IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.10.2025
COM(2025) 850 final
2025/0319(BUD)
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 3
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2025
Aġġustament fl-approprjazzjonijiet ta' pagament, aġġornament tad-dħul u aġġornamenti tekniċi oħra
Wara li kkunsidra:
‒it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
‒id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
, daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,
‒Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)
, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
‒il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025, kif adottat fis-27 ta’ Novembru 2024,
‒il-baġit emendatorju Nru 1/2025, adottat fid-9 ta’ Lulju 2025,
‒l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2025
, adottat fl-4 ta’ Lulju 2025,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-baġit tal-2025.
BIDLIET GĦAD-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u tan-nefqa u għat-taqsima individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex (
https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm
).
Werrej
1.
Introduzzjoni
2.
Aġġornament ta’ elementi tan-nefqa
2.1
Żieda fil-ħtiġijiet fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament
2.2
Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs)
2.3
Tnaqqis fl-impenji għall-Istrument għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali
2.4
Tnaqqis fl-impenji għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku
2.5
Tnaqqis fil-pagamenti għall-Faċilità għall-Ukrajna
2.6
Aġġustamenti addizzjonali għall-aġenziji deċentralizzati
2.6.1 Tnaqqis għall-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)
2.6.2 Ritorn ta’ riżerva — Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
2.6.3 Żieda għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
2.6.4 Trasferiment mill-Aġenzija tal-UE għall-Ażil (EUAA) għall-programm tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)
2.6.5 Ir-ritorn ta’ riżerva għall-programm LIFE — l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
2.6.6 Ritorn ta’ riżerva għall-programm tat-trasport tas-CEF — Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
2.6.7 Ritorn ta’ riżerva għall-programm tas-Suq Uniku – l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
3.
Aġġornament tad-dħul
3.1
Multi u pagamenti ta’ penali
3.2
Riżorsi Proprji Tradizzjonali — Surplus
3.3
Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2025
4.
Finanzjament
5.
Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Introduzzjoni
L-iskop tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 3 għas-sena 2025 huwa li jaġġorna kemm in-naħa tan-nefqa kif ukoll dik tad-dħul tal-baġit.
Il-bidliet proposti fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit jikkonċernaw l-elementi li ġejjin:
1.Żieda fil-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għal ammont ta’ EUR 2 biljun, għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) għal ammont ta’ EUR 0.7 biljun u għall-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) għal ammont ta’ EUR 357 miljun. Dawn l-ammonti ma setgħux jiġu inklużi fir-riallokazzjonijiet proposti fit-“Trasferiment globali” (DEC 15/2025) ippreżentati lill-Parlament u lill-Kunsill fit-3 ta’ Ottubru 2025;
2.Aġġornament tal-ħtiġijiet għall-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs), filwaqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi;
3.Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-Istrument għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali (CCEI) minħabba dewmien fl-implimentazzjoni fl-Istati Membri;
4.Tnaqqis fl-impenji għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku minħabba titjib fl-effiċjenza minn proċeduri ta’ akkwist kompetittivi;
5.Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Faċilità għall-Ukrajna peress li l-profil ta’ pagament tal-2025 ġie affettwat minn bidliet fis-suppożizzjonijiet bħal fir-ritmu tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti, id-data tal-iffirmar tal-ftehimiet ta’ garanzija u taħlit, u t-twaqqit tal-pagament tas-sussidji għall-kostijiet tat-teħid b’self;
6.Aġġustament tal-kontribuzzjoni tal-UE lil diversi aġenziji deċentralizzati, marbut mal-implimentazzjoni jew raġunijiet speċifiċi oħra, kif ġej:
-Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament allokati lill-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA), peress li għadd sinifikanti ta’ persunal li l-AMLA rreklutat se jieħu kariga biss lejn tmiem l-2025;
-Ritorn tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) minħabba dewmien fl-adozzjoni tal-istrateġija ta’ investiment fil-livell tal-konsumatur;
-Żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) biex jiġi kopert l-impatt finanzjarju taċ-ċaqliq fir-rata tal-kambju;
-Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament allokati lill-Aġenzija tal-UE għall-Ażil (EUAA), minħabba l-fatt li l-attivitajiet tal-EUAA biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil issa se jibdew biss fl-2026. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ritornati se jiġu ttrasferiti għall-Faċilità Tematika tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (AMIF) biex jiġu appoġġati l-attivitajiet tal-AMIF stess fl-implimentazzjoni tal-Patt u biex tiġi koperta ħtieġa akbar għal approprjazzjonijiet ta’ pagament bħala riżultat ta’ pagamenti interim ogħla milli mistenni lill-Istati Membri;
-Ritorn tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA). Dan huwa dovut għal dewmien fl-adozzjoni tal-proposti dwar il-Pakkett dwar il-Ġestjoni Integrata tal-Ilma/Tniġġis Żero, l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi, il-Monitoraġġ tal-Foresti u wkoll minħabba ħtiġijiet imnaqqsa fl-2025 għall-istadji bikrija tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-attribuzzjoni mill-ġdid tal-kompiti fil-qasam tas-sustanzi kimiċi;
-Ritorn tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-programm tat-trasport tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) minħabba dewmien fl-adozzjoni tal-pakkett dwar is-sikurezza marittima.
-Ritorn tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-Programm tas-Suq Uniku (SMP) Ikel) mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) minħabba dewmien fl-adozzjoni tal-proposta dwar tekniki ġenomiċi ġodda.
B’mod ġenerali, l-impatt nett ta’ dan l-ABE fuq in-nefqa jammonta għal tnaqqis ta’ EUR 123,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ EUR 2 517,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.
Fuq in-naħa tad-dħul, dan l-ABE jinkorpora EUR 1 185.1 miljun addizzjonali ta’ multi definittivi u pagamenti ta’ penali mħallsa sat-30 ta’ Settembru 2025 u EUR 1 300 miljun tas-surplus stmat tar-RPT. L-impatt globali fuq in-naħa tad-dħul huwa għalhekk żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-ING ta’ EUR 31.9 miljun.
2.Aġġornament ta’ elementi tan-nefqa
2.1Żieda fil-ħtiġijiet fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament
It-“Trasferiment globali” huwa eżerċizzju annwali organizzat fi ħdan il-Kummissjoni li għalih id-Direttorati Ġenerali u s-Servizzi kollha huma mitluba jirrieżaminaw sa kmieni f’Settembru l-implimentazzjoni tal-pagamenti rispettiva tagħhom tal-baġit attwali sal-aħħar tas-sena kkonċernata. Dan l-eżerċizzju għandu l-għan li jiddetermina l-ħtiġijiet eżatti u jiżgura l-implimentazzjoni massima tal-baġit f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fi tmiem is-sena billi jqabbel il-ħtiġijiet addizzjonali mas-sottoimplimentazzjoni mistennija. Talba għal trasferiment skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju tiġi ppreżentata kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala riżultat.
L-eżerċizzju ta’ “Trasferiment globali” wera li l-baġit ivvutat li jifdal u d-dħul assenjat disponibbli mhux se jkunu biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ pagament stmati sa tmiem is-sena għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (BMVI). Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ il-programmi tal-FEŻR, tal-FSE + u tal-BMVI kif ġej:
·Programmi ta’ Koeżjoni 2021–2027
Wara bidu aktar bil-mod għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu 2021–2027 minħabba l-adozzjoni tardiva tal-qafas regolatorju u l-enfasi tal-awtoritajiet maniġerjali fuq l-implimentazzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament bi skadenza iqsar, l-implimentazzjoni issa qed tiżdied b’mod ċar. Il-baġit tal-2024 ġie eżegwit bis-sħiħ, inkluż it-tisħiħ ta’ EUR 2.9 biljun fil-Baġit Emendatorju Nru 5 u d-dħul assenjat kollu disponibbli, b’akkumulazzjoni normali (qrib EUR 5 biljun) ta’ applikazzjonijiet għal pagament li baqgħu ma tħallsux fi tmiem is-sena. Dawn it-talbiet tħallsu fil-bidu tal-2025, u b’hekk ikkunsmaw l-approprjazzjonijiet tal-baġit ivvutati għall-2025. Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) kienet ogħla milli kien mistenni inizjalment, b’EUR 11.7 biljun ta’ riżorsi ta’ koeżjoni allokati għall-prijoritajiet ta’ STEP minn Settembru 2025. Il-previżjonijiet tal-Istati Membri ppreżentati f’Lulju 2025 u l-evoluzzjoni tar-rata tal-għażla tal-proġetti (qrib it50 % minn Ġunju 2025, meta mqabbla ma’ 23 % sena ilu) jikkonfermaw l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni fil-prattika u l-ħtieġa għal tisħiħ biex jiġu koperti l-ħtiġijiet stmati kollha sa tmiem is-sena.
·Strument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (BMVI, Border Management and Visa Policy)
Żieda ta’ EUR 357 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-BMVI sabiex jiġu onorati pagamenti interim ogħla milli mistenni (li jirriżultaw minn żieda fil-previżjonijiet tal-pagamenti mill-Istati Membri) u biex jiġi kopert ix-xogħol b’lura normali mill-2024 imħallas kmieni fl-2025.
Iż-żieda dettaljata fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament mitluba f’dan l-ABE 3/2025 tinsab hawn taħt:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
05 02 01
|
FEŻR — Nefqa operazzjonali
|
0
|
2 000 000 000
|
|
07 02 01
|
Il-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża — Nefqa operazzjonali
|
0
|
700 000 000
|
|
11 02 01
|
L-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi
|
0
|
357 000 000
|
|
Total
|
0
|
3 057 000 000
|
2.2Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs)
Il-Kummissjoni tinnegozja, tikkonkludi u timplimenta Ftehimiet bilaterali ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi sħab. Fiż-żmien meta ġie stabbilit il-baġit tal-2025, diversi ftehimiet u protokolli li jimplimentaw dawn il-ftehimiet (“protokolli ta’ implimentazzjoni”) baqgħu qed jiġu nnegozjati. Minħabba dan, u f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju u mal-punt 20 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020
, ammont ta’ EUR 39.9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 22.4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament jibqa’ disponibbli fil-forma ta’ riżervi.
L-istatus tal-protokolli u n-negozjati ta’ implimentazzjoni rilevanti:
·Il-Protokoll ta’ implimentazzjoni attwali mal-Kosta tal-Avorju ġie ffirmat fis-6 ta’ Ġunju 2025 u ġie applikat b’mod proviżorju minn dik id-data, li jkopri l-perjodu mis-6 ta’ Ġunju 2025 sal-5 ta’ Ġunju 2029.
·In-negozjati ma’ São Tomé u Príncipe kkonkludew u huwa mistenni li jiġi ffirmat protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid u li jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju f’Ottubru 2025.
·In-negozjati mal-Gżejjer Cook ikkonkludew u huwa mistenni li jiġi ffirmat protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid u li jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju f’Diċembru 2025.
·Fir-rigward ta’ protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid mal-Gabon, fit-8 ta’ Settembru ġiet adottata Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati (COM (2025) 465). L-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll mhumiex mistennija fl-2025.
·Fir-rigward ta’ protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid mas-Seychelles, wara l-adozzjoni ta’ Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati (COM (2025) 269), in-negozjati għadhom għaddejjin. L-iffirmar tal-protokoll il-ġdid mhuwiex mistenni qabel l-ewwel kwart tal-2026.
Rigward l-approprjazzjonijiet li jifdal fir-riżerva:
·Għall-Marokk, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi konġunti C-778/21 P Il-Kummissjoni vs Front Polisario u C-798/21 P Il-Kunsill vs Front Polisario fl-4 ta’ Ottubru 2024 irriżultat fil-ħtieġa ta’ ftehim ġdid u protokoll ta’ implimentazzjoni, li l-ebda wieħed minnhom ma huwa mistenni li jiġi ffirmat u li jidħol f’applikazzjoni proviżorja fl-2025.
·Għall-Angola, il-Guinea, il-Liberja u s-Senegal, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-ftuħ ta’ negozjati għal protokolli ġodda ta’ implimentazzjoni għadhom ma ġewx adottati.
Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tikkanċella l-ammonti fir-riżerva li mhux se jkunu meħtieġa fl-2025, li jikkorrispondu għal EUR 39.9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 22.4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. Dan jirrifletti wkoll il-fatt li l-Abbozz tal-Baġit 2026 diġà jipprovdi approprjazzjonijiet fil-linja ta’ riżerva tal-SFPA biex ikopru protokolli li minflok huma mistennija li jiġu ffirmati fl-2026. Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 08 05 01)
|
- 39 947 143
|
- 22 392 143
|
|
Total
|
-39 947 143
|
-22 392 143
|
2.3Tnaqqis fl-impenji għall-Istrument għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Istrument għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali (CCEI) tnaqqsu b’EUR 68.4 miljun fl-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju tat-2 minħabba dewmien fl-implimentazzjoni fl-Istati Membri, bil-fondi mbagħad trasferiti għal prijoritajiet oħra bħar-Riforma Doganali u l-Mecahniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM). Barra minn hekk, it-tielet sejħa tas-CCEI dwar il-kummerċ elettroniku ppjanata għall-2025 ġiet posposta għall-2026, biex tiġi żgurata effiċjenza massima fl-infiq tal-fondi tal-UE u allinjament mal-ħidma tal-Awtorità Doganali tal-UE li jmiss. Dawn il-bidliet fil-prijoritajiet irriżultaw fi ħtiġijiet aktar baxxi għas-CCEI fl-2025 ta’ EUR 78.03 miljun f’impenji u EUR 47.86 miljun f’pagamenti. Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
11 03 01
|
Strument ta’ appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali
|
-78 032 393
|
-47 859 845
|
|
Total
|
-78 032 393
|
-47 859 845
|
2.4Tnaqqis fl-impenji għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku
Permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI), il-Kummissjoni tipprovdi għarfien espert imfassal apposta lill-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva meħtieġa biex jiżviluppaw u jimplimentaw riformi li jsaħħu t-tkabbir. Għall-2025, qed jiġi propost tnaqqis ta’ EUR 5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għat-TSI, bi tnaqqis ekwivalenti fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament inklużi fit-Trasferiment Globali. It-tnaqqis propost huwa dovut għal kisbiet fl-effiċjenza minn proċeduri ta’ akkwist kompetittivi. Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
06 02 02
|
Strument ta’ Appoġġ Tekniku
|
-5 000 000
|
0
|
|
Total
|
-5 000 000
|
0
|
2.5Tnaqqis fil-pagamenti għall-Faċilità għall-Ukrajna
Il-profil ta’ pagament inizjali għall-2025 taħt il-Faċilità għall-Ukrajna kien ibbażat fuq sensiela ta’ suppożizzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-pass tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti skont il-Pjan għall-Ukrajna, id-data tal-iffirmar tal-ftehimiet ta’ garanzija u ta’ taħlit u t-twaqqit tal-pagament tas-sussidji tal-kostijiet tas-self. Abbażi tal-aħħar previżjonijiet, huwa mistenni surplus ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament qrib l-EUR 1.2 biljun sa tmiem l-2025.
Filwaqt li kważi EUR 0.7 biljun ta’ dan is-surplus jeħtieġ li jiġu riportati għall-2026 (eż. għal fondi miżmuma għal riformi u investimenti li għadhom jistgħu jiġu żborżati sa 12-il xahar wara valutazzjoni negattiva inizjali), il-bqija (EUR 469 miljun) jistgħu jiġu posposti għall-2027 abbażi ta’ suppożizzjonijiet ta’ żborż riveduti. Dan huwa partikolarment il-każ għal sehem mill-flussi tal-pagamenti relatati mal-ftehimiet ta’ taħlit (abbażi tar-ritmu attwali tax-xejriet tal-iffirmar u tal-pagamenti) u għal sehem mill-flussi tal-pagamenti għas-sussidji tal-kostijiet tas-self (fejn kull kost tas-self trimestrali jiġi żborżat biss fil-bidu tat-trimestru li jmiss). Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
16 06 02 02
|
Azzjonijiet oħra taħt il-Qafas ta’ Investiment tal-Ukrajna
|
0
|
-400 000 000
|
|
16 06 03 02
|
Sussidju għall-kostijiet tas-self
|
0
|
-69 000 000
|
|
Total
|
0
|
-469 000 000
|
2.6Aġġustamenti addizzjonali għall-aġenziji deċentralizzati
2.6.1 Tnaqqis għall-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)
L-awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) inkludiet fil-baġit tagħha tal-2025 il-kostijiet ta’ sena sħiħa għal porzjon mill-karigi tal-persunal tagħha u l-kostijiet ta’ nofs is-sena għall-bqija tal-postijiet. Madankollu, minħabba li l-biċċa l-kbira tar-reklutaġġi saru biss fl-aħħar ftit xhur tal-2025, il-baġit allokat għall-ispejjeż tal-persunal mhux se jiġi eżawrit kompletament. Il-baġit tal-AMLA huwa għalhekk propost li jitnaqqas b’EUR 600 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-2025. Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
03 10 05
|
Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)
|
-600 000
|
-600 000
|
|
Total
|
-600 000
|
-600 000
|
2.6.2 Ritorn ta’ riżerva — Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
Fil-baġit tal-2025, EUR 0.9 miljun kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament tqiegħdu f’riżerva għall-benefiċċju tal-EIOPA u l-ESMA għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ investiment fil-livell tal-konsumatur. Minħabba l-progress bil-mod fin-negozjar tal-leġiżlazzjoni proposta, huwa mistenni li dawn l-aġenziji mhux se jkunu jistgħu jużaw dawn l-ammonti. Għalhekk, l-ammont tar-riżerva għall-EIOPA u l-ESMA ta’ EUR 379 000 u EUR 484 000 rispettivament se jiġi rritornat kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 03 10 03)
|
-379 000
|
-379 000
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 03 10 04)
|
-484 000
|
-484 000
|
|
Total
|
-863 000
|
-863 000
|
2.6.3 Żieda għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
Hija mitluba żieda żgħira ta’ EUR 700 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għal-linja ta’ sussidju tal-ECDC. Dan se jkopri l-impatt finanzjarju tal-fluttwazzjonijiet fir-rati tal-kambju, li affettwaw kemm ir-remunerazzjoni tal-persunal kif ukoll il-kostijiet amministrattivi. Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
06 10 01
|
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
|
700 000
|
700 000
|
|
Total
|
700 000
|
700 000
|
2.6.4 Trasferiment mill-Aġenzija tal-UE għall-Ażil (EUAA) għall-programm tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)
Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP ipprovdiet EUR 2 biljun addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u biex tappoġġa lill-Istati Membri l-aktar esposti fil-ġestjoni tal-isfidi u l-ħtiġijiet urġenti relatati mal-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri. Bħala parti minn dan, l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil (EUAA) ġiet allokata EUR 53 miljun addizzjonali u 75 aġent kuntrattwali fl-2025, f’konformità mar-responsabbiltajiet il-ġodda tagħha skont il-Patt. Peress li l-attivitajiet speċifiċi tal-EUAA issa huma mistennija li jibdew fl-2026, huwa propost li din l-allokazzjoni titnaqqas b’EUR 48 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u b’EUR 45 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn se jiġu ttrasferiti għall-programm AMIF biex jappoġġaw l-attivitajiet tal-AMIF stess biex jiġi implimentat il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament se jintużaw mill-faċilità tematika tal-AMIF biex jiġu onorati l-pagamenti interim ogħla milli mistenni lill-Istati Membri, marbuta mad-diskrepanza fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament mill-2024 riportati għall-2025.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
10 10 01
|
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA, European Union Agency for Asylum)
|
-48 000 000
|
-45 000 000
|
|
10 02 01
|
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)
|
48 000 000
|
45 000 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
2.6.5 Ir-ritorn ta’ riżerva għall-programm LIFE — l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Fil-baġit tal-2025, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament b’valur ta’ EUR 6.4 miljun, li joriġinaw mill-programm LIFE, tqiegħdu f’riżerva għall-benefiċċju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), sakemm isiru n-negozjati leġiżlattivi tal-proposti dwar il-Pakkett dwar il-Ġestjoni Integrata tal-Ilma/Tniġġis Żero, dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi, dwar il-Monitoraġġ tal-Foresti u l-attribuzzjoni mill-ġdid tal-kompiti fil-qasam tas-sustanzi kimiċi. Minħabba dewmien fil-proċedura leġiżlattiva ta’ dawn il-proposti u minħabba ħtiġijiet imnaqqsa fl-2025 bħala riżultat tad-dewmien fil-bidu tal-implimentazzjoni għar-Regolament dwar l-attribuzzjoni mill-ġdid tal-kompiti, il-Kummissjoni tipproponi li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiġu rritornati għall-programm LIFE, kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 09 10 01)
|
-3 483 742
|
-3 483 742
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 09 10 02)
|
-2 899 553
|
-2 899 553
|
|
09 02 01
|
In-natura u l-bijodiversità
|
290 858
|
290 858
|
|
09 02 02
|
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja
|
5 801 579
|
5 801 579
|
|
09 02 03
|
Il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima
|
290 858
|
290 858
|
|
Total
|
0
|
0
|
2.6.6 Ritorn ta’ riżerva għall-programm tat-trasport tas-CEF — Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
Il-baġit tal-2025 għall-EMSA jinkludi EUR 1,791 miljun ta’ riżervi f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li tqiegħdu f’riżerva sakemm joħroġ l-eżitu tan-negozjati leġiżlattivi tar-Regolament Fundatur rivedut tal-aġenzija. Dan l-ammont ġie kkumpensat bi tnaqqis kumpensatorju fis-CEF Trasport. Peress li l-adozzjoni mistennija sseħħ tard fit-tieni trimestru tal-4 tal-2025, l-aġenzija mhux se tkun tista’ tassorbi u timplimenta l-approprjazzjonijiet fil-ħin. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiġu rritornati għall-programm CEF, kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 02 10 02)
|
-1 791 000
|
-1 791 000
|
|
02 03 01
|
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Trasport
|
1 791 000
|
1 791 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
2.6.7 Ritorn ta’ riżerva għall-programm tas-Suq Uniku – l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
Fil-baġit tal-2025, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ta’ EUR 0.4 miljun u EUR 0.08 miljun rispettivament, li joriġinaw mill-programm tal-ikel SMP, tqiegħdu f’riżerva għall-benefiċċju tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), sakemm isiru n-negozjati leġiżlattivi tal-proposta dwar il-pjanti miksuba minn ċerti tekniki ġenomiċi ġodda u l-ikel u l-għalf tagħhom. Minħabba dewmien fil-proċedura leġiżlattiva ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni tipproponi li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiġu rritornati għall-programm tal-ikel SMP, kif previst fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 06 10 02)
|
-405 000
|
-81 000
|
|
03 02 06
|
Kontribut għal livell għoli ta’ saħħa u benessri tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti
|
405 000
|
81 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
3.Aġġornament tad-dħul
L-ABE 3/2025 jipproponi li fil-baġit tal-2025 jiġi inkorporat ammont ta’ EUR 1 576.7 miljun f’multi definittivi u pagamenti ta’ penali mħallsa sa Ottubru 2025 (żieda ta’ EUR 1 185.1 miljun meta mqabbel mal-ABE 2/2025) u ammont ta’ EUR 1 300 miljun f’RPT addizzjonali minħabba dħul ogħla minn dak previst fil-baġit.
3.1Multi u pagamenti ta’ penali
Meta jitqiesu l-multi definittivi u l-pagamenti ta’ penali mħallsa sa Ottubru 2025, huwa propost li jiddaħħlu l-ammonti li ġejjin fil-baġit tal-2025:
a)EUR 654,3 miljun ta’ multi tal-kompetizzjoni.
b)EUR 528 miljun ta’ pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stati Membri li ma osservawx is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas tagħhom li jissodisfaw obbligu skont it-Trattati.
c)EUR 2.7 miljun ta’ mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali.
Għalhekk qed jiġi propost li jiżdiedu l-ammonti rrappurtati fl-ABE 2/2025 ta’ EUR 392 miljun b’EUR 1 185.1 miljun, u b’hekk jammontaw għal EUR 1 576.7 miljun. Fit-tabella ta’ hawn taħt hemm id-dettalji għal kull linja baġitarja.
|
Linja tad-dħul
|
Isem
|
ABE 2/2025
|
ABE 3/2025
|
Ammont ġdid
|
|
4 2 0
|
Multi b’rabta mal-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni
|
409 213 301
|
654 334 000
|
1 063 547 301
|
|
4 2 1
|
Pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stat Membru
|
35 915 569
|
528 021 069
|
563 936 638
|
|
4 2 4
|
L-imgħax marbut mal-multi u mal-pagamenti ta’ penali
|
p.m.
|
2 764 975
|
2 764 975
|
|
4 2 5
|
Imgħax, imposti oħra dovuti u redditi negattivi dwar multi kkanċellati jew imnaqqsa
|
-53 553 502
|
—
|
-53 553 502
|
|
4 2 9
|
Pagamenti ta’ multi u penali oħrajn mhux assenjati
|
p.m.
|
—
|
p.m.
|
|
Total
|
391 575 368
|
1 185 120 044
|
1 576 695 412
|
3.2Riżorsi Proprji Tradizzjonali — Surplus
L-ABE 2/2025 inkluda l-previżjonijiet riveduti għall-2025 għan-naħa tad-dħul tal-baġit, kif miftiehem fil-194 laqgħa tal-KKRP fis-26 ta’ Mejju 2025. Madankollu, abbażi ta’ ammont ogħla ta’ dazji doganali li saru disponibbli milli previst matul il-perjodu Jannar-Awwissu huwa xieraq li jiżdiedu l-istimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) għal ammont totali ta’ EUR 1 300 miljun.
3.3Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2025
Il-kontribuzzjonijiet riveduti tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING meta mqabbla mal-ABE 2/2025 huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:
|
Stat Membru
|
ABE 2/2025
|
ABE 3/2025
|
Ammont ġdid
|
|
|
(1)
|
(2)
|
(3) = (1) +(2)
|
|
|
|
|
|
|
Il-Belġju
|
3 525 708 596
|
1 106 566
|
3 526 815 162
|
|
Il-Bulgarija
|
582 591 160
|
182 850
|
582 774 010
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
1 746 074 657
|
548 017
|
1 746 622 674
|
|
Id-Danimarka
|
2 358 418 487
|
740 205
|
2 359 158 692
|
|
Il-Ġermanja
|
24 988 593 541
|
7 842 837
|
24 996 436 378
|
|
L-Estonja
|
222 970 651
|
69 980
|
223 040 631
|
|
L-Irlanda
|
2 186 539 540
|
686 260
|
2 187 225 800
|
|
Il-Greċja
|
1 332 104 952
|
418 090
|
1 332 523 042
|
|
Spanja
|
9 103 233 993
|
2 857 110
|
9 106 091 103
|
|
Franza
|
16 642 263 742
|
5 223 284
|
16 647 487 026
|
|
Il-Kroazja
|
500 673 183
|
157 140
|
500 830 323
|
|
L-Italja
|
12 274 837 916
|
3 852 538
|
12 278 690 454
|
|
Ċipru
|
174 671 083
|
54 821
|
174 725 904
|
|
Il-Latvja
|
225 258 559
|
70 699
|
225 329 258
|
|
Il-Litwanja
|
443 710 330
|
139 261
|
443 849 591
|
|
Il-Lussemburgu
|
318 627 577
|
100 004
|
318 727 581
|
|
L-Ungerija
|
1 127 226 794
|
353 787
|
1 127 580 581
|
|
Malta
|
113 664 560
|
35 674
|
113 700 234
|
|
In-Netherlands
|
6 466 765 873
|
2 029 637
|
6 468 795 510
|
|
L-Awstrija
|
2 701 839 134
|
847 990
|
2 702 687 124
|
|
Il-Polonja
|
4 853 620 964
|
1 523 341
|
4 855 144 305
|
|
Il-Portugall
|
1 610 427 230
|
505 443
|
1 610 932 673
|
|
Ir-Rumanija
|
2 044 376 034
|
641 641
|
2 045 017 675
|
|
Is-Slovenja
|
380 591 091
|
119 451
|
380 710 542
|
|
Ir-Repubblika Slovakka
|
731 538 461
|
229 598
|
731 768 059
|
|
Il-Finlandja
|
1 569 141 397
|
492 485
|
1 569 633 882
|
|
L-Iżvezja
|
3 301 696 643
|
1 036 259
|
3 302 732 902
|
|
|
|
|
|
|
Total
|
101 527 166 148
|
31 864 968
|
101 559 031 116
|
4.Finanzjament
B’mod ġenerali, l-impatt nett ta’ dan l-ABE 3/2025 huwa tnaqqis ta’ EUR 123.7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u żieda ta’ EUR 2 517.0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament taħt il-baġit tal-2025. Iż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament hija kważi kompletament ikkumpensata minn dħul addizzjonali b’valur ta’ EUR 2 485.1 miljun. Dan iħalli EUR 31.9 miljun biex jiġu koperti permezz ta’ żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-ING.
Bħala riżultat ta’ bidliet speċifiċi fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-Intestatura 2b, huwa propost li titnaqqas il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà b’EUR 4.7 miljun f’din l-intestatura, bi tnaqqis korrispondenti fil-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
L-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2025 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin 2022 sal-2025 huma stmati għal EUR 1 395,1 miljun, fi prezzijiet kurrenti. L-iskeda ta’ pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
|
Strumenti ta’ Flessibbiltà - profil ta’ pagament (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
Sena ta’ mobilizzazzjoni
|
2025
|
2026
|
2027
|
Lil hinn mill-QFP
|
Total
|
|
2022
|
36,7
|
|
|
|
36,7
|
|
2023
|
120,6
|
83,2
|
|
|
203,8
|
|
2024
|
107,6
|
83,7
|
46,3
|
|
237,5
|
|
2025
|
1 130,1
|
15,8
|
9,4
|
5,7
|
1 161,1
|
|
Total
|
1 395,1
|
182,7
|
55,7
|
5,7
|
1 639,1
|
Iċ-ċifri jistgħu ma jaqblux eżattament minħabba l-arrotondament
5.Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
|
|
Baġit 2025 (inkl. ABE 1-2/2025)
|
Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 3/2025
|
Baġit 2025 (inkl. ABE 1-3/2025)
|
|
|
|
|
|
|
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
|
1
|
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
|
21 540 062 907
|
20 460 646 037
|
-1 058 000
|
-1 382 000
|
21 539 004 907
|
20 459 264 037
|
|
|
Limitu Massimu
|
21 596 000 000
|
|
|
|
21 596 000 000
|
|
|
|
Marġini
|
55 937 093
|
|
1 058 000
|
|
56 995 093
|
|
|
2
|
Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri#
|
77 983 510 680
|
44 446 179 437
|
-4 705 000
|
2 700 619 000
|
77 978 805 680
|
47 146 798 437
|
|
|
Limitu Massimu
|
75 697 000 000
|
|
|
|
75 697 000 000
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
1 144 928 584
|
|
-4 705 000
|
-4 705 000
|
1 140 223 584
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-EURI
|
1 141 582 096
|
|
|
|
1 141 582 096
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
2a.
|
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
|
66 365 744 035
|
33 260 377 346
|
|
2 700 000 000
|
66 365 744 035
|
35 960 377 346
|
|
|
Limitu Massimu
|
66 361 000 000
|
|
|
|
66 361 000 000
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
4 744 035
|
|
|
|
4 744 035
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
2b.
|
Reżiljenza u valuri
|
11 617 766 645
|
11 185 802 091
|
-4 705 000
|
619 000
|
11 613 061 645
|
11 186 421 091
|
|
|
Limitu Massimu
|
9 336 000 000
|
|
|
|
9 336 000 000
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
1 140 184 549
|
|
-4 705 000
|
-4 705 000
|
1 135 479 549
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-EURI
|
1 141 582 096
|
|
|
|
1 141 582 096
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
3
|
Riżorsi Naturali u Ambjent
|
56 739 667 594
|
55 605 510 102
|
-39 947 143
|
-22 392 143
|
56 699 720 451
|
55 583 117 959
|
|
|
Limitu Massimu
|
57 336 000 000
|
|
|
|
57 336 000 000
|
|
|
|
Marġini
|
596 332 406
|
|
39 947 143
|
|
636 279 549
|
|
|
|
li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti
|
39 975 892 542
|
40 030 717 961
|
|
|
39 975 892 542
|
40 030 717 961
|
|
|
Sublimitu tal-FAEG
|
41 646 000 000
|
|
|
|
41 646 000 000
|
|
|
|
Ittondjar tad-differenza eskluża għall-kalkolu tas-sottomarġni
|
72 000
|
|
|
|
72 000
|
|
|
|
Trasferimenti netti bejn l-FAEG u l-FAEŻR
|
-1 117 072 000
|
|
|
|
-1 117 072 000
|
|
|
|
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (is-sottolimitu korrett bit-trasferimenti bejn il-FAEG u l-FAEŻR)
|
40 529 000 000
|
|
|
|
40 529 000 000
|
|
|
|
Submarġni tal-FAEG
|
553 107 458
|
|
|
|
553 107 458
|
|
|
4
|
Migrazzjoni u l-Ġestjoni tal-Fruntieri
|
4 722 798 024
|
3 203 947 754
|
-78 032 393
|
309 140 155
|
4 644 765 631
|
3 513 087 909
|
|
|
Limitu Massimu
|
4 871 000 000
|
|
|
|
4 871 000 000
|
|
|
|
Marġini
|
148 201 976
|
|
78 032 393
|
|
226 234 369
|
|
|
5
|
Sigurtà u Difiża
|
2 632 589 260
|
2 143 154 694
|
|
|
2 632 589 260
|
2 143 154 694
|
|
|
Limitu Massimu
|
2 617 000 000
|
|
|
|
2 617 000 000
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
15 589 260
|
|
|
|
15 589 260
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
6
|
Il-Viċinat u d-Dinja
|
16 308 245 797
|
14 426 257 975
|
|
|
16 308 245 797
|
14 426 257 975
|
|
|
Limitu Massimu
|
16 303 000 000
|
|
|
|
16 303 000 000
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
5 245 797
|
|
|
|
5 245 797
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
7
|
Amministrazzjoni pubblika Ewropea
|
12 845 030 641
|
12 845 030 641
|
|
|
12 845 030 641
|
12 845 030 641
|
|
|
Limitu Massimu
|
12 124 000 000
|
|
|
|
12 124 000 000
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)
|
721 030 641
|
|
|
|
721 030 641
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
9 720 485 985
|
9 720 485 985
|
|
|
9 720 485 985
|
9 720 485 985
|
|
|
Sottolimitu
|
9 219 000 000
|
|
|
|
9 219 000 000
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)
|
501 485 985
|
|
|
|
501 485 985
|
|
|
|
Sottomarġini
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet għal intestaturi
|
192 771 904 903
|
153 130 726 640
|
-123 742 536
|
2 985 985 012
|
192 648 162 367
|
156 116 711 652
|
|
|
Limitu Massimu
|
190 544 000 000
|
175 378 000 000
|
|
|
190 544 000 000
|
175 378 000 000
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà
|
1 165 763 641
|
1 399 812 457
|
-4 705 000
|
-4 705 000
|
1 161 058 641
|
1 395 107 457
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)
|
721 030 641
|
|
|
|
721 030 641
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-EURI
|
1 141 582 096
|
1 141 582 096
|
|
|
1 141 582 096
|
1 141 582 096
|
|
|
Marġini
|
800 471 475
|
24 788 667 913
|
119 037 536
|
-2 990 690 012
|
919 509 011
|
21 797 977 901
|
|
|
Strumenti speċjali tematiċi
|
6 669 866 079
|
5 593 595 842
|
|
-469 000 000
|
6 669 866 079
|
5 124 595 842
|
|
Total tal-approprjazzjonijiet
|
199 441 770 982
|
158 724 322 482
|
-123 742 536
|
2 516 985 012
|
199 318 028 446
|
161 241 307 494
|