Brussell, 9.4.2025

COM(2025) 350 final

2025/0091(BUD)

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 1
TAL-BAĠIT ĠENERALI 2025

ID-DĦUL TAS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2024


Wara li kkunsidrat:

it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025, kif adottat fis-27 ta’ Novembru 2024 3 ,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-baġit tal-2025.

BIDLIET GĦAD-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

TIl-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u tan-nefqa u għat-taqsima individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 1/2025 huwa maħsub biex idaħħal fil-baġit 2025 is-surplus li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2024. Kif previst fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarja applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 4 (“Regolament Finanzjarju”), il-bilanċ mill-2024 huwa l-uniku suġġett ta’ dan l-ABE u għandu jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji fl-aħħar ta’ Marzu 2025.

1.L-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2024 turi surplus ta’ EUR 1.3 biljun, li għalhekk jiddaħħal bħala dħul fil-baġit 2025.

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2024

Surplus tad-Dħul

1 071 992 058

Surplus tan-Nefqa

272 541 081

Surplus totali

1 344 533 139

2.L-ibbaġitjar tas-surplus se jnaqqas il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-baġit tal-2025 kif dovut. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri se jkunu influwenzati wkoll mit-tbassir rivedut tar-riżorsi proprji li se jkun disponibbli wara l-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji aktar tard fl-2025 u se jiġu inklużi f’Abbozz ta’ Baġit Emendatorju sussegwenti skont l-Artikolu 44(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju.

3.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim tal-eżitu tal-2024 f’termini tal-implimentazzjoni tad-dħul:

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2024

Baġit
(inkl. AB1-5)

Eżitu

Varjazzjoni

Subtotal tad-Dħul

149 744 313 559

150 816 305 617

1 071 992 058

Titolu 1 - Riżorsi proprji

141 170 058 938

141 046 924 153

-123 134 785

 

Imposti u dazji oħra fis-settur taz-zokkor

0

0

0

 

Dazji doganali

20 119 010 896

20 066 448 320

-52 562 576

 

Riżorsi proprji provenjenti mill-VAT

23 462 700 300

23 438 378 443

-24 321 857

 

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

90 448 647 342

90 333 902 377

-114 744 965

 

Korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit mogħtija lir-Renju Unit

0

0

 

Tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali bbażata fuq l-ING konċess lil xi SM

0

22 974 957

22 974 957

 

Riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat

7 139 700 400

7 185 220 055

45 519 655

Titolu 2 - Surpluses, bilanċi u aġġustamenti

632 625 574

668 812 073

36 186 499

Titolu 3 - Dħul amministrattiv

2 124 029 799

2 207 810 074

83 780 275

Titolu 4 - Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza, u multi

3 477 560 897

4 688 270 282

1 210 709 385

Titolu 5 - Garanziji baġitarji, operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self

0

0

0

Titolu 6 - Dħul, kontribuzzjonijiet u ribassi relatati ma’ politiki tal-Unjoni

2 340 038 351

2 204 489 035

-135 549 316

4.Il-varjazzjonijiet netti kkombinati fit-Titolu 1 (Riżorsi Proprji) u fit-Titolu 2 (Surpluses, bilanċi u aġġustamenti) totali minus EUR 86.9 miljun. Din id-differenza negattiva żgħira hija xprunata b’mod predominanti minn differenzi fir-rati tal-kambju meta jiġu msarrfa r-riżorsi proprji. L-eżitu tad-dazji doganali kien qrib ħafna (99.7 %) tal-previżjoni aġġornata inkluża fil-baġit emendatorju 4/2024 5 .

5.Il-varjazzjonijiet fit-Titolu 4 (Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza, u multi) jammontaw għal EUR 1 210.7 miljun, li jinkludi dħul mill-multi tal-kompetizzjoni u mgħax ta’ inadempjenza, pagamenti ta’ penali oħra u mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim skont il-kapitolu/artikolu rilevanti:

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2024

Baġit

(inkl. AB1-5)

Eżitu

Varjazzjoni

4 0

Dħul minn investimenti u kontabilità

43 343 107

219 127 182

175 784 075

4 1

Imgħax tal-inadempjenza

5 000 000

414 070 684

409 070 684

4 2

Multi u penali

3 429 217 790

4 055 072 417

625 854 627

4 2 0

Multi b’rabta mal-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni

2 759 966 510

3 876 925 186

1 116 958 676

4 2 1

Pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stat Membru

392 582 618

425 027 787

32 445 169

4 2 4

L-imgħax marbut mal-multi u mal-pagamenti ta’ penali

266 392 350

277 051 137

10 658 787

4 2 5

Imgħax, imposti oħra dovuti u redditi negattivi dwar multi kkanċellati jew imnaqqsa

-534 433 777

-534 433 777

4 2 9

Pagamenti ta’ multi u penali oħrajn mhux assenjati

10 276 312

10 502 084

225 772

Titolu Totali 4 - Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza, u multi

3 477 560 897

4 688 270 282

1 210 709 385

L-ammont globali għat-Titolu 4 jinkludi ammonti li ddaħħlu bħala dħul negattiv fil-baġit tal-2024 f’konformità mal-Artikolu 48(2), il-punt (b) tar-Regolament Finanzjarju, għal total ta’ EUR 534.4 miljun. Dan ikopri l-pagamenti magħmula skont ftehimiet bonarji konklużi u mħallsa fl-2024, bħala imgħax kumpensatorju b’rata standard u kumpensi tal-imgħax ta’ inadempjenza dovuti lil seba’ impriżi, f’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-11 ta’ Ġunju 2024 fil-Kawża C-221/22 P Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni, fir-rigward tal-ħlas lura tal-multi tal-kompetizzjoni annullati jew imnaqqsa mill-Qrati tal-Unjoni, kif stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt:

Każ tal-multa – isem il-kumpanija

Sentenza/ Każ/ Referenza ta’ soluzzjoni

Ammont imħallas fl-2024

Intel Corporation

C(2024) 7789 - saldu

515 547 908,15

HSBC Continental Europe

C (2024) 8168- saldu

3 470 878,20

Cargolux Airlines

C (2024) 8961- saldu

9 167 720,98

Alfa Acciai Spa

C (2024) 8935- saldu

2 177 207,60

Ferriera Valsabbia S.p.A. u Valsabbia Investimenti S.p.A

C(2024) 8935 - saldu

3 110 295,82

AB LIETUVOS GELEZINKELIAI

C(2024) 9249 - saldu

954 307,25

Ferriere Nord

C-31/23 P – dispożizzjonijiet FR 2024

5 459,18

Total

534 433 777,17

6.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim tal-eżitu għall-2024 f’termini ta’ implimentazzjoni tal-baġit tan-nefqa għall-istituzzjonijiet kollha:

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2024

Baġit
(inkl. AB1-5)

Eżitu

Varjazzjoni

Subtotal tan-Nefqa

149 744 313 559

149 471 772 478

-272 541 081

Approprjazzjonijiet tal-eżitu awtorizzati fil-baġit

149 744 313 559

149 666 470 351

-77 843 208

Il-Kummissjoni Ewropea

144 789 478 943

144 755 050 234

-34 428 709

 

Intestatura 1 - Suq Uniku, Innovazzjoni u Aġenda Diġitali

20 900 214 848

20 891 008 487

-9 206 361

 

Intestatura 2a - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

26 492 680 940

26 492 552 689

-128 250

 

Intestatura 2b - Reżiljenza u Valuri

9 487 240 081

9 486 872 539

-367 542

 

Intestatura 3 - Riżorsi Naturali u Ambjent

56 109 912 207

56 102 662 897

-7 249 310

 

Intestatura 4 - Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

3 261 454 374

3 259 659 164

-1 795 210

 

Intestatura 5 - Sigurtà u Difiża

2 083 506 364

2 078 863 226

-4 643 138

 

Intestatura 6 - Il-Viċinat u d-Dinja

14 453 653 092

14 452 755 403

-897 689

 

Intestatura 7 - Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

7 101 665 987

7 091 530 325

-10 135 662

 

Strumenti speċjali tematiċi

4 899 151 050

4 899 145 503

-5 547

Istituzzjonijiet Oħra

4 954 834 616

4 911 420 117

-43 414 499

 

Il-Parlament Ewropew

2 382 263 574

2 375 167 078

-7 096 496

 

Kunsill u Kunsill Ewropew

676 881 123

652 535 893

-24 345 230

 

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

503 782 531

498 590 992

-5 191 539

 

il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

185 655 890

181 501 318

-4 154 572

 

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

164 945 524

163 650 457

-1 295 067

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

123 178 345

123 021 166

-157 179

 

Ombudsman Ewropew

13 667 466

13 504 003

-163 463

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

24 329 460

23 361 542

-967 918

 

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

880 130 703

880 087 667

-43 036

Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet ittrasferiti ’l quddiem mis-snin preċedenti

0

-151 063 465

-151 063 465

Il-Kummissjoni Ewropea

0

-96 231 813

-96 231 813

 

Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet mhux użati ittrasferiti ’l quddiem mis-snin preċedenti (skont l-Art. 12(7) tar-Regolament Finanzjarju)

0

-41 545 794

-41 545 794

 

Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet mhux użati ittrasferiti ’l quddiem mis-snin preċedenti (b’mod awtomatiku u permezz ta’ deċiżjoni)

0

-54 686 019

-54 686 019

Istituzzjonijiet Oħra

0

-54 831 651

-54 831 651

 

Il-Parlament Ewropew

0

-25 848 495

-25 848 495

 

Kunsill u Kunsill Ewropew

0

-7 732 840

-7 732 840

 

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

0

-3 883 888

-3 883 888

 

il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

0

-432 050

-432 050

 

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

0

-2 110 497

-2 110 497

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

0

-823 819

-823 819

 

Ombudsman Ewropew

0

-71 295

-71 295

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

0

-569 588

-569 588

 

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

0

-13 359 180

-13 359 180

Varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju fuq in-nefqa

0

-43 634 408

-43 634 408

7.L-ammont ta’ approprjazzjonijiet tal-baġit ivvutat mhux implimentat mill-istituzzjonijiet kollha kkombinati kien EUR 272.5 miljun. Il-Kummissjoni implimentat 99.98 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati (inklużi r-riporti għall-2025). Is-sottoimplimentazzjoni tal-Kummissjoni kkonċerna ammont ta’ EUR 34.4 miljun ta’ approprjazzjonijiet ivvotati, kif ukoll EUR 96.2 miljun ta’ approprjazzjonijiet riportati mis-snin preċedenti.

8.Bl-istess mod, is-sottoimplimentazzjoni u l-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-istituzzjonijiet l-oħra baqgħu baxxi fl-2024.

(1)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, ĠU L 424, 15.12.2020.
(2)      ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
(3)      ĠU L, 2025/31, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2025/31/oj.
(4)    ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
(5)      ĠU L, 2024/2908, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget_suppl_amend/2024/2908/oj.