IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 5.3.2025
COM(2025) 73 final
ANNESS
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-implimentazzjoni (2025–2029) tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea
ANNESS
PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA FIS-SETTUR TAS-SAJD BEJN IR-REPUBBLIKA TAL-KOSTA TAL-AVORJU U L-KOMUNITÀ EWROPEA
Wara li kkunsidraw il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet, b’mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OSAKP) u l-Unjoni Ewropea, u x-xewqa komuni tagħhom li jintensifikaw din ir-relazzjoni,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea,
Il-Partijiet ta’ dan il-Protokoll jaqblu kif ġej:
Artikolu
Definizzjonijiet applikabbli għal dan il-Protokoll
Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa flimkien “il-Partijiet” u individwalment “il-Parti”. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Ftehim”: tfisser il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea;
“Ftehim ta’ Samoa”: tfisser il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra;
“Awtoritajiet tal-Unjoni”: tfisser il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun il-każ permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Kosta tal-Avorju, ekwivalenti għat-terminu “awtoritajiet tal-Komunità” kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim;
“Awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju”: il-Ministeru inkarigat mir-riżorsi tas-sajd;
“Appoġġ settorjali”: l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni mogħti għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u tal-akkwakultura tal-Kosta tal-Avorju;
“Qabdiet”: speċijiet akkwatiċi tal-baħar maqbuda minn irkaptu tas-sajd użat minn bastiment tas-sajd;
“Ħatt”: il-ħatt ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn bastiment tas-sajd għal fuq l-art;
“Delegazzjoni”: id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kosta tal-Avorju;
“Irkaptu biex jinġema’ l-ħut”: oġġetti artifiċjali jew naturali fuq il-wiċċ li taħthom jinġemgħu diversi speċijiet attirati minnhom, u b’hekk tiżdied il-kapaċità ta’ qbid ta’ dawk l-ispeċijiet;
“Leġiżlazzjoni nazzjonali”: il-leġiżlazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd fil-Kosta tal-Avorju;
“Liċenzja tas-sajd”: awtorizzazzjoni amministrattiva maħruġa mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju lil operatur għal bastiment tal-Unjoni li tagħtih id-dritt li jwettaq operazzjonijiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għal perjodu speċifikat; it-termini ekwivalenti għat-termini “awtorizzazzjoni tas-sajd” kif definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
“Bastiment tal-Unjoni”: bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;
“Bastiment ta’ appoġġ”: bastiment, minbarra inġenju li jinġarr abbord, li ma jkunx mgħammar bi rkaptu tas-sajd operazzjonali maħsub biex jaqbad jew jattira l-ħut u li jiffaċilita, jassisti jew iħejji l-operazzjonijiet tas-sajd;
“Osservatur”: kwalunkwe persuna awtorizzata minn awtorità nazzjonali responsabbli, f’konformità mal-Anness, biex tosserva l-implimentazzjoni tar-regoli applikabbli għall-operazzjonijiet tas-sajd, jew għall-osservazzjoni ta’ tali operazzjonijiet għal finijiet xjentifiċi;
“Operatur”: kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmaniġġja jew għandha impriża li twettaq attività relatata ma’ kwalunkwe stadju tal-ktajjen ta’ produzzjoni, ipproċessar, kummerċjalizzazzjoni, distribuzzjoni u bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
“Operazzjoni tas-sajd”: l-attivitajiet kollha relatati mat-traċċar tal-ħut, il-kalar, l-użu u l-irfigħ tal-irkapti attivi, it-tqegħid, l-immersjoni, it-tneħħija jew it-tqegħid lura ta’ rkaptu passiv u t-tneħħija ta’ kwalunkwe qabda mill-irkaptu, mix-xbieki jew mill-gaġġa tat-trasport lejn il-gaġeġ tat-tismin u tat-tkabbir;
“Sajd sostenibbli”: is-sajd skont l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO, Food and Agriculture Organisation) fl-1995;
“Sajjied”: kwalunkwe persuna impjegata jew involuta fi kwalunkwe kapaċità jew li teżerċita attività professjonali abbord bastiment tas-sajd, inklużi l-persuni li jaħdmu abbord li jitħallsu separatament, iżda bl-esklużjoni tal-bdoti, tal-ekwipaġġi tal-flotta tal-gwerra, ta’ persuni oħra li jservu b’mod permanenti lill-gvern, ta’ persuni bbażati fuq l-art responsabbli mit-twettiq ta’ xogħol abbord bastiment tas-sajd u tal-osservaturi tas-sajd. Il-baħrin tal-pajjiżi AKP kif definiti fil-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala sajjieda skont it-tifsira ta’ din id-definizzjoni;
“Opportunitajiet tas-sajd”: drittijiet tas-sajd kwantifikati, espressi f’termini ta’ qabdiet jew sforz tas-sajd;
“Protokoll”: dan il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim, kif ukoll l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;
“Il-Kosta tal-Avorju”: ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju;
“Skartar”: qabdiet mhux miżmuma abbord;
“Trażbord”: it-trasferiment dirett ta’ kwalunkwe kwantità ta’ ħut miżmuma abbord bastiment lejn bastiment ieħor irrispettivament mill-post tal-manuvra, mingħajr ma l-ħut jiġi rreġistrat bħala li nħatt l-art;
“L-Unjoni”: l-Unjoni Ewropea, li qabel kienet il-Komunità Ewropea.
Artikolu
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim billi jispeċifika b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju kif ukoll id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tas-sħubija dwar is-sajd sostenibbli.
Artikolu
Perjodu ta’ applikazzjoni
Dan il-Protokoll għandu japplika għal perjodu ta’ 4 snin, mid-data tal-iffirmar tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 20.
Artikolu
Relazzjoni bejn dan il-Protokoll u l-Ftehim
Il-Protokoll għandu jiġi interpretat u applikat fil-kuntest tal-Ftehim u b’mod kompatibbli miegħu.
Jekk Ftehim ġdid jissostitwixxi jew jemenda l-Ftehim eżistenti, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-possibbiltà, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, li jemendaw dan il-Protokoll kif meħtieġ biex jinġieb f’konformità mal-Ftehim il-ġdid jew mal-Ftehim emendat.
Artikolu
Prinċipji
Il-Partijiet għandhom jaġixxu u jimplimentaw il-Protokoll f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
1.L-implimentazzjoni tal-Protokoll, b’mod partikolari t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd, għandha ssir b’tali mod li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-benefiċċji li jirriżultaw minnu.
2.Il-Partijiet għandhom jimplimentaw dan il-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Samoa.
3.Skont il-prinċipju tat-trasparenza, il-Kosta tal-Avorju għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Unjoni, fil-qafas tal-Kumitat Konġunt, l-informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe ftehim li jawtorizza l-aċċess tal-bastimenti tat-tonn barranin għaż-żona tas-sajd tagħha u l-lista tal-bastimenti tat-tonn awtorizzati f’dan il-kuntest.
4.Skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, il-Kosta tal-Avorju tintrabat li tapplika l-istess miżuri tekniċi u ta’ konservazzjoni għall-flotot industrijali barranin kollha tat-tonn li joperaw fiż-żona tas-sajd tiegħu li għandhom l-istess karatteristiċi bħal dawk koperti minn dan il-Protokoll.
5.Fir-rigward tal-istokkijiet transżonali jew l-istokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna, il-Partijiet għandhom iqisu kif xieraq il-valutazzjonijiet xjentifiċi mwettqa fil-livell reġjonali u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (ORGP, organisation régionale de gestion des pêches) kompetenti.
6.Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol tas-sajjieda abbord il-bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx imorru kontra l-istrumenti applikabbli għas-sajjieda tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation) u tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI, Organisation maritime internationale), b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol (1998), kif emendata fl-2022, u l-Konvenzjoni Nru 188 tal-ILO dwar ix-Xogħol fis-Sajd. Dan jinkludi b’mod partikolari r-rispett għal-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema, l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol, kif ukoll ambjent tax-xogħol sikur u tajbin għas-saħħa u kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol deċenti abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.
7.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu r-ratifika tal-Konvenzjonijiet tal-ILO u tal-OMI dwar is-Sajd. Huma jimpenjaw ruħhom ukoll li jippromwovu taħriġ adegwat għas-sajjieda, b’mod partikolari dak previst fil-Konvenzjoni Internazzjonali tal-OMI dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd (STCW-F, Standards of Training, Certification and Watchkeeping for Fishing Vessel Personnel).
Artikolu
Ir-relazzjoni bejn il-Protokoll u ftehimiet u strumenti legali oħra dwar is-sajd
Il-Protokoll għandu jiġi interpretat u applikat f’konformità ma’:
(a)ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT, Commission internationale pour la conservation des thonidés de l’Atlantique) jew ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd rilevanti oħra, bħall-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (COPACE, Comité des pêches pour l'Atlantique Centre-Est) u l-Kumitat għas-Sajd fil-Golf tal-Guinea tal-Punent (CPCO, Comité des Pêches du Centre Ouest du Golfe de Guinée);
(b)il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħażniet ta’ Ħut tal-1995;
(c)il-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-1995 (FAO);
(d)il-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port tal-2009 (FAO);
(e)il-linji gwida volontarji biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sajd fuq skala żgħira fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel u l-qerda tal-faqar ippubblikati fl-2015 (FAO),
u b’mod kompatibbli magħhom.
Artikolu
Aċċess għaż-żona tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni
1.L-aċċess għaż-żona tas-sajd skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandu jkun possibbli għall-bastimenti tal-Unjoni sa limitu ta’:
(a)bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni bil-friża: 25 dgħajsa;
(b)bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ: 7 dgħajjes;
Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom jiġu awtorizzati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness u f’konformità mar-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ICCAT.
2.L-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw l-ispeċijiet migratorji ħafna (speċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982) bl-eċċezzjoni ta’ speċijiet protetti jew li l-qabda tagħhom hija pprojbita fil-qafas tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) jew konvenzjonijiet internazzjonali oħra jew il-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju, b’mod partikolari l-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi 2.
3.Il-paragrafu 1 ta’ hawn fuq għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 u 12 ta’ dan il-Protokoll.
4.Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu operazzjonijiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju skont dan il-Protokoll.
5.L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom joħorġu liċenzji tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni biss fil-qafas ta’ dan il-Protokoll. Il-ħruġ ta’ kwalunkwe liċenzja tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fil-forma ta’ liċenzja tas-sajd dirett, għandu jkun ipprojbit.
6.Il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd huma stipulati fl-Appendiċi tal-Anness .
Artikolu
Kontribuzzjoni finanzjarja — metodi ta’ pagament
1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR 740 000 fis-sena, jiġifieri ammont globali ta’ EUR 2 960 000 għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 3.
2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tikkonsisti minn:
(c)a)
ammont annwali għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju ta’ EUR 305 000 li jikkorrispondi għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 6 100 tunnellata fis-sena; u
(d)b)
ammont annwali speċifiku ta’ EUR 435 000 bħala kontribut għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.
3.Barra minn hekk, l-operaturi għandhom iħallsu kontribuzzjoni finanzjarja annwali għall-aċċess tal-bastimenti tagħhom għaż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tal-Anness.
4.Il-paragrafu 2 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9, 11, 12, 17 u 18 ta’ dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim.
5.Jekk il-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni f’sena jaqbżu t-tunnellaġġ ta’ referenza annwali, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiġi ssupplimentat b’pagament ta’ EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Il-ħlas ta’ dawn il-qabdiet addizzjonali għandu jsir ladarba l-qabdiet tas-sena jkunu ġew approvati mill-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tal-Anness. Madankollu, meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Ewropej jaqbżu d-doppju tat-tunnellaġġ ta’ referenza annwali, il-ħlas tal-ammont dovut għall-qabdiet li jaqbżu dak il-limitu għandu jiġi riportat b’sena.
6.Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll għas-snin ta’ wara.
7.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas lit-Teżor pubbliku tal-Kosta tal-Avorju.
8.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandha titħallas f’kont tat-Teżor pubbliku ddedikat għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali. Il-ħlas tagħha għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 10 tal-Artikolu 9.
9.Ir-referenzi tal-kont(ijiet) imsemmi(ja) hawn fuq għandhom jiġu kkomunikati kull sena mill-Kosta tal-Avorju lill-Unjoni.
10.Kull komponent tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiddaħħal fil-baġit tal-Istat u għandu jkun soġġett għar-regoli u għall-proċeduri tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-Kosta tal-Avorju.
Artikolu
Appoġġ settorjali
1.Programm ta’ appoġġ settorjali huwa definit fil-qafas ta’ dan il-Protokoll. Huwa għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd u tal-akkwakultura fil-Kosta tal-Avorju billi jappoġġa b’mod partikolari:
(a)it-titjib tal-għarfien u l-kapaċitajiet xjentifiċi dwar ir-riżorsi tas-sajd;
(b)miżuri ta’ ġestjoni u żvilupp ta’ sajd u akkwakultura artiġjanali sostenibbli;
(c)il-komunitajiet tas-sajd, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-impjiegi u t-taħriġ vokazzjonali, b’attenzjoni partikolari għan-nisa u għaż-żgħażagħ;
(d)id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki għall-kontroll u l-ispezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li għandhom bħala għan b’mod partikolari l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU, illegal, unreported and unregulated fishing) u l-iskoraġġiment u s-sanzjonar ta’ ksur relatat mas-sajd IUU;
2.L-Unjoni u l-Kosta tal-Avorju għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sa mhux aktar tard minn 3 xhur wara l-bidu tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll, dwar dan il-programm ta’ appoġġ settorjali pluriennali li jinkludi b’mod partikolari:
(a)Il-linji gwida li għalihom tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8(2)(b);
(b)L-għanijiet li għandhom jintlaħqu sabiex jiġi promoss sajd sostenibbli u responsabbli;
(c)Il-kriterji ta’ valutazzjoni tar-riżultati u l-kundizzjonijiet li taħthom isiru l-pagamenti (linji gwida).
3.Dan il-programm għandu jkun soġġett għal konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet interessati fil-Kosta tal-Avorju.
4.Għandu jitfassal programm annwali li jistabbilixxi għal kull proġett jew attività:
(a)il-ħtiġijiet li dawk il-proġetti jew attivitajiet huma maħsuba li jissodisfaw;
(b)l-objettivi;
(c)ir-riżultati mistennija u l-indikaturi li jistgħu jitkejlu;
(d)l-istimi tal-ispejjeż;
(e)l-iskeda ta’ żmien proviżorja tar-rendimenti. Din l-iskeda ta’ żmien tista’ tipprevedi li l-kisbiet tal-programm jinfirxu fuq diversi snin.
5.Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali, u tal-intervent tal-Unjoni fis-sħubija mal-Kosta tal-Avorju. Din il-viżibbiltà hija waħda mill-objettivi msemmija hawn fuq.
6.Kull bidla sostanzjali proposta fil-programm settorjali jew fl-ammonti speċifiċi allokati għall-proġetti li għandhom jitwettqu trid tiġi nnotifikata minn qabel lill-Unjoni u approvata mill-Partijiet fil-Kumitat Konġunt.
7.Kull sena, il-Kosta tal-Avorju għandha tibgħat rapport bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-programm u rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja lill-Kumitat Konġunt, li jivvaluta r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali. Il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar il-ħlas ta’ pagament parzjali ulterjuri fid-dawl tal-kisba tal-objettivi fl-implimentazzjoni tal-programm.
8.Rapport finali li jkopri l-programm pluriennali kollu għandu jiġi ppreżentat ukoll mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-aħħar pagament imsemmi fl-Artikolu 8(2)(b). Huwa jippreżenta rieżami tal-implimentazzjoni tal-programm għall-pagamenti kollha li saru skont il-Protokoll.
9.Il-Partijiet għandhom ikomplu jimmonitorjaw l-appoġġ settorjali sakemm il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 8(2)(b) tkun intużat kompletament, jekk ikun meħtieġ wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
10.Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 8(2)(b) ta’ dan il-Protokoll għandha titħallas:
(a)għall-ewwel pagament parzjali wara l-validazzjoni mill-Kumitat Konġunt tal-programm ta’ appoġġ settorjali, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.
(b)għall-pagamenti parzjali sussegwenti, wara l-evalwazzjoni tar-riżultati msemmija fil-paragrafu 4, abbażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu vvalutati mill-Kumitat Konġunt.
Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-ħlas ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika ma jistax isir wara perjodu ta’ 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
11.Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu linji gwida relatati mal-metodi ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ tal-appoġġ settorjali. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu vvalidati waqt l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt u jiġu riveduti kif meħtieġ.
12.Il-verifiki u l-kontrolli fuq l-użu tal-fondi tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2)(b) jistgħu jitwettqu mill-korpi tal-awditjar u tal-kontroll ta’ kull Parti, inklużi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi. Dan jinkludi dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni, għad-dokumenti, għas-siti u għall-faċilitajiet tal-benefiċjarji.
Artikolu
Kooperazzjoni xjentifika u teknika għal sajd sostenibbli
1.Il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom favur kooperazzjoni xjentifika u teknika skont il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Ftehim.
2.Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd sostenibbli fil-livell tas-sottoreġjun, b’mod partikolari fil-qafas tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u ta’ kwalunkwe organizzazzjoni subreġjonali jew internazzjonali rilevanti oħra. Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.
3.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex isaħħu l-mekkaniżmi ta’ kontroll, spezzjoni u ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fil-Kosta tal-Avorju.
4.Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, il-Partijiet jistgħu jlaqqgħu laqgħa xjentifika għal kwalunkwe evalwazzjoni xjentifika, biex jirrakkomandaw miżuri mmirati lejn ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, u biex jimplimentaw l-Artikolu 12.
Artikolu
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bi qbil reċiproku
1.L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2)(a) jistgħu jiżdiedu bi ftehim reċiproku wara l-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim, sakemm tali żieda ma taffettwax il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Kosta tal-Avorju. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8(2)(a) għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis.
2.Jekk, min-naħa l-oħra, il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni ta’ tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(2)(a), il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.
Artikolu
Opportunitajiet ġodda ta’ sajd u sajd esploratorju
1.Jekk l-operaturi tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu interessati f’attivitajiet tas-sajd li ma humiex indikati fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 7, l-Unjoni għandha tikkonsulta lill-Kosta tal-Avorju dwar awtorizzazzjoni possibbli relatata ma’ dawk l-attivitajiet il-ġodda. F’dawn il-konsultazzjonijiet, il-Partijiet għandhom iqisu l-pariri xjentifiċi rilevanti, b’mod partikolari dawk maħruġa mill-organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali jew sottoreġjonali.
2.Il-Kumitat Konġunt jista’ jordna l-laqgħa xjentifika prevista fl-Artikolu 10(4) ta’ dan il-Protokoll biex:
(a)tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-esplorazzjoni ta’ sajd ġdid, b’mod partikolari fil-forma ta’ staġun tas-sajd esploratorju,
(b)tifformula kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet tas-sajd ġodda bħall-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni pluriennali.
3.Il-Partijiet jaqblu fil-Kumitat Konġunt li jagħmlu l-emendi meħtieġa għal dan il-Protokoll.
4.Jekk ikun irrakkomandat mil-laqgħa xjentifika, il-Partijiet jistgħu jawtorizzaw staġuni tas-sajd esploratorju fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju sabiex jittestjaw il-fattibbiltà teknika u l-profittabbiltà ekonomika tas-sajd il-ġdid.
5.Għal dan l-għan, l-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd esploratorju abbażi ta’ fajl tekniku li jispeċifika:
(a)il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment;
(b)il-livell ta’ għarfien tal-uffiċjali tal-bastiment fis-sajd ikkonċernat;
(c)il-proposta dwar il-parametri tekniċi tal-istaġun (tul ta’ żmien, irkaptu, żoni ta’ esplorazzjoni, eċċ.).
6.L-istaġuni tas-sajd esploratorju għandhom idumu skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-laqgħa xjentifika u ma jistgħux jaqbżu total ta’ 6 xhur. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-ħlas ta’ tariffa ffissata mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju.
7.Osservatur xjentifiku mill-Istat tal-bandiera u osservatur xjentifiku mill-Kosta tal-Avorju għandhom ikunu preżenti abbord matul l-istaġun kollu. Il-protokolli ta’ osservazzjoni tagħhom għandhom jiġu armonizzati skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-laqgħa xjentifika.
8.Il-qabdiet li jsiru skont l-istaġun tal-esplorazzjoni u matulu għandhom jinħattu l-art u jinbiegħu fil-Kosta tal-Avorju.
9.Ir-riżultati dettaljati tal-istaġun għandhom jiġu analizzati mil-laqgħa xjentifika u l-konklużjonijiet għandhom jiġu pprovduti lill-Kumitat Konġunt għall-kunsiderazzjoni.
Artikolu
Leġiżlazzjonijiet applikabbli
1.L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għandhom ikunu rregolati minn dan il-Protokoll u, għal kwalunkwe dispożizzjoni mhux koperta minnu, mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju.
2.Il-Kosta tal-Avorju għandha tipprovdi lill-Unjoni l-leġiżlazzjoni applikabbli qabel l-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll.
3.L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jinfurmaw lill-Unjoni Ewropea malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe bidla jew leġiżlazzjoni ġdida li taffettwa s-settur tas-sajd. Il-bidliet għandhom jibdew japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni fi żmien 60 jum minn meta ssir din in-notifika.
4.L-Unjoni Ewropea għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju bi kwalunkwe bidla jew leġiżlazzjoni ġdida relatata mal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta ta’ distanzi twal tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu
Skambju elettroniku ta’ data
1.Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jimplimentaw sistemi tal-IT siguri li jawtomatizzaw l-iskambji f’ħin reali ta’ data relatata mal-awtorizzazzjonijiet u mal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni, jew skambji b’mezzi elettroniċi skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.
2.L-Unjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni regolari tal-informazzjoni li ġejja lill-Kosta tal-Avorju:
(a)fejn jikkonċernaw attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju:
–il-pożizzjonijiet tal-bastimenti, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS, vessel monitoring system);
–il-qabdiet ta’ kuljum tal-bastimenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu
7
(1a) u (1b),
–in-notifiki tad-dħul u tal-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu
7
(1a) u (1b),
(b)fil-każ tal-portijiet fil-Kosta tal-Avorju:
–in-notifiki minn qabel tat-trażbord u d-dikjarazzjonijiet tat-trażbord għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu
7
tfisser (1a) u (1b),
–notifiki minn qabel ta’ ritorn lejn il-port u dikjarazzjonijiet ta’ ħatt l-art għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu
7
(1a) u (1b).
3.Il-verżjoni elettronika ta’ dokument skambjat għandha f’kull aspett titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.
4.Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jinnotifikaw lil xulxin mingħajr dewmien dwar kwalunkwe ħsara fis-sistemi tal-IT imsemmija hawn fuq u għandhom jimplimentaw il-proċeduri meħtieġa għall-kontinwità tal-iskambji ta’ informazzjoni.
5.L-arranġamenti tat-trażmissjoni tad-data, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tal-iskambji ta’ informazzjoni, huma stabbiliti fl-Anness.
6.Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jibdew jittrażmettu d-data ERS (sistema elettronika ta’ rappurtar), kif imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness, fil-format UN/FLUX fi żmien massimu ta’ 12-il xahar mill-iffirmar tal-Protokoll.
7.F’każ ta’ diffikultajiet tekniċi, il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li tinstab soluzzjoni alternattiva u li jieħdu miżuri biex jintlaħaq dan l-objettiv malajr kemm jista’ jkun.
Artikolu
Protezzjoni tad-data
1.Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jiżguraw li d-data skambjata skont il-Ftehim tintuża mill-awtorità kompetenti esklużivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u, b’mod partikolari, għall-finijiet ta’ ġestjoni kif ukoll għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għas-sorveljanza tas-sajd.
2.Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li d-data kollha kummerċjalment sensittiva u personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba skont il-Ftehim dwar is-Sajd, kif ukoll l-informazzjoni kummerċjali sensittiva kollha relatata mas-sistemi ta’ komunikazzjoni użati mill-Unjoni, jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-data aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.
3.Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.
4.Id-data personali skambjata skont il-Ftehim għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 6 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. Aktar salvagwardji u rimedji fir-rigward tad-data personali u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.
5.Id-data skambjata skont il-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Appendiċi 6, anke wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu
Prerogattivi tal-Kumitat Konġunt
1.Il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim jista’ jiddelibera jew jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ skambji ta’ ittri jew permezz ta’ laqgħa mill-bogħod.
2.F’konfomrità mal-proċeduri speċifiċi għal kull waħda mill-Partijiet, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-emendi għal dan il-Protokoll relatati ma’:
(a)L-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 7(1) u 8(1), u konsegwentement mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8(2)(a).
(b)Il-metodi ta’ implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali msemmija fl-Artikolu 9;
(c)Il-patti u l-kundizzjonijiet tekniċi li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni;
(d)Is-salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tad-data personali previsti fl-Artikolu 15(4);
(e)L-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll.
Tali emendi għal dan il-Protokoll għandhom jiġu rreġistrati f’minuti ffirmati mill-Partijiet li għandhom jispeċifikaw id-data li fiha tali emendi għandhom ikunu eżegwibbli.
Artikolu
Reviżjoni ta’ nofs it-terminu
Fil-laqgħa annwali tiegħu fl-2026, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina d-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll
1.L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk jiġi stabbilit li seħħet waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)ċirkostanzi anormali, kif definiti fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim, li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju;
(b)bidliet sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd minn kwalunkwe Parti li jipprevjenu attivitajiet bħal dawn milli jseħħu;
(c)jekk jiġu skattati l-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 101(6) u (7) tal-Ftehim ta’ Samoa fil-każ ta’ ksur tal-elementi essenzjali jew f’każijiet serji ta’ korruzzjoni kif definit f’dak il-Ftehim;
(d)nuqqas mill-Unjoni Ewropea li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2)(a), f’konformità ma’ dak li huwa previst fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;
(e)tilwima serja u mhux solvuta fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew fil-każ ta’ nonkonformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu stabbiliti minn waħda mill-Partijiet.
2.Meta s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll isseħħ għal raġunijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1(c) hawn fuq, din għandha tkun bil-kundizzjoni li l-Parti kkonċernata tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub mill-inqas 3 xhur qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ tali sospensjoni.
3.In-nuqqas ta’ ħlas mill-Unjoni Ewropea kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 jista’ jitqies bħala tali biss wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 60 jum wara n-notifika uffiċjali mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju lill-awtoritajiet tal-Unjoni li jistabbilixxu n-nuqqas ta’ ħlas.
4.F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima bejniethom. Meta din it-tilwima tiġi solvuta, l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha terġa’ tibda u l-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li jidentifikaw l-ammonti u l-metodi tal-kumpens.
Artikolu
Denunzja
1.F’każ ta’ denunzja ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas 6 xhur qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ id-denunzja.
2.Meta tintbagħat in-notifika kif imsemmi fil-paragrafu preċedenti għandhom jinfetħu konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.
Artikolu
Applikazzjoni proviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2025, soġġett għall-iffirmar tiegħu mill-Partijiet, jew mid-data tal-iffirmar tiegħu jekk jiġi ffirmat wara l-1 ta’ Jannar 2025.
Artikolu
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan ikunu tlestew.
Artikolu
Testi awtentiċi
Il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju
ANNESS
Kundizzjonijiet għas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1.Żona tas-sajd
Il-koordinati ġeografiċi tal-linji bażi u l-punti li jiddeterminaw il-konfini taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju huma stabbiliti fl-Appendiċi 1.
Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 hawn taħt.
2.Żoni fejn huma pprojbiti n-navigazzjoni u s-sajd
Il-Kosta tal-Avorju għandha tinnotifika lill-operaturi u lill-Unjoni Ewropea l-konfini taż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni u s-sajd meta tinħareġ il-liċenzja tas-sajd. Kull bidla f’dawn iż-żoni trid tiġi kkomunikata lill-Parti Ewropea malajr kemm jista’ jkun.
3.Kont bankarju
Il-Kosta tal-Avorju għandha tikkomunika lill-Unjoni, qabel l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll, id-dettalji tal-kont tat-Teżor Pubbliku li fih jitħallsu l-ammonti finanzjarji pagabbli mill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mill-operaturi.
4.Dettalji ta’ kuntatt
Id-dettalji ta’ kuntatt meħtieġa għall-komunikazzjonijiet previsti f’dan l-Anness huma indikati fl-Appendiċi 3.
KAPITOLU II
LIĊENZJI TAS-SAJD
Taqsima 1: Proċeduri applikabbli
1.Prerekwiżiti biex tinkiseb liċenzja tas-sajd - bastimenti eliġibbli
Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jingħataw liċenzja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju. Biex jagħmlu dan, iridu jkunu rreġistrati fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu pproċessati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/2403 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni.
Biex bastiment ikun eliġibbli, l-operatur, il-kaptan (jiġifieri s-sajjied inkarigat mill-kmand tal-bastiment tas-sajd) u l-bastiment innifsu jeħtiġilhom ma jkunux ipprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd fil-Kosta tal-Avorju u l-bastiment tal-Unjoni ma jridx ikun elenkat formalment bħala bastiment tas-sajd IUU. Dawn iridu jkunu regolari fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-Kosta tal-Avorju, jiġifieri jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti kollha li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Kosta tal-Avorju skont il-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-UE.
2.Applikazzjoni għal liċenzja
L-Unjoni għandha tippreżenta, b’mezzi elettroniċi lill-Kosta tal-Avorju, l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ kull bastiment, mill-inqas 21 jum tax-xogħol qabel id-data tal-bidu tal-operazzjonijiet mixtieqa.
It-trażmissjoni elettronika tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-indikazzjoni tal-aċċettazzjoni tagħhom għandhom jużaw is-sistema LICENCE, jiġifieri s-sistema elettronika sigura għall-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati bl-informazzjoni fl-Appendiċi 4, flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
–
il-prova tal-pagament antiċipat b’rata fissa għall-perjodu ta’ validità kkonċernat,
–
kopja taċ-ċertifikat ta’ navigabbiltà tal-bastiment,
–
kopja taċ-ċertifikat ta’ assigurazzjoni tal-bastiment,
–
ritratt diġitali riċenti bil-kulur tal-bastiment, b’riżoluzzjoni adegwata, meħud mill-ġenb, li juri b’mod ċar l-isem tal-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu.
–
illustrazzjoni u deskrizzjoni dettaljata tal-irkapti tas-sajd użati.
–
iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment.
3.Mat-tiġdid ta’ liċenzja skont il-Protokoll fis-seħħ, għal bastiment li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid tista’ tkun akkumpanjata sempliċiment mill-prova tal-ħlas tat-tariffa.
4.Perjodu ta’ validità tal-liċenzji tas-sajd
Il-perjodu ta’ validità huwa perjodu annwali definit kif ġej:
(a)għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu jgħodd mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu sal-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;
(b)wara, il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru;
(c)għall-aħħar sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu jgħodd mill-1 ta’ Jannar sad-data tal-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
5.Tariffa b’rata fissa
L-ammont tat-tariffa b’rata fissa għal kull bastiment ta’ kull kategorija huwa stabbilit fit-Taqsima 2.
It-tariffa għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku indikat mill-Kosta tal-Avorju qabel l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
Għall-ewwel u l-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, it-tariffi b’rata fissa u t-tunnellati assoċjati għall-bastimenti msemmija fl-Artikolu 7(1a) u (1b) għandhom jitnaqqsu pro rata temporis.
6.Lista tal-bastimenti awtorizzati li jistadu
Ladarba tinħareġ il-liċenzja, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi l-lista aġġornata tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Kosta tal-Avorju. Din il-lista għandha tiġi kkomunikata lill-awtorità nazzjonali għall-kontroll tas-sajd u lill-UE.
7.Ħruġ tal-liċenzji tas-sajd
Il-liċenzji tas-sajd oriġinali għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju fi żmien 21 jum tax-xogħol minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-punt 2 hawn fuq. Dawn għandhom jingħataw lill-operaturi jew lir-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun il-każ permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kosta tal-Avorju.
Il-Kosta tal-Avorju għandha tindika l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni u ttella’ kopja elettronika tal-oriġinal iffirmat fis-sistema LICENCE meta din tkun kompletament operazzjonali. Sadanittant, hija għandha tibgħat kopja skennjata tal-liċenzji maħruġa bil-posta elettronika lill-Unjoni.
8.Ħsara fis-sistema LICENCE
F’każ ta’ diffikultajiet fit-trażmissjoni tal-informazzjoni fis-sistema LICENCE bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kosta tal-Avorju, l-iskambji elettroniċi tal-liċenzji tas-sajd għandhom isiru permezz tal-posta elettronika sakemm is-sistema terġa’ tkun operazzjonali.
Ladarba s-sistema terġa’ tiġi stabbilita, l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata fis-sistema LICENCE minn kull Parti.
9.Trasferiment ta’ liċenzja tas-sajd
Il-liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ f’isem bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli. Madankollu, fuq talba tal-Unjoni u f’każ ta’ ċirkostanzi anormali ppruvati bħat-telf jew l-immobilizzazzjoni fit-tul ta’ bastiment minħabba ħsara teknika serja, il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja tas-sajd ġdida maħruġa f’isem bastiment ieħor tal-istess kategorija tal-Protokoll, mingħajr ma tkun dovuta tariffa ġdida. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali eventwali għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti.
L-operatur tal-bastiment li se jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jibgħat lura l-oriġinal tal-liċenzja kkanċellata lill-Kosta tal-Avorju, possibbilment permezz tad-Delegazzjoni tal-UE.
Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liċenzja l-ġdida hija d-data tal-kunsinna mill-operatur tal-liċenzja kkanċellata lill-Kosta tal-Avorju.
Il-Partijiet għandhom jaġġornaw il-lista tal-bastimenti awtorizzati u l-informazzjoni fis-sistema LICENCE.
10.Żamma abbord tal-liċenzja tas-sajd
Il-kopja oriġinali tal-liċenzja tas-sajd trid tinżamm abbord il-ħin kollu. Madankollu, sakemm ikun possibbli li dan id-dokument jinżamm abbord:
verżjoni elettronika tal-liċenzja tas-sajd tista’ tintuża għal perjodu massimu ta’ 60 jum kalendarju wara d-data tal-ħruġ ta’ dik il-liċenzja tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja għandha titqies ekwivalenti għall-oriġinal tal-liċenzja tas-sajd.
11.Bastimenti ta’ appoġġ
Il-Kosta tal-Avorju għandha tawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollhom liċenzja tas-sajd biex ikunu assistiti minn bastimenti ta’ appoġġ f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.
Il-bastimenti ta’ appoġġ ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. Dan l-appoġġ la jista’ jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet.
Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċedura li tirregola t-trażmissjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd imsemmija f’dan il-Kapitolu, sa fejn ikunu applikabbli għalihom. Il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u tikkomunikaha lill-UE.
F’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ liċenzja għal bastiment ta’ appoġġ qabel ma tkun inħarġet il-liċenzja mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju jew qabel ma l-bastiment ikun beda jopera fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, l-ammont imħallas għandu jiġi rimborżat. Jista’ jiġi kkreditat ukoll lill-operatur jew lill-assoċjazzjoni tal-produtturi u jintuża għal pagament ieħor.
Taqsima 2: Tariffi u ħlasijiet bil-quddiem
1.It-tariffa għal kull tunnellata mistada fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ għandha tkun ta’ EUR 80 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u ta’ EUR 85 wara dawn.
2.Il-liċenzji tas-sajd għandhom jinħarġu wara l-ħlas tat-tariffi annwali b’rata fissa bil-quddiem li ġejjin:
(a)Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun:
–
EUR 12 000 għal kull bastiment għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 12 750 wara dawn, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 150 tunnellata fis-sena.
Il-bastimenti ta’ appoġġ għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għandhom ikunu soġġetti għal tariffa annwali ta’ EUR 3 500.
(b)Għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ:
–
EUR 4 000 għal kull bastiment għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 4 250 wara dawn, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 50 tunnellata fis-sena.
3.Kundizzjonijiet relatati mal-ispeċijiet li jixbhu lit-tonn
(a)l-obbligu li ssir dikjarazzjoni dettaljata skont l-ispeċi;
(b)matul l-operazzjonijiet tal-ħatt l-art fil-Kosta tal-Avorju, l-operaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex iħottu l-art sabiex ibigħu l-qabdiet ta’ speċijiet li jixbhu lit-tonn maqbuda fiż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) tal-Kosta tal-Avorju.
4.L-Unjoni għandha toħroġ għal kull bastiment dikjarazzjoni tal-qbid u dikjarazzjoni tat-tariffi li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu mwettaq fis-sena kalendarja preċedenti. Hija għandha tibgħat dawn id-dikjarazzjonijiet lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju mhux aktar tard mill-aħħar ta’ April tas-sena attwali. Il-Kosta tal-Avorju tista’ tikkontesta dawn id-dikjarazzjonijiet, abbażi ta’ evidenza dokumentata, fi żmien 30 jum minn meta tirċevihom. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Kosta tal-Avorju ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien 30 jum, id-dikjarazzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala adottati.
5.Jekk id-dikjarazzjoni finali taqbeż it-tariffa fissa mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-operatur għandu jħallas il-bilanċ lill-Kosta tal-Avorju fil-kont imsemmi fil-paragrafu 4 tal-Kapitolu I fi żmien 45 jum, sakemm ma joġġezzjonax. Madankollu, jekk id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 2 ta’ din it-Taqsima, l-ammont residwu korrispondenti ma għandux ikun jista’ jiġi rkuprat mill-operatur.
KAPITOLU III
DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu
7
(1a) u (1b) u għad-detenturi ta’ liċenzja tas-sajd maħruġa skont dan il-Protokoll.
Taqsima 1: reġistrazzjoni fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u rappurtar tal-qabdiet permezz tal-ERS
1.Il-kaptan tal-bastiment għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-ICCAT. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.
2.Kull bastiment tal-Unjoni irid ikun mgħammar b’sistema elettronika (minn hawn ’il quddiem imsejħa s-“sistema ERS”) li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti data dwar l-attività tas-sajd tal-bastiment (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“data tal-ERS”).
3.Bastiment tal-Unjoni li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx funzjonali, ma għandux ikun awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.
4.Ir-rekwiżiti tekniċi għall-komunikazzjonijiet permezz tal-ERS huma speċifikati fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Appendiċi 5.
5.Id-data tal-ERS għandha tiġi trażmessa bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji standardizzati tad-data dwar is-sajd.
6.F’każ ta’ nonkonformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-liċenzja tal-bastiment li jkun ġie rikonoxxut li wettaq ksur, sakemm jiġi ssodisfat l-obbligu impost fuqu u li japplikaw lill-operatur tal-bastiment il-proċedura ta’ ksur u l-penali previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju. L-Unjoni u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan.
Taqsima 2: rappurtar trimestrali tad-data dwar il-qabdiet
1.L-Unjoni għandha tipprovdi lill-Kosta tal-Avorju, qabel tmiem it-tielet xahar ta’ kull trimestru, id-data dwar il-qabdiet li jkunu saru matul it-trimestru preċedenti. Din id-data għandha tiġi ppreżentata kull xahar, skont il-kategorija tas-sajd, il-bastiment u l-ispeċi indikati bil-kodiċi tal-FAO tiegħu.
2.Id-data aggregata mill-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd għandha tkun proviżorja sakemm l-awtoritajiet tal-Unjoni jinnotifikaw dikjarazzjoni annwali finali tal-qabdiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II.
3.Il-Kosta tal-Avorju għandha tuża din id-data u tirrapporta kull inkonsistenza mad-data li tirċievi l-ERS f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu.
KAPITOLU IV
MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI
1.Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom liċenzja tas-sajd, li jirrigwardaw iż-żona tas-sajd, għall-irkaptu tas-sajd u għall-ispeċijiet ipprojbiti, għandhom jiġu ddefiniti fl-iskeda teknika fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.
2.Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għar-reġjun għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu tas-sajd u mal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (dispositif de concentration de poissons, DCP), l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
3.F’konformità ma’ dawn il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-livelli ta’ qabdiet inċidentali ta’ fkieren, għasafar tal-baħar u speċijiet oħra mhux fil-mira. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li jinħelsu dawk il-qabdiet u li l-opportunitajiet ta’ sopravivenza ta’ dawk l-ispeċijiet jiġu massimizzati.
KAPITOLU V
MONITORAĠĠ, KONTROLL U SORVELJANZA
Taqsima I: Monitoraġġ, Kontroll u Spezzjoni
1.Notifiki ta’ dħul fiż-żona u ħruġ minnha
(a)L-operatur ta’ bastiment tal-qbid tal-Unjoni għandu jinnotifika, mill-inqas 3 sigħat qabel, lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju responsabbli mis-sorveljanza tas-sajd dwar id-dħul ippjanat fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju jew il-ħruġ ippjanat minnha mill-bastiment ikkonċernat.
(b)Jekk il-ħruġ jiġi kkanċellat, dan irid jiġi nnotifikat ukoll malajr kemm jista’ jkun.
(c)Meta jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, l-operatur tal-bastiment għandu jikkomunika b’mod partikolari:
–id-data, il-ħin u l-punt ta’ qsim ippjanati;
–il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata permezz tal-kodiċi Alfa-3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali; din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-bastimenti ta’ appoġġ.
(d)Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun innotifika d-dħul tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandu jitqies bħala bastiment li qed iwettaq ksur.
2.Proċeduri ta’ spezzjoni
(a)L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, jew fil-port, tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi uffiċjali tal-Kosta tal-Avorju awtorizzati kif xieraq u identifikabbli bħala assenjati biex jispezzjonaw l-attivitajiet tas-sajd.
(b)Qabel ma jittellgħu abbord, l-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju għandhom jgħarrfu lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha titwettaq minn massimu ta’ erba’ spetturi, li għandhom juru l-identità u l-kwalifika tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.
(c)Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jissottomettru ruħhom għat-twettiq tad-dmirijiet tal-ispetturi u jiffaċilitaw l-imbark u x-xogħol tagħhom.
(d)L-immaġnijiet (ritratti jew vidjos) li jittieħdu matul l-ispezzjonijiet għandhom ikunu maħsuba biss għall-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll u għas-sorveljanza tas-sajd. Dawn ma jistgħux isiru pubbliċi sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix mod ieħor, filwaqt li jiġi żgurat li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jiġu rispettati.
(e)Dawn l-uffiċjali ma għandhomx ikunu preżenti abbord għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd tiegħu u l-merkanzija.
(f)Fit-tmiem ta’ kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt li jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. Il-firma tar-rapport tal-ispezzjoni mill-kaptan għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-difiża tal-operatur matul il-proċedura relatata ma’ kwalunkwe ksur misjub. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, jeħtieġlu jispeċifika r-raġunijiet għal dan bil-miktub, u l-ispettur irid iniżżel l-indikazzjoni “nirrifjuta li niffirma”. L-ispetturi Avorjani għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni qabel ma jħallu l-bastiment.
(g)Il-Kosta tal-Avorju għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien 8 ijiem mill-ispezzjoni.
(h)Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jwettqu spezzjonijiet konġunti tal-bastimenti tal-Unjoni, b’mod partikolari matul l-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art u ta’ trażbord, sabiex jiżguraw il-konformità kemm mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif ukoll ma’ dik tal-Kosta tal-Avorju. Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-ispetturi mibgħuta mill-Partijiet f’dan il-kuntest għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq tal-ispezzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’dik tal-Kosta tal-Avorju rispettivament. Il-Kosta tal-Avorju, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala Stat kostali jew tal-bandiera, jistgħu jikkooperaw fit-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ segwitu għall-ispezzjonijiet, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom.
(i)Barra minn hekk, fuq talba tal-Unjoni, l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju jistgħu jawtorizzaw lill-ispetturi tas-sajd tal-Unjoni jwettqu spezzjonijiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-ħatt l-art, tat-trażbord u tal-użin tal-qabdiet, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom skont il-liġi nazzjonali tagħhom, fil-preżenza tal-ispetturi tal-Kosta tal-Avorju.
(j)F’każ ta’ nonkonformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-liċenzja tal-bastiment tal-Unjoni li jkun ġie rikonoxxut li wettaq ksur, sakemm jiġi ssodisfat l-obbligu impost fuqu u li japplikaw il-proċeduri ta’ ksur u s-sanzjoni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju. L-Unjoni u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan.
3.Sorveljanza parteċipattiva marbuta mal-ġlieda kontra s-sajd IUU
Sabiex jissaħħaħ il-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra internazzjonali u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrappurtaw il-preżenza fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju ta’ kwalunkwe bastiment issuspettat li jwettaq attivitajiet ta’ sajd IUU billi jiġbru kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dik l-osservazzjoni. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu, li għandha tibgħathom minnufih lill-Unjoni jew lill-organizzazzjoni maħtura minnha. L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jibagħtu lill-Unjoni kwalunkwe rapport ta’ osservazzjoni li jkollhom dwar il-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed iwettqu attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.
4.Ħatt l-art u trażbordi
(a)Kull operatur ta’ bastiment tal-Unjoni li jwettaq ħatt l-art jew trażbord fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju għandu jagħmel dan esklużivament fil-portijiet jew madwar il-portijiet tal-Kosta tal-Avorju. It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit.
(b)L-operatur tal-bastiment għandu jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju, fiż-żmien stipulat:
–l-informazzjoni prevista mill-ICCAT għall-applikazzjoni minn qabel għad-dħul fil-port (18-09 para. 13);
–in-notifika minn qabel tat-trażbord (ICCAT Rec 21-15 Appendiċi 3 para. 3.1);
–id-dikjarazzjoni tat-trażbord (ICCAT Rec 21-15 Appendiċi 3 para. 3.3 u Appendiċi 1). Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art fil-portijiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jintbagħtu wkoll lill-Kosta tal-Avorju fl-istess limiti ta’ żmien u formati bħal dawk previsti għall-komunikazzjoni tagħhom lill-Istat tal-bandiera.
(c)Il-Kosta tal-Avorju għandha tikkontrolla l-operazzjonijiet ta’ trażbord u ta’ ħatt l-art fil-portijiet tal-Kosta tal-Avorju f’konformità mal-obbligi tiegħu skont il-Ftehim dwar il-miżuri tal-Istat tal-Port. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord għandhom jissottomettu ruħhom il-verifiki ta’ dawk l-operazzjonijiet. Għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ spezzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2.
5.Metodi ta’ komunikazzjoni tan-notifiki u tad-dikjarazzjonijiet
Il-komunikazzjonijiet tan-notifiki u tad-dikjarazzjonijiet imsemmija f’din it-taqsima għandhom, bħala prijorità, isiru b’mod prijoritarju permezz tal-ERS bejn l-Istat tal-bandiera u l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju u skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 5. Madankollu, jekk l-informazzjoni kollha prevista f’dawn in-notifiki u d-dikjarazzjonijiet ma tiġix trażmessa mill-ERS, l-informazzjoni kollha dwar l-avveniment ikkonċernat għandha tintbagħat bil-posta elettronika mill-operatur lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju. F’każ bħal dan, huma għandhom jikkonfermaw li rċevewha. Id-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u tal-ħruġ minnha għandhom jintbagħtu lill-Kosta tal-Avorju kemm permezz tal-posta elettronika fl-indirizz stabbilit fl-Appendiċi 3 kif ukoll permezz tal-ERS.
Taqsima II: Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS, vessel monitoring system)
6.Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment
(a)Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom liċenzja tas-sajd fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) li tippermettilhom li jiġu lokalizzati u identifikati awtomatikament minn apparat ta’ lokalizzazzjoni, permezz tat-trażmissjoni awtomatika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti f’intervalli regolari, minn hawn ’il quddiem imsejħa “data tal-VMS”.
(b)Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li l-VMS tal-bastiment tiegħu tkun kompletament operazzjonali u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ċentru ta’ monitoraġġ tas-sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera.
(c)Il-punti ta’ kuntatt, li d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għandhom jiġu kkomunikati qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni utli dwar it-tagħmir tal-bastimenti tal-Unjoni, il-protokolli tat-trażmissjoni jew kwalunkwe funzjoni oħra meħtieġa għall-monitoraġġ bis-satellita.
(d)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-provvista awtomatika f’ħin reali, liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju, il-pożizzjonijiet tal-VMS għall-perjodu li matulu l-bastiment tal-Unjoni jkun fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju.
(e)Għandu jkun ipprojbit li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni kontinwa jiċċaqlaq, jiġi skonnettjat, jinqered, issirlu ħsara jew isir inoperattiv bl-użu ta’ komunikazzjonijiet bis-satellita mqiegħda abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data jew li tiġi alterata, iddevjata jew iffalsifikata intenzjonalment id-data maħruġa jew irreġistrata minn dik is-sistema.
(f)Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel il-funzjonament tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun soġġett għas-sanzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju fis-seħħ.
7.Difett tekniku jew ħsara li taffettwa t-tagħmir ta’ traċċar abbord il-bastiment tal-Unjoni.
(a)It-tagħmir difettuż irid jinbidel fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta l-Istat tal-bandiera jinnotifika liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju dwar id-difett tiegħu. Wara dak il-perjodu, il-bastiment tal-Unjoni kkonċernat irid jirritorna f’port magħżul mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju responsabbli mill-kontroll tas-sajd għas-segwitu u t-tiswija regolatorji jew irid jitlaq miż-żona, dment li r-rapport tal-ispezzjoni dwar it-tagħmir difettuż u r-raġunijiet għad-difett jiġu kkomunikati mill-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju.
(b)Sakemm it-tagħmir jiġi sostitwit, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jibgħat manwalment liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju, permezz ta’ mezzi elettroniċi, bir-radju jew bil-faks, rapport tal-pożizzjoni globali kull 4 sigħat, inklużi r-rapporti tal-pożizzjoni kif irreġistrati mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.
(c)Il-messaġġi kollha li ma jiġux trażmessi waqt il-perjodu ta’ waqfien għandhom jiġu trażmessi mill-ġdid hekk kif terġa’ tiġi stabbilita l-komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera kkonċernat u ċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju.
8.Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Kosta tal-Avorju
Il-metodi ta’ komunikazzjoni sigura huma stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Appendiċi 5.
9.Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
Iċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju jista’ jitlob liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, flimkien ma’ kopja lill-Unjoni, biex inaqqas l-intervall biex bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal 30 minuta għal perjodu speċifiku tal-investigazzjoni, filwaqt li jżid l-elementi ta’ prova li juru ksur. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastiment mingħajr dewmien skont il-frekwenza l-ġdida.
Fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni stabbilit, il-Kosta tal-Avorju għandha tinforma liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni bir-riżultat tal-investigazzjonijiet tagħha u bi kwalunkwe segwitu meħtieġ possibbli.
KAPITOLU VI
IMPJIEG TA’ SAJJIEDA ABBORD BASTIMENTI TAL-UNJONI
1.Għadd meħtieġ ta’ sajjieda tal-AKP li għandhom jittellgħu abbord
1.1. L-operatur ta’ bastiment tal-Unjoni awtorizzat skont dan il-Protokoll għandu jtella’ abbord sajjieda tal-AKP biex jaħdmu abbord il-bastiment tiegħu bħala membri tal-ekwipaġġ għat-tul tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment fil-qafas tal-Protokoll.
1.2. L-għadd ta’ sajjieda Avorjani li jittellgħu abbord f’konformità mal-punt 1.1 għandu jiġi mmonitorjat regolarment mal-amministrazzjoni kompetenti tal-Kosta tal-Avorju, bl-għan li jintlaħaq 30 % tas-sajjieda tal-AKP fuq il-bastimenti kollha tal-kategorija tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun, inklużi l-maġġoranza tal-baħrin tal-Avorjani.
1.3. Is-sajjieda li għandhom jittellgħu abbord skont il-punt 1.1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159, inkluż fir-rigward tal-passaport, il-ktieb tal-baħħara, iċ-ċertifikat mediku, il-ktieb internazzjonali tat-tilqim u ċ-ċertifikat tat-taħriġ bażiku. Il-lista tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni għandha tiġi kkomunikata biżżejjed minn qabel lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju mill-Istat tal-bandiera. Is-sajjieda li għandhom jittellgħu abbord f’konformità mal-punt 1.1 għandhom ikunu kapaċi jifhmu, jagħtu ordnijiet u struzzjonijiet u jirrappurtaw fil-lingwa ta’ ħidma stabbilita abbord il-bastiment tas-sajd.
1.4. Sabiex jiffaċilitaw l-imbark tas-sajjieda mill-Kosta tal-Avorju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jistabbilixxu, jaġġornaw regolarment u jikkomunikaw lill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni lista tas-sajjieda kompetenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.3.
1.5. Il-kaptan għandu jfassal lista tal-ekwipaġġ, iniżżel id-data fuqha u jiffirmaha skont il-Formola 5 tal-Konvenzjoni tal-OMI dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (il-Konvenzjoni FAL) u jibgħat kopja ta’ dik il-lista lill-awtoritajiet maħtura tal-Kosta tal-Avorju qabel ma l-bastiment jitlaq miż-żona tal-port.
1.6. L-operatur tal-bastiment tal-Unjoni jew il-kaptan f’ismu għandu jirrifjuta l-imbark ta’ sajjied Avorjan abbord il-bastiment tiegħu jekk il-bastiment ma jikkonformax mar-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.3.
2.Kundizzjonijiet tax-xogħol
Il-kundizzjonijiet li taħthom jittellgħu abbord il-sajjieda Avorjani għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159, inkluż fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol jew tal-mistrieħ, id-drittijiet għar-ripatrijazzjoni u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
3.Ftehim ta’ ħidma tas-sajjieda
3.1. Għal kull sajjied imħaddem abbord bastiment tal-Unjoni f’konformità mal-punt 1.1, għandu jiġi nnegozjat u ffirmat ftehim ta’ ħidma bil-miktub kemm mis-sajjied kif ukoll minn min iħaddem. Dan il-ftehim iffirmat miż-żewġ Partijiet irid ikun soġġett b’mod obbligatorju għall-approvazzjoni tal-awtorità marittima tal-Kosta tal-Avorju f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Kosta tal-Avorju.
3.2. Dan il-ftehim għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 (l-Anness I tad-Direttiva).
4.Remunerazzjoni tas-sajjieda
4.1. Il-kost tar-remunerazzjoni u l-kostijiet lavorattivi addizzjonali għandhom jitħallsu direttament jew, fil-każ fejn l-impjegatur tas-sajjied ikun servizz tas-suq tax-xogħol privat, indirettament mis-sid tal-bastiment tas-sajd.
4.2. Trid titħallas remunerazzjoni garantita ta’ kull xahar jew regolari lis-sajjieda tal-AKP, preferibbilment permezz ta’ trasferiment bankarju, irrispettivament mill-qabdiet u/jew mill-bejgħ tal-ħut effettivament imwettqa. Din għandha tiġi ddeterminata bi ftehim reċiproku bejn l-operaturi jew l-aġenti tagħhom u s-sajjieda u/jew it-trade unions jew ir-rappreżentanti tagħhom. Fejn ma jkunux ġew konklużi ftehimiet kollettivi, il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni mogħtija lis-sajjieda tal-AKP ma għandhomx ikunu inqas minn dawk applikati għall-ekwipaġġi tal-pajjiżi AKP rispettivi tagħhom u, taħt l-ebda ċirkostanza, dawk iddeterminati mis-Sottokumitat dwar is-Salarji tal-Baħħara tal-Kumitat Marittimu Konġunt tal-ILO, fin-nuqqas ta’ tali standard għas-sajjieda, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi l-iżgurar ta’ garanzija ta’ kontinġenza internazzjonali għall-protezzjoni ta’ xogħol deċenti tas-sajjieda u jikkontribwixxi għalih.
4.3. Is-sajjieda ma għandhomx għalfejn iġarrbu l-kostijiet potenzjali tal-pagamenti riċevuti. Is-sajjieda għandu jkollhom mezz biex jibagħtu lill-familji tagħhom mingħajr ħlas il-pagamenti kollha li jirċievu jew parti minnhom, inklużi pagamenti bil-quddiem.
4.4. Is-sajjied jeħtieġlu jirċievi rendikont tal-paga għal kull ħlas tar-remunerazzjoni tiegħu u, jekk jitlob dan, prova tal-ħlas tas-salarju.
5.Sigurtà soċjali
Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li s-sajjieda li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tagħha u d-dipendenti tagħhom, sa fejn previst mil-liġi nazzjonali, ikunu intitolati għall-protezzjoni soċjali b’kundizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-ħaddiema l-oħra, b’mod partikolari l-impjegati, li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tagħha.
6.Servizzi privati tas-suq tax-xogħol
6.1. Is-servizzi privati tas-suq tax-xogħol jikkonsistu minn:
(a)servizz ta’ reklutaġġ u kollokament, jiġifieri kwalunkwe persuna, kumpanija, istituzzjoni, aġenzija jew organizzazzjoni oħra fis-settur pubbliku jew privat li jeżerċitaw attivitajiet ta’ reklutaġġ tas-sajjieda f’isem l-operaturi jew ta’ kollokament ta’ sajjieda magħhom;
(b)aġenzija privata tal-impjieg, jiġifieri kwalunkwe persuna, kumpanija, istituzzjoni, aġenzija jew organizzazzjoni oħra fis-settur privat involuta f’attivitajiet relatati mal-impjieg jew mar-reklutaġġ ta’ sajjieda bil-ħsieb li dawn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-sidien tal-bastimenti tas-sajd li jassenjawhom għal kompiti u li jissorveljaw it-twettiq ta’ dawk il-kompiti.
6.2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jiżguraw li l-aġenti tal-Kosta tal-Avorju li jipprovdu servizzi privati tas-suq tax-xogħol kemm lis-sajjieda kif ukoll lill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni:
(a)ma jużawx mezzi, mekkaniżmi jew listi biex jipprevjenu jew jiskoraġġixxu lis-sajjieda milli jiksbu impenn;
(b)ma jitolbux lis-sajjieda, kemm jekk fi flus kontanti kif ukoll jekk in natura, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, tariffi jew spejjeż oħra għas-servizzi tas-suq tax-xogħol li jipprovdu;
(c)ma jagħtux self jew jipprovdu oġġetti jew servizzi lis-sajjied sal-punt li s-sajjied ikollu jħallas lura jew iħallas għalihom;
(d)ma jnaqqsux mir-remunerazzjoni tas-sajjied il-ħlas jew il-ħlas lura ta’ self, oġġetti jew servizzi pprovduti qabel l-impjieg ta’ dan tal-aħħar; u
(e)għandhom jiżguraw li:
(i) il-Ftehim dwar l-impjieg tas-sajjieda jikkonforma ma’ dan il-Kapitolu, mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-ftehimiet kollettivi li jirregolaw il-ftehim dwar l-impjieg tas-sajjied;
(ii) il-Ftehim ta’ impjieg tas-sajjied jinkiteb f’lingwa li tinftiehem mis-sajjied u bil-lingwa uffiċjali jew ta’ ħidma tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat;
(iii) is-sajjieda involuti jiġu infurmati bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom qabel ma jiffirmaw il-ftehim ta’ ħidma tagħhom;
(iv) jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex is-sajjieda impenjati jkunu jistgħu jeżaminaw u jfittxu parir dwar il-klawżoli tal-ftehim ta’ ħidma tagħhom qabel ma jiffirmawh;
(v) is-sajjieda impjegati jirċievu kopja ffirmata tal-ftehim ta’ ħidma tagħhom;
(vi) is-sajjieda jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan il-Kapitolu; u
(vii) l-operatur tal-bastiment tal-Unjoni jirċievi fil-ħin kopja ta’ kull rendikont tal-paga u prova tal-ħlas għal kull ħlas tar-remunerazzjoni jekk l-aġent iħallas ir-remunerazzjoni.
6.3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jiżguraw li l-aġenti tal-Kosta tal-Avorju li jimpjegaw sajjieda biex jistazzjonawhom abbord il-bastimenti tal-Unjoni jiżguraw li l-ftehimiet ta’ ħidma tas-sajjieda li jiffirmaw ma’ dawn is-sajjieda jindikaw b’mod ċar li s-sajjied ikkonċernat huwa impjegat mill-aġent bl-għan li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni li jassenjawil-kompiti tagħhom u jissorveljaw it-twettiq ta’ dawk il-kompiti.
6.4. B’deroga mill-punt 6.2(b), l-ispejjeż għall-kisba ta’ ktieb tal-baħħara, ċertifikat mediku u passaport għandhom jitħallsu mis-sajjied jew minn persuna jew organizzazzjoni oħra kif determinat mil-leġiżlazzjoni applikabbli, mill-ftehim ta’ ħidma tas-sajjieda jew mill-ftehim kollettiv, jekk meħtieġ. L-ispejjeż għall-kisba ta’ viża u ta’ permess tax-xogħol, jekk meħtieġ, għandhom jitħallsu mill-impjegatur.
7.Konformità ma’ dan il-kapitolu
7.1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni applikabbli għas-sajjieda tkun faċilment aċċessibbli u mingħajr ħlas, b’mod komprensiv u trasparenti.
7.2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni korretta ta’ dan il-Kapitolu f’konformità mal-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali u f’konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
7.3. L-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tat-Taqsimiet 1, 2 u 3 abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Huma għandhom jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-Linji Gwida tal-ILO għall-ispezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fuq il-bastimenti tas-sajd.
7.4. Ir-rekwiżiti tal-imbark stabbiliti fil-punt 1.2 għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonali fil-każijiet li ġejjin:
— is-sajjied magħżul abbażi tal-lista msemmija fil-punt 1.4 jidher li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.3;
— is-sajjied li jkun iffirma ftehim ta’ ħidma skont il-punt 3.1 ma jidhirx quddiem il-kaptan fid-data u l-ħin indikati fil-ftehim ta’ ħidma tiegħu;
— l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju ma jipprovdux il-lista msemmija fil-punt 1.4.
7.5. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
KAPITOLU VII
OSSERVATURI
1.Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
1.1. Sakemm tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju fil-qafas tal-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.
1.2. Kull osservatur abbord bastiment tal-Unjoni jeħtieġlu jkun irċieva t-taħriġ meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza tiegħu abbord u biex iwettaq id-dmirijiet ta’ osservazzjoni li jridu jitwettqu.
1.3. Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura t-taħriġ tal-osservaturi tagħha. It-taħriġ tal-osservaturi għandu jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-proċeduri stabbiliti għall-osservazzjoni abbord il-bastimenti tal-Unjoni, bl-għan li jiġu armonizzati u kkoordinati l-programmi nazzjonali tal-osservaturi bl-appoġġ tal-Unjoni.
1.4. Il-Partijiet għandhom jaqblu li jesploraw l-użu possibbli ta’ sistema elettronika ta’ sorveljanza fil-kuntest tal-programmi ta’ osservazzjoni tagħhom. Il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni għandhom jikkollaboraw mal-Istati kostali l-oħra fil-Lvant tal-Oċean Atlantiku, bl-għan li jappoġġaw l-implimentazzjoni reġjonali miftiehma tal-programmi ta’ osservazzjoni, fil-qafas tal-ICCAT.
L-imbark tal-osservaturi magħżulin mill-Kosta tal-Avorju għandu jsir fuq il-bastimenti tal-Unjoni, f’konformità mar-regoli stabbiliti hawn taħt.
2.Bastimenti u osservaturi magħżulin
2.1. Il-Kosta tal-Avorju għandha tistabbilixxi lista tal-osservaturi magħżulin biex jitqiegħdu abbord il-bastimenti tal-Unjoni, taġġornaha u tikkomunikaha lill-operaturi u lill-Unjoni. L-osservaturi f’din il-lista għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taħriġ deskritti fil-punt 1 ta’ din it-Taqsima.
2.2. Sabiex il-Kosta tal-Avorju tkun tista’ tottimizza l-ipprogrammar tagħha, l-operaturi kollha għandhom jikkomunikaw direttament lill-awtoritajiet, meta jressqu l-applikazzjoni għal liċenzja tagħhom, skeda indikattiva proviżorja tal-waqfiet fil-port għas-sena ta’ wara.
2.3. Il-Kosta tal-Avorju għandha tfassal programm għall-bastimenti tal-osservaturi li taħtar u tikkomunikah lill-operaturi kif ukoll lill-Unjoni.
2.4. Il-Kosta tal-Avorju għandha tinforma lill-operaturi kkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem tal-osservatur maħtur biex jitqiegħed abbord il-bastiment fil-mument tal-ħruġ tal-liċenzja, jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur.
2.5. L-osservatur għandu jibqa’ abbord il-bastiment għal vjaġġ tas-sajd wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-Kosta tal-Avorju, il-perjodu li matulu l-osservatur jibqa’ abbord jista’ jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul taż-żmien medju tal-vjaġġi tas-sajd previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-Kosta tal-Avorju meta jiġi notifikat l-isem tal-osservatur maħtur biex jitla’ abbord il-bastiment konċernat.
3.Kundizzjonijiet tal-imbark u tal-iżbark
3.1. Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur għandhom jiġu definiti bi qbil komuni bejn l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju.
3.2. L-osservatur għandu jittella’ abbord fil-port magħżul mill-operatur fil-bidu tal-vjaġġ tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.
3.3. L-operaturi kkonċernati għandhom jikkonfermaw, fi żmien ġimagħtejn u b’avviż minn qabel ta’ 10 ijiem, id-dati u l-portijiet għall-imbark tal-osservaturi.
3.4. Jekk l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż differenti mill-Kosta tal-Avorju, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-operatur.
3.5. F’każ ta’ assenza mhux ġustifikata tal-osservatur fil-post u l-ħin miftiehma fi żmien 12-il siegħa, l-operatur għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ lill-osservatur abbord.
3.6. Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sigurtà fiżika u l-benessri ġenerali tal-osservatur waqt l-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu.
3.7. L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq d-dmirijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ dmirijietu, għad-dokumenti relatati direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, inkluż b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa biex jiffaċilita t-twettiq ta’ dmirijietu.
3.8. L-operatur għandu jipprovdi akkomodazzjoni u ikel għall-osservaturi bi spejjeż għalih taħt il-kundizzjonijiet mogħtija lill-uffiċjali, f’konformità mal-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.
3.9. Is-salarju u l-ispejjeż soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-Kosta tal-Avorju.
4.Kompiti tal-osservatur
4.1. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal.
4.2. Meta jkun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, il-bastiment għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
–
josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;
–
jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti fl-operazzjonijiet tas-sajd;
–
iwettaq operazzjonijiet ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas ta’ programmi xjentifiċi;
–
jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;
–
jivverifika d-data dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord;
–
jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħmel stima tal-volum tal-iskartar;
–
jikkomunika b’kull mezz xieraq l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u inċidentali li jkunu abbord lill-awtorità kompetenti.
5.Obbligi tal-osservatur
Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:
–
jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tal-imbark tiegħu, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-operazzjonijiet tas-sajd;
–
jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jinstabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument tal-imsemmi bastiment;
–
għal kull perjodu ta’ osservazzjoni abbord bastiment tal-Unjoni, l-osservatur għandu jħejji rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu u jibagħtu lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju, lill-operatur tal-bastiment, flimkien ma’ kopja lill-Unjoni. Il-kaptan jista’ jindika l-osservazzjonijiet li jqis utli.
6.Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa
Meta jitħallas il-ħlas bil-quddiem annwali biex tinkiseb il-liċenzja, l-operatur għandu jħallas lill-Kosta tal-Avorju kontribuzzjoni finanzjarja annwali b’rata fissa ta’ EUR 400 għal kull bastiment, maħsuba biex tikkontribwixxi għar-riċeviment tal-osservaturi tal-Kosta tal-Avorju li jkunu se jittellgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni.
KAPITOLU VIII
KSUR
1.Trattament tal-ksur
1.1. Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju jrid jiġi kkomunikat lill-Unjoni mill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju bi kwalunkwe mezz xieraq fi żmien 24 siegħa tax-xogħol.
1.2. Wara li l-infrazzjoni tkun ġiet stabbilita fir-rapport imħejji mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Kosta tal-Avorju, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffirma dak ir-rapport. Jekk il-kaptan jirrifjuta jew ma jkunx jista’ jiffirma, dan għandu jinkiteb fir-rapport imsemmi.
1.3. Il-firma jew in-nuqqas ta’ firma mill-kaptan ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tiegħu u l-mezzi li jista’ juża biex jikkontesta l-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat.
1.4. Ir-rapport dwar dan il-ksur għandu jintbagħat lill-Unjoni u lill-Istat tal-bandiera fi żmien 7 ijiem tax-xogħol.
2.Ridirezzjonar ta’ bastiment - laqgħa ta’ informazzjoni
2.1. Kull bastiment tal-Unjoni ssuspettat bi ksur, jista’ jkun obbligat iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, fejn xieraq, jekk il-bastiment ikun fuq il-baħar, li jirritorna lejn port tal-Kosta tal-Avorju indikat mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Kosta tal-Avorju. Il-bastimenti tal-Unjoni li jiksru r-regolamenti tal-Kosta tal-Avorju għandhom jinżammu fil-port sakemm jitlestew il-formalitajiet previsti f’dawk ir-regolamenti.
2.2. Il-Kosta tal-Avorju għandha tinnotifika lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa b’kull ridirezzjonar ta’ bastiment tal-Unjoni. Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata tal-ksur allegat.
2.3. Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni tal-miżuri mmirati lejn il-preservazzjoni tal-evidenza, il-Kosta tal-Avorju għandha torganizza, fuq talba tal-Unjoni, fi żmien 48 siegħa min-notifika tar-ridirezzjonar tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni biex tiċċara l-fatti u tispjega kwalunkwe segwitu. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.
2.4. Is-sid tal-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jiġi informat bl-eżitu tal-laqgħa u bi kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-imbark jew mid-detenzjoni.
3.Rapport ta’ ksur
3.1. F’każ ta’ ksur, id-dikjarazzjoni ta’ ksur għandha tiġi rreġistrata f’rapport imħejji mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Kosta tal-Avorju. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffirma dak ir-rapport. Jekk il-kaptan jirrifjuta jew ma jkunx jista’ jiffirma, dan għandu jinkiteb fir-rapport imsemmi.
3.2. Il-firma jew in-nuqqas ta’ firma mill-kaptan ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tiegħu u l-mezzi li jista’ juża biex jikkontesta l-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat.
4.Piena għall-ksur - proċedura ta’ kompromess
4.1.4.1 Il-piena għall-ksur iddikjarat għandha tiġi stabbilita mill-Kosta tal-Avorju skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.
4.2. Meta r-riżoluzzjoni tal-ksur tinvolvi proċedura legali, qabel ma tinbeda, u sakemm il-ksur ma jinvolvix att kriminali, tista’ tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn il-Kosta tal-Avorju u l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu biex jiġu ddeterminati t-termini u l-livell tal-piena. F’din il-proċedura ta’ kompromess jistgħu jieħdu sehem rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-Unjoni. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn 3 ijiem tax-xogħol wara n-notifika tar-ridirezzjonar tal-bastiment.
5.Proċedura ġudizzjarja - garanzija bankarja
5.1. Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, l-operatur tal-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-Kosta tal-Avorju, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Kosta tal-Avorju, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mar-ridirezzjonar u d-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe konċessjoni kumpensatorja possibbli. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma tkun ġiet konkluża l-proċedura ġuddizzjarja.
5.2. Il-garanzija bankarja għandha tiġi rilaxxata u rritornata lill-operatur mingħajr dewmien wara li tkun ingħatat is-sentenza:
(a)
kollha kemm hi, jekk ma tingħata l-ebda sanzjoni;
(b)
skont il-bilanċ li jifdal, jekk il-piena tkun multa li tkun inqas mill-garanzija bankarja.
5.3. Meta l-ammont tal-piena imposta jaqbeż l-ammont tal-garanzija bankarja, l-operatur għandu jħallas il-kumplament.
5.4. Il-Kosta tal-Avorju għandha tinforma lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedura ġudizzjarja fi żmien 7 ijiem tax-xogħol minn meta tinqata’ s-sentenza.
6.Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati li jitilqu mill-port:
–
meta jitwettqu l-obbligi li jirriżultaw mill-proċedura ta’ kompromess,
–
jew mad-depożitu tal-garanzija bankarja.
Lista tal-appendiċijiet
1 Koordinati ġeografiċi tal-linji bażi u taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju
Appendiċi 2 Skeda teknika ta’ aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni
Appendiċi 3 Dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet previsti f’dan il-Protokoll
Appendiċi 4 Informazzjoni li għandha tingħata meta ssir applikazzjoni għal liċenzja fil-qafas tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni Ewropea
Appendiċi 5 Rekwiżiti tekniċi għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u s-Sistema Elettronika ta’ Reġistrazzjoni tal-Attivitajiet tas-Sajd (ERS)
Appendiċi 6 Ipproċessar ta’ data personali
Appendiċi 1 Koordinati ġeografiċi tal-linji bażi u taż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju
Punti tal-linji bażi:
|
ID
|
Latitudni
|
Lonġitudni
|
|
1
|
4.359901
|
-7,49759
|
|
2
|
4,3539
|
-7,48091
|
|
3
|
4,35372
|
-7,47834
|
|
4
|
4,36306
|
-7,45668
|
|
5
|
4,37798
|
-7,41153
|
|
6
|
4,38404
|
-7,39734
|
|
7
|
4,42568
|
-7,31199
|
|
8
|
4,45146
|
-7,25577
|
|
9
|
4,46686
|
-7,23731
|
|
10
|
4,53104
|
-7,11615
|
|
11
|
4,53818
|
-7,05595
|
|
12
|
4,5475
|
-7,03168
|
|
13
|
4,58922
|
-6,97921
|
|
14
|
4,65527
|
-6,83202
|
|
15
|
4,68612
|
-6,72211
|
|
16
|
1,096355
|
0,971844
|
|
17
|
4,363102
|
-7,52385
|
|
ID
|
|
|
|
1
|
5,089777778
|
-3,105888889
|
|
2
|
5,089916667
|
-3.107111111
|
|
3
|
5,090472222
|
-3,109805556
|
|
4
|
5,095361111
|
-3,134694444
|
|
5
|
5,102694444
|
-3,173138889
|
Punti tad-delimitazzjonijiet marittimi
|
ID
|
Lat
|
Lon
|
Isem
|
|
1
|
5,0898
|
-3,1059
|
CIV_GHA_BP55
|
|
2
|
5,0177
|
-3,1218
|
CIV_GHA_A
|
|
3
|
4,9664
|
-3,1337
|
CIV_GHA_B
|
|
4
|
4,4449
|
-3,2491
|
CIV_GHA_C
|
|
5
|
3,2037
|
-3,4984
|
CIV_GHA_D
|
|
6
|
2,9847
|
-3,5445
|
CIV_GHA_E
|
|
7
|
2,6768
|
-3,6101
|
CIV_GHA_F
|
|
8
|
1,0021
|
-7,5400
|
CIV_LBR
|
|
9
|
4,1594
|
-7,5430
|
CIV_LBR
|
|
10
|
4,3012
|
-7,5346
|
CIV_LBR
|
|
11
|
4,3313
|
-7,5328
|
CIV_LBR
|
|
12
|
4,3606
|
-7,5311
|
CIV_LBR
|
|
13
|
4,3620
|
-7,5308
|
CIV_LBR
|
|
14
|
4,1580
|
-7,5450
|
CIV_LBR
|
|
15
|
4,0930
|
-7,5400
|
CIV_LBR
|
|
16
|
4,0780
|
-7,5400
|
CIV_LBR
|
|
17
|
3,0610
|
-7,5400
|
CIV_LBR
|
|
18
|
2,0440
|
-7,5400
|
CIV_LBR
|
|
19
|
1,0270
|
-7,5400
|
CIV_LBR
|
Appendiċi 2 Skeda teknika ta’ aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni
BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUN BIL-FRIŻA U BASTIMENTI LI JISTADU BIL-KONZ TAL-WIĊĊ
1.
Żona tas-sajd:
Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi.
2.
Irkaptu awtorizzat:
–Tartarun
–Konz tal-wiċċ
3.
Speċijiet ipprojbiti:
–F’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-ispeċijiet migratorji u mar-riżoluzzjonijet tal-ICCAT, is-sajd għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja Sphyrnidae (ħlief il-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus), għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis), għat-tawru (Carcharias taurus) u għall-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus) huwa pprojbit.
–Il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt sabiex jaġġornaw din il-lista fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.
4.
Tariffi tal-operaturi:
4.1. Tariffa għal kull tunnellata:
EUR 80 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 85 wara dawn.
4.2. Tariffa annwali b’rata fissa:
Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun EUR 12 000 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 12 750 wara dawn (ħlas bil-quddiem b’rata fissa ta’ 150 tunnellata).
Għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ, EUR 4 000 għall-ewwel żewġ perjodi annwali u EUR 4 250 wara dawn (ħlas bil-quddiem b’rata fissa ta’ 50 tunnellata).
4.3. Tariffa b’rata fissa tal-osservaturi:
EUR 400/bastiment/sena
4.4. Tariffa għall-bastiment ta’ appoġġ:
EUR 3 500/bastiment/sena
5. Għadd ta’ bastimenti awtorizzati biex jistadu:
25 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun
7 bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ
Appendiċi 3 Dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet previsti f’dan il-Protokoll
Għall-Unjoni:
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd:
Applikazzjoni LICENCE:
https://webgate.ec.europa.eu/licence
MARE-LICENCES@ec.europa.eu
Qabdiet aggregati:
MARE-CATCHES@ec.europa.eu
Helpdesk tal-UN/FLUX:
MARE-FISH-IT-SUPPORT@ec.europa.eu
Għall-Kosta tal-Avorju: il-Kosta tal-Avorju għandha tikkomunika d-dettalji ta’ kuntatt qabel l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll
Appendiċi 4 Informazzjoni li għandha tingħata meta ssir applikazzjoni għal liċenzja fil-qafas tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-Unjoni Ewropea
Trid tingħata b’mod obbligatorju l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant, is-sid tal-bastiment, l-identifikazzjoni tal-bastiment, id-data teknika tiegħu u l-perjodu kkonċernat, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Isem tal-applikant
Nru tat-telefon tal-applikant
Email tal-applikant:
Isem tas-sid tal-bastiment
Il-belt u l-pajjiż ta’ residenza tas-sid tal-bastiment:
Isem tas-sid jew ta’ massimu ta’ 5 sidien ewlenin effettivi/benefiċjarji tal-bastiment
Belt u pajjiż ta’ residenza tas-sid jew ta’ massimu ta’ 5 sidien ewlenin effettivi/benefiċjarji tal-bastiment:
Isem tal-kaptan
Nazzjonalità tal-kaptan:
Email tal-kaptan:
Isem u indirizz tal-aġent lokali
Isem tal-bastiment
Stat tal-bandiera
Port tar-reġistrazzjoni
IRCS
Immarkar ta’ barra
MMSI
Nru tal-IMO (jekk applikabbli)
Nru tal-ICCAT
Data tar-reġistrazzjoni tal-bandiera attwali
Bandiera preċedenti (jekk applikabbli)
Post tal-kostruzzjoni
Data tal-kostruzzjoni
Frekwenza tas-sejħa bir-radju
Numru tat-telefon bis-satellita
Tul totali (metri):
Tunnellaġġ (espress bħala GT):
Tip ta’ magna
Potenza tal-magna (f’KW)
Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ
Metodu ta’ konservazzjoni abbord
Kapaċità ta’ pproċessar kuljum (24 siegħa) f’tunnellati
Għadd ta’ stivi tal-ħut
Kapaċità totali tal-istivi tal-ħut (f’m3)
Manifattur tal-VMS
Mudell tal-VMS
Numru tas-serje tal-VMS
Verżjoni tas-software tal-VMS
Operatur tas-satelliti
Irkaptu tas-sajd awtorizzat:
Post tal-ħatt l-art tal-qabdiet
Data tal-bidu tal-awtorizzazzjoni mitluba
Data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni mitluba
Appendiċi 5 Rekwiżiti tekniċi għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u s-Sistema Elettronika ta’ Reġistrazzjoni tal-Attivitajiet tas-Sajd (ERS)
Taqsima 1 - Dispożizzjonijiet komuni għat-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti u għall-implimentazzjoni tal-ERS mill-Partijiet; kontinwità tal-operazzjonijiet
1.Jekk isseħħ ħsara teknika li taffettwa t-trażmissjoni bejn iċ-ĊMS tal-Partijiet tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti jew it-trażmissjoni tad-data dwar l-attivitajiet tas-sajd (minn hawn ’il quddiem imsejħa “data ERS”), il-bastimenti tal-Unjoni affettwati minn dak id-difett ma għandhomx jitqiesu bħala mhux konformi.
2.Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu konnessjoni bl-użu tas-software FLUX Transportation Layer ipprovdut mill-Kummissjoni Ewropea u jimplimentaw il-format UN/FLUX. Il-Kosta tal-Avorju għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli mas-sistema tal-Unjoni.
3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jimplimentaw ambjent ta’ aċċettazzjoni għal skopijiet ta’ ttestjar qabel ma jużaw l-ambjent tal-produzzjoni. L-Unjoni Ewropea se tibgħat messaġġi ta’ ttestjar liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju fl-ambjent ta’ aċċettazzjoni. Ladarba jgħaddu mit-testijiet, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu dwar id-data li minnha d-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u d-data tal-ERS għandhom jintbagħtu awtomatikament permezz tas-software FLUX Transportation Layer u fil-format UN/FLUX.
4.Sa dik id-data, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti tal-Unjoni u d-data tal-ERS għandha tintbagħat bl-użu tal-formati u l-metodi diġà fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.
5.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Kosta tal-Avorju u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt u jinfurmaw lil xulxin mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla f’dawk l-indirizzi.
6.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Kosta tal-Avorju, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe interruzzjoni tal-komunikazzjonijiet awtomatiċi, jew fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li jdumu aktar minn 48 siegħa, għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta biex jerġgħu jistabbilixxu l-komunikazzjonijiet awtomatiċi u għandhom jinnotifikaw lill-Parti l-oħra li jkunu ġew restawrati. Il-Kumitat Konġunt se jkun obbligat li jsolvi kwalunkwe tilwim possibbli.
7.Jekk l-interruzzjoni ddum aktar minn 48 siegħa, id-data għandha sadanittant tiġi pprovduta miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tal-posta elettronika kull 24 siegħa sakemm jerġgħu jibdew il-komunikazzjonijiet awtomatiċi. Dan l-iskambju jista’ jintalab liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera miċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju jekk il-ħsara tikkonċerna s-sistema ta’ dan tal-aħħar u minkejja l-isforzi li jkunu saru biex dan jissolva, il-ħsara tippersisti wara 48 siegħa.
8.Id-data affettwata mill-interruzzjoni għandha tiġi rritornata wkoll bl-użu tas-sistemi ta’ komunikazzjoni awtomatiċi ladarba dawn jiġu restawrati.
9.L-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju għandhom jinfurmaw lis-servizzi ta’ sorveljanza kompetenti tagħhom sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jiġux kriminalizzati minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni ta’ data.
10.Kull wieħed mill-Partijiet għandu jiżgura l-konsistenza tad-data u b’mod partikolari jiżgura li l-filtri xierqa jiġu integrati fis-sistemi tagħhom u applikati għad-data sabiex titqies biss id-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju.
Taqsima 2 - Rekwiżiti tekniċi għat-trażmissjonijiet tad-data tal-VMS
1.Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment - Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti
1.1. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti bl-użu tal-konnessjoni ċentralizzata pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna b’mod sigur mill-Partijiet għal perjodu ta’ 3 snin.
1.2. Il-pożizzjonijiet tal-bastimenti għandhom jiġu pprovduti b’marġni ta’ żball ta’ inqas minn 100 metru u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %.
1.3. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT” (NAF) jew “ENTRY” (UN/FLUX). Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI” (NAF) jew “EXIT” (UN/FLUX).
2.Trażmissjoni mill-bastiment f’każ ta’ ħsara fl-apparat ta’ monitoraġġ tal-bastiment
Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju b’apparat ta’ monitoraġġ tal-bastiment difettuż għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull 4 sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju b’din il-bidla. Id-data dwar il-pożizzjoni mbagħad għandha tiġi trażmessa f’din il-frekwenza.
Iċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.
3.Struttura ta’ messaġġ fil-format NAF li jikkomunika d-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment lill-Kosta tal-Avorju
|
Data
|
Kodiċi
|
Obbligatorju (O) / Fakultattiv (F)
|
Kontenut
|
|
Bidu tar-reġistrazzjoni
|
SR
|
O
|
Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni
|
|
Destinatarju
|
AD
|
O
|
Dettall tal-messaġġ – Destinatarju Kodiċi 3-Alfa tal-pajjiż (ISO-3166)
|
|
Speditur
|
MT
|
O
|
Dettall tal-messaġġ – Speditur Kodiċi 3-Alfa tal-pajjiż (ISO-3166)
|
|
Stat tal-bandiera
|
FS
|
O
|
Dettall tal-messaġġ – Bandiera tal-Istat Kodiċi 3-Alfa (ISO-3166)
|
|
Tip ta’ messaġġ
|
TM
|
O
|
Dettall tal-messaġġ – Tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN)
|
|
Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS, International Radio Call Sign)
|
RC
|
O
|
Dettall tal-bastiment – Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS)
|
|
Numru ta’ referenza interna tal-Parti Kontraenti
|
IR
|
F
|
Dettall tal-bastiment – Numru uniku assenjat mill-Parti Kontraenti li jidentifika l-bastiment
|
|
Identifikatur uniku tal-bastiment (numru tal-IMO)
|
IM
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment - numru tal-IMO
Obbligatorju jekk il-bastiment għandu tali numru
|
|
Numru ta’ reġistrazzjoni esterna
|
XR
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment – Numru mmarkat mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)
|
|
Latitudni
|
LT
|
O
|
Dettalji tal-pożizzjoni tal-bastiment – Latitudni tal-pożizzjoni espressa fi gradi deċimali (WGS84) +/- DD.ddd. Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma jridx jiġi trażmess. Iż-żerijiet insinifikanti jistgħu jitħallew barra. Il-valur irid ikun bejn -90 u +90.
|
|
Lonġitudni
|
LG
|
O
|
Dettalji tal-pożizzjoni tal-bastiment – Lonġitudni tal-pożizzjoni espressa fi gradi deċimali (WGS84) +/- DDD.ddd. Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma jridx jiġi trażmess. Iż-żerijiet insinifikanti jistgħu jitħallew barra. Il-valur irid ikun bejn -180 u +180.
|
|
Rotta
|
CO
|
O
|
Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360 grad
|
|
Veloċità
|
SP
|
O
|
Veloċità tal-bastiment f’għexieren ta’ mili nawtiċi
|
|
Data
|
DA
|
O
|
Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – Data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)
|
|
Ħin
|
TI
|
O
|
Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)
|
|
Tmiem tar-reġistrazzjoni
|
ER
|
O
|
Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni
|
4.Mill-implimentazzjoni effettiva tal-format il-ġdid UN/FLUX u t-trażmissjoni bil-FLUX Transportation Layer, id-data tal-VMS għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-format u mal-proċessi deskritti fid-dokument ta’ implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.
5.Protezzjoni tad-data tal-VMS
5.1. Toutes les données de surveillance communiquées par une Partie à l'autre Partie, conformément aux présentes dispositions, sont exclusivement destinées :
- au suivi, contrôle et surveillance de la flotte de l'Union pêchant dans le cadre de l'accord de pêche effectués par les autorités de la Côte d’Ivoire,
- ainsi qu'aux études de recherche menées par la Côte d’Ivoire dans le cadre de la gestion et de l'aménagement des pêcheries.
5.2. Tali data ma tistax tiġi kkomunikata lil Partijiet terzi, sakemm Parti minnhom ma tkunx legalment obbligata tagħmel dan.
Taqsima 3 - Rekwiżiti tekniċi għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u għar-rappurtar tad-data tal-ERS
1.Meta jkun fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni maħruġa skont dan il-Protokoll jeħtieġlu:
(a)jirreġistra kull dħul fiż-żona tas-sajd u kull ħruġ minnha permezz ta’ messaġġ speċifiku li jindika l-kwantitajiet ta’ kull speċi li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta’ tali dħul fiż-żona tas-sajd jew ta’ tali ħruġ minnha, kif ukoll id-data, il-ħin u l-pożizzjoni li fihom ikun se jsir dak id-dħul jew dak il-ħruġ. Dan il-messaġġ għandu jintbagħat liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju, permezz tal-ERS jew b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni sa mhux aktar tard minn sagħtejn qabel id-dħul jew il-ħruġ tiegħu;
(b)jirreġistra l-pożizzjoni tal-bastiment kuljum f’nofsinhar jekk ma tkun twettqet l-ebda attività tas-sajd;
(c)għal kull operazzojni tas-sajd li tkun twettqet, jirreġistra l-pożizzjoni fejn din tkun twettqet, it-tip ta’ rkaptu u l-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda, u jagħmel distinzjoni bejn il-qabdiet li jkunu nżammu abbord u dawk li jkunu ġew skartati. Kull speċi trid tiġi identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO; il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi f’kilogrammi ekwivalenti ta’ piż ħaj u, fejn meħtieġ, f’għadd ta’ ħut individwali;
(d)jibgħat id-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord elettroniku tas-sajd lill-Istat tal-bandiera tiegħu kuljum u mhux aktar tard minn 24:00; din it-trażmissjoni għandha ssir għal kull jum imqatta’ fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, inkluż fin-nuqqas ta’ qabda. Trid tintbagħat ukoll qabel ma l-bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd.
2.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jqiegħed id-data tal-ERS għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji (notifika tad-dħul fiż-żona, notifika tal-ħruġ miż-żona, notifika tal-wasla fil-port) mill-ERS liċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju. Huwa għandu jittrażmetti awtomatikament darba kuljum fil-każ tal-messaġġi l-oħra tal-ERS mingħand il-bastiment.
3.Sa tmiem il-fażijiet tat-testijiet previsti fit-Taqsima 1:
–id-data għandha tiġi ttrasportata permezz tal-highway għall-iskambju tad-data (DEH, Data Exchange Highway) fil-format EU-ERS (v 3.1).
–in-notifiki tat-trażbordi għandhom isiru b’email lill-awtorità kompetenti tal-Kosta tal-Avorju
–il-messaġġi istantanji biss (“notifika tad-dħul fiż-żona” - COE, “notifika ta’ ħruġ miż-żona” - COX, “notifika tal-wasla fil-port” - PNO) għandhom jiġu trażmessi awtomatikament u mingħajr dewmien. It-tipi l-oħra ta’ messaġġi għandhom ikunu disponibbli għal talba awtomatika miċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju.
4.Mill-implimentazzjoni effettiva tal-format UN/FLUX, u mit-trażmissjoni mill-FLUX Transportation Layer:
–il-metodu ta’ provvista fuq talba se jikkonċerna biss talbiet speċifiċi għal data storika.
–it-trażmissjoni tad-data tal-ERS għandha ssir f’konformità mal-format u mal-proċessi deskritti fid-dokument ta’ implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.
5.Iċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu permezz ta’ messaġġ ta’ ritorn li jikkonferma l-wasla u l-validità tal-messaġġ li jkun irċieva. Għall-iskambju tad-data tal-ERS permezz tad-DEH, ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla tad-data li ċ-ĊMS tal-Kosta tal-Avorju jirċievi bi tweġiba għal talba li jkun għamel huwa stess.
6.Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, dan iċ-ĊMS għandu jinnotifika lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew lir-rappreżentant(i) tagħhom b’dan mingħajr dewmien. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data nieqsa kuljum lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera, bi kwalunkwe mezz xieraq ta’ telekomunikazzjoni, sa mhux aktar tard minn 24:00.
7.F’każ ta’ ħsara tas-sistema ta’ trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw it-tiswija jew is-sostituzzjoni tas-sistema ERS tissewwa fi żmien 10 ijiem minn meta tinstab il-ħsara. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd u jrid jitlaq jew jidħol f’port fil-Kosta tal-Avorju fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun awtorizzat li jitlaq minn dak il-port jew jerġa’ jidħol fiż-żona tas-sajd biss meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun iddikjara li l-ERS qed terġa’ taħdem kif suppost.
Appendiċi 6 Ipproċessar ta’ data personali
1.Definizzjonijiet u kamp ta’ applikazzjoni
(a)Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll kif ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
“data personali”: kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (minn hawn ’il quddiem “suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data ta’ lokalizzazzjoni;
“ipproċessar”: kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali, sew jekk b’mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-konservazzjoni, l-adattament jew il-bidliet, l-estrazzjonoi, il-konsultazzjoni, l-użu, il-komunikazzjoni bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni fi kwalunkwe forma oħra, l-allinjament jew l-interkonnessjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
“awtorità trasferenti”: l-awtorità pubblika li tibgħat id-data personali;
“awtorità destinatarja”: l-awtorità pubblika li tirċievi d-data personali;
“ksur tad-data”: ksur tas-sigurtà li jwassal, b’mod aċċidentali jew illegali, għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat tad-data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, jew l-aċċess mhux awtorizzat għal din id-data;
“trasferiment ulterjuri”: tfisser trasferiment ta’ data personali minn Parti destinatarja lil entità li ma hijiex Parti firmatarja ta’ dan il-Protokoll (“parti terza”);
“awtorità ta’ sorveljanza”: tfisser awtorità pubblika indipendenti responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.
(b)Kamp ta’ applikazzjoni
Is-suġġetti tad-data ta’ dan il-Protokoll huma b’mod partikolari persuni fiżiċi li huma sidien ta’ bastimenti tal-Unjoni, ir-rappreżentanti tagħhom, il-kaptan u l-ekwipaġġ li jservu abbord bastimenti tal-Unjoni li joperaw skont dan il-Protokoll.
Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u pproċessata b’mod ulterjuri:
— l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment;
— l-attivitajiet ta’ bastiment jew relatati miegħu, il-pożizzjoni u l-movimenti tiegħu, l-attività tas-sajd tiegħu jew l-attività tiegħu marbuta mas-sajd, miġbura permezz ta’ kontrolli, spezzjonijiet jew osservaturi;
— id-data dwar is-sid(ien) tal-bastiment jew tar-rappreżentant tiegħu/tagħhom, bħall-isem, in-nazzjonalità, id-dettalji ta’ kuntatt professjonali u l-kont bankarju professjonali,
— id-data dwar l-aġent lokali, bħall-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali,
— id-data dwar il-kaptani u l-membri tal-ekwipaġġ, bħall-isem, in-nazzjonalità, il-pożizzjoni u, fil-każ tal-kaptan, id-dettalji ta’ kuntatt,
— id-data dwar is-sajjieda abbord, bħall-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, it-taħriġ, iċ-ċertifikat tas-saħħa.
(c)Awtoritajiet responsabbli
L-awtorità responsabbli għall-ipproċessar tad-data hija l-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera għall-Unjoni u l-Awtorità Regolatorja għat-Telekomunikazzjoni tal-Kosta tal-Avorju (ARTCI, autorité de régulation des télécommunications de Côte d’Ivoire).
2.Salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali
(a)Limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data
Id-data personali mitluba u ttrasferita skont dan il-Protokoll għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Protokoll, jiġifieri għall-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-attivitajiet imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw data personali skont dan il-Protokoll biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti fil-Protokoll.
Id-data riċevuta ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija hawn fuq, jew inkella għandha tiġi anonimizzata.
Fuq talba, l-awtorità destinatarja għandha tinforma lill-awtorità trasferenti mingħajr dewmien dwar l-użu tad-data pprovduta.
(b)Preċiżjoni
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data personali trasferita skont dan il-Protokoll tkun preċiża, attwali u, fejn xieraq, aġġornata regolarment skont l-għarfien tal-awtorità trasferenti kkonċernata. Jekk waħda mill-Partijiet issib li d-data personali trasferita jew riċevuta ma hijiex preċiża, hija għandha tinforma lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien u għandha tikkoreġiha u taġġornaha kif meħtieġ.
(c)Limitazzjoni tal-ħżin
Id-data personali ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet skambjata, u għandha tinżamm għal massimu ta’ sena wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll ħlief jekk id-data personali ma tkunx meħtieġa biex tippermetti s-segwitu ta’ reat, spezzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. F’dak il-każ, id-data tista’ tinżamm sakemm ikun meħtieġ biex il-ksur jew l-ispezzjoni jkunu jistgħu jiġu segwiti jew sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu ngħalqu b’mod definittiv.
Jekk id-data personali tinħażen għal perjodu itwal, din għandha tiġi anonimizzata.
(d)Sigurtà u kunfidenzjalità
Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod li jiżgura s-sigurtà xierqa tagħha, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali. L-awtoritajiet inkarigati mill-ipproċessar se jindirizzaw kwalunkwe ksur tad-data u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv ta’ ksur ta’ data personali u jtaffu l-effetti negattivi possibbli tiegħu. L-awtorità destinatarja għandha tinnotifika tali ksur lill-awtorità trasferenti kkonċernata mingħajr dewmien żejjed u dawn għandhom jagħtu lil xulxin il-kooperazzjoni meħtieġa u f’waqtha sabiex kull waħda minn dawk l-awtoritajiet tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn ksur tad-data personali skont il-qafas legali nazzjonali tagħhom.
Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiggarantixxu li l-ipproċessar jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.
(e)Rettifika jew tħassir
Il-partijiet għandhom jiżguraw li l-awtorità trasferenti u l-awtorità destinatarja jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw mingħajr dewmien ir-rettifika jew it-tħassir, kif xieraq, ta’ data personali meta l-ipproċessar ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari minħabba li tali data ma tkunx adegwata, rilevanti, preċiża jew tkun eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar.
Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bi kwalunkwe rettifika jew tħassir.
(f)Trasparenza
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati, permezz ta’ notifika individwali u pubblikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq is-siti web tagħhom, dwar il-kategoriji ta’ data trasferita u pproċessata b’mod ulterjuri, il-mod li bih tiġi pproċessata d-data personali, l-għodda rilevanti użata għat-trasferiment, l-iskop tal-ipproċessar, il-partijiet terzi jew il-kategoriji ta’ partijiet terzi li lilhom l-informazzjoni tista’ tiġi ttrasferita b’mod ulterjuri, id-drittijiet individwali u l-mekkaniżmi disponibbli għalihom biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu rimedju, u dettalji dwar fejn jistgħu jibdew tilwim jew iressqu lmenti.
(g)Trasferiment ulterjuri
L-awtorità destinatarja ma għandhiex tittrasferixxi d-data personali riċevuta skont dan il-Protokoll lil parti terza stabbilita f’pajjiż li ma huwiex Stat Membru tal-bandiera ħlief jekk dan ikun iġġustifikat minn objettiv importanti ta’ interess pubbliku, rikonoxxut ukoll fil-qafas legali applikabbli għall-awtorità trasferenti, u jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħra tal-Appendiċi (b’mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data); u
jekk il-pajjiż fejn tinsab il-parti terza jew fejn tinsab l-organizzazzjoni internazzjonali tbbenefika minn deċiżjoni ta’ adegwatezza adottata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 (“deċiżjoni ta’ adegwatezza”) li tkopri t-trasferiment ulterjuri; jew
f’każijiet speċifiċi, fejn tali trasferiment ikun meħtieġ biex l-awtorità trasferenti tissodisfa l-obbligi tagħha lejn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd; jew
b’mod eċċezzjonali u fejn jitqies meħtieġ, il-parti terza timpenja ruħha li tipproċessa d-data biss għall-iskop(ijiet) speċifiku/speċifiċi li għalih(om) tiġi sussegwentement trasferita u li tħassarha immedjatament ladarba l-ipproċessar ma jibqax meħtieġ għal dak l-għan.
3.Drittijiet tas-suġġetti tad-data
(a)Aċċess għad-data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità destinatarja għandha:
–tikkonferma lis-suġġett tad-data jekk id-data personali dwaru hijiex qed tiġi pproċessata jew le;
–tipprovdi informazzjoni dwar l-iskop tal-ipproċessar, il-kategoriji ta’ data personali, il-perjodu ta’ ħżin (jekk possibbli), id-dritt li tintalab rettifika/tħassir, id-dritt li jitressaq ilment, eċċ.;
–tipprovdi kopja tad-data personali;
–tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-garanziji applikabbli.
(b)Korrezzjoni tad-data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità destinatarja għandha tirrettifika d-data personali tiegħu li ma tkunx kompluta, preċiża jew valida.
(c)Tħassir tad-data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità destinatarja għandha:
–tħassar id-data personali dwaru li tkun ġiet ipproċessata b’mod li ma jkunx konformi mas-salvagwardji stabbiliti f’dan il-Protokoll;
–tħassar id-data personali li tikkonċernah li ma tkunx għadha meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata legalment;
–twaqqaf l-ipproċessar tad-data personali jekk is-suġġett tad-data joġġezzjona għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data.
(d)Arranġamenti
L-awtorità destinatarja għandha twieġeb fi żmien raġonevoli u xieraq, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mit-talba, għal talbiet minn suġġett tad-data dwar l-aċċess għad-data personali tiegħu, jew ir-rettifika jew it-tħassir tagħha. L-awtorità destinatarja tista’ tieħu l-miżuri xierqa, bħall-impożizzjoni ta’ tariffi raġonevoli biex tkopri l-kostijiet amministrattivi jew ir-rifjut li tiġi ssodisfata talba li tkun manifestament bla bażi jew eċċessiva.
Jekk it-talba ta’ suġġett tad-data tiġi rrifjutata, l-awtorità destinatarja għandha tinforma lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut.
(e)Limitazzjoni
Id-drittijiet ta’ hawn fuq jistgħu jiġu limitati jekk tali restrizzjoni tkun prevista fil-liġi u tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għas-sejbien u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.
Dawk id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti wkoll sabiex tiġi ssalvagwardjata funzjoni ta’ sorveljanza, spezzjoni jew regolazzjoni marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika.
Jistgħu jkunu ristretti wkoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.
4.
Rimedju u sorveljanza indipendenti
(a)Sorveljanza indipendenti
Il-konformità tal-ipproċessar tad-data personali ma’ dan il-Protokoll għandha tkun soġġetta għal sorveljanza indipendenti minn korp estern jew intern li jeżerċita sorveljanza indipendenti u li jkollu setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ rimedju.
(b)Awtoritajiet ta’ sorveljanza
Għall-Unjoni, dan il-kontroll għandu jiġi eżerċitat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), meta l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-data tal-UE fejn l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Istat Membru tal-bandiera.
Għall-Kosta tal-Avorju, l-ARTCI hija kompetenti.
L-awtoritajiet imsemmija hawn fuq se jittrattaw b’mod effettiv u f’waqtu l-ilmenti mis-suġġetti tad-data dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont dan il-Protokoll.
(c)Dritt għal rimedju
Kull Parti għandha tiżgura li, skont l-ordni ġuridiku tagħha, suġġett tad-data li jqis li awtorità tkun naqset milli tikkonforma mas-salvagwardji stabbiliti fl-Artikolu 15 u f’dan l-Appendiċi, jew li jqis li d-data personali tiegħu tkun soġġetta għal ksur, jista’ jfittex rimedju kontra dik l-awtorità sa fejn ikun permess mid-dispożizzjonijiet legali applikabbli quddiem qorti jew korp ekwivalenti.
B’mod partikolari, kwalunkwe lment kontra waħda mill-awtoritajiet jista’ jiġi indirizzat lill-KEPD, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u lill-ARTCI, fil-każ tal-Kosta tal-Avorju. Barra minn hekk, ċerti lmenti kontra waħda mill-awtoritajiet jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u quddiem il-qrati reġjonali tal-Kosta tal-Avorju, fil-każ tal-Kosta tal-Avorju.
Fil-każ ta’ tilwima jew ilment imressaq minn suġġett tad-data b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħu kontra l-awtorità trasferenti, l-awtorità destinatarja jew iż-żewġ awtoritajiet, l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lil xulxin b’dan u jagħmlu kull sforz biex isolvu t-tilwima jew l-ilment b’mod amikevoli mill-aktar fis possibbli.
(d)Informazzjoni tal-Partijiet
Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar kwalunkwe lment li jirċievu dwar l-ipproċessar tad-data personali skont dan il-Protokoll u dwar ir-riżoluzzjoni tagħhom.
5.
Reviżjoni
Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe tibdil fil-leġiżlazzjoni tagħhom li jkollu effett fuq l-ipproċessar tad-data personali. Kull Parti għandha twettaq eżamijiet perjodiċi tal-politiki u l-proċeduri tagħha stess li jimplimentaw l-Artikolu 15 dan l-Appendiċi u l-effettività tagħhom u, fuq talba raġonevoli ta’ Parti, il-Parti l-oħra għandha teżamina l-politiki u l-proċeduri tagħha dwar l-ipproċessar tad-data personali sabiex tivverifika u tikkonferma li s-salvagwardji previsti fl-Artikolu 15 u f’dan l-Appendiċi huma implimentati b’mod effettiv. Ir-riżultati tal-eżami għandhom jiġu kkomunikati lill-Parti li tagħmel it-talba.
Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jaqblu fil-Kumitat Konġunt dwar il-bidliet meħtieġa għal dan l-Appendiċi.
6.
Sospensjoni tat-trasferiment
Meta l-Partijiet ma jkunux jistgħu jsolvu b’mod amikevoli tilwim dwar l-ipproċessar ta’ data personali f’konformità ma’ dan l-Appendiċi, il-Parti trasferenti tista’ tissospendi jew ittemm it-trasferiment tad-data personali sakemm tqis li l-kwistjoni tkun ġiet ittrattata b’mod sodisfaċenti mill-Parti destinatarja. Id-data diġà trasferita għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Appendiċi.