Strasburgu, 16.12.2025

COM(2025) 1024 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar pjan tal-UE dwar is-Saħħa Kardjovaskulari: il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom


Il-pjan tal-UE dwar is-saħħa kardjovaskulari (il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom) huwa rispons strateġiku għall-isfida ewlenija tas-saħħa tal-UE. L-għan tiegħu huwa li jwassal benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini, għas-sistemi tas-saħħa u għas-soċjetà permezz ta’ sett iffukat ta’ azzjonijiet ambizzjużi u b’impatt għoli. Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom huwa ffukat fuq tliet pilastri – il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija u l-iskrinjar, u t-trattament u l-kura (inkluża r-riabilitazzjoni) – u appoġġat minn tliet temi trażversali dwar l-innovazzjoni diġitali, ir-riċerka u l-għarfien, u l-indirizzar tal-inugwaljanzi. Huwa jfittex li jsaħħaħ il-politiki nazzjonali filwaqt li jżid valur ċar tal-UE.

1.Titjib tas-saħħa kardjovaskulari fl-UE: l-isfidi quddiema

Introduzzjoni

Il-mard kardjovaskulari għadu l-akbar sfida għas-saħħa pubblika fl-UE minkejja l-avvanzi fil-prevenzjoni u fil-ġestjoni tiegħu 1 . Dan huwa l-kawża ewlenija tal-mewt u tad-diżabilità fl-UE, u joqtol 1,7 miljun persuna kull sena 2 u jaffettwa madwar 62 miljun persuna b’ħafna modi li jmorru lil hinn mis-sintomi fiżiċi biss. Il-kost ekonomiku jaqbeż il-EUR 282 biljun fis-sena, inklużi EUR 47 biljun fi produttività mitlufa 3 .

Minbarra dan il-piż kbir soċjetali u ekonomiku, hemm inugwaljanzi ġeografiċi, relatati mal-ġeneru, mad-diżabilità u soċjoekonomiċi sinifikanti li jsaħħu l-ħtieġa ta’ intervent deċiżiv fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Ir-rati ta’ mwiet kardjovaskulari huma kważi 6,3 darbiet ogħla f’xi Stati Membri milli f’oħrajn 4 . Fi ħdan l-Istati Membri, hemm prevalenza ogħla ta’ mard kardjovaskulari u tal-mortalità relatata fi gruppi tal-popolazzjoni b’introjtu inferjuri u b’livell aktar baxx ta’ edukazzjoni. Il-mard kardjovaskulari spiss iseħħ flimkien ma’ kundizzjonijiet bħad-dijabete u l-obeżità, li jħallu impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Huwa neċessarju li jinġabru flimkien ir-riżorsi, l-għarfien u l-esperjenza, kif ukoll li jiġu mmassimizzati s-sinerġiji u l-ekonomiji ta’ skala fil-livell tal-UE.

Mingħajr azzjoni deċiżiva u koordinata tal-UE, il-piż tal-mard kardjovaskulari se jkompli jiżdied, u dan se jimmina s-saħħa u l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet futuri, ipoġġi pressjoni fuq is-sistemi tas-saħħa u jdgħajjef ir-reżiljenza ekonomika tal-UE. Bejn l-2025 u l-2050, il-prevalenza tal-mard kardjovaskulari hija mbassra li se tiżdied b’90 %, filwaqt li l-imwiet jiżdiedu bi 73,4 % biex jilħqu ammont stmat ta’ 35,6 miljun fl-2050 (żieda minn 20,5 miljun fl-2025) 5 . Il-mard iskemiku tal-qalb 6 huwa mistenni jibqa’ l-kawża ewlenija ta’ mwiet kardjovaskulari u l-pressjoni tad-demm għolja se tibqa’ l-fattur ta’ riskju ewlieni.

Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom iwieġeb direttament għas-sejħiet mill-Istati Membri 7 u mill-Parlament Ewropew 8 għal azzjoni aktar b’saħħitha fil-livell tal-UE u huwa bbażat fuq il-kontributi riċevuti permezz ta’ diversi attivitajiet ta’ konsultazzjoni 9 . Dan jiffoka fuq azzjonijiet immirati u ta’ impatt, b’valur miżjud tal-UE bbażat fuq l-evidenza għaċ-ċittadini, għall-gvernijiet u għall-partijiet ikkonċernati, biex jappoġġa lill-Istati Membri fl-indirizzar ta’ waħda mill-akbar sfidi kollettivi għas-saħħa.

Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom huwa parti mill-Unjoni Ewropea tas-Saħħa 10 u b’hekk jisfrutta s-sinerġiji ma’ inizjattivi strateġiċi u jibni fuq azzjonijiet marbuta ma’ mard mhux komunikabbli (NCDs, Non-Communicable Diseases), bħall-inizjattiva “Healthier Together” – NCDs 11 , il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer 12 , il-Missjoni tal-UE dwar il-Kanċer 13 , l-approċċ komprensiv dwar is-saħħa mentali 14 , il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 15  u l-Istrateġija għax-Xjenzi tal-Ħajja Ewropej 16 , kif ukoll l-oqfsa leġiżlattivi dwar Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa 17 u dwar is-sustanzi ta’ oriġini umana 18 , ir-reviżjoni proposta tal-leġiżlazzjoni dwar il-farmaċewtiċi u l-apparati mediċi, l-Att propost dwar il-Mediċini Kritiċi u l-proposta għal Att Ewropew dwar il-Bijoteknoloġija 19 . Dan jibni wkoll fuq l-appoġġ kontinwu tal-UE lill-Istati Membri 20 u lill-partijiet ikkonċernati biex itejbu s-saħħa kardjovaskulari, u jsaħħaħ dan l-appoġġ.

Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom se jappoġġa l-progress tal-Istati Membri lejn l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 3.4 (biex titnaqqas il-mortalità prematura mill-mard kardjovaskulari, mid-dijabete u minn mard mhux komunikabbli ewlieni ieħor permezz tal-prevenzjoni u t-trattament, b’terz sal-2030).

Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom huwa appoġġat mill-evidenza pprovduta fir-rapport ippubblikat dan l-aħħar intitolat “The State of Cardiovascular Health in the EU” 21 . Dan ir-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development), li huwa kofinanzjat mill-programm l-UE għas-Saħħa 22 , jibni fuq kollaborazzjoni fit-tul bejn l-OECD u l-Kummissjoni biex tiġi mmonitorjata u tittejjeb is-saħħa tal-popolazzjoni, inkluż permezz tal-inizjattiva dwar l-Istat tas-Saħħa fl-UE 23 , li tinkludi s-serje Health at a Glance: Europe u l-Country Health Profiles tal-UE. Billi jipprovdi valutazzjoni komprensiva tas-saħħa kardjovaskulari madwar l-UE, ir-rapport għandu l-għan li jinforma l-isforzi futuri tal-politika tal-UE u dik nazzjonali. L-isfruttar tat-teknoloġiji tas-saħħa diġitali, il-promozzjoni tal-kura ċċentrata fuq in-nies, u l-allinjament tal-politiki u tal-azzjonijiet transsettorjali jistgħu jtejbu l-progress, inaqqsu l-inugwaljanzi, b’enfasi speċifika fuq in-nisa, u jagħmlu l-kura kardjovaskulari aktar effiċjenti.

Sfidi madwar l-UE

L-indirizzar tal-mard kardjovaskulari u l-fatturi ta’ riskju ewlenin tiegħu jinvolvi diversi sfidi sinifikanti.

Enfasi insuffiċjenti fuq il-prevenzjoni: il-prevenzjoni ta’ kważi 80 % tal-mard kardjovaskulari hija possibbli permezz ta’ bidliet fl-istil ta’ ħajja 24 . Madankollu, fl-UE, il-prevenzjoni tirċievi biss 3 % tan-nefqa totali fuq il-kura tas-saħħa minkejja li hija l-aktar investiment kosteffettiv f’kuntest ġenerali ta’ prospettivi baġitarji dejjem aktar ta’ sfida. L-iskala tal-problema hija ċara.

-Bejn l-2012 u l-2022, il-prevalenza tad-dijabete żdiedet bi 22 % u rduppjat mill-1990 biex laħqet 7,8 % tal-popolazzjoni. Il-pressjoni għolja taffettwa kważi 25 % tal-adulti, u l-prevalenza tagħha qed tiżdied.

-L-obeżità hija mifruxa, u 15 % tal-adulti u 9 % tat-tfal jgħixu bl-obeżità 25 . 75 % tal-imwiet żejda relatati mal-obeżità huma attribwibbli għall-mard kardjovaskulari 26 . Barra minn hekk, aktar minn nofs l-adulti fl-UE għandhom piż żejjed u r-rati ta’ piż żejjed fost l-adolexxenti żdiedu għal 21 % fl-2022, żieda minn 17 % fl-2014 27 .

-Kważi terz tal-morbożità u tal-mortalità relatati mal-mard kardjovaskulari fl-Ewropa huma dovuti għall-kolesterol mhux ikkontrollat 28 bil-prevalenza ta’ livelli elevati/mhux ikkontrollati ta’ kolesterol ta’ aktar minn 50 % fl-Ewropa 29 . Barra minn hekk, fatturi ta’ riskju ereditarji bħal lipoproteina-a elevata, l-iperkolesterolemija familjari jew il-kardjomijopatija jikkontribwixxu wkoll għall-piż tal-mard kardjovaskulari. Barra minn hekk, l-evidenza turi li d-disturbi tal-irqad jirrappreżentaw ukoll fatturi ta’ riskju kardjovaskulari 30 .

-Il-prevalenza ta’ fatturi ta’ riskju relatati mal-istil ta’ ħajja turi progress imħallat 31 . L-użu tat-tabakk naqas fl-aħħar deċennju, iżda ż-żieda ta’ 45 % fil-vaping tqajjem tħassib dwar id-drawwiet emerġenti tan-nikotina. Aktar minn 25 % tal-popolazzjoni għandha livell insuffiċjenti ta’ attività fiżika, u madwar 60 % biss tal-adulti jikkunsmaw frott u ħxejjex friski kuljum 32 . Il-konsum tal-alkoħol naqas bi ftit 33 , madankollu l-użu dannuż tal-alkoħol għadu fattur ta’ riskju ewlieni għall-mard kardjovaskulari u għal mard mhux komunikabbli ieħor, speċjalment fost iż-żgħażagħ 34 ;

-Il-kopertura tat-tilqim fost il-gruppi ta’ riskju f’ħafna Stati Membri għadha subottimali għall-vaċċini li jistgħu jnaqqsu l-kumplikazzjonijiet kardjovaskulari (eż. vaċċini kontra l-influwenza u kontra l- 35 COVID-19 36 );

-Il-fatturi ambjentali, bħat-tniġġis, jirrappreżentaw 18 % tal-imwiet kardjovaskulari fl-UE 37 .

L-indirizzar tal-mard kardjovaskulari jeħtieġ sforzi fil-gruppi ta’ età kollha. Madankollu, sfidi u xejriet speċifiċi fost it-tfal u l-adolexxenti huma ta’ tħassib partikolari:

-id-dijabete tat-tip 1 tipikament tibda kmieni fil-ħajja u fl-istess ħin id-dijabete tat-tip 2 qed taffettwa wkoll dejjem aktar lit-tfal u liż-żgħażagħ minħabba rati ta’ obeżità li qed jiżdiedu u fatturi ta’ stil ta’ ħajja mhux tajjeb għas-saħħa;

-il-vaping fost iż-żgħażagħ huwa ta’ tħassib partikolari, u jservi ta’ twissija dwar id-drawwiet emerġenti tan-nikotina;

-iż-żieda fil-ħin quddiem l-iskrin u n-nuqqas ta’ attività fiżika qed jaffettwaw is-saħħa taż-żgħażagħ 38 ;

-20 % taż-żgħażagħ għandhom piż żejjed jew huma obeżi 39 ;

-il-konsum taz-zokkor fit-tfal u ż-żgħażagħ huwa ogħla mil-livelli rakkomandati, b’mod partikolari, minħabba xorb miżjud biz-zokkor 40 ;

-12 % biss tal-adolexxenti jiksbu l-konsum minimu rrakkomandat ta’ ħames porzjonijiet ta’ frott u ta’ ħxejjex kuljum, filwaqt li 42 % ma jikkonsmaw l-ebda porzjon ta’ frott jew ta’ ħxejjex kuljum 41 ;

-l-użu dannuż tal-alkoħol inkluż ix-xorb bla rażan, huwa ta’ tħassib sinifikanti fost iż-żgħażagħ 42 . Ix-xorb alkoħoliku, bħall-“alcopops” 43 , jidher li huwa partikolarment attraenti għaż-żgħażagħ;

-l-ansjetà u l-kwistjonijiet ta’ saħħa mentali fost l-adolexxenti jistgħu jikkontribwixxu għal għażliet ħżiena ta’ stil ta’ ħajja u għar-riskju kardjovaskulari 44 .

Aċċess limitat għal detezzjoni u għal dijanjożi bikrija: l-identifikazzjoni bikrija hija essenzjali minħabba li l-fatturi ta’ riskju (eż. il-pressjoni għolja, il-kolesterol għoli u d-dijabete 45 ) jistgħu ma jiġux innutati, u b’hekk jiżdied ir-riskju ta’ attakk tal-qalb jew ta’ puplesija.

-Minkejja l-aċċessibbiltà tal-kontrolli tal-pressjoni tad-demm, 14,3 % taċ-ċittadini ta’ 65 sena u aktar, irrapportaw li ma għamlux kejl reċenti 46 , għalkemm l-ipertensjoni hija fattur ta’ riskju ewlieni għall-mard kardjovaskulari.

-Id-disturbi strutturali tal-qalb għadhom ma jiġux dijanjostikati biżżejjed, u dan iħalli lill-pazjenti f’riskju ta’ avvenimenti gravi għal għarrieda.

-Ma hemm l-ebda protokoll jew gwida fil-livell tal-UE li jgħinu lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi ta’ detezzjoni u ta’ dijanjożi bikrija, u dan wassal għal approċċi frammentati madwar l-UE, li jxekklu l-federazzjoni tad-data u l-ġbir ta’ data komparabbli.

-In-nisa huma aktar probabbli li jiġu dijanjostikati ħażin u li jiffaċċaw dewmien fil-kura ta’ emerġenza u sottotrattament, speċjalment wara avvenimenti kardjovaskulari, parzjalment minħabba sensibilizzazzjoni limitata fost il-pazjenti u l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa.

Trattament u kura: il-pazjenti b’mard kardjovaskulari spiss jeħtieġu ġestjoni fit-tul u approċċ b’diversi aspetti li jinvolvi sfidi li jista’ jkollhom impatt fuq l-eżiti tal-pazjenti.

-L-użu subottimali tal-mediċini kardjovaskulari (eż. l-antiipertensivi, l-aġenti għat-tnaqqis tal-lipidi u l-antikoagulanti) huwa lakuna importanti fil-kura madwar l-UE, u hemm firxa wiesgħa ta’ linji gwida kliniċi differenti, u nuqqas ta’ approċċ ġenerali tal-UE.

-Il-kontinwità tal-kura mhijiex tajba biżżejjed. Ħafna pazjenti jiffaċċaw perkorsi ta’ assistenza frammentati u aċċess mhux ugwali għat-trattament. Il-pazjenti spiss ibatu biex jinnavigaw bejn il-kura primarja, l-isptarijiet u s-servizzi ta’ riabilitazzjoni, u b’hekk jimminaw il-ġestjoni tal-mard fit-tul u l-irkupru.

-In-nuqqas ta’ standards komuni għat-trattament u għall-kura madwar l-Istati Membri jwassal għal inugwaljanzi u għal ineffiċjenzi, minħabba li t-trattamenti u t-teknoloġiji innovattivi ma humiex aċċessibbli b’mod ugwali madwar l-UE.

-Il-multimorbożità hija kwistjoni importanti fost il-pazjenti kardjovaskulari u hija assoċjata ferm ma’ awtovalutazzjoni tas-saħħa aktar batuta u ma’ kwalità tal-ħajja aktar baxxa, xi kultant saħansitra aktar mill-preżenza tal-mard kardjovaskulari 47 .

Sfidi diġitali u tad-data: mingħajr tmexxija fil-livell tal-UE dwar l-istandards u l-investiment diġitali, il-progress se jibqa’ frammentat, mhux uniformi u mhux skalabbli.

-Sitt Stati Membri biss jużaw rekords elettroniċi tas-saħħa biex jimmonitorjaw l-eżiti kardjovaskulari b’mod sistematiku 48 .

-Il-biċċa l-kbira tar-reġistri 49 huma nieqsa mill-interoperabbiltà, u dan jagħmilha diffiċli li tiġi kondiviża jew li titqabbel id-data b’mod transfruntier.

-Il-protokolli u l-istandards tal-ġbir tad-data klinika ma humiex armonizzati biżżejjed.

-Fil-kardjoloġija jeżistu l-intelliġenza artifiċjali (IA) u għodod diġitali , iżda ftit huma varati fuq skala fis-sistemi nazzjonali tas-saħħa. Dan jillimita l-opportunitajiet għal detezzjoni aktar bikrija, għal trattament personalizzat, u għal titjib fis-sistemi kollha. Meta jiġu applikati l-għodod tal-IA, huwa kruċjali li wieħed jiżgura li jiġu evitati preġudizzji dwar il-ġeneru, id-diżabilità u preġudizzji oħra.

Lakuni fir-riċerka u fl-innovazzjoni: minkejja investiment sostanzjali, għad fadal sfidi importanti fir-riċerka u fl-innovazzjoni.

-Għad hemm lakuni fl-għarfien, b’mod partikolari fil-fehim tal-bidu tal-mard u tal-mekkaniżmi ta’ progressjoni tal-mard.

-Jeżistu lakuni fil-fehim tal-mekkaniżmi bijoloġiċi li jirfdu mard kardjovaskulari differenti.

-It-traduzzjoni tar-riċerka għandha titrawwem peress li l-innovazzjonijiet idumu biex jilħqu lill-pazjenti.

-Għad hemm lakuni importanti fil-fehim ta’ kif għandhom jiġu applikati miżuri preventivi effettivi b’mod konsistenti u kif għandu jiġi appoġġat l-intervent bikri fost popolazzjonijiet diversi.

-L-innovazzjoni xprunata mid-domanda ma hijiex appoġġata biżżejjed.

-Il-kollaborazzjoni transfruntiera, u l-innovazzjoni fl-IA fil-mard kardjovaskulari huma mxekkla mid-disponibbiltà limitata ta’ data ta’ kwalità għolja. Id-data diżaggregata skont is-sess u l-ġeneru u data oħra dwar karatteristiċi protetti oħra, inkluż dwar persuni b’diżabilità, huma essenzjali.

Inugwaljanzi persistenti fis-saħħa: Hemm differenzi u inugwaljanzi notevoli ħafna bejn l-Istati Membri u r-reġjuni, il-ġeneri u l-gruppi soċjoekonomiċi.

-Kundizzjonijiet uniċi għan-nisa tul il-ħajja, inklużi l-menarche bikri u tard, is-sindromu tal-ovarji poliċistiċi, l-infertilità, it-teknoloġija riproduttiva assistita, eżiti avversi tat-tqala, il-kontraċettivi ormonali u t-tranżizzjonijiet għall-menopawża, li lkoll iżidu r-riskju tagħhom ta’ mard kardjovaskulari 50 .

-L-aċċess għal kura kardijaka ta’ kwalità għolja jvarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, u dan iwassal għal differenzi fir-rati ta’ sopravivenza u fil-kwalità tal-ħajja. Il-mortalità mill-mard kardjovaskulari hija ogħla b’mod sinifikanti f’xi reġjuni milli f’oħrajn, minħabba d-differenzi fil-prevenzjoni, fl-aċċess għall-kura, u fir-riżorsi tas-sistemi tas-saħħa 51 .

-Gruppi tal-popolazzjoni li huma soċjoekonomikament żvantaġġati huma affettwati b’mod sproporzjonat minn fatturi ta’ riskju bħal dieti mhux tajbin għas-saħħa, it-tipjip, it-tniġġis tal-arja 52 u t-tniġġis akustiku 53 . Spiss ikollhom ukoll aċċess limitat għall-prevenzjoni u għat-trattament. Dan jirriżulta f’eżiti agħar għas-saħħa, b’aktar kundizzjonijiet kroniċi li jikkawżaw inugwaljanzi ulterjuri fil-prevenzjoni, fit-trattament u fil-ġestjoni.

2.Azzjoni fil-livell tal-UE dwar is-saħħa kardjovaskulari: approċċ immirat

Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom huwa rispons strateġiku għall-isfidi deskritti hawn fuq. Dan jiffoka fuq it-twettiq ta’ għadd magħżul ta’ azzjonijiet ambizzjużi u mmirati li jistgħu jwasslu valur miżjud ċar tal-UE għaċ-ċittadini, għall-gvernijiet u għall-partijiet ikkonċernati, f’konformità mal-aġenda tal-kompetittività tal-UE u mal-iżvilupp rapidu tal-innovazzjoni diġitali. Huwa mfassal biex itejjeb il-ħajja tan-nies u s-saħħa pubblika fil-livell soċjetali, jagħti spinta lill-kompetittività, jippromwovi l-innovazzjoni u jinvesti f’sistemi tal-kura tas-saħħa sostenibbli.

L-indirizzar tal-mard kardjovaskulari jeħtieġ approċċ preventiv, transsettorjali u b’diversi partijiet ikkonċernati, f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda” 54 , li huwa bbażat fuq l-interkonnessjoni u l-interdipendenza bejn is-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali, tal-pjanti u tal-ambjent usa’. Il-pjan ipoġġi lill-pazjenti u liċ-ċittadini fil-qalba tiegħu u għandu l-għan li jikkomplementa l-politiki nazzjonali u jippromwovi l-effiċjenza u l-kompetittività permezz ta’ riċerka u innovazzjoni kollaborattivi.

Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom huwa mibni fuq tliet pilastri ewlenin tul il-perkors kollu tal-pazjent kardjovaskulari: (1) il-prevenzjoni; (2) id-detezzjoni u l-iskrinjar bikrija; u (3) it-trattament u l-kura, inkluża r-riabilitazzjoni.

Dawn huma appoġġati minn tliet temi trażversali: 

(1) l-opportunitajiet promettenti li joffru s-soluzzjonijiet diġitali, inklużi t-teknoloġiji tal-IA u l-approċċi personalizzati tal-mediċina;

(2) l-indirizzar tal-lakuni fir-riċerka u fl-innovazzjoni tul il-perkors kollu tas-saħħa kardjovaskulari bħala xprunatur ewlieni għal għarfien, informazzjoni u soluzzjonijiet tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja kif ukoll għall-għodod diġitali; u

(3) l-ilħuq ta’ kull ċittadin minħabba li jeżistu inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, il-gruppi ta’ popolazzjoni u l-ġeneri.

Kull pilastru jinkludi inizjattivi ewlenin u azzjonijiet oħra, fejn azzjoni fil-livell tal-UE tista’ ġġib valur miżjud, filwaqt li tirrispetta wkoll il-kompetenzi nazzjonali fil-politika tas-saħħa.

B’dawn l-inizjattivi, l-UE se timmira li tilħaq il-miri li ġejjin, 55 sal-2035:

-il-mortalità prematura kardjovaskulari għandha tonqos b’25 % bl-2022 bħala s-sena ta’ referenza 56 ;

-mill-inqas 75 % tal-persuni ta’ bejn il-25 u l-64 sena, u mill-inqas 90 % tal-persuni ta’ 65 sena u akbar, imorru għand professjonist tas-saħħa darba fis-sena biex ikejlilhom il-pressjoni tad-demm 57 ;

-mill-inqas 65 % tal-persuni ta’ bejn il-25 u l-64 sena, u mill-inqas 80 % tal-persuni ta’ 65 sena u akbar, imorru għand professjonist tas-saħħa darba fis-sena biex jiċċekkjalhom il-kolesterol 58 ;

-mill-inqas 65 % tal-persuni ta’ bejn il-25 u l-64 sena, u mill-inqas 80 % tal-persuni ta’ 65 sena u akbar, imorru għand professjonist tas-saħħa darba fis-sena biex jiċċekkjalhom iz-zokkor 59 .

3.Pilastru 1: Prevenzjoni - perkors tul il-ħajja u approċċ personalizzat

Il-prevenzjoni hija l-aktar mod kosteffettiv kif jiġu indirizzati l-piż sinifikanti tal-mard kardjovaskulari u l-fatturi ta’ riskju ewlenin, bħad-dijabete u l-obeżità. 

Il-mard kardjovaskulari fil-biċċa l-kbira jista’ jiġi prevenut permezz ta’ azzjoni mmirata fuq fatturi ta’ riskju modifikabbli ewlenin (eż. id-dieta, l-attività fiżika, it-tabakk u l-użu dannuż tal-alkoħol). Anki l-miżuri ambjentali u tas-saħħa pubblika, bħat-tnaqqis tal-esponiment għat-tniġġis u l-fatturi ta’ stress klimatiku għandhom rwol kruċjali fit-tnaqqis tar-riskju kardjovaskulari, speċjalment f’popolazzjonijiet vulnerabbli.

Biex issarraf il-potenzjal tal-prevenzjoni f’azzjoni tanġibbli, il-Kummissjoni se tniedi programm ewlieni ġdid dwar il-prevenzjoni tal-mard kardjovaskulari tul il-ħajja, personalizzat u ffaċilitat b’mod diġitali – “L-EU tibża’ għal qalbek”. L-inizjattiva ewlenija se tappoġġa lill-Istati Membri fil-bini tal-kapaċitajiet biex jiżviluppaw jew isaħħu l-pjanijiet nazzjonali għas-saħħa kardjovaskulari, u se tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex iżidu l-prevenzjoni, inkluż bl-użu ta’ approċċi personalizzati u ta’ għodod diġitali.

Tlettax-il Stat Membru diġà għandhom pjanijiet jew strateġiji nazzjonali dwar is-saħħa kardjovaskulari 60 , u dan il-programm ewlieni se jappoġġa lis-27 Stat Membru kollha 61 fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politiki biex jitnaqqas il-piż tal-mard kardjovaskulari. Stimi aġġornati dwar l-infiq nazzjonali fuq is-saħħa kardjovaskulari preventiva, permezz ta’ proġett tal-OECD iffinanzjat mill-UE 62 , se jippermettu lill-Istati Membri joħolqu parametri referenzjarji għall-investimenti tagħhom, jidentifikaw il-lakuni u jirċievu gwida strateġika dwar kif għandhom jallokaw ir-riżorsi b’mod aktar effiċjenti.

Il-programm ewlieni se jinvesti fl-appoġġ lill-Istati Membri fit-titjib tal-prevenzjoni, fid-detezzjoni bikrija u fil-kura. Se juża għodod diġitali u approċċi personalizzati tal-mediċina, speċjalment għal gruppi vulnerabbli. Se jkollu l-għan li jagħti s-setgħa lill-pazjenti u lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa b’għodod diġitali għal prevenzjoni mtejba u se jinvesti f’azzjonijiet immirati ta’ prevenzjoni u ta’ detezzjoni bikrija mmexxija mill-partijiet ikkonċernati 63 li jinkludu enfasi fuq gruppi vulnerabbli.

Xi Stati Membri 64 żviluppaw il-pjattaformi tas-saħħa diġitali nazzjonali jew reġjonali integrati tagħhom stess. Dawn l-Istati Membri issa għandhom il-kapaċità li jimplimentaw sistemi mmexxija mid-data u bbażati fuq l-IA bħala parti mill-forniment ta’ servizzi tas-saħħa ta’ rutina. L-esperjenza tagħhom turi dak li diġà huwa possibbli, mill-analitika predittiva u l-awtomatizzazzjoni dijanjostika sal-ottimizzazzjoni tas-sistema u perkorsi ta’ assistenza personalizzati. Filwaqt li jibni fuq l-esperjenza ta’ dawn l-Istati Membri, investiment immirat tal-UE jista’ jappoġġa ż-żieda ta’ soluzzjonijiet ta’ kura interoperabbli, xprunati mid-data u bbażati fuq l-IA madwar l-UE. Diversi proġetti kofinanzjati mill-UE, bħal JADECARE 65 , stabbilew il-pedamenti għal mudelli ta’ kura assistiti b’mod diġitali. Il-Kummissjoni beħsiebha timmobilizza l-komunitajiet żviluppati fi ħdan dawn il-proġetti, tapplika fuq skala akbar l-aħjar prattiki tagħhom, u testendi l-innovazzjonijiet tagħhom madwar l-UE. Issa huwa l-waqt li dawn il-kisbiet jitpoġġew fil-prattika, billi jingħaqdu l-assi diġitali tal-UE, tiġi promossa l-interoperabbiltà, u jiġi aċċellerat il-varar ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA li jagħmlu s-sistemi tas-saħħa aktar reżiljenti, ekwi u effiċjenti.

Inizjattiva ewlenija: prevenzjoni tul il-ħajja, personalizzata u abilitata b’mod diġitali – il-programm “L-EU tibża’ għal qalbek”

Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw jew jimplimentaw pjanijiet nazzjonali indipendenti jew integrati dwar is-saħħa kardjovaskulari sal-2027, filwaqt li jqisu l-inizjattivi eżistenti, u se jipproponi azzjonijiet biex jgħin lill-Istati Membri jagħmlu dan.

Il-Kummissjoni beħsiebha toħloq dan il-programm ewlieni flimkien mal-Istati Membri, mal-partijiet ikkonċernati, bħall-isptarijiet, il-komunità tas-saħħa pubblika, l-industrija, l-akkademja u ċ-ċittadini, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, biex tiżgura li dan jappoġġa s-sistemi tas-saħħa nazzjonali u jpoġġi liċ-ċittadini fil-qalba tiegħu għal saħħa futura aħjar.

Drawwiet dijetetiċi tajbin għas-saħħa (eż. il-konsum ta’ frott u ta’ ħxejjex kuljum, u l-konsum ta’ inqas zokkor, xaħmijiet saturati u melħ meta jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa u meta jiġu kkonsmati b’mod sproporzjonat f’dieta ta’ kuljum jew ta’ kull ġimgħa), inaqqsu r-riskju ta’ mard kardjovaskulari. Ir-riċerka emerġenti 66 tenfasizza wkoll ir-rwol tad-dieta fit-tiswir tal-mikrobijoma intestinali, u b’hekk tiftaħ toroq ġodda għall-mediċina personalizzata biex jiġu indirizzati l-fatturi ta’ riskju. Id-drawwiet dijetetiċi jinfluwenzaw ukoll is-saħħa orali li, min-naħa tagħha, hija element vitali tas-saħħa kardjovaskulari 67 .

Il-Kummissjoni tappoġġa azzjonijiet biex jittejbu d-drawwiet dijetetiċi, inkluż permezz tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar Prattiki Responsabbli tan-Negozju u l-Kummerċjalizzazzjoni tal-Ikel 68 (imsejjaħ ukoll il-Kodiċi Agroalimentari), kif ukoll Food 2030 69 , il-qafas ta’ politika tar-riċerka u tal-innovazzjoni użat taħt il-programm Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tappoġġa inizjattivi nazzjonali ta’ riformulazzjoni biex jitnaqqsu l-livelli ta’ xaħmijiet saturati, ta’ zokkor u ta’ melħ fil-kuntest tad-dieta ġenerali ta’ kuljum jew ta’ kull ġimgħa u tippromwovi l-konsum ta’ frott u ta’ ħxejjex. Il-Kummissjoni lestiet rieżami tal-iskema tal-frott, il-ħaxix u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għall-iskejjel tal-UE li kellha suċċess, u pproponiet li din titkompla lil hinn mill-2027 70 . Il-gvernijiet lokali jistgħu jiġu appoġġati u mmotivati biex jiżguraw li fl-istituzzjonijiet pubbliċi bħall-iskejjel, l-isptarijiet, u l-faċilitajiet tal-gvern jiġi servut ikel tajjeb għas-saħħa. Rapport ippubblikat reċentement miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka dwar il-kriterji għall-akkwist pubbliku sostenibbli għall-ikel, għas-servizzi tal-catering u għad-distributuri awtomatiċi jista’ jintuża mill-gvernijiet lokali biex jiżguraw li fl-istituzzjonijiet pubbliċi jiġi servut ikel tajjeb għas-saħħa 71 .

Iż-żieda f’NCDs marbuta ma’ dieti mhux tajbin għas-saħħa u l-hekk imsejjaħ “ikel ultraproċessat”, tagħmilha neċessarja li tiġi pprovduta informazzjoni ċara biex iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa li jkunu konxji mill-għażliet ta’ nutrizzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, u preferibbilment jagħmlu għażliet ta’ ikel aktar tajbin għas-saħħa. Informazzjoni bbażata fuq l-evidenza dwar l-ikel tista’ sservi wkoll bħala bażi għal interventi fil-livell tal-UE jew nazzjonali li jindirizzaw oġġetti tal-ikel mhux tajbin għas-saħħa u li jinċentivaw ir-riformulazzjoni tal-ikel.

Il-Kummissjoni nediet studju 72 dwar l-impatt tal-konsum tal-hekk imsejjaħ “ikel ultraproċessat”, abbażi tal-opinjonijiet tal-Mekkaniżmu Konsultattiv Xjentifiku (SAM, Scientific Advisory Mechanism) u tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika (GEE). Dawn l-opinjonijiet se jappoġġaw id-djalogu annwali dwar l-ikel maħluq skont il-Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel 73 .

Inizjattiva ewlenija: l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi permezz ta’ informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-ikel fl-UE

Il-Kummissjoni se taħdem lejn sistema komprensiva ġdida ta’ valutazzjoni tal-ipproċessar tal-ikel, li tħares lejn il-porzjonijiet, il-frekwenza tal-konsum u r-rwol fid-dieta, biex tagħti s-setgħa lill-konsumaturi b’informazzjoni diġitali trasparenti, aċċessibbli u bbażata fuq ix-xjenza dwar l-ipproċessar tal-ikel, bl-għan li fl-aħħar mill-aħħar tħeġġeġ bidliet lejn dieti aktar tajbin għas-saħħa.

It-tipjip huwa kawża ewlenija ta’ mard kardjovaskulari kif ukoll ta’ mard mhux komunikabbli ieħor. It-tipjip attiv u l-esponiment għad-duħħan mingħand ħaddieħor jikkawżaw madwar 20 % tal-mard tal-qalb koronarju. Diġà sar progress sinifikanti, iżda r-rati tat-tipjip fl-UE għadhom għoljin, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ. Fl-2022 74 , aktar minn wieħed minn kull sitt persuni ta’ 15-il sena li ġew mistħarrġa ddikjaraw li kienu pejpu s-sigaretti mill-inqas darba matul ix-xahar preċedenti.

Il-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar il-kontroll tat-tabakk 75 ikkontribwixxa b’suċċess għat-tnaqqis sinifikanti fir-rati tat-tipjip, inkluż fost iż-żgħażagħ 76 . Madankollu, prodotti ġodda tat-tabakk u tan-nikotina, bħall-prodotti tat-tabakk imsaħħan, is-sigaretti elettroniċi u l-boroż tan-nikotina, saru dejjem aktar popolari f’dawn l-aħħar snin, speċjalment fost iż-żgħażagħ. L-evidenza emerġenti tenfasizza r-riskji għas-saħħa assoċjati ma’ dawn il-prodotti u tissuġġerixxi li dawn jistgħu jservu bħala portal għall-vizzju tan-nikotina u għall-konsum tat-tabakk tradizzjonali. Bl-għan li tipproteġi liż-żgħażagħ b’mod partikolari mill-effetti dannużi tat-tabakk u ta’ prodotti relatati, il-Kummissjoni qed tikkunsidra dawn l-iżviluppi l-ġodda u x-xejriet tas-suq fl-evalwazzjoni kontinwa tagħha tal-qafas leġiżlattiv dwar il-kontroll tat-tabakk.

It-tassazzjoni fil-livell tal-UE kellha rwol ċentrali fit-tnaqqis tal-fatturi ta’ riskju marbuta mal-istil ta’ ħajja tagħna. Madwar 40 % tat-tnaqqis fit-tipjip fl-UE f’dan l-aħħar deċennju jista’ jiġi attribwit għat-tassazzjoni 77 . Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), it-tassazzjoni hija wieħed mill-aktar strumenti effettivi fit-tnaqqis tal-konsum tat-tabakk 78 . Fis-16 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni adottat proposta għal emenda tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq it-Tabakk 79 biex jiżdiedu r-rati tad-dazju tas-sisa fuq prodotti tat-tabakk tradizzjonali u biex tiġi armonizzata t-tassazzjoni fuq prodotti ġodda tat-tabakk u tan-nikotina, bħas-sigaretti elettroniċi, il-prodotti tat-tabakk imsaħħan, il-boroż tan-nikotina u prodotti oħra tan-nikotina. Fid-dawl tal-isfidi tas-saħħa pubblika li qed jevolvu u l-bidliet sinifikanti fis-suq, ir-riforma għandha l-għan li timmodernizza d-direttiva f’konformità mal-prijoritajiet tas-saħħa u ekonomiċi tal-UE u li ssaħħaħ is-suq uniku. Ir-reviżjoni tad-direttiva se tagħti kontribut importanti biex jintlaħaq l-objettiv tal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer għal ġenerazzjoni ħielsa mit-tabakk, fejn inqas minn 5 % tal-popolazzjoni tkun qed tuża t-tabakk sal-2040.

Inizjattiva ewlenija: il-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk

Fl-2026, il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv dwar il-kontroll tat-tabakk.

L-għan fit-tul huwa li inqas minn 5 % tal-adulti jkunu qed jużaw it-tabakk sal-2040 80 .

L-użu dannuż tal-alkoħol huwa fattur ta’ riskju għall-mard kardjovaskulari. Il-livelli u x-xejriet tal-konsum tal-alkoħol ivarjaw konsiderevolment madwar l-UE.

L-użu dannuż tal-alkoħol, inkluż ix-xorb taħt l-età u x-xorb bla rażan minn età bikrija, huwa ta’ tħassib sinifikanti 81 . Ix-xorb alkoħoliku, bħall-“alcopops” 82 , jidher li huwa partikolarment attraenti għaż-żgħażagħ. Dan jitlob approċċi mmirati, li jiffukaw fuq il-konsum dannuż, b’mod partikolari fir-rigward tax-xorb taħt l-età u x-xorb bla rażan 83 .

L-imposti, it-taxxi u d-dazji jistgħu jservu ta’ inċentivi biex jinfluwenzaw l-imġiba tal-konsumatur, filwaqt li jħeġġu għażliet ta’ ikel aktar tajbin għas-saħħa, inkluż billi jillimitaw il-konsum ta’ xorb imħolli biz-zokkor u ta’ xorb alkoħoliku 84 . Mill-2015, 13-il Stat Membru introduċew taxxi fuq prodotti tal-ikel mhux tajbin għas-saħħa, il-maġġoranza fuq xorb imħolli biz-zokkor u xi wħud fuq ikel b’kontenut għoli ta’ xaħam, ta’ zokkor u ta’ melħ 85 . Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fl-avvanzar tat-tassazzjoni billi tiddiskuti t-tfassil u l-implimentazzjoni prattika ta’ tali miżuri applikati għax-xorb mhux alkoħoliku mal-Istati Membri.

Appoġġ sostenibbli għall-prevenzjoni fil-livell tal-UE: skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2025, iċ-ċittadini jemmnu li s-saħħa pubblika hija waħda mill-ħames oqsma l-aktar importanti li l-UE għandha tipprijoritizza 86 . Fl-2022, is-servizzi ta’ prevenzjoni kienu jammontaw għal 5,5 % tan-nefqa totali tal-UE fuq il-kura tas-saħħa. L-akbar sehem mar għall-kura kurattiva u riabilitattiva (51,9 %), segwita minn oġġetti mediċinali bħall-farmaċewtiċi (17,8 %) u l-kura fit-tul (16,2 %). L-infiq fuq il-prevenzjoni ma jilħaqx il-5 % fil-każ tal-biċċa l-kbira tal-baġits nazzjonali għall-kura tas-saħħa 87 . F’dan il-kuntest, huwa ssuġġerit li jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri fil-prevenzjoni primarja.

Hemm evidenza li torbot il-konsum għoli tal-hekk imsejjaħ “ikel ultraproċessat” b’kontenut għoli ta’ zokkor, ta’ xaħam u ta’ melħ mar-riskju li jiġu żviluppati l-obeżità, id-dijabete u firxa ta’ mard metaboliku, li huma fatturi ta’ riskju għall-mard kardjovaskulari 88 . Għalhekk, dan il-mard qed ikollu impatt serju mhux biss fuq iċ-ċittadini tal-UE iżda wkoll fuq is-sistemi tas-saħħa u fuq il-kompetittività ġenerali tal-UE. F’dan ir-rigward, għandha tiġi kkunsidrata inizjattiva dwar l-hekk imsejjaħ “ikel ultraproċessat” relatat ma’ dawn il-morbożitajiet.

Il-Kummissjoni beħsiebha:

Øtistabbilixxi network ta’ awtoritajiet kompetenti biex tipprovdi forum għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni fit-tassazzjoni ta’ prodotti tal-ikel mhux tajbin għas-saħħa biex tappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri;

Øtistabbilixxi bażi tad-data ta’ tali taxxi jew imposti fis-seħħ fl-Istati Membri.

Inizjattiva ewlenija: fuq il-bażi tal-eżitu tal-istudju dwar l-hekk imsejjaħ “ikel ultraproċessat”, il-Kummissjoni se teżamina liema għodod xierqa, inklużi l-azzjonijiet finanzjarji possibbli, jistgħu jiġu varati biex jappoġġaw/jiffinanzjaw azzjonijiet tas-saħħa pubblika fil-qasam tal-prevenzjoni primarja u jistimulaw ir-riformulazzjoni tal-ikel u għażliet aktar tajbin għas-saħħa tal-konsumaturi.

L-isport u l-attività fiżika regolari joffru benefiċċji sinifikanti għas-saħħa kardjovaskulari billi jsaħħu l-muskolu tal-qalb, itejbu ċ-ċirkolazzjoni tad-demm, u jgħinu biex jirregolaw il-livelli tal-pressjoni tad-demm u tal-kolesterol. Il-promozzjoni ta’ attività fiżika regolari tibqa’ essenzjali għal komunitajiet aktar f’saħħithom, għall-prevenzjoni tal-mard u għall-benesseri ġenerali madwar l-UE.

Il-Kummissjoni beħsiebha:

Øtipproponi aġġornament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ attività fiżika li ttejjeb is-saħħa fis-setturi kollha;

Øissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni dwar ir-rabta bejn l-attività fiżika regolari u s-saħħa kardjovaskulari permezz ta’ kampanji annwali madwar l-Ewropa, inklużi l-kampanja #BeActive u l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 89 ;

Øtkompli tipprovdi finanzjament mill-UE biex tappoġġa l-attività fiżika, inkluż ir-rwol kruċjali tagħha fil-prevenzjoni, permezz ta’ programmi bħal Erasmus+ 90 u l-UE għas-Saħħa.

Enfasi fuq it-tfal u fuq iż-żgħażagħ

Il-prevenzjoni tal-mard kardjovaskulari, tad-dijabete u tal-obeżità trid tibda fit-tfulija. B’mod partikolari, il-prevenzjoni tal-obeżità fit-tfal hija kruċjali għat-tnaqqis tar-riskju tad-dijabete u tal-mard kardjovaskulari fil-bidu tal-età adulta.

L-intervent bikri mat-tfal u maż-żgħażagħ joħloq opportunità unika biex jiġu stabbiliti drawwiet tajbin għas-saħħa tul il-ħajja, inklużi dieti tajbin għas-saħħa u l-attività fiżika 91 . Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-konsum tal-frott u tal-ħxejjex. Is-sejbiet mill-istudju tal-WHO 92 dwar id-drawwiet tal-ikel tat-tfal jenfasizzaw li hija meħtieġa azzjoni biex jiġu promossi drawwiet tal-ikel tajbin għas-saħħa fost it-tfal, biex jiżdied il-konsum ta’ kuljum ta’ frott u ta’ ħxejjex friski. Il-konsum eċċessiv ta’ ikel u ta’ xorb b’kontenut għoli ta’ zokkor huwa marbut ma’ riskju akbar ta’ obeżità. L-iskejjel u ambjenti edukattivi oħra jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti d-drawwiet tal-ikel tat-tfal u taż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u l-għoti ta’ għażliet tal-ikel tajbin għas-saħħa biex jitħeġġeġ il-konsum ta’ ikel aktar tajjeb għas-saħħa, bħall-frott u l-ħxejjex.

Il-Kummissjoni qed tiffinanzja azzjonijiet kollaborattivi bejn l-Istati Membri u proġetti mmexxija mill-partijiet ikkonċernati li jippromwovu l-ikel tajjeb għas-saħħa u l-attività fiżika permezz tal-edukazzjoni, u impenn politiku u komunitarju 93 . Barra minn hekk,il-proġetti ta’ riċerka 94  qed jiffukaw fuq l-identifikazzjoni tal-fatturi ta’ riskju, eż. l-obeżità u fuq it-titjib ta’ dieti tajbin għas-saħħa 95 , il-promozzjoni tal-prevenzjoni, u l-iżvilupp ta’ interventi personalizzati biex jappoġġaw stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa tul il-ħajja speċifikament għat-tfal u għaż-żgħażagħ. L-isport u l-attività fiżika regolari joffru benefiċċji sinifikanti għas-saħħa kardjovaskulari billi jsaħħu l-muskolu tal-qalb, itejbu ċ-ċirkolazzjoni tad-demm, u jgħinu biex jirregolaw il-livelli tal-pressjoni tad-demm u tal-kolesterol. Madankollu, inqas minn wieħed minn kull ħames subien u waħda minn kull għaxart ibniet (5 snin sa 17-il sena) jilħqu l-livell ta’ attività fiżika rrakkomandat mill-WHO 96 .

It-tkabbir rapidu fil-konsum u fil-bejgħ ta’ prodotti ġodda tat-tabakk u tan-nikotina, eż. prodotti tat-tabakk imsaħħan, sigaretti elettroniċi, u boroż tan-nikotina fost iż-żgħażagħ huwa allarmanti. Madwar żagħżugħ wieħed minn kull ħamsa (15 sa 19-il sena) li jikkonsmaw prodotti tat-tabakk u tan-nikotina bdew billi kienu jużaw regolarment is-sigaretti elettroniċi 97 . Dan jindika b’mod ċar li s-sigaretti elettroniċi jaġixxu bħala gateway għall-vizzju tan-nikotina u għall-użu tat-tabakk fost iż-żgħażagħ.

It-tfal u ż-żgħażagħ huma partikolarment vulnerabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-hekk imsejjaħ ikel “ultraproċessat” u tal-ikel b’kontenut għoli ta’ xaħam, ta’ zokkor u ta’ melħ, kif ukoll tat-tabakk u ta’ prodotti emerġenti. Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva 98 għandha l-għan li tipproteġi lill-udjenzi, inklużi t-tfal, mir-reklamar dannuż. Din tħeġġeġ il-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni biex jiġi limitat l-esponiment tat-tfal għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel u ta’ xorb mhux tajbin għas-saħħa.

Il-Kummissjoni beħsiebha:

Øtevalwa d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, li tinkludi regoli għall-protezzjoni tal-minorenni minn kontenut dannuż, sa tmiem l-2026, u tikkunsidra proposta għar-reviżjoni tagħha;

Øtippreżenta “Sett ta’ Għodod għall-Promozzjoni tas-Saħħa u tal-Benesseri Mentali tat-Tfal u l-Adoloxxenti” sa tmiem l-2026 biex tappoġġa lil dawk li jfasslu l-politika fit-titjib tas-saħħa fiżika u mentali tat-tfal 99 .

It-tibdil fil-klima u l-fatturi ambjentali, bħat-tniġġis tal-arja jew it-tniġġis akustiku, iħallu impatt sinifikanti fuq il-mard kardjovaskulari, speċjalment fost gruppi vulnerabbli. Il-kombustjoni tal-fjuwils fossili u l-avvenimenti estremi tat-temp jistgħu jikkawżaw jew jaggravaw il-mard kardjovaskulari. Ir-riskji kardjovaskulari relatati mal-klima diġà huma rikonoxxuti f’20 minn 27 politika nazzjonali ta’ adattament 100 . Il-bidla għal ekonomija tal-enerġija nadifa, it-tnaqqis tat-tniġġis u l-integrazzjoni tas-saħħa fil-pjanijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, speċjalment fil-livell lokali, huma essenzjali biex jiġu żgurati reazzjonijiet xierqa u rati aktar baxxi ta’ mard kardjovaskulari.  

It-tilqim kontra l-infezzjonijiet, eż. l-influwenza, is-SARS-CoV-2 (COVID-19), il-virus respiratorju sinċizjali, il-marda pnewmokokkali u l-ħruq ta’ Sant’Antnin, huwa miżura effettiva għall-prevenzjoni ta’ kumplikazzjonijiet kardjovaskulari fi gruppi b’riskju għoli 101 . It-tilqim għal dan il-mard kollu għal persuni li għandhom 65 sena jew aktar, kif ukoll għal dawk b’mard kardjovaskulari, inaqqas ir-riskju ta’ attakki tal-qalb, ta’ puplesiji u ta’ avvenimenti akuti oħra. It-tilqim kontra l-influwenza huwa assoċjat ma’ tnaqqis ta’ 34 % fir-riskju ta’ avvenimenti kardjovaskulari avversi kbar 102 , li jenfasizza l-immunizzazzjoni bħala strateġija preventiva importanti 103 .

Il-Kummissjoni tappoġġa l-isforzi nazzjonali biex tiżdied il-kopertura tat-tilqim permezz ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE 104 , il-Portal Ewropew ta’ Informazzjoni dwar it-Tilqim 105 u kampanji bħal #Magħqudin fil-Protezzjoni 106 . Il-Kummissjoni tikkollabora maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC, European Centre for Disease Prevention) u mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA, European Medicines Agency) biex tiġġieled id-diżinformazzjoni, tappoġġa strateġiji nazzjonali ta’ tilqim b’evidenza xjentifika, timmonitorja l-prestazzjoni tal-programmi ta’ immunizzazzjoni, tiżgura t-trasparenza fl-approvazzjoni tal-vaċċini, u żżomm sorveljanza indipendenti ta’ wara l-awtorizzazzjoni.

L-ECDC jgħin lill-Istati Membri billi:

Øjipprovdi gwida u bini tal-kapaċitajiet biex jissaħħu s-sistemi ta’ informazzjoni u r-reġistri nazzjonali dwar l-immunizzazzjoni għall-gruppi b’riskju ta’ mard kardjovaskulari, inklużi l-istandards ta’ interoperabbiltà u l-indikaturi tar-rappurtar, f’konformità mal-qafas legali tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (EHDS, European Health Data Space);

Øjipprovdi taħriġ immirat lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa dwar ir-rabta bejn il-mard ewlieni prevenibbli b’vaċċini u l-mard kardjovaskulari.

Inizjattiva ewlenija: proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tilqim kontra l-infezzjonijiet respiratorji bħala miżura preventiva għall-mard kardjovaskulari

Il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex tippromwovi l-immunizzazzjoni 107 bħala miżura għall-prevenzjoni tal-mard kardjovaskulari, filwaqt li tadotta approċċ tul il-ħajja u tindirizza gruppi vulnerabbli f’riskju għoli. Huwa previst li l-Istati Membri jingħataw appoġġ fl-identifikazzjoni tal-popolazzjoni fil-mira għat-tilqim, u fil-monitoraġġ u fiż-żieda tal-kopertura tat-tilqim tagħhom.

Il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill ikollha l-għan li tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jirrapportaw data dwar il-kopertura tat-tilqim kontra l-influwenza u l-COVID-19, il-virus respiratorju sinċizjali u l-marda pnewmokokkali, u infezzjonijiet virali bħall-ħruq ta’ Sant’Antnin, f’individwi b’kundizzjonijiet kroniċi, inkluż il-mard kardjovaskulari, sal-2029.

Il-litteriżmu fis-saħħa 108 huwa kruċjali biex jagħti s-setgħa liċ-ċittadini biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-istil ta’ ħajja u d-drawwiet tagħhom, biex jinvolvu ruħhom fi prevenzjoni personalizzata u f’identifikazzjoni bikrija biex jimmaniġġjaw fatturi ta’ riskju bħall-pressjoni għolja u biex ifittxu l-għajnuna f’waqtha. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex issaħħaħ il-litteriżmu fis-saħħa, eż. permezz tal-iżvilupp ta’ għodod ġodda biex tinforma liċ-ċittadini dwar stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, u l-ħolqien ta’ arena Ewropea għal-litteriżmu dwar is-saħħa. 109 Permezz tal-eTwinning, il-Kummissjoni tippromwovi wkoll taħriġ għall-għalliema u proġetti kollaborattivi fl-iskejjel dwar il-litteriżmu fis-saħħa li jittrattaw is-saħħa, il-benesseri, is-saħħa diġitali, l-inklużjoni, drawwiet tajbin għas-saħħa u edukazzjoni dwar is-saħħa mentali.

Biex dawn l-isforzi jiġu appoġġati aktar:

Øil-Kodiċi Ewropew kontra l-kanċer iffinanzjat mill-UE 110 se jiġi aġġornat b’rakkomandazzjonijiet għall-prevenzjoni tal-kanċer u ta’ mard mhux komunikabbli ieħor bħall-mard kardjovaskulari li jaqsmu fatturi ta’ riskju komuni.

4.Pilastru 2: Detezzjoni bikrija u Skrinjar tal-persuni f’riskju

Id-detezzjoni bikrija u l-iskrinjar huma għodod importanti tas-saħħa pubblika fil-prevenzjoni tal-mard, b’mod partikolari għall-mard kardjovaskulari, minħabba l-iskala, il-kost u n-natura fil-biċċa l-kbira prevenibbli tiegħu. L-investiment fi programmi ta’ detezzjoni bikrija u ta’ skrinjar permezz ta’ kontrolli tas-saħħa jista’ jippermetti l-identifikazzjoni f’waqtha ta’ individwi f’riskju għoli (eż. dawk bi pressjoni għolja, b’livell għoli ta’ kolesterol jew b’obeżità), qabel ma jitfaċċaw is-sintomi. L-approċċi personalizzati tal-mediċina huma kritiċi biex jippermettu d-detezzjoni u d-dijanjożi bikrija, permezz tal-identifikazzjoni tal-pazjenti f’riskju 111 .

Minbarra ż-żoni tradizzjonali ta’ skrinjar, id-detezzjoni tal-mard tal-kliewi, u l-kundizzjonijiet konġenitali bħal-lipoproteina (a) elevata (li taffettwa persuna f’ħamsa), il-preżenza tal-iperkolesterolemija familjari, il-kardjomijopatiji kif ukoll id-detezzjoni bikrija tar-riskju ta’ insuffiċjenza kardijaka, jew id-detezzjoni ta’ apnea ostruttiva waqt l-irqad, għandhom jiġu inklużi wkoll fl-ambitu tal-iskrinjar.

Huwa essenzjali għaċ-ċittadini li jkunu jafu l-fatturi ta’ riskju kardjovaskulari ewlenin eż. il-pressjoni għolja, il-kolesterol, iz-zokkor fid-demm u l-piż tal-ġisem u l-predispożizzjoni ġenetika, peress li din id-data tipprovdi stampa ċara tar-riskju għas-saħħa tal-qalb. Il-persuni li jifhmu l-profil tar-riskju tagħhom stess huma mgħammra aħjar biex jagħmlu bidliet fl-istil ta’ ħajja u jinvolvu ruħhom b’mod proattiv mas-sistema tas-saħħa, li jwassal għal detezzjoni aktar bikrija, għal ġestjoni effettiva, u għal probabbiltà ferm aktar baxxa ta’ avvenimenti kardjovaskulari. Id-detezzjoni bikrija tista’ tipprevjeni l-progressjoni tal-marda, tnaqqas l-ammissjonijiet fl-isptarijiet u tevita kura ta’ emerġenza li tiswa ħafna flus. L-inizjattivi ta’ skrinjar għandhom jiġu adattati għas-sitwazzjonijiet nazzjonali u reġjonali u għandhom jinkludu skrinjar fuq skala kbira ta’ grupp ta’ popolazzjoni definit ibbażat fuq l-età, fuq is-sess, fuq il-ġeneru u fuq karatteristiċi protetti oħra 112 jew fuq iż-żona ġeografika. Dawn għandhom ikunu mmirati wkoll lejn sottogruppi speċifiċi tal-popolazzjoni li jkunu f’riskju ogħla minħabba l-istorja tal-familja, l-istorja medika jew l-istil ta’ ħajja tagħhom jew fatturi ambjentali.

Jintużaw għodod għat-tbassir tar-riskju 113 biex jiġi stmat ir-riskju ta’ persuna li tiżviluppa l-mard kardjovaskulari. Tipikament dawn jinkludu indikaturi (eż. il-livelli taz-zokkor u tal-lipidi fid-demm, il-kejl tal-pressjoni u l-indiċi tal-massa tal-ġisem) u valutazzjoni tal-fatturi tal-istil ta’ ħajja (eż. it-tipjip, l-attività fiżika u n-nutrizzjoni). Madankollu, ir-rati ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tad-demm għadhom subottimali madwar l-UE, speċjalment fost il-persuni akbar fl-età. Monitoraġġ regolari permezz ta’ kontrolli tas-saħħa jippermetti l-identifikazzjoni bikrija u l-ġestjoni f’waqtha tal-pressjoni għolja tad-demm, li jnaqqas b’mod sinifikanti ir-riskju ta’ attakki tal-qalb, ta’ puplesiji, u ta’ kumplikazzjonijiet kardjovaskulari oħra, filwaqt li jappoġġa t-tixjiħ aktar san u kwalità tal-ħajja mtejba.

Sabiex tiġi żgurata kopertura wiesgħa tal-programm ta’ skrinjar, il-Kummissjoni hija lesta li tappoġġa lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta’ inizjattivi ta’ skrinjar ibbażati fil-komunità li jġibu servizzi tas-saħħa preventivi direttament lill-popolazzjoni. Il-partijiet ikkonċernati rilevanti għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw u jikkontribwixxu l-għarfien espert tagħhom.

L-istat dgħajjef kurrenti tas-saħħa kardjovaskulari huwa attribwibbli wkoll għal fatturi oħra ta’ riskju, bħal kundizzjonijiet ġenetiċi li jinkludu l-iperkolesterolemija familjari (FH, Familial Hypercholesterolemia) jew livelli elevati ta’ lipoproteina (a), li issa jistgħu jiġu skrinjati faċilment. Dawn il-kundizzjonijiet li jintirtu għadhom sottodijanjostikati b’mod sinifikanti madwar l-UE. L-FH taffettwa madwar individwu wieħed minn kull 250, iżda inqas minn 10 % tal-każijiet jiġu identifikati u d-dijanjożi spiss isseħħ tard, wara li jkun seħħ avveniment kardjovaskulari. Biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-mard kardjovaskulari, b’mod partikolari fost it-tfal u ż-żgħażagħ, il-proġetti ffinanzjati mill-UE li għaddejjin bħalissa 114 qed jappoġġaw l-iżvilupp ta’ strateġiji għad-dijanjożi u għall-ġestjoni aktar bikrija ta’ kundizzjonijiet li jintirtu biex jittejbu l-eżiti għall-pazjenti u għall-familji tagħhom.

Il-Kummissjoni beħsiebha:

Øtaħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tappoġġa l-introduzzjoni ta’ inizjattivi ta’ detezzjoni bikrija jew programmi ta’ skrinjar għall-FH, skont ir-riskju tal-popolazzjoni.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-fondi ta’ koeżjoni biex itejbu l-kapaċità tal-laboratorji, tas-servizzi ta’ ttestjar ġenetiku, u tar-reġistri diġitali. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw inċentivi biex jistimulaw il-parteċipazzjoni fi programmi ta’ skrinjar. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ inizjattivi biex jiġi ffaċilitat segwitu f’waqtu wara l-iskrinjar, biex iċ-ċittadini jiġu megħjuna jibbenefikaw minn detezzjoni bikrija filwaqt li tiġi rrispettata bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi tas-saħħa tagħhom.

L-integrazzjoni ta’ għodod ta’ tbassir tar-riskju tagħti s-setgħa kemm lill-individwi kif ukoll lill-fornituri tal-kura tas-saħħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati u japplikaw pjanijiet ta’ prevenzjoni personalizzati. Pereżempju, il-punteġġi tar-riskju poliġeniku 115 għandhom il-potenzjal li jivvalutaw ir-riskju personali li wieħed jiżviluppa mard kardjovaskulari bi sfond ġenetiku. Meta jiġu kkombinati ma’ għodod diġitali, l-IA u l-mudelli komputazzjonali avvanzati, inklużi t-Tewmin Umani Virtwali 116 , fi sforzi ta’ detezzjoni bikrija, jistgħu jkomplu jnaqqsu l-ospitalizzazzjonijiet, itejbu l-eżiti tas-saħħa, u jiġġeneraw benefiċċji ekonomiċi billi jmexxu l-enfasi mit-trattament għall-prevenzjoni. Dan l-approċċ jista’ jsalva l-ħajjiet u jiġġenera benefiċċji ekonomiċi u soċjetali fit-tul.

Għall-kuntrarju tal-kanċer, il-mard kardjovaskulari ma għandux protokoll armonizzat għad-detezzjoni u għad-dijanjożi bikrija. Dan jirriżulta f’approċċi frammentati madwar l-UE, u dan, min-naħa tiegħu, ifixkel il-federazzjoni tad-data u l-ġbir ta’ data komparabbli. Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom jinkludi l-iżvilupp ta’ protokoll tal-UE dwar kontrolli tas-saħħa biex jittejbu d-detezzjoni f’waqtha u d-dijanjożi bikrija, jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa u jitnaqqsu l-kostijiet tal-kura tas-saħħa. Il-protokoll jipprovdi qafas għall-Istati Membri biex jimplimentaw kontrolli tas-saħħa biex jappoġġaw id-detezzjoni bikrija tal-mard kardjovaskulari, tad-dijabete u tal-obeżità. Billi jidentifika l-individwi f’riskju u jgħinhom jifhmu u jimmaniġġjaw saħħithom aħjar b’mod proattiv, il-protokoll jiffaċilita l-bidla mit-trattament għall-prevenzjoni. Għandu wkoll l-għan li jindirizza l-isfidi relatati mal-istandardizzazzjoni fl-Istati Membri kollha, mal-ġestjoni tad-data, mal-integrazzjoni tal-perkorsi ta’ assistenza u mal-komprensività tal-programmi ta’ skrinjar.

Mudelli ta’ twassil tas-saħħa mobbli u bbażati fil-komunità diġà wrew il-valur tagħhom madwar l-Ewropa. Diversi inizjattivi ta’ skrinjar fil-livell tal-UE 117 juru li meta s-servizzi ta’ skrinjar u tas-saħħa jinġiebu direttament għand in-nies, dan iżid l-użu, jibni l-fiduċja u jtejjeb ir-rati ta’ detezzjoni bikrija. L-espansjoni ta’ dawn il-mudelli fl-Istati Membri differenti tista’ ssaħħaħ il-prevenzjoni, id-dijanjożi bikrija u l-involviment taċ-ċittadini, b’mod partikolari f’żoni rurali jew mhux moqdija biżżejjed.

Inizjattiva ewlenija: Protokoll tal-UE dwar kontrolli tas-saħħa għall-mard kardjovaskulari

Fl-2026, il-Kummissjoni se tipproponi rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kontrolli tas-saħħa għall-mard kardjovaskulari biex tappoġġa approċċ komuni għall-Istati Membri fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ kontrolli tas-saħħa nazzjonali. Il-Kummissjoni beħsiebha tappoġġa l-ittestjar pilota u t-tnedija tal-protokoll tal-UE dwar kontrolli tas-saħħa fl-Istati Membri, kif ukoll tniedi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni (“Know Your Numbers”) biex tappoġġa din l-inizjattiva.

Il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill hija prevista li tirrakkomanda skrinjar lejn miri speċifiċi li jappoġġaw il-miri ġenerali u intermedji marbuta mat-tnaqqis tal-piż tal-mard kardjovaskulari. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tappoġġa wkoll l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ inċentivi għall-parteċipazzjoni fi programmi ta’ skrinjar.

Il-Kummissjoni beħsiebha tappoġġa lill-Istati Membri fl-ittestjar ta’ programmi ta’ ħidma biex jintlaħqu n-nies fir-rigward tal-iskrinjar mobbli biex jinkisbu livelli għoljin ta’ kopertura tal-iskrinjar.

5.Pilastru 3: Il-ħajja bil-mard kardjovaskulari - it-titjib tat-trattament u tal-kura tal-pazjenti

Il-prevenzjoni hija kruċjali għat-tnaqqis tal-mard kardjovaskulari, iżda l-aċċess għal kura ta’ kwalità għolja, koordinata u ċċentrata fuq il-pazjent jibqa’ essenzjali wkoll. Ħafna nies jgħixu b’mard kroniku multiplu, u għalhekk jeħtieġu appoġġ u kura fit-tul u multidixxiplinari. Iż-żgħażagħ li jgħixu bil-mard kardjovaskulari għandhom ħtiġijiet differenti minn persuni akbar fl-età. L-evidenza turi li t-trattamenti u l-kura personalizzati jistgħu jnaqqsu l-kostijiet tal-kura tas-saħħa u jtejbu l-kwalità tal-ħajja 118 . L-approċċi biex jiġu stratifikati l-pazjenti, bħall-farmakoġenomika, jistgħu jtejbu l-eżiti tat-trattament, b’mod partikolari billi jipprevedu r-rispons għat-trattament u jnaqqsu l-kumplikazzjonijiet u l-effetti avversi 119 .

Il-linji gwida kliniċi jistgħu jtejbu l-effiċjenza tas-sistema tal-kura tas-saħħa u jappoġġaw eżiti aħjar għall-pazjenti. Madankollu, in-nuqqas ta’ standards komuni għat-trattament u għall-kura madwar l-Istati Membri jwassal għal inugwaljanzi u għal ineffiċjenzi. Il-pazjenti jeħtieġu għodod u gwida biex jimmonitorjaw is-saħħa tagħhom u jsegwu l-perkorsi ta’ trattament, pereżempju, dwar kif jimmonitorjaw il-pressjoni tad-demm tagħhom, jaderixxu mal-mediċina, u jadottaw bidliet fl-istil ta’ ħajja. L-għodod diġitali, bħat-telemediċina, ir-rekords elettroniċi tas-saħħa u l-apparati konnessi, jistgħu jappoġġaw l-awtoġestjoni, il-kontinwità tal-kura u l-aċċess għall-kura, speċjalment f’reġjuni rurali u mhux moqdija biżżejjed. Dawn it-teknoloġiji jgħinu wkoll fil-prevenzjoni tal-ospitalizzazzjonijiet evitabbli u jappoġġaw mudelli ta’ kura integrati u ċċentrati fuq il-pazjent. Huwa importanti li dawn l-għodod ikunu aċċessibbli għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità, filwaqt li tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-apparati assistivi.

Mudelli ta’ kura integrata fil-kura primarja u f’ambjenti komunitarji jistgħu, speċjalment għall-persuni b’multimorbożità, bħal dawk li jgħixu b’mard kroniku tal-kliewi, bid-dijabete u b’mard kardjovaskulari, inaqqsu d-dħul mhux ippjanat fl-isptar u jtejbu l-kwalità tal-ħajja filwaqt li jiffrankaw il-kostijiet. L-approċċi ċċentrati fuq il-pazjent iġibu benefiċċji, iżda approċċi bħal dawn ikunu anqas spiss koperti fil-pjanijiet nazzjonali dwar is-saħħa kardjovaskulari 120 . Il-fattibbiltà li jiġu adattati mudelli diġitali tal-kura tal-kanċer iċċentrati fuq il-persuna 121 għall-kura kardjovaskulari (eż. ir-riabilitazzjoni kardijaka u l-monitoraġġ tas-sintomi u tal-metriċi tas-saħħa), tista’ tiġi esplorata permezz ta’ proġetti pilota multinazzjonali. Huwa possibbli wkoll li jittejbu u jitnedew soluzzjonijiet innovattivi ta’ kura integrata bbażati fuq l-ICT imfassla speċifikament biex javvanzaw is-saħħa u l-kura multidixxiplinari għall-pazjenti b’insuffiċjenza kardijaka kronika 122 .

Il-Kummissjoni beħsiebha:

Øtistabbilixxi network tal-UE ta’ ċentri tas-saħħa kardjovaskulari biex tgħaqqad flimkien l-għarfien espert u tiffaċilita l-adozzjoni tad-dijanjożi u tat-trattament, kif ukoll ir-riabilitazzjoni u l-kura fit-tul u l-ġestjoni effettiva, inkluża l-aderenza mat-trattament u mal-parir mediku 123 .

Il-persuni li jgħixu b’mard kardjovaskulari spiss jesperjenzaw l-ansjetà, il-biża’ ta’ rikorrenza, u diffikultà biex jaġġustaw għall-bidliet fl-istil ta’ ħajja u t-trattamenti fit-tul. Dawn il-fatturi kollha jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja u fuq is-saħħa mentali. L-approċċ komprensiv tal-Kummissjoni għas-saħħa mentali 124 jirrikonoxxi r-rabta bejn is-saħħa fiżika u mentali, u jagħti prijorità lill-appoġġ għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi dawk b’kundizzjonijiet kroniċi. Permezz ta’ inizjattivi, bħall-programm ta’ taħriġ u ta’ skambju tal-UE PROMENS dwar is-saħħa mentali 125 , il-Kummissjoni se tkompli tarma lill-professjonisti tas-saħħa, tal-kura soċjali u tal-edukazzjoni bil-ħiliet meħtieġa biex jagħtu kura tas-saħħa mentali integrata, multidixxiplinari u ċċentrata fuq il-persuna. Se tkompli tappoġġa wkoll l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ speċjalisti futuri fil-mard kardjovaskulari, u t-taħriġ interdixxiplinari fil-benesseri, inkluż permezz ta’ alleanzi tal-Universitajiet Ewropej 126 .

Ir-riabilitazzjoni wara avvenimenti akuti, bħal attakk tal-qalb jew puplesija, hija vitali sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ mewt u ta’ diżabilità permezz tal-perkors tal-pazjent. Din trid tkun multidixxiplinari u komprensiva, u tindirizza l-ħtiġijiet fiżiċi, psikoloġiċi u soċjali. Ir-riabilitazzjoni u l-kontinwità tal-kura jridu jkunu parti integrali mill-istrateġiji nazzjonali. Sabiex tiġi żgurata kura verament personalizzata, huwa essenzjali li tiġi applikata l-esperjenza tul il-perkors tal-mard kardjovaskulari, speċjalment fl-approċċi ta’ ġestjoni u ta’ kura.

L-apparati mediċi u t-teknoloġiji innovattivi għandhom rwol essenzjali fil-kura kardjovaskulari. Il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar l-apparati mediċi 127 u l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro 128 , biex tissimplifika l-proċeduri u tagħmel ir-rekwiżiti aktar kosteffettivi u proporzjonati, filwaqt li tippreserva livell għoli ta’ protezzjoni għall-pazjenti. Din tinkludi perkors regolatorju aċċellerat għal apparati mediċi trasformattivi biex tiġi żgurata d-disponibbiltà f’waqtha tagħhom għaċ-ċittadini tal-UE. Qed jitħejja proġett pilota tal-perkors u dan se jitnieda fil-bidu tal-2026. Dan se jiffoka b’mod partikolari fuq apparati kardjovaskulari u pedjatriċi trasformattivi.

L-aċċess għal mediċini għal but kulħadd, sikuri u innovattivi kien ċentrali fit-tnaqqis tal-imwiet mill-mard kardjovaskulari. Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE għandha l-għan li timmodernizza l-qafas regolatorju, tinċentiva r-riċerka u l-innovazzjoni, tirrazzjonalizza l-proċess ta’ awtorizzazzjoni u tnaqqas il-burokrazija, filwaqt li tippermetti awtorizzazzjoni aktar rapida tat-trattamenti innovattivi u aċċess aktar rapidu tal-pazjenti għalihom. Din għandha l-għan ukoll li tagħmel lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini aktar aġli u tappoġġa l-aċċess għall-mediċini essenzjali relatati mal-mard kardjovaskulari. Barra minn hekk, l-Att propost dwar il-Mediċini Kritiċi 129 għandu l-għan li jtejjeb id-disponibbiltà, il-provvista u l-produzzjoni ta’ mediċini kritiċi fl-UE, inklużi ċerti mediċini użati fit-trattament tal-mard kardjovaskulari 130 .

Il-proposta għal Att dwar il-Bijoteknoloġija 131 għandha l-għan li ġġib il-bijoteknoloġija mil-laboratorju għall-fabbrika u mbagħad fis-suq, b’enfasi fuq is-saħħa, biex taċċellera ż-żmien għall-introduzzjoni fis-suq għall-prodotti bijoteknoloġiċi, u biex tagħti spinta lill-ekosistema kollha biex toħloq ambjent aktar favur l-innovazzjoni.

Fl-UE, il-provi kliniċi huma l-pedament biex tiġi ġġenerata l-evidenza neċessarja biex ikunu jistgħu jiġu offruti trattamenti sikuri, effettivi u innovattivi li jistgħu jtejbu l-eżiti kardjovaskulari. Il-provi kliniċi deċentralizzati appoġġati minn teknoloġiji tas-saħħa diġitali huma kruċjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pazjenti, jiġi rrazzjonalizzat il-monitoraġġ, u jittejbu l-eżiti kliniċi. L-abilitazzjoni ta’ approċċi deċentralizzati hija partikolarment importanti fil-provi kardjovaskulari, fejn il-popolazzjoni fil-mira ta’ spiss tkun dgħajfa u, għalhekk, jista’ jkun diffiċli li tintlaħaq jew tinżamm. Il-proposta għal Att dwar il-Bijoteknoloġija għandha l-għan li tippermetti l-awtorizzazzjoni ta’ provi kliniċi b’elementi deċentralizzati biex tissimplifika r-regoli għall-awtorizzazzjoni u għat-twettiq tal-provi kliniċi, biex tqassar iż-żmien għall-introduzzjoni fis-suq għall-mediċini innovattivi, inklużi dawk użati fil-kura kardjovaskulari. Il-Pjan ta’ Investiment għar-Riċerka Klinika li ġej se jipproponi modi kif jiġi ffaċilitat il-finanzjament tal-provi kliniċi multinazzjonali u biex jiġu ssimplifikati aktar l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka fil-qasam tar-riċerka klinika 132 .

Il-gwida armonizzata aġġornata dwar l-aħjar prattiki fil-livell tal-UE taħt l-inizjattiva “l-aċċellerazzjoni tal-provi kliniċi” (ACT EU, Accelerate Clinical Trials EU) 133 hija maħsuba biex tgħin fl-adozzjoni ta’ elementi deċentralizzati fil-provi kliniċi billi tipprovdi struzzjonijiet konsistenti u prattiċi għall-isponsors u għas-siti tal-provi madwar l-Istati Membri.

Ir-Regolament tal-UE dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa 134 jappoġġa l-kooperazzjoni tal-Istati Membri dwar il-valutazzjoni klinika ta’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda billi jqabbilhom ma’ trattamenti eżistenti. Mill-bidu tal-2025, il-prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata mmirati lejn il-mard kardjovaskulari bdew isiru soġġetti għal valutazzjoni klinika konġunta. L-apparati mediċi eliġibbli ta’ riskju għoli huma prinċipalment impjantabbli u huma maħsuba l-aktar għat-trattament tal-mard kardjovaskulari. Fl-2026, se jibdew valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi b’riskju għoli, bħal stents jew valvi kardijaċi, li jgħinu lill-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet aktar rapidi u infurmati dwar l-ipprezzar u r-rimborż tagħhom. Barra minn hekk, il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti se jipprovdu lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa b’rakkomandazzjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ żvilupp tagħhom biex itejbu l-kwalità tal-istudji kliniċi.

L-opportunitajiet ta’ finanzjament huma disponibbli għall-Istati Membri taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku 135 , li jipprovdi għarfien espert tekniku mfassal apposta lill-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw ir-riformi 136 . Barra minn hekk, l-investimenti rilevanti biex jittejbu l-eżiti tas-saħħa tal-popolazzjoni b’mod ġenerali, inkluż għall-mard kardjovaskulari, jistgħu jużaw il-fondi disponibbli permezz tal-fondi ta’ koeżjoni tal-UE. L-Istati Membri għandhom EUR 7,3 biljun allokati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fi programmi nazzjonali, reġjonali u Interreg, għal investimenti fl-infrastruttura, fit-tagħmir u fil-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa f’livell transfruntier.

Wara l-iżvilupp ta’ approċċ effettiv ta’ detezzjoni bikrija u ta’ skrinjar, il-Kummissjoni beħsiebha tappoġġa l-iżvilupp u l-pilotaġġ ta’ gwida tal-UE dwar it-trattament personalizzat u l-monitoraġġ tal-mard kardjovaskulari, biex tiżgura kura ta’ segwitu xierqa. Dan jgħin biex tissaħħaħ il-kura kardjovaskulari, jappoġġa l-ġbir tad-data, jiffaċilita l-integrazzjoni tad-data madwar l-UE u jgħin fl-iżvilupp ta’ trattamenti u ta’ strateġiji ta’ ġestjoni aktar robusti għall-mard kardjovaskulari u għall-komorbożitajiet tiegħu.

Inizjattiva ewlenija: proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-trattament personalizzat u l-monitoraġġ tal-mard kardjovaskulari

Fl-2027, il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi rakkomandazzjoni tal-Kunsill għat-titjib tal-kwalità u tal-konsistenza tal-perkorsi ta’ assistenza personalizzati u integrati għall-mard kardjovaskulari u għall-kundizzjonijiet relatati, inkluż l-użu ta’ għodod diġitali.

Din il-proposta hija prevista li tikkomplementa u tinforma l-varar ta’ soluzzjonijiet diġitali u bbażati fuq l-IA appoġġati skont il-programm l-UE għas-Saħħa (ara l-Kapitolu 6) u tgħin biex jittejjeb l-aċċess għal trattamenti essenzjali madwar l-UE.

6.Integrazzjoni tad-data u tad-diġitalizzazzjoni fis-saħħa kardjovaskulari

It-teknoloġiji diġitali u l-IA qed isawru mill-ġdid il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-ġestjoni tal-mard kardjovaskulari. Dawn jistgħu jittrasformaw il-mod kif it-tobba u l-pazjenti jindirizzaw kundizzjonijiet relatati bħall-ipertensjoni, id-dijabete u l-obeżità, li huma fatturi ta’ riskju ewlenin għall-mard kardjovaskulari. Billi tintegra informazzjoni ġenetika, data klinika u tal-immaġini, mudelli tal-istil ta’ ħajja u determinanti ambjentali, l-IA tista’ tagħmilha possibbli li r-riskju kardjovaskulari jitbassar b’mod aktar preċiż u li l-interventi jitfasslu skont dan. Il-prevenzjoni personalizzata tista’ ssaħħaħ il-miżuri eżistenti bbażati fuq il-popolazzjoni, u tagħti s-setgħa lill-individwi biex jinvolvu ruħhom direttament fil-ġestjoni tas-saħħa kardjovaskulari tagħhom. L-għodod diġitali u dawk xprunati mid-data huma essenzjali biex din il-bidla ssir realtà. Dawn jippermettu detezzjoni aktar bikrija, trattament immirat u użu aktar effiċjenti tar-riżorsi tal-kura tas-saħħa, filwaqt li jamplifikaw l-impatt tal-istrateġiji ta’ prevenzjoni madwar l-Istati Membri.

It-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa tal-UE qed tidħol f’fażi ġdida, u miexja mill-aċċess u mill-iskambju tad-data lejn applikazzjonijiet prattiċi u xprunati mid-data li jtejbu l-prevenzjoni, id-dijanjożi u l-kura. Biex jinkiseb dan, il-Kummissjoni beħsiebha tappoġġa l-varar ta’ infrastrutturi diġitali interoperabbli u ta’ soluzzjonijiet tal-IA affidabbli f’konformità mal-EHDS 137 , filwaqt li tkompli minn azzjonijiet preċedenti skont il-programm l-UE għas-Saħħa u l-programm Ewropa Diġitali. Dan jeħtieġ ukoll għodod tal-IA vvalidati klinikament, appoġġati minn evidenza robusta dwar il-prestazzjoni, is-sikurezza u l-effettività fid-dinja reali fi flussi tax-xogħol kliniċi definiti b’mod ċar. B’mod parallel, l-użu dejjem akbar ta’ monitors diġitali tal-konsumatur jista’ jappoġġa lill-individwi fit-trekkjar tal-fatturi ta’ riskju fl-istil ta’ ħajja u kardjovaskulari, dment li l-informazzjoni tintuża b’mod protett u responsabbli.

L-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji diġitali u tal-IA qed tiftaħ possibbiltajiet ġodda. Dak li beda bħala enfasi fuq l-aċċessibbiltà tad-data, fuq il-kondiviżjoni tad-data u fuq l-interoperabbiltà issa jrid ikun dirett lejn applikazzjonijiet tas-saħħa mmexxija mid-data li jappoġġaw b’mod attiv il-prevenzjoni, id-dijanjożi u l-ottimizzazzjoni tal-kura tas-saħħa, filwaqt li jżidu l-effiċjenza u jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. L-istadju li jmiss tat-trasformazzjoni tas-saħħa diġitali tal-UE għandu jmur lil hinn minn sempliċi skambju ta’ data dwar is-saħħa għall-iżvilupp ta’ għodod intelliġenti li jistgħu jipprevedu r-riskju, jiggwidaw il-prevenzjoni personalizzata, jawtomatizzaw id-dijanjostika, itejbu t-teħid ta’ deċiżjonijiet kliniċi u jottimizzaw diversi aspetti tas-servizzi tas-saħħa.

Madankollu, ostakli persistenti qed jillimitaw il-progress fil-mediċina kardjovaskulari. Id-data rilevanti għall-mard kardjovaskulari, inkluż dak marbut mal-ipertensjoni, id-dijabete u l-obeżità u fatturi oħra ta’ riskju, tibqa’ frammentata bejn il-kuntesti tal-kura u r-reġistri tad-data u għalhekk ma hijiex lesta li tintuża għal azzjonijiet effettivi tas-saħħa. Spiss din ma tkunx kompluta, ma tkunx standardizzata jew ma tkunx rappreżentattiva biżżejjed ta’ popolazzjonijiet diversi. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, is-settijiet ta’ data kardjovaskulari lanqas ma huma sistematikament marbuta mad-data dwar il-fatturi ta’ riskju ambjentali (eż. it-tniġġis tal-arja), għalkemm tali integrazzjoni tista’ ttejjeb it-tbassir tar-riskju u l-istrateġiji ta’ prevenzjoni. Dan ifixkel l-iżvilupp ta’ mudelli tal-IA akkurati u ekwi għat-tbassir tar-riskju kardjovaskulari u għall-ottimizzazzjoni tat-trattament. Lakuni fl-interoperabbiltà u integrazzjoni limitata tal-għodod diġitali fil-flussi tax-xogħol tal-kardjoloġija jillimitaw il-validazzjoni klinika u l-użu ta’ kuljum tagħhom. In-nuqqas ta’ data transfruntiera u lonġitudinali ta’ kwalità għolja jkompli jillimita l-kapaċità li tiġi ġġenerata evidenza tad-dinja reali u li jiġu varati applikazzjonijiet affidabbli tal-IA b’mod sikur u effettiv madwar l-UE. L-iżgurar li s-settijiet ta’ data jkunu diversi, u li jkunu rappreżentattivi huwa importanti wkoll biex jiġu evitati preġudizzji algoritmiċi, peress li l-mudelli tal-IA mħarrġa fuq data mhux kompluta jew mhux ibbilanċjata, jirriskjaw li jinjoraw id-differenzi relatati mas-sess u mal-ġeneru fis-sintomi, il-fatturi ta’ riskju u r-risponsi għat-trattament. 138

Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom imexxi l-enfasi minn inizjattivi pilota frammentati għal varar koordinat fuq skala. Il-pjan għandu l-għan li jimmobilizza data dwar is-saħħa diversa u ta’ kwalità għolja permezz ta’ infrastrutturi diġitali interoperabbli, u li jippromwovi soluzzjonijiet tal-IA affidabbli u vvalidati klinikament. Dan jista’ jappoġġa l-użu aħjar tal-infrastrutturi komputazzjonali pubbliċi, u l-kondiviżjoni tal-applikazzjonijiet tas-saħħa. Jagħti spinta lill-prevenzjoni u jssaħħaħ il-perkorsi kliniċi u ta’ assistenza; inaqqas l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni, u jappoġġa t-trattament personalizzat u mmexxi mid-data tal-mard kardjovaskulari. Itejjeb ukoll il-kapaċità tal-UE li tkun innovattiva u tikkompeti globalment fis-saħħa diġitali u fil-mediċina kardjovaskulari.

Data dwar is-saħħa ta’ kwalità għolja, diversa u rappreżentattiva hija essenzjali għall-avvanz tar-riċerka, tal-innovazzjoni u tal-kura tal-pazjenti fil-qasam kardjovaskulari. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma għandhomx reġistri nazzjonali komprensivi għall-mard kardjovaskulari u għad-dijabete, u dan in-nuqqas qed jillimita r-riċerka klinika robusta, l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ kura personalizzata, u t-tfassil ta’ politika infurmata.

L-EHDS huwa appoġġat minn investimenti tal-UE fl-infrastruttura u fl-istandards u huwa l-pedament tal-innovazzjoni tal-UE xprunata mid-data, fil-qasam kardjovaskulari. L-EHDS jistabbilixxi qafas komuni li se jiffaċilita l-isforzi biex tiġi aċċessata u konnessa b’mod sigur id-data klinika, dik dwar l-istil ta’ ħajja u d-data ġenomika madwar l-UE. Dan se jgħaqqad u jiftaħ il-valur ta’ inizjattivi bħal 1+ Miljun Ġenomi 139 u Ġenoma tal-Ewropa 140 , filwaqt li jibdel l-assi tagħhom f’riżorsi interoperabbli għall-prevenzjoni, għall-kura u għar-riċerka. Dan se jippermetti identifikazzjoni tar-riskju aktar bikrija, stratifikazzjoni aħjar tal-pazjenti, u interventi aktar immirati.

L-IA qed tittrasforma l-kura kardjovaskulari permezz ta’ detezzjoni aktar bikrija, tbassir tar-riskju aktar akkurat, u trattament personalizzat. L-Att dwar l-IA jistabbilixxi regoli ċari għas-sistemi tal-IA ta’ riskju għoli fil-kura tas-saħħa, u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA 141 u l-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA 142 se jiggwidaw l-investiment u l-varar. Dan se jrawwem l-innovazzjoni u l-kompetittività fis-saħħa u f’setturi strateġiċi oħra.

Il-Kummissjoni qed tiffinanzja evalwazzjonijiet multinazzjonali tad-dinja reali u l-użu responsabbli tal-għodod tal-IA f’ambjenti kliniċi 143 taħt diversi azzjonijiet appoġġati mill-programmi l-UE għas-Saħħa u Ewropa Diġitali. L-applikazzjoni tal-IA għall-immaġinijiet mediċi tirrappreżenta wieħed mill-aktar oqsma maturi, ta’ impatt għoli, u li qed jevolvu malajr 144 . Dawn l-isforzi huma kkomplementati minn faċilitajiet ta’ ttestjar u esperimentazzjoni skont il-Programm Ewropa Diġitali, u network tal-UE ta’ ċentri ta’ skrinjar avvanzati skont l-istrateġija għall-applikazzjoni tal-IA 145 li jaġixxu bħala testbeds għall-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ immaġinijiet multimodali bbażati fuq l-IA f’applikazzjonijiet kardjovaskulari u tal-kanċer.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu assistenza teknika mfassla għalihom skont l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku biex iħejju riformi ta’ governanza, regolatorji u organizzattivi li jippermettu l-integrazzjoni tal-IA fil-kura kardjovaskulari, f’konformità mar-Regolament EHDS u oqfsa regolatorji rilevanti oħra tal-UE.

Filwaqt li tibni fuq dan il-momentum, il-Kummissjoni se tniedi inizjattiva ewlenija biex tavvanza soluzzjonijiet bbażati fuq l-IA u fuq id-data għall-mard kardjovaskulari u għall-mard relatat, li jippermettu detezzjoni aktar bikrija, kura personalizzata u riabilitazzjoni, inkluż għal każijiet rari u kumplessi.

Inizjattiva ewlenija: inkubatur għall-innovazzjoni u għall-integrazzjoni tal-IA u tat-teknoloġiji diġitali fil-kura tas-saħħa kardjovaskulari

Il-Kummissjoni se tappoġġa inizjattiva ewlenija ta’ EUR 20 miljun 146  biex tħaffef il-varar u l-applikazzjoni tal-għodod ibbażati fuq l-IA u fuq id-data għad-detezzjoni bikrija, għall-prevenzjoni personalizzata, u għall-kura integrata għall-mard kardjovaskulari, għad-dijabete u għall-obeżità. L-inkubatur se jagħti prijorità lill-adozzjoni fid-dinja reali, lill-validazzjoni transfruntiera u lill-integrazzjoni fil-perkorsi ta’ assistenza, inkluż għal każijiet rari u kumplessi. Il-Kummissjoni se tapplika l-eżiti ta’ suċċess fuq skala akbar biex tappoġġa l-użu usa’ tal-għodod diġitali għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni personalizzati.

L-inizjattiva ewlenija għandha l-għan li tidentifika definizzjoni komuni ta’ sett ewlieni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għas-settijiet ta’ data li għandhom jintużaw fl-iżvilupp u fil-validazzjoni tal-IA, sal-2030, u b’hekk tiżgura aċċess ekwu għal dawn l-innovazzjonijiet madwar l-Istati Membri parteċipanti.

L-inizjattiva ewlenija għandha wkoll l-għan li tippubblika pjan ta’ azzjoni għall-varar tal-IA fil-qasam kardjovaskulari, li jiggwida l-validazzjoni, l-integrazzjoni klinika u l-monitoraġġ tal-għodod tal-IA fil-kardjoloġija.

7.L-ilħuq ta’ kull ċittadin

In-nisa huma żvantaġġati minn inugwaljanzi sinifikanti fil-kura kardjovaskulari minħabba li ta’ spiss ma jiġux dijanjostikati biżżejjed, ma jiġux ittrattati biżżejjed u ma humiex rappreżentati biżżejjed fil-provi kliniċi 147 . Dan iwassal għal dewmien fid-dijanjożi u fit-trattament 148 . Il-kampanji ta’ litteriżmu fis-saħħa huma vitali għas-sensibilizzazzjoni kemm tal-pazjenti kif ukoll tal-professjonisti tas-saħħa dwar sintomi u riskji speċifiċi 149 . Iż-żgħażagħ huma ċentrali għall-isforzi ta’ prevenzjoni. L-azzjonijiet iridu jibdew kmieni u jirriflettu l-ħtiġijiet tagħhom, filwaqt li jiżguraw approċċ transsettorjali għat-titjib tas-saħħa taż-żgħażagħ. Gruppi bi żvantaġġi soċjoekonomiċi jesperjenzaw eżiti tas-saħħa agħar u aċċess limitat għall-kura preventiva 150 . L-indirizzar ta’ dawn l-inugwaljanzi jeħtieġ approċċ koordinat tul il-perkors ta’ assistenza.

Inizjattiva ewlenija: l-indirizzar tal-inugwaljanzi

Il-Kummissjoni beħsiebha:

Øtiżviluppa dashboard tal-UE dwar l-inugwaljanzi fis-saħħa kardjovaskulari li huwa mfassal fuq ir-Reġistru Ewropew dwar l-Inugwaljanzi fil-Kanċer 151 u bbażat fuq data eżistenti; u

Øtinvesti fir-riċerka taħt Orizzont Ewropa biex tavvanza l-fehim dwar il-mekkaniżmi speċifiċi għas-sess u/jew għall-ġeneru tal-mard kardjovaskulari, inklużi l-fatturi ta’ riskju u l-perkors tal-mard 152 .

8.Indirizzar tal-lakuna fir-riċerka u fl-innovazzjoni

Sal-lum, l-UE investiet kważi EUR 2,3 biljuni fir-riċerka kardjovaskulari u f’riċerka relatata ma’ dan permezz tal-programmi qafas tal-UE għar-riċerka u għall-innovazzjoni 153 . Il-finanzjament appoġġa r-riċerka dwar l-iżvilupp ta’ approċċi preventivi, dijanjostiċi, terapewtiċi u ta’ monitoraġġ aktar effettivi biex tittejjeb is-saħħa taċ-ċittadini.

Madankollu, l-innovazzjoni terapewtika rivoluzzjonarja għadha limitata għall-mard kardjovaskulari. Ftit terapiji ġodda laħqu s-suq f’dawn l-aħħar snin 154 . Il-biċċa l-kbira tal-avvanzi bnew fuq trattamenti eżistenti aktar milli żviluppaw oħrajn ġodda 155 .

Hemm bżonn li napprofondixxu l-fehim tagħna dwar il-mekkaniżmi tal-mard, il-prevenzjoni bikrija, it-tbassir personalizzat tar-riskju, u l-ottimizzazzjoni tat-trattament biex tingħata kura effettiva, iċċentrata fuq il-pazjent u mfassla apposta u biex jiġu żviluppati dijanjostika, mediċini, u għodod diġitali innovattivi. Diversi ostakli sistemiċi, inklużi l-kost għoli u l-kumplessità tal-provi kliniċi fuq skala kbira u l-isforzi frammentati tar-riċerka, ikomplu jiskoraġġixxu l-involviment tas-settur privat. Barra minn hekk, jeħtieġ li jsiru sforzi speċifiċi biex jiġu mifhuma l-mekkaniżmi li jwasslu għal differenzi kardjovaskulari bejn l-irġiel u n-nisa.  

Biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, inizjattivi pubbliċi u privati li għaddejjin iffinanzjati mill-UE bħall-Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva 156 (IHI, Innovative Health Initiative) irawmu kollaborazzjoni bejn l-akkademja, l-industrija u t-tobba biex jiżviluppaw flimkien terapiji u teknoloġiji ġodda għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni, għad-dijanjożi, għat-trattament u għall-kura tal-mard kardjovaskulari u ta’ mard kroniku ieħor. L-IHI qed tniedi proġett kbir li jlaqqa’ flimkien muniċipalitajiet minn madwar l-Ewropa mar-riċerkaturi, mal-fornituri tal-kura tas-saħħa, mal-industrija tat-teknoloġija farmaċewtika u medika biex ikun hemm fehim aħjar ta’ kif tiġi organizzata u pprovduta l-kura kardjovaskulari, jiġu identifikati l-aħjar prattiki, u jiġu promossi soluzzjonijiet integrati u ċċentrati fuq il-pazjent madwar l-UE.

Fehim aħjar tal-mikrobijomi, permezz ta’ approċċ “Saħħa Waħda”, joħloq opportunitajiet biex jittejbu u jinħolqu prodotti ġodda għas-saħħa, kif deskritt fl-Istrateġija għax-Xjenzi tal-Ħajja Ewropej. Sa tmiem l-2025, il-proġett PROPHET 157 , iffinanzjat minn Orizzont Ewropa, se jipprovdi Aġenda għar-Riċerka Strateġika u l-Innovazzjoni dwar il-Prevenzjoni Personalizzata (SRIA, Strategic Research and Innovation Agenda) dwar il-Prevenzjoni Personalizzata biex jappoġġa d-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji personalizzati innovattivi, sostenibbli u ta’ kwalità għolja li huma effettivi fil-prevenzjoni tal-mard kroniku. Il-proġett PROFID 158 dwar il-prevenzjoni ta’ mewt kardijaka għall-għarrieda wara infart mijokardjali permezz ta’ impjantazzjoni ta’ defibrillatur żvela data importanti dwar l-effettività tal-impjantazzjoni tad-defibrillaturi. Inizjattivi bħal dawn jeħtieġ li jitkomplew sabiex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jagħżlu l-aktar teknoloġiji tas-saħħa effiċjenti fil-qasam tat-trattament u tal-kura kardjovaskulari. L-inizjattiva Ewropea dwar it-Tewmin Umani Virtwali 159 tappoġġa azzjonijiet li javvanzaw il-kura kardjovaskulari personalizzata u jaċċelleraw l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss. Inizjattivi bħal dawn jeħtieġ li jitkomplew sabiex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jagħżlu l-aktar teknoloġiji tas-saħħa effiċjenti fil-qasam tat-trattament u tal-kura kardjovaskulari.

L-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jużaw il-fondi ta’ koeżjoni allokati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 160 biex isaħħu l-ekosistemi tar-riċerka u tal-innovazzjoni tagħhom dwar is-saħħa. Barra minn hekk, l-Istrument għall-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni (I3) 161 jista’ jgħin biex jiżdiedu s-soluzzjonijiet innovattivi tas-saħħa, jissaħħu r-rabtiet territorjali u jiġu integrati aħjar ir-riċerka u l-innovazzjoni bejn il-pajjiżi u r-reġjuni.

L-akkwist pubbliku huwa katalizzatur b’saħħtu għall-innovazzjoni mfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-utenti. Il-programmi ta’ finanzjament tal-UE jinvestu fl-akkwist tal-innovazzjoni biex irawmu innovazzjoni mmexxija mid-domanda u b’hekk jinċentivaw lill-fornituri, flimkien mal-akkwirenti, biex joħolqu u jwasslu soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa.

Biex tissaħħaħ ir-riċerka dwar il-prevenzjoni personalizzata u biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-innovazzjoni, l-UE teħtieġ pjan direzzjonali għar-riċerka u għall-innovazzjoni kardjovaskulari li jissimplifika l-finanzjament, jespandi l-kapaċità tar-riċerka, u jimmira lejn ħtiġijiet mhux issodisfati.

Inizjattiva ewlenija: tneħħija tal-lakuna fir-riċerka kardjovaskulari

Il-Kummissjoni beħsiebha tniedi inizjattiva ewlenija biex tindirizza l-lakuna fir-riċerka u fl-innovazzjoni għall-mard kardjovaskulari bl-għan li ttejjeb il-fehim tal-mekkaniżmi tal-mard kardjovaskulari u tappoġġa l-adozzjoni ta’ għodod innovattivi għat-tbassir personalizzat tar-riskju u għall-ottimizzazzjoni tat-trattament.

Dan se jinvolvi:

Øl-istabbiliment ta’ Pjan Direzzjonali għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni dwar il-Mard Kardjovaskulari biex jiġu aċċellerati l-innovazzjoni u t-tisrif tar-riċerka fil-prattika dwar it-tbassir tar-riskju, u approċċi personalizzati u diġitali għad-detezzjoni u għall-iskrinjar, speċjalment għan-nisa u għal gruppi vulnerabbli 162 ;

Øriċerka dwar interventi innovattivi tal-kura tas-saħħa għall-mard kardjovaskulari u għad-dijabete, inklużi l-IA u approċċi diġitali, biex jittejbu l-prattiki ta’ tbassir tar-riskju, ta’ detezzjoni bikrija u ta’ skrinjar permezz ta’ perkorsi personalizzati ta’ prevenzjoni u ta’ assistenza 163 ;

Øriċerka dwar ir-rwol ta’ dieti sostenibbli u tajbin għas-saħħa għall-prevenzjoni tal-mard kardjovaskulari bl-appoġġ ta’ għodod diġitali, inkluża r-rabta bejn in-nutrizzjoni, il-mikrobijoma intestinali u l-mard kardjovaskulari 164 ;

Øriċerka dwar il-mard kardjovaskulari, metaboliku u tal-kliewi, taħt is-Sħubija Ewropea għall-Mediċina Personalizzata 165 ;

Øil-finanzjament tal-Akkwist ta’ Innovazzjoni għal approċċi personalizzati tal-kura tas-saħħa inkluż il-mard kardjovaskulari 166 ;

Øriċerka preklinika u provi kliniċi multinazzjonali dwar il-mard kardjovaskulari, in-nanomediċina, in-nutrizzjoni u stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa skont is-Sħubija Ewropea li trawwem Żona Ewropea tar-Riċerka għar-riċerka dwar is-saħħa (ERA4Health) 167 .

9.Ħidma Flimkien: qafas għall-kollaborazzjoni u għall-monitoraġġ

L-indirizzar tal-mard kardjovaskulari jeħtieġ sforz b’diversi partijiet ikkonċernati u transsettorjali, li jlaqqa’ flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tas-saħħa, ir-riċerkaturi, l-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, l-industrija, is-soċjetà ċivili, u n-nies li għaddew mill-esperjenza, biex jixprunaw l-innovazzjoni, jaqsmu l-għarfien, u jqiegħdu liċ-ċittadini fil-qalba tas-soluzzjonijiet tagħna.

Il-Grupp Konsultattiv għaż-Żgħażagħ 168 tal-azzjoni konġunta dwar il-prevenzjoni tal-mard mhux komunikabbli jipprovdi pjan ta’ azzjoni dwar kif il-perspettivi taż-żgħażagħ jistgħu jiġu integrati, inkluż fil-livell nazzjonali, fil-prevenzjoni u fil-kura tal-mard mhux komunikabbli, bħall-mard kardjovaskulari 169 .

Il-Kummissjoni beħsiebha:

Øtkompli tiżviluppa azzjonijiet mal-Istati Membri permezz tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Saħħa Pubblika 170 , li huwa l-forum ewlieni għad-diskussjonijiet dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard kardjovaskulari u ta’ mard mhux komunikabbli ieħor;

Øtoħloq network ta’ esperti dwar il-mard kardjovaskulari u d-dijabete 171 , inklużi s-soċjetajiet mediċi u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti;

Øtappoġġa azzjonijiet immirati 172 biex jitnaqqas ir-riskju tal-mard kardjovaskulari u tad-dijabete fost gruppi vulnerabbli, speċjalment in-nisa;

Øissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-esperti kardjovaskulari u l-esperti tal-kanċer biex jiġu appoġġati l-isforzi konġunti dwar il-prevenzjoni tal-mard;

Øtappoġġa network tematiku skont il-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE 173 li se jippermetti djalogu u azzjoni sostnuti tal-partijiet ikkonċernati, b’enfasi fuq iż-żgħażagħ;

Øtniedi sejħa għal interventi tas-saħħa pubblika bbażati fuq l-evidenza dwar il-mard kardjovaskulari u l-fatturi ta’ riskju relatati inklużi d-dijabete u l-obeżità skont il-Portal tal-Aħjar Prattiki tal-UE 174 .

Il-mard kardjovaskulari huwa sfida globali għas-saħħa pubblika. Huwa l-kawża ewlenija tal-mewt madwar id-dinja u jammonta għal 32 % tal-imwiet globali kollha. L-indirizzar ta’ din l-isfida jeħtieġ kollaborazzjoni ma’ pajjiżi li jikkondividu sfidi komuni. Fil-livell globali, il-Kummissjoni se tikkoopera fil-ġlieda kontra l-mard kardjovaskulari u mard mhux komunikabbli ieħor billi taċċellera l-progress permezz ta’ proġetti konġunti biex jitnaqqas il-piż tagħhom permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u approċċi fil-kuntest tal-kollaborazzjoni globali ma’ pajjiżi mhux tal-UE, ma’ sħab internazzjonali, ma’ istituzzjonijiet u atturi tas-saħħa globali, u mal-partijiet ikkonċernati, inkluż fil-kuntest tal-Alleanza Globali għall-Mard Kroniku (GACD, Global Alliance for Chronic Diseases), li hija kofinanzjata mill-Kummissjoni 175

10.Konklużjoni

Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom fih azzjonijiet konkreti u ambizzjużi li se jtejbu b’mod tanġibbli s-saħħa kardjovaskulari u l-kwalità tal-ħajja tan-nies, inaqqsu l-piż tal-mard kardjovaskulari, tad-dijabete u tal-obeżità, billi jżidu l-prevenzjoni personalizzata, jintroduċu programmi ta’ detezzjoni bikrija u ta’ skrinjar, u japplikaw approċċi innovattivi biex itejbu l-aċċess għat-trattament, għall-kura u għar-riabilitazzjoni.

L-isfida li għandna quddiemna taffettwa lil kulħadd. Is-suċċess jiddependi mill-involviment attiv tal-Istati Membri, tar-riċerkaturi, tal-innovaturi, tal-industrija, tas-soċjetà ċivili, tal-fornituri tal-kura tas-saħħa u tal-professjonisti, tal-pazjenti, tal-akkademiċi, u tas-sħab internazzjonali, li jaħdmu flimkien fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE. Dan l-impenn kollettiv huwa essenzjali biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa bejn l-Istati Membri, il-gruppi tal-popolazzjoni u l-ġeneri. Il-Pjan għall-Qlub b’Saħħithom jistabbilixxi l-pedament għal azzjoni sostnuta u ċċentrata fuq il-pazjent fil-livell nazzjonali u tal-UE.

Flimkien, dawn l-isforzi se jibnu popolazzjoni aktar f’saħħitha u aktar reżiljenti, filwaqt li jixprunaw l-innovazzjoni u l-kompetittività madwar l-UE.

(1)

Il-mard kardjovaskulari jaffettwa l-qalb u l-vażi. Dan jinkludi l-attakki tal-qalb, il-puplesiji, l-insuffiċjenza kardijaka, il-mard iskemiku tal-qalb, ir-ritmi anormali tal-qalb, il-mard strutturali tal-qalb, il-kardjomijopatija u l-mard konġenitali tal-qalb.

(2)

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, is-sors taċ-ċifri huwa r-rapport tal-OECD (2025) The state of cardiovascular health in the EU” - Full Report: The State of Cardiovascular Health in the European Union | OECD .

(3)

Fl-2021 biss, intilfu 256 miljun jum tax-xogħol u 1,3 miljun sena tax-xogħol minħabba mard u diżabilità, u mwiet prematuri, rispettivament.

(4)

  L-istatistika dwar il-mard kardjovaskulari – L-istatistika spjegata – Eurostat .

(5)

  Global burden of cardiovascular diseases: projections from 2025 to 2050 - PubMed .

(6)

Il-mard iskemiku tal-qalb huwa magħruf ukoll bħala mard koronarju tal-qalb jew mard tal-arterji koronarji.

(7)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Titjib tas-Saħħa Kardjovaskulari fl-Unjoni Ewropea , ST 15315/24 INIT. al x .

(8)

  Il-Grupp ta’ MPE dwar is-Saħħa Kardjovaskulari u l-Parlament Ewropew, Rapport dwar il-mard mhux komunikabbli (NCDs), A9-0366/2023, adottat fit-13 ta’ Diċembru 2023.|

(9)

Ara pereżempju, Semma’ leħnek .

(10)

L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa: https://commission.europa.eu/topics/public-health/european-health-union_mt .

(11)

  Healthier together – L-inizjattiva tal-UE dwar il-mad mhux komunikabbli - Saħħa Pubblika .

(12)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer , COM(2021) 44 final.

(13)

  EU Mission: Kanċer - Riċerka u innovazzjoni - Kummissjoni Ewropea .

(14)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Approċċ komprensiv lejn is-saħħa mentali , COM(2023) 298 final.

(15)

   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM (2021)400.

(16)

  Strateġija għax-Xjenzi tal-Ħajja Ewropej - Riċerka u innovazzjoni .

(17)

  Ir-Regolament (UE) 2025/327 dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE u r-Regolament (UE) 2024/2847.

(18)

  Riforma tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika u miżuri li jindirizzaw ir-reżistenza għall-antimikrobiċi , COM(2023) 190 final; Apparat mediku - Saħħa Pubblika - Kummissjoni Ewropea ; Att dwar il-mediċini kritiċi - Saħħa Pubblika - Kummissjoni Ewropea ; u Regoli ġodda tal-UE dwar sustanzi ta’ oriġini umana - Saħħa Pubblika .

(19)

  L-Att dwar il-Bijoteknoloġija .

(20)

Pereżempju permezz tal-Azzjonijiet Konġunti: JACARDI , PreventNCD u JARED .

(21)

 Ir-Rapport tal-OECD (2025) The state of cardiovascular health in the EU” - Rapport Sħiħ: The State of Cardiovascular Health in the European Union | OECD .

(22)

  Il-programm l-UE għas-Saħħa 2021-2027 – viżjoni għal Unjoni Ewropea aktar b’saħħitha - Saħħa Pubblika .

(23)

  L-Istat tas-Saħħa fl-UE - Saħħa Pubblika - Kummissjoni Ewropea .

(24)

  Il-Federazzjoni Dinjija tal-Qalb 80% kważi 80 % tal-imwiet mill-mard kardjovaskulari huma dovuti għal fatturi ta’ riskju li jistgħu jinbidlu (eż. dieta mhux tajba għas-saħħa u stil ta’ ħajja sedentarja).

(25)

 Ir-Rapport tal-OECD (2025) The state of cardiovascular health in the EU” - Rapport Sħiħ: The State of Cardiovascular Health in the European Union | OECD . 

(26)

Koskinas, K. C., Van Craenenbroeck, E. M., Antoniades, C., et al. (2024). Obesity and cardiovascular disease: An ESC clinical consensus statement. European Heart Journal, 45(38), 4063–4098. https://doi.org/10.1093/eurheartj/ehae508 .

(27)

  https://cancer-inequalities.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/docs/ccp2025/ec-oecd-synthesis-report-250124-1422.pdf .

(28)

  Gill, J., Miracolo, A., Politopoulou, K., Jayawardana, S., Carter, A., Apostolou, E., u Kanavos, P. (2024). How can we improve secondary prevention of cardiovascular disease? London School of Economics and Political Science.

(29)

Timmis, A., Vardas, P., Townsend, N., Torbica, A., Katus, H., De Smedt, D., et al. (2022).

European Society of Cardiology: Cardiovascular disease statistics 2021. European Heart Journal, 43(8), 716–799. https://doi.org/10.1093/eurheartj/ehab892 .

(30)

Kwon, Y., Tzeng, W.S., Seo, J. et al. (2024). Obstructive sleep apnea and hypertension; critical overview. Clin Hypertension 30 (1), 19. https://doi.org/10.1186/s40885-024-00276-7 .

(31)

 Ir-Rapport tal-OECD (2025) The state of cardiovascular health in the EU” - Rapport Sħiħ: The State of Cardiovascular Health in the European Union | OECD .

(32)

  [ilc_hch11] Persuni li jieklu frott, ħxejjex jew insalata skont il-livell edukattiv milħuq, il-limitu tar-riskju ta’ faqar, l-aktar status ta’ attività frekwenti u s-sess .

(33)

Il-konsum medju tal-alkoħol naqas bi ftit bi 3 % bejn l-2010 u l-2022.

(34)

Is-sejbiet ewlenin mill-Proġett Ewropew ta’ Stħarriġ Skolastiku tal-2024 dwar l-Alkoħol u Drogi Oħrajn (ESPAD, European School Survey Project on Alcohol and Other Drugs): www.euda.europa.eu .

(35)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (2024). Survey report on national seasonal influenza vaccination recommendations and coverage rates in EU/EEA countries.

(36)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. COVID-19 vaccination coverage in the EU/EEA during the 2024–25 season campaigns, 1 August 2024 – 28 March 2025.

(37)

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2025): Preventing cardiovascular disease through a healthy environment .

(38)

  Combinations of physical activity, sedentary time, and sleep duration and their associations with depressive symptoms and other mental health problems in children and adolescents: a systematic review - PubMed .

(39)

Eurostat, EU-SILC, Id-distribuzzjoni tal-persuni skont l-indiċi tal-massa tal-ġisem, il-livell edukattiv milħuq, is-sess u l-età: ilc_hch10 .

(40)

Azaïs-Braesco, V., Sluik, D., Maillot, M., Kok, F. u Moreno, L.A. (2017). A review of total & added sugar intakes and dietary sources in Europe, Nutrition Journal, 16 (1), 6. https://doi.org/10.1186/s12937-016-0225-2 ; Sugars and Sweeteners | Knowledge for policy .

(41)

Il-bażi tad-data tal-Eurostat: [hlth_ehis_fv3e] Konsum ta’ kuljum ta’ frott u ta’ ħxejjex skont is-sess, l-età u l-livell edukattiv milħuq .

(42)

  Sejbiet ewlenin mill-Proġett Ewropew ta’ Stħarriġ Skolastiku tal-2024 dwar l-Alkoħol u Drogi Oħrajn (ESPAD).

(43)

L-alcopops huma xarbiet alkoħoliċi mħallta minn qabel li huma mfassla biex jimitaw it-togħma ta’ soft drink iżda fihom alkoħol miżjud.

(44)

  Ir-Rapport tal-UNICEF: The State of Children in the European Union: Addressing the needs and rights of the EU’s youngest generation. (2024) .

(45)

Marx, N., Federici, M., Schütt, K., Müller-Wieland, D., et al. (2023). 2023 ESC Guidelines for the management of cardiovascular disease in patients with diabetes: Developed by the task force on the management of cardiovascular disease in patients with diabetes of the European Society of Cardiology (ESC), European Heart Journal. 44(39), 4043–4140,  https://doi.org/10.1093/eurheartj/ehad192 .

(46)

Il-bażi tad-data tal-Eurostat: [hlth_ehis_pa2e] Skrinjar awtorapportat tar-riskji ta’ mard kardjovaskulari u tad-dijabete skont is-sess, l-età u l-livell edukattiv milħuq .

(47)

Dunlay, S. M., u Chamberlain, A. M. (2016). Multimorbidity in Older Patients with Cardiovascular Disease. Current cardiovascular risk reports, 10, 3. https://doi.org/10.1007/s12170-016-0491-8 ; Skou, S. T., et al. (2022). Multimorbidity. Nature Reviews Disease Primers, 8(1), 48. https://doi.org/10.1038/s41572-022-00376-4 .

(48)

 Ir-Rapport tal-OECD (2025) The state of cardiovascular health in the EU” - Rapport Sħiħ: The State of Cardiovascular Health in the European Union | OECD .

(49)

L-eżempji jinkludu reġistri kardjovaskulari Ewropej bħall-ESC EURObservational Research Programme (EORP) u reġistri nazzjonali speċifiċi għall-mard elenkati fid-Direttorju Ewropew tar-Reġistri. L-istrutturi u l-istandards tad-data eteroġeni tagħhom jillimitaw l-interoperabbiltà transfruntiera.

(50)

Vogel, B. et al. (2021), The Lancet women and cardiovascular disease Commission: reducing the global burden by 2030.

(51)

Fl-2022, ir-rati ta’ mortalità reġjonali varjaw minn 139 mewta għal kull 100 000 persuna għal 1 196 mewta. Sors: Eurostat https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-datasets/-/hlth_cd_asdr2 .

(52)

Minkejja titjib ġenerali fix-xejriet, l-inugwaljanzi jippersistu, b’konċentrazzjonijiet ta’ PM2,5 konsistentement ogħla b’madwar terz fl-ifqar reġjuni: https://www.eea.europa.eu/en/analysis/indicators/income-related-environmental-inequalities-associated .

(53)

Il-komunitajiet vulnerabbli u b’introjtu baxx jistgħu jiġu affettwati b’mod sproporzjonat mit-tniġġis akustiku:

https://www.eea.europa.eu/en/analysis/publications/environmental-noise-in-europe-2025 .

(54)

  Saħħa waħda - Saħħa Pubblika - Kummissjoni Ewropea .

(55)

Id-definizzjonijiet ta’ dawn il-miri se jiġu kkunsidrati fil-protokoll ta’ detezzjoni bikrija u ta’ skrinjar kif ukoll fil-gwida dwar it-trattament. Dawn il-miri se jiġu ddefiniti aktar fit-tfassil tal-programmi ta’ detezzjoni bikrija u ta’ skrinjar

(56)

Fl-2022, l-aktar kawża komuni ta’ mewt prematura hija l-mard iskemiku tal-qalb b’77 704 imwiet (17,9 għal kull 100 000 abitant): Sors: Eurostat [hlth_cd_apr] Mortalità evitabbli permezz tal-kura tas-saħħa tar-residenti skont il-kawża u s-sess.

(57)

Il-bażi tad-data online tal-Eurostat, Skrinjar awtorapportat tar-riskji ta’ mard kardjovaskulari u tad-dijabete skont is-sess, l-età u l-livell edukattiv milħuq[hlth_ehis_pa2e__custom_19301842] .

(58)

 Il-bażi tad-data online tal-Eurostat, Self-reported screening of cardiovascular diseases and diabetes risks by sex, age and educational attainment level[hlth_ehis_pa2e__custom_19301918] .

(59)

 Il-bażi tad-data online tal-Eurostat, Self-reported screening of cardiovascular diseases and diabetes risks by sex, age and educational attainment level[hlth_ehis_pa2e__custom_19301947] .

(60)

Il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Latvja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja u l-Iżvezja għandhom pjanijiet nazzjonali għall-kontroll tal-mard kardjovaskulari.

(61)

  EU4Health 2025 work programme .

(62)

Din hija sħubija bejn l-UE u l-OECD: 26284fbb-0c7b-4d4d-ae57-f7f2a47e493f_en .

(63)

Il-Kummissjoni Ewropea, Sejħa għal proposti dwar il-prevenzjoni tul il-ħajja għal ħajja b’saħħitha b’enfasi fuq il-mard kardjovaskulari, CR/CV&NCD-g-25-18, 26284fbb-0c7b-4d4d-ae57-f7f2a47e493f_en .

(64)

Bħall-Finlandja, id-Danimarka u l-Estonja.

(65)

  JADECARE, Joint Action on implementation of digitally enabled integrated person-centred care .

(66)

Ahmad, A. F., Dwivedi, G., O'Gara, F., Caparros-Martin, J., u Ward, N. C. (2019). The gut microbiome and cardiovascular disease: Current knowledge and clinical potential. American Journal of Physiology-Heart and Circulatory Physiology, 317(5), H923–H938. https://doi.org/10.1152/ajpheart.00376.2019 .

(67)

Hopkins S, Gajagowni S, Qadeer Y, Wang Z, Virani SS, Meurman JH, Leischik R, Lavie CJ, Strauss M, Krittanawong C. More than just teeth: How oral health can affect the heart. Am Heart J Plus. 2024 May 24;43:100407. doi: 10.1016/j.ahjo.2024.100407. PMID: 38873102; PMCID: PMC11169959 .

(68)

  Kodiċi ta’ Kondotta - Sikurezza tal-Ikel - Kummissjoni Ewropea.

(69)

  Food 2030 - Riċerka u innovazzjoni - Kummissjoni Ewropea .

(70)

  L-iskema għall-iskejjel spjegata - Kummissjoni Ewropea .

(71)

Kriterji għall-Akkwist Pubbliku Sostenibbli għall-Ikel, is-Servizzi tal-Ikel u l-Magni tal-Vending (2025), iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC139495 .

(72)

Kif previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel Insawru flimkien settur tal-biedja u tal-ikel attraenti tal-UE għall-ġenerazzjonijiet futuri , COM(2025) 75 final.

(73)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel Insawru flimkien settur tal-biedja u tal-ikel attraenti tal-UE għall-ġenerazzjonijiet futuri , COM(2025) 75 final.

(74)

  L-istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar l-attitudnijiet tal-Ewropej lejn it-tabakk u prodotti relatati .

(75)

  Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE , ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1–38; Id-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklamar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk , ĠU L 152, 20.6.2003, p. 16–19.

(76)

  L-istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar l-attitudnijiet tal-Ewropej lejn it-tabakk u prodotti relatati .

(77)

  Impact analysis of the review of tobacco excise duty rules - L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE .

(78)

  Promozzjoni tas-saħħa – WHO, tassazzjoni fuq it-tabakk.

(79)

  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat , ĠU L 176, p. 24–36.

(80)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer , COM(2021) 44 final.

(81)

Is-sejbiet ewlenin mill-Proġett Ewropew ta’ Stħarriġ Skolastiku tal-2024 dwar l-Alkoħol u Drogi Oħrajn (ESPAD, European School Survey Project on Alcohol and Other Drugs): www.euda.europa.eu .

(82)

Xarba alkoħolika mħallta minn qabel maħsuba biex timita t-togħma ta’ soft drink iżda bl-alkoħol miżjud.

(83)

Portal ta’ Għarfien għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard: https://knowledge4policy.ec.europa.eu/health-promotion-knowledge-gateway/alcoholic-beverages_en .

(84)

  Studju dwar Health taxes from an EU perspective - Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali .

(85)

Id-Danimarka tintaxxa l-ġelat u l-ħlewwiet u l-Ungerija tintaxxa l-prodotti tal-ikel li fihom livelli għoljin ta’ melħ, minbarra x-xorb imħolli biz-zokkor.

(86)

  https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/3380 .

(87)

  https://data.europa.eu/mt/publications/datastories/health-and-well-being-eu-investing-where-it-matters .

(88)

  Ultra-Processed Foods and Human Health, Is-serje ta’ The Lancet.  

(89)

Minn Ġunju 2026, dawn l-inizjattivi se jkollhom l-għan li jinvolvu lil miljuni ta’ Ewropej f’aktar minn 50 000 avveniment kull sena, filwaqt li jħeġġu stili ta’ ħajja aktar tajbin għas-saħħa u jnaqqsu r-riskju kardjovaskulari.

(90)

  Paġna ewlenija - Erasmus+ .

(91)

Studju dwar l-evalwazzjoni tal- EU Action Plan on Childhood Obesity .

(92)

  How healthy are children’s eating habits? – WHO/Europe surveillance results .

(93)

Finanzjat permezz tal-programm l-UE għas-Saħħa: Health4EUKids ; Schools4Health ; DUSE ; RYHEALTH .

(94)

  BIO-STREAMS ; OBELISK ; PAS GRAS ; HealthyW8 (EUR 40 miljun minn Orizzont Ewropa); The PREVENT Living Labs: A new approach to tackling childhood obesity - PREVENT .

(95)

  Zero Hidden Hunger EU ; PLAN’EAT ; Co Diet (EUR 27 miljun mill-programm Orizzont 2020).

(96)

  Step Up! Tackling the Burden of Insufficient Physical Activity in Europe | OECD .

(97)

  Attitudnijiet tal-Ewropej fir-rigward tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Ġunju 2024 - Stħarriġ tal-Ewrobarometru .

(98)

  Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva .

(99)

  The European Commission and UNICEF announce a new partnership to improve health outcomes for children .

(100)

  L-Osservatorju Ewropew tal-Klima u tas-Saħħa .

(101)

Heidecker, B., Libby, P., Vassiliou, V. S., Roubille, F., Vardeny, O., Hassager, C., et al. (2025). Vaccination as a new form of cardiovascular prevention: A European Society of Cardiology clinical consensus statement: With the contribution of the European Association of Preventive Cardiology (EAPC), the Association for Acute CardioVascular Care (ACVC), and the Heart Failure Association (HFA) of the ESC. European Heart Journal, 46(36), 3518–3531. https://doi.org/10.1093/eurheartj/ehaf384 .

(102)

Behrouzi, B., Bhatt, D. L., Cannon, C. P., et al. (2022). Association of influenza vaccination with cardiovascular risk: A meta-analysis. JAMA Network Open, 5(4), e228873. https://doi.org/10.1001/jamanetworkopen.2022.8873

(103)

  Dokument ta’ kunsens kliniku reċenti mis-Soċjetà Ewropea tal-Kardjoloġija jenfasizza l-importanza tat-tilqim bħala strateġija preventiva li ttejjeb is-sopravivenza, tnaqqas id-dħul l-isptar, u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja.

(104)

  Il-Ġimgħa Ewropea tal-Immunizzazzjoni 2025: Proġetti tal-UE għas-Saħħa u Orizzont Ewropa li jipproteġu s-saħħa tan-nies ta’ kull età - Kummissjoni Ewropea .

(105)

  Il-Portal Ewropew ta’ Informazzjoni dwar it-Tilqim .

(106)

  Azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tilqim.

(107)

  New systematic review and meta-analysis shows an association between shingles vaccination and lower risk of heart attack and stroke .

(108)

Il-kapaċità li wieħed jifhem, jaċċessa u juża informazzjoni dwar is-saħħa li hija essenzjali fil-prevenzjoni tal-mard kardjovaskulari.

(109)

  It-tisħiħ tal-litteriżmu fis-saħħa biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-kanċer u mard mhux komunikabbli ieħor. JA PreventNCD .

(110)

  Proġett ECAC5 - Reviżjoni u aġġornament tal-Kodiċi Ewropew kontra l-Kanċer .

(111)

Il-proġett POCCardio , iffinanzjat minn Orizzont Ewropa (EUR 14-il miljun).

(112)

  Nondiskriminazzjoni - Kummissjoni Ewropea .

(113)

  SCORE2 risk prediction algorithms: new models to estimate 10-year risk of cardiovascular disease in Europe. European Heart Journal. 42 (25), 2439-2454. https://doi.org/10.1093/eurheartj/ehab309 .

(114)

  FH-EARLY u BIOMARCARE ; PERFEECTO .

(115)

Schunkert, H., Di Angelantonio, E., Inouye, M., Patel, R. S., et al. (2025). Clinical utility and implementation of polygenic risk scores for predicting cardiovascular disease, European Heart Journal, Oxford Academic. 46(15), 1372-1383. https://doi.org/10.1093/eurheartj/ehae649.

(116)

  Inizjattiva Ewropea dwar it-Tewmin Umani Virtwali .  

(117)

  EUCanScreen , Solace , Oncoscreen .

(118)

Casassus, B. (2025). Patients with chronic diseases do better with personalised care, international survey finds. BMJ, 388, r365. https://doi.org/10.1136/bmj.r365 .

(119)

  HT-ADVANCE , proġett iffinanzjat taħt Orizzont Ewropa; Shorbaji, A., Pushparaj, P. N., Al-Ghafari, A. B. et al. A narrative review of research advancements in pharmacogenetics of cardiovascular disease and impact on clinical implications. (2025). NPJ Genom. Med. 10, 54. https://pubmed.ncbi.nlm.nih.gov/40640196/ .

(120)

 Ir-Rapport tal-OECD (2025) The state of cardiovascular health in the EU” .

(121)

  eCAN – Azzjoni Konġunta .

(122)

Il-proġett INCAREHEART iffinanzjat taħt Orizzont 2020.

(123)

Dan se jibni fuq proġetti bħal JACARDI u proġetti mmexxija mill-partijiet ikkonċernati.

(124)

  Approċċ komprensiv tal-UE lejn is-saħħa mentali .

(125)

  Paġna tal-Proġett EU-PROMENS - EU-PROMENS .

(126)

L- EUTOPIA Alliance , is- CIVIS European University Alliance , il- European University Alliance for Global Health , ul- EC2U Alliance joffru edukazzjoni u taħriġ rilevanti għas-saħħa pubblika.

(127)

  Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/745 u (UE) 2017/746 fir-rigward tas-simplifikazzjoni u tat-tnaqqis tal-piż tar-regoli dwar apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/123 fir-rigward tal-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-gruppi ta’ esperti fil-qasam tal-apparati mediċi u r-Regolament (UE) 2024/1689 fir-rigward tal-lista ta’ leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Anness I tiegħu.

(128)

  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176–332.

(129)

L-Att dwar il-Mediċini Kritiċi - Saħħa Pubblika - Kummissjoni Ewropea .

(130)

Il-lista kurrenti tal-UE ta’ Mediċini Kritiċi tinkludi mediċini li huma rilevanti għall-kura kardjovaskulari. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) .

(131)

COM(2025) 1022 [Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tas-setturi tal-bijoteknoloġija u tal-bijomanifattura tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-saħħa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1394/2007, (UE) Nru 536/2014, (UE) 2019/6, (UE) 2024/795 u (UE) 2024/1938]; COM(2025) 1031[Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2001/18/KE u 2010/53/UE fir-rigward tal-introduzzjoni fis-suq ta’ mikroorganiżmi ġenetikament modifikati u tal-ipproċessar ta’ organi].

(132)

  Strateġija għax-Xjenzi tal-Ħajja Ewropej - Riċerka u innovazzjoni .

(133)

  Recommendation paper on decentralised elements in clinical trials .

(134)

Ir-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa , ĠU L 458, 22.12.2021, p. 1-32.

(135)

  Strument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI, Technical Support Instrument) .

(136)

    Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku, ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1-16.

(137)

Ukoll billi tikkonnettjah ma’ spazji tad-data Ewropej rilevanti oħra bħall-ispazju tad-data tal-Patt Ekoloġiku.

(138)

Pereżempju, il-proġett CARAMEL iffinanzjat taħt Orizzont Ewropa.

(139)

  Inizjattiva Ewropea “1+ Miljun Ġenomi”.

(140)

  Tnieda l-proġett Ġenoma tal-Ewropa: l-ewwel pass lejn ġenoma ta’ referenza Ewropea.

(141)

  Il-Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA.

(142)

L-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA.

(143)

  SHAIPED hija ffinanzjata taħt il-Programm Ewropa Diġitali.

(144)

Il-Kummissjoni Ewropea: Ċentru Konġunt tar-Riċerka (2025(, AI-driven innovation in medical imaging – Focus on lung cancer and cardiovascular diseases ; Inizjattivi mmirati se jibnu fuq proġetti eż. COMPASS AI , l-infrastrutturi tal- EHDS , ICUdata4EU u INDICATE .

(145)

  L-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA; Paġna Prinċipali - TEF-Health - Faċilità ta’ Ttestjar u Sperimentazzjoni għas-Saħħa u r-Robotika.

(146)

  EU4Health 2025 work programme .

(147)

Zannad, F., Berwanger, O., Corda, S., et al. (2024). How to make cardiology clinical trials more inclusive. Nature Medicine, 30, 2745–2755. https://doi.org/10.1038/s41591-024-03273-3 .

(148)

El Bassiri, Y., Azeem, A., Sharma, A. C., Hassan, M., Hassan, M., u Omari, I. (2025). Gender disparities in ischemic heart disease management: Underdiagnosis in women and differences in treatment. Cureus, 17(8), e89912. https://doi.org/10.7759/cureus.89912 ; Eurostat ; ESC Statement - Lancet Commission Report - CVD in Women.

(149)

Al Hamid, A., Beckett, R., Wilson, M., et al. (2024). Gender bias in diagnosis, prevention, and treatment of cardiovascular diseases: A systematic review. Cureus, 16(2), e54264. https://doi.org/10.7759/cureus.54264 .

(150)

 Ir-Rapport tal-OECD (2025) The state of cardiovascular health in the EU” - Rapport Sħiħ: The State of Cardiovascular Health in the European Union | OECD .

(151)

  Ir-Reġistru Ewropew dwar l-Inugwaljanzi fil-Kanċer (ECIR, European Cancer Inequalities Registry).

(152)

  Il-programm ta’ ħidma tal-Cluster 1 ta’ Orizzont Ewropa għall-2026-2027 : finanzjament indikattiv ta’ EUR 40 miljun.

(153)

  Orizzont 2020 Orizzont Ewropa .

(154)

  Global Trends in R&D 2024: Activity, productivity, and enablers - IQVIA .

(155)

Jackson, N., Atar, D., Borentain, M., et al. (2016). Improving clinical trials for cardiovascular diseases: A position paper from the Cardiovascular Round Table of the European Society of Cardiology. European Heart Journal, 37(9), 747–754. https://doi.org/10.1093/eurheartj/ehv213 .

(156)

  Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva .

(157)

  PROPHET .

(158)

  PROFID PROJECT .

(159)

L-Inizjattiva dwar it-Tewmin Umani Virtwali għas-saħħa u għall-kura .

(160)

  Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Kummissjoni Ewropea .

(161)

  L-Istrument għall-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni (I3) - l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (EISMEA, European Innovation Council and SMEs Executive Agency) .

(162)

  Il-programm ta’ ħidma tal-Cluster 1 ta’ Orizzont Ewropa 2026-2027 : finanzjament indikattiv ta’ EUR 2 miljun.

(163)

  Il-programm ta’ ħidma tal-Cluster 1 ta’ Orizzont Ewropa 2026-2027 : finanzjament indikattiv ta’ EUR 64 miljun.

(164)

  Il-programm ta’ ħidma tal-Cluster 6 ta’ Orizzont Ewropa 2026-2027 : finanzjament indikattiv ta’ EUR 12-il miljun.

(165)

Orizzont Ewropa: finanzjament indikattiv ta’ EUR 38 miljun.

(166)

Il-programm ta’ ħidma tal-Cluster 1 ta’ Orizzont Ewropa 2026-2027: finanzjament indikattiv ta’ EUR 24,5 miljun.

(167)

Sħubija Ewropea li trawwem Żona Ewropea tar-Riċerka għar-riċerka dwar is-saħħa (ERA4Health).

(168)

  L-Azzjoni Konġunta PreventNCD tal-Grupp Konsultattiv taż-Żgħażagħ.

(169)

Il-Kummissjoni organizzat diskussjoni ma’ grupp ta’ żgħażagħ li għaddew mill-esperjenza li qasmu l-istejjer personali tagħhom dwar il-ħajja bil-mard kardjovaskulari jew b’kundizzjonijiet relatati - Saħħa kardjovaskulari - Saħħa Pubblika - Kummissjoni Ewropea .

(170)

  Grupp ta’ Esperti dwar is-Saħħa Pubblika - Saħħa Pubblika - Kummissjoni Ewropea .

(171)

Għotjiet diretti lill-Istati Membri ffinanzjati b’EUR 5 miljun skont il-programm ta’ ħidma l-UE għas-Saħħa 2025.

(172)

Dawn l-għotjiet ta’ azzjoni se jirċievu EUR 2 miljun f’finanzjament skont il-programm ta’ ħidma l-UE għas-Saħħa 2025.

(173)

  Il-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE - Il-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE .

(174)

  Il-Portal tal-Aħjar Prattiki .

(175)

  L-Alleanza Globali għall-Mard Kroniku (GACD).