Brussell, 5.3.2025

COM(2025) 76 final

2025/0046(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-implimentazzjoni (2025–2029) tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea ġie ffirmat u daħal fis-seħħ fit-18 ta’ April 2008 għal perjodu ta’ 6 snin. Il-Ftehim jiġġedded b’mod taċitu għal perjodu ta’ 6 snin, u għalhekk jibqa’ fis-seħħ. Il-Protokoll preċedenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd, ta’ perjodu ta’ 6 snin, beda japplika fl-1 ta’ Awwissu 2018 u skada fil-31 ta’ Lulju 2024.

Abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea dwar Protokoll ta’ Implimentazzjoni ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju, u d-direttivi ta’ negozjati li jinsabu fih 1 , il-Kummissjoni wettqet negozjati mal-Gvern tar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (“il-Kosta tal-Avorju”). Wara t-tlestija ta’ dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll min-negozjaturi fil-21 ta’ Novembru 2024. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta’ 4 snin mid-data tal-applikazzjoni proviżorja stabbilita fl-Artikolu 20, jiġifieri mid-data ta’ meta jiġi ffirmat mill-Partijiet.

Il-proposta għandha l-għan li tawtorizza l-konklużjoni tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2018(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

L-għan ewlieni tal-Protokoll il-ġdid huwa li jipprovdi qafas aġġornat, jiġifieri li jqis il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riveduta u tad-dimensjoni esterna tagħha ħalli titkompla s-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju fil-qasam tas-sajd u ħalli din tissaħħaħ.

Il-Protokoll jagħti l-opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u skont ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), fil-limiti tal-kwantità żejda disponibbli. Il-Kummissjoni bbażat il-pożizzjoni tagħha parzjalment fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-Protokoll preċedenti (2018-2024) u fuq valutazzjoni minn perspettiva futura bl-għan li jiġi deċiż għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. Dawn l-evalwazzjonijiet twettqu minn esperti esterni. L-objettiv huwa wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorjua sabiex jiġu promossi politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u fl-Oċean Atlantiku, fl-interess tal-Partijiet. Barra minn hekk, din il-kooperazzjoni se tikkontribwixxi wkoll biex jiġu promossi kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol fl-attivitajiet tas-sajd.

Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:

   25 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun tal-borża;

   7 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ;

   bastimenti ta’ appoġġ skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-ICCAT u fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju;

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar ta’ Protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mal-Kosta tal-Avorju jifforma parti mill-azzjoni esterna tal-Unjoni lejn l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OSAKP), u jqis b’mod partikolari l-objettivi tal-Unjoni ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-iżvilupp tal-bniedem u soċjali, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u r-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Il-bażi legali hija l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd, u l-Artikolu 218(6) tiegħu, li jipprevedi li l-Kunsill, wara proposta min-negozjatur, għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tidħol fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt d, tat-TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-objettiv li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza legali, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tal-Unjoni jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Tikkonforma ma’ dawn id-dispożizzjonijiet u mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2023, il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll tal-2018–2024 għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd konkluż mal-Kosta tal-Avorju, kif ukoll evalwazzjoni ex ante ta’ Protokoll ġdid possibbli 2 . Il-konklużjonijiet ta’ dawn l-evalwazzjonijiet ex post u ex ante huma stabbiliti f’Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni 3 .

Bħala konklużjoni, mill-evalwazzjoni ħareġ li s-settur tas-sajd tal-Unjoni huwa interessat ferm fl-opportunitajiet tas-sajd fil-Kosta tal-Avorju u li Protokoll ġdid huwa fl-interess taż-żewġ Partijiet. Barra minn hekk, Protokoll ġdid se jgħin biex jissaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u se jikkontribwixxi għat-titjib tal-governanza tas-sajd fir-reġjun.

Għall-Unjoni, huwa importanti li żżomm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali mill-qrib ma’ dan l-attur ewlieni tal-governanza tal-oċeani fil-livell subreġjonali, minħabba d-daqs taż-żona tas-sajd li taqa’ taħt il-kompetenza tiegħu. It-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-Kosta tal-Avorju iservi wkoll biex jinbnew l-alleanzi fil-qafas tal-ICCAT. Barra minn hekk, għall-flotta tal-UE dan ifisser li jinżamm l-aċċess għal żona importanti tas-sajd fejn ikunu jistgħu jintużaw strateġiji tal-qbid skont qafas legali internazzjonali pluriennali. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni u t-tagħmir u s-servizzi tal-Port ta’ Abidjan, fil-qalba ta’ żona sfruttata ħafna, jagħmluh ċentru loġistiku, port ta’ żbark u ta’ trażbord maġġuri, u dan jikkontribwixxi għall-merti tal-protokoll il-ġdid propost, kemm għas-settur tas-sajd tal-Unjoni kif ukoll għall-pajjiż sieħeb. Għall-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju, l-għan huwa li jinżammu relazzjonijiet mal-Unjoni sabiex tissaħħaħ il-governanza tal-oċeani, li jirċievu appoġġ settorjali speċifiku b’opportunitajiet ta’ finanzjament pluriennali, u li tinbeda l-industrijalizzazzjoni tas-settur tal-ipproċessar tal-pajjiż permezz tal-attività tal-bastimenti, bħala parti mid-diversifikazzjoni tal-ekonomija tiegħu.

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

L-Istati Membri, ir-rappreżentanti tal-industrija, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tal-Kosta tal-Avorju ġew ikkonsultati bħala parti mill-evalwazzjoni. Ġew organizzati wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni qabbdet konsulent indipendenti jagħmel l-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament Nru 1380/2013 li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Il-Ftehim innegozjat jinkludi klawżola dwar il-konsegwenzi tal-ksur tal-elementi essenzjali tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Samoa 4 , relatati mad-drittijiet tal-bniedem.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tammonta għal EUR 740 000, abbażi ta’:

a) ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju ta’ EUR 305 000, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 6 100 tunnellata fis-sena għall-ispeċijiet li jpassu ħafna;

b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju li tammonta għal 435 000 EUR fis-sena. Dan l-appoġġ iwieġeb għall-objettivi tal-pjan strateġiku għas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.

L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament jiġi stabbilit matul il-proċedura baġitarja annwali, inkluż għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena. 5

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u fil-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

2025/0046 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-implimentazzjoni (2025–2029) tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v), u l’Artiklu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill [XXX] ta’ […] 6 , il-Protokoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem il-“Protokoll”), ġie ffirmat fi [….], soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(2)L-objettiv tal-Ftehim ta’ Sħubija huwa li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, u li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju jaħdmu aktar mill-qrib flimkien biex jiżviluppaw politika tas-sajd sostenibbli, jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u fl-Oċean Atlantiku, u jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd.

(3)Jenħtieġ li dan il-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

(4)L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) jistabbilixxi Kumitat Konġunt inkarigat mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li, soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi sostantivi u proċedurali stabbiliti fl-Anness 2, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni skont proċedura simplifikata.

(5)Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi proposti hija stabbilita mill-Kunsill. L-emendi proposti huma approvati sakemm ma jkunx hemm għadd ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka fil-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jopponuhom.

(6)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 7 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta opinjoni fi [data].

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2025–2029) (minn hawn ’il quddiem il-“Protokoll”) huwa awtorizzat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Anness I.

Artikolu 2

F’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġuni(jiet) għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2,1.Dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Stima tal-impatt finanzjarju fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-implimentazzjoni (2025–2029) tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 8  

08 – Agrikoltura u politika marittima

08 05 – Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) u Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs)

08 05 01 — L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

 Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorju/a 9  

 Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni orjentata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-objettiv ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għal żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-għan li jissaħħaħ l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jiżguraw ukoll il-konsistenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jsiru f’politiki Ewropej oħrajn [l-użu sostenibbli tar-riżorsi ta’ pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, kif ukoll governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd].

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku Nru 1

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet barra mill-Unjoni Ewropea, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi l-SFPA ma’ stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

Attività/Attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

08 05 01 — L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistenni(ja)

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Bil-konklużjoni tal-Protokoll għall-implimentazzjoni tkun tista’ titkompla u tissaħħaħ is-sħubija strateġika dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosta tal-Avorju. Il-konklużjoni tal-Protokoll se toħloq opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.

Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-ġestjoni u tal-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-appoġġ finanzjarju (l-appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikolari l-Pjan komprensiv għall-qasam tas-sajd, permezz tal-monitoraġġ u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali u permezz tal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.

Fl-aħħar nett, il-Protokoll se jikkontribwixxi għall-isfruttament sostenibbli mill-Kosta tal-Avorju tar-riżorsi tal-baħar tiegħu, kif ukoll għall-ekonomija tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, billi jippromwovi t-tkabbir marbut mal-attivitajiet ekonomiċi relatati mas-sajd u mal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwali tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll).

Id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.

Il-kontribut għall-impjiegi u għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol fis-settur tas-sajd u għall-valur miżjud fl-Unjoni u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (flimkien ma’ SFPAs oħrajn).

Il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd min-naħa tal-pajjiż sieħeb u tal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.

1.5.Raġuni(jiet) għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil

Hu maħsub li l-Protokoll l-ġdid għall-implimentazzjoni japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar sabiex jitnaqqas il-perjodu li fih l-operazzjonijiet tas-sajd mhumiex possibbli.

Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, u se jawtorizza lis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd biex jistadu f’dik iż-żona. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid se jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Kosta tal-Avorju bil-ħsieb li jiġi promoss l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tagħha. B’mod partikolari, dan jipprevedi l-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-qabdiet. L-appoġġ settorjali, disponibbli bis-saħħa tal-Protokoll, se jgħin lill-Kosta tal-Avorju fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd tiegħhu, inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU, filwaqt li se jippromwovi l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fl-attivitajiet tas-sajd.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Jekk l-UE ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-UE ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim attwali fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fi ħdan il-qafas iddefinit minn protokoll tal-Ftehim. Għalhekk hemm valur miżjud ċar ħafna għall-flotta tal-UE ta’ distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u l-Kosta tal-Avorju.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili

L-analiżi tal-qabdiet storiċi fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u tal-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli wasslu biex il-Partijiet jistabbilixxu t-tunnellaġġ ta’ referenza għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbhu lit-tonn għal 6 100 tunnellata fis-sena, b’opportunitajiet tas-sajd għal 25 bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għal 7 bastimenti tas-sajd bil-konz. L-appoġġ settorjali huwa importanti sabiex jitqiesu l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd u tal-użu tar-riżorsi naturali.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-fondi mħallsin skont il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali tal-Kosta tal-Avorju. Madankollu, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali jiġu assenjati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd (ġeneralment billi jiddaħħlu fil-liġi annwali dwar il-baġit), minħabba li din hija kundizzjoni għall-konklużjoni u għall-monitoraġġ tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament minn donaturi internazzjonali oħra għall-implimentazzjoni ta’ proġetti u/jew ta’ programmi li għandhom jiġu implimentati fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Il-Proposta/L-inizjattiva tal-applikazzjoni mill-iffirmar fl-2025 u għal perjodu ta’ 4 snin, li jispiċċa fl-2029.

   Impatt finanzjarju mill-2025 sal-2030

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i 10   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

Fis-servizzi tagħha, inkluż permezz tal-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lil pajjiżi terzi jew il-korpi li ħatru;

lil organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 211 u 212 tar-Regolament Finanzjarju;

lil korpi rregolati bid-dritt pubbliku;

lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lil korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lil persuni responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi rilevanti tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (CFSP, Common Foreign and Security Policy) skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

[…]

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-uffiċjal tas-sajd tagħha responsabbli għall-Kosta tal-Avorju, u f’koordinazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni), se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll fir-rigward tal-użu mill-operaturi tal-opportunitajiet tas-sajd, tad-data dwar il-qabdiet u l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ settorjali.

Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jistipula mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li fiha l-Kummissjoni u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju jeżaminaw mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw il-programmazzjoni u, jekk ikun il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskji identifikati

Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ użu jew dewmien fl-użu tal-fondi maħsuba għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mill-Kosta tal-Avorju. Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. Il-monitoraġġ konġunt tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 9 tal-Protokoll jifforma parti wkoll minn dawn il-metodi ta’ kontroll. Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi biex jiġu sospiżi f’ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll interna stabbilita

Il-kontribuzzjoni għall-aċċess u dik marbuta mal-appoġġ settorjali se jsiru permezz ta’ pagamenti diżakkoppjati.

Il-pagamenti marbutin mal-aċċess se jsiru kull sena fid-data tal-anniversarju tal-Protokoll, ħlief il-pagament tal-ewwel sena li jrid isir fi żmien 3 xhur mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu. L-aċċess tal-bastimenti se jiġi kkontrollat billi jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

L-ewwel pagament tal-appoġġ se jsir fi żmien tliet xhur minn meta l-Protokoll jibda japplika b’mod proviżorju, dejjem jekk jintlaħaq qbil dwar programm annwali u pluriennali ta’ implimentazzjoni; għas-snin ta’ wara, il-pagament se jkun kundizzjonali għar-riżultati miksuba. Ir-riżultati li jinkisbu u r-rata ta’ implimentazzjoni se jiġu mmonitorjati skont il-Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali għall-politika tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju li l-Partijiet iridu jiftehmu dwarhom, abbażi ta’ rapporti jew ta’ provi dokumentati li l-pajjiż sieħeb jipprovdi u abbażi ta’ evalwazzjonijiet u verifiki tekniċi li jagħmel l-uffiċjal tas-sajd.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Il-pagamenti marbutin mal-kostijiet tal-aċċess li jsiru fil-kuntest tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jsirulhom kontrolli biex ikun żgurat li dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali. Il-kontrolli marbutin mal-appoġġ settorjali għandhom l-għan li jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. Il-monitoraġġ isir mill-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-progress jiġi evalwat permezz ta’ matriċi tal-ipprogrammar pluriennali. F’każ li ma jkunx sar biżżejjed progress, il-pagament akkont li jkun imiss jiġi sospiż jew possibbilment jitnaqqas. Il-kost kumplessiv tal-kontrolli fuq il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli kollha huwa stmat li huwa ta’ madwar 1,8 % (tal-kontribuzzjonijiet kollha fl-2018). Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proċeduri ta’ kontroll tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jissejsu fuq rekwiżiti regolatorji essenzjali. Jekk ma jinstab l-ebda nuqqas li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-legalità u fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli jitqiesu li jkunu effettivi.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku mar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u li tikkoordina b’mod regolari ma’ dan il-pajjiż bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-kuntest ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli hu suġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikulari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. Skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll, il-kontroparti finanzjarja għall-aċċess u dik maħsuba għall-iżvilupp tas-settur għandhom jitħallsu f’kont tat-Teżor Pubbliku.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip
ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Deskrizzjoni………………………...……………]

Diff./Mhux diff.
( 11 )

mill-pajjiżi tal-EFTA 12

mill-pajjiżi kandidati 13

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

08.05.01

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (FPA)

Diff.

LE

LE

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip
ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Deskrizzjoni………………………………………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Stima tal-impatt finanzjarju fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali:

Numru 2

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

DĠ MARE

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Sena
2028

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja 08.05.01

Impenji

(1)

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

Pagamenti

(2)

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 14  

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ
MARE

Impenji

=1+1a +3

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

Pagamenti

=2+2a

+3

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

Pagamenti

(5)

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal ċerti programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-intestatura 2

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

Pagamenti

=5+ 6

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

Jekk il-proposta/l-inizjattiva tolqot aktar minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

Pagamenti

(5)

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal ċerti programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

Pagamenti

=5+ 6

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali:

5

“Nefqa amministrattiva”

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

□ Riżorsi umani

□ Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-intestatura 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Sena
2028

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

Pagamenti

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Sena
2028

TOTAL

OUTPUTS

Tip 15

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 16

– Aċċess għall-flotta

0,305

0,305

0,305

0,305

0,305

1,22

– Appoġġ settorjali

0,435

0,435

0,435

0,435

0,435

1,74

– Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

OBJETTIV SPEĊIFIKU 2…

– Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

0,740

0,740

0,740

0,740

2,960

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 17

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 18
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nfiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
Barra mill-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.    

3.2.3.2. Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

□ Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (riċerka indiretta)

10 01 05 01 (riċerka diretta)

Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time - FTE) 19

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss 20

– fil-Kwartieri Ġenerali

– f’Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT fuq riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT fuq riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, jekk ikun meħtieġ, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/L-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Użu tal-linja ta’ riżerva (Kapitolu 40).

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

   Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/L-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/inizjattiva 21

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

(1)    Deċiżjoni tal-Kunsill adottata waqt l-4008 Kunsill “Enerġija” tal-4 ta’ Marzu 2024 
(2)    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Defaux, V. u Guélé, M., Évaluation rétrospective et prospective du Protocole 2018-2024 à l’accord de partenariat dans le domaine de la pêche entre l’Union européenne et la République de Côte d’Ivoire – Rapport final, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023, https://data.europa.eu/doi/10.2771/605016
(3)    Commission Staff Working Document, Evaluation Accompanying the document Recommendation for a COUNCIL DECISION authorising the opening of negotiations on behalf of the European Union for a new Implementing Protocol to the Fisheries Partnership Agreement with the Republic of Côte d’Ivoire, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52024SC0022  
(4)    Ftehim ta' Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u
tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2023/2862, 28.12.2023).
(5)    F’konformità mal-punt 20 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’materji baġitarji (ĠU L 433 I, 22.12.2020).
(6)    ĠU L 2025/ ….., ......2025 p. …; https://data.europa.eu/eli/dec/2025/...../oj.
(7)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).
(8)    ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attivitajiet) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attivitajiet).
(9)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju.
(10)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit: Regolament Finanzjarju tal-UE — Il-Kummissjoni Ewropea
(11)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(12)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(13)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(14)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(15)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li se jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(16)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”.
(17)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(18)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(19)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = Persunal tal-aġenziji; JED = Esperti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(20)    Sublimiti għall-persunal estern koperti minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(21)    F’dak li jirrigwarda r-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti nett, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 5.3.2025

COM(2025) 76 final

EMPTY

ANNESSI

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-implimentazzjoni (2025–2029) tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea


ANNESS
PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA FIS-SETTUR TAS-SAJD BEJN IR-REPUBBLIKA TAL-KOSTA TAL-AVORJU U L-KOMUNITÀ EWROPEA

Wara li kkunsidraw il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet, b’mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OSAKP) u l-Unjoni Ewropea, u x-xewqa komuni tagħhom li jintensifikaw din ir-relazzjoni,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea,

Il-Partijiet ta’ dan il-Protokoll jaqblu kif ġej:

Artikolu  
Definizzjonijiet applikabbli għal dan il-Protokoll

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa flimkien “il-Partijiet” u individwalment “il-Parti”. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

“Ftehim”: tfisser il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea;

“Ftehim ta’ Samoa”: tfisser il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra; 1  

“Awtoritajiet tal-Unjoni”: tfisser il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun il-każ permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Kosta tal-Avorju, ekwivalenti għat-terminu “awtoritajiet tal-Komunità” kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim;

“Awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju”: il-Ministeru inkarigat mir-riżorsi tas-sajd;

“Appoġġ settorjali”: l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni mogħti għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u tal-akkwakultura tal-Kosta tal-Avorju;

“Qabdiet”: speċijiet akkwatiċi tal-baħar maqbuda minn irkaptu tas-sajd użat minn bastiment tas-sajd;

“Ħatt”: il-ħatt ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn bastiment tas-sajd għal fuq l-art;

“Delegazzjoni”: id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kosta tal-Avorju;

“Irkaptu biex jinġema’ l-ħut”: oġġetti artifiċjali jew naturali fuq il-wiċċ li taħthom jinġemgħu diversi speċijiet attirati minnhom, u b’hekk tiżdied il-kapaċità ta’ qbid ta’ dawk l-ispeċijiet;

“Leġiżlazzjoni nazzjonali”: il-leġiżlazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd fil-Kosta tal-Avorju;

“Liċenzja tas-sajd”: awtorizzazzjoni amministrattiva maħruġa mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju lil operatur għal bastiment tal-Unjoni li tagħtih id-dritt li jwettaq operazzjonijiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għal perjodu speċifikat; it-termini ekwivalenti għat-termini “awtorizzazzjoni tas-sajd” kif definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

“Bastiment tal-Unjoni”: bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

“Bastiment ta’ appoġġ”: bastiment, minbarra inġenju li jinġarr abbord, li ma jkunx mgħammar bi rkaptu tas-sajd operazzjonali maħsub biex jaqbad jew jattira l-ħut u li jiffaċilita, jassisti jew iħejji l-operazzjonijiet tas-sajd;

“Osservatur”: kwalunkwe persuna awtorizzata minn awtorità nazzjonali responsabbli, f’konformità mal-Anness, biex tosserva l-implimentazzjoni tar-regoli applikabbli għall-operazzjonijiet tas-sajd, jew għall-osservazzjoni ta’ tali operazzjonijiet għal finijiet xjentifiċi;

“Operatur”: kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmaniġġja jew għandha impriża li twettaq attività relatata ma’ kwalunkwe stadju tal-ktajjen ta’ produzzjoni, ipproċessar, kummerċjalizzazzjoni, distribuzzjoni u bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

“Operazzjoni tas-sajd”: l-attivitajiet kollha relatati mat-traċċar tal-ħut, il-kalar, l-użu u l-irfigħ tal-irkapti attivi, it-tqegħid, l-immersjoni, it-tneħħija jew it-tqegħid lura ta’ rkaptu passiv u t-tneħħija ta’ kwalunkwe qabda mill-irkaptu, mix-xbieki jew mill-gaġġa tat-trasport lejn il-gaġeġ tat-tismin u tat-tkabbir;

“Sajd sostenibbli”: is-sajd skont l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO, Food and Agriculture Organisation) fl-1995;

“Sajjied”: kwalunkwe persuna impjegata jew involuta fi kwalunkwe kapaċità jew li teżerċita attività professjonali abbord bastiment tas-sajd, inklużi l-persuni li jaħdmu abbord li jitħallsu separatament, iżda bl-esklużjoni tal-bdoti, tal-ekwipaġġi tal-flotta tal-gwerra, ta’ persuni oħra li jservu b’mod permanenti lill-gvern, ta’ persuni bbażati fuq l-art responsabbli mit-twettiq ta’ xogħol abbord bastiment tas-sajd u tal-osservaturi tas-sajd. Il-baħrin tal-pajjiżi AKP kif definiti fil-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala sajjieda skont it-tifsira ta’ din id-definizzjoni;

“Opportunitajiet tas-sajd”: drittijiet tas-sajd kwantifikati, espressi f’termini ta’ qabdiet jew sforz tas-sajd;

“Protokoll”: dan il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim, kif ukoll l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;

“Il-Kosta tal-Avorju”: ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju;

“Skartar”: qabdiet mhux miżmuma abbord;

“Trażbord”: it-trasferiment dirett ta’ kwalunkwe kwantità ta’ ħut miżmuma abbord bastiment lejn bastiment ieħor irrispettivament mill-post tal-manuvra, mingħajr ma l-ħut jiġi rreġistrat bħala li nħatt l-art;

“L-Unjoni”: l-Unjoni Ewropea, li qabel kienet il-Komunità Ewropea.

Artikolu
Objettiv

L-objettiv ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim billi jispeċifika b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju kif ukoll id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tas-sħubija dwar is-sajd sostenibbli.

Artikolu
Perjodu ta’ applikazzjoni

Dan il-Protokoll għandu japplika għal perjodu ta’ 4 snin, mid-data tal-iffirmar tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 20.

Artikolu
Relazzjoni bejn dan il-Protokoll u l-Ftehim

Il-Protokoll għandu jiġi interpretat u applikat fil-kuntest tal-Ftehim u b’mod kompatibbli miegħu.

Jekk Ftehim ġdid jissostitwixxi jew jemenda l-Ftehim eżistenti, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-possibbiltà, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, li jemendaw dan il-Protokoll kif meħtieġ biex jinġieb f’konformità mal-Ftehim il-ġdid jew mal-Ftehim emendat.

Artikolu
Prinċipji

Il-Partijiet għandhom jaġixxu u jimplimentaw il-Protokoll f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:

1.L-implimentazzjoni tal-Protokoll, b’mod partikolari t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd, għandha ssir b’tali mod li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-benefiċċji li jirriżultaw minnu.

2.Il-Partijiet għandhom jimplimentaw dan il-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Samoa.

3.Skont il-prinċipju tat-trasparenza, il-Kosta tal-Avorju għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Unjoni, fil-qafas tal-Kumitat Konġunt, l-informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe ftehim li jawtorizza l-aċċess tal-bastimenti tat-tonn barranin għaż-żona tas-sajd tagħha u l-lista tal-bastimenti tat-tonn awtorizzati f’dan il-kuntest.

4.Skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, il-Kosta tal-Avorju tintrabat li tapplika l-istess miżuri tekniċi u ta’ konservazzjoni għall-flotot industrijali barranin kollha tat-tonn li joperaw fiż-żona tas-sajd tiegħu li għandhom l-istess karatteristiċi bħal dawk koperti minn dan il-Protokoll.

5.Fir-rigward tal-istokkijiet transżonali jew l-istokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna, il-Partijiet għandhom iqisu kif xieraq il-valutazzjonijiet xjentifiċi mwettqa fil-livell reġjonali u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (ORGP, organisation régionale de gestion des pêches) kompetenti.

6.Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol tas-sajjieda abbord il-bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx imorru kontra l-istrumenti applikabbli għas-sajjieda tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation) u tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI, Organisation maritime internationale), b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol (1998), kif emendata fl-2022, u l-Konvenzjoni Nru 188 tal-ILO dwar ix-Xogħol fis-Sajd. Dan jinkludi b’mod partikolari r-rispett għal-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema, l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol, kif ukoll ambjent tax-xogħol sikur u tajbin għas-saħħa u kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol deċenti abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

7.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu r-ratifika tal-Konvenzjonijiet tal-ILO u tal-OMI dwar is-Sajd. Huma jimpenjaw ruħhom ukoll li jippromwovu taħriġ adegwat għas-sajjieda, b’mod partikolari dak previst fil-Konvenzjoni Internazzjonali tal-OMI dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd (STCW-F, Standards of Training, Certification and Watchkeeping for Fishing Vessel Personnel).

Artikolu
Ir-relazzjoni bejn il-Protokoll u ftehimiet u strumenti legali oħra dwar is-sajd

Il-Protokoll għandu jiġi interpretat u applikat f’konformità ma’:

(a)ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT, Commission internationale pour la conservation des thonidés de l’Atlantique) jew ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd rilevanti oħra, bħall-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (COPACE, Comité des pêches pour l’Atlantique Centre-Est) u l-Kumitat għas-Sajd fil-Golf tal-Guinea tal-Punent (CPCO, Comité des Pêches du Centre Ouest du Golfe de Guinée);

(b)il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħażniet ta’ Ħut tal-1995;

(c)il-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-1995 (FAO);

(d)il-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port tal-2009 (FAO);

(e)il-linji gwida volontarji biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sajd fuq skala żgħira fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel u l-qerda tal-faqar ippubblikati fl-2015 (FAO),

u b’mod kompatibbli magħhom.

Artikolu
Aċċess għaż-żona tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni

1.L-aċċess għaż-żona tas-sajd skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandu jkun possibbli għall-bastimenti tal-Unjoni sa limitu ta’:

(a)bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni bil-friża: 25 dgħajsa;

(b)bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ: 7 dgħajjes;

Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom jiġu awtorizzati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness u f’konformità mar-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ICCAT.

2.L-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw l-ispeċijiet migratorji ħafna (speċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982) bl-eċċezzjoni ta’ speċijiet protetti jew li l-qabda tagħhom hija pprojbita fil-qafas tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) jew konvenzjonijiet internazzjonali oħra jew il-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju, b’mod partikolari l-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi 2.

3.Il-paragrafu 1 ta’ hawn fuq għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 u 12 ta’ dan il-Protokoll.

4.Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu operazzjonijiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju skont dan il-Protokoll.

5.L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom joħorġu liċenzji tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni biss fil-qafas ta’ dan il-Protokoll. Il-ħruġ ta’ kwalunkwe liċenzja tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fil-forma ta’ liċenzja tas-sajd dirett, għandu jkun ipprojbit.

6.Il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd huma stipulati fl-Appendiċi tal-Anness .

Artikolu
Kontribuzzjoni finanzjarja — metodi ta’ pagament

1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR 740 000 fis-sena, jiġifieri ammont globali ta’ EUR 2 960 000 għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 3.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tikkonsisti minn:

(a)ammont annwali għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju ta’ EUR 305 000 li jikkorrispondi għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 6 100 tunnellata fis-sena; u

(b)ammont annwali speċifiku ta’ EUR 435 000 bħala kontribut għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.

3.Barra minn hekk, l-operaturi għandhom iħallsu kontribuzzjoni finanzjarja annwali għall-aċċess tal-bastimenti tagħhom għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tal-Anness.

4.Il-paragrafu 2 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9, 11, 12, 17 u 18 ta’ dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim.

5.Jekk il-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni f’sena jaqbżu t-tunnellaġġ ta’ referenza annwali, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiġi ssupplimentat b’pagament ta’ EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Il-ħlas ta’ dawn il-qabdiet addizzjonali għandu jsir ladarba l-qabdiet tas-sena jkunu ġew approvati mill-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tal-Anness. Madankollu, meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Ewropej jaqbżu d-doppju tat-tunnellaġġ ta’ referenza annwali, il-ħlas tal-ammont dovut għall-qabdiet li jaqbżu dak il-limitu għandu jiġi riportat b’sena.

6.Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll għas-snin ta’ wara.

7.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas lit-Teżor pubbliku tal-Kosta tal-Avorju.

8.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandha titħallas f’kont tat-Teżor pubbliku ddedikat għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali. Il-ħlas tagħha għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 10 tal-Artikolu 9.

9.Ir-referenzi tal-kont(ijiet) imsemmi(ja) hawn fuq għandhom jiġu kkomunikati kull sena mill-Kosta tal-Avorju lill-Unjoni.

10.Kull komponent tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiddaħħal fil-baġit tal-Istat u għandu jkun soġġett għar-regoli u għall-proċeduri tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-Kosta tal-Avorju.

Artikolu
Appoġġ settorjali

1.Programm ta’ appoġġ settorjali huwa definit fil-qafas ta’ dan il-Protokoll. Huwa għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd u tal-akkwakultura fil-Kosta tal-Avorju billi jappoġġa b’mod partikolari:

(a)it-titjib tal-għarfien u l-kapaċitajiet xjentifiċi dwar ir-riżorsi tas-sajd;

(b)miżuri ta’ ġestjoni u żvilupp ta’ sajd u akkwakultura artiġjanali sostenibbli;

(c)il-komunitajiet tas-sajd, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-impjiegi u t-taħriġ vokazzjonali, b’attenzjoni partikolari għan-nisa u għaż-żgħażagħ;

(d)id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki għall-kontroll u l-ispezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li għandhom bħala għan b’mod partikolari l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU, illegal, unreported and unregulated fishing) u l-iskoraġġiment u s-sanzjonar ta’ ksur relatat mas-sajd IUU;

2.L-Unjoni u l-Kosta tal-Avorju għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara l-bidu tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll, dwar dan il-programm ta’ appoġġ settorjali pluriennali li jinkludi b’mod partikolari:

(a)Il-linji gwida li għalihom tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8(2)(b);

(b)L-għanijiet li għandhom jintlaħqu sabiex jiġi promoss sajd sostenibbli u responsabbli;

(c)Il-kriterji ta’ valutazzjoni tar-riżultati u l-kundizzjonijiet li taħthom isiru l-pagamenti (linji gwida).

3.Dan il-programm għandu jkun soġġett għal konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet interessati fil-Kosta tal-Avorju.

4.Għandu jitfassal programm annwali li jistabbilixxi għal kull proġett jew attività:

(a)il-ħtiġijiet li dawk il-proġetti jew attivitajiet huma maħsuba li jissodisfaw;

(b)l-objettivi;

(c)ir-riżultati mistennija u l-indikaturi li jistgħu jitkejlu;

(d)l-istimi tal-ispejjeż;

(e)l-iskeda ta’ żmien proviżorja tar-rendimenti. Din l-iskeda ta’ żmien tista’ tipprevedi li l-kisbiet tal-programm jinfirxu fuq diversi snin.

5.Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali, u tal-intervent tal-Unjoni fis-sħubija mal-Kosta tal-Avorju. Din il-viżibbiltà hija waħda mill-objettivi msemmija hawn fuq.

6.Kull bidla sostanzjali proposta fil-programm settorjali jew fl-ammonti speċifiċi allokati għall-proġetti li għandhom jitwettqu trid tiġi nnotifikata minn qabel lill-Unjoni u approvata mill-Partijiet fil-Kumitat Konġunt.

7.Kull sena, il-Kosta tal-Avorju għandha tibgħat rapport bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-programm u rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja lill-Kumitat Konġunt, li jivvaluta r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali. Il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar il-ħlas ta’ pagament parzjali ulterjuri fid-dawl tal-kisba tal-objettivi fl-implimentazzjoni tal-programm.

8.Rapport finali li jkopri l-programm pluriennali kollu għandu jiġi ppreżentat ukoll mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-aħħar pagament imsemmi fl-Artikolu 8(2)(b). Huwa jippreżenta rieżami tal-implimentazzjoni tal-programm għall-pagamenti kollha li saru skont il-Protokoll.

9.Il-Partijiet għandhom ikomplu jimmonitorjaw l-appoġġ settorjali sakemm il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 8(2)(b) tkun intużat kompletament, jekk ikun meħtieġ wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.

10.Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 8(2)(b) ta’ dan il-Protokoll għandha titħallas:

(a)għall-ewwel pagament parzjali wara l-validazzjoni mill-Kumitat Konġunt tal-programm ta’ appoġġ settorjali, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

(b)għall-pagamenti parzjali sussegwenti, wara l-evalwazzjoni tar-riżultati msemmija fil-paragrafu 4, abbażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu vvalutati mill-Kumitat Konġunt.

Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-ħlas ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika ma jistax isir wara perjodu ta’ 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.

11.Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu linji gwida relatati mal-metodi ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ tal-appoġġ settorjali. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu vvalidati waqt l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt u jiġu riveduti kif meħtieġ.

12.Il-verifiki u l-kontrolli fuq l-użu tal-fondi tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2)(b) jistgħu jitwettqu mill-korpi tal-awditjar u tal-kontroll ta’ kull Parti, inklużi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi. Dan jinkludi dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni, għad-dokumenti, għas-siti u għall-faċilitajiet tal-benefiċjarji.

Artikolu
Kooperazzjoni xjentifika u teknika għal sajd sostenibbli

1.Il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom favur kooperazzjoni xjentifika u teknika skont il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Ftehim.

2.Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd sostenibbli fil-livell tas-sottoreġjun, b’mod partikolari fil-qafas tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u ta’ kwalunkwe organizzazzjoni subreġjonali jew internazzjonali rilevanti oħra. Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.

3.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex isaħħu l-mekkaniżmi ta’ kontroll, spezzjoni u ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fil-Kosta tal-Avorju.

4.Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, il-Partijiet jistgħu jlaqqgħu laqgħa xjentifika għal kwalunkwe evalwazzjoni xjentifika, biex jirrakkomandaw miżuri mmirati lejn ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, u biex jimplimentaw l-Artikolu 12.

Artikolu  
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bi qbil reċiproku

1.L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2)(a) jistgħu jiżdiedu bi ftehim reċiproku wara l-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim, sakemm tali żieda ma taffettwax il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Kosta tal-Avorju. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8(2)(a) għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis.

2.Jekk, min-naħa l-oħra, il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni ta’ tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2)(a), il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.

Artikolu  
Opportunitajiet ġodda ta’ sajd u sajd esploratorju

1.Jekk l-operaturi tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu interessati f’attivitajiet tas-sajd li ma humiex indikati fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 7, l-Unjoni għandha tikkonsulta lill-Kosta tal-Avorju dwar awtorizzazzjoni possibbli relatata ma’ dawk l-attivitajiet il-ġodda. F’dawn il-konsultazzjonijiet, il-Partijiet għandhom iqisu l-pariri xjentifiċi rilevanti, b’mod partikolari dawk maħruġa mill-organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali jew sottoreġjonali.

2.Il-Kumitat Konġunt jista’ jordna l-laqgħa xjentifika prevista fl-Artikolu 10(4) ta’ dan il-Protokoll biex:

(a)tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-esplorazzjoni ta’ sajd ġdid, b’mod partikolari fil-forma ta’ staġun tas-sajd esploratorju,

(b)tifformula kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet tas-sajd ġodda bħall-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni pluriennali.

3.Il-Partijiet jaqblu fil-Kumitat Konġunt li jagħmlu l-emendi meħtieġa għal dan il-Protokoll.

4.Jekk ikun irrakkomandat mil-laqgħa xjentifika, il-Partijiet jistgħu jawtorizzaw staġuni tas-sajd esploratorju fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju sabiex jittestjaw il-fattibbiltà teknika u l-profittabbiltà ekonomika tas-sajd il-ġdid.

5.Għal dan l-għan, l-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd esploratorju abbażi ta’ fajl tekniku li jispeċifika:

(a)il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment;

(b)il-livell ta’ għarfien tal-uffiċjali tal-bastiment fis-sajd ikkonċernat;

(c)il-proposta dwar il-parametri tekniċi tal-istaġun (tul ta’ żmien, irkaptu, żoni ta’ esplorazzjoni, eċċ.).

6.L-istaġuni tas-sajd esploratorju għandhom idumu skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-laqgħa xjentifika u ma jistgħux jaqbżu total ta’ 6 xhur. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-ħlas ta’ tariffa ffissata mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju.

7.Osservatur xjentifiku mill-Istat tal-bandiera u osservatur xjentifiku mill-Kosta tal-Avorju għandhom ikunu preżenti abbord matul l-istaġun kollu. Il-protokolli ta’ osservazzjoni tagħhom għandhom jiġu armonizzati skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-laqgħa xjentifika.

8.Il-qabdiet li jsiru skont l-istaġun tal-esplorazzjoni u matulu għandhom jinħattu l-art u jinbiegħu fil-Kosta tal-Avorju.

9.Ir-riżultati dettaljati tal-istaġun għandhom jiġu analizzati mil-laqgħa xjentifika u l-konklużjonijiet għandhom jiġu pprovduti lill-Kumitat Konġunt għall-kunsiderazzjoni.

Artikolu
Leġiżlazzjonijiet applikabbli

1.L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għandhom ikunu rregolati minn dan il-Protokoll u, għal kwalunkwe dispożizzjoni mhux koperta minnu, mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju.

2.Il-Kosta tal-Avorju għandha tipprovdi lill-Unjoni l-leġiżlazzjoni applikabbli qabel l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll.

3.L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jinfurmaw lill-Unjoni Ewropea malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe bidla jew leġiżlazzjoni ġdida li taffettwa s-settur tas-sajd. Il-bidliet għandhom jibdew japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni fi żmien 60 jum minn meta ssir din in-notifika.

4.L-Unjoni Ewropea għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju bi kwalunkwe bidla jew leġiżlazzjoni ġdida relatata mal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta ta’ distanzi twal tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu
Skambju elettroniku ta’ data

1.Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jimplimentaw sistemi tal-IT siguri li jawtomatizzaw l-iskambji f’ħin reali ta’ data relatata mal-awtorizzazzjonijiet u mal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni, jew skambji b’mezzi elettroniċi skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

2.L-Unjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni regolari tal-informazzjoni li ġejja lill-Kosta tal-Avorju:

(a)fejn jikkonċernaw attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju:

il-pożizzjonijiet tal-bastimenti, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS, vessel monitoring system);

il-qabdiet ta’ kuljum tal-bastimenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7 (1a) u (1b),

in-notifiki tad-dħul u tal-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7 (1a) u (1b),

(b)fil-każ tal-portijiet fil-Kosta tal-Avorju:

in-notifiki minn qabel tat-trażbord u d-dikjarazzjonijiet tat-trażbord għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu 7 tfisser (1a) u (1b),

notifiki minn qabel ta’ ritorn lejn il-port u dikjarazzjonijiet ta’ ħatt l-art għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu 7 (1a) u (1b).

3.Il-verżjoni elettronika ta’ dokument skambjat għandha f’kull aspett titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.

4.Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jinnotifikaw lil xulxin mingħajr dewmien dwar kwalunkwe ħsara fis-sistemi tal-IT imsemmija hawn fuq u għandhom jimplimentaw il-proċeduri meħtieġa għall-kontinwità tal-iskambji ta’ informazzjoni.

5.L-arranġamenti tat-trażmissjoni tad-data, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tal-iskambji ta’ informazzjoni, huma stabbiliti fl-Anness.

6.Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jibdew jittrażmettu d-data ERS (sistema elettronika ta’ rappurtar), kif imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness, fil-format UN/FLUX fi żmien massimu ta’ 12-il xahar mill-iffirmar tal-Protokoll.

7.F’każ ta’ diffikultajiet tekniċi, il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li tinstab soluzzjoni alternattiva u li jieħdu miżuri biex jintlaħaq dan l-objettiv malajr kemm jista’ jkun.

Artikolu
Protezzjoni tad-data

1.Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jiżguraw li d-data skambjata skont il-Ftehim tintuża mill-awtorità kompetenti esklużivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u, b’mod partikolari, għall-finijiet ta’ ġestjoni kif ukoll għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għas-sorveljanza tas-sajd.

2.Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li d-data kollha kummerċjalment sensittiva u personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba skont il-Ftehim dwar is-Sajd, kif ukoll l-informazzjoni kummerċjali sensittiva kollha relatata mas-sistemi ta’ komunikazzjoni użati mill-Unjoni, jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-data aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.

3.Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.

4.Id-data personali skambjata skont il-Ftehim għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 6 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. Aktar salvagwardji u rimedji fir-rigward tad-data personali u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

5.Id-data skambjata skont il-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Appendiċi 6, anke wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu
Prerogattivi tal-Kumitat Konġunt

1.Il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim jista’ jiddelibera jew jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ skambji ta’ ittri jew permezz ta’ laqgħa mill-bogħod.

2.F’konfomrità mal-proċeduri speċifiċi għal kull waħda mill-Partijiet, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-emendi għal dan il-Protokoll relatati ma’:

(a)L-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 7(1) u 8(1), u konsegwentement mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8(2)(a).

(b)Il-metodi ta’ implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali msemmija fl-Artikolu 9;

(c)Il-patti u l-kundizzjonijiet tekniċi li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni;

(d)Is-salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tad-data personali previsti fl-Artikolu 15(4);

(e)L-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll.

Tali emendi għal dan il-Protokoll għandhom jiġu rreġistrati f’minuti ffirmati mill-Partijiet li għandhom jispeċifikaw id-data li fiha tali emendi għandhom ikunu eżegwibbli.

Artikolu
Reviżjoni ta’ nofs it-terminu

Fil-laqgħa annwali tiegħu fl-2026, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina d-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk jiġi stabbilit li seħħet waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ċirkostanzi anormali, kif definiti fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim, li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju;

(b)bidliet sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd minn kwalunkwe Parti li jipprevjenu attivitajiet bħal dawn milli jseħħu;

(c)jekk jiġu skattati l-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 101(6) u (7) tal-Ftehim ta’ Samoa fil-każ ta’ ksur tal-elementi essenzjali jew f’każijiet serji ta’ korruzzjoni kif definit f’dak il-Ftehim;

(d)nuqqas mill-Unjoni Ewropea li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2)(a), f’konformità ma’ dak li huwa previst fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(e)tilwima serja u mhux solvuta fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew fil-każ ta’ nonkonformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu stabbiliti minn waħda mill-Partijiet.

2.Meta s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll isseħħ għal raġunijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1(c) hawn fuq, din għandha tkun bil-kundizzjoni li l-Parti kkonċernata tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub mill-inqas 3 xhur qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ tali sospensjoni.

3.In-nuqqas ta’ ħlas mill-Unjoni Ewropea kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 jista’ jitqies bħala tali biss wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 60 jum wara n-notifika uffiċjali mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju lill-awtoritajiet tal-Unjoni li jistabbilixxu n-nuqqas ta’ ħlas.

4.F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima bejniethom. Meta din it-tilwima tiġi solvuta, l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha terġa’ tibda u l-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li jidentifikaw l-ammonti u l-metodi tal-kumpens.

Artikolu
Denunzja

1.F’każ ta’ denunzja ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas 6 xhur qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ id-denunzja.

2.Meta tintbagħat in-notifika kif imsemmi fil-paragrafu preċedenti għandhom jinfetħu konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Artikolu
Applikazzjoni proviżorja

Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2025, soġġett għall-iffirmar tiegħu mill-Partijiet, jew mid-data tal-iffirmar tiegħu jekk jiġi ffirmat wara l-1 ta’ Jannar 2025.

Artikolu
Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan ikunu tlestew.

Artikolu
Testi awtentiċi

Il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Għall-Unjoni Ewropea            Għar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju



ANNESS

Kundizzjonijiet għas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.Żona tas-sajd

Il-koordinati ġeografiċi tal-linji bażi u l-punti li jiddeterminaw il-konfini taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju huma stabbiliti fl-Appendiċi 1.

Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 hawn taħt.

2.Żoni fejn huma pprojbiti n-navigazzjoni u s-sajd

Il-Kosta tal-Avorju għandha tinnotifika lill-operaturi u lill-Unjoni Ewropea l-konfini taż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni u s-sajd meta tinħareġ il-liċenzja tas-sajd. Kull bidla f’dawn iż-żoni trid tiġi kkomunikata lill-Parti Ewropea malajr kemm jista’ jkun.

3.Kont bankarju

Il-Kosta tal-Avorju għandha tikkomunika lill-Unjoni, qabel l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll, id-dettalji tal-kont tat-Teżor Pubbliku li fih jitħallsu l-ammonti finanzjarji pagabbli mill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mill-operaturi.

4.Dettalji ta’ kuntatt

Id-dettalji ta’ kuntatt meħtieġa għall-komunikazzjonijiet previsti f’dan l-Anness huma indikati fl-Appendiċi 3.

KAPITOLU II

LIĊENZJI TAS-SAJD

Taqsima 1: Proċeduri applikabbli

1.Prerekwiżiti biex tinkiseb liċenzja tas-sajd - bastimenti eliġibbli

Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jingħataw liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju. Biex jagħmlu dan, iridu jkunu rreġistrati fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu pproċessati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/2403 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni.

Biex bastiment ikun eliġibbli, l-operatur, il-kaptan (jiġifieri s-sajjied inkarigat mill-kmand tal-bastiment tas-sajd) u l-bastiment innifsu jeħtiġilhom ma jkunux ipprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd fil-Kosta tal-Avorju u l-bastiment tal-Unjoni ma jridx ikun elenkat formalment bħala bastiment tas-sajd IUU. Dawn iridu jkunu regolari fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-Kosta tal-Avorju, jiġifieri jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti kollha li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Kosta tal-Avorju skont il-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-UE.

2.Applikazzjoni għal liċenzja

L-Unjoni għandha tippreżenta, b’mezzi elettroniċi lill-Kosta tal-Avorju, l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ kull bastiment, mill-inqas 21 jum tax-xogħol qabel id-data tal-bidu tal-operazzjonijiet mixtieqa.

It-trażmissjoni elettronika tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-indikazzjoni tal-aċċettazzjoni tagħhom għandhom jużaw is-sistema LICENCE, jiġifieri s-sistema elettronika sigura għall-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati bl-informazzjoni fl-Appendiċi 4, flimkien mad-dokumenti li ġejjin:

   il-prova tal-pagament antiċipat b’rata fissa għall-perjodu ta’ validità kkonċernat,

   kopja taċ-ċertifikat ta’ navigabbiltà tal-bastiment,

   kopja taċ-ċertifikat ta’ assigurazzjoni tal-bastiment,

   ritratt diġitali riċenti bil-kulur tal-bastiment, b’riżoluzzjoni adegwata, meħud mill-ġenb, li juri b’mod ċar l-isem tal-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu.

   illustrazzjoni u deskrizzjoni dettaljata tal-irkapti tas-sajd użati.

   iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment.

3.Mat-tiġdid ta’ liċenzja skont il-Protokoll fis-seħħ, għal bastiment li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid tista’ tkun akkumpanjata sempliċiment mill-prova tal-ħlas tat-tariffa.

4.Perjodu ta’ validità tal-liċenzji tas-sajd

Il-perjodu ta’ validità huwa perjodu annwali definit kif ġej:

(a)għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu jgħodd mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu sal-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;

(b)wara, il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru;

(c)għall-aħħar sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu jgħodd mill-1 ta’ Jannar sad-data tal-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.

5.Tariffa b’rata fissa

L-ammont tat-tariffa b’rata fissa għal kull bastiment ta’ kull kategorija huwa stabbilit fit-Taqsima 2.

It-tariffa għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku indikat mill-Kosta tal-Avorju qabel l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Għall-ewwel u l-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, it-tariffi b’rata fissa u t-tunnellati assoċjati għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu 7(1a) u (1b) għandhom jitnaqqsu pro rata temporis.

6.Lista tal-bastimenti awtorizzati li jistadu

Ladarba tinħareġ il-liċenzja, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi l-lista aġġornata tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Kosta tal-Avorju. Din il-lista għandha tiġi kkomunikata lill-awtorità nazzjonali għall-kontroll tas-sajd u lill-UE.

7.Ħruġ tal-liċenzji tas-sajd

Il-liċenzji tas-sajd oriġinali għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju fi żmien 21 jum tax-xogħol minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-punt 2 hawn fuq. Dawn għandhom jingħataw lill-operaturi jew lir-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun il-każ permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kosta tal-Avorju.

Il-Kosta tal-Avorju għandha tindika l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni u ttella’ kopja elettronika tal-oriġinal iffirmat fis-sistema LICENCE meta din tkun kompletament operazzjonali. Sadanittant, hija għandha tibgħat kopja skennjata tal-liċenzji maħruġa bil-posta elettronika lill-Unjoni.

8.Ħsara fis-sistema LICENCE

F’każ ta’ diffikultajiet fit-trażmissjoni tal-informazzjoni fis-sistema LICENCE bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kosta tal-Avorju, l-iskambji elettroniċi tal-liċenzji tas-sajd għandhom isiru permezz tal-posta elettronika sakemm is-sistema terġa’ tkun operazzjonali.

Ladarba s-sistema terġa’ tiġi stabbilita, l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata fis-sistema LICENCE minn kull Parti.

9.Trasferiment ta’ liċenzja tas-sajd

Il-liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ f’isem bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli. Madankollu, fuq talba tal-Unjoni u f’każ ta’ ċirkostanzi anormali ppruvati bħat-telf jew l-immobilizzazzjoni fit-tul ta’ bastiment minħabba ħsara teknika serja, il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja tas-sajd ġdida maħruġa f’isem bastiment ieħor tal-istess kategorija tal-Protokoll, mingħajr ma tkun dovuta tariffa ġdida. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali eventwali għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti.

L-operatur tal-bastiment li se jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jibgħat lura l-oriġinal tal-liċenzja kkanċellata lill-Kosta tal-Avorju, possibbilment permezz tad-Delegazzjoni tal-UE.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liċenzja l-ġdida hija d-data tal-kunsinna mill-operatur tal-liċenzja kkanċellata lill-Kosta tal-Avorju.

Il-Partijiet għandhom jaġġornaw il-lista tal-bastimenti awtorizzati u l-informazzjoni fis-sistema LICENCE.

10.Żamma abbord tal-liċenzja tas-sajd

Il-kopja oriġinali tal-liċenzja tas-sajd trid tinżamm abbord il-ħin kollu. Madankollu, sakemm ikun possibbli li dan id-dokument jinżamm abbord:

verżjoni elettronika tal-liċenzja tas-sajd tista’ tintuża għal perjodu massimu ta’ 60 jum kalendarju wara d-data tal-ħruġ ta’ dik il-liċenzja tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja għandha titqies ekwivalenti għall-oriġinal tal-liċenzja tas-sajd.

11.Bastimenti ta’ appoġġ

Il-Kosta tal-Avorju għandha tawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollhom liċenzja tas-sajd biex ikunu assistiti minn bastimenti ta’ appoġġ f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.

Il-bastimenti ta’ appoġġ ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. Dan l-appoġġ la jista’ jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet.

Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċedura li tirregola t-trażmissjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd imsemmija f’dan il-Kapitolu, sa fejn ikunu applikabbli għalihom. Il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u tikkomunikaha lill-UE.

F’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ liċenzja għal bastiment ta’ appoġġ qabel ma tkun inħarġet il-liċenzja mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju jew qabel ma l-bastiment ikun beda jopera fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, l-ammont imħallas għandu jiġi rimborżat. Jista’ jiġi kkreditat ukoll lill-operatur jew lill-assoċjazzjoni tal-produtturi u jintuża għal pagament ieħor.

Taqsima 2: Tariffi u ħlasijiet bil-quddiem

1.It-tariffa għal kull tunnellata mistada fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ għandha tkun ta’ EUR 80 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u ta’ EUR 85 wara dawn.

2.Il-liċenzji tas-sajd għandhom jinħarġu wara l-ħlas tat-tariffi annwali b’rata fissa bil-quddiem li ġejjin:

(a)Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun:

   EUR 12 000 għal kull bastiment għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 12 750 wara dawn, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 150 tunnellata fis-sena.

Il-bastimenti ta’ appoġġ għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għandhom ikunu soġġetti għal tariffa annwali ta’ EUR 3 500.

(b)Għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ:

   EUR 4 000 għal kull bastiment għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 4 250 wara dawn, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 50 tunnellata fis-sena.

3.Kundizzjonijiet relatati mal-ispeċijiet li jixbhu lit-tonn

(a)l-obbligu li ssir dikjarazzjoni dettaljata skont l-ispeċi;

(b)matul l-operazzjonijiet tal-ħatt l-art fil-Kosta tal-Avorju, l-operaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex iħottu l-art sabiex ibigħu l-qabdiet ta’ speċijiet li jixbhu lit-tonn maqbuda fiż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) tal-Kosta tal-Avorju.

4.L-Unjoni għandha toħroġ għal kull bastiment dikjarazzjoni tal-qbid u dikjarazzjoni tat-tariffi li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu mwettaq fis-sena kalendarja preċedenti. Hija għandha tibgħat dawn id-dikjarazzjonijiet lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju mhux aktar tard mill-aħħar ta’ April tas-sena attwali. Il-Kosta tal-Avorju tista’ tikkontesta dawn id-dikjarazzjonijiet, abbażi ta’ evidenza dokumentata, fi żmien 30 jum minn meta tirċevihom. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Kosta tal-Avorju ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien 30 jum, id-dikjarazzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala adottati.

5.Jekk id-dikjarazzjoni finali taqbeż it-tariffa fissa mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-operatur għandu jħallas il-bilanċ lill-Kosta tal-Avorju fil-kont imsemmi fil-paragrafu 4 tal-Kapitolu I fi żmien 45 jum, sakemm ma joġġezzjonax. Madankollu, jekk id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 2 ta’ din it-Taqsima, l-ammont residwu korrispondenti ma għandux ikun jista’ jiġi rkuprat mill-operatur.

KAPITOLU III

DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7 (1a) u (1b) u għad-detenturi ta’ liċenzja tas-sajd maħruġa skont dan il-Protokoll.

Taqsima 1: reġistrazzjoni fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u rappurtar tal-qabdiet permezz tal-ERS

1.Il-kaptan tal-bastiment għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-ICCAT. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

2.Kull bastiment tal-Unjoni irid ikun mgħammar b’sistema elettronika (minn hawn ’il quddiem imsejħa s-“sistema ERS”) li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti data dwar l-attività tas-sajd tal-bastiment (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“data tal-ERS”).

3.Bastiment tal-Unjoni li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx funzjonali, ma għandux ikun awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.

4.Ir-rekwiżiti tekniċi għall-komunikazzjonijiet permezz tal-ERS huma speċifikati fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Appendiċi 5.

5.Id-data tal-ERS għandha tiġi trażmessa bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji standardizzati tad-data dwar is-sajd.

6.F’każ ta’ nonkonformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-liċenzja tal-bastiment li jkun ġie rikonoxxut li wettaq ksur, sakemm jiġi ssodisfat l-obbligu impost fuqu u li japplikaw lill-operatur tal-bastiment il-proċedura ta’ ksur u l-penali previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju. L-Unjoni u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan.

Taqsima 2: rappurtar trimestrali tad-data dwar il-qabdiet

1.L-Unjoni għandha tipprovdi lill-Kosta tal-Avorju, qabel tmiem it-tielet xahar ta’ kull trimestru, id-data dwar il-qabdiet li jkunu saru matul it-trimestru preċedenti. Din id-data għandha tiġi ppreżentata kull xahar, skont il-kategorija tas-sajd, il-bastiment u l-ispeċi indikati bil-kodiċi tal-FAO tiegħu.

2.Id-data aggregata mill-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd għandha tkun proviżorja sakemm l-awtoritajiet tal-Unjoni jinnotifikaw dikjarazzjoni annwali finali tal-qabdiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II.

3.Il-Kosta tal-Avorju għandha tuża din id-data u tirrapporta kull inkonsistenza mad-data li tirċievi l-ERS f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu.

KAPITOLU IV

MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI

1.Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom liċenzja tas-sajd, li jirrigwardaw iż-żona tas-sajd, għall-irkaptu tas-sajd u għall-ispeċijiet ipprojbiti, għandhom jiġu ddefiniti fl-iskeda teknika fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

2.Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għar-reġjun għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu tas-sajd u mal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (dispositif de concentration de poissons, DCP), l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

3.F’konformità ma’ dawn il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-livelli ta’ qabdiet inċidentali ta’ fkieren, għasafar tal-baħar u speċijiet oħra mhux fil-mira. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li jinħelsu dawk il-qabdiet u li l-opportunitajiet ta’ sopravivenza ta’ dawk l-ispeċijiet jiġu massimizzati.

KAPITOLU V

MONITORAĠĠ, KONTROLL U SORVELJANZA

Taqsima I: Monitoraġġ, Kontroll u Spezzjoni

1.Notifiki ta’ dħul fiż-żona u ħruġ minnha

(a)L-operatur ta’ bastiment tal-qbid tal-Unjoni għandu jinnotifika, mill-inqas 3 sigħat qabel, lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju responsabbli mis-sorveljanza tas-sajd dwar id-dħul ippjanat fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju jew il-ħruġ ippjanat minnha mill-bastiment ikkonċernat.

(b)Jekk il-ħruġ jiġi kkanċellat, dan irid jiġi nnotifikat ukoll malajr kemm jista’ jkun.

(c)Meta jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, l-operatur tal-bastiment għandu jikkomunika b’mod partikolari:

id-data, il-ħin u l-punt ta’ qsim ippjanati;

il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata permezz tal-kodiċi Alfa-3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali; din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-bastimenti ta’ appoġġ.

(d)Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun innotifika d-dħul tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandu jitqies bħala bastiment li qed iwettaq ksur.

2.Proċeduri ta’ spezzjoni

(a)L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, jew fil-port, tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi uffiċjali tal-Kosta tal-Avorju awtorizzati kif xieraq u identifikabbli bħala assenjati biex jispezzjonaw l-attivitajiet tas-sajd.

(b)Qabel ma jittellgħu abbord, l-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju għandhom jgħarrfu lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha titwettaq minn massimu ta’ erba’ spetturi, li għandhom juru l-identità u l-kwalifika tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

(c)Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jissottomettru ruħhom għat-twettiq tad-dmirijiet tal-ispetturi u jiffaċilitaw l-imbark u x-xogħol tagħhom.

(d)L-immaġnijiet (ritratti jew vidjos) li jittieħdu matul l-ispezzjonijiet għandhom ikunu maħsuba biss għall-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll u għas-sorveljanza tas-sajd. Dawn ma jistgħux isiru pubbliċi sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix mod ieħor, filwaqt li jiġi żgurat li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jiġu rispettati.

(e)Dawn l-uffiċjali ma għandhomx ikunu preżenti abbord għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd tiegħu u l-merkanzija.

(f)Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt li jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. Il-firma tar-rapport tal-ispezzjoni mill-kaptan għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-difiża tal-operatur matul il-proċedura relatata ma’ kwalunkwe ksur misjub. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, jeħtieġlu jispeċifika r-raġunijiet għal dan bil-miktub, u l-ispettur irid iniżżel l-indikazzjoni “nirrifjuta li niffirma”. L-ispetturi Avorjani għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni qabel ma jħallu l-bastiment.

(g)Il-Kosta tal-Avorju għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien 8 ijiem mill-ispezzjoni.

(h)Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jwettqu spezzjonijiet konġunti tal-bastimenti tal-Unjoni, b’mod partikolari matul l-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art u ta’ trażbord, sabiex jiżguraw il-konformità kemm mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif ukoll ma’ dik tal-Kosta tal-Avorju. Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-ispetturi mibgħuta mill-Partijiet f’dan il-kuntest għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq tal-ispezzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’dik tal-Kosta tal-Avorju rispettivament. Il-Kosta tal-Avorju, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala Stat kostali jew tal-bandiera, jistgħu jikkooperaw fit-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ segwitu għall-ispezzjonijiet, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom.

(i)Barra minn hekk, fuq talba tal-Unjoni, l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju jistgħu jawtorizzaw lill-ispetturi tas-sajd tal-Unjoni jwettqu spezzjonijiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-ħatt l-art, tat-trażbord u tal-użin tal-qabdiet, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom skont il-liġi nazzjonali tagħhom, fil-preżenza tal-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju.

(j)F’każ ta’ nonkonformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-liċenzja tal-bastiment tal-Unjoni li jkun ġie rikonoxxut li wettaq ksur, sakemm jiġi ssodisfat l-obbligu impost fuqu u li japplikaw il-proċeduri ta’ ksur u s-sanzjoni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju. L-Unjoni u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan.

3.Sorveljanza parteċipattiva marbuta mal-ġlieda kontra s-sajd IUU

Sabiex jissaħħaħ il-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra internazzjonali u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrappurtaw il-preżenza fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju ta’ kwalunkwe bastiment issuspettat li jwettaq attivitajiet ta’ sajd IUU billi jiġbru kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dik l-osservazzjoni. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu, li għandha tibgħathom minnufih lill-Unjoni jew lill-organizzazzjoni maħtura minnha. L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jibagħtu lill-Unjoni kwalunkwe rapport ta’ osservazzjoni li jkollhom dwar il-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed iwettqu attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.

4.Ħatt l-art u trażbordi

(a)Kull operatur ta’ bastiment tal-Unjoni li jwettaq ħatt l-art jew trażbord fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju għandu jagħmel dan esklużivament fil-portijiet jew madwar il-portijiet tal-Kosta tal-Avorju. It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit.

(b)L-operatur tal-bastiment għandu jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju, fiż-żmien stipulat:

l-informazzjoni prevista mill-ICCAT għall-applikazzjoni minn qabel għad-dħul fil-port (18-09 para. 13);

in-notifika minn qabel tat-trażbord (ICCAT Rec 21-15 Appendiċi 3 para. 3.1);

id-dikjarazzjoni tat-trażbord (ICCAT Rec 21-15 Appendiċi 3 para. 3.3 u Appendiċi 1). Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art fil-portijiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jintbagħtu wkoll lill-Kosta tal-Avorju fl-istess limiti ta’ żmien u formati bħal dawk previsti għall-komunikazzjoni tagħhom lill-Istat tal-bandiera.

(c)Il-Kosta tal-Avorju għandha tikkontrolla l-operazzjonijiet ta’ trażbord u ta’ ħatt l-art fil-portijiet tal-Kosta tal-Avorju f’konformità mal-obbligi tiegħu skont il-Ftehim dwar il-miżuri tal-Istat tal-Port. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord għandhom jissottomettu ruħhom il-verifiki ta’ dawk l-operazzjonijiet. Għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ spezzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2.

5.Metodi ta’ komunikazzjoni tan-notifiki u tad-dikjarazzjonijiet

Il-komunikazzjonijiet tan-notifiki u tad-dikjarazzjonijiet imsemmija f’din it-taqsima għandhom, bħala prijorità, isiru b’mod prijoritarju permezz tal-ERS bejn l-Istat tal-bandiera u l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju u skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 5. Madankollu, jekk l-informazzjoni kollha prevista f’dawn in-notifiki u d-dikjarazzjonijiet ma tiġix trażmessa mill-ERS, l-informazzjoni kollha dwar l-avveniment ikkonċernat għandha tintbagħat bil-posta elettronika mill-operatur lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju. F’każ bħal dan, huma għandhom jikkonfermaw li rċevewha. Id-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u tal-ħruġ minnha għandhom jintbagħtu lill-Kosta tal-Avorju kemm permezz tal-posta elettronika fl-indirizz stabbilit fl-Appendiċi 3 kif ukoll permezz tal-ERS.

Taqsima II: Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS, vessel monitoring system)

6.Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment

(a)Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom liċenzja tas-sajd fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) li tippermettilhom li jiġu lokalizzati u identifikati awtomatikament minn apparat ta’ lokalizzazzjoni, permezz tat-trażmissjoni awtomatika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti f’intervalli regolari, minn hawn ’il quddiem imsejħa “data tal-VMS”.

(b)Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li l-VMS tal-bastiment tiegħu tkun kompletament operazzjonali u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ċentru ta’ monitoraġġ tas-sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera.

(c)Il-punti ta’ kuntatt, li d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għandhom jiġu kkomunikati qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni utli dwar it-tagħmir tal-bastimenti tal-Unjoni, il-protokolli tat-trażmissjoni jew kwalunkwe funzjoni oħra meħtieġa għall-monitoraġġ bis-satellita.

(d)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-provvista awtomatika f’ħin reali, liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju, il-pożizzjonijiet tal-VMS għall-perjodu li matulu l-bastiment tal-Unjoni jkun fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju.

(e)Għandu jkun ipprojbit li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni kontinwa jiċċaqlaq, jiġi skonnettjat, jinqered, issirlu ħsara jew isir inoperattiv bl-użu ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita mqiegħda abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data jew li tiġi alterata, iddevjata jew iffalsifikata intenzjonalment id-data maħruġa jew irreġistrata minn dik is-sistema.

(f)Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel il-funzjonament tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun soġġett għas-sanzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju fis-seħħ.

7.Difett tekniku jew ħsara li taffettwa t-tagħmir ta’ traċċar abbord il-bastiment tal-Unjoni.

(a)It-tagħmir difettuż irid jinbidel fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta l-Istat tal-bandiera jinnotifika liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju dwar id-difett tiegħu. Wara dak il-perjodu, il-bastiment tal-Unjoni kkonċernat irid jirritorna f’port magħżul mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju responsabbli mill-kontroll tas-sajd għas-segwitu u t-tiswija regolatorji jew irid jitlaq miż-żona, dment li r-rapport tal-ispezzjoni dwar it-tagħmir difettuż u r-raġunijiet għad-difett jiġu kkomunikati mill-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju.

(b)Sakemm it-tagħmir jiġi sostitwit, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jibgħat manwalment liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju, permezz ta’ mezzi elettroniċi, bir-radju jew bil-faks, rapport tal-pożizzjoni globali kull 4 sigħat, inklużi r-rapporti tal-pożizzjoni kif irreġistrati mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.

(c)Il-messaġġi kollha li ma jiġux trażmessi waqt il-perjodu ta’ waqfien għandhom jiġu trażmessi mill-ġdid hekk kif terġa’ tiġi stabbilita l-komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera kkonċernat u ċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju.

8.Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Kosta tal-Avorju

Il-metodi ta’ komunikazzjoni sigura huma stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Appendiċi 5.

9.Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Iċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju jista’ jitlob liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, flimkien ma’ kopja lill-Unjoni, biex inaqqas l-intervall biex bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal 30 minuta għal perjodu speċifiku tal-investigazzjoni, filwaqt li jżid l-elementi ta’ prova li juru ksur. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastiment mingħajr dewmien skont il-frekwenza l-ġdida.

Fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni stabbilit, il-Kosta tal-Avorju għandha tinforma liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni bir-riżultat tal-investigazzjonijiet tagħha u bi kwalunkwe segwitu meħtieġ possibbli.

KAPITOLU VI
IMPJIEG TA’ SAJJIEDA ABBORD BASTIMENTI TAL-UNJONI

1.Għadd meħtieġ ta’ sajjieda tal-AKP li għandhom jittellgħu abbord

1.1. L-operatur ta’ bastiment tal-Unjoni awtorizzat skont dan il-Protokoll għandu jtella’ abbord sajjieda tal-AKP biex jaħdmu abbord il-bastiment tiegħu bħala membri tal-ekwipaġġ għat-tul tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment fil-qafas tal-Protokoll.

1.2. L-għadd ta’ sajjieda Avorjani li jittellgħu abbord f’konformità mal-punt 1.1 għandu jiġi mmonitorjat regolarment mal-amministrazzjoni kompetenti tal-Kosta tal-Avorju, bl-għan li jintlaħaq 30 % tas-sajjieda tal-AKP fuq il-bastimenti kollha tal-kategorija tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun, inklużi l-maġġoranza tal-baħrin tal-Avorjani.

1.3. Is-sajjieda li għandhom jittellgħu abbord skont il-punt 1.1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 2 , inkluż fir-rigward tal-passaport, il-ktieb tal-baħħara, iċ-ċertifikat mediku, il-ktieb internazzjonali tat-tilqim u ċ-ċertifikat tat-taħriġ bażiku. Il-lista tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni għandha tiġi kkomunikata biżżejjed minn qabel lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju mill-Istat tal-bandiera. Is-sajjieda li għandhom jittellgħu abbord f’konformità mal-punt 1.1 għandhom ikunu kapaċi jifhmu, jagħtu ordnijiet u struzzjonijiet u jirrappurtaw fil-lingwa ta’ ħidma stabbilita abbord il-bastiment tas-sajd.

1.4. Sabiex jiffaċilitaw l-imbark tas-sajjieda mill-Kosta tal-Avorju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jistabbilixxu, jaġġornaw regolarment u jikkomunikaw lill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni lista tas-sajjieda kompetenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.3.

1.5. Il-kaptan għandu jfassal lista tal-ekwipaġġ, iniżżel id-data fuqha u jiffirmaha skont il-Formola 5 tal-Konvenzjoni tal-OMI dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (il-Konvenzjoni FAL) u jibgħat kopja ta’ dik il-lista lill-awtoritajiet maħtura tal-Kosta tal-Avorju qabel ma l-bastiment jitlaq miż-żona tal-port.

1.6. L-operatur tal-bastiment tal-Unjoni jew il-kaptan f’ismu għandu jirrifjuta l-imbark ta’ sajjied Avorjan abbord il-bastiment tiegħu jekk il-bastiment ma jikkonformax mar-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.3.

2.Kundizzjonijiet tax-xogħol

Il-kundizzjonijiet li taħthom jittellgħu abbord il-sajjieda Avorjani għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159, inkluż fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol jew tal-mistrieħ, id-drittijiet għar-ripatrijazzjoni u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

3.Ftehim ta’ ħidma tas-sajjieda

3.1. Għal kull sajjied imħaddem abbord bastiment tal-Unjoni f’konformità mal-punt 1.1, għandu jiġi nnegozjat u ffirmat ftehim ta’ ħidma bil-miktub kemm mis-sajjied kif ukoll minn min iħaddem. Dan il-ftehim iffirmat miż-żewġ Partijiet irid ikun soġġett b’mod obbligatorju għall-approvazzjoni tal-awtorità marittima tal-Kosta tal-Avorju f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju.

3.2. Dan il-ftehim għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 (l-Anness I tad-Direttiva).

4.Remunerazzjoni tas-sajjieda

4.1. Il-kost tar-remunerazzjoni u l-kostijiet lavorattivi addizzjonali għandhom jitħallsu direttament jew, fil-każ fejn l-impjegatur tas-sajjied ikun servizz tas-suq tax-xogħol privat, indirettament mis-sid tal-bastiment tas-sajd.

4.2. Trid titħallas remunerazzjoni garantita ta’ kull xahar jew regolari lis-sajjieda tal-AKP, preferibbilment permezz ta’ trasferiment bankarju, irrispettivament mill-qabdiet u/jew mill-bejgħ tal-ħut effettivament imwettqa. Din għandha tiġi ddeterminata bi ftehim reċiproku bejn l-operaturi jew l-aġenti tagħhom u s-sajjieda u/jew it-trade unions jew ir-rappreżentanti tagħhom. Fejn ma jkunux ġew konklużi ftehimiet kollettivi, il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni mogħtija lis-sajjieda tal-AKP ma għandhomx ikunu inqas minn dawk applikati għall-ekwipaġġi tal-pajjiżi AKP rispettivi tagħhom u, taħt l-ebda ċirkostanza, dawk iddeterminati mis-Sottokumitat dwar is-Salarji tal-Baħħara tal-Kumitat Marittimu Konġunt tal-ILO, fin-nuqqas ta’ tali standard għas-sajjieda, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi l-iżgurar ta’ garanzija ta’ kontinġenza internazzjonali għall-protezzjoni ta’ xogħol deċenti tas-sajjieda u jikkontribwixxi għalih.

4.3. Is-sajjieda ma għandhomx għalfejn iġarrbu l-kostijiet potenzjali tal-pagamenti riċevuti. Is-sajjieda għandu jkollhom mezz biex jibagħtu lill-familji tagħhom mingħajr ħlas il-pagamenti kollha li jirċievu jew parti minnhom, inklużi pagamenti bil-quddiem.

4.4. Is-sajjied jeħtieġlu jirċievi rendikont tal-paga għal kull ħlas tar-remunerazzjoni tiegħu u, jekk jitlob dan, prova tal-ħlas tas-salarju.

5.Sigurtà soċjali

Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li s-sajjieda li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tagħha u d-dipendenti tagħhom, sa fejn previst mil-liġi nazzjonali, ikunu intitolati għall-protezzjoni soċjali b’kundizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-ħaddiema l-oħra, b’mod partikolari l-impjegati, li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tagħha.

6.Servizzi privati tas-suq tax-xogħol

6.1. Is-servizzi privati tas-suq tax-xogħol jikkonsistu minn:

(a)servizz ta’ reklutaġġ u kollokament, jiġifieri kwalunkwe persuna, kumpanija, istituzzjoni, aġenzija jew organizzazzjoni oħra fis-settur pubbliku jew privat li jeżerċitaw attivitajiet ta’ reklutaġġ tas-sajjieda f’isem l-operaturi jew ta’ kollokament ta’ sajjieda magħhom;

(b)aġenzija privata tal-impjieg, jiġifieri kwalunkwe persuna, kumpanija, istituzzjoni, aġenzija jew organizzazzjoni oħra fis-settur privat involuta f’attivitajiet relatati mal-impjieg jew mar-reklutaġġ ta’ sajjieda bil-ħsieb li dawn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-sidien tal-bastimenti tas-sajd li jassenjawhom għal kompiti u li jissorveljaw it-twettiq ta’ dawk il-kompiti.

6.2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jiżguraw li l-aġenti tal-Kosta tal-Avorju li jipprovdu servizzi privati tas-suq tax-xogħol kemm lis-sajjieda kif ukoll lill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni:

(a)ma jużawx mezzi, mekkaniżmi jew listi biex jipprevjenu jew jiskoraġġixxu lis-sajjieda milli jiksbu impenn;

(b)ma jitolbux lis-sajjieda, kemm jekk fi flus kontanti kif ukoll jekk in natura, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, tariffi jew spejjeż oħra għas-servizzi tas-suq tax-xogħol li jipprovdu;

(c)ma jagħtux self jew jipprovdu oġġetti jew servizzi lis-sajjied sal-punt li s-sajjied ikollu jħallas lura jew iħallas għalihom;

(d)ma jnaqqsux mir-remunerazzjoni tas-sajjied il-ħlas jew il-ħlas lura ta’ self, oġġetti jew servizzi pprovduti qabel l-impjieg ta’ dan tal-aħħar; u

(e)għandhom jiżguraw li:

(i) il-Ftehim dwar l-impjieg tas-sajjieda jikkonforma ma’ dan il-Kapitolu, mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-ftehimiet kollettivi li jirregolaw il-ftehim dwar l-impjieg tas-sajjied;

(ii) il-Ftehim ta’ impjieg tas-sajjied jinkiteb f’lingwa li tinftiehem mis-sajjied u bil-lingwa uffiċjali jew ta’ ħidma tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat;

(iii) is-sajjieda involuti jiġu infurmati bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom qabel ma jiffirmaw il-ftehim ta’ ħidma tagħhom;

(iv) jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex is-sajjieda impenjati jkunu jistgħu jeżaminaw u jfittxu parir dwar il-klawżoli tal-ftehim ta’ ħidma tagħhom qabel ma jiffirmawh;

(v) is-sajjieda impjegati jirċievu kopja ffirmata tal-ftehim ta’ ħidma tagħhom;

(vi) is-sajjieda jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan il-Kapitolu; u

(vii) l-operatur tal-bastiment tal-Unjoni jirċievi fil-ħin kopja ta’ kull rendikont tal-paga u prova tal-ħlas għal kull ħlas tar-remunerazzjoni jekk l-aġent iħallas ir-remunerazzjoni.

6.3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jiżguraw li l-aġenti tal-Kosta tal-Avorju li jimpjegaw sajjieda biex jistazzjonawhom abbord il-bastimenti tal-Unjoni jiżguraw li l-ftehimiet ta’ ħidma tas-sajjieda li jiffirmaw ma’ dawn is-sajjieda jindikaw b’mod ċar li s-sajjied ikkonċernat huwa impjegat mill-aġent bl-għan li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni li jassenjawil-kompiti tagħhom u jissorveljaw it-twettiq ta’ dawk il-kompiti.

6.4. B’deroga mill-punt 6.2(b), l-ispejjeż għall-kisba ta’ ktieb tal-baħħara, ċertifikat mediku u passaport għandhom jitħallsu mis-sajjied jew minn persuna jew organizzazzjoni oħra kif determinat mil-leġiżlazzjoni applikabbli, mill-ftehim ta’ ħidma tas-sajjieda jew mill-ftehim kollettiv, jekk meħtieġ. L-ispejjeż għall-kisba ta’ viża u ta’ permess tax-xogħol, jekk meħtieġ, għandhom jitħallsu mill-impjegatur.

7.Konformità ma’ dan il-kapitolu

7.1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni applikabbli għas-sajjieda tkun faċilment aċċessibbli u mingħajr ħlas, b’mod komprensiv u trasparenti.

7.2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni korretta ta’ dan il-Kapitolu f’konformità mal-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali u f’konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

7.3. L-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tat-Taqsimiet 1, 2 u 3 abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Huma għandhom jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-Linji Gwida tal-ILO għall-ispezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fuq il-bastimenti tas-sajd.

7.4. Ir-rekwiżiti tal-imbark stabbiliti fil-punt 1.2 għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonali fil-każijiet li ġejjin:

— is-sajjied magħżul abbażi tal-lista msemmija fil-punt 1.4 jidher li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.3;

— is-sajjied li jkun iffirma ftehim ta’ ħidma skont il-punt 3.1 ma jidhirx quddiem il-kaptan fid-data u l-ħin indikati fil-ftehim ta’ ħidma tiegħu;

— l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju ma jipprovdux il-lista msemmija fil-punt 1.4.

7.5. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

KAPITOLU VII
OSSERVATURI

1.Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

1.1. Sakemm tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju fil-qafas tal-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.

1.2. Kull osservatur abbord bastiment tal-Unjoni jeħtieġlu jkun irċieva t-taħriġ meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza tiegħu abbord u biex iwettaq id-dmirijiet ta’ osservazzjoni li jridu jitwettqu.

1.3. Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura t-taħriġ tal-osservaturi tagħha. It-taħriġ tal-osservaturi għandu jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-proċeduri stabbiliti għall-osservazzjoni abbord il-bastimenti tal-Unjoni, bl-għan li jiġu armonizzati u kkoordinati l-programmi nazzjonali tal-osservaturi bl-appoġġ tal-Unjoni.

1.4. Il-Partijiet għandhom jaqblu li jesploraw l-użu possibbli ta’ sistema elettronika ta’ sorveljanza fil-kuntest tal-programmi ta’ osservazzjoni tagħhom. Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jikkollaboraw mal-Istati kostali l-oħra fil-Lvant tal-Oċean Atlantiku, bl-għan li jappoġġaw l-implimentazzjoni reġjonali miftiehma tal-programmi ta’ osservazzjoni, fil-qafas tal-ICCAT.

L-imbark tal-osservaturi magħżulin mill-Kosta tal-Avorju għandu jsir fuq il-bastimenti tal-Unjoni, f’konformità mar-regoli stabbiliti hawn taħt.

2.Bastimenti u osservaturi magħżulin

2.1. Il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi lista tal-osservaturi magħżulin biex jitqiegħdu abbord il-bastimenti tal-Unjoni, taġġornaha u tikkomunikaha lill-operaturi u lill-Unjoni. L-osservaturi f’din il-lista għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taħriġ deskritti fil-punt 1 ta’ din it-Taqsima.

2.2. Sabiex il-Kosta tal-Avorju tkun tista’ tottimizza l-ipprogrammar tagħha, l-operaturi kollha għandhom jikkomunikaw direttament lill-awtoritajiet, meta jressqu l-applikazzjoni għal liċenzja tagħhom, skeda indikattiva proviżorja tal-waqfiet fil-port għas-sena ta’ wara.

2.3. Il-Kosta tal-Avorju għandha tfassal programm għall-bastimenti tal-osservaturi li taħtar u tikkomunikah lill-operaturi kif ukoll lill-Unjoni.

2.4. Il-Kosta tal-Avorju għandha tinforma lill-operaturi kkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem tal-osservatur maħtur biex jitqiegħed abbord il-bastiment fil-mument tal-ħruġ tal-liċenzja, jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur.

2.5. L-osservatur għandu jibqa’ abbord il-bastiment għal vjaġġ tas-sajd wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-Kosta tal-Avorju, il-perjodu li matulu l-osservatur jibqa’ abbord jista’ jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul taż-żmien medju tal-vjaġġi tas-sajd previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-Kosta tal-Avorju meta jiġi notifikat l-isem tal-osservatur maħtur biex jitla’ abbord il-bastiment konċernat.

3.Kundizzjonijiet tal-imbark u tal-iżbark

3.1. Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur għandhom jiġu definiti bi qbil komuni bejn l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju.

3.2. L-osservatur għandu jittella’ abbord fil-port magħżul mill-operatur fil-bidu tal-vjaġġ tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.

3.3. L-operaturi kkonċernati għandhom jikkonfermaw, fi żmien ġimagħtejn u b’avviż minn qabel ta’ 10 ijiem, id-dati u l-portijiet għall-imbark tal-osservaturi.

3.4. Jekk l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż differenti mill-Kosta tal-Avorju, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-operatur.

3.5. F’każ ta’ assenza mhux ġustifikata tal-osservatur fil-post u l-ħin miftiehma fi żmien 12-il siegħa, l-operatur għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ lill-osservatur abbord.

3.6. Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sigurtà fiżika u l-benessri ġenerali tal-osservatur waqt l-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu.

3.7. L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq d-dmirijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ dmirijietu, għad-dokumenti relatati direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, inkluż b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa biex jiffaċilita t-twettiq ta’ dmirijietu.

3.8. L-operatur għandu jipprovdi akkomodazzjoni u ikel għall-osservaturi bi spejjeż għalih taħt il-kundizzjonijiet mogħtija lill-uffiċjali, f’konformità mal-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.

3.9. Is-salarju u l-ispejjeż soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-Kosta tal-Avorju.

4.Kompiti tal-osservatur

4.1. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal.

4.2. Meta jkun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, il-bastiment għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

   josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

   jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti fl-operazzjonijiet tas-sajd;

   iwettaq operazzjonijiet ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas ta’ programmi xjentifiċi;

   jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

   jivverifika d-data dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord;

   jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħmel stima tal-volum tal-iskartar;

   jikkomunika b’kull mezz xieraq l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u inċidentali li jkunu abbord lill-awtorità kompetenti.

5.Obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

   jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tal-imbark tiegħu, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-operazzjonijiet tas-sajd;

   jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jinstabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument tal-imsemmi bastiment;

   għal kull perjodu ta’ osservazzjoni abbord bastiment tal-Unjoni, l-osservatur għandu jħejji rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu u jibagħtu lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju, lill-operatur tal-bastiment, flimkien ma’ kopja lill-Unjoni. Il-kaptan jista’ jindika l-osservazzjonijiet li jqis utli.

6.Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa

Meta jitħallas il-ħlas bil-quddiem annwali biex tinkiseb il-liċenzja, l-operatur għandu jħallas lill-Kosta tal-Avorju kontribuzzjoni finanzjarja annwali b’rata fissa ta’ EUR 400 għal kull bastiment, maħsuba biex tikkontribwixxi għar-riċeviment tal-osservaturi tal-Kosta tal-Avorju li jkunu se jittellgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni.

KAPITOLU VIII
KSUR

1.Trattament tal-ksur

1.1. Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju jrid jiġi kkomunikat lill-Unjoni mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju bi kwalunkwe mezz xieraq fi żmien 24 siegħa tax-xogħol.

1.2. Wara li l-infrazzjoni tkun ġiet stabbilita fir-rapport imħejji mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Kosta tal-Avorju, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffirma dak ir-rapport. Jekk il-kaptan jirrifjuta jew ma jkunx jista’ jiffirma, dan għandu jinkiteb fir-rapport imsemmi.

1.3. Il-firma jew in-nuqqas ta’ firma mill-kaptan ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tiegħu u l-mezzi li jista’ juża biex jikkontesta l-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat.

1.4. Ir-rapport dwar dan il-ksur għandu jintbagħat lill-Unjoni u lill-Istat tal-bandiera fi żmien 7 ijiem tax-xogħol.

2.Ridirezzjonar ta’ bastiment - laqgħa ta’ informazzjoni

2.1. Kull bastiment tal-Unjoni ssuspettat bi ksur, jista’ jkun obbligat iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, fejn xieraq, jekk il-bastiment ikun fuq il-baħar, li jirritorna lejn port tal-Kosta tal-Avorju indikat mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Kosta tal-Avorju. Il-bastimenti tal-Unjoni li jiksru r-regolamenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jinżammu fil-port sakemm jitlestew il-formalitajiet previsti f’dawk ir-regolamenti.

2.2. Il-Kosta tal-Avorju għandha tinnotifika lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa b’kull ridirezzjonar ta’ bastiment tal-Unjoni. Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata tal-ksur allegat.

2.3. Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni tal-miżuri mmirati lejn il-preservazzjoni tal-evidenza, il-Kosta tal-Avorju għandha torganizza, fuq talba tal-Unjoni, fi żmien 48 siegħa min-notifika tar-ridirezzjonar tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni biex tiċċara l-fatti u tispjega kwalunkwe segwitu. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

2.4. Is-sid tal-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jiġi informat bl-eżitu tal-laqgħa u bi kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-imbark jew mid-detenzjoni.

3.Rapport ta’ ksur

3.1. F’każ ta’ ksur, id-dikjarazzjoni ta’ ksur għandha tiġi rreġistrata f’rapport imħejji mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Kosta tal-Avorju. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffirma dak ir-rapport. Jekk il-kaptan jirrifjuta jew ma jkunx jista’ jiffirma, dan għandu jinkiteb fir-rapport imsemmi.

3.2. Il-firma jew in-nuqqas ta’ firma mill-kaptan ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tiegħu u l-mezzi li jista’ juża biex jikkontesta l-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat.

4.Piena għall-ksur - proċedura ta’ kompromess

4.1.Il-piena għall-ksur iddikjarat għandha tiġi stabbilita mill-Kosta tal-Avorju skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

4.2. Meta r-riżoluzzjoni tal-ksur tinvolvi proċedura legali, qabel ma tinbeda, u sakemm il-ksur ma jinvolvix att kriminali, tista’ tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn il-Kosta tal-Avorju u l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu biex jiġu ddeterminati t-termini u l-livell tal-piena. F’din il-proċedura ta’ kompromess jistgħu jieħdu sehem rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-Unjoni. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn 3 ijiem tax-xogħol wara n-notifika tar-ridirezzjonar tal-bastiment.

5.Proċedura ġudizzjarja - garanzija bankarja

5.1. Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, l-operatur tal-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-Kosta tal-Avorju, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Kosta tal-Avorju, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mar-ridirezzjonar u d-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe konċessjoni kumpensatorja possibbli. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma tkun ġiet konkluża l-proċedura ġuddizzjarja.

5.2. Il-garanzija bankarja għandha tiġi rilaxxata u rritornata lill-operatur mingħajr dewmien wara li tkun ingħatat is-sentenza:

(a)    kollha kemm hi, jekk ma tingħata l-ebda sanzjoni;

(b)    skont il-bilanċ li jifdal, jekk il-piena tkun multa li tkun inqas mill-garanzija bankarja.

5.3. Meta l-ammont tal-piena imposta jaqbeż l-ammont tal-garanzija bankarja, l-operatur għandu jħallas il-kumplament.

5.4. Il-Kosta tal-Avorju għandha tinforma lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedura ġudizzjarja fi żmien 7 ijiem tax-xogħol minn meta tinqata’ s-sentenza.

6.Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati li jitilqu mill-port:

   meta jitwettqu l-obbligi li jirriżultaw mill-proċedura ta’ kompromess,

   jew mad-depożitu tal-garanzija bankarja.



Lista tal-appendiċijiet

Appendiċi 1 Koordinati ġeografiċi tal-linji bażi u taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju

Appendiċi 2 Skeda teknika ta’ aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni

Appendiċi 3 Dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet previsti f’dan il-Protokoll

Appendiċi 4 Informazzjoni li għandha tingħata meta ssir applikazzjoni għal liċenzja fil-qafas tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni Ewropea

Appendiċi 5 Rekwiżiti tekniċi għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u s-Sistema Elettronika ta’ Reġistrazzjoni tal-Attivitajiet tas-Sajd (ERS)

Appendiċi 6 Ipproċessar ta’ data personali

Appendiċi 1 Koordinati ġeografiċi tal-linji bażi u taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju

Punti tal-linji bażi:

ID

Latitudni

Lonġitudni

1

4.359901

-7,49759

2

4,3539

-7,48091

3

4,35372

-7,47834

4

4,36306

-7,45668

5

4,37798

-7,41153

6

4,38404

-7,39734

7

4,42568

-7,31199

8

4,45146

-7,25577

9

4,46686

-7,23731

10

4,53104

-7,11615

11

4,53818

-7,05595

12

4,5475

-7,03168

13

4,58922

-6,97921

14

4,65527

-6,83202

15

4,68612

-6,72211

16

1,096355

0,971844

17

4,363102

-7,52385

ID

1

5,089777778

-3,105888889

2

5,089916667

-3.107111111

3

5,090472222

-3,109805556

4

5,095361111

-3,134694444

5

5,102694444

-3,173138889

Punti tad-delimitazzjonijiet marittimi

ID

Lat

Lon

Isem

1

5,0898

-3,1059

CIV_GHA_BP55

2

5,0177

-3,1218

CIV_GHA_A

3

4,9664

-3,1337

CIV_GHA_B

4

4,4449

-3,2491

CIV_GHA_C

5

3,2037

-3,4984

CIV_GHA_D

6

2,9847

-3,5445

CIV_GHA_E

7

2,6768

-3,6101

CIV_GHA_F

8

1,0021

-7,5400

CIV_LBR

9

4,1594

-7,5430

CIV_LBR

10

4,3012

-7,5346

CIV_LBR

11

4,3313

-7,5328

CIV_LBR

12

4,3606

-7,5311

CIV_LBR

13

4,3620

-7,5308

CIV_LBR

14

4,1580

-7,5450

CIV_LBR

15

4,0930

-7,5400

CIV_LBR

16

4,0780

-7,5400

CIV_LBR

17

3,0610

-7,5400

CIV_LBR

18

2,0440

-7,5400

CIV_LBR

19

1,0270

-7,5400

CIV_LBR



Appendiċi 2 Skeda teknika ta’ aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni

BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUN BIL-FRIŻA U BASTIMENTI LI JISTADU BIL-KONZ TAL-WIĊĊ

1.    Żona tas-sajd:

   Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi.

2.    Irkaptu awtorizzat:

Tartarun

Konz tal-wiċċ

3.    Speċijiet ipprojbiti:

F’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-ispeċijiet migratorji u mar-riżoluzzjonijet tal-ICCAT, is-sajd għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja Sphyrnidae (ħlief il-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus), għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis), għat-tawru (Carcharias taurus) u għall-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus) huwa pprojbit.

Il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt sabiex jaġġornaw din il-lista fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.

4.    Tariffi tal-operaturi:

4.1. Tariffa għal kull tunnellata:    EUR 80 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 85 wara dawn.

4.2. Tariffa annwali b’rata fissa:    

Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun EUR 12 000 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 12 750 wara dawn (ħlas bil-quddiem b’rata fissa ta’ 150 tunnellata).

Għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ, EUR 4 000 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 4 250 wara dawn (ħlas bil-quddiem b’rata fissa ta’ 50 tunnellata).

4.3. Tariffa b’rata fissa tal-osservaturi:    EUR 400/bastiment/sena

4.4. Tariffa għall-bastiment ta’ appoġġ:    EUR 3 500/bastiment/sena

5. Għadd ta’ bastimenti awtorizzati biex jistadu:    25 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

7 bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ


Appendiċi 3 Dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet previsti f’dan il-Protokoll

Għall-Unjoni:

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd:

Applikazzjoni LICENCE: https://webgate.ec.europa.eu/licence

MARE-LICENCES@ec.europa.eu  

Qabdiet aggregati:

MARE-CATCHES@ec.europa.eu

Helpdesk tal-UN/FLUX:

MARE-FISH-IT-SUPPORT@ec.europa.eu  

Għall-Kosta tal-Avorju: il-Kosta tal-Avorju għandha tikkomunika d-dettalji ta’ kuntatt qabel l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll


Appendiċi 4 Informazzjoni li għandha tingħata meta ssir applikazzjoni għal liċenzja fil-qafas tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni Ewropea

Trid tingħata b’mod obbligatorju l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant, is-sid tal-bastiment, l-identifikazzjoni tal-bastiment, id-data teknika tiegħu u l-perjodu kkonċernat, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Isem tal-applikant 

Nru tat-telefon tal-applikant 

Email tal-applikant: 

Isem tas-sid tal-bastiment 

Il-belt u l-pajjiż ta’ residenza tas-sid tal-bastiment: 

Isem tas-sid jew ta’ massimu ta’ 5 sidien ewlenin effettivi/benefiċjarji tal-bastiment

Belt u pajjiż ta’ residenza tas-sid jew ta’ massimu ta’ 5 sidien ewlenin effettivi/benefiċjarji tal-bastiment: 

Isem tal-kaptan 

Nazzjonalità tal-kaptan: 

Email tal-kaptan: 

Isem u indirizz tal-aġent lokali 

Isem tal-bastiment 

Stat tal-bandiera 

Port tar-reġistrazzjoni 

IRCS 

Immarkar ta’ barra 

MMSI 

Nru tal-IMO (jekk applikabbli)

Nru tal-ICCAT

Data tar-reġistrazzjoni tal-bandiera attwali 

Bandiera preċedenti (jekk applikabbli) 

Post tal-kostruzzjoni 

Data tal-kostruzzjoni 

Frekwenza tas-sejħa bir-radju 

Numru tat-telefon bis-satellita 

Tul totali (metri): 

Tunnellaġġ (espress bħala GT): 

Tip ta’ magna 

Potenza tal-magna (f’KW) 

Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ 

Metodu ta’ konservazzjoni abbord 

Kapaċità ta’ pproċessar kuljum (24 siegħa) f’tunnellati 

Għadd ta’ stivi tal-ħut 

Kapaċità totali tal-istivi tal-ħut (f’m3) 

Manifattur tal-VMS

Mudell tal-VMS

Numru tas-serje tal-VMS

Verżjoni tas-software tal-VMS

Operatur tas-satelliti

Irkaptu tas-sajd awtorizzat: 

Post tal-ħatt l-art tal-qabdiet 

Data tal-bidu tal-awtorizzazzjoni mitluba 

Data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni mitluba 

Appendiċi 5 Rekwiżiti tekniċi għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u s-Sistema Elettronika ta’ Reġistrazzjoni tal-Attivitajiet tas-Sajd (ERS)

Taqsima 1 - Dispożizzjonijiet komuni għat-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti u għall-implimentazzjoni tal-ERS mill-Partijiet; kontinwità tal-operazzjonijiet

1.Jekk isseħħ ħsara teknika li taffettwa t-trażmissjoni bejn iċ-ĊMS tal-Partijiet tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti jew it-trażmissjoni tad-data dwar l-attivitajiet tas-sajd (minn hawn ’il quddiem imsejħa “data ERS”), il-bastimenti tal-Unjoni affettwati minn dak id-difett ma għandhomx jitqiesu bħala mhux konformi.

2.Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu konnessjoni bl-użu tas-software FLUX Transportation Layer ipprovdut mill-Kummissjoni Ewropea u jimplimentaw il-format UN/FLUX. Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli mas-sistema tal-Unjoni.

3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jimplimentaw ambjent ta’ aċċettazzjoni għal skopijiet ta’ ttestjar qabel ma jużaw l-ambjent tal-produzzjoni. L-Unjoni Ewropea se tibgħat messaġġi ta’ ttestjar liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju fl-ambjent ta’ aċċettazzjoni. Ladarba jgħaddu mit-testijiet, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu dwar id-data li minnha d-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u d-data tal-ERS għandhom jintbagħtu awtomatikament permezz tas-software FLUX Transportation Layer u fil-format UN/FLUX.

4.Sa dik id-data, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti tal-Unjoni u d-data tal-ERS għandha tintbagħat bl-użu tal-formati u l-metodi diġà fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

5.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Kosta tal-Avorju u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt u jinfurmaw lil xulxin mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla f’dawk l-indirizzi.

6.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Kosta tal-Avorju, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe interruzzjoni tal-komunikazzjonijiet awtomatiċi, jew fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li jdumu aktar minn 48 siegħa, għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta biex jerġgħu jistabbilixxu l-komunikazzjonijiet awtomatiċi u għandhom jinnotifikaw lill-Parti l-oħra li jkunu ġew restawrati. Il-Kumitat Konġunt se jkun obbligat li jsolvi kwalunkwe tilwim possibbli.

7.Jekk l-interruzzjoni ddum aktar minn 48 siegħa, id-data għandha sadanittant tiġi pprovduta miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tal-posta elettronika kull 24 siegħa sakemm jerġgħu jibdew il-komunikazzjonijiet awtomatiċi. Dan l-iskambju jista’ jintalab liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera miċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju jekk il-ħsara tikkonċerna s-sistema ta’ dan tal-aħħar u minkejja l-isforzi li jkunu saru biex dan jissolva, il-ħsara tippersisti wara 48 siegħa.

8.Id-data affettwata mill-interruzzjoni għandha tiġi rritornata wkoll bl-użu tas-sistemi ta’ komunikazzjoni awtomatiċi ladarba dawn jiġu restawrati.

9.L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jinfurmaw lis-servizzi ta’ sorveljanza kompetenti tagħhom sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jiġux kriminalizzati minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni ta’ data.

10.Kull wieħed mill-Partijiet għandu jiżgura l-konsistenza tad-data u b’mod partikolari jiżgura li l-filtri xierqa jiġu integrati fis-sistemi tagħhom u applikati għad-data sabiex titqies biss id-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.

Taqsima 2 - Rekwiżiti tekniċi għat-trażmissjonijiet tad-data tal-VMS

1.Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment - Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

1.1. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti bl-użu tal-konnessjoni ċentralizzata pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna b’mod sigur mill-Partijiet għal perjodu ta’ 3 snin.

1.2. Il-pożizzjonijiet tal-bastimenti għandhom jiġu pprovduti b’marġni ta’ żball ta’ inqas minn 100 metru u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %.

1.3. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT” (NAF) jew “ENTRY” (UN/FLUX). Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI” (NAF) jew “EXIT” (UN/FLUX).

2.Trażmissjoni mill-bastiment f’każ ta’ ħsara fl-apparat ta’ monitoraġġ tal-bastiment

Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju b’apparat ta’ monitoraġġ tal-bastiment difettuż għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull 4 sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju b’din il-bidla. Id-data dwar il-pożizzjoni mbagħad għandha tiġi trażmessa f’din il-frekwenza.

Iċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

3.Struttura ta’ messaġġ fil-format NAF li jikkomunika d-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment lill-Kosta tal-Avorju

Data 

Kodiċi 

Obbligatorju (O) / Fakultattiv (F) 

Kontenut 

Bidu tar-reġistrazzjoni 

SR 

Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni 

Destinatarju 

AD 

Dettall tal-messaġġ – Destinatarju Kodiċi 3-Alfa tal-pajjiż (ISO-3166) 

Speditur 

MT 

Dettall tal-messaġġ – Speditur Kodiċi 3-Alfa tal-pajjiż (ISO-3166) 

Stat tal-bandiera 

FS 

Dettall tal-messaġġ – Bandiera tal-Istat Kodiċi 3-Alfa (ISO-3166) 

Tip ta’ messaġġ 

TM 

Dettall tal-messaġġ – Tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN) 

Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS, International Radio Call Sign) 

RC 

Dettall tal-bastiment – Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) 

Numru ta’ referenza interna tal-Parti Kontraenti 

IR 

Dettall tal-bastiment – Numru uniku assenjat mill-Parti Kontraenti li jidentifika l-bastiment

Identifikatur uniku tal-bastiment (numru tal-IMO) 

IM 

Dettall dwar il-bastiment - numru tal-IMO 

Obbligatorju jekk il-bastiment għandu tali numru 

Numru ta’ reġistrazzjoni esterna 

XR 

Dettall dwar il-bastiment – Numru mmarkat mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) 

Latitudni 

LT 

 Dettalji tal-pożizzjoni tal-bastiment – Latitudni tal-pożizzjoni espressa fi gradi deċimali (WGS84) +/- DD.ddd.  Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma jridx jiġi trażmess. Iż-żerijiet insinifikanti jistgħu jitħallew barra. Il-valur irid ikun bejn -90 u +90. 

Lonġitudni 

LG 

Dettalji tal-pożizzjoni tal-bastiment – Lonġitudni tal-pożizzjoni espressa fi gradi deċimali (WGS84) +/- DDD.ddd.  Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma jridx jiġi trażmess. Iż-żerijiet insinifikanti jistgħu jitħallew barra. Il-valur irid ikun bejn -180 u +180.

Rotta 

CO 

Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360 grad 

Veloċità 

SP 

Veloċità tal-bastiment f’għexieren ta’ mili nawtiċi 

Data 

DA 

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – Data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) 

Ħin 

TI 

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) 

Tmiem tar-reġistrazzjoni 

ER 

Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni 

4.Mill-implimentazzjoni effettiva tal-format il-ġdid UN/FLUX u t-trażmissjoni bil-FLUX Transportation Layer, id-data tal-VMS għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-format u mal-proċessi deskritti fid-dokument ta’ implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

5.Protezzjoni tad-data tal-VMS

5.1. Toutes les données de surveillance communiquées par une Partie à l'autre Partie, conformément aux présentes dispositions, sont exclusivement destinées :

- waqt il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-flotta tal-Unjoni li tkun qed tistad fil-qafas tal-Ftehim dwar is-Sajd, li jsiru mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju,

- kif ukoll waqt studji ta’ riċerka mwettqa mill-Kosta tal-Avorju fil-qafas tal-ġestjoni u l-iżvilupp tas-sajd.

5.2. Tali data ma tistax tiġi kkomunikata lil Partijiet terzi, sakemm Parti minnhom ma tkunx legalment obbligata tagħmel dan.

Taqsima 3 - Rekwiżiti tekniċi għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u għar-rappurtar tad-data tal-ERS

1.Meta jkun fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni maħruġa skont dan il-Protokoll jeħtieġlu:

(a)jirreġistra kull dħul fiż-żona tas-sajd u kull ħruġ minnha permezz ta’ messaġġ speċifiku li jindika l-kwantitajiet ta’ kull speċi li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta’ tali dħul fiż-żona tas-sajd jew ta’ tali ħruġ minnha, kif ukoll id-data, il-ħin u l-pożizzjoni li fihom ikun se jsir dak id-dħul jew dak il-ħruġ. Dan il-messaġġ għandu jintbagħat liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju, permezz tal-ERS jew b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni sa mhux aktar tard minn sagħtejn qabel id-dħul jew il-ħruġ tiegħu;

(b)jirreġistra l-pożizzjoni tal-bastiment kuljum f’nofsinhar jekk ma tkun twettqet l-ebda attività tas-sajd;

(c)għal kull operazzojni tas-sajd li tkun twettqet, jirreġistra l-pożizzjoni fejn din tkun twettqet, it-tip ta’ rkaptu u l-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda, u jagħmel distinzjoni bejn il-qabdiet li jkunu nżammu abbord u dawk li jkunu ġew skartati. Kull speċi trid tiġi identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO; il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi f’kilogrammi ekwivalenti ta’ piż ħaj u, fejn meħtieġ, f’għadd ta’ ħut individwali;

(d)jibgħat id-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord elettroniku tas-sajd lill-Istat tal-bandiera tiegħu kuljum u mhux aktar tard minn 24:00; din it-trażmissjoni għandha ssir għal kull jum imqatta’ fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, inkluż fin-nuqqas ta’ qabda. Trid tintbagħat ukoll qabel ma l-bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd.

2.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jqiegħed id-data tal-ERS għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji (notifika tad-dħul fiż-żona, notifika tal-ħruġ miż-żona, notifika tal-wasla fil-port) mill-ERS liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju. Huwa għandu jittrażmetti awtomatikament darba kuljum fil-każ tal-messaġġi l-oħra tal-ERS mingħand il-bastiment.

3.Sa tmiem il-fażijiet tat-testijiet previsti fit-Taqsima 1:

id-data għandha tiġi ttrasportata permezz tal-highway għall-iskambju tad-data (DEH, Data Exchange Highway) fil-format EU-ERS (v 3.1) 3 .

in-notifiki tat-trażbordi għandhom isiru b’email lill-awtorità kompetenti tal-Kosta tal-Avorju

il-messaġġi istantanji biss (“notifika tad-dħul fiż-żona” - COE, “notifika ta’ ħruġ miż-żona” - COX, “notifika tal-wasla fil-port” - PNO) għandhom jiġu trażmessi awtomatikament u mingħajr dewmien. It-tipi l-oħra ta’ messaġġi għandhom ikunu disponibbli għal talba awtomatika miċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju.

4.Mill-implimentazzjoni effettiva tal-format UN/FLUX, u mit-trażmissjoni mill-FLUX Transportation Layer:

il-metodu ta’ provvista fuq talba se jikkonċerna biss talbiet speċifiċi għal data storika.

it-trażmissjoni tad-data tal-ERS għandha ssir f’konformità mal-format u mal-proċessi deskritti fid-dokument ta’ implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

5.Iċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu permezz ta’ messaġġ ta’ ritorn li jikkonferma l-wasla u l-validità tal-messaġġ li jkun irċieva. Għall-iskambju tad-data tal-ERS permezz tad-DEH, ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla tad-data li ċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju jirċievi bi tweġiba għal talba li jkun għamel huwa stess.

6.Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, dan iċ-ĊMS għandu jinnotifika lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew lir-rappreżentant(i) tagħhom b’dan mingħajr dewmien. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data nieqsa kuljum lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera, bi kwalunkwe mezz xieraq ta’ telekomunikazzjoni, sa mhux aktar tard minn 24:00.

7.F’każ ta’ ħsara tas-sistema ta’ trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw it-tiswija jew is-sostituzzjoni tas-sistema ERS tissewwa fi żmien 10 ijiem minn meta tinstab il-ħsara. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd u jrid jitlaq jew jidħol f’port fil-Kosta tal-Avorju fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun awtorizzat li jitlaq minn dak il-port jew jerġa’ jidħol fiż-żona tas-sajd biss meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun iddikjara li l-ERS qed terġa’ taħdem kif suppost.


Appendiċi 6 Ipproċessar ta’ data personali

1.Definizzjonijiet u kamp ta’ applikazzjoni

(a)Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll kif ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

“data personali”: kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (minn hawn ’il quddiem “suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni;

“ipproċessar”: kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali, sew jekk b’mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-konservazzjoni, l-adattament jew il-bidliet, l-estrazzjonoi, il-konsultazzjoni, l-użu, il-komunikazzjoni bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni fi kwalunkwe forma oħra, l-allinjament jew l-interkonnessjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

“awtorità trasferenti”: l-awtorità pubblika li tibgħat id-data personali;

“awtorità destinatarja”: l-awtorità pubblika li tirċievi d-data personali;

“ksur tad-data”: ksur tas-sigurtà li jwassal, b’mod aċċidentali jew illegali, għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat tad-data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, jew l-aċċess mhux awtorizzat għal din id-data;

“trasferiment ulterjuri”: tfisser trasferiment ta’ data personali minn Parti destinatarja lil entità li ma hijiex Parti firmatarja ta’ dan il-Protokoll (“parti terza”);

“awtorità ta’ sorveljanza”: tfisser awtorità pubblika indipendenti responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

(b)Kamp ta’ applikazzjoni

Is-suġġetti tad-data ta’ dan il-Protokoll huma b’mod partikolari persuni fiżiċi li huma sidien ta’ bastimenti tal-Unjoni, ir-rappreżentanti tagħhom, il-kaptan u l-ekwipaġġ li jservu abbord bastimenti tal-Unjoni li joperaw skont dan il-Protokoll.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u pproċessata b’mod ulterjuri:

— l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment;

— l-attivitajiet ta’ bastiment jew relatati miegħu, il-pożizzjoni u l-movimenti tiegħu, l-attività tas-sajd tiegħu jew l-attività tiegħu marbuta mas-sajd, miġbura permezz ta’ kontrolli, spezzjonijiet jew osservaturi;

— id-data dwar is-sid(ien) tal-bastiment jew tar-rappreżentant tiegħu/tagħhom, bħall-isem, in-nazzjonalità, id-dettalji ta’ kuntatt professjonali u l-kont bankarju professjonali,

— id-data dwar l-aġent lokali, bħall-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali,

— id-data dwar il-kaptani u l-membri tal-ekwipaġġ, bħall-isem, in-nazzjonalità, il-pożizzjoni u, fil-każ tal-kaptan, id-dettalji ta’ kuntatt,

— id-data dwar is-sajjieda abbord, bħall-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, it-taħriġ, iċ-ċertifikat tas-saħħa.

(c)Awtoritajiet responsabbli

L-awtorità responsabbli għall-ipproċessar tad-data hija l-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera għall-Unjoni u l-Awtorità Regolatorja għat-Telekomunikazzjoni tal-Kosta tal-Avorju (ARTCI, autorité de régulation des télécommunications de Côte d’Ivoire).

2.Salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali

(a)Limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data

Id-data personali mitluba u ttrasferita skont dan il-Protokoll għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Protokoll, jiġifieri għall-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-attivitajiet imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw data personali skont dan il-Protokoll biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti fil-Protokoll.

Id-data riċevuta ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija hawn fuq, jew inkella għandha tiġi anonimizzata.

Fuq talba, l-awtorità destinatarja għandha tinforma lill-awtorità trasferenti mingħajr dewmien dwar l-użu tad-data pprovduta.

(b)Preċiżjoni

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data personali trasferita skont dan il-Protokoll tkun preċiża, attwali u, fejn xieraq, aġġornata regolarment skont l-għarfien tal-awtorità trasferenti kkonċernata. Jekk waħda mill-Partijiet issib li d-data personali trasferita jew riċevuta ma hijiex preċiża, hija għandha tinforma lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien u għandha tikkoreġiha u taġġornaha kif meħtieġ.

(c)Limitazzjoni tal-ħżin

Id-data personali ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet skambjata, u għandha tinżamm għal massimu ta’ sena wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll ħlief jekk id-data personali ma tkunx meħtieġa biex tippermetti s-segwitu ta’ reat, spezzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. F’dak il-każ, id-data tista’ tinżamm sakemm ikun meħtieġ biex il-ksur jew l-ispezzjoni jkunu jistgħu jiġu segwiti jew sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu ngħalqu b’mod definittiv.

Jekk id-data personali tinħażen għal perjodu itwal, din għandha tiġi anonimizzata.

(d)Sigurtà u kunfidenzjalità

Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod li jiżgura s-sigurtà xierqa tagħha, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali. L-awtoritajiet inkarigati mill-ipproċessar se jindirizzaw kwalunkwe ksur tad-data u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv ta’ ksur ta’ data personali u jtaffu l-effetti negattivi possibbli tiegħu. L-awtorità destinatarja għandha tinnotifika tali ksur lill-awtorità trasferenti kkonċernata mingħajr dewmien żejjed u dawn għandhom jagħtu lil xulxin il-kooperazzjoni meħtieġa u f’waqtha sabiex kull waħda minn dawk l-awtoritajiet tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn ksur tad-data personali skont il-qafas legali nazzjonali tagħhom.

Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiggarantixxu li l-ipproċessar jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

(e)Rettifika jew tħassir

Il-partijiet għandhom jiżguraw li l-awtorità trasferenti u l-awtorità destinatarja jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw mingħajr dewmien ir-rettifika jew it-tħassir, kif xieraq, ta’ data personali meta l-ipproċessar ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari minħabba li tali data ma tkunx adegwata, rilevanti, preċiża jew tkun eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar.

Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bi kwalunkwe rettifika jew tħassir.

(f)Trasparenza

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati, permezz ta’ notifika individwali u pubblikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq is-siti web tagħhom, dwar il-kategoriji ta’ data trasferita u pproċessata b’mod ulterjuri, il-mod li bih tiġi pproċessata d-data personali, l-għodda rilevanti użata għat-trasferiment, l-iskop tal-ipproċessar, il-partijiet terzi jew il-kategoriji ta’ partijiet terzi li lilhom l-informazzjoni tista’ tiġi ttrasferita b’mod ulterjuri, id-drittijiet individwali u l-mekkaniżmi disponibbli għalihom biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu rimedju, u dettalji dwar fejn jistgħu jibdew tilwim jew iressqu lmenti.

(g)Trasferiment ulterjuri

L-awtorità destinatarja ma għandhiex tittrasferixxi d-data personali riċevuta skont dan il-Protokoll lil parti terza stabbilita f’pajjiż li ma huwiex Stat Membru tal-bandiera ħlief jekk dan ikun iġġustifikat minn objettiv importanti ta’ interess pubbliku, rikonoxxut ukoll fil-qafas legali applikabbli għall-awtorità trasferenti, u jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħra tal-Appendiċi (b’mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data); u

jekk il-pajjiż fejn tinsab il-parti terza jew fejn tinsab l-organizzazzjoni internazzjonali tbbenefika minn deċiżjoni ta’ adegwatezza adottata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 (“deċiżjoni ta’ adegwatezza”) li tkopri t-trasferiment ulterjuri; jew

f’każijiet speċifiċi, fejn tali trasferiment ikun meħtieġ biex l-awtorità trasferenti tissodisfa l-obbligi tagħha lejn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd; jew

b’mod eċċezzjonali u fejn jitqies meħtieġ, il-parti terza timpenja ruħha li tipproċessa d-data biss għall-iskop(ijiet) speċifiku/speċifiċi li għalih(om) tiġi sussegwentement trasferita u li tħassarha immedjatament ladarba l-ipproċessar ma jibqax meħtieġ għal dak l-għan.

3.Drittijiet tas-suġġetti tad-data

(a)Aċċess għad-data personali

Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità destinatarja għandha:

tikkonferma lis-suġġett tad-data jekk id-data personali dwaru hijiex qed tiġi pproċessata jew le;

tipprovdi informazzjoni dwar l-iskop tal-ipproċessar, il-kategoriji ta’ data personali, il-perjodu ta’ ħżin (jekk possibbli), id-dritt li tintalab rettifika/tħassir, id-dritt li jitressaq ilment, eċċ.;

tipprovdi kopja tad-data personali;

tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-garanziji applikabbli.

(b)Korrezzjoni tad-data personali

Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità destinatarja għandha tirrettifika d-data personali tiegħu li ma tkunx kompluta, preċiża jew valida.

(c)Tħassir tad-data personali

Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità destinatarja għandha:

tħassar id-data personali dwaru li tkun ġiet ipproċessata b’mod li ma jkunx konformi mas-salvagwardji stabbiliti f’dan il-Protokoll;

tħassar id-data personali li tikkonċernah li ma tkunx għadha meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata legalment;

twaqqaf l-ipproċessar tad-data personali jekk is-suġġett tad-data joġġezzjona għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data.

(d)Arranġamenti

L-awtorità destinatarja għandha twieġeb fi żmien raġonevoli u xieraq, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mit-talba, għal talbiet minn suġġett tad-data dwar l-aċċess għad-data personali tiegħu, jew ir-rettifika jew it-tħassir tagħha. L-awtorità destinatarja tista’ tieħu l-miżuri xierqa, bħall-impożizzjoni ta’ tariffi raġonevoli biex tkopri l-kostijiet amministrattivi jew ir-rifjut li tiġi ssodisfata talba li tkun manifestament bla bażi jew eċċessiva.

Jekk it-talba ta’ suġġett tad-data tiġi rrifjutata, l-awtorità destinatarja għandha tinforma lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

(e)Limitazzjoni

Id-drittijiet ta’ hawn fuq jistgħu jiġu limitati jekk tali restrizzjoni tkun prevista fil-liġi u tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għas-sejbien u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

Dawk id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti wkoll sabiex tiġi ssalvagwardjata funzjoni ta’ sorveljanza, spezzjoni jew regolazzjoni marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika.

Jistgħu jkunu ristretti wkoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

4.    Rimedju u sorveljanza indipendenti

(a)Sorveljanza indipendenti

Il-konformità tal-ipproċessar tad-data personali ma’ dan il-Protokoll għandha tkun soġġetta għal sorveljanza indipendenti minn korp estern jew intern li jeżerċita sorveljanza indipendenti u li jkollu setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ rimedju.

(b)Awtoritajiet ta’ sorveljanza

Għall-Unjoni, dan il-kontroll għandu jiġi eżerċitat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), meta l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-data tal-UE fejn l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Istat Membru tal-bandiera.

Għall-Kosta tal-Avorju, l-ARTCI hija kompetenti.

L-awtoritajiet imsemmija hawn fuq se jittrattaw b’mod effettiv u f’waqtu l-ilmenti mis-suġġetti tad-data dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont dan il-Protokoll.

(c)Dritt għal rimedju

Kull Parti għandha tiżgura li, skont l-ordni ġuridiku tagħha, suġġett tad-data li jqis li awtorità tkun naqset milli tikkonforma mas-salvagwardji stabbiliti fl-Artikolu 15 u f’dan l-Appendiċi, jew li jqis li d-data personali tiegħu tkun soġġetta għal ksur, jista’ jfittex rimedju kontra dik l-awtorità sa fejn ikun permess mid-dispożizzjonijiet legali applikabbli quddiem qorti jew korp ekwivalenti.

B’mod partikolari, kwalunkwe lment kontra waħda mill-awtoritajiet jista’ jiġi indirizzat lill-KEPD, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u lill-ARTCI, fil-każ tal-Kosta tal-Avorju. Barra minn hekk, ċerti lmenti kontra waħda mill-awtoritajiet jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u quddiem il-qrati reġjonali tal-Kosta tal-Avorju, fil-każ tal-Kosta tal-Avorju.

Fil-każ ta’ tilwima jew ilment imressaq minn suġġett tad-data b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħu kontra l-awtorità trasferenti, l-awtorità destinatarja jew iż-żewġ awtoritajiet, l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lil xulxin b’dan u jagħmlu kull sforz biex isolvu t-tilwima jew l-ilment b’mod amikevoli mill-aktar fis possibbli.

(d)Informazzjoni tal-Partijiet

Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar kwalunkwe lment li jirċievu dwar l-ipproċessar tad-data personali skont dan il-Protokoll u dwar ir-riżoluzzjoni tagħhom.

5.    Reviżjoni

Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe tibdil fil-leġiżlazzjoni tagħhom li jkollu effett fuq l-ipproċessar tad-data personali. Kull Parti għandha twettaq eżamijiet perjodiċi tal-politiki u l-proċeduri tagħha stess li jimplimentaw l-Artikolu 15 dan l-Appendiċi u l-effettività tagħhom u, fuq talba raġonevoli ta’ Parti, il-Parti l-oħra għandha teżamina l-politiki u l-proċeduri tagħha dwar l-ipproċessar tad-data personali sabiex tivverifika u tikkonferma li s-salvagwardji previsti fl-Artikolu 15 u f’dan l-Appendiċi huma implimentati b’mod effettiv. Ir-riżultati tal-eżami għandhom jiġu kkomunikati lill-Parti li tagħmel it-talba.

Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jaqblu fil-Kumitat Konġunt dwar il-bidliet meħtieġa għal dan l-Appendiċi.

6.    Sospensjoni tat-trasferiment

Meta l-Partijiet ma jkunux jistgħu jsolvu b’mod amikevoli tilwim dwar l-ipproċessar ta’ data personali f’konformità ma’ dan l-Appendiċi, il-Parti trasferenti tista’ tissospendi jew ittemm it-trasferiment tad-data personali sakemm tqis li l-kwistjoni tkun ġiet ittrattata b’mod sodisfaċenti mill-Parti destinatarja. Id-data diġà trasferita għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Appendiċi.

ANNESS II

Proċedura biex jiġu approvati l-emendi tal-Protokoll li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta

Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi tal-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 16(2) tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi proposti, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni li ssir f’isem l-Unjoni:

(a)    tkun konformi mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd;

(b)    tkun kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u tkun tqis il-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali;

(c)    tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika u bijoloġika u ta’ tip ieħor rilevanti mibgħuta lill-Kummissjoni.

(2)    Qabel ma l-Kummissjoni tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tippreżentahom lill-Kunsill fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt.

(3)    Il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-emendi proposti jikkonformawx mal-kriterji stipulati fil-punt 1 ta’ dan l-Anness.

(4)    Sakemm ma jkunx hemm għadd ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li joġġezzjonaw għall-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tapprovahom f’isem l-Unjoni. Jekk ikun hemm din il-minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni.

(5)    Jekk, waqt laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, inkluż dawk fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill, f’konformità mal-proċedura prevista fil-punti 2 sa 4, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis elementi ġodda.

(6)    Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fi żmien xieraq, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, meta dan ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħra, li ma jikkonċernawx emendi għall-Protokoll, f’konformità mal-Artikolu 16(2) tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita skont it-Trattati u l-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.

(1)    ĠU L 2862, 28.12.2023, p. 10-11 
(2)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li timplimenta l-Ftehim li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol konkluż fil-21 ta’ Mejju 2012 bejn il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-Unjoni Ewropea (COGECA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) u l-Assoċjazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Intrapriżi tas-Sajd fl-Unjoni Ewropea (Europêche) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE).
(3)    Dokumentazzjoni teknika fuq is-sit web Europa.eu https://circabc.europa.eu/faces/jsp/extension/wai/navigation/container.jsp