IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.2.2025
COM(2025) 49 final
2025/0027(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, rigward il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII ta’ dan il-Ftehim
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Suġġett tal-proposta
Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (“il-Kumitat għall-Kummerċ”) b’rabta mal-adozzjoni prevista ta’ deċiżjoni biex jiġi modifikat l-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) dwar l-approssimazzjoni regolatorja. Abbażi ta’ valutazzjonijiet u monitoraġġ regolari skont l-Appendiċi XVII-6 u l-valutazzjoni li għaddejja bħalissa skont l-Artikolu 4(2) tal-Anness XVII tal-Ftehim, kif ukoll filwaqt li jitqies l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna, il-modifiki proposti għandhom l-għan li (i) jiċċaraw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, (ii) jippermettu lill-Ukrajna żmien addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ tliet dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (iii) jipprovdu skeda ta’ żmien ġdida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 mill-Ukrajna, (iv) jipprovdu l-applikazzjoni tar-reċiproċità għal kwalunkwe tariffa medja tar-roaming bl-ingrossa jew rata ta’ terminazzjoni ġdida tal-Unjoni stabbilita wara deċiżjoni eventwali li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming lill-Ukrajna, u (v) jiżguraw il-prevalenza tat-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna, fid-dawl ta’ diskrepanzi testwali.
2.Kuntest tal-proposta
2.1.Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
Il-Ftehim għandu l-għan li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali aħjar li jwasslu għall-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna fis-Suq Intern tal-Unjoni, inkluż billi jistabbilixxi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva kif stipulat fit-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim, u li jappoġġa l-isforzi tal-Ukrajna biex tlesti t-tranżizzjoni lejn ekonomija tas-suq li tiffunzjona permezz ta’, fost oħrajn, l-approssimazzjoni progressiva tal-leġiżlazzjoni tagħha ma’ dik tal-Unjoni. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017. Minn dak iż-żmien, l-Ukrajna talbet aktar integrazzjoni fir-rigward tas-settur tar-roaming fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari billi tibbenefika mit-trattament tas-suq intern għall-fini tas-servizzi tar-roaming. L-għoti ta’ trattament tas-suq intern jirrikjedi l-approssimazzjoni mal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming u l-promulgazzjoni sħiħa u l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu fil-liġi tal-Ukrajna.
2.2.Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ
Skont l-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, il-kwistjonijiet kollha relatati mat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim għandhom jiġu indirizzati fil-Kumitat għall-Kummerċ. Skont l-Artikolu 11 tal-Anness XVII tal-Ftehim, dan il-Kumitat jista’ jieħu deċiżjoni biex jiġi modifikat l-Anness XVII. Skont l-Artikolu 465(3), dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwettquhom. Il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet.
2.3.L-att previst tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ
Il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jadotta deċiżjoni biex tiġi modifikata l-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII dwar l-approssimazzjoni regolatorja (“l-att previst”).
L-għan tal-att previst huwa li jimmodifika l-Appendiċi msemmi hawn fuq tal-Anness XVII tal-Ftehim sabiex: (i) jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, (ii) l-Ukrajna tingħata żmien addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ tliet dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972, parti mill-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, (iii) tiġi pprovduta skeda ta’ żmien ġdida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 mill-Ukrajna, (iv) tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-reċiproċità għal kwalunkwe tariffa medja tar-roaming bl-ingrossa jew rata ta’ terminazzjoni ġdida tal-Unjoni stabbilita wara deċiżjoni eventwali li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming lill-Ukrajna, u (v) tiġi żgurata l-prevalenza tat-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna, fid-dawl ta’ diskrepanzi testwali. Dan jikkonforma mal-objettiv tal-approssimazzjoni regolatorja gradwali tal-Ukrajna mal-acquis tal-Unjoni kif stabbilit fil-preambolu tal-Ftehim u fl-Artikolu 124 tal-Ftehim, li jikkonċerna speċifikament l-approssimazzjoni regolatorja fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.
L-att previst isir vinkolanti fuq il-partijiet f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Anness XVII tal-Ftehim, li jipprevedi li: “Il-Kumitat għall-Kummerċ jista’ jiddeċiedi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet tal-Anness XVII, f’każ li jqis li dan ikun neċessarju”. Barra minn hekk, l-Artikolu 465(3) tal-Ftehim jipprevedi li: “Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim u f’oqsma li fihom il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega s-setgħat lilu. Id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex iwettquhom. Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet”.
3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni hija li tappoġġa l-adozzjoni tal-att previst mill-Kumitat għall-Kummerċ.
L-Anness XVII tal-Ftehim jipprevedi approssimazzjoni regolari bejn il-Partijiet f’diversi setturi, inklużi s-servizzi ta’ telekomunikazzjoni. Ladarba tiġi ssodisfata l-approssimazzjoni gradwalment estiża lill-elementi kollha tal-acquis tal-Unjoni msemmija fl-Appendiċi XVII-3, l-approssimazzjoni tista’ twassal għall-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna fis-suq intern tal-Unjoni, permezz tal-għoti reċiproku ta’ trattament tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII tal-Ftehim. L-Ukrajna talbet aktar integrazzjoni fil-qasam tar-roaming. Id-Deċiżjoni 1/2023 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ kienet ikkomplementat l-Appendiċi XVII-3 tal-Ftehim bl-atti rilevanti relatati mar-roaming. Fis-7 ta’ Novembru 2024, l-Ukrajna nnotifikat lill-Unjoni li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-promulgazzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni u talbet valutazzjoni komprensiva. Abbażi ta’ valutazzjonijiet u monitoraġġ regolari u l-valutazzjoni li għaddejja bħalissa skont l-Artikolu 4(2) tal-Anness XVII tal-Ftehim u filwaqt li jitqies l-impatt tal-aggressjoni li għaddejja bħalissa tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti adattamenti speċifiċi addizzjonali għall-Parti A tal-Appendiċi XVII-3 u li l-Ukrajna tingħata żmien addizzjonali biex timplimenta ċerti dispożizzjonijiet, mingħajr ma tipposponi l-possibbiltà ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII tal-Ftehim, kif ukoll li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għal ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi u tiġi stabbilita skeda ta’ żmien ġdida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
F’dan l-isfond, il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) hija meħtieġa biex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming. Ċerti dispożizzjonijiet tal-atti tal-Unjoni li jikkostitwixxu l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming mhumiex rilevanti għal deċiżjoni li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming minħabba li, pereżempju, huma dispożizzjonijiet mhux relatati mar-roaming, jew li qed jistabbilixxu obbligi esklużivament għall-Kummissjoni Ewropea. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet iridu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-traspożizzjoni bil-ħsieb ta’ deċiżjoni eventwali ta’ trattament tas-suq intern għar-roaming. Huwa importanti li jissemma’ li, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ applikabbiltà ġenerali tiegħu lil hinn mis-sottosettur tar-roaming, bil-ħsieb ta’ deċiżjoni eventwali ta’ trattament tas-suq intern għas-settur tat-telekomunikazzjoni, it-test sħiħ tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jibqa’ rilevanti għat-traspożizzjoni.
Minħabba raġunijiet oġġettivi li jaffettwaw il-kapaċità tal-Ukrajna li tgħaddi minn proċessi ta’ adozzjoni tal-liġi taħt ċirkostanzi normali, jeħtieġ li l-Ukrajna tingħata żmien addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ tliet dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972, parti mill-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming. Dawn huma l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(1), u l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva (UE) 2018/1972. Il-posponiment tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma jdgħajjifx l-objettivi segwiti minn deċiżjoni eventwali ta’ trattament tas-suq intern għar-roaming.
Jeħtieġ ukoll li tiġi pprovduta skeda ta’ żmien ġdida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 mill-Ukrajna peress li dik preċedenti skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2024.
Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-reċiproċità għal kwalunkwe tariffa medja tar-roaming bl-ingrossa jew rata ta’ terminazzjoni ġdida tal-Unjoni stabbilita wara deċiżjoni eventwali li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming lill-Ukrajna. Din hija maħsuba biex jiġi żgurat l-istess kundizzjonijiet ekwi bejn l-Unjoni u l-impriżi bbażati fl-Ukrajna li jfornu servizzi tar-roaming internazzjonali regolati.
Fl-aħħar nett, l-approċċ adottat mill-Ukrajna fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-Unjoni skont il-Parti A tal-Appendiċi XVII-3 wassal għal ċerti diskrepanzi testwali bejn ir-Regolamenti tal-Unjoni u l-atti li jinkorporawhom. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi żgurata l-prevalenza tat-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna.
Din id-deċiżjoni timplimenta l-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni fir-rigward ta’ Pajjiż Sieħeb tal-Lvant u pajjiż kandidat, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni msemmi hawn fuq. Hija konsistenti mal-objettiv tal-approssimazzjoni regolatorja gradwali tal-Ukrajna mal-acquis tal-Unjoni kif stabbilit fil-preambolu tal-Ftehim.
4.Bażi legali
4.1.Bażi legali proċedurali
4.1.1.Prinċipji
L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”
Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw il-korp inkwistjoni. Dan jinkludi wkoll l-istrumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni”.
4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ
Il-Kumitat għall-Kummerċ huwa korp stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Id-deċiżjoni li se jadotta l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-kummerċ, tikkostitwixxi atti li għandhom effetti legali. L-att previst ikun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 465(3) tal-Ftehim. L-att previst la jissupplimenta u lanqas jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim. Għalhekk, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta tal-Kunsill hija l-Artikolu 218(9) TFUE.
4.2.Bażi legali sostantiva
4.2.1.Prinċipji
Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u l-kontenut tal-att previst li fir-rigward tiegħu tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst isegwi żewġ għanijiet jew ikollu żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew il-komponenti jkun identifikabbli bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċement inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE trid tissejjes fuq bażi legali sostantiva unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.
4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ
L-Artikolu 207 TFUE huwa l-bażi legali għall-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) TFUE jipprevedi l-bażi legali għall-kummerċ fis-servizzi, bl-eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport, fir-rigward ta’ pajjiżi terzi inklużi stipulazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-qafas regolatorju għall-provvista ta’ tali servizzi.
L-objettiv u l-kontenut ewlenin tal-att previst huma relatati mal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni minħabba li l-att jikkonċerna l-kummerċ fis-servizzi ta’ telekomunikazzjoni mal-Ukrajna. Għalhekk, il-bażi legali sostantiva għad-deċiżjoni tal-Kunsill proposta hija l-Artikolu 207 TFUE.
4.3.Konklużjoni
Il-bażi legali tad-Deċiżjoni proposta tal-Kunsill għandha tkun l-Artikolu 207 TFUE flimkien mal-Artikolu 218(9) TFUE.
5.Pubblikazzjoni tal-att previst
Billi d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni se temenda l-Ftehim, huwa xieraq li din tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħha.
2025/0027 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, rigward il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII ta’ dan il-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.
(2)Skont l-Artikolu 11 tal-Anness XVII tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ jista’ jimmodifika l-Anness XVII ta’ dan il-Ftehim.
(3)Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ jenħtieġ li jadotta l-att previst dwar il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) matul l-2025.
(4)Kif iddikjarat fil-preambolu tal-Ftehim u f’konformità mal-Artikolu 124 tal-Ftehim, il-partijiet għall-Ftehim jirrikonoxxu l-importanza tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Ukrajna ma’ dik tal-Unjoni Ewropea, li jfisser li l-Ukrajna għandha tiżgura li l-leġiżlazzjoni eżistenti u l-leġiżlazzjoni futura tal-Ukrajna jenħtieġ li gradwalment isiru kompatibbli mal-acquis tal-Unjoni.
(5)L-Ukrajna talbet aktar integrazzjoni fir-rigward tas-settur tar-roaming fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari billi tibbenefika mit-trattament tas-suq intern għall-fini tas-servizzi tar-roaming.
(6)Għalhekk, jenħtieġ li l-Parti A tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII tal-Ftehim tiġi modifikata sabiex tadatta għal ċirkostanzi ġodda u tiżgura ċ-ċertezza legali.
(7) Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, jenħtieġ li jiġi speċifikat liema dispożizzjonijiet huma rilevanti għal dan l-għan. Fid-dawl tad-diffikultajiet partikolari li qed tiffaċċja, bħala riżultat tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa, jenħtieġ li l-Ukrajna tingħata żmien addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, fejn xieraq. Minħabba l-iskadenza tal-iskeda ta’ żmien tagħha tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li l-Ukrajna tiġi pprovduta skeda ta’ żmien ġdida f’dan ir-rigward. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-reċiproċità għal kwalunkwe tariffa medja tar-roaming bl-ingrossa jew rati ta’ terminazzjoni ġodda tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu pprovduti regoli speċifiċi. Bil-ħsieb tad-diskrepanzi testwali eżistenti, jenħtieġ li tiġi żgurata l-prevalenza tat-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna.
(8)Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ, peress li l-att previst li jimmodifika l-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni), tal-Anness XVII tal-Ftehim se jkun vinkolanti għall-Unjoni,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni matul is-sena 2025 fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tiegħu tal-kummerċ skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-modifika tal-Parti A tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII ta’ dan il-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dan il-Kumitat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ (‘‘il-Kumitat għall-Kummerċ’’) stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, dwar il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII tal-Ftehim.
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Politika Kummerċjali Komuni; servizzi ta’ telekomunikazzjoni.
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
- L-implimentazzjoni taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA, Deep and Comprehensive Free Trade Area) skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (‘‘il-Ftehim’’).
- L-approssimazzjoni regolatorja gradwali tal-Ukrajna mal-acquis tal-UE.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru
- Skont id-DCFTA u filwaqt li jitqies l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq il-kapaċità tal-Ukrajna li tgħaddi minn proċessi ta’ adozzjoni tal-liġi, l-inizjattiva għandha tipprovdi żmien addizzjonali lill-Ukrajna biex timplimenta bis-sħiħ l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, fejn xieraq.
- Barra minn hekk, bil-ħsieb ta’ xi diskrepanzi testwali eżistenti, għandu jiġi żgurat li t-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni jipprevalu fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
L-approssimazzjoni regolatorja tal-liġi tal-Ukrajna fil-qasam tar-roaming.
It-tħejjija għall-integrazzjoni tal-Ukrajna fiż-żona ta’ roaming daqslikieku f’pajjiżek.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
L-Appendiċi XVII-3 modifikat jistabbilixxi l-iskeda ta’ żmien għat-tlestija tal-approssimazzjoni tal-Ukrajna għal kull att leġiżlattiv elenkat, li taġixxi bħala indikatur għall-monitoraġġ tal-progress f’konformità mal-Ftehim.
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota / azzjoni preparatorja
☒ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-Att jipprovdi żmien addizzjonali lill-Ukrajna biex timplimenta bis-sħiħ l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, fejn xieraq u kif indikat fil-modifika proposta tal-Appendiċi XVII-3 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex-ante)
- Implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni
Valur miżjud tal-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex-post)
- Implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-Att propost ma għandu l-ebda impatt fuq il-qafas finanzjarju pluriennali u l-baġit tal-UE.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
–
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–
impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
Din l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-UE.
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
Minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Numru
|
|
|
DĠ: <…….>
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ <…….>
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <….>
|
Impenji
|
=4+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet Skont l-Intestaturi 1 sa 6
|
Impenji
|
=4+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
|
DĠ: <…….>
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
DĠ: <…….>
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7
|
Impenji
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Numru
|
|
|
DĠ: <…….>
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ <…….>
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <….>
|
Impenji
|
=4+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <….>
|
Impenji
|
=4+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6
|
Impenji
|
=4+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza)
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
DĠ: <…….>
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
DĠ: <…….>
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7
|
Impenji
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
TOTAL
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern
|
DĦUL ASSENJAT ESTERN
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
TOTAL
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet
|
TOTAL
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI + DĦUL ASSENJAT ESTERN
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
TOTAL
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (f’FTEs)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linja ta’ appoġġ amministrattiv
[XX.01.YY.YY]
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
TOTAL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern
|
DĦUL ASSENJAT ESTERN
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Ammin. Linja ta’ appoġġ
[XX.01.YY.YY]
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
TOTAL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani
|
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI + DĦUL ASSENJAT ESTERN
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Ammin. Linja ta’ appoġġ
[XX.01.YY.YY]
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
TOTAL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):
|
|
Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni
|
Persunal addizzjonali eċċezzjonali*
|
|
|
|
Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew mir-Riċerka
|
Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA
|
Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal
|
|
|
M/A
|
|
|
Persunal estern (CA, SNEs, INT)
|
|
|
|
|
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.
B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.
L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT (korporattiva)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
TOTAL
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
–
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
–
tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP
–
tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
–
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–
Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq dħul ieħor
indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
|
Il-proposta ma tintroduċix rekwiżiti diġitali speċifiċi, peress li mhuwa meħtieġ l-ebda mezz diġitali għall-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni. Konsegwentement, ma japplikax il-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”, peress li d-deċiżjoni ma tinvolvix il-forniment ta’ servizz pubbliku. Filwaqt li l-approssimazzjoni leġiżlattiva futura tal-Ukrajna ma’ dik tal-Unjoni tista’ tinvolvi kunsiderazzjonijiet diġitali min-naħa tal-Ukrajna, tali aspetti jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni.
|
4.2.Data
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.2.2025
COM(2025) 49 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, rigward il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII ta’ dan il-Ftehim
DOKUMENT MEHMUŻ
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru X/2025
TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-UKRAJNA
FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ
ta’ xxx 2025
li timmodifika l-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni)
tal-Anness XVII tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda,
u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
IL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI FIL-KONĠURAZZJONI TAL-KUMMERĊ (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat għall-Kummerċ”),
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 465(3) tiegħu u l-Artikolu 11 tal-Anness XVII tiegħu,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.
(2)L-Artikolu 1(2), il-punt (d), tal-Ftehim jipprevedi li l-għan tal-Ftehim huwa, fost oħrajn, li jappoġġa l-isforzi tal-Ukrajna biex titlesta t-tranżizzjoni lejn ekonomija tas-suq li tiffunzjona permezz ta’, fost oħrajn, l-approssimazzjoni progressiva tal-leġiżlazzjoni tagħha ma’ dik tal-Unjoni.
(3)Fl-Artikolu 124 tal-Ftehim, il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Ukrajna ma’ dik tal-Unjoni fis-settur tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni. L-Ukrajna impenjat ruħha li tiżgura li l-liġijiet eżistenti u l-leġiżlazzjoni futura tagħha jkunu kompatibbli mal-acquis tal-Unjoni. Tali approssimazzjoni hija prevista li gradwalment testendi għall-elementi kollha tal-acquis tal-Unjoni msemmija fl-Appendiċijiet XVII-2 sa XVII-5 tal-Anness XVII tal-Ftehim u jenħtieġ li, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għaliha, twassal għall-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna fis-suq intern tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-għoti reċiproku tat-trattament tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII tal-Ftehim.
(4)L-Ukrajna talbet aktar integrazzjoni fir-rigward tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fl-Unjoni, b’mod partikolari t-trattament tas-suq intern għall-fini tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli.
(5)Sabiex tkun tista’ ssir it-tranżizzjoni gradwali tal-Ukrajna lejn il-promulgazzjoni sħiħa u l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet applikabbli għas-settur tat-telekomunikazzjoni, b’mod partikolari dawk dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, id-Deċiżjoni 1/2023 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ() ikkomplementat l-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII tal-Ftehim mal-atti rilevanti tal-Unjoni relatati mar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli.
(6)Skont l-Artikolu 4(2) tal-Anness XVII tal-Ftehim, fis-7 ta’ Novembru 2024, l-Ukrajna nnotifikat lill-Unjoni li qieset li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-promulgazzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni u talbet lill-Unjoni twettaq valutazzjoni komprensiva fis-settur tar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli.
(7)Abbażi tal-valutazzjonijiet u l-monitoraġġ regolari skont l-Appendiċi XVII-6 u l-valutazzjoni li għaddejja bħalissa skont l-Artikolu 4(2) tal-Anness XVII, u filwaqt li jitqies l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna, huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti adattamenti speċifiċi addizzjonali għall-Parti A tal-Appendiċi XVII-3.
(8)Fid-dawl tad-diffikultajiet partikolari li qed tiffaċċja l-Ukrajna, bħala riżultat tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa, huwa xieraq li l-Ukrajna tingħata żmien addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(1), u l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(), mingħajr ma tiġi posposta l-possibbiltà ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII.
(9)L-adattamenti għall-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(1), u l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jipprovdu skadenza speċifika li fiha l-Ukrajna jeħtieġ li tieħu azzjoni ulterjuri bil-ħsieb li tissodisfa bis-sħiħ l-obbligi tagħha fir-rigward tal-approssimazzjoni regolatorja. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li fil-każ li jingħata trattament tas-suq intern skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII tal-Ftehim għar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, l-Artikolu 5(4) sa (6) tal-Anness XVII tal-Ftehim japplika mutatis mutandis għall-adattamenti speċifiċi għall-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(1), u l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
(10)Ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972, tar-Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(), tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286() u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654() mhumiex rilevanti għall-fini tal-obbligi tal-Ukrajna fir-rigward tal-approssimazzjoni regolatorja fis-sottosettur tas-servizzi tar-roaming. Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi speċifikat liema dispożizzjonijiet huma rilevanti fl-Appendiċi XVII-3. Dan isir mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Ukrajna li timplimenta bis-sħiħ id-Direttiva (UE) 2018/1972 għall-fini ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII.
(11)Id-data ta’ maturità għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 mill-Ukrajna skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2024. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita skeda ta’ żmien ġdida bil-ħsieb taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Ukrajna.
(12)Wara l-għoti ta’ trattament tas-suq intern għar-roaming, it-tariffi medji tar-roaming bl-ingrossa stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/612 u r-rati ta’ terminazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654 jistgħu jkunu soġġetti għal emendi. Biex tiġi żgurata r-reċiproċità fir-rigward tal-livell tat-tariffi medji tar-roaming bl-ingrossa jew tar-rati ta’ terminazzjoni applikabbli bejn l-impriżi matul il-perjodu meħtieġ biex l-Ukrajna tittrasponi u timplimenta kwalunkwe emenda fis-sistema legali domestika tagħha, jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli speċifiċi għad-data tal-applikabbiltà tar-regoli għat-tariffi medji tar-roaming bl-ingrossa jew għar-rati ta’ terminazzjoni emendati.
(13)L-approċċ adottat mill-Ukrajna fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-Unjoni msemmija fil-Parti A tal-Appendiċi XVII-3, wassal għal ċerti diskrepanzi testwali bejn ir-Regolamenti tal-Unjoni u l-atti li jinkorporawhom fl-ordni legali tal-Ukrajna. Huwa b’hekk meħtieġ li jiġi previst li, f’każ ta’ kunflitt, it-test tar-Regolamenti tal-Unjoni jipprevali fuq it-test tal-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII tal-Ftehim huwa b’dan modifikat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni ġiet stabbilita bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana, Ungeriża u Ukrena, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, [data]
Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ
|
Léon DELVAUX
|
Mariella Cantagalli
|
|
|
Oleksandra NECHYPORENKO
|
|
Il-President
|
Is-Segretarji
|
ANNESS
Il-Parti A tal-Appendiċi XVII-3 hija sostitwita bit-test li ġej:
A. Politika Ewropea ġenerali dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi
Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill().
–teħid ta’ miżuri leġiżlattivi, tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonati, filwaqt li jitqies il-qafas tal-miżuri ppreżentati fi “Iċ-ċibersigurtà tan-networks tal-5G: Sett ta’ għodod tal-UE ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji” ippubblikat wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/534(), fir-rigward tal-ġestjoni b’mod xieraq tar-riskji li jinħolqu għas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Ukrajna li timplimenta bis-sħiħ id-Direttiva (UE) 2018/1972 għall-fini ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII, għall-fini ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII:
–fir-rigward tal-indipendenza politika u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Ukrajna, l-Artikolu 8(1) għandu jiġi implimentat bis-sħiħ fi żmien ħames snin mid-data speċifikata f’deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ għall-għoti ta’ trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII. B’mod partikolari, għandhom jiġu adottati miżuri mmirati lejn l-abolizzjoni tal-obbligu li atti legali regolatorji tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Ukrajna jgħaddu mill-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-istat mill-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Ukrajna. Dan l-adattament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Ukrajna li timplimenta r-rekwiżiti l-oħra kollha stabbiliti fl-Artikolu 8(1).
–fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-mandat tal-membri tal-kulleġġ tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Ukrajna, l-Artikolu 7(2) għandu jiġi implimentat bis-sħiħ fi żmien ħames snin mid-data speċifikata f’deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ għall-għoti ta’ trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII.
–fir-rigward tas-setgħa tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Ukrajna li tieħu miżuri interim urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għal deċiżjoni finali, meta jkollha evidenza ta’ ksur tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali, l-Artikolu 30(6) għandu jiġi implimentat bis-sħiħ fi żmien ħames snin mid-data speċifikata f’deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ għall-għoti ta’ trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII. Dan l-adattament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Ukrajna li timplimenta r-rekwiżiti l-oħra kollha stabbiliti fl-Artikolu 30(6).
Fil-każ li l-għoti reċiproku ta’ trattament tas-suq intern skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII tal-Ftehim għar-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli jiġi qabel l-iskadenza tal-iskadenzi stabbiliti fil-punti 1 sa 3 hawn fuq, japplika mutatis mutandis l-Artikolu 5(4) sa (6).
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Ukrajna li timplimenta bis-sħiħ id-Direttiva (UE) 2018/1972 għall-fini ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII, għall-fini ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII, jeħtieġ li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva (UE) 2018/1972:
–Artikolu 1 - Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u għanijiet,
–Artikolu 2 - Definizzjonijiet: il-punti (1) u (2), (4) sa (11), (13) sa (16), (22), (27) sa (34), (36), u (38) sa (40),
–Artikolu 3 - Objettivi ġenerali,
–Artikolu 5 - Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra,
–Artikolu 6 - L-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra,
–Artikolu 7 - Ħatra u tneħħija ta’ membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,
–Artikolu 8 - Indipendenza politika u responsabbiltà tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,
–Artikolu 9 - Kapaċità regolatorja tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,
–Artikolu 10 - Parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-BEREC,
–Artikolu 11 - Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali,
–Artikolu 12 - Awtorizzazzjoni ġenerali ta’ networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi,
–Artikolu 13 - Kondizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u mad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u għal riżorsi ta’ numerazzjoni, u obbligi speċifiċi, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u r-riżorsi ta’ numerazzjoni u l-kontroreferenzi għall-Artikolu 45, l-Artikolu 51, l-Artikolu 62, l-Artikolu 68, l-Artikolu 83, u l-Artikolu 94,
–Artikolu 14 - Dikjarazzjonijiet biex jeħfief l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ installazzjoni tal-faċilitajiet u tad-drittijiet ta’ interkonnessjoni,
–Artikolu 15 - Lista minima tad-drittijiet derivanti mill-awtorizzazzjoni ġenerali,
–Artikolu 16 - Ħlasijiet amministrattivi,
–Artikolu 17 - Separazzjoni fil-kontabbiltà u rapporti finanzjarji,
–Artikolu 18 - Emendar tad-drittijiet u l-obbligi, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju, ir-riżorsi ta’ numerazzjoni u għall-installazzjoni tal-faċilitajiet,
–Artikolu 19 - Limitazzjoni jew irtirar tad-drittijiet, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju, ir-riżorsi ta’ numerazzjoni u għall-installazzjoni tal-faċilitajiet,
–Artikolu 20 - Rekwiżit ta’ informazzjoni lill-impriżi,
–Artikolu 21 - Informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ġenerali, id-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi u l-kontroreferenzi għall-Artikolu 13(2), l-Artikolu 22, u l-Anness I, il-partijiet D u E,
–Artikolu 23 - Mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u trasparenza, ħlief (2) u l-kontroreferenzi għall-Artikolu 32(10), u l-Artikolu 45(4) u (5),
–Artikolu 24 - Konsultazzjoni mal-partijiet konċernati,
–Artikolu 25 - Riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti,
–Artikolu 26 - Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi,
–Artikolu 27 - Riżoluzzjoni ta’tilwim transfruntier, (1) u (2), u (4) sa (6),
–Artikolu 29 - Penali, (1),
–L-Artikolu 30 - Konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni u konformità ma’ obbligi speċifiċi, ħlief kull referenza għad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u r-riżorsi ta’ numerazzjoni u l-kontroreferenzi għall-Artikolu 4, l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 45(1), l-Artikolu 47, l-Artikolu 67, u l-Artikolu 69,
–Artikolu 31 - Dritt ta’ appell,
–Artikolu 59 - Qafas ġenerali għall-aċċess u l-interkonnessjoni,
–Artikolu 60 - Drittijiet u obbligi ta’ impriżi, (1) u (2)
–Artikolu 61 - Setgħat u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra fir-rigward ta’ aċċess u interkonnessjoni, (1), (2), il-punti (a) sa (c), (3), (5), u (6),
–Artikolu 75 - Ir-rati ta’ terminazzjoni, (2) u (3),
–Artikolu 93 - Riżorsi ta’ numerazzjoni, l-ewwel subparagrafu ta’ (5),
–Artikolu 97 - L-aċċess għan-numri u għas-servizzi,
–Artikolu 99 - Nondiskriminazzjoni,
–Artikolu 100 - Salvagwardja tad-drittijiet fundamentali,
–Artikolu 108 - Id-disponibbiltà tas-servizzi,
–Artikolu 111 - Aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà,
–Artikolu 120 - Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni,
–Artikolu 122 - Proċeduri ta’ reviżjoni, it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ (1),
–Anness I - Lista ta’ kundizzjonijiet li jistgħu jiġu stipulati ma’ awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u d-drittijiet ta’ użu għal riżorsi ta’ numerazzjoni, il-partijiet A sa C,
–Anness III - Kriterji għad-determinazzjoni ta’ rati bl-ingrossa ta’ terminazzjoni bil-vuċi.
Skeda ta’ żmien: mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi speċifiċi relatati mad-dispożizzjonijiet rilevanti għat-trattament tas-suq intern għar-roaming, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2028.
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill().
–L-implimentazzjoni tal-Artikoli 2 sa 6 tar-Regolament (UE) 2015/2120.
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/2120 għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE().
–monitoraġġ ta’ kompetizzjoni leali fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari rigward prezzijiet orjentati lejn l-ispejjeż għas-servizzi.
Id-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill().
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tal-atti ta’ hawn fuq għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill().
Id-Direttiva 2000/31/KE tkopri s-servizzi kollha tas-soċjetà tal-informazzjoni, kemm minn negozju għal negozju kif ukoll min-negozju għall-konsumatur, jiġifieri kwalunkwe servizz li normalment jiġi fornut għal remunerazzjoni, mill-bogħod, permezz ta’ mezzi elettroniċi u fuq talba individwali ta’ riċevitur ta’ servizz.
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/31/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill().
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/61/UE għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2021.
Ir-Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill().
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/612 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: L-Artikolu 1(4) jirreferi għar-rati tal-kambju ta’ referenza ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sakemm il-Bank Ċentrali Ewropew ma jippubblikax ir-rati tal-kambju għall-hryvnia Ukrena, ir-rati tal-kambju bejn l-euro u l-hryvnia Ukrena ppubblikati mill-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna għandhom jintużaw għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(4). Il-perjodi ta’ referenza u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4) jibqgħu l-istess.
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni ta’:
–Artikolu 1 - Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni, (5),
–Artikolu 3 - Aċċess għar-roaming bl-ingrossa, (8),
–Artikolu 4 - Forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, (3),
–Artikolu 7 - Implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-politika ta’ użu ġust u tas-sostenibbiltà, (1) sa (3) u (5). L-eċċezzjoni rigward l-Artikolu 7(1) sa (3) hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Ukrajna li timplimenta l-Atti ta’ Implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi tal-politika ta’ użu ġust, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi u l-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata minn fornitur tar-roaming għall-fini tal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà,
–Artikolu 8 - Applikazzjoni eċċezzjonali ta’ tariffi supplimentari bl-imnut għall-konsum ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati u l-forniment ta’ tariffi alternattivi, (6),
–L-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 16 – Bażijiet tad-data għall-meded tan-numri għas-servizzi ta’ valur miżjud u mezzi ta’ aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza,
–Artikolu 20 - Proċedura ta’ kumitat,
–Artikolu 21 - Rieżami,
–Artikolu 23 - Revoka.
F’każ li kwalunkwe tariffa medja bl-ingrossa stabbilita fl-Artikolu 9(1), l-Artikolu 10(1), jew l-Artikolu 11(1), tar-Regolament (UE) 2022/612 tiġi emendata wara deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII, l-applikazzjoni obbligatorja tagħha għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim tibda fl-istess data għaż-żewġ Partijiet. Din hija jew id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda/i tar-Regolament (UE) 2022/612 inkella d-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni kompletament konformi tal-Ukrajna li timplimenta l-emenda/i tar-Regolament (UE) 2022/612, wara l-konferma tagħha mill-valutazzjoni skont l-Artikolu 5(4) tal-Anness XVII, skont liema data tkun l-aħħar, jew data tad-dħul fis-seħħ oħra miftiehma miż-żewġ Partijiet biex jiġi evitat l-effett tal-applikazzjoni retroattiva. Sad-data msemmija, it-tariffi li qabel kienu regolati jibqgħu applikabbli għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 2(2) tal-Anness XVII, fil-każ ta’ diskrepanzi bejn it-test tar-Regolament (UE) 2022/612 u l-att(i) li jinkorporah fl-ordni legali tal-Ukrajna, għandu jipprevali t-test tar-Regolament (UE) 2022/612.
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/612 għandhom jiġu implimentati fi żmien 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni [1/2023].
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286().
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni ta’:
- Artikolu 12 - Ir-rieżami.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 2(2) tal-Anness XVII, fil-każ ta’ diskrepanzi bejn it-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 u l-att(i) li jinkorporah fl-ordni legali tal-Ukrajna, għandu jipprevali t-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2286.
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 għandhom jiġu implimentati fi żmien 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni [1/2023].
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654().
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2021/654 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: L-Artikolu 3(2) u (3) jirreferi għar-rati tal-kambju ta’ referenza ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sakemm il-Bank Ċentrali Ewropew ma jippubblikax ir-rati tal-kambju għall-hryvnia Ukrena, ir-rati tal-kambju bejn l-euro u l-hryvnia Ukrena ppubblikati mill-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna għandhom jintużaw għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) u (3). Il-perjodi ta’ referenza u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) jibqgħu l-istess.
F’każ li kwalunkwe rata ta’ terminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(1) jew fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/654 tiġi emendata wara deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII, l-applikazzjoni obbligatorja tagħha għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim tibda fl-istess data għaż-żewġ Partijiet. Din hija jew id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda/i tar-Regolament Delegat (UE) 2021/654 inkella d-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni kompletament konformi tal-Ukrajna li timplimenta l-emenda/i tar-Regolament Delegat (UE) 2021/654, wara l-konferma tagħha mill-valutazzjoni skont l-Artikolu 5(4) tal-Anness XVII, skont liema data tkun l-aħħar, jew data tad-dħul fis-seħħ oħra miftiehma miż-żewġ Partijiet biex jiġi evitat l-effett tal-applikazzjoni retroattiva. Sad-data msemmija, ir-rati ta’ terminazzjoni li qabel kienu regolati jibqgħu applikabbli għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 2(2) tal-Anness XVII, fil-każ ta’ diskrepanzi bejn it-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/654 u l-att(i) li jinkorporah fl-ordni legali tal-Ukrajna, għandu jipprevali t-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/654.
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2021/654 għandhom jiġu implimentati qabel dawk tar-Regolament (UE) 2022/612 u fi żmien 11-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni [1/2023], bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
–Artikolu 1(2),
–Fir-rigward ta’ telefonati nazzjonali li joriġinaw mill-Ukrajna b’numri Ukreni u li jintemmu fiha, l-Artikolu 1(3) għandu jsir applikabbli fi żmien tliet snin mid-data speċifikata f’deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII,
–L-Artikolu 1(4) għandu jiġi implimentat qabel deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ biex jingħata trattament tas-suq intern għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII,
–Artikolu 4(2) sa (5),
–Artikolu 5(2).
Ir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill().
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
–Artikolu 3 - Objettivi tal-BEREC, (5),
–Artikolu 4 - Kompiti regolatorji tal-BEREC, (4),
–Artikolu 7 - Il-kompożizzjoni tal-Bord tar-Regolaturi, (1) sa (3),
–Artikolu 8 - L-indipendenza tal-Bord tar-Regolaturi,
–Artikolu 11 - Laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi, (5),
–Artikolu 12 - Regoli tal-votazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi, (2),
–Artikolu 15 - Kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali, (1) sa (3),
–Artikolu 18 - Laqgħat tal-Bord Maniġerjali, (5),
–Artikolu 38 - Kunfidenzjalità, (2),
–Artikolu 40 - Skambju ta’ informazzjoni, (1), (2), (4), u (5),
–Artikolu 42 - Dikjarazzjonijiet ta’ interessi, (1) u (2).
L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Ukrajna bir-responsabbiltà primarja li tissorvelja l-operat ta’ kuljum tas-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC, il-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC u l-Bord Maniġerjali tal-Uffiċċju tal-BEREC. L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Ukrajna għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħal dawk tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE, ħlief għad-dritt tal-vot u għall-Presidenza tal-Bord tar-Regolaturi u tal-Bord Maniġerjali.
Fid-dawl ta’ dan, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Ukrajna għandha tkun rappreżentata f’livell xieraq f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1971. F’konformità mar-regoli rilevanti tar-regolamenti tal-UE msemmija hawn fuq, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom, skont il-każ, jassistu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Ukrajna fit-twettiq tal-kompiti tagħha.
L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Ukrajna għandha tqis bis-sħiħ kwalunkwe linja gwida, opinjoni, rakkomandazzjoni, pożizzjoni komuni u l-aħjar prattiki adottati mill-BEREC bl-għan li tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għall-fini ta’ trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Ukrajna għandha tqis bis-sħiħ kwalunkwe linja gwida adottata mill-BEREC bl-għan li tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju dwar ir-roaming u għandha tipprovdi raġunijiet meta tiddevja minn tali linja gwida.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 2(2) tal-Anness XVII, fil-każ ta’ diskrepanzi bejn it-test tar-Regolament (UE) 2018/1971 u l-att(i) li jinkorporah fl-ordni legali tal-Ukrajna, għandu jipprevali t-test tar-Regolament (UE) 2018/1971.
Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1971 għandhom jiġu implimentati fi żmien 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni [1/2023].