipprovdu informazzjoni f’waqtha, preċiża u kompluta meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika prevista f’dan ir-Regolament. L-unitajiet tal-istatistika għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika responsabbli għall-kompilazzjoni tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
3.Fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika responsabbli għall-kompilazzjoni tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali, l-unitajiet tal-istatistika għandhom jipprovdu, meta disponibbli, rekords elettroniċi tat-tranżazzjonijiet fil-livell ta’ dettall meħtieġ għall-produzzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
4.L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra tal-istatistika għandhom jitħallew jaċċessaw, jużaw u jintegraw, mingħajr ħlas, id-data u l-metadata rilevanti minn sorsi ta’ data amministrattiva, bażijiet ta’ data, sistemi ta’ interoperabbiltà jew kwalunkwe data rilevanti u meħtieġa, fil-ħin u bi frekwenza u granularità suffiċjenti għall-fini tal-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea dwar proprjetà immobbli kummerċjali mhux finanzjarja, f’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-aċċess għal tali data u metadata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika responsabbli għall-kompilazzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali għandu jkun limitat għal rekords amministrattivi fis-sistemi amministrattivi pubbliċi rispettivi tagħhom stess.
5.L-NSI jew il-Kummissjoni (il-Eurostat) jistgħu jitolbu lil detentur tad-data privata jagħmel id-data u l-metadata rilevanti disponibbli mingħajr ħlas, meta d-data mitluba tkun strettament meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali u ma tkunx tista’ tinkiseb b’mezzi oħra jew l-użu mill-ġdid tagħha jirriżulta fi tnaqqis konsiderevoli fl-oneru tar-risposta fuq id-detenturi tad-data u negozji oħra, f’konformità mal-Artikolu 17b tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Artikolu 5
Rekwiżiti tad-data
1.L-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali għandha tkopri l-varjabbli stabbiliti fl-Anness.
2.L-Istati Membri għandhom jikkompilaw u jittrażmettu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) data rilevanti għal kull varjabbli msemmi fil-paragrafu 1.
3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9 sabiex temenda l-lista ta’ varjabbli stabbilita fl-Anness.
4.Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-elementi li ġejjin tad-data li għandha tiġi trażmessa, u d-definizzjonijiet u s-simplifikazzjonijiet tekniċi tagħhom:
(a)l-unità ta’ kejl;
(b)il-popolazzjoni statistika;
(c)il-klassifikazzjonijiet u l-analiżijiet;
(d)il-kumpilazzjoni tal-indiċijiet;
(e)l-użu ta’ approssimazzjonijiet u rekwiżiti tal-kwalità;
(f)il-perjodu ta’ referenza;
(g)l-iskadenza tat-trażmissjoni tad-data;
(h)l-ewwel perjodu ta’ referenza.
5.Fir-rigward tas-simplifikazzjonijiet, meta teżerċita s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tqis id-daqs tas-swieq tal-proprjetà immobbli kummerċjali, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
6.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10.
Artikolu 6
Rekwiżiti tal-kwalità u rapportar dwar il-kwalità
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali u l-metadata assoċjata trażmessa.
2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
3.Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data u tal-metadata trażmessi mill-Istati Membri.
4.L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni (il-Eurostat):
(a)il-metadata ta’ referenza annwali u r-rapporti ta’ kwalità;
(b)l-inventarji aġġornati kull sena li jkun fihom dettalji tas-sorsi tad-data, id-definizzjonijiet u l-metodi użati.
5.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni tad-data, għall-kontenut u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tal-metadata ta’ referenza u r-rapporti dwar il-kwalità, kif ukoll għat-trażmissjoni tal-inventarji msemmija fil-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10.
6.L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) bi kwalunkwe informazzjoni jew bidla fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li tinfluwenza l-kwalità tad-data trażmessa.
7.Wara talba debitament motivata mill-Kummissjoni (il-Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tad-data u tal-metadata.
Artikolu 7
Studji pilota
1.Meta l-Kummissjoni (il-Eurostat) tidentifika ħtieġa għal rekwiżiti ta’ data ġodda sinifikanti jew titjib fid-data koperta minn dan ir-Regolament, hija tista’ tniedi studji pilota li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, fuq bażi volontarja, qabel kwalunkwe ġbir ġdid ta’ data.
2.L-istudji pilota msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu sabiex jiġu vvalutati r-rilevanza u l-fattibbiltà li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ġodda tad-data jew it-titjib. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u b’kont meħud tas-sejbiet tal-istudji pilota, tagħmel proposti għall-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ġodda tad-data.
3.L-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni (il-Eurostat), għandhom jiżguraw li dawk l-istudji jkunu rappreżentattivi fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 8
Finanzjament
1.Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-NSIs u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fil-lista prevista fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, biex tkopri l-kostijiet tal-attivitajiet li ġejjin:
(a)l-iżvilupp tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali meħtieġa minn dan ir-Regolament;
(b)l-iżvilupp ta’ metodoloġiji li għandhom l-għan li jżidu l-kwalità tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali;
(c)l-iżvilupp ta’ metodoloġiji li għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv u finanzjarju biex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa mill-unitajiet ta’ rapportar, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;
(d)il-parteċipazzjoni fl-istudji pilota msemmija fl-Artikolu 7;
(e)l-iżvilupp jew it-titjib ta’ proċessi, software u funzjonijiet ta’ appoġġ simili li għandhom l-għan li jipproduċu statistika ta’ kwalità aħjar jew li jnaqqsu l-piż amministrattiv u finanzjarju.
2.L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-regoli tal-programm ta’ finanzjament rilevanti, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament, b’mod partikolari f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ).
Artikolu 9
Eżerċizzju tad-delega
1.Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2) għal perjodu ta’ 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 10
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni gћandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 ( 20 ).
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 11
Derogi
1.Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew dik tal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont dan tkun teħtieġ adattamenti kbar f’sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lil dak l-Istat Membru, għal perjodu massimu ta’ 3 snin.
2.L-Istat Membru rilevanti għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talba debitament motivata għal deroga skont il-paragrafu 1, fi żmien 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att li fir-rigward tiegħu tintalab id-deroga.
3.L-impatt tad-derogi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-komparabbiltà tad-data tal-Istati Membri jew fuq il-kalkolu tal-aggregati Ewropej meħtieġa f’waqthom u rappreżentattivi għandu jinżamm għal minimu. Il-Kummissjoni għandha tqis il-piż fuq ir-rispondenti meta tagħti d-derogi.
4.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10.
Artikolu 12
Emendi tar-Regolament (UE) 2019/2152
Ir-Regolament (UE) 2019/2152 huwa emendat kif ġej:
(a)L-Artikolu 6(2) huwa emendat kif ġej:
(i) il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(l) inputs tar-R&Ż”;
(ii) il-punt (m) jitħassar;
(b)fl-Anness I, fit-Tabella “Dominju 1. Statistika tan-negozju fuq żmien qasir”, titħassar l-aħħar ringiela;
(c)fl-Anness II, fit-Tabella “Dominju 1. Statistika tan-negozju fuq żmien qasir”, titħassar l-aħħar ringiela.
Artikolu 13
1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2.Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li hu addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
ANNESS
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Statistika
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
☒ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 21
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Il-proposta għandha l-għan li tipprovdi qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali u b’hekk timla lakuna sinifikanti fid-disponibbiltà ta’ informazzjoni statistika meħtieġa għal finijiet makroprudenzjali.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru
1. Li tipprovdi rekwiżit legali għall-Istati Membri biex jipproduċu statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali, sabiex jiġi kopert is-suq kollu tal-UE;
2. Li jiġi stabbilit qafas għal statistika komparabbli u ta’ kwalità għolja f’dan id-dominju.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Ir-Regolament propost se jirriżulta f’bażi tad-data komprensiva u ta’ kwalità għolja li tkopri għadd ta’ indikaturi statistiċi li huma rilevanti għall-monitoraġġ tal-istabbiltà finanzjarja u għat-tfassil tal-politika ekonomika u monetarja ġenerali.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
L-għadd ta’ Stati Membri li jipproduċu statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali.
L-għadd ta’ indikaturi tal-proprjetà immobbli kummerċjali prodotti minn kull Stat Membru.
Twassil b’suċċess tal-istatistika wara l-iskadenza tad-derogi li għandhom jingħataw mill-Kummissjoni.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri jeħtieġ li jiġu żgurati aċċess għall-informazzjoni bażika meħtieġa minn sorsi ta’ data amministrattiva (bħal reġistri ta’ tranżazzjonijiet ta’ bini, atti notarili u permessi tal-bini) jew data miżmuma privatament.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li hu addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri weħedhom.
Raġunijiet biex tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)
Kull Stat Membru tal-UE huwa responsabbli għall-produzzjoni u għall-pubblikazzjoni ta’ statistika uffiċjali li tkopri t-territorju tiegħu. Sabiex jiġi żgurat li din l-istatistika tkun tista’ titqabbel bejn l-Istati Membri, hemm bżonn ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE permezz ta’ leġiżlazzjoni u ta’ gwida dwar id-definizzjonijiet, is-sorsi u l-metodoloġiji użati.
Il-valur miżjud tal-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)
Statistika komparabbli hija essenzjali għal dawk li jfasslu l-politika fl-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Ma kien hemm l-ebda esperjenza preċedenti bil-leġiżlazzjoni f’dan id-dominju tal-istatistika.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-ħtiġijiet finanzjarji se jkunu koperti mill-allokazzjonijiet diġà previsti fil-QFP 2021–2027 għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Suq Uniku.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Mhux applikabbli.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ terminu limitat
–◻ fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
☒ terminu illimitat
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ inizjalizzazzjoni mill-2026 (tentattiv) sal-2028,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu(i) tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 22
☒ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–☒ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻ mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tad-dritt pubbliku;
–◻ lill-korpi rregolati bid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati bid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".
Kummenti
Mhux applikabbli.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-konformità tal-Istati Membri mad-dispożizzjonijiet tar-regolament propost se tiġi mmonitorjata kontinwament u rrapportata kull sena, kif inhu l-każ għar-regolamenti statistiċi kollha tal-UE. Barra minn hekk, il-kwalità tal-istatistika kif prevista skont ir-regolament propost se tiġi mmonitorjata regolarment mill-Eurostat abbażi tar-rapporti tal-kwalità, il-metadata u l-inventarji meħtieġa mir-regolament.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-metodu ta’ ġestjoni diretta huwa l-approċċ standard għall-finanzjament tal-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. L-Istati Membri se jkunu appoġġjati fl-attivitajiet ta’ żvilupp tagħhom permezz ta’ għotjiet, filwaqt li l-Eurostat se juża l-baġit operattiv tiegħu biex jipprovdi assistenza teknika u taħriġ lill-Istati Membri kif ukoll biex jiżviluppa gwida metodoloġika.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Peress li hija prevista ġestjoni diretta, ir-riskji inerenti huma dawk relatati mal-ġestjoni tal-akkwisti u l-għotjiet.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Is-sistemi ta’ kontroll intern fis-seħħ għall-proċessi tal-għotjiet u tal-akkwist fil-Eurostat huma effettivi.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-Eurostat adotta l-“Istrateġija Kontra l-Frodi 2021–2024” tiegħu f’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi tad-29 ta’ April 2019 (CAFS, Commission Anti-Fraud Strategy).
L-istrateġija kontra l-frodi tal-Eurostat tistabbilixxi tliet objettivi: i.) li jissaħħu l-kapaċitajiet u l-għarfien kontra l-frodi tal-Eurostat bħala parti mill-kultura kontra l-frodi tal-Kummissjoni; ii.) li jinżammu u jissaħħu u jiġu integrati iktar l-għodod u l-funzjonalitajiet tal-IT biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-frodi; iii.) li tinżamm kollaborazzjoni effiċjenti mal-OLAF u n-Network għall-Prevenzjoni u d-Detezzjoni tal-Frodi b’mod partikolari biex tkompli tittejjeb il-kwalità u l-kompletezza tad-data bil-ħsieb li tiġi appoġġata l-ġlieda kontra l-frodi. L-istrateġija kontra l-frodi hi akkumpanjata minn pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff. 23 |
mill-pajjiżi tal-EFTA 24 |
mill-pajjiżi kandidati u mill-kandidati potenzjali 25 |
minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
1 |
BGUE-BXXXX-03-020500-C1-ESTAT |
Diff. |
IVA |
LE |
LE |
LE |
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./Mhux diff. |
mill-pajjiżi tal-EFTA |
minn pajjiżi kandidatiu minn kandidati potenzjali |
minn pajjiżi terzi oħrajn |
dħul assenjat ieħor |
|
|
L-ebda |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
||
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi
–☒ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
1 |
Suq Uniku, Riċerka u Innovazzjoni |
|
DĠ: ESTAT |
2026 |
2027 |
TOTAL |
|||
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali |
||||||
|
Linja baġitarja 26 03.02.05 |
Impenji |
(1a) |
1,250 |
1,250 |
2,500 |
|
|
Pagamenti |
(2a) |
1,250 |
1,250 |
2,500 |
||
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 27 |
||||||
|
Linja baġitarja |
(3) |
0 |
0 |
0 |
||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=1a+1b +3 |
1,250 |
1,250 |
2,500 |
|
|
Pagamenti |
=2a+2b +3 |
1,250 |
1,250 |
2,500 |
||
|
|
Impenji |
(4) |
1,250 |
1,250 |
2,500 |
|
Pagamenti |
(5) |
1,250 |
1,250 |
2,500 |
|
|
• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
0 |
0 |
0 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
1,250 |
1,250 |
2,500 |
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
1,250 |
1,250 |
2,500 |
|
|
|
7 |
“Nefqa amministrattiva” |
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|||
|
DĠ: ESTAT |
|||||
|
• Riżorsi umani |
0,550 |
0,550 |
1,100 |
||
|
• Nefqa amministrattiva oħra |
0 |
0 |
0 |
||
|
TOTAL DĠ ESTAT |
Approprjazzjonijiet |
0,550 |
0,550 |
1,100 |
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti) |
0,550 |
0,550 |
1,100 |
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
1,800 |
1,800 |
3,600 |
|
|
Pagamenti |
1,800 |
1,800 |
3,600 |
||
3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs ⇩ |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||||||||||
|
OUTPUTS |
|||||||||||||||||||
|
Tip 28 |
Kost medju |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru totali |
Kost totali |
||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 29 ... |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1 |
|||||||||||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... |
|||||||||||||||||||
|
- Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2 |
|||||||||||||||||||
|
TOTALI |
|||||||||||||||||||
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–◻ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☒ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|
INTESTATURA 7
|
||||||||
|
Riżorsi umani |
0,550 |
0,550 |
1,100 |
|||||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0 |
0 |
0 |
|||||
|
Subtotal INTESTATURA 7
|
0,550 |
0,550 |
1,100 |
|
Barra mill-INTESTATURA 7
31
|
||||||||
|
Riżorsi umani |
||||||||
|
Nefqa oħra
|
||||||||
|
Subtotal
|
|
TOTAL |
0,550 |
0,550 |
1,100 |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☒ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
|
Sena
|
Sena N+2 |
Sena N+3 |
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
|||||
|
• Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) |
|||||||||
|
20 01 02 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
2 |
2 |
|||||||
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta) |
|||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 32 |
|||||||||
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) |
2 |
2 |
|||||||
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
XX 01 xx yy zz 33 |
— fil-Kwartieri Ġenerali |
||||||||
|
— fid-Delegazzjonijiet |
|||||||||
|
01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta) |
|||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||
|
TOTAL |
|||||||||
XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit konċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
Ħidma metodoloġika għall-implimentazzjoni tajba tal-kunċetti, tad-definizzjonijiet u tal-metodi statistiċi Ħidma għall-produzzjoni tad-data biex jinkisbu, jiġu pproċessati, ivvalidati u ppubblikati d-data u l-metadata Analiżi tad-data, pubblikazzjonijiet u appoġġ għall-utenti Kooperazzjoni interistituzzjonali u internazzjonali dwar kwistjonijiet statistiċi |
|
Persunal estern |
Appoġġ għall-ħidma metodoloġika għall-implimentazzjoni tajba tal-kunċetti, tad-definizzjonijiet u tal-metodi statistiċi IT u ħidma teknika oħra li tappoġġa l-produzzjoni, l-analiżi u d-disseminazzjoni tad-data tal-istatistika |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
–☒ tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
Il-ħtiġijiet finanzjarji se jkunu koperti mill-approprjazzjonijiet eżistenti tal-Programm tas-Suq Uniku kif previst fl-ipprogrammar finanzjarju tal-QFP 2021–2027.
–◻ teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat fl-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif iddefinit fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.
–◻ teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti,.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
–☒ ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻ tipprevedi kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
Total |
|||
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
||||||||
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☒ Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻ fuq ir-riżorsi proprji
–◻ fuq dħul ieħor
–jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 35 |
||||||
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
Artikolu …………. |
||||||||
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Mhux applikabbli.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
Mhux applikabbli.
4. DIMENSJONIJIET DIĠITALI
4.1. Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
Jekk l-inizjattiva ta’ politika tiġi vvalutata bħala li ma għandha l-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali, ipprovdi spjegazzjoni għaliex ma jintużawx mezzi diġitali
|
|
Inkella, jekk jogħġbok elenka r-rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Referenza għar-rekwiżit |
Deskrizzjoni tar-rekwiżit |
Attur affettwat jew ikkonċernat mir-rekwiżit |
Proċessi ta’ Livell Għoli |
Kategorija |
|
Artikolu 3 |
Metodi u sorsi tad-data |
L-Istati Membri (Awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika responsabbli għall-kompilazzjoni tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali) |
Ġbir ta’ data, Proċessar ta’ data, Kompilazzjoni ta’ data |
Data, Servizzi pubbliċi diġitali; |
|
Artikolu 4(1) |
Atturi li għandhom jipprovdu aċċess għal sorsi ta’ data |
Unitajiet statistiċi kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93; detenturi ta’ rekords amministrattivi; detenturi privati tad-data; |
Ġbir ta’ data, Proċessar ta’ data |
Data, Servizzi pubbliċi diġitali; |
|
Artikolu 4(2); Artikolu 4(3) |
Data tas-sors u informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-unitajiet statistiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 |
Awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika responsabbli għall-kompilazzjoni tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali; Unitajiet statistiċi kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93; |
Ġbir ta’ data |
Data, Servizzi pubbliċi diġitali; |
|
Artikolu 4(4) |
Użu ta’ data tas-sors |
L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra; Detenturi privati tad-data |
Ġbir ta’ data; Użu mill-ġdid ta’ data; |
Data, Servizzi pubbliċi diġitali; Soluzzjonijiet Diġitali; |
|
Artikolu 4(5) |
Aċċess għad-data tas-sors u l-użu tagħha |
Istitut Nazzjonali tal-Istatistika Il-Kummissjoni (il-Eurostat) Detentur tad-data privata |
Użu mill-ġdid ta’ data; Proċessar ta’ data; Kompilazzjoni ta’ data |
Data, Servizzi pubbliċi diġitali; Soluzzjonijiet Diġitali; |
|
Artikolu 5 |
Rekwiżiti ta’ data tal-istatistika |
L-Istati Membri; Il-Kummissjoni Ewropea |
Proċessar ta’ data, Kompilazzjoni ta’ data; Trażmissjoni ta’ data |
Data, Servizzi pubbliċi diġitali; Soluzzjonijiet Diġitali; |
|
Artikolu 6 |
Rekwiżiti ta’ kwalità u rappurtar ta’ kwalità rigward l-istatistika |
L-Istati Membri; Il-Kummissjoni Ewropea |
Kwalità tad-data; Ġbir ta’ data; Kompilazzjoni ta’ data; Trażmissjoni ta’ data; |
Data, Servizzi pubbliċi diġitali; |
4.2. Data
Deskrizzjoni ta’ livell għoli tad-data fil-kamp ta’ applikazzjoni u kwalunkwe standard/speċifikazzjoni relatata
|
Tip ta’ data |
Referenza/i għar-rekwiżit |
Standard u/jew speċifikazzjoni (jekk applikabbli) |
|
Statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali, li tkopri l-indikaturi li ġejjin: (a)Permessi tal-bini (in-numru ta’ abitazzjonijiet, l-ispazju tal-art li jista’ jintuża) (b)Kostruzzjonijiet mibdija u tlestija tax-xogħol (l-ispazju tal-art li jista’ jintuża) (c)Indiċijiet tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli kummerċjali (d)Indiċijiet tal-kera tal-proprjetà immobbli kummerċjali (e)Valur tat-tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli kummerċjali. |
Artikolu 3; Artikolu 4(1); Artikolu 4(2); Artikolu 4(3); Artikolu 5 Artikolu 6 |
Varjabbli stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, elementi addizzjonali tad-data li għandhom jiġu trażmessi mill-Istati Membri lill-Eurostat se jiġu definiti kif speċifikat fl-Artikolu 5(4). |
Allinjament mal-Istrateġija Ewropea għad-Data
Spjega kif ir-rekwiżit(i) huma allinjati mal-Istrateġija Ewropea għad-Data
|
Il-proposta għal regolament tirrikjedi l-iżvilupp ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali billi tiżgura li l-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs) u awtoritajiet rilevanti oħra jkollhom aċċess għas-sorsi tad-data meħtieġa, inklużi rekords amministrattivi u data miżmuma privatament. Dan jallinja mal-objettiv tal-Istrateġija Ewropea għad-Data li ttejjeb il-governanza u l-aċċess għad-data. Dan huwa wkoll f’konformità mal-Artikoli 17a sa 17c tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 fir-rigward tal-aċċess għas-sorsi tad-data għall-fini tal-istatistika Ewropea. Billi jipprovdi qafas għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali, ir-regolament jappoġġa l-innovazzjoni mmexxija mid-data fis-settur tal-proprjetà immobbli. Statistika ta’ kwalità għolja tista’ tinforma t-tfassil tal-politika, id-deċiżjonijiet ta’ investiment, u r-riċerka, u b’hekk tixpruna l-innovazzjoni u t-tkabbir. Billi jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta’ din l-istatistika, ir-regolament jiffaċilita t-tqabbil u l-kombinazzjoni tad-data madwar l-Istati Membri, li huwa objettiv ewlieni tal-Istrateġija Ewropea għad-Data. L-użu ta’ għodod u metodi diġitali għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tal-istatistika dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali jista’ jtejjeb l-effiċjenza u jnaqqas il-piż fuq il-fornituri tad-data, l-NSIs u l-Kummissjoni (il-Eurostat). |
Allinjament mal-prinċipju ta’ darba biss
Spjega kif ġie kkunsidrat il-prinċipju ta’ darba biss u kif ġiet esplorata l-possibbiltà li tintuża mill-ġdid id-data eżistenti
|
F’konformità mal-prinċipju tal-kosteffettività definit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u applikat għall-istatistika Ewropea, ir-regolament għandu l-għan li juża mill-ġdid id-data eżistenti biex jimminimizza l-piż fuq il-fornituri tad-data. -L-Artikolu 3 tar-regolament jiddikjara li l-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika bl-użu tas-sorsi tad-data rilevanti kollha u metodi bbażati fuq ix-xjenza, dokumentati sew, u disponibbli għall-pubbliku. -L-Artikolu 4 tar-regolament jipprovdi li l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandu jkollhom aċċess għal sorsi ta’ data amministrattiva. Dan l-aċċess jippermetti l-użu mill-ġdid tad-data eżistenti, inaqqas il-ħtieġa għall-ġbir primarju tad-data u jappoġġa l-prinċipju ta’ darba biss. -L-Artikolu 4(5) jiddikjara li awtorità nazzjonali tal-istatistika jew il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ titlob li detentur tad-data privata jagħmel disponibbli d-data u l-metadata rilevanti, mingħajr ħlas, meta d-data mitluba tkun strettament meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali. |
Spjega kif id-data maħluqa ġdida hija traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u li tista’ terġa’ tintuża, u tissodisfa standards ta’ kwalità għolja
|
L-Artikoli 3 u 6 tar-regolament jirrikjedu li l-Istati Membri jivvalutaw il-kwalità tas-sorsi tad-data, japplikaw il-kriterji tal-kwalità għall-istatistika Ewropea kif definit fl-Artikolu 12, ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u jirrapportaw regolarment dwar il-kwalità tad-data trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat). L-Artikolu 6 jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jipprovdu metadata skont l-Istruttura Unika Integrata tal-Metadata (SIMS) u jippromwovi l-użu ta’ formati standardizzati tad-data, bħall-Iskambju tad-Data u tal-Metadata tal-Istatistika (SDMX, Statistical Data and Metadata Exchange), biex jiġu ffaċilitati l-iskambju u l-użu mill-ġdid tad-data bejn sistemi u organizzazzjonijiet differenti. |
Flussi ta’ data
|
Tip ta’ data |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Attur li jipprovdi d-data |
Attur li jirċievi d-data |
Skattatur għall-iskambju tad-data |
Frekwenza (jekk applikabbli) |
|
Informazzjoni meħtieġa għall-produzzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali |
Artikoli 4(2) u 4(3) |
Unitajiet statistiċi kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93; detenturi ta’ rekords amministrattivi; detenturi privati tad-data |
L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika responsabbli għall-kompilazzjoni tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali |
Fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika responsabbli għall-kompilazzjoni tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali |
Mhux applikabbli |
|
Data tas-sors minn sorsi ta’ data amministrattiva, bażijiet ta’ data, sistemi ta’ interoperabbiltà, eċċ., inklużi rekords elettroniċi ta’ tranżazzjonijiet fil-livell ta’ dettall meħtieġ għall-produzzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali |
Artikoli 4(2) u 4(3) |
Unitajiet statistiċi |
L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika responsabbli għall-kompilazzjoni tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali |
Fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika responsabbli għall-kompilazzjoni tal-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali |
Mhux applikabbli |
|
Indikaturi statistiċi mhux finanzjarji dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali għall-varjabbli speċifikati fl-Anness tar-Regolament |
Artikolu 5(2) |
L-Istati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea (il-Eurostat) |
// |
Mhux applikabbli |
|
Metadata ta’ referenza annwali u rapporti tal-kwalità u inventarji aġġornati kull sena li jkun fihom dettalji tas-sorsi tad-data, id-definizzjonijiet u l-metodi użati.) |
Artikolu 6(4) |
L-Istati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea (il-Eurostat) |
Il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni jistgħu jiġu ddefiniti fl-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament |
Mhux applikabbli |
|
Informazzjoni jew bidliet fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jinfluwenzaw il-kwalità tad-data trażmessa. |
Artikolu 6(6) |
L-Istati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea (il-Eurostat) |
Wara avveniment li jinfluwenza l-kwalità tad-data trażmessa lill-Kummissjoni (il-Eurostat) |
Mhux applikabbli |
|
Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li hija meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tad-data u tal-metadata. |
Artikolu 6(7) |
L-Istati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea (il-Eurostat) |
Wara talba debitament motivata mill-Kummissjoni (il-Eurostat) |
Mhux applikabbli |
4.3 Soluzzjonijiet Diġitali
Għal kull soluzzjoni diġitali, jekk jogħġbok ipprovdi r-referenza għar-rekwiżit(i) ta’ rilevanza diġitali li jikkonċernawha, deskrizzjoni tal-funzjonalità awtorizzata tas-soluzzjoni diġitali, il-korp li se jkun responsabbli għaliha, u aspetti rilevanti oħra bħall-użu mill-ġdid u l-aċċessibbiltà. Fl-aħħar nett, spjega jekk is-soluzzjoni diġitali għandhiex l-għan li tagħmel użu mit-teknoloġiji tal-IA.
|
Soluzzjoni diġitali |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Funzjonalitajiet obbligatorji ewlenin |
Korp responsabbli |
Kif tiġi indirizzata l-aċċessibbiltà? |
Kif jiġi kkunsidrat l-użu mill-ġdid? |
Użu tat-teknoloġiji tal-IA (jekk applikabbli) |
|
Sistemi Ewropej tal-istatistika li jaħdmu ma’ proprjetà immobbli kummerċjali mhux finanzjarja |
Artikolu 4; Artikolu 5; Artikolu 6 |
Jirċievu data, rapporti tal-kwalità, u metadata ta’ referenza dwar l-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali mill-Istati Membri |
Il-Kummissjoni Ewropea (il-Eurostat) |
Tintuża l-infrastruttura eżistenti |
Tintuża l-infrastruttura eżistenti |
Mhux speċifikat |
|
Sistemi nazzjonali tal-istatistika li jaħdmu ma’ proprjetà immobbli kummerċjali mhux finanzjarja |
Artikolu 4; Artikolu 5; Artikolu 6 |
Jirċievu, jaħżnu u jipproċessaw data tas-sors u jikkompilaw statistika mhux finanzjarja dwar proprjetà immobbli kummerċjali |
L-Istat Membru |
Tintuża l-infrastruttura eżistenti |
Tintuża l-infrastruttura eżistenti |
Mhux speċifikat |
Għal kull soluzzjoni diġitali, spjega kif is-soluzzjoni diġitali tikkonforma mar-rekwiżiti u l-obbligi tal-qafas taċ-ċibersigurtà tal-UE, u ma’ politiki diġitali u promulgazzjonijiet leġiżlattivi applikabbli oħra (bħall-eIDAS, il-Gateway Diġitali Unika, eċċ.).
Sistemi Ewropej tal-istatistika li jaħdmu ma’ proprjetà immobbli kummerċjali mhux finanzjarja
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
Mhux rilevanti |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
Abbażi tal-infrastruttura tal-istatistika eżistenti |
|
eIDAS |
Mhux rilevanti |
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
Mhux rilevanti |
|
Oħrajn |
Tuża mill-ġdid is-sorsi ta’ data rilevanti stabbiliti minn politiki settorjali |
Sistemi nazzjonali tal-istatistika li jaħdmu ma’ proprjetà immobbli kummerċjali mhux finanzjarja
|
Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli) |
Spjegazzjoni dwar kif tallinja |
|
Att dwar l-IA |
Mhux rilevanti |
|
Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE |
Abbażi tal-infrastruttura tal-istatistika eżistenti |
|
eIDAS |
Mhux rilevanti |
|
Gateway Diġitali Unika u IMI |
Mhux rilevanti |
|
Oħrajn |
Tuża mill-ġdid is-sorsi ta’ data rilevanti stabbiliti minn politiki settorjali |
4.4 Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
Iddeskrivi s-servizz(i) pubbliku/ċi diġitali affettwat(i) mir-rekwiżiti
|
Servizz pubbliku diġitali jew kategorija ta’ servizzi pubbliċi diġitali |
Deskrizzjoni |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Soluzzjoni(jiet) għal Ewropa Interoperabbli (MHUX APPLIKABBLI) |
Soluzzjoni(jiet) oħra ta’ interoperabbiltà |
|
Servizzi tal-Istatistika |
Trażmissjoni u disseminazzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali |
Artikolu 5; Artikolu 6 |
Mhux applikabbli |
Il-Eurostat iżomm punt ta’ dħul uniku (eDAMIS) li jintuża mill-NSIs u minn awtoritajiet nazzjonali oħra biex jittrażmettu d-data lill-Eurostat. L-istatistika Ewropea tiġi disseminata f’bażi ta’ data disponibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas disponibbli fuq is-sit web tal-Eurostat. |
Valutazzjoni tal-impatt tar-rekwiżit(i) fuq l-interoperabbiltà transfruntiera
Servizzi tal-Istatistika
|
Valutazzjoni |
Miżuri |
Ostakli potenzjali li jifdal |
|
Ivvaluta l-allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti Jekk jogħġbok elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati |
Dan ir-Regolament huwa konformi mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea. Jirrappreżenta leġiżlazzjoni settorjali li tapplika għall-qasam tal-istatistika Ewropea mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali. Dan ir-Regolament isegwi r-rakkomandazzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/397 tas-17 ta’ Frar 2023 dwar metadata ta’ referenza u rapporti ta’ kwalità għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas minimu komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ bażi tad-data dwar l-indikaturi rigward is-suq fiżiku tal-proprjetà immobbli kummerċjali. L-NSIs għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw, fil-pront u mingħajr ħlas, ir-rekords amministrattivi nazzjonali kollha, u li jintegraw dawk ir-rekords amministrattivi mal-istatistika, sa fejn ikun meħtieġ għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali. |
L-ebda |
|
Ivvaluta l-miżuri organizzattivi għall-forniment transfruntier bla xkiel tas-servizzi pubbliċi diġitali Jekk jogħġbok elenka l-miżuri ta’ governanza previsti |
Skont l-Artikolu 5(4), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika elementi tad-data li għandha tiġi trażmessa, u d-definizzjonijiet tekniċi u s-simplifikazzjonijiet tagħhom. Skont l-Artikolu 6(4), il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika d-dettalji tal-varjabbli kif ukoll il-format, il-miżuri ta’ sigurtà u ta’ kunfidenzjalità u l-proċedura għall-iskambju ta’ data kunfidenzjali, l-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni, il-kontenut u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tar-rapporti dwar il-kwalità u l-metadata, l-istandards għat-trażmissjoni ta’ data u ta’ metadata, u derogi relattivi mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
L-ebda |
|
Ivvaluta l-miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data Jekk jogħġbok elenka dawn il-miżuri |
F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament, il-metadata ta’ referenza u r-rapporti tal-kwalità se jkunu disponibbli biex jittejjeb il-fehim tal-istatistika Ewropea mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali; Tippromwovi l-użu tal-Istruttura Unika Integrata tal-Metadata (SIMS) u ta’ standards internazzjonali, bħall-Iskambju tad-Data u tal-Metadata tal-Istatistika (SDMX). |
L-ebda. |
|
Ivvaluta l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards tekniċi miftuħa maqbula b’mod komuni Jekk jogħġbok elenka dawn il-miżuri |
Tippromwovi l-użu ta’ standards u infrastruttura tal-istatistika jew tekniċi stabbiliti elaborati fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika sal-punt rilevanti għall-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali. |
L-ebda |
4.5 Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
|
Deskrizzjoni tal-miżura |
Referenza/i għar-rekwiżit(i) |
Rwol tal-Kummissjoni (jekk applikabbli) |
Atturi li għandhom jiġu involuti (jekk applikabbli) |
Skeda ta’ żmien mistennija (jekk applikabbli) |
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-lista ta’ varjabbli stabbilita fl-Anness |
Artikolu 5(3) |
Adozzjoni ta’ atti delegati |
Mhux applikabbli |
Mhi definita l-ebda skadenza. |
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-elementi tad-data li għandhom jiġu trażmessi, u d-definizzjonijiet tekniċi u s-simplifikazzjonijiet tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 5(4) |
Artikolu 5(4) |
Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
Il-Kummissjoni (il-Eurostat) Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika L-Istati Membri |
Mhi definita l-ebda skadenza. L-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni inizjali hija mistennija ftit wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
It-tnedija ta’ studji pilota li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, fuq bażi volontarja |
Artikolu 7 |
Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal rekwiżiti ġodda sinifikanti tad-data jew għal titjib fid-data koperta minn dan ir-Regolament |
L-Istati Membri |
Mhux applikabbli |
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni tad-data, għall-kontenut, u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tal-metadata ta’ referenza u r-rapporti tal-kwalità, kif ukoll għat-trażmissjoni tal-inventarji. |
Artikolu 6(5) |
Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni |
Il-Kummissjoni (il-Eurostat) Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika L-Istati Membri |
Mhi definita l-ebda skadenza. L-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni inizjali hija mistennija ftit wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-iżvilupp jew it-titjib ta’ proċessi, software u funzjonijiet ta’ appoġġ simili li għandhom l-għan li jipproduċu statistika ta’ kwalità aħjar jew li jnaqqsu l-piż amministrattiv u finanzjarju |
Artikolu 8 |
Għoti ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tar-Regolament |
L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fil-lista prevista fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 |
Mhux applikabbli |
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 11.3.2025
COM(2025) 100 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar l-istatistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali
ANNESS
Varjabbli li għandhom jiġu trażmessi għal statistika mhux finanzjarja dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali
(a)Permessi tal-bini (għadd ta’ abitazzjonijiet, erja tal-art li tista’ tintuża)
(b)Bidu tal-kostruzzjoni u tlestija tax-xogħol (erja tal-art li tista’ tintuża)
(c)Indiċijiet tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli kummerċjali
(d)Indiċijiet tal-kera tal-proprjetà immobbli kummerċjali
(e)Valur tat-tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli kummerċjali.