Brussell, 26.2.2025

COM(2025) 84 final

2025/0040(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2015/1017, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695 u (UE) 2021/1153 fir-rigward taż-żieda fl-effiċjenza tal-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2021/523 u fir-rigward tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar

{SWD(2025) 84 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tal-investiment f’teknoloġiji u setturi ewlenin biex fl-Unjoni jiġu xprunati t-tkabbir u l-kompetittività. Fil-Linji Gwida Politiċi tagħha għall-Kummissjoni 2024-2029, il-President tal-Kummissjoni von der Leyen iżżewweġ l-investiment mal-ambizzjoni li n-negozju jsir aktar faċli billi jonqsu l-piżijiet amministrattivi u l-obbligi tar-rappurtar. B’segwitu għal dawn it-tappi strateġiċi, f’Jannar 2025 il-Kummissjoni ppubblikat “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” 1 li tħabbar Patt għal Industrija Nadifa bil-għan li jiżgura li l-Unjoni tkun post attraenti għall-manifattura, u tippromwovi t-teknoloġiji nodfa u mudelli tan-negozju ċirkolari ġodda ħalli jintlaħqu l-objettivi maqbula tagħha tad-dekarbonizzazzjoni.

B’dan fl-isfond, il-programm InvestEU, l-akbar strument għall-kondiviżjoni tar-riskji tal-Unjoni li jappoġġa l-investimenti ta’ prijorità fl-Unjoni, kif indikat ukoll fir-rapport Draghi, irnexxielu jimmobilizza investimenti fejn il-fallimenti tas-suq ma jħalluhomx isiru. Bil-proviżjonament parzjali u l-effett multiplikatur tiegħu, InvestEU hu strument effiċjenti u għaqli mil-lat ta’ baġit li jindirizza bosta ħtiġijiet ta’ investimenti kbar f’oqsma ta’ prijorità billi jixpruna l-investiment pubbliku u privat. Dan hu partikolarment rilevanti meta l-finanzi pubbliċi jkunu limitati. Filwaqt li InvestEU hu maħsub għal firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika ewlenin, dan qed jixħet enfasi qawwija fuq l-investimenti li jistgħu jappoġġaw l-objettivi tal-Boxxla għall-Kompetittività, il-Patt għal Industrija Nadifa u l-innovazzjoni u t-tranżizzjoni diġitali, inkluż appoġġ lin-negozji ġodda u lin-negozji li qed jespandu. Fil-fatt, InvestEU hu strument versatili u jista’ jappoġġa attività tal-investiment f’oqsma ta’ politika differenti skont il-prijoritajiet evolventi u emerġenti tal-Unjoni.

L-evalwazzjoni interim tal-programm InvestEU, ippubblikata f’Settembru 2024 2 , tenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu modi kif tista’ tissaħħaħ il-kapaċità finanzjarja ta’ InvestEU fil-bqija tal-perjodu tal-programmazzjoni u li jonqsu l-piżijiet amministrattivi fuq il-partijiet ikkonċernati ewlenin. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni interim tirrakkomanda li għandha tkun żgurata l-kontinwità tal-prodotti finanzjarji offruti fis-suq u tkun evitata sitwazzjoni ta’ stop-and-go, għax din mhux biss toħloq distakk fl-appoġġ tant meħtieġ tal-Unjoni għall-prijoritajiet ta’ politika iżda wkoll iżżid il-kumplessità għall-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali.

Minn Ġunju 2024, InvestEU hu stmat li mmobilizza investimenti ta’ EUR 280 biljun, li EUR 201 biljun minnhom (kważi 70%) ġew mingħand is-settur privat. InvestEU għandu rwol ewlieni biex jingħelbu l-ostakli finanzjarji u biex jitqawwew l-investimenti meħtieġa għall-kompetittività, ir-riċerka u l-innovazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali. Kważi 45% tal-operazzjonijiet iffirmati f’InvestEU qed jappoġġaw l-objettiv klimatiku.

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, qed tiġi proposta emenda leġiżlattiva għar-Regolament InvestEU 3 ħalli ċerti riżorsi eżistenti jkunu jistgħu jintużaw b’mod aktar effiċjenti billi jiżdied id-daqs tal-garanzija tal-UE u l-proviżjonament tagħha, billi jintużaw rimborżi mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u minn strumenti ta’ legat 4 u billi l-portafoll InvestEU jingħaqad ma’ appoġġ mill-baġit tal-Unjoni permezz ta’ portafolli tal-FEIS u ta’ strumenti finanzjarji ta’ legat oħrajn (l-Istrument tad-Dejn tal-FNE u l-Faċilità tad-Dejn InnovFin), biex b’hekk fl-aħħar sentejn ta’ dan il-perjodu tal-programmazzjoni jkun jista’ jissokta l-appoġġ lin-negozji u lill-proġetti. Dawn il-kombinamenti potenzjalment inaqqsu d-dħul tal-baġit (fir-rigward tar-rimborżi jew tal-eċċessi mill-istrumenti ta’ legat). Iżda dawn jipprovdu wkoll gwadann sostanzjali fl-effiċjenza finanzjarja għax joħolqu l-possibbiltà ta’ volum akbar fil-kopertura tal-garanzija għal investimenti strateġiċi f’oqsma ta’ prijorità ewlenin tal-Unjoni li jwasslu għal investiment addizzjonali ta’ madwar EUR 25 biljun li jista’ jkun mistenni li jiġi mobilizzat u billi jwasslu għal diversifikazzjoni akbar tar-riskji mirfuda mill-istess proviżjonament. Dawn iwasslu wkoll għal simplifikazzjoni fir-rappurtar lill-BEI u lill-FEI, iżda hemm ċerta data speċifika li trid tingħata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ kontabbiltà.

Il-bidliet proposti mistennija jimmobilizzaw madwar EUR 50 biljun f’investiment pubbliku u privat addizzjonali. Iż-żieda fil-kapaċità ta’ InvestEU se tintuża l-aktar biex tiffinanzja attivitajiet b’riskju akbar li jappoġġaw il-politiki ta’ prijorità tal-Unjoni, bħal dawk deskritti fil-Boxxla għall-Kompetittività – li jkopru setturi tat-teknoloġija tant importanti fl-ekonomija ta’ għada, bħat-teknoloġiji tal-fruntieri diġitali –, il-Patt għal Industrija Nadifa, kif ukoll inizjattivi potenzjali ġodda f’oqsma ta’ prijorità bħall-politika industrijali tad-difiża, inkluż l-assi spazjali, attivitajiet b’użu doppju jew il-mobbiltà militari. Din iż-żieda fil-kapaċità tal-investiment fl-erba’ kompartimenti se tikkontribwixxi għall-Unjoni tal-Ħiliet u l-Impjiegi ta’ Kwalità. B’mod aktar speċifiku, il-kapaċità inkrementali tista’ tintuża biex tappoġġa l-ekwità u l-kważi ekwità fi proġetti innovattivi u riskjużi ħafna, id-dejn b’riskju akbar bħal ċerti forom ta’ dejn subordinat, l-istrumenti ta’ garanzija, u strumenti oħra li jappoġġaw it-tkabbir tal-kumpaniji innovattivi f’sinerġija mal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, kif ukoll prodotti ta’ garanzija maħsuba għall-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, it-teknoloġiji u l-infrastrutturi diġitali, it-tranżizzjoni ekoloġika ta’ kumpaniji iżgħar, l-investimenti soċjali u l-ħiliet, u l-investimenti f’fondi li jappoġġaw in-negozji ġodda u li qed jespandu tat-teknoloġiji nodfa u tat-teknoloġija profonda, u d-dekarbonizzazzjoni tal-kumpaniji. It-taħlita preċiża tal-prodotti, it-taħlita ta’ politiki u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riskju se jiġu żviluppati u maqbula bejn il-Kummissjoni u s-sħab ta’ implimentazzjoni ta’ InvestEU, u jiġu riflessi kif xieraq fil-ftehimiet ta’ garanzija ta’ InvestEU b’rabta ma’ ċerti sfidi attwali u prijoritajiet ta’ politika.

Qed jiġi propost li jissaħħu l-possibbiltajiet fil-kompartiment tal-Istat Membru biex l-Istati Membri jużaw fondi b’ġestjoni kondiviża, mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jew minn fondi baġitarji nazzjonali oħra, ħalli jkunu jistgħu jikkontribwixxu wkoll permezz ta’ strument finanzjarju, apparti l-alternattiva eżistenti li jikkontribwixxu għall-garanzija tal-UE.

Jeħtieġ jiġi ssimplifikat ir-rappurtar għal InvestEU, il-FEIS u l-istrumenti finanzjarji ta’ legat fi programmi ta’ appoġġ għall-investiment, ħalli jonqos il-piż tar-rappurtar għas-sħab ta’ implimentazzjoni, għall-intermedjarji finanzjarji u għar-riċevituri finali. Il-proposta tikkontribwixxi biex jitwettqu l-impenji tal-Kummissjoni li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u l-obbligi tar-rappurtar bi mqar 25% għan-negozji kollha u 35% għall-intrapriżi żgħar u medji. Din mistennija tiġġenera bosta benefiċċji sinifikanti, b’effetti konsegwenzjali fuq l-atturi differenti (is-sħab ta’ implimentazzjoni, l-intermedjarji finanzjarji, ir-riċevituri finali) minħabba l-istruttura b’diversi livelli ta’ InvestEU.

Fi ftit kliem, b’appoġġ għall-Boxxla għall-Kompetittività u l-Patt għal Industrija Nadifa u bħala kontribut għat-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, il-ħiliet u l-impjiegi ta’ kwalità fl-Unjoni, l-emendi proposti fir-Regolament InvestEU għandhom l-għan li: i) iżidu d-daqs u l-effiċjenza tal-garanzija tal-UE; ii) iżidu l-attraenza tal-kompartiment tal-Istat Membru ta’ InvestEU; u iii) jissimplifikaw il-piż amministrattiv ikkawżat b’mod partikolari mir-rekwiżiti tar-rappurtar.

B’mod aktar speċifiku, il-proposta għandha tipprovdi:

Żieda ta’ EUR 2.5 biljun fil-garanzija tal-UE tul il-perjodu tal-finanzjament attwali, bir-riżorsi baġitarji korrispondenti meħtieġa għall-proviżjonament li jirriżultaw mill-eċċessi tal-FEIS u mir-rimborżi minn strumenti ta’ legat oħrajn li jsiru disponibbli fl-2025, fl-2026 u fl-2027. Din iż-żieda fil-garanzija tal-UE se tappoġġa l-mobilizzazzjoni ta’ madwar EUR 25 biljun f’investiment privat u pubbliku addizzjonali.

Jittejbu l-possibbiltajiet ta’ kombinamenti tal-appoġġ disponibbli mill-baġit tal-Unjoni bi tliet programmi ta’ legat (il-FEIS, l-Istrument tad-Dejn tal-FNE u l-Faċilità tad-Dejn InnovFin) mal-Fond InvestEU, ħalli tiżdied l-effiċjenza tal-Fond InvestEU u titħeġġeġ il-mobilizzazzjoni ta’ madwar EUR 25 biljun f’investimenti addizzjonali.

L-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jikkontribwixxu b’finanzjamenti sħaħ għal strument finanzjarju. Din hija, b’mod partikolari, żieda importanti fil-prodotti tal-ekwità ffinanzjati u fil-prodotti tad-dejn li jistgħu jintużaw f’muniti oħra, għajr l-euro, mingħajr ma l-baġit tal-Unjoni jiġi espost għal riskju tal-munita. Filwaqt li f’dan l-istadju l-proposta qed ssir b’InvestEU u tista’ tintuża għall-fondi nazzjonali f’konformità mal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza, diment li jkunu jistgħu jiġu ffinalizzati l-passi kollha meħtieġa qabel Awwissu 2026, u għal fondi baġitarji nazzjonali oħra, l-applikazzjoni ta’ din il-possibbiltà għall-fondi b’ġestjoni kondiviża tkun teħtieġ bidliet sussegwenti limitati fir-regoli speċifiċi għas-settur, u għalhekk ma tkunx disponibbli minnufih għal dawk il-fondi.

Simplifikazzjoni tar-rappurtar, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Dawn is-simplifikazzjonijiet mistennija jiffrankaw madwar EUR 350 miljun.

Il-gwadannji fl-effiċjenza u s-simplifikazzjonijiet se jinkisbu wkoll b’miżuri mhux leġiżlattivi. Dawn il-miżuri jinkludu l-possibbiltà li s-sħab ta’ implimentazzjoni jkunu jistgħu jistrieħu fuq dikjarazzjonijiet tal-ġestjoni li jkopru aktar minn programm wieħed tal-Unjoni li jkunu qed jimplimentaw, inkluż InvestEU, filwaqt li f’dan il-kuntest il-Kummissjoni tista’ tistrieħ ukoll fuq livell ekwivalenti ta’ assigurazzjoni b’mezzi indipendenti oħra, apparti opinjoni tal-awditjar, jew il-possibbiltà li waqt l-għażla tal-intermedjarji finanzjarji, is-sħab ta’ implimentazzjoni jkunu jistgħu jistrieħu fuq ir-regoli u l-proċeduri tagħhom stess ivvalutati b’mod pożittiv skont il-pilastru. B’mod paralleli, il-Kummissjoni qed tinvolvi ruħha mas-sħab ta’ implimentazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ għall-investiment ta’ legat biex, meta ma jkunx hemm bżonn emenda leġiżlattiva, tnaqqas il-piż tar-rappurtar b’simplifikazzjonijiet kuntrattwali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tesplora aktar opportunitajiet ta’ simplifikazzjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar il-programmi ta’ appoġġ finanzjarju ta’ legat, sa fejn ir-rekwiżiti tar-rappurtar ikunu ġew stabbiliti fiha, u beħsiebha tippreżenta aktar miżuri ta’ simplifikazzjoni leġiżlattiva, kif xieraq. F’dak il-kuntest jistgħu jiġu ffrankati aktar kostijiet.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija konsistenti mal-objettivi ta’ politika eżistenti fl-oqsma ta’ politika tal-investiment, l-industrija u t-tkabbir ekonomiku, inkluż dawk l-aktar riċenti. Il-programm InvestEU hu konsistenti mal-istrateġiji tal-Unjoni dwar l-ekonomija sostenibbli u l-politika industrijali. Għandu l-għan li jippromwovi l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u l-iżvilupp ta’ industriji u teknoloġiji ewlenin u hu komponent ewlieni tal-politika ta’ investiment tal-Unjoni kif ippreżentata fil-Boxxla għall-Kompetittività u l-Patt għal Industrija Nadifa. Il-proposta għandha wkoll tkompli trawwem l-iżvilupp ta’ ekosistemi tal-nvestiment u l-emerġenza ta’ soluzzjonijiet tal-inanzjament ibbażati fuq is-suq b’appoġġ għall-kompetittività Ewropea.

B’segwitu għall-proposta tal-Kummissjoni COM/2023/593 5 u f’konformità mal-Linji Gwida Politiċi tal-President tal-Kummissjoni 6 , l-emendi proposti tas-simplifikazzjoni għandhom l-għan li jkomplu jtejbu l-effettività u l-effiċjenza tal-programmi kkonċernati, u b’hekk jikkontribwixxu fl-issodisfar tal-impenji tal-Kummissjoni li tnaqqas il-piż amministrattiv bi mqar 25% għan-negozji kollha u 35% għall-intrapriżi żgħar u medji.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija allinjata mal-objettiv ġenerali tal-Unjoni li tippromwovi t-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, u l-ħolqien tal-impjiegi, kif deskritt fit-Trattati. Filwaqt li tappoġġa l-objettivi tal-Patt għal Industrija Nadifa li jkollna manifatturi kompetittivi li jixprunaw id-dekarbonizzazzjoni bl-innovazzjoni, il-proposta hi konsistenti wkoll mal-qafas ambizzjuż tal-Ewropa li ssir ekonomija dekarbonizzata sal-2050 u l-mira intermedja ta’ 90% għall-2040.

Filwaqt li tgħin biex jonqsu r-riskji tal-investimenti privati u tgħin bl-appoġġ permezz tas-sistema finanzjarja (pubblika u privata) tal-Unjoni, il-proposta hi konsistenti wkoll mal-objettivi tal-Unjoni Ewropea tat-Tfaddil u tal-Investimenti biex it-tfaddil jintrabat mal-aktar investiment produttiv, b’enfasi fuq l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni, fosthom l-innovazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni, it-teknoloġiji diġitali u d-difiża.

L-emendi proposti se jkomplu jtejbu l-impatt f’dawn l-oqsma.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

L-istess bażi legali (l-Artikolu 173 (L-Industrija) u l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, (Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)) qed tintuża għal din il-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament InvestEU minn dik li ntużat għall-verżjoni fis-seħħ.

L-emendi f’Regolamenti oħra huma daqstant ieħor imsejsa fuq il-bażijiet legali rilevanti oriġinali tagħhom, jiġifieri: i) l-Artikoli 172 u 173, l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, u l-Artikolu 182(1) għar-Regolament dwar l-FEIS; ii) l-Artikoli 172 u 194 għar-Regolament dwar l-FNE; u iii) l-Artikoli 173(3), 182(1), 183 u 188, it-tieni paragrafu, għar-Regolament dwar Orizzont Ewropa.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

L-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant jistgħu jintlaħqu aħjar mill-Unjoni.

L-effett multiplikatur u l-impatt fil-prattika se jkunu ferm iżjed minn dawk li jistgħu jinkisbu mill-programmi tal-investiment fl-Istati Membri individwali. L-emendi jappoġġaw il-politika industrijali tal-Unjoni f’konformità mal-Komunikazzjoni dwar il-Boxxla għall-Kompetittività. Is-Suq Uniku tal-Unjoni jipprevedi żieda fl-attraenza għall-investituri u diversifikazzjoni aħjar tar-riskji fis-setturi u l-ġeografiji kollha.

Bit-tisħiħ tal-kompartiment tal-Istat Membru jkunu jistgħu jissewwew ċerti fallimenti tas-suq speċifiċi għall-pajjiżi u d-distakki fl-investiment, u jintużaw prodotti finanzjarji mfassla fil-livell ċentrali li jipprovdu kanal tad-distribuzzjoni ttestjat u li jiffunzjona tajjeb għall-użu tal-fondi baġitarji filwaqt li jingranaw il-finanzjament tas-settur privat. B’mod partikolari, dan jgħin lill-Istati Membri jidderieġu l-appoġġ finanzjarju lejn l-investimenti skont il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza, diment li l-passi kollha meħtieġa jkunu jistgħu jiġu ffinalizzati qabel Awwissu 2026, u b’hekk titħaffef ukoll l-implimentazzjoni tagħhom.

Proporzjonalità

Ir-rapport Draghi jappella għal iżjed appoġġ għall-investiment biex jonqos id-distakk fl-investiment, u jagħraf li InvestEU hu l-istrument ewlieni għall-kondiviżjoni tar-riskji li għandu jintuża.

Intervent fil-livell tal-Unjoni jiżgura li tkun tista’ tiġi ingranata massa kritika ta’ riżorsi biex jiġi massimizzat l-impatt tal-investiment fil-prattika. Il-proposta ssaħħaħ il-garanzija eżistenti tal-UE li ppermettiet l-appoġġ ta’ soluzzjonijiet tal-finanzjament innovattivi li jattiraw ukoll il-finanzjament privat b’appoġġ għall-politiki ewlenin tal-Unjoni. Ma tiħux post l-investimenti tal-Istati Membri iżda – għall-kuntrarju – tikkumplimenta dawk l-investimenti. Il-livell tal-Unjoni jipprevedi ekonomiji ta’ skala fl-użu tal-prodotti finanzjarji innovattivi billi jikkatalizza l-investiment privat fl-Unjoni kollha, u juża bl-aħjar mod l-istituzzjonijiet Ewropej u l-għarfien espert tagħhom għal dak l-għan.

L-intervent fil-livell tal-Unjoni hu l-unika għodda biex jiġu indirizzati b’mod effettiv il-ħtiġijiet tal-investiment marbuta mal-objettivi ta’ politika għall-Unjoni kollha.

Ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi segwiti.

Għażla tal-istrument

L-objettivi segwiti jeħtieġu l-emendar tar-Regolament InvestEU, tar-Regolament dwar il-FEIS, tar-Regolament dwar l-FNE u tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa attwali bi proposta leġiżlattiva.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni interim ta’ InvestEU 7 għarfet is-suċċessi notevoli miksuba u l-potenzjal li InvestEU jħalli impatt ferm akbar, filwaqt li rreferiet għall-fatt li l-baġit mhux adegwat meta mqabbel mad-domanda qawwija u l-ħtiġijiet sinifikanti tal-investiment.

Din ikkonkludiet li l-garanzija InvestEU għandha addizzjonalità ewlenija li tippermetti lis-sħab ta’ implimentazzjoni jinvolvu ruħhom ma’ kontropartijiet b’riskju akbar, jintroduċu prodotti jew kundizzjonijiet finanzjarji aktar riskjużi, u jiffinanzjaw attivitajiet b’riskju intrinsikament akbar. L-evalwazzjoni interim irrikonoxxiet ukoll l-effett ta’ inklużjoni sinifikattiv ta’ InvestEU. Abbażi tal-operazzjonijiet approvati fl-aħħar ta’ Ġunju 2024, il-Fond InvestEU hu stmat li jimmobilizza madwar EUR 280 biljun f’investiment addizzjonali, b’EUR 201 biljun (71%) jiġu mingħand sorsi privati. Barra minn hekk, InvestEU – bħala garanzija baġitarja – tqies bħala mod intrinsikament effiċjenti kif jintuża u jiġi ingranat il-baġit tal-Unjoni.

Fl-istess ħin, l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-baġit attwali ma kienx adegwat meta mqabbel mad-domanda qawwija u l-ħtiġijiet tal-investiment sinifikanti, u ssuġġeriet li jiġu kkunsidrati modi li jsaħħu l-kapaċità finanzjarja ta’ InvestEU fil-perjodu tal-programmazzjoni li fadal.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Saru konsultazzjonijiet estensivi fil-kuntest tal-evalwazzjoni interim ta’ InvestEU, b’intervisti ma’ madwar 150 parti kkonċernata ewlenija, rispons dwar l-istħarriġ mill-promoturi tal-proġetti, analiżijiet dettaljati profondi, studji tal-każijiet tematiċi, u parteċipazzjoni f’avvenimenti rilevanti. Filwaqt li, pereżempju, il-partijiet ikkonċernati faħħru l-addizzjonalità tal-programm, diversi partijiet ikkonċernati indikaw li l-baġit ta’ InvestEU kien limitat wisq biex jipprovdi appoġġ sostenibbli lill-benefiċjarji fil-mira, u f’ħafna mill-każijiet il-baġit kien diġà kważi eżawrit. Barra minn hekk, ħafna mis-sħab ta’ implimentazzjoni enfasizzaw in-natura eżiġenti tar-rekwiżiti tar-rappurtar, li jsibuhom peżanti minħabba l-frekwenza u l-kumplessità tagħhom, u rrakkomandaw aktar simplifikazzjoni fil-proċeduri tar-rappurtar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinsab f’kuntatt regolari mal-Grupp tal-BEI u ma’ sħab ta’ implimentazzjoni u intermedjarji finanzjarji oħra ta’ InvestEU li esprimew diffikultajiet simili b’mod bilaterali u anki b’korrispondenza mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Investituri fit-Tul (ELTI), li tirrappreżenta 13 mis-17-il sieħeb ta’ implimentazzjoni.

Il-proposta leġiżlattiva tindirizza l-ħtieġa ta’ kapaċità ta’ garanzija addizzjonali kif ukoll ta’ simplifikazzjonijiet mil-lat ta’ rappurtar.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Fl-2024 saret evalwazzjoni interim indipendenti esterna 8 f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament InvestEU. Ara l-messaġġi ewlenin miksuba mill-evalwazzjoni interim rilevanti għal din il-proposta fis-subintestatura “Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti” hawn fuq.

Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta ma toħloqx strument ġdid. Il-proposta hija bbażata fuq il-valutazzjonijiet tal-impatt li saru fil-kuntest tal-proposta oriġinali għar-Regolament InvestEU dwar il-benefiċċji ta’ strument ta’ garanzija baġitarja u dwar l-evalwazzjoni interim imwettqa fl-2024, li wrew l-użu u l-effiċjenza baġitarja ta’ InvestEU. Il-ħtiġijiet tal-investiment li InvestEU tfassal biex jindirizza jisbqu bil-bosta l-finanzjament disponibbli fil-programm attwali.

Ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt addizzjonali għall-proposta ta’ emenda li tibni fuq l-istess struttura ta’ kondiviżjoni tar-riskju li diġà qed tiġi implimentata b’suċċess u li tista’ tipprovdi appoġġ għall-investiment f’diversi setturi f’konformità mal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, inkluż dawk li qed jevolvu u dawk emerġenti.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta tirrifletti l-eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni ġenerali li twettaq il-Kummissjoni. Din għandha l-għan li ttaffi l-piż amministrattiv għar-riċevituri finali tal-appoġġ għall-investiment, għall-intermedjarji finanzjarji u għas-sħab ta’ implimentazzjoni billi: i) tnaqqas il-frekwenza tar-rappurtar; (ii) tneħħi r-rekwiżit impost fuq is-sħab ta’ implimentazzjoni li jipproduċu rapport kull sena dwar l-ostakli għall-investiment; iii) tnaqqas l-għadd ta’ elementi li jridu jiġu rrapportati fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet żgħar; iv) taġġusta l-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ SME. B’mod partikolari, il-punti iii) u iv) se jeżentaw lin-negozji żgħar u b’hekk inaqqsulhom il-kostijiet. It-tnaqqis fil-kostijiet li jirriżulta għandu jkollu impatt pożittiv fuq il-kompetittività.

Mhu qed jiġi propost l-ebda element addizzjonali tar-rappurtar. Il-Kummissjoni diġà stabbiliet għodda diġitali (is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Ġestjoni ta’ InvestEU) li s-sħab ta’ implimentazzjoni jużaw meta jippreżentaw id-data operazzjonali, finanzjarja u relatata mar-riskju lill-Kummissjoni.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha ebda impatt sinifikanti fuq il-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Qed jiġi propost li l-garanzija tal-UE b’InvestEU tiżdied bi EUR 2.5 biljun li mistennija jimmobilizzaw investiment addizzjonali ta’ madwar EUR 25 biljun. Dan ikun jeħtieġ proviżjonament addizzjonali ta’ EUR 1 biljun. Ir-riżorsi għall-proviżjonament jiġu minn rimborżi minn strumenti finanzjarji ta’ legat elenkati fl-Anness IV tar-Regolament InvestEU, mill-FEIS, minn InvestEU nnifsu u minn aċċessi fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni relatati mal-kompartiment tal-FEIS. L-ammont tar-rimborżi mill-eċċessi tal-FEIS u minn strumenti finanzjarji ta’ legat għall-perjodu 2025-2027 mistenni jaqbeż iż-EUR 2 biljun.

Il-kombinamenti msaħħa mistennija jimmobilizzaw madwar EUR 25 biljun oħra ta’ investiment. L-impatt finanzjarju ta’ dawn il-kombinamenti jimplika dħul baġitarju mdewwem u potenzjalment imnaqqas (fir-rigward tar-rimborżi minn strumenti finanzjarji ta’ legat) u eċċessi mill-proviżjonament tal-FEIS.

Mhu jintalab l-ebda baġit addizzjonali għall-kostijiet tal-persunal jew amministrattivi.

Hija inkluża dikjarazzjoni finanzjarja u diġitali leġiżlattiva b’aktar informazzjoni baġitarja.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-Fond InvestEU (il-garanzija tal-UE) hu implimentat b’ġestjoni indiretta. Il-Kummissjoni bħalissa diġà għandha fis-seħħ network ta’ 17-il sieħeb ta’ implimentazzjoni, li wara l-aħħar sejħa għal espressjoni ta’ interess mistenni jiżdied għal 24 sieħeb ta’ implimentazzjoni li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-proposta madwar l-Unjoni kollha.

L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar diġà fis-seħħ se jibqgħu, ħlief dawk ir-rekwiżiti tar-rappurtar li se jitnaqqsu jew jitneħħew minħabba s-simplifikazzjoni spjegata taħt is-subintestatura “idoneità regolatorja u simplifikazzjoni” hawn fuq.

Il-prestazzjoni se titkejjel skont l-indikaturi stabbiliti fir-Regolament InvestEU u fil-ftehimiet ta’ garanzija mas-sħab ta’ implimentazzjoni biex jipprovdu rappurtar armonizzat.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi huma spjegati b’referenza għal kull Regolament li qed jiġi propost li jiġi emendat.

Ir-Regolament InvestEU (l-Artikolu 1)

Hu propost li l-garanzija tal-UE proposta li tiżdied għal EUR 28 652 310 073 bi prezzijiet attwali (żieda ta’ EUR 2 500 000 000). Minħabba f’hekk, il-75% tal-garanzija tal-UE allokata lill-Grupp tal-BEI se tammonta għal EUR 21 489 232 555, u qed jiġi propost li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Grupp tal-BEI tiżdied proporzjonalment għal EUR 5 372 308 139.

Id-distribuzzjoni indikattiva tal-garanzija tal-UE bejn l-erba’ twieqi ta’ politika stabbiliti fl-Anness I tiżdied b’mod proporzjonat maż-żieda tal-garanzija tal-UE. Dan hu mingħajr preġudizzju għall-inizjattivi li jistgħu jittieħdu fix-xhur li ġejjin biex jiġu ssodisfati ħtiġijiet finanzjarji konvinċenti u urġenti f’oqsma ta’ prijorità bħall-politika industrijali tad-difiża, inkluż l-assi spazjali, l-attivitajiet b’użu doppju jew il-mobbiltà militari.

Ir-rata ta’ proviżjonament ta’ 40% se tibqa’.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet relatati ma’ kombinamenti tal-FEIS u żewġ strumenti ta’ legat ma’ InvestEU biex tittejjeb l-effiċjenza tal-programm ġew aġġustati biex ikunu jistgħu jsiru l-aktar kombinamenti effettivi.

Hu propost li fil-kompartiment tal-Istat Membru jiġi inkluż strument finanzjarju InvestEU biex l-użu ta’ ċerti prodotti finanzjarji (b’mod partikolari għall-investimenti tal-ekwità) f’dak il-kompartiment isir aktar effiċjenti u b’hekk tiżdied il-versatilità tagħhom. Barra minn hekk, l-istrument finanzjarju InvestEU jista’ jintuża mis-sieħeb ta’ implimentazzjoni f’muniti oħra għajr l-euro, u b’hekk ikompli jżid l-effiċjenza u l-versatilità, l-aktar għall-ġid tal-Istati Membri kontribwenti li l-munita tagħhom mhix l-euro.

L-introduzzjoni tal-istrument finanzjarju InvestEU mar-Regolament wasslet għal bosta bidliet konsegwenzjali fid-definizzjonijiet ta’ ċerti termini u fl-Artikoli, li qabel kienu jirreferu biss għall-garanzija tal-UE. Qed jiġi propost li l-istrument finanzjarju InvestEU jimxi, b’mod ġenerali, bl-istess regoli bħall-garanzija tal-UE, sa fejn ikun applikabbli u xieraq. Għall-finijiet ta’ ċarezza, ir-referenza għall-istrument finanzjarju InvestEU normalment tiżdied b’mod espliċitu mal-Artikoli rilevanti, filwaqt li l-kontroreferenzi jintużaw biss f’dispożizzjonijiet limitati, meta ġustifikabbli. F’dan il-kuntest, saru aġġustamenti oħra żgħar ħafna fid-dispożizzjonijiet dwar il-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-Istat Membru, b’rabta mal-kontenut tal-ftehim ta’ garanzija li jimplimenta ftehim ta’ kontribuzzjoni.

F’termini ta’ simplifikazzjoni, qed tiġi proposta definizzjoni riveduta ta’ SMEs u għall-operazzjonijiet ta’ skala żgħira li ma jaqbżux il-EUR 100 000, li r-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Anness III jittaffew bi tnaqqis fl-għadd tal-indikaturi li s-sħab ta’ implimentazzjoni jridu jirrapportaw dwarhom, u dan se jħalli impatt pożittiv ukoll fuq l-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali. L-għan hu li r-rekwiżiti jsiru aktar proporzjonati filwaqt li ma jixxekklux l-objettivi tal-programm InvestEU. Bħala miżura ta’ simplifikazzjoni aktar ġenerali, il-frekwenza tar-rappurtar fil-FEIS mill-BEI lill-Kummissjoni qed titnaqqas għal kull sena minn kull sitt xhur 9 u r-rappurtar dwar l-ostakli għall-investiment m’għadux obbligatorju għas-sħab ta’ implimentazzjoni. 

Barra minn hekk, għadd ta’ dispożizzjonijiet qed jiġu aġġornati teknikament biex ikunu jirreferu eżattament għal-leġiżlazzjoni attwali fil-każijiet fejn l-adozzjoni ta’ dawk l-atti leġiżlattivi kien għadha pendenti fil-mument tal-adozzjoni tar-Regolament InvestEU.

Ir-Regolament tal-FEIS (l-Artikolu 2)

Biex l-aġġustamenti li saru fir-Regolament InvestEU jiġu riflessi għall-kombinamenti, saru wkoll aġġustamenti fir-Regolament tal-FEIS.

Mil-lat ta’ simplifikazzjoni, il-frekwenza tar-rappurtar tas-sħab ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni qed titnaqqas għal kull sena minn kull sitt xhur, u jitneħħa r-rappurtar dwar l-ostakli għall-investiment għax issa spiċċa l-perjodu tal-investiment mill-FEIS. Għall-istess raġuni waqfu żewġ tipi ta’ rappurtar.

Ir-Regolament tal-FNE (l-Artikolu 3), ir-Regolament ta’ Orizzont Ewropa (l-Artikolu 4)

L-emendi f’dawn iż-żewġ Regolamenti għandhom l-għan biex ikunu jistgħu jsiru kombinamenti tal-appoġġ ta’ dawn l-istrumenti mal-garanzija tal-UE bil-Fond InvestEU kif previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament InvestEU.

Dħul fis-seħħ (Artikolu 5)

Qed jiġi propost li r-Regolament emendatorju jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni biex jippermetti implimentazzjoni malajr.

2025/0040 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2015/1017, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695 u (UE) 2021/1153 fir-rigward taż-żieda fl-effiċjenza tal-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2021/523 u fir-rigward tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 u l-Artikolu 173, l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, l-Artikolu 182(1), l-Artikolu 188, it-tieni paragrafu, l-Artikolu 183 u l-Artikolu 194 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 10 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 11 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Unjoni qed tiffaċċja ħtiġijiet ta’ finanzjament kbar ħafna biex twettaq l-objettivi tagħha fl-oqsma tal-innovazzjoni, tat-tranżizzjoni nadifa u diġitali, u tal-investiment soċjali u l-ħiliet, filwaqt li jeħtieġ li jiġi indirizzat sfond kumpless li jaffettwa l-kompetittività u l-bażi industrijali tal-Unjoni kkaratterizzati minn dinamika globali li qed tinbidel, tkabbir ekonomiku bil-mod, tibdil fil-klima aċċellerat u degradazzjoni ambjentali, kompetizzjoni teknoloġika u tensjonijiet ġeopolitiċi li qed jiżdiedu.

(2)Ir-rapport Draghi jivvaluta li l-ħtiġijiet ta’ investimenti addizzjonali kkombinati fl-Ewropa huma ta’ EUR 750-800 biljun fis-sena sal-2030. Dan jinkludi ammont sostanzjali għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. Hu kruċjali li jkun żgurat investiment pubbliku u privat suffiċjenti ħalli tingħata spinta lit-tkabbir tal-produttività u jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni, jiġu ingranati l-investimenti privati bl-objettiv li tiġi dekarbonizzata l-industrija, jitħaffu l-proċessi tal-ġenerazzjoni, il-ħżin u l-użu tal-enerġija nadifa u l-elettrifikazzjoni, jissaħħu l-interkonnessjonijiet u l-grilji, javvanzaw il-mudelli tan-negozju sostenibbli u ċirkolari, titrawwem ir-rinovazzjoni tal-bini, tissawwar il-manifattura tat-teknoloġija nadifa u tat-teknoloġiji diġitali, u li dawn jixterdu fis-setturi ekonomiċi kollha.

(3)Il-Fond InvestEU hu l-għodda ewlenija fil-livell tal-UE biex il-finanzjament pubbliku u privat jiġi ingranat biex jappoġġa firxa wiesgħa ta’ prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni. Permezz tan-network komprensiv tiegħu tas-sħab ta’ implimentazzjoni, fosthom il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra u banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, il-Fond InvestEU qed jipprovdi l-finanzjament tant meħtieġ permezz tal-kapaċità tiegħu ta’ kondiviżjoni tar-riskju. L-evalwazzjoni interim ta’ InvestEU enfasizzat li l-garanziji baġitarji huma intrinsikament effiċjenti għall-baġit tal-UE u kkonfermat li l-programm qiegħed fit-triq it-tajba biex jimmobilizza l-investiment, b’impatt mistenni notevoli fuq l-ekonomija reali. Iżda l-approvazzjonijiet tal-operazzjoni ta’ finanzjament u ta’ investiment b’InvestEU ġraw ħafna minnhom fil-bidu nett, u għalhekk, jekk ma tittiħidx azzjoni li ssewwi l-kwistjoni, jaf jiefqu ċerti approvazzjonijiet ġodda għal xi prodotti finanzjarji ta’ wara l-2025.

(4)Il-kapaċità finanzjarja tal-Fond InvestEU jenħtieġ li tiżdied u tintuża ferm aktar effiċjenti flimkien mar-riżorsi li se jsiru disponibbli mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u minn strumenti ta’ legat oħra (l-Istrument tad-Dejn tal-FNE u l-Faċilità tad-Dejn InnovFin) implimentati mill-Grupp tal-BEI. Dawn il-kombinamenti potenzjalment inaqqsu d-dħul tal-baġit minn strumenti ta’ legat. Iżda dawn joħolqu l-possibbiltà li tinħoloq kopertura akbar tal-garanzija għal investimenti strateġiċi fl-oqsma ta’ prijorità ewlenin tal-Unjoni, biex isir investiment addizzjonali ta’ madwar EUR 25 biljun li jista’ jkun mistenni li jiġi mobilizzat, u billi tiżdied id-diversifikazzjoni tar-riskji u b’hekk ma jiżdidux sostanzjalment ir-riskji għall-baġit tal-Unjoni.

(5)Biż-żieda ta’ EUR 2.5 biljun fil-garanzija tal-UE mirfuda minn rimborżi addizzjonali ta’ EUR 1 biljun, u l-miżuri tal-effiċjenza implimentati bil-kombinament tal-kapaċitajiet tal-istrumenti ta’ legat mal-Fond InvestEU, mistennija jkunu jistgħu jiġu mobilizzati madwar EUR 50 biljun f’investiment addizzjonali. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Grupp tal-BEI jenħtieġ li tiġi aġġustata proporzjonalment għas-sehem taż-żieda fil-garanzija tal-UE allokata lilhom.

(6)Biex tissaħħaħ l-attraenza tal-kompartiment tal-Istat Membru mill-Fond InvestEU, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll b’finanzjamenti sħaħ permezz ta’ strument finanzjarju ta’ InvestEU flimkien mal-alternattiva eżistenti li jikkontribwixxu għall-garanzija tal-UE. L-appoġġ mill-istrument finanzjarju InvestEU jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, jiġi implimentat skont l-istess prinċipji bħal dawk tal-garanzija tal-UE. Permezz tal-istrument finanzjarju InvestEU, l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jistgħu jibbenefikaw finanzjarjament mill-programm InvestEU b’mod aktar effiċjenti fil-munita tagħhom stess.

(7)F’konformità ma’ objettiv ġenerali tas-simplifikazzjoni, biex jittaffa l-piż amministrattiv għar-riċevituri finali, l-intermedjarji finanzjarji u s-sħab ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti tar-rappurtar, inkluż dawk relatati mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u tal-monitoraġġ, jenħtieġ li jitnaqqsu, meta xieraq, b’mod partikolari dawk li jaffettwaw lin-negozji żgħar u l-operazzjonijiet ta’ skala żgħira. L-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ SME jenħtieġ li tiġi aġġustata biex jitneħħew il-kumplessitajiet sa fejn ikun possibbli. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u lill-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament.

(8)Il-frekwenza u l-ambitu tar-rapporti jenħtieġ li jitnaqqsu wkoll għall-programm InvestEU u l-predeċessur tiegħu, il-programm tal-FEIS.

(9)Għall-kontabbiltà tal-Kummissjoni, is-sħab ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jipprevedu kombinamenti ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati f’konformità mal-Artikolu 212(4) tar-Regolament Finanzjarju, li jiddelinjaw b’mod ċar l-ammonti relatati mal-bażi legali differenti.

(10)Ir-Regolamenti (UE) 2015/1017, (UE) 2021/695 u (UE) 2021/1153 jenħtieġ li jiġu emendati biex jippermettu kombinamenti ta’ appoġġ skont dawk ir-Regolamenti u l-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament.

(11)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq speċifiċi għall-Unjoni kollha u għall-Istati Membri u d-distakk fl-investiment fl-Unjoni, li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-Unjoni, li jissaħħu l-kompetittività u l-bażi industrijali tagħha, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/523 [ir-Regolament InvestEU]

Ir-Regolament (UE) 2021/523 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond InvestEU, li għandu jipprevedi garanzija tal-UE u strument finanzjarju InvestEU biex jappoġġaw operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment imwettqa mis-sħab ta’ implimentazzjoni li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politiki interni tal-Unjoni.”;

(2)L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punti (3), (4) u (5) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(3) “tieqa ta’ politika” tfisser qasam immirat għall-appoġġ mill-garanzija tal-UE jew mill-istrument finanzjarju InvestEU kif stabbilit fl-Artikolu 8(1);

(4) “kompartiment” tfisser parti mill-appoġġ ipprovdut mill-Fond InvestEU definita mil-lat tal-oriġini tar-riżorsi li jappoġġawha;

(5) “operazzjoni ta’ taħlit” tfisser, fil-kompartiment tal-UE, operazzjoni appoġġata mill-baġit tal-Unjoni li tikkombina forom ta’ appoġġ li mhumiex ripagabbli, forom ta’ appoġġ ripagabbli, jew it-tnejn li huma, mill-baġit tal-Unjoni ma’ forom ta’ appoġġ ripagabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet tal-finanzjament pubbliċi oħra, jew mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri; għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, programmi tal-Unjoni ffinanzjati minn sorsi oħra minbarra l-baġit tal-Unjoni, bħal pereżempju l-Fond tal-Innovazzjoni tal-UE ETS, jista’ jiġi assimilat ma’ programmi tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;”;

(b)il-punt (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(8) “ftehim ta’ kontribuzzjoni” tfisser strument legali li bih il-Kummissjoni u Stat Membru wieħed jew aktar jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni fil-kompartiment tal-Istat Membru, kif stabbilit fl-Artikoli 10 u 10a, rispettivament;”;

(c)il-punti (10) u (11) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(10) “operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment” jew ‘operazzjonijiet ta’ finanzjament jew ta’ investiment’ tfisser operazzjonijiet li jipprovdu finanzi b’mod dirett jew indirett lil riċevituri finali permezz ta’ prodotti finanzjarji:

(a)fil-kuntest tal-garanzija tal-UE, imwettqa minn sieħeb ta’ implimentazzjoni f’ismu stess, ipprovdut mis-sieħeb ta’ implimentazzjoni f’konformità mar-regoli interni, il-politiki u l-proċeduri tiegħu u li tiġi kontabilizzata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tas-sieħeb ta’ implimentazzjoni jew, meta applikabbli, żvelata fin-noti għal dawk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

(b)fil-kuntest tal-istrument finanzjarju InvestEU, imwettaq mis-sieħeb ta’ implimentazzjoni f’ismu stess jew f’ismu stess iżda għan-nom tal-Kummissjoni, kif applikabbli;

(11)    “fondi b’ġestjoni kondiviża” tfisser il-fondi li jipprevedu l-possibbiltà li porzjon minnhom jiġi allokat għall-proviżjonament ta’ garanzija baġitarja jew għal strument finanzjarju fil-kompartiment tal-Istat Membru tal-Fond InvestEU, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 , il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 (ir-“Regolament FSE+ 2021-2027”), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 (ir-“Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK”);”;

(d) il-punt 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(12) “ftehim ta’ garanzija” tfisser strument legali li bih il-Kummissjoni u sieħeb ta’ implimentazzjoni jispeċifikaw il-kundizzjonijiet biex jipproponu operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment ħalli jingħataw il-benefiċċju tal-garanzija tal-UE u/jew tal-istrument finanzjarju InvestEU, biex jipprovdu l-garanzija tal-UE jew appoġġ bl-istrument finanzjarju InvestEU għal dawn l-operazzjonijiet, u biex jimplimentawhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament;”;

(e)il-punt 21 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(21) “intrapriża żgħira u medja” (SME) tfisser (a) fil-każ ta’ prodotti finanzjarji li ma jagħtux vantaġġ f’termini ta’ għajnuna mill-Istat, intrapriża li, skont l-aħħar kontijiet annwali jew konsolidati tagħha, timpjega għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja ta’ inqas minn 250, jew (b) fil-każ ta’ tipi oħra ta’ prodotti finanzjarji, intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju skont it-tifsira tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 16 jew kif definit mod ieħor fil-ftehim ta’ garanzija;”;

(f)jiżdied il-punt 24 li ġej:

“(24) “strument finanzjarju InvestEU” tfisser miżura definita fl-Artikolu 2, il-punt (30), tar-Regolament Finanzjarju li trid tiġi implimentata fil-kompartiment tal-Istat Membru tal-Fond InvestEU.”;

(3)L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) fl-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-garanzija tal-UE għall-finijiet tal-kompartiment tal-UE msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) għandha tkun EUR 28 652 310 073 bi prezzijiet attwali.”;

(ii) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ammont addizzjonali tal-garanzija tal-UE jista’ jingħata għall-finijiet tal-kompartiment tal-Istat Membru msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament, soġġett għall-allokazzjoni mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 (“Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni 2021-2027”) u l-Artikolu 81 tar-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, tal-ammonti korrispondenti.”;

(b)fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ammont ta’ EUR 13 827 310 073 bi prezzijiet attwali tal-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi allokat għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2).”;

(4)fl-Artikolu 6(1), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-garanzija tal-UE u l-istrument finanzjarju InvestEU għandhom jiġu implimentati b’ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fil-punti (c)(ii), (c)(iii), (c)(v) u (c)(vi) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.”;

(5)L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kombinamenti”

(b)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-appoġġ mill-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament, l-appoġġ tal-Unjoni pprovdut permezz tal-istrumenti finanzjarji stabbiliti mill-programmi fil-perjodu tal-programmazzjoni 2014-2020 u l-appoġġ tal-Unjoni mill-garanzija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/1017 jistgħu jiġu kkombinati biex jappoġġaw prodotti finanzjarji jew portafolli implimentati jew li jridu jiġu implimentati mill-BEI jew mill-FEI skont dan ir-Regolament.”;

(c)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-appoġġ mill-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament, l-appoġġ tal-Unjoni pprovdut permezz tal-garanzija bl-istrumenti finanzjarji stabbiliti mill-programmi fil-perjodu tal-programmazzjoni 2014-2020 u rilaxxat mill-operazzjonijiet approvati skont dawn l-istrumenti u l-appoġġ tal-Unjoni pprovdut permezz tal-garanzija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/1017 u rilaxxat minn operazzjonijiet approvati skont dik il-garanzija tal-UE jista’ jiġi kkombinat biex jappoġġa prodotti finanzjarji jew portafolli li jkun fihom esklużivament operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment eliġibbli skont dan ir-Regolament, implimentati jew li jridu jiġu implimentati mill-BEI jew mill-FEI skont dan ir-Regolament.”;

(d)jiżdiedu l-paragrafi 5, 6 u 7 li ġejjin:

“5. B’deroga mill-Artikolu 212(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament Finanzjarju, il-garanzija rilaxxata skont l-istrumenti finanzjarji stabbiliti mill-programmi fil-perjodu tal-programmazzjoni 2014-2020 tista’ tintuża biex tkopri operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment eliġibbli skont dan ir-Regolament għall-fini tal-kombinament imsemmi fil-paragrafu 4.

6. B’deroga mill-Artikolu 216(4), il-punt (a) tar-Regolament Finanzjarju, il-proviżjonament li jikkorrispondi għall-garanzija rilaxxata bl-appoġġ tal-Unjoni mill-garanzija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/1017 ma jistax jitqies għall-fini tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 216(4) tar-Regolament Finanzjarju u jista’ jintuża biex ikopri operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment eliġibbli skont dan ir-Regolament għall-fini tal-kombinament imsemmi fil-paragrafu 4.

7. Ir-rilaxx tal-garanzija skont l-istrumenti finanzjarji stabbiliti mill-programmi fil-perjodu tal-programmazzjoni 2014-2020, it-trasferiment tal-assi korrispondenti mill-kontijiet fiduċjarji għall-Fond ta’ Proviżjonament Komuni u r-rilaxx tal-garanzija taħt l-appoġġ tal-Unjoni mill-garanzija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/1017 imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom isiru permezz ta’ emenda tal-ftehimiet rilevanti ffirmati bejn il-Kummissjoni u l-BEI jew il-FEI.

Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-garanziji rilaxxati msemmija fl-ewwel subparagrafu, biex ikopru operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment eliġibbli skont dan ir-Regolament u, meta rilevanti, it-trasferiment ta’ assi korrispondenti minn kontijiet fiduċjarji għall-Fond ta’ Proviżjonament Komuni, għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta’ garanzija msemmi fl-Artikolu 17.

It-termini u l-kundizzjonijiet tal-prodotti finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu u tal-portafolli kkonċernati, inklużi l-ishma pro rata rispettivi tat-telf, tad-dħul, tal-ħlasijiet lura u tal-irkupri jew l-ishma mhux pro rata rispettivi f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta’ garanzija msemmi fl-Artikolu 17.”;

(6)Fl-Artikolu 8(8), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni, flimkien mas-sħab ta’ implimentazzjoni, għandha tirsisti li tiżgura li l-parti tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-UE użata għat-tieqa ta’ politika għall-infrastruttura sostenibbli tiġi distribwita biex jinkiseb bilanċ bejn l-oqsma differenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.”;

(7)Fl-Artikolu 9(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)    il-kompartiment tal-Istat Membru għandu jindirizza fallimenti tas-suq speċifiċi jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali f’reġjun jew fi Stat Membru wieħed jew aktar biex jilħaq l-objettivi tal-politika tal-fondi kontribwenti b’ġestjoni kondiviża jew tal-ammont addizzjonali pprovdut minn Stat Membru skont l-Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu, jew skont l-Artikolu 10a(1), it-tieni subparagrafu, speċjalment biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni billi jindirizza l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni tagħha.”;

(8)L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-Garanzija tal-UE implimentati fil-kompartiment tal-Istat Membru”;

(b)fil-paragrafu 2, ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jikkonkludu ftehim ta’ kontribuzzjoni jew emenda għalih b’insegwiment tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-Ftehim ta’ Sħubija skont ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 jew il-Pjan Strateġiku tal-PAK skont ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jew simultanjament skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda programm f’konformità mar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 jew Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK stabbiliti fir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.”;

(c)fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)    l-istrateġija tal-Istat Membru, li tikkonsisti fit-tip tal-finanzjament, l-ingranaġġ fil-mira, il-kopertura ġeografika, li tinkludi l-kopertura reġjonali jekk meħtieġa, it-tipi ta’ proġetti, il-perjodu tal-investiment u, jekk applikabbli, il-kategoriji tar-riċevituri finali u tal-intermedjarji eliġibbli;”;

(9)Jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

“Artikolu 10a

Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-istrument finanzjarju InvestEU implimentat fil-kompartiment tal-Istat Membru

1.    Stat Membru jista’ jikkontribwixxi ammonti mill-fondi b’ġestjoni kondiviża lill-kompartiment tal-Istat Membru tal-Fond InvestEU biex jużahom permezz tal-istrument finanzjarju InvestEU.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll ammonti addizzjonali għall-finijiet tal-istrument finanzjarju InvestEU. Dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5), it-tieni sentenza tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammonti allokati minn Stat Membru b’mod volontarju skont l-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jintużaw għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment fl-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ta’ politika speċifikati fil-Ftehim ta’ Sħubija msemmi fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027, fil-programmi jew fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li jikkontribwixxu għall-Programm InvestEU, biex jiġu implimentati l-miżuri rilevanti stabbiliti fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/241 jew, f’każijiet oħra, għall-finijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, skont l-oriġini tal-ammont ikkontribwit.

2.    Il-kontribuzzjoni għall-istrument finanzjarju InvestEU għandha tkun soġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni bejn Stat Membru u l-Kummissjoni, li għall-kontribuzzjonijiet mill-fondi b’ġestjoni kondiviża, għandu jsir f’konformità mal-Artikolu 10(2), ir-raba’ subparagrafu.

Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kontribuzzjoni konġunta mal-Kummissjoni.

3.    Il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jinkludi mqar l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Istat Membru u l-munita tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment, id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni tal-Unjoni għall-istrument finanzjarju InvestEU, l-elementi stabbiliti fil-punti (b) sa (e) u (g) tal-Artikolu 10(3) u t-trattament tar-riżorsi ġġenerati minn jew attribwibbli għall-ammonti kkontribwiti għall-istrument finanzjarju InvestEU.

4.    Il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni għandhom jiġu implimentati bi ftehimiet ta’ garanzija konklużi f’konformità mal-Artikolu 10(4), l-ewwel subparagrafu.

Meta ftehim ta’ garanzija ma jkunx ġie konkluż fi żmien 12-il xahar mill-konklużjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni, il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jiġi terminat jew jittawwal bi ftehim reċiproku. Jekk l-ammont ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni ma jkunx ġie impenjat kollu fi ftehim ta’ garanzija wieħed jew aktar fi żmien 12-il xahar mill-konklużjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni, dak l-ammont għandu jiġi emendat kif xieraq. L-ammont mhux użat ta’ kontribuzzjoni mill-fondi b’ġestjoni kondiviża mogħtija permezz tal-Programm InvestEU għandu jerġa’ jintuża f’konformità mar-Regolamenti rispettivi. L-ammont mhux użat ta’ kontribuzzjoni ta’ Stat Membru skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu għandu jitħallas lura lill-Istat Membru.

Meta ftehim ta’ garanzija ma jkunx ġie implimentat kif xieraq fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 jew fl-Artikolu 81(6) tar-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jew, fil-każ ta’ ftehim ta’ garanzija relatat mal-ammonti pprovduti f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni rilevanti, il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jiġi emendat. L-ammonti mhux użati allokati mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-fondi b’ġestjoni kondiviża mogħtija permezz tal-programm InvestEU għandhom jerġgħu jintużaw f’konformità mar-Regolamenti rispettivi. L-ammont mhux użat ta’ strument finanzjarju InvestEU attribwibbli għall-kontribuzzjoni ta’ Stat Membru skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu għandu jitħallas lura lill-Istat Membru.

Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti kkontribwiti għall-istrument finanzjarju InvestEU jew attribwibbli għalihom skont id-dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-fondi b’ġestjoni kondiviża mogħtija permezz tal-programm InvestEU għandhom jerġgħu jintużaw f’konformità mar-Regolamenti rispettivi. Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti kkontribwiti għall-istrument finanzjarju InvestEU jew attribwibbli għalihom skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu għandhom jitħallsu lura lill-Istat Membru.

5. Il-kuntratti li jimplimentaw l-istrument finanzjarju InvestEU bejn is-sieħeb ta’ implimentazzjoni u r-riċevitur finali jew l-intermedjarju finanzjarju jew entità oħra msemmija fl-Artikolu 16(1), il-punt (a), għandhom jiġu ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2028.”;

(10)it-titolu tal-Kapitolu IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-garanzija tal-UE u l-istrument finanzjarju InvestEU”;

(11)fl-Artikolu 13(4), l-ewwel żewġ sentenzi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“75% tal-garanzija tal-UE fil-kompartiment tal-UE kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), li tammonta għal EUR 21 489 232 555, għandha tingħata lill-Grupp tal-BEI. Il-grupp tal-BEI għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja aggregata li tammonta għal EUR 5 372 308 139.”;

(12)L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-istrument finanzjarju InvestEU jista’ jintuża biex jipprovdi finanzjament lis-sħab ta’ implimentazzjoni għat-tipi tal-finanzjament imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu pprovduti mis-sħab ta’ implimentazzjoni.

Biex jiġi kopert mill-garanzija tal-UE jew mill-istrument finanzjarju InvestEU, il-finanzjament imsemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandu jingħata, jinkiseb jew jinħareġ għall-benefiċċju tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 14(1), meta l-finanzjament mis-sieħeb ta’ implimentazzjoni jkun ingħata f’konformità ma’ ftehim jew tranżazzjoni tal-finanzjament iffirmati jew sottoskritti mis-sieħeb ta’ implimentazzjoni wara li jkun ġie ffirmat il-ftehim ta’ garanzija, u li ma jkunx skada jew ġie kkanċellat.”;

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment permezz ta’ fondi jew strutturi intermedji oħra għandhom jiġu appoġġati mill-garanzija tal-UE jew mill-istrument finanzjarju InvestEU f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-linji gwida tal-investiment, kif applikabbli, anki jekk dawk l-istrutturi jinvestu minoranza tal-ammonti investiti tagħhom barra mill-Unjoni u f’pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 14(2) jew jinvestu minoranza tal-ammonti investiti tagħhom f’assi oħrajn għajr dawk eliġibbli skont dan ir-Regolament.”;

(13)L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ garanzija ma’ kull sieħeb ta’ implimentazzjoni dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE sa ammont li tiddetermina l-Kummissjoni jew dwar l-għoti ta’ appoġġ mill-istrument finanzjarju InvestEU.”;

(b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)    regoli dettaljati dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE jew l-appoġġ bl-istrument finanzjarju InvestEU f’konformità mal-Artikolu 19, inkluż dwar il-kopertura tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment jew portafolli tat-tipi speċifiċi ta’ strumenti u l-istanzi rispettivi li jattivaw is-sejħiet possibbli fuq il-garanzija tal-UE jew l-użu tal-istrument finanzjarju InvestEU;”;

(ii) il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)    l-impenn tas-sieħeb ta’ implimentazzjoni li jaċċetta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kumitat tal-Investiment fir-rigward tal-użu tal-garanzija tal-UE jew tal-istrument finanzjarju InvestEU għall-benefiċċju ta’ operazzjoni proposta ta’ finanzjament jew ta’ investiment, mingħajr preġudizzju għat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-sieħeb ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-operazzjoni proposta ta’ finanzjament jew ta’ investiment mingħajr il-garanzija tal-UE jew l-istrument finanzjarju InvestEU;”;

(iii) il-punti (h) u (i) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(h)    ir-rappurtar finanzjarju u operattiv u l-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment skont il-garanzija tal-UE u l-istrument finanzjarju InvestEU;

(ii)    indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-garanzija tal-UE u l-istrument finanzjarju InvestEU, it-twettiq tal-objettivi u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 3, 8 u 14, kif ukoll il-mobilizzazzjoni tal-kapital privat;”;

(14)L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Rekwiżiti għall-użu tal-garanzija tal-UE u l-istrument finanzjarju InvestEU”;

(b)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    L-għoti tal-garanzija tal-UE u l-appoġġ mill-istrument finanzjarju InvestEU għandhom ikunu soġġetti għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ garanzija mas-sieħeb ta’ implimentazzjoni rilevanti.”;

(c)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment għandhom ikunu koperti mill-garanzija tal-UE jew ikunu appoġġati permezz tal-istrument finanzjarju InvestEU biss jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament u, jekk applikabbli, fil-linji gwida tal-investiment rilevanti, u jekk il-Kumitat tal-Investiment ikun ikkonkluda li dawn l-operazzjonijiet ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jibbenefikaw mill-appoġġ tal-garanzija tal-UE jew mill-istrument finanzjarju InvestEU. Is-sħab ta’ implimentazzjoni għandhom jibqgħu responsabbli li jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment ma’ dan ir-Regolament u mal-linji gwida tal-investiment rilevanti.”;

(d)il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i) l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-ebda nefqa jew tariffa amministrattiva relatata mal-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment mill-garanzija tal-UE jew mill-istrument finanzjarju InvestEU m’għandha tkun dovuta mill-Kummissjoni lis-sieħeb ta’ implimentazzjoni, sakemm in-natura tal-objettivi ta’ politika mmirati mill-prodott finanzjarju li jkun se jiġi implimentat u l-affordabbiltà għar-riċevituri finali mmirati jew it-tip tal-finanzjament ipprovdut ikunu jippermettu lis-sieħeb ta’ implimentazzjoni jagħti ġustifikazzjoni xierqa lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa ta’ eċċezzjoni.”

(ii) jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Minkejja l-ewwel subparagrafu, is-sħab ta’ implimentazzjoni huma intitolati għal tariffi xierqa fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontijiet fiduċjarji relatati mal-istrument finanzjarju InvestEU.”

(e)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Barra minn hekk, is-sieħeb ta’ implimentazzjoni jista’ juża l-garanzija tal-UE jew l-istrument finanzjarju InvestEU biex jissodisfa s-sehem rilevanti ta’ kull kost tal-irkupru f’konformità mal-Artikolu 17(4), sakemm dawk il-kostijiet ma jkunux tnaqqsu mir-rikavati tal-irkupru.”;

(15)L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kopertura u t-termini tal-garanzija tal-UE u tal-istrument finanzjarju InvestEU”;

(b)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-remunerazzjoni għall-garanzija tal-UE jew għall-istrument finanzjarju InvestEU tista’ titnaqqas fil-każijiet debitament ġustifikati msemmija fl-Artikolu 13(2).”;

(ii) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Is-sieħeb ta’ implimentazzjoni għandu jkollu skopertura xierqa għar-riskju tiegħu stess għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment appoġġati mill-garanzija tal-UE jew mill-istrument finanzjarju InvestEU, sakemm eċċezzjonalment l-objettivi ta’ politika fil-mira tal-prodott finanzjarju li jrid jiġi implimentat ikunu tali li s-sieħeb ta’ implimentazzjoni ma jkunx jista’ jikkontribwixxi b’mod raġonevoli l-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji tiegħu stess għalih.”;

(c)fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“għall-prodotti tad-dejn imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(1):”;

(d)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.    L-istrument finanzjarju InvestEU għandu jkopri:

(a)    għall-prodotti tad-dejn li jikkonsistu f’garanziji u kontrogaranziji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(1):

(i) il-kapital u l-imgħax kollu u l-ammonti dovuti lis-sieħeb ta’ implimentazzjoni, iżda mhux dawk li jkun irċieva f’konformità mat-termini tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament qabel il-każ ta’ inadempjenza;

(ii) it-telf tar-ristrutturar;

(iii) it-telf minħabba fluttwazzjonijiet tal-muniti li mhumiex l-euro fi swieq li jillimitaw il-possibilitajiet ta’ ħħeġġjar fit-tul;

(b)    għal tipi eliġibbli oħra tal-finanzjament imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(1): l-ammonti investiti jew mislufin mis-sieħeb ta’ implimentazzjoni;

Għall-finijiet tal-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu, għad-dejn subordinat, differiment, tnaqqis jew ħruġ meħtieġ għandhom jitqiesu bħala każ ta’ inadempjenza.

L-istrument finanzjarju InvestEU għandu jkopri l-iskopertura kollha tal-Unjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment rilevanti.”;

(16)fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tiġi stabbilita tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi (it-“Tabella ta’ Valutazzjoni”) biex ikun żgurat li l-Kumitat tal-Investiment ikun jista’ jwettaq valutazzjoni indipendenti, trasparenti u armonizzata tat-talbiet għall-użu tal-garanzija tal-UE jew, kif applikabbli, tal-istrument finanzjarju InvestEU għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment proposti mis-sħab ta’ implimentazzjoni.”;

(17)fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tal-BEI li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu koperti mill-garanzija tal-UE jew jibbenefikaw mill-istrument finanzjarju InvestEU meta l-Kummissjoni tagħti opinjoni mhux favorevoli fil-qafas tal-proċedura prevista fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI.”;

(18)L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)    jeżamina l-proposti għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment ippreżentati mis-sħab ta’ implimentazzjoni għal kopertura skont il-garanzija tal-UE jew għall-appoġġ mill-istrument finanzjarju InvestEU li jkunu għaddew mill-kontroll tal-politika msemmi fl-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament jew li jkunu rċevew opinjoni favorevoli fil-qafas tal-proċedura prevista fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI;”;

(ii) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)    jivverifika jekk l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-garanzija tal-UE jew tal-istrument finanzjarju InvestEU ikunux konformi mar-rekwiżiti rilevanti kollha.”;

(b)fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, l-aħħar sentenza hi sostitwita b’dan li ġej:

“Kwalunkwe valutazzjoni tal-proġett imwettqa minn sieħeb ta’ implimentazzjoni ma għandhiex tkun vinkolanti fuq il-Kumitat tal-Investiment għall-finijiet li tingħata kopertura lil operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment mill-garanzija tal-UE jew ta’ appoġġ mill-istrument finanzjarju InvestEU.”;

(c)il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i) fit-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment li japprovaw il-kopertura tal-garanzija tal-UE jew l-appoġġ mill-istrument finanzjarju InvestEU għall-operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku u għandhom jinkludu r-raġuni għall-approvazzjoni u l-informazzjoni dwar l-operazzjoni, b’mod partikolari d-deskrizzjoni tagħha, l-identità tal-promoturi jew tal-intermedjarji finanzjarji, u l-objettivi tal-operazzjoni.”;

(ii) fil-ħames subparagrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Din il-preżentazzjoni għandha tinkludi kull deċiżjoni li tirrifjuta l-użu tal-garanzija tal-UE jew tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju InvestEU.”;

(d)fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Meta l-Kumitat tal-Investiment jintalab japprova l-użu tal-garanzija tal-UE jew tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju InvestEU għal operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment li tkun faċilità, programm jew struttura b’sottoproġetti sottostanti, dik l-approvazzjoni għandha tinkludi dawk is-sottoproġetti sottostanti sakemm il-Kumitat tal-Investiment ma jiddeċidix li jżomm id-dritt li japprovahom separatament.”;

(19)fl-Artikolu 25(2), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)    meta xieraq, jassisti lill-promoturi tal-proġetti fl-iżvilupp tal-proġetti tagħhom biex jissodisfaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 8 u l-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 14, u jiffaċilita l-iżvilupp ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni u ta’ aggregaturi għal proġetti ta’ skala żgħira fost l-oħrajn, inkluż bi pjattaformi tal-investiment kif imsemmi fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, diment li din l-assistenza ma tkunx tippreġudika l-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Investiment fir-rigward tal-kopertura tal-garanzija tal-UE jew tal-istrument finanzjarju InvestEU fir-rigward ta’ dawk il-proġetti;”;

(20)L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Is-sħab ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu eżentati mir-rappurtar dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Anness III, ħlief dawk fil-punti 1, 2, 5.2, 6.3 u 7.2, sa fejn huma kkonċernati l-operazzjonijiet ta’ finanzjament jew ta’ investimenti li jibbenefikaw minnhom ir-riċevituri finali li jirċievu finanzjament jew investiment appoġġat mill-garanzija tal-UE jew mill-istrument finanzjarju InvestEU mingħand sieħeb ta’ implimentazzjoni jew intermedjarju finanzjarju li ma jkunx jaqbeż il-EUR 100 000.”;

(b)il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-programm InvestEU f’konformità mal-Artikoli 241 u 250 tar-Regolament Finanzjarju. F’konformità mal-Artikolu 41(5) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rapport annwali għandu jagħti informazzjoni dwar il-livell ta’ implimentazzjoni tal-programm fir-rigward tal-objettivi u tal-indikaturi tal-prestazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, kull sieħeb ta’ implimentazzjoni għandu jipprovdi, fuq bażi annwali, l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tar-rappurtar tagħha, inkluż informazzjoni dwar l-operazzjoni tal-garanzija tal-UE jew tal-istrument finanzjarju InvestEU.”

4. Darba fis-sena, kull sieħeb ta’ implimentazzjoni għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti minn dan ir-Regolament, diżaggregati skont il-kompartiment tal-UE u l-kompartiment tal-Istat Membru, kif xieraq. Kull sieħeb ta’ implimentazzjoni għandu jippreżenta wkoll l-informazzjoni dwar il-kompartiment tal-Istat Membru lill-Istat Membru li jkun qed jimplimenta l-kompartiment tiegħu. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u l-istrument finanzjarju InvestEU u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll data operazzjonali, statistika, finanzjarja u ta’ kontabbiltà dwar kull operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment u stima tal-flussi tal-flus mistennija, fil-livell tal-kompartiment, tat-tieqa ta’ politika u tal-Fond InvestEU. Ir-rapport jista’ jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-ostakli għall-investiment li rriżultaw waqt it-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti minn dan ir-Regolament. Ir-rapporti għandu jkun fihom l-informazzjoni li s-sħab ta’ implimentazzjoni għandhom jipprovdu skont il-punt (a) tal-Artikolu 158(1) tar-Regolament Finanzjarju.”;

(21)L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u oħrajn”;

(b)fil-paragrafu 2, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-Artikolu 214(4)(d) tar-Regolament Finanzjarju, kull dħul mill-garanzija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/1017 riċevut fl-2027 jista’ jintuża għall-proviżjonament tal-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament.”;

(22)L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

AMMONTI TAL-GARANZIJA TAL-UE SKONT L-OBJETTIV SPEĊIFIKU

Id-distribuzzjoni indikattiva msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 4(2) għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment għandha tkun kif ġej:

(a) sa EUR 10 832 884 564 għall-objettivi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2);

(b) sa EUR 7 204 245 489 għall-objettivi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2);

(c) sa EUR 7 566 973 583 għall-objettivi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2);

(d) sa EUR 3 048 206 437 għall-objettivi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2).”;

(23)Fl-Anness III, jiżdiedu ż-żewġ paragrafi li ġejjin fil-punt 1 taħt il-punt 1.4:

“B’deroga mill-Artikolu 2(40) tar-Regolament Finanzjarju, meta jiġi ddeterminat l-effett ta’ ingranaġġ u multiplikatur għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jipprovdu garanziji ta’ prestazzjoni, l-ammont ta’ kopertura tar-riskju għandu jiġi assimilat mal-ammont ta’ finanzjament rimborżabbli.

B’deroga mill-Artikolu 222(3) tar-Regolament Finanzjarju, m’għandux ikun meħtieġ li l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jipprovdu garanziji tal-prestazzjoni jiksbu effett multiplikatur.”;

(24)Fl-Anness V, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Dan l-Anness japplika wkoll għall-istrument finanzjarju InvestEU.”

Artikolu 2
Emendi għar-Regolament 2015/1017 [ir-Regolament dwar l-FEIS]

Ir-Regolament (UE) 2015/1017 huwa emendat kif ġej:

(1)L-Artikolu 11a huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kombinamenti”.

(b)jiddaħħal it-tieni subparagrafu li ġej:

“Il-garanzija tal-UE tista’ tingħata biex tkopri operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment eliġibbli skont ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-finijiet tal-kombinamenti msemmija fl-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament u tista’ tkopri telf fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti mill-appoġġ ikkombinat.”;

(2)L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Il-BEI, b’kooperazzjoni mal-FEI meta xieraq, għandu jippreżenta rapport kull sena lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (f)(iv). Ir-rapport għandu jinkludi wkoll data statistika, finanzjarja u ta’ kontabbiltà dwar kull operazzjoni ta’ finanzjament u ta’ investiment tal-BEI u b’mod aggregat.”;

(b)il-paragrafu 2 jitħassar;

(c)fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li jmiss:

“Fir-rigward tal-kombinamenti msemmija fl-Artikolu 11a, il-BEI u l-FEI, rispettivament, għandhom jipprovdu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kull sena lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 212(4) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jinkludu data ta’ kontabbiltà dwar l-appoġġ ipprovdut mill-garanzija tal-UE skont dan ir-Regolament delinjat b’mod ċar mill-appoġġ ipprovdut mill-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”;

(3)fl-Artikolu 22(1), jitħassar il-ħames subparagrafu.

Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/1153 [FNE]

Fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/1153, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5. Il-garanzija appoġġata mill-baġit tal-Unjoni u pprovduta mill-BEI permezz tal-Istrument tad-Dejn tal-FNE stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tista’ tingħata biex tkopri operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment eliġibbli skont ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* għall-fini tal-kombinament imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament u tista’ tkopri t-telf fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti mill-appoġġ ikkombinat.”;

*    Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj )”.

Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/695 [Orizzont Ewropa]

Fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/695, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3. Il-garanzija appoġġata mill-baġit tal-Unjoni u pprovduta mill-BEI permezz tal-Faċilità tad-Dejn InnovFin stabbilita skont ir-Regolamenti (UE) 1290/2013 u 1291/2013 tista’ tingħata biex tkopri operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment eliġibbli skont ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* għall-fini tal-kombinament imsemmi fl-Artikolu 7 u tista’ tkopri t-telf tal-prodott finanzjarju li fih l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment u li hu kopert mill-appoġġ ikkombinat.”:

*    Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj )”.

Artikolu 5
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Proporzjonalità

Għażla tal-istrument

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Valutazzjoni tal-impatt

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Drittijiet fundamentali

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

1.QAFAS TAL-PROPOSTA

1.1.Titolu tal-proposta

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fl-immedjat jew aktar fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata tal-proposta/inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat (ara l-kapitolu 3.3)

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

4.Dimensjonijiet diġitali

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

4.2.Data

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA 

1.1.    Titolu tal-proposta

Proposta li temenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/523 [ir-Regolament InvestEU] biex tiżdied l-effiċjenza tal-garanzija tal-UE u biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti tar-rappurtar u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2015/1017, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/2115

1.2.    Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Investimenti skont il-prijoritajiet ta’ politika tal-UE

Boxxla għall-Kompetittività

Patt għal Industrija Nadifa

1.3.    Objettiv(i)

1.3.1.    Objettiv(i) ġenerali

“Pjan ġdid għall-prosperità u l-kompetittività sostenibbli tal-Ewropa”

1.3.2.    Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1. “Nibnu Patt għal Industrija Nadifa ġdid” u “Investiment aċċellerat”:

Billi żżid il-garanzija disponibbli mill-Fond InvestEU u tagħmilha aktar faċli li l-Istati Membri jikkontribwixxu għaliha u jibbenefikaw minnha, il-proposta tressaq kapaċità addizzjonali ta’ kondiviżjoni tar-riskju:

- biex tnaqqas id-distakk fis-suq fl-investimenti fl-Unjoni u tattira l-investiment privat b’appoġġ għall-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni;

- biex isir investiment f’infrastruttura u teknoloġiji tal-enerġija nadifa, u f’setturi strateġiċi tat-teknoloġija;

- għall-miżuri ta’ assorbiment tar-riskju li jagħmluha aktar faċli għall-banek kummerċjali, l-investituri u l-kapital tar-riskju biex jiffinanzjaw lil kumpaniji sostenibbli, innovattivi u li qed jikbru malajr.

2. “Nagħmlu n-negozju aktar faċli”:

Billi tipproponi diversi elementi għal simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm InvestEU, il-proposta tikkontribwixxi għall-objettiv li jonqsu l-piż amministrattiv u l-obbligi tar-rappurtar bi mqar 25% għan-negozji kollha u 35% għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs).

1.3.3.    Riżultat(i) u impatt mistennija

Il-kapaċità addizzjonali tal-finanzjament ipprovduta b’din il-proposta mistennija timmobilizza investimenti privati u pubbliċi ta’ madwar EUR 50 biljun tul il-perjodu attwali tal-finanzjament. Madwar EUR 25 biljun se jiġu mobilizzati bis-saħħa tal-ammont miżjud tal-garanzija tal-UE ta’ EUR 2.5 biljun u madwar EUR 25 biljun oħra se jiġu mobilizzati bit-tisħiħ fil-kapaċità ta’ garanzija disponibbli bil-kombinamenti tal-appoġġ minn InvestEU bi strumenti ta’ legat ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI). Il-kapaċità ta’ finanzjament addizzjonali se tippermetti t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-prodotti finanzjarji ta’ InvestEU li jirnexxu, u se toffri garanziji ġodda għal prodotti finanzjarji ġodda jew aġġornati li jindirizzaw l-aħħar inizjattivi ta’ politika bħal fil-qasam tal-Patt għal Industrija Nadifa jew l-appoġġ għall-kumpaniji ġodda u negozji li qed jespandu fis-setturi diġitali u innovattivi kollha.

Parti sinifikanti minn dan l-investiment tista’ tkun immirata lejn prodotti u benefiċjarji b’riskju akbar (eż. prodotti ta’ dejn tar-riskju tematiċi tal-BEI, ekwità u garanziji tal-SMEs tal-FEI) u b’hekk iżżid sostanzjalment il-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskju ta’ InvestEU. Jekk jiġu implimentati l-bidliet proposti fil-proposta leġiżlattiva jkun mistenni jiġi mobilizzat aktar investiment fil-kompartiment tal-Istat Membru. Is-sehem ta’ 25% taż-żieda tal-garanzija tal-UE ta’ EUR 2.5 biljun hu ta’ benefiċċju wkoll għall-banek promozzjonali nazzjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li għandhom aċċess għalih bħala sħab ta’ implimentazzjoni.

Barra minn hekk, l-evalwazzjoni interim dwar il-programm InvestEU rrakkomandat li tkun żgurata l-kontinwità fil-prodotti finanzjarji offruti fis-suq u tkun evitata sitwazzjoni ta’ stop-and-go, għax din toħloq mhux biss distakk fl-appoġġ tant meħtieġ tal-Unjoni għall-prijoritajiet ta’ politika iżda wkoll iżżid il-kumplessità għall-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali. Għadd ta’ prodotti finanzjarji implimentati mill-Grupp tal-BEI diġà waslu biex jeżawrixxu l-garanzija tal-UE allokata lilhom, filwaqt fl-aħħar sejħa għal espressjoni ta’ interess għal sħab oħra ta’ implimentazzjoni li kien hemm abbonament eċċessiv.

It-tnaqqis tal-piż amministrattiv (l-aktar b’simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar) mistenni jkun sinifikanti, b’effetti konsegwenzjali tal-proposti fuq l-atturi differenti (sħab ta’ implimentazzjoni, intermedjarji finanzjarji, riċevituri finali) minħabba l-istruttura tal-implimentazzjoni b’diversi livelli ta’ InvestEU.

1.3.4.    Indikaturi tal-prestazzjoni

L-Anness III tar-Regolament InvestEU jistabbilixxi l-lista ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u tal-monitoraġġ, li se jkomplu jiġu rrapportati u monitorjati biex jitkejjel il-volum ġenerali tal-investiment mobilizzat u l-punt sa fejn dawk l-investimenti jkunu jkopru l-oqsma ta’ politika ewlenin identifikati.

Mil-lat ta’ investiment ġenerali mobilizzat, il-Fond InvestEU mistenni jimmobilizza EUR 372 biljun li se jiżdiedu, b’din il-proposta, għal mill-inqas EUR 420 biljun. Il-mira għall-investimenti mis-sħab ta’ implimentazzjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent għandha tinżamm għal 60% għat-tieqa ta’ politika tal-infrastruttura sostenibbli u 30% għall-Fond InvestEU b’mod ġenerali, skont il-metodoloġija deskritta fl-Avviż tal-Kummissjoni C(2021) 3316 final tas-06.05.2021.

Fir-rigward tal-impatt mil-lat ta’ simplifikazzjoni, il-miżuri tas-simplifikazzjoni proposti mistennija jiġġeneraw b’kollox madwar EUR 350 miljun fi ffrankar tal-kostijiet għas-sħab ta’ implimentazzjoni, għall-intermedjarji finanzjarji u għar-riċevituri finali tul il-perjodu tal-programmi rilevanti tal-UE.

1.4.    Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 18  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.    Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fl-immedjat jew aktar fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-implimentazzjoni tal-programm InvestEU għadha għaddejja u tindirizza l-ħtiġijiet tal-investiment f’diversi setturi ewlenin, bħal f’mudelli ġodda tal-mobbiltà, l-enerġiji rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, ir-riċerka u l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni u l-ħiliet, l-ekonomija soċjali u l-infrastruttura, l-ekonomija ċirkolari, il-kapital naturali, l-azzjoni klimatika jew il-ħolqien u t-tkabbir tan-negozji żgħar u medji (il-kumpaniji ġodda u negozji li qed jespandu), relatati mal-għanijiet fit-tul tal-Unjoni dwar il-kompetittività, is-sostenibbiltà u t-tkabbir inklużiv.

Il-proposta tagħmel l-implimentazzjoni tal-programm InvestEU aktar effiċjenti għall-benefiċċju tar-riċevituri finali u tal-finanzjaturi (intermedjarji) filwaqt li ssaħħaħ l-ambizzjoni u l-kapaċità tiegħu, inkluż billi tattira l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. Ma tbiddilx il-kronoloġija oriġinali tal-implimentazzjoni tal-programm li tippermetti l-approvazzjoni ta’ operazzjonijiet ġodda ta’ finanzjament u ta’ investiment sa tmiem l-2027 u l-iffirmar tagħhom sa tmiem l-2028.

1.5.2.    Valur miżjud tal-involviment tal-UE 

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante)

Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-effiċjenza u l-effettività tal-programm InvestEU. Peress li dan hu programm tal-Unjoni stabbilit fl-2021 mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont ir-Regolament InvestEU, kwalunkwe bidla fih li tista’ tkun meħtieġa tista’ tiġi affettwata biss mill-Unjoni.

Valur miżjud tal-UE ġġenerat mistenni (ex post)

Il-programm InvestEU jippermetti lis-sħab ta’ implimentazzjoni jwettqu operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment f’oqsma mmirati b’objettivi ta’ politika strateġiċi tal-Unjoni. Effett multiplikatur jiġi ġġenerat billi jiġu attirati investimenti privati u pubbliċi, meta xieraq permezz ta’ intermedjazzjoni b’istituzzjonijiet u fondi finanzjarji. Dan jgħin biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq u jipprovdi l-aċċess għall-finanzjament lin-negozji u lill-proġetti li nkella ma kinux isibu finanzjament b’termini raġonevoli, u b’hekk jgħin biex jiżdiedu l-investimenti ġenerali fl-Unjoni, flimkien mat-tkabbir u l-impjiegi. Il-proposta, li tindirizza t-tagħlimiet mill-evalwazzjoni interim ta’ InvestEU (ara hawn taħt fil-punt 1.5.3), se ssaħħaħ il-programm u b’hekk ittejjeb l-impatt tiegħu.

1.5.3.    Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-programm InvestEU kien soġġett għal evalwazzjoni interim fl-2024, abbażi ta’ studju minn evalwatur indipendenti. Instab li fil-programm InvestEU, is-sħab ta’ implimentazzjoni joffru firxa komprensiva ta’ prodotti tal-finanzjament biex jissodisfaw il-ħtiġijiet diversi tas-suq u li għalhekk il-programm kien kruċjali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-investiment urġenti, li qed jeskalaw, u emerġenti tal-Unjoni. Is-sħab ta’ implimentazzjoni ssuġġerew li jitnaqqsu l-obbligi tar-rappirtar, filwaqt li jitqies li dawn ilkoll (bil-garanzija f’ġestjoni indiretta) huma istituzzjonijiet finanzjarji vvalutati skont il-pilastru. Barra minn hekk, instab li l-baġit tal-programm ma kienx adegwat meta mqabbel mad-domanda qawwija u l-ħtiġijiet sinifikanti tal-investiment. Jekk ma jissaħħaħx il-baġit, l-approvazzjonijiet ġodda għal xi prodotti ta’ prijorità politika jieqfu wara l-2025.

1.5.4.    Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hi kompatibbli għalkollox mal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Il-proposta tipprevedi proviżjonament addizzjonali ta’ EUR 1 biljun biex jingħata l-proviżjonament meħtieġ għal żieda fil-garanzija tal-UE mill-Fond InvestEU bi EUR 2.5 biljun. La jeħtieġ jintużaw marġnijiet u lanqas emenda fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP). Iż-żieda tal-garanzija tal-UE hi konsistenti għalkollox ukoll ma’ kunsiderazzjoni li l-proviżjonament fil-mira ta’ InvestEU jintlaħaq b’kontribuzzjoni iżgħar mill-approprjazzjonijiet ġodda fl-2026 u l-2027.

Iż-żieda fil-proviżjonament b’EUR 1 biljun ġejja mir-rimborżi minn strumenti ta’ legat u mill-eċċessi fil-Fond ta’ Proviżjonament Komuni relatati mal-kompartiment tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS). Sa mill-bidu ta’ dan il-QFP, ir-rimborżi mill-istrumenti finanzjarji u l-eċċessi tal-FEIS ġew allokati għal InvestEU u għall-Faċilità tas-Self għas-Settur Pubbliku (PSLF). Abbażi ta’ tbassiriet tar-rimborżi, qed jiġu allokati EUR 250 miljun għall-proviżjonament tal-PSLF sa tmiem dan il-QFP.

Fl-istess ħin, permezz ta’ kombinamenti, il-proposta tipprovdi wkoll il-bażi legali għall-estensjoni parzjali tal-użu ta’ tliet garanziji ta’ legat (u l-proviżjonament sottostanti tagħhom) għall-benefiċċju tal-operazzjonijiet tal-InvestEU implimentati mill-Grupp tal-BEI. L-istrumenti ta’ legat huma l-FEIS, l-Istrument tad-Dejn tal-FNE u l-Faċilità tad-Dejn InnovFin. Dan il-komponent se jkollu impatt potenzjali fuq l-ammont u fuq iż-żmien tad-disponibbiltà għar-rimborżi mistennija tal-futuri minn strumenti finanzjarji ta’ legat u ħlasijiet lura ta’ eċċessi mill-proviżjonament tal-FEIS.

1.5.5.    Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Qed jiġi propost li:

- jiżdied l-ammont ta’ garanzija baġitarja awtorizzata permezz tar-rimborżi mistennija minn strumenti ta’ legat u mill-eċċessi tal-FEIS biex jiġi ffinanzjat il-proviżjonament addizzjonali korrispondenti tal-garanzija InvestEU, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u lil sħab oħra ta’ implimentazzjoni jkopru, b’garanzija addizzjonali tal-UE, operazzjonijiet ġodda ta’ InvestEU.

- tiġi permessa l-estensjoni tal-użu ta’ żewġ strumenti finanzjarji ta’ legat u l-garanzija tal-FEIS (u l-proviżjonament korrispondenti) biex ikopru aktar operazzjonijiet ta’ InvestEU permezz tal-Grupp tal-BEI, filwaqt li jiġġeneraw ir-rimborżi.

1.6.    Durata tal-proposta/inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

   fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tal-emenda sa 12/2027

   impatt finanzjarju mill-2025 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2025 sal-2028 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-proviżjonament tal-garanzija tal-UE. L-impatt finanzjarju tal-kombinamenti jimplika dħul baġitarju mdewwem u potenzjalment imnaqqas (fir-rigward tar-rimborżi minn strumenti finanzjarji ta’ legat) u eċċessi mill-proviżjonament tal-FEIS.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.    Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 19  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

 mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

 mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

 lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

 lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (eż. il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank Nordiku tal-Investiment, il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa)

 lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

 lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

 lill-korpi tad-dritt pubbliku

 lill-korpi regolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

 lill-korpi regolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

 lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

 lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, regolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn dawn il-korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi regolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi tal-kontroll jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

Kummenti

mhux applikabbli

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar 

Is-sħab ta’ implimentazzjoni jeħtieġ jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament InvestEU u r-Regolament Finanzjarju. Is-sħab ta’ implimentazzjoni jirrapportaw ukoll dwar ċerta data rilevanti tal-għajnuna mill-Istat. Għall-monitoraġġ, jeħtieġ japplikaw ir-regoli u l-proċeduri tagħhom stess, li ġew ivvalutati f’konformità mal-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju (“valutazzjoni tal-pilastri”) li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu.

Fir-rigward tar-rappurtar dwar il-programm InvestEU u l-FEIS, il-proposta tipprevedi li l-frekwenza ta’ dan ir-rappurtar titnaqqas minn kull sitt xhur għal kull sena.

Għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-Unjoni, is-sħab ta’ implimentazzjoni ta’ InvestEU – f’konformità mal-Artikolu 212(4) tar-Regolament Finanzjarju – jipprovdu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati lill-Kummissjoni għall-parti tal-garanzija baġitarja li tingħatalhom. F’każ ta’ kombinamenti tal-Garanzija InvestEU ma’ garanziji baġitarji oħra jew ma’ strumenti finanzjarji ta’ legat stabbiliti b’bażijiet legali differenti, ir-rapporti finanzjarji awditjati se jiġu pprovduti mis-sieħeb ta’ implimentazzjoni u se jinkludu informazzjoni dwar il-parti tal-garanzija appoġġata mill-istrumenti finanzjarji ta’ legat jew mill-garanzija baġitarja l-oħra b’mod li fil-kontabbiltà tal-Kummissjoni tkun tista’ ssir id-distinzjoni tagħhom mill-parti tal-garanzija appoġġata mir-Regolament InvestEU f’konformità mal-istrutturi tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kondiviżjoni tar-riskju.

2.2.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-garanzija tal-UE mill-Fond InvestEU hija implimentata esklużivament bil-modalità ta’ ġestjoni indiretta permezz ta’ sħab ta’ implimentazzjoni li, bħala regola, jikkontribwixxu wkoll għall-appoġġ li jrid jingħata lir-riċevituri finali. Is-sħab ta’ implimentazzjoni jikkonsistu mill-BEI u l-FEI, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u intermedjarji finanzjarji oħra li huma korpi tal-Unjoni, regolati u/jew sorveljati bħala parti mis-settur bankarju.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-garanzija tal-UE jibqgħu operazzjonijiet approvati mill-korpi ta’ governanza tas-sħab ta’ implimentazzjoni li jridu japplikaw id-diliġenza dovuta u l-qafas tal-kontroll tagħhom għal dawn l-operazzjonijiet. Is-sħab ta’ implimentazzjoni jipprovdu dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati annwali lill-Kummissjoni.

2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

L-ammont addizzjonali ta’ garanzija tal-UE awtorizzata se jiġi ffinanzjat minn provvedimenti mir-rimborżi mistennija minn strumenti u garanziji ta’ legat li diġà ġew irkuprati parzjalment jew mistennija li jiġu rkuprati mill-Kummissjoni qabel tmiem l-2027.

Ir-riskju għall-baġit tal-Unjoni hu marbut mal-garanzija baġitarja pprovduta mill-Unjoni lis-sħab ta’ implimentazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tagħhom. Il-garanzija tal-UE tipprovdi garanzija irrevokabbli, mingħajr kundizzjoni u meta mitluba, normalment abbażi ta’ portafoll, għall-operazzjonijiet koperti. Il-baġit tal-Unjoni u s-sieħeb ta’ implimentazzjoni jikkondividu r-remunerazzjoni relatata mar-riskju mill-operazzjonijiet abbażi ta’ strutturi tal-kondiviżjoni tar-riskju definiti fil-ftehimiet ta’ garanzija.

Il-garanzija tal-UE hija ristretta għal EUR 28 652 310 073.

L-entrata baġitarja (“p.m.”) li tirrifletti l-garanzija baġitarja għas-sieħeb ta’ implimentazzjoni tiġi attivata biss fil-każ ta’ talba effettiva dwar il-garanzija li ma tistax tiġi koperta kollha mill-proviżjonament sa tmiem l-2030 (iffinanzjata gradwalment bi EUR 11 460 924 029). Ir-rata tal-proviżjonament ta’ 40% tissejjes fuq l-esperjenza passata bil-FEIS u l-istrumenti finanzjarji u tfasslet għall-prodotti finanzjarji implimentati b’InvestEU. Ir-rata ta’ proviżjonament intużat bħala referenza fil-valutazzjonijiet tar-riskju ex ante meta ġew allokati kważi 90% tal-garanzija eżistenti ta’ InvestEU.

L-obbligazzjoni kontinġenti fir-rigward tal-kompartiment tal-Istat Membru hi koperta kollha minn garanzija back-to-back ipprovduta minn kull Stat Membru kkonċernat.

L-istrument finanzjarju propost ta’ InvestEU ma joħloqx obbligazzjoni kontinġenti.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment fil-kuntest ta’ InvestEU jsiru skont ir-regoli ta’ proċedura standard tas-sħab ta’ implimentazzjoni u l-prattika bankarja soda. Is-sħab ta’ implimentazzjoni u l-Kummissjoni jidħlu fi ftehim ta’ garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond InvestEU.

Peress li s-sieħeb ta’ implimentazzjoni, bħala regola, jerfa’ parti mir-riskju u jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja, l-interessi tal-Unjoni u tas-sieħeb ta’ implimentazzjoni huma allinjati kif xieraq u b’hekk itaffu r-riskju għall-baġit tal-Unjoni. Is-sħab ta’ implimentazzjoni huma wkoll istituzzjonijiet finanzjarji b’regoli u proċeduri xierqa fis-seħħ li jiġu vvalutati permezz tal-valutazzjoni tal-pilastri f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni twettaq verifika tal-konformità tal-politika tal-operazzjonijiet li mbagħad tiġi ppreżentata lil Kumitat tal-Investiment magħmul minn esperti indipendenti li jikkonċedi l-użu tal-garanzija tal-UE jew tal-istrument finanzjarju InvestEU.

Il-Kummissjoni tirċievi dikarazzjonijiet finanzjarji awditjati annwali li jkopru l-operazzjonijiet mis-sħab ta’ implimentazzjoni.

2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Din il-proposta ma timponi l-ebda kontroll (ġdid). Fl-interess tas-simplifikazzjoni, dan ineħħi xi rekwiżiti tar-rappurtar speċifikament billi jnaqqas il-frekwenza tar-rapporti li jridu jiġu ppreżentati.

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament InvestEU u tar-Regolament Finanzjarju, is-sħab ta’ implimentazzjoni magħżula jridu jgħaddu mill-valutazzjoni tal-pilastri prevista fl-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju, li tiżgura kwalità solida tal-kontroll intern kif ukoll tas-sistemi tal-awditjar estern indipendenti. Barra minn hekk, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju. Peress li huma istituzzjonijiet finanzjarji, is-sħab ta’ implimentazzjoni għandhom fis-seħħ oqfsa tal-kontroll intern. Peress li l-Fond InvestEU jipprovdi appoġġ ripagabbli, id-diliġenza dovuta u l-monitoraġġ u l-kontroll mis-sħab ta’ implimentazzjoni huma affidabbli, sakemm ma jiġux identifikati dgħjufijiet fil-valutazzjoni tal-pilastri. L-Artikolu 30 tar-Regolament InvestEU jeżiġi li l-awditjar dwar l-użu tal-finanzjament tal-Unjoni mwettaq minn persuni jew entitajiet, inkluż minn oħrajn apparti dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-assigurazzjoni ġenerali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

02.02.01 Garanzija InvestEU

Diff./Mhux diff. 20

mill-pajjiżi tal-EFTA 21

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 22

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

02.02.02 Proviżjonament tal-Garanzija InvestEU

Mhux diff.

LE

LE

LE

IVA

Linji baġitarji ġodda mitluba

Mhux applikabbli

3.2.    Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.    Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat (ara l-kapitolu 3.3)

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

1

DĠ: GROW

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

02.02.02 Proviżjonament tal-Garanzija InvestEU

Impenji

(1a)

 

650 

200

150

1000

Pagamenti

(2a)

 

650 

200

150

1000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 23

Linja baġitarja

 

(3)

 

 

 

 

0.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ GROW

Impenji

=1a+1b+3

650

200

150

1000

Pagamenti

=2a+2b+3

650

200

150

1000

 

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali  

Impenji

(4)

650

200

150

1000

Pagamenti

(5)

650

200

150

1000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0.000

0.000

0.000

0.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURA 1

Impenji

=4+6

650

200

150

1000

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

650

200

150

1000

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2025

2026

2027

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

650

200

150

1000

Pagamenti

(5)

650

200

150

1000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0.000

0.000

0.000

0.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-Intestaturi 1 sa 6
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+6

650

200

150

1000

Pagamenti

=5+6

650

200

150

1000



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 24

DĠ: GROW

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2025

2026

2027

Riżorsi umani

0.000

0.000

0.000

0.000

Nefqa amministrattiva oħra

0.000

0.000

0.000

0.000

TOTAL GĦAD-DĠ GROW

Approprjazzjonijiet

0.000

0.000

0.000

0.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0.000

0.000

0.000

0.000

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

650

200

150

1000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

650

200

150

1000


3.2.2.    Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 25

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 26

 “Nibnu Patt għal Industrija Nadifa ġdid u Investiment aċċellerat”:

- Output

Investiment addizzjonali ta’ EUR 25 biljun

650

200

150

25000

1000

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

650

200

150

25000

1000

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2  
“Nagħmlu n-negozju aktar faċli”

- Output

Iffrankar fil-kostijiet bi tnaqqis fir-rapporti li jridu jipproduċu s-sħab ta’ implimentazzjoni, l-intermedjarji finanzjarji u r-riċevituri finali

0

0

0

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

0

0

0

350

TOTALI

650

200

150

1000

3.2.3.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021-2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Nefqa amministrattiva oħra

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

 

TOTAL

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.4.    Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.    Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-fulltime (FTEs) 27

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Linja ta’ appoġġ amministrattiv [XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0

0

0

Meta titqies is-sitwazzjoni ġenerali peżanti fl-Intestatura 7, kemm mil-lat ta’ persunal, kif ukoll fil-livell tal-approprjazzjonijiet, ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal tad-DĠ li diġà hu assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fi ħdan id-DĠ jew servizzi oħra tal-Kummissjoni.

3.2.5.    Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT (korporattiva)

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Barra mill-INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

 

TOTAL

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

3.2.6.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata għalkollox b’riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

Din il-proposta se tiġi ffinanzjata mid-dħul assenjat mir-rimborżi ġġenerati minn strumenti finanzjarji ta’ legat kif ukoll mill-eċċessi tal-FEIS.

L-ebda riżorsa baġitarja addizzjonali tal-Unjoni jew riprogrammazzjoni mhi se tkun meħtieġa għal din il-proposta.

   tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat fl-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

   tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament ta’ partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament ta’ partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 
3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

   indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali (2025)

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 28

Sena 2026

Sena 2027

6 4 1 (Kontribuzzjonijiet mill-istrumenti finanzjarji — Dħul assenjat)

650

200

150

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

02.02.02 Proviżjonament tal-Garanzija InvestEU

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula użati għal kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew informazzjoni oħra).

Il-proposta teżiġi li l-Kummissjoni talloka EUR 1 biljun ta’ rimborżi mill-programmi fl-Anness IV tar-Regolament InvestEU u mill-eċċessi tal-FEIS għall-proviżjonament tal-garanzija tal-UE biex iżżidha bi EUR 2.5 biljun.

Għalhekk, l-obbligazzjoni finanzjarja addizzjonali tal-Unjoni ta’ EUR 2.5 biljun hija mirfuda bil-proviżjonament korrispondenti ta’ EUR 1 biljun li joriġina mir-rimborżi rkuprati jew mill-garanzija rilaxxata mill-Grupp tal-BEI kif spjegat hawn taħt:

- Sa EUR 700 miljun mill-eċċessi tal-FEIS fl-2025 sal-2027.

- Imqar EUR 300 miljun mir-rimborżi mill-istrumenti finanzjarji ta’ legat elenkati fl-Anness IV tar-Regolament InvestEU.

4.    Dimensjonijiet diġitali

Ir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha mhux applikabbli għal din il-proposta.

4.1.    Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

Il-proposta titqies li m’għandhiex rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali għax ma tipproduċix jew ma teżiġix serje ta’ data ġdida meta mqabbla mar-Regolament InvestEU. Sal-punt li jippermetti li operazzjonijiet ġodda ta’ investiment u ta’ finanzjament jiġu appoġġati mill-Fond InvestEU, l-indikaturi eżistenti kif ukoll is-sistemi tar-rappurtar u tal-monitoraġġ iridu jintużaw biex jiġu traċċati l-impatt u l-prestazzjoni.

4.2.    Data

mhux applikabbli (ara 4.1. hawn fuq)

4.3.    Soluzzjonijiet diġitali

mhux applikabbli (ara 4.1. hawn fuq)

4.4.    Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

mhux applikabbli (ara 4.1. hawn fuq)

4.5.    Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

mhux applikabbli (ara 4.1. hawn fuq)

(1)    COM(2025) 30 final.
(2)     https://commission.europa.eu/about/departments-and-executive-agencies/economic-and-financial-affairs/evaluation-reports-economic-and-financial-affairs-policies-and-spending-activities/interim-evaluation-investeu-programme_en
(3)    Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
(4)    Dawk l-istrumenti huma nnumerati fl-Anness IV tar-Regolament InvestEU.
(5)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) 2021/523 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rappurtar fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-appoġġ għall-investiment, li bħalissa qed jiġi adottat mill-koleġiżlaturi.
(6)     https://commission.europa.eu/document/download/e6cd4328-673c-4e7a-8683-f63ffb2cf648_en?filename=Political%20Guidelines%202024-2029_EN.pdf  
(7)    Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – Sommarju Eżekuttiv tal-Evalwazzjoni – Evalwazzjoni interim ta’ InvestEU (SWD(2024) 229) tat-30.9.2024.
(8)    Evalwazzjoni interim tal-Programm InvestEU – Rapport finali tal-1.10.2024.
(9)    Ara wkoll in-nota 5 f’qiegħ il-paġna. Fir-rigward ta’ InvestEU, il-frekwenza mnaqqsa diġà ġiet proposta mill-Kummissjoni iżda l-adozzjoni finali mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għadha pendenti fil-mument ta’ din il-proposta.
(10)    ĠU C […], […], p. […].
(11)    ĠU C […], […], p. […].
(12)    Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60).
(13)    Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).
(14)    Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1).
(15)    Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(16)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(17)    Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(18)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(19)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx .
(20)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(21)    EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(22)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(23)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(24)    Biex jiġu ddeterminati l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom jintużaw iċ-ċifri relatati mal-kostijiet medji annwali, disponibbli fuq il-paġna web rilevanti tal-BUDGpedia.
(25)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(26)

   Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”

(27)    Speċifika taħt it-tabella, kemm mill-FTEs fl-għadd indikat huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew jistgħu jiġu riallokati fid-DĠ tiegħek, u x’inhuma l-ħtiġijiet netti tiegħek.
(28)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20% għall-kostijiet tal-ġbir.