IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.2.2025
COM(2025) 79 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Pjan ta' Azzjoni għal Enerġija Affordabbli
Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall Ewropej kollha
Is-suq tal-enerġija tagħna jsostni lill-ekonomija tagħna, jappoġġa s-soċjetà tagħna u jgħaqqad il-komunitajiet tagħna. Flimkien, bnejna grilji reżiljenti, iddiżakkoppjajna t-tkabbir ekonomiku tagħna mill-emissjonijiet tagħna ta’ gassijiet serra, naqqasna d-dipendenzi tagħna u urejna tmexxija fit-tranżizzjoni globali tal-enerġija. L-UE mmaniġġjat il-kriżi enerġetika reċenti bis-saħħa tal-varar rapidu tal-enerġija nadifa, id-diversifikazzjoni tal-provvista, id-disponibbiltà ta’ interkonnessjonijiet tal-enerġija kritiċi għas-sigurtà tagħha u s-solidarjetà murija madwar l-Istati Membri.
Madankollu, hemm ħtieġa ċara u urġenti li nsaħħu l-Unjoni tal-Enerġija tagħna. Il-kostijiet għoljin tal-enerġija qed jagħmlu ħsara liċ-ċittadini tagħna: il-faqar enerġetiku jaffettwa aktar minn 46 miljun Ewropej, b’impatt sproporzjonat fuq il-gruppi vulnerabbli.
Għall-industriji, il-prezzijiet tal-elettriku bl-imnut kważi rduppjaw: għal konsumatur industrijali ta’ daqs medju, il-prezzijiet fl-2023 baqgħu 97 % ogħla mill-medja tagħhom tal-2014-2020.
Id-distakk fil-prezzijiet tal-enerġija bejn l-UE u l-kompetituri ewlenin tagħna qed jikber,
bir-riskju li investimenti ġodda jiffavorixxu pajjiżi barra mill-Ewropa u li l-industriji eżistenti jirrilokaw, u dan iwassal għal telf potenzjali ta’ industriji kritiċi li jixprunaw l-ekonomija u r-reżiljenza tal-UE u joħolqu impjiegi ta’ kwalità.
Is-sitwazzjoni attwali ddgħajjef il-pożizzjoni globali u l-kompetittività internazzjonali tal-UE.
Illustrazzjoni 1. Proporzjonijiet tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali bl-imnut fis-swieq globali (Stimi tal-Kummissjoni Ewropea)
(Proporzjon ta’ aktar minn 1 ifisser li l-prezzijiet tal-UE huma ogħla minn dawk tal-pajjiż korrispondenti mhux tal-UE)
Għalhekk, il-Kummissjoni qed tniedi programm ambizzjuż biex tappoġġa liċ-ċittadini, lin-negozji u lill-industrija tagħna billi tixpruna t-tkabbir u l-investiment u tippromwovi l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni.
Il-Boxxla għall-Kompetittività tal-UE
se tiggwida l-ħidma fil-5 snin li ġejjin biex id-dinamiżmu ekonomiku jerġa’ jingħata ħajja fl-Ewropa. Il-Patt għal Industrija Nadifa, l-istrateġija tagħna għat-tkabbir u l-prosperità li tlaqqa’ flimkien il-klima u l-kompetittività, hija komponent ċentrali ta’ din il-ħidma. B’appoġġ għall-Patt għal Industrija Nadifa, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli se jiffoka fuq it-tnaqqis tal-kostijiet tal-enerġija għaċ-ċittadini, għan-negozji, għall-industrija u għall-komunitajiet madwar l-UE, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tan-nies kollha, inklużi l-gruppi vulnerabbli.
Dan il-pjan ta’ azzjoni jippreżenta miżuri biex jitnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija fuq terminu qasir, filwaqt li titħaffef l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali tant meħtieġa għall-iffrankar tal-kostijiet u jissaħħu s-sistemi tal-enerġija tagħna biex jittaffew ix-xokkijiet futuri fil-prezzijiet. Bl-involviment sħiħ tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, dawn it-tmien azzjonijiet għal enerġija affordabbli se jnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija u jgħinu biex tinbena Unjoni tal-Enerġija ġenwina li twassal għall-kompetittività, is-sigurtà, id-dekarbonizzazzjoni u tranżizzjoni ġusta, filwaqt li tgħaddi l-benefiċċji ta’ enerġija orħos lill-utenti finali.
2.X’qed jgħolli l-kostijiet tal-enerġija fl-UE
Il-kontijiet tal-enerġija huma ddeterminati minn taħlita ta’ fatturi: il-kostijiet tal-provvista tal-enerġija marbuta mal-livell ġenerali tal-konsum, il-kostijiet tan-network, u l-imposti tas-sisa u t-tassazzjoni. Min-naħa tagħhom, il-kostijiet tal-provvista tal-enerġija jiddependu fuq il-prezzijiet bl-ingrossa, xprunati minn diversi fatturi bħall-kundizzjonijiet tal-provvista u tad-domanda, it-taħlita tal-enerġija, l-interkonnessjonijiet, il-kompetizzjoni, ir-realtajiet tat-temp u ġeopolitiċi kif ukoll il-kompetizzjoni bl-imnut fost il-fornituri. Dawn il-fatturi jispjegaw l-isfidi strutturali tas-sistema tal-enerġija tal-UE.
L-ewwel nett, id-dipendenza tal-Ewropa fuq il-fjuwils fossili importati tikkawża volatilità fil-prezzijiet tal-enerġija u kostijiet ogħla tal-provvista, filwaqt li tagħmel lill-UE aktar vulnerabbli għall-pressjoni esterna u l-inċertezza tas-suq globali. Filwaqt li d-domanda għall-gass naturali naqset b’18 % bejn Awwissu 2022 u Mejju 2024,
l-UE għadha esposta għal fluttwazzjonijiet globali fil-prezzijiet tal-fjuwils fossili, b’90 % tad-domanda tagħha għall-gass naturali koperta mill-importazzjonijiet.
Il-konsegwenzi ta’ dipendenza eċċessiva fuq il-provvista kienu evidenti matul il-kriżi enerġetika reċenti. L-użu fil-gwerra tar-Russja tal-esportazzjonijiet tal-gass tagħha wassal għal inċertezzi fil-provvista u żidiet qawwija fil-prezzijiet. Fl-2022, il-kont tal-importazzjonijiet tal-enerġija mill-fjuwils fossili tal-UE laħaq is-EUR 604 biljun, wara livell baxx storiku ta’ EUR 163 biljun fl-2020.
B’sehem sostanzjali (28,9 %) tat-taħlita medja tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-UE li għadha bbażata fuq il-fjuwils fossili,
u t-trasport li fil-biċċa l-kbira jaħdem bi prodotti taż-żejt, il-kostijiet tal-importazzjoni tal-fjuwils fossili għandhom impatt sinifikanti fuq il-kontijiet tal-enerġija tal-konsumaturi (ara l-Illustrazzjoni 2).
Illustrazzjoni 2. Il-kontijiet tal-elettriku tal-UE għall-unitajiet domestiċi (il-faxxa DD, xellug) u l-industrija (il-faxxa ID, lemin) fi prezzijiet reali tal-2023
It-tieni, l-ineffiċjenzi u n-nuqqas ta’ integrazzjoni sħiħa fis-sistema tal-elettriku għandhom impatt ukoll fuq il-kontijiet tal-enerġija. L-Ewropa għandha l-aktar grilja integrata globalment, iżda jeħtieġ li jinkiseb aktar fir-rigward tal-interkonnessjonijiet, l-infrastruttura tal-grilja, l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-flessibbiltà tas-sistema biex tingħata spinta lill-integrazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija orħos u aktar nodfa. Proċeduri twal għall-ħruġ ta’ permessi għal proġetti tal-enerġija nadifa u tal-grilja jkomplu jfixklu l-progress. L-istimi attwali huma li sal-2030, madwar nofs il-ħtiġijiet ta’ kapaċità ġdida tal-elettriku transfruntiera tal-UE mhux se jiġu indirizzati,
u dan iżomm lura l-integrazzjoni sħiħa tas-suq tal-enerġija tagħna.
Fl-aħħar nett, iż-żieda fil-kostijiet tas-sistema koperti mit-tariffi tan-network u t-taxxi u l-imposti tkompli żżid il-prezzijiet tal-elettriku u tikkostitwixxi parti sostanzjali tal-kont, li jista’ jkompli jiżdied peress li n-networks tagħna se jeħtieġu investimenti konsiderevoli fis-snin li ġejjin.
3.Il-bini ta’ Unjoni tal-Enerġija ġenwina biex twassal enerġija aktar affordabbli
Il-politika tal-enerġija tal-UE f’salib it-toroq
L-enerġija hija element kostitwenti u forza mexxejja tal-Unjoni tagħna. Madankollu, għalkemm bnejna suq tal-enerġija interkonness ħafna, għad ma għandniex Unjoni tal-Enerġija ġenwina. Ninsabu f’mument kritiku għall-Unjoni Ewropea. L-isfidi li għandna quddiemna huma ċari u urġenti. Il-kostijiet tal-enerġija tagħna għadhom komparattivament għoljin, u dan ipoġġi lill-Ewropa f’riskju reali ta’ deindustrijalizzazzjoni u ta’ theddida kritika għall-ekonomija tagħna.
Il-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni huwa ogħla mill-kost tal-azzjoni. Il-waqfien f’nofs triq lejn id-dekarbonizzazzjoni jpoġġi piż fuq l-ekonomiji tagħna u fuq il-kapaċità industrijali tagħna. Pereżempju, fl-2023, it-tnaqqis tal-enerġija rinnovabbli fil-Ġermanja biss sewa aktar minn EUR 3 biljun, bil-benefiċċji tal-produzzjoni ta’ din l-enerġija rħisa jintilfu għall-konsumaturi u n-negozji. Barra minn hekk, waqt li s-sistema tal-elettriku qed tikber fil-kumplessità, qed jikbru wkoll il-kostijiet: il-kostijiet għall-ġestjoni tal-konġestjoni tal-grilja, prinċipalment mid-dispaċċ mill-ġdid, laħqu l-ogħla livell ta’ EUR 5,2 biljun fl-2022
u jistgħu jiżdiedu għal EUR 26 biljun sal-2030.
L-aktar mod effettiv biex jiġu ġestiti dawn il-kostijiet huwa permezz ta’ investiment Ewropew kondiviż u strateġiku filwaqt li tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika.
Il-kost tan-nuqqas ta’ tlestija tat-tranżizzjoni huwa aggravat mill-kost li ma jittiħdux vantaġġ sħiħ mis-suq uniku tagħna u l-potenzjal tiegħu li jnaqqas il-prezzijiet. Pereżempju, ix-Xlokk tal-Ewropa esperjenza żidiet qawwija fil-prezzijiet matul is-sigħat ta’ filgħaxija fis-sajf li għadda b’medja ta’ aktar minn EUR 250/MWh, fost l-oħrajn xprunata minn nuqqas ta’ kapaċità transfruntiera u flessibbiltà insuffiċjenti li setgħet ttaffiet minn sistema tal-enerġija aktar interkonnessa.
It-tisħiħ tal-Patt għal Industrija Nadifa permezz ta’ Unjoni tal-Enerġija robusta
Jekk l-isfidi jkunu ċari, l-istess ikun ir-rwol tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex tindirizzahom. Il-kriżi enerġetika żvelat fejn jeħtieġ li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tagħna u napprofondixxu l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija tal-UE.
Diġà għamilna passi kbar. Bil-Pjan REPowerEU, għamilna s-sistema tal-enerġija tagħna aktar reżiljenti billi tajna spinta lill-effiċjenza enerġetika, introduċejna ġenerazzjoni nadifa u ddiversifikajna l-provvisti tagħna. Il-progress kien evidenti. Il-kapaċitajiet eoliċi u solari li għadhom kif ġew installati laħqu livelli rekord ta’ 78 GW fl-2024 u l-bejgħ tal-pompi tas-sħana laħaq 3 miljun unità kemm fl-2022 kif ukoll fl-2023. Fl-2024, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ġġeneraw livell rekord ġdid ta’ 48 % tal-elettriku fl-UE, li żdied minn 45 % fl-2023 u 41 % fl-2022. L-isforzi tagħna taw il-frott: mir-rebbiegħa tal-2023, il-prezzijiet tal-gass naqsu b’mod konsiderevoli. Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Kummissjoni se tagħti wkoll spinta addizzjonali lejn l-implimentazzjoni sħiħa tar-REPowerEU biex jintemmu kompletament l-importazzjonijiet tal-enerġija Russi. Madankollu, biex nipprovdu soluzzjonijiet dejjiema fit-tul, ma jridux imorru lura iżda nkomplu nimxu ’l quddiem. Jeħtieġ li fl-aħħar niksbu Unjoni tal-Enerġija ġenwina permezz ta’ tliet faċilitaturi ewlenin.
L-ewwel nett, neħtieġu suq tal-enerġija integrat bis-sħiħ, appoġġat minn network interkonness u diġitalizzat u reġim regolatorju u ta’ governanza koeżiv. Is-Suq Intern tal-Enerġija u l-integrazzjoni tas-swieq Ewropej tal-elettriku diġà huma ta’ benefiċċju għall-konsumaturi b’madwar EUR 34 biljun kull sena.
Integrazzjoni ulterjuri tista’ żżid dawn il-benefiċċji sa EUR 40-43 biljun fis-sena sal-2030.
Se jkollna bżonn aġġornamenti massivi tal-grilja, u dan għandu jsir bl-aktar mod kosteffiċjenti: l-użu usa’ ta’ teknoloġiji li jtejbu l-grilja, u l-użu flessibbli tas-sistema jistgħu jiffrankaw sa 35 % fil-kostijiet tal-espansjoni tal-grilja konvenzjonali. Il-kooperazzjoni reġjonali madwar l-Ewropa, sostnuta minn interkonnettività aħjar u koordinazzjoni aktar mill-qrib,
tista’ tnaqqas il-ħtieġa għal investimenti ta’ flessibbiltà sa 20 %.
It-tieni, neħtieġu sistema tal-enerġija dekarbonizzata, xprunata minn espansjoni sostanzjali ta’ enerġija nadifa u elettrifikazzjoni, bl-effiċjenza enerġetika fiċ-ċentru tagħha. Id-dinja miexja b’rata aktar mgħaġġla minn qatt qabel lejn enerġija nadifa. Is-sena l-oħra l-infiq globali fuq l-enerġija nadifa laħaq rekord ta’ EUR 1,9 triljun. Għal kull euro investit fil-fjuwils fossili, jiġu investiti żewġ euros fl-enerġija rinnovabbli. Se nwasslu d-dekarbonizzazzjoni, minħabba li d-dekarbonizzazzjoni tipprovdi mhux biss enerġija nadifa, iżda wkoll impjiegi ta’ kwalità, tkabbir u sigurtà tal-enerġija. Barra minn hekk, it-tnaqqis tas-sehem tal-fjuwils fossili fis-sistema tal-enerġija Ewropea jkompli jipproteġi lill-konsumaturi mill-volatilità tas-suq.
It-tielet, peress li l-gass naturali għadu parti mill-konsum tal-enerġija tal-Ewropa, neħtieġu suq tal-gass aktar trasparenti u kompetittiv li jiffunzjona tajjeb, filwaqt li nkomplu l-isforzi ta’ diversifikazzjoni u tnaqqis fid-domanda. L-UE tibqa’ esposta għal movimenti volatili tal-prezzijiet internazzjonali tal-gass. Jeħtieġ li niżguraw li l-gass jiġi nnegozjat b’termini ġusti, u jeħtieġ li nużaw is-saħħa kollettiva tagħna. Bħala eżempju, il-mekkaniżmu ta’ aggregazzjoni tad-domanda laħaq 42 biljun metru kubu mill-2023, li huwa 13 % tal-konsum tal-gass tal-UE matul dak il-perjodu.
Fil-qosor, huwa biss billi naċċelleraw l-investimenti fl-enerġija u fl-infrastruttura nodfa, niżguraw aċċellerazzjoni rapida tal-elettrifikazzjoni, inżidu l-effiċjenza enerġetika u nġibu t-trasparenza u l-ġustizzja fis-swieq tal-gass li nistgħu nagħmlu l-enerġija affordabbli. Huwa għalhekk li l-Ewropa teħtieġ dan il-Pjan ta’ Azzjoni: biex jingħata rispons rapidu u sod li jnaqqas il-kostijiet tal-enerġija fit-terminu immedjat, li s-sistema tal-enerġija tibqa’ valida fil-futur, biex jiġu attirati l-investimenti u sabiex jiġi żgurat it-twassil. F’dan ir-rigward, is-simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju tagħna u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jistgħu jgħinu lin-negozji billi jipprovdu viżibbiltà u sempliċità għall-użu ta’ teknoloġiji nodfa. L-azzjoni u l-involviment miftiehma tal-mexxejja Ewropej fl-ogħla livell politiku huma essenzjali biex jitwettaq dan il-Pjan ta’ Azzjoni trasformattiv.
Mingħajr it-tranżizzjoni tal-enerġija, il-kont tal-importazzjoni tal-fjuwils fossili tal-UE fl-2025 ikun ta’ EUR 45 biljun ogħla milli fl-2019, li jirrappreżenta madwar 0,25 % tal-PDG tal-UE.
L-implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni se tippermetti lill-UE tħaffef il-benefiċċji tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Dan se jissarraf fi tnaqqis fil-kont tal-importazzjoni tal-fjuwils fossili tal-UE sena wara sena għal iffrankar ta’ EUR 130 biljun fis-sena sal-2030, li jirrappreżenta madwar 0,65 % tal-PDG sal-2030.
Tali ffrankar mit-tnaqqis tal-użu tal-fjuwils fossili jista’ jinqasam bejn wieħed u ieħor fuq tliet linji: (i) iż-żieda fl-elettrifikazzjoni u l-effiċjenza enerġetika, li min-naħa tagħha tnaqqas id-domanda totali għall-fjuwils fossili (25 %), u (ii) is-sostituzzjoni tad-domanda persistenti għall-fjuwils fossili fil-ġenerazzjoni tal-elettriku b’enerġija nadifa (50 %), appoġġata minn (iii) kapaċità suffiċjenti tal-grilja, infrastruttura tal-grilja intelliġenti u flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija (25 %). L-iffrankar fil-kont tal-importazzjoni tal-fjuwils fossili tal-UE se jiżdied kull sena sa EUR 260 biljun sal-2040.
4.Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli għall-Ewropej kollha
Dan il-Pjan ta’ Azzjoni jissuġġerixxi azzjoni miftiehma immedjata mill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-industrija biex: (i) jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija għal kulħadd; (ii) titlesta l-Unjoni tal-Enerġija; (iii) jiġu attirati l-investimenti; u (iv) ikunu lesti għal kriżijiet enerġetiċi potenzjali. Il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet se jitwettqu matul l-2025, b’enfasi fuq l-azzjonijiet li jġibu solliev immedjat għall-konsumaturi tal-enerġija.
Illustrazzjoni 3. L-erba’ pilastri tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli
Pilastru I: Tnaqqis tal-kostijiet tal-enerġija
Biex jitnaqqas il-kont jeħtieġ li jiġu indirizzati t-tliet komponenti tal-kostijiet tiegħu: il-kostijiet tan-network u tas-sistema, it-tassazzjoni, u l-kostijiet tal-provvista. Barra minn hekk, peress li l-gass naturali huwa parti sinifikanti mit-taħlita tal-elettriku, l-iżgurar ta’ swieq tal-gass li jiffunzjonaw tajjeb li jwasslu prezzijiet ibbażati fuq is-suq se jgħin ukoll biex jitnaqqsu kemm il-kontijiet tal-gass kif ukoll tal-elettriku. Ulterjorment, l-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija se jnaqqsu l-ammont ta’ elettriku li l-konsumaturi jeħtieġu jixtru.
Azzjoni 1: Il-kontijiet tal-elettriku jsiru aktar affordabbli
L-Istati Membri diġà jistgħu jbaxxu l-kontijiet tal-elettriku mil-lum. Dan jeħtieġ azzjoni immedjata kif ukoll ambizzjoni akbar, b’mod partikolari fl-oqsma tat-tariffi tan-network u t-tassazzjoni.
a)Tariffi tan-network
It-tariffi tan-network jiffinanzjaw it-titjib fiżiku tal-grilji u t-tħaddim tas-sistema. Huwa meħtieġ kapital sinifikanti għal investimenti fl-immodernizzar u l-espansjoni tan-network tal-elettriku. Dan huwa essenzjali biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-elettrifikazzjoni u domanda industrijali u kummerċjali ġdida. Fl-istess ħin, il-kostijiet tat-tħaddim tas-sistema tal-enerġija qed jiżdiedu.
It-tariffi tan-network li jinċentivaw l-effiċjenzi tas-sistema u l-użu ta’ elettriku nadif b’kost aktar baxx jistgħu jnaqqsu malajr il-kostijiet tat-tħaddim tas-sistema ġenerali, pereżempju billi jnaqqsu l-ħtiġijiet u l-kostijiet tad-dispaċċ mill-ġdid, inaqqsu d-domanda massima u b’hekk il-ħtiġijiet ta’ investiment fil-grilja u, fl-aħħar mill-aħħar, inaqqsu l-komponent tat-tariffi tan-network tal-kont tal-enerġija meta mqabbla ma’ ebda azzjoni meħuda.
Barra minn hekk, minħabba l-kobor tal-investimenti meħtieġa, it-tixrid ta’ dawn l-investimenti maż-żmien jista’ jgħin biex jiġi żgurat li l-kostijiet jibqgħu limitati għall-konsumaturi. Dan huwa partikolarment rilevanti meta l-investimenti jantiċipaw tkabbir futur inċert fid-domanda għall-elettriku minħabba l-elettrifikazzjoni, fejn l-iċċarġjar ta’ dawn l-investimenti kollha fuq l-utenti attwali jista’ jkun ta’ piż inġust fuq l-adottanti prekoċi, u b’hekk inaqqas ir-ritmu tal-elettrifikazzjoni.
Xiex
|
Tariffi tan-network aktar effiċjenti biex jitnaqqsu l-kostijiet tas-sistema tal-enerġija
|
Kif
|
Il-Kummissjoni se:
-tressaq tfassil ta’ metodoloġiji tariffarji għat-tariffi tan-network biex jinċentivaw l-użu tal-flessibbiltà u l-investimenti fl-elettrifikazzjoni, filwaqt li jinżamm l-inċentiv li jsir investiment fil-grilja u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Dan se jippermetti lill-utenti tal-grilji jaġġustaw l-użu tal-enerġija tagħhom jew ipoġġuh fuq żminijiet u postijiet fejn huma disponibbli l-irħas sorsi tal-enerġija u meta dan ikun l-aktar kosteffiċjenti għas-sistema ġenerali;
-jekk ikun meħtieġ, tressaq proposta leġiżlattiva biex tagħmilha legalment vinkolanti;
-tressaq gwida biex tispjega kif, fejn rilevanti f’każijiet immirati, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-baġit pubbliku tagħhom biex inaqqsu t-tariffi tan-network sabiex ikopru l-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw minn miżuri biex jaċċelleraw id-dekarbonizzazzjoni u l-integrazzjoni tas-suq, b’mod partikolari bħall-interkonnetturi, it-titjib ewlieni tan-network jew l-infrastruttura tal-konnessjoni mal-grilja lil hinn mill-kosta, f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u d-dritt tal-kompetizzjoni. Pereżempju, il-baġit tal-Istat jista’ b’hekk jippermetti deprezzament aktar mgħaġġel għall-investituri tal-grilja filwaqt li jevita żidiet qawwija fil-prezzijiet għall-konsumaturi;
-tressaq gwida dwar investimenti antiċipatorji għall-grilji tal-elettriku filwaqt li tiżgura l-affordabbiltà għall-konsumaturi biex ikomplu jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema, lill-awtoritajiet regolatorji u lill-Istati Membri.
|
Meta
|
T2 2025
|
Impatt
|
Il-flessibbiltà se tnaqqas id-domanda massima u tnaqqas il-kostijiet tas-sistema tal-enerġija u l-ħtiġijiet ġodda totali ta’ investiment fil-grilja. Billi tiġi evitata żieda mhux ikkontrollata tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-grilja li altrimenti titla’ sa EUR 26 biljun sal-2030, se tnaqqas it-tariffi tan-network li l-konsumaturi se jħallsu bħala parti mill-kont tal-elettriku.
|
b)Taxxi u imposti
It-taxxi għoljin fuq l-elettriku jżidu l-kontijiet u l-istruttura attwali tat-tassazzjoni ma tiddiżinċentivax l-użu tal-fjuwils fossili fuq l-użu tal-elettriku, u b’hekk tnaqqas ir-ritmu tal-elettrifikazzjoni u d-domanda għall-elettriku domestiku rħis. Żewġ taxxi ewlenin huma imposti fuq l-elettriku: Il-VAT u t-tassazzjoni fuq l-enerġija – ikkomplementati minn taxxi nazzjonali oħra. Id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija
tipprevedi tassazzjoni minima (dazji tas-sisa) tal-elettriku u tippermetti lill-Istati Membri jnaqqsu r-rata tat-taxxa għal żero meta jkun legalment possibbli għall-industriji intensivi fl-enerġija u l-unitajiet domestiċi u għall-industriji kollha fil-każ tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli.
It-tnaqqis fit-tassazzjoni wera li huwa effettiv ħafna fit-trażżin tal-kontijiet tal-enerġija matul il-kriżi enerġetika, meta l-Istati Membri implimentaw tnaqqis fil-VAT u fit-taxxi fuq l-enerġija, u trasferimenti tal-introjtu lejn gruppi vulnerabbli.
Fi Franza, pereżempju, it-taxxa fuq il-konsum tal-elettriku tnaqqset minn EUR 22,5/MWh għal EUR 0,6/MWh.
Tali appoġġ għandu jkun immirat b’mod partikolari biex jintlaħaq l-objettiv b’mod effettiv filwaqt li jiġu minimizzati l-kostijiet fiskali.
Xiex
|
Tassazzjoni aktar baxxa fuq l-elettriku u t-tneħħija ta’ komponenti tal-kost mhux tal-enerġija mill-kontijiet
|
Kif
|
Il-Kunsill għandu jlesti r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija (“ETD”, Energy Taxation Directive), proposta fl-2021, li għandha l-għan li: (i) tallinja t-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija mal-politiki tal-UE dwar l-enerġija u l-klima; (ii) tippromwovi teknoloġiji nodfa; u (iii) tneħħi l-eżenzjonijiet skaduti u r-rati mnaqqsa li bħalissa jinkoraġġixxu l-użu tal-fjuwils fossili. Il-Kummissjoni tinsab lesta li tkompli tappoġġa l-adozzjoni.
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Istati Membri jistgħu (i) inaqqsu t-taxxi u l-imposti nazzjonali fil-kont tal-elettriku lejn ir-rati minimi tad-dazju tas-sisa previsti fid-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija ta’ EUR 0,5/MWh għan-negozji;
(ii) japplikaw ir-rata mnaqqsa tal-VAT permessa mid-Direttiva tal-VAT u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill tagħha ta’ minimu ta’ 5 %;
(iii) jeliminaw imposti li mhumiex relatati mal-enerġija;
u (iv) jittrasferixxu l-imposti li jiffinanzjaw il-politiki tal-enerġija għall-baġit ġenerali.
F’konformità mad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija, li tippermetti tnaqqis fit-taxxi għal żero għall-enerġija kkunsmata mill-unitajiet domestiċi u mill-industriji intensivi fl-enerġija, il-Kummissjoni se toħroġ rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar kif għandhom jużaw tali flessibbiltajiet u jiżguraw fis-setturi kollha li l-elettriku jiġi ntaxxat inqas minn sorsi oħra tal-enerġija filwaqt li jsewgu l-objettivi fit-tul tagħna ta’ dekarbonizzazzjoni.
|
Meta
|
Mill-adozzjoni tad-Direttiva riveduta dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija. Rakkomandazzjonijiet addizzjonali tal-Kummissjoni fit-T4 tal-2025.
|
Impatt
|
Tnaqqis immedjat tal-kontijiet tal-enerġija, bil-potenzjal li jitnaqqas mill-inqas bin-nofs il-komponent tat-taxxa (f’EUR/MWh), abbażi tal-esperjenza tat-tnaqqis fit-tassazzjoni fl-2022-2023 (ara l-Illustrazzjoni 2). Titħaffef l-elettrifikazzjoni permezz ta’ inċentivi fiskali u titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili.
|
c) Kostijiet aktar baxxi tal-provvista billi tiżdied il-kompetizzjoni bl-imnut
Bħalissa, 73 % tal-unitajiet domestiċi tal-UE kif ukoll proporzjon sinifikanti ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jinsabu fuq kuntratti fissi tal-elettriku
. Ħafna jistgħu jbaxxu l-kontijiet tal-elettriku tagħhom billi jaqilbu għal fornitur aktar kompetittiv jew jibdlu l-konsum għal perjodu ta’ prezzijiet aktar baxxi iżda għadhom qed jiffaċċjaw ostakli fis-suq. Il-konsumaturi vulnerabbli jeħtieġu attenzjoni speċifika. Il-miżuri ta’ affordabbiltà għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx, inklużi għażliet ta’ kontijiet flessibbli li jipprevjenu skonnessjonijiet għal gruppi ekonomikament żvantaġġati. Il-Komunitajiet tal-enerġija jridu jissaħħu wkoll biex il-komunitajiet lokali, iċ-ċittadini u l-kumpaniji jkunu jistgħu jingħaqdu flimkien u jinvestu fi proġetti tal-enerġija nadifa fil-livell lokali; b’hekk ikunu jistgħu jipproduċu, ibigħu u jikkunsmaw l-enerġija rinnovabbli tagħhom. Huwa essenzjali li l-UE tkompli tipprovdi finanzjament suffiċjenti ddedikat biex tappoġġa t-tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija.
Xiex
|
Il-konsumaturi jkunu jistgħu jaqilbu għal fornituri tal-enerġija orħos, u jibbenefikaw minn enerġija rinnovabbli affordabbli, filwaqt li jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku
|
Kif
|
Il-Kummissjoni se tipproponi Pakkett tal-Enerġija għaċ-Ċittadini biex iżżid il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tranżizzjoni tal-enerġija u ssaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni tal-Enerġija inkluż b’mod partikolari:
-tipprovdi gwida lill-Istati Membri biex ineħħu l-ostakli eżistenti sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiffrankaw fuq il-kontijiet tal-enerġija tagħhom billi jibdlu l-fornitur u jibdlu l-kuntratt. Dan ikun jinkludi l-iżgurar li l-konsumaturi jifhmu l-kont permezz ta’ informazzjoni ċara u data dwar il-konsum tal-enerġija, prezzijiet li jippermettu lill-konsumaturi jaqilbu għal sigħat ta’ prezzijiet aktar baxxi;
-tistabbilixxi miżuri biex tnaqqas il-faqar enerġetiku, inkluż permezz tal-effiċjenza enerġetika, u tippermetti lill-konsumaturi u lill-komunitajiet jipproduċu, jużaw u jbigħu l-enerġija rinnovabbli fuq it-termini tagħhom stess, inkluż permezz tal-komunitajiet tal-enerġija.
|
Meta
|
T3 2025 (Pakkett tal-Enerġija għaċ-Ċittadini)
|
Impatt
|
Il-qlib għall-fornitur tal-elettriku li joffri l-aktar prezzijiet baxxi jista’ jiffranka lill-unitajiet domestiċi EUR 150-200 fis-sena.
L-unitajiet domestiċi jistgħu jiffrankaw EUR 500-1 100 fis-sena billi jipparteċipaw fil-komunitajiet tal-enerġija.
|
Azzjoni 2: Tnaqqis tal-kost tal-provvista tal-elettriku
L-implimentazzjoni rapida u sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-elettriku hija kruċjali biex jitnaqqas il-kost tal-provvista tal-elettriku: ir-regoli adottati reċentement dwar l-ħruġ ta’ permessi, il-kuntratti, il-flessibbiltà, l-għoti tas-setgħa lill-konsumatur u s-sorveljanza tas-suq jistgħu jwasslu għal kostijiet aktar baxxi. Dan għandu jiġi kkomplementat bl-azzjonijiet immedjati li ġejjin.
a)Kuntratti ta’ provvista tal-elettriku fit-tul
Il-prezzijiet għoljin u volatili tal-gass jgħollu l-prezzijiet tal-elettriku. Il-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija (PPAs, power purchase agreements) u l-kuntratti fit-tul bejn l-iżviluppaturi tal-enerġija nadifa u l-konsumaturi industrijali u l-kumpaniji jippermettu lil dawn tal-aħħar jibbenefikaw minn prezzijiet tal-elettriku stabbli u rħas għal durata twila. Il-PPAs jista’ jkollhom rwol fit-tneħħija tar-riskji mill-proġetti billi jippermettu lill-iżviluppaturi tal-enerġija rinnovabbli jiżguraw prezz fit-tul għall-output tagħhom, u dan jappoġġa d-deċiżjonijiet ta’ investiment. Dawn jistgħu jipprovdu wkoll stabbiltà tal-prezzijiet fit-tul għall-konsumaturi industrijali. Filwaqt li d-domanda għall-PPAs qed tiżdied,
dawn il-kuntratti jeħtieġ li jiġu mħeġġa u integrati aktar, inkluż għal negozji intensivi fl-enerġija li ma għandhomx aċċess wiesa’ għalihom u li xorta jistgħu jiffaċċjaw ostakli. Il-Kummissjoni se żżid l-isforzi skont ir-regoli tas-suq tal-elettriku biex tiddiżakkoppja l-kontijiet tal-elettriku mill-volatilità tal-prezzijiet billi tagħti spinta lill-adozzjoni ta’ kuntratti tal-provvista tal-elettriku fit-tul.
Xiex
|
Id-diżakkoppjament tal-kontijiet tal-elettriku bl-imnut mill-prezzijiet tal-gass għoljin u volatili
|
Kif
|
Jitnaqqsu l-ostakli għal atturi ġodda,
b’mod partikolari l-industriji intensivi fl-enerġija, biex jiġu konklużi kuntratti tal-enerġija fit-tul billi jiġu appoġġati reġimi nazzjonali u jiġu introdotti għodod ta’ tneħħija tar-riskji. Il-Kummissjoni se:
-tniedi, mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), programm pilota għal parti mill-kontroparti tal-Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija mwettqa mill-kumpaniji għax-xiri fit-tul tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għal ammont indikattiv ta’ EUR 500 miljun. F’konformità mal-approċċ fit-Tfassil tas-Suq tal-Elettriku, il-Kummissjoni se timpenja ruħha mal-BEI biex tippromwovi l-PPAs, inklużi l-PPAs transfruntiera, b’mod teknoloġikament newtrali;
-tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar it-tfassil ta’ kuntratti effettivi għad-differenza, inkluża l-kombinazzjoni tagħhom mal-PPAs;
-tadotta regoli ġodda biex tappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tas-swieq forward Ewropej u żżid l-opportunitajiet ta’ ħħeġġjar.
|
Meta
|
It-tneħħija tal-ostakli regolatorji għandha tibda minnufih.
T2 2025: Koordinazzjoni mal-BEI
Sa T4 2025: Gwida għall-Istati Membri dwar it-tfassil ta’ kuntratti għad-differenza
|
Impatt
|
Aktar stabbiltà fil-prezzijiet għax-xerrejja billi l-kumpaniji Ewropej jiġu megħjuna jimmaniġġjaw il-volatilità fil-kostijiet tal-enerġija u jiksbu aċċess għal opportunitajiet ta’ ħħeġġjar transfruntier aħjar. Il-kuntratti fit-tul se jagħtu wkoll lill-produtturi tal-enerġija rinnovabbli l-introjtu garantit meħtieġ biex inaqqsu l-kost tal-kapital, filwaqt li jgħinu sabiex tittaffa l-pressjoni fuq il-konsumaturi u l-kontribwenti.
|
b)It-tnaqqis tal-ħinijiet għall-ħruġ ta’ permessi għal provvista tal-enerġija nadifa u infrastruttura tal-enerġija ġdida
Il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli saret is-sors awtomatiku tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ġdida bl-inqas kost.
,
Madankollu, iż-żminijiet meħtieġa għal proġetti ġodda jistgħu jkunu sa 7-10 snin għall-proġetti eoliċi, sa 8-10 snin għall-proġetti tal-grilja tad-distribuzzjoni
u xi drabi saħansitra sa 17-il sena għall-proġetti tal-grilja tat-trażmissjoni.
Dan qed ixekkel serjament l-introduzzjoni massiva tal-enerġija rinnovabbli u jista’ jkollu impatt fuq il-mudell ekonomiku tal-proġetti.
Fil-livelli kollha – tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali – l-awtoritajiet iridu jagħmlu sforz kbir biex jaċċelleraw il-proċeduri għall-ħruġ ta’ permessi għall-proġetti tal-grilja, tal-ħżin u tal-enerġija nadifa, kif deskritt fir-rapport ta’ Draghi. Dan jinkludi l-ħruġ ta’ permessi għal infrastruttura li tista’ tipprovdi flessibbiltà lis-sistema tal-elettriku, pereżempju punti tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi. Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jimplimentaw malajr il-qafas leġiżlattiv adottat reċentement għall-ħruġ ta’ permessi għal proġetti ta’ enerġija nadifa.
L-impatt tar-riformi reċenti tal-ħruġ ta’ permessi diġà huwa viżibbli fl-Istati Membri li għamlu użu estensiv mir-regolament ta’ emerġenza. Pereżempju, bħala konsegwenza tal-applikazzjoni ta’ ħruġ ta’ permessi aktar rapidi matul il-kriżi enerġetika fil-Ġermanja, il-permessi għal proġetti eoliċi ġodda fuq l-art żdiedu aktar mit-tripplu mill-2022, u dan żied l-għadd ta’ installazzjonijiet b’48 % f’sena waħda (2023)
u madwar 3 300 km ta’ grilji ta’ trażmissjoni ġew approvati mit-T2 tal-2023, u ġew iffrankati minn 12-il xahar sa 3 snin fi żmien għall-ħruġ ta’ permessi.
Barra minn hekk, parti kbira miż-żmien meħud mill-proċessi tal-ħruġ ta’ permessi għall-investimenti, il-ħżin u l-grilji fl-enerġija nadifa hija ddedikata għall-valutazzjonijiet ambjentali. Huma meħtieġa aġġornamenti mmirati għall-qafas leġiżlattiv dwar il-valutazzjonijiet ambjentali biex jiġu ssimplifikati u mqassra b’mod sinifikanti l-proċeduri għall-ħruġ ta’ permessi għal tali proġetti, filwaqt li jinżammu s-salvagwardji ambjentali u tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem. Skadenzi iqsar għall-ħruġ ta’ permessi għall-infrastruttura tal-enerġija fil-livell nazzjonali huma wkoll kruċjali biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija. Dan jista’ jiġi ffaċilitat permezz ta’ miżuri bħal approvazzjonijiet taċiti għal ċerti deċiżjonijiet amministrattivi fil-proċess tal-ħruġ ta’ permessi, fejn dan il-prinċipju jeżisti fis-sistema legali nazzjonali, u punti uniċi ta’ servizz għall-iżviluppaturi.
Ir-rapport ta’ Draghi jikkonkludi wkoll li hija meħtieġa enfasi akbar fuq id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi nazzjonali għall-ħruġ ta’ permessi madwar l-UE u l-indirizzar tan-nuqqas ta’ riżorsi tal-awtoritajiet tal-ħruġ ta’ permessi. Il-proċess tal-ħruġ ta’ permessi, u d-data ambjentali u ġeoloġika meħtieġa għall-investimenti fl-enerġija nadifa, jeħtieġ li jiġu diġitalizzati. Barra minn hekk, data aktar granulari dwar il-potenzjal tar-riżorsi għall-enerġija eolika u solari madwar l-UE se tgħin lill-Istati Membri fl-immappjar taż-żoni meħtieġa biex jilħqu l-miri nazzjonali tagħhom, kif ukoll fid-deżinjazzjoni taż-żoni ta’ aċċellerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, kif previst skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Il-ħruġ ta’ permessi simplifikati se jkopri proġetti tal-enerġija ibrida b’diversi teknoloġiji, bħal ġenerazzjoni u ħżin rinnovabbli, bl-użu tal-istess konnessjoni mal-grilja. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tivvaluta l-possibbiltà li tissimplifika l-prattiki attwali tal-ħruġ ta’ permessi u tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-użu ta’ teknoloġiji ġodda tal-enerġija nukleari bħar-Reatturi Modulari Żgħar (SMRs, Small Modular Reactors).
Xiex
|
Tnaqqis tal-ħinijiet għall-ħruġ ta’ permessi għal tranżizzjoni aċċellerata tal-enerġija
|
Kif
|
L-Istati Membri għandhom:
-jaċċelleraw il-proċeduri tal-ħruġ ta’ permessi u dawk regolatorji permezz ta’ traspożizzjoni u implimentazzjoni rapidi tal-leġiżlazzjoni;
-isaħħu l-awtoritajiet nazzjonali tal-ħruġ ta’ permessi, inkluż permezz ta’ fondi pubbliċi u b’kapital uman suffiċjenti, u jesploraw approċċi unifikati ta’ diġitalizzazzjoni għall-ħruġ ta’ permessi u għar-rapporti tal-valutazzjonijiet ambjentali.
Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri billi:
-tipproduċi gwida ddedikata dwar forom innovattivi ta’ varar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
u dwar żoni ta’ grilja u ta’ ħżin iddedikati;
-tniedi appoġġ iddedikat għall-implimentazzjoni billi testendi l-pjan ta’ implimentazzjoni Accele-RES u, inter alia, jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-ħruġ ta’ permessi u tal-Azzjoni Konċertata (CA-RES);
dan se jiġi ssupplimentat bi djalogu ta’ implimentazzjoni biex jiġu identifikati l-ostakli li fadal għall-ħruġ ta’ permessi u t-triq ’il quddiem possibbli;
-issaħħaħ l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-identifikazzjoni ta’ ostakli u soluzzjonijiet permezz ta’ networks u gruppi ta’ esperti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-ħruġ ta’ permessi u d-djalogu mal-partijiet ikkonċernati reġjonali, nazzjonali u lokali;
-taġġorna għodda ta’ gwida online dwar il-ħruġ ta’ permessi għall-Istati Membri;
-tipprovdi appoġġ mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI, Technical Support Instrument)
, iżżid is-sensibilizzazzjoni fost l-Istati Membri dwar is-sejħa tal-2025 u t-tnedija ta’ inizjattiva ewlenija ġdida tat-TSI fl-2026.
Il-Kummissjoni se:
-tressaq proposti leġiżlattivi biex taċċellera l-ħruġ ta’ permessi għall-grilji, il-ħżin u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż is-simplifikazzjoni tal-valutazzjonijiet ambjentali u t-tqassir tal-iskadenzi għall-permessi bħala parti mill-Pakkett Ewropew dwar il-Grilji;
-tivvaluta s-simplifikazzjoni tal-prattiki ta’ ħruġ ta’ liċenzji għal teknoloġiji ġodda tal-enerġija nukleari u tippubblika Komunikazzjoni dwar l-SMR.
|
Meta
|
Malajr kemm jista’ jkun: L-adattament tar-reġimi nazzjonali tal-ħruġ ta’ permessi.
Sa nofs l-2025:
-il-pubblikazzjoni ta’ data ġdida u aktar granulari dwar il-potenzjali għall-enerġija eolika lil hinn mill-kosta u għall-PV solari fuq il-Laboratorju Ġeografiku tal-Enerġija u l-Industrija (April 2025);
-gwida dwar forom innovattivi ta’ varar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u dwar iż-żoni ta’ aċċellerazzjoni tal-grilja u tal-ħżin;
-appoġġ għall-implimentazzjoni.
Flimkien mal-Pakkett tal-Grilja: proposti leġiżlattivi għall-aċċellerazzjoni tal-proċessi tal-ħruġ ta’ permessi għall-proġetti tal-grilja, tal-ħżin u tal-enerġija rinnovabbli.
2026: Sejħa ewlenija ġdida tat-TSI; Komunikazzjoni dwar l-SMR
|
Impatt
|
L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE mill-Istati Membri u l-miżuri l-ġodda jistgħu jnaqqsu t-tul tal-proċeduri għall-ħruġ ta’ permessi għal inqas minn 6 xhur għal proġetti aktar sempliċi bħar-repowering fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli u 12-il xahar barra minnhom; inqas minn 12-il xahar jew sentejn għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli (fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni jew barra minnhom) u; għal dawk kumplessi bħall-enerġija eolika lil hinn mill-kosta, inqas minn sentejn fiż-żoni ta’ aċċellerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli u 3 snin barra minnhom. Barra minn hekk, il-qafas leġiżlattiv imsaħħaħ se jindirizza l-lakuni eżistenti.
|
c)Grilji u interkonnetturi bħala faċilitaturi tat-tranżizzjoni tal-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni industrijali
Network effiċjenti jiżgura li l-enerġija tgħaddi minn fejn tiġi prodotta sa fejn tkun meħtieġa. Dan itaffi l-episodji tal-ogħla prezzijiet u jiżgura li kulħadd jibbenefika mill-enerġija bl-aħjar kost. Għalhekk huwa importanti li ż-żoni b’potenzjal kbir ta’ enerġija nadifa disponibbli jiġu interkonnessi ma’ reġjuni Ewropej b’domanda għolja għall-enerġija, sabiex l-enerġija affordabbli tkun tista’ titwassal fejn hija l-aktar meħtieġa.
EUR 584 biljun huma meħtieġa għal investimenti fil-grilji tal-elettriku f’dan id-deċennju.
,
Il-ħtiġijiet tal-infrastruttura transfruntiera spiss ma jkunux akkumpanjati minn proġetti konkreti, li jwasslu għal disparitajiet mhux dovuti fil-prezzijiet bejn xi reġjuni, bħal dawk osservati reċentement fix-Xlokk tal-Ewropa. L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, Agency for the Cooperation of Energy Regulators) issib li 32 GW ta’ kapaċità transfruntiera meħtieġa sal-2030 għadhom mhux indirizzati
Proġetti infrastrutturali maġġuri ta’ sinifikat reġjonali jew għall-UE kollha jiffaċċjaw sfidi fir-rigward taż-żieda fil-kostijiet tal-proġetti
u kondiviżjoni ekwa tal-kostijiet u l-benefiċċji.
Erba’ eżempji ta’ tali links ewlenin neqsin jinkludu:
·Il-ħolqien ta’ network integrat lil hinn mill-kosta fl-Ibħra tat-Tramuntana;
·It-tisħiħ ulterjuri tal-integrazzjoni fiżika tal-Istati Baltiċi mal-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana wara s-sinkronizzazzjoni tal-Baltiku u l-iżgurar tas-sigurtà tal-infrastruttura transfruntiera fir-reġjun tal-Baħar Baltiku;
·Iż-żieda fil-livell ta’ interkonnessjoni tal-Peniżola Iberika mal-bqija tal-Ewropa;
·Iż-żieda fl-interkonnettività u l-integrazzjoni tas-suq bejn l-Ewropa tax-Xlokk u dik Ċentrali.
Il-benefiċċji ta’ dawn il-proġetti ewlenin se jespandu lil hinn mill-Istati Membri li jospitaw il-proġetti. Għalhekk, l-Unjoni tal-Enerġija tista’ timmaterjalizza biss permezz tat-tfassil ta’ proġetti ġodda u l-aċċellerazzjoni u t-tlestija ta’ dawk eżistenti. Minħabba l-iskala u l-impatt ta’ dawn il-proġetti, huwa essenzjali li l-UE tkompli tipprovdi finanzjament suffiċjenti biex tappoġġa t-tlestija tal-interkonnetturi tal-Unjoni tal-Enerġija kemm fil-livell transfruntier kif ukoll f’dak nazzjonali. L-investiment biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE u t-tneħħija tal-ostakli għall-Unjoni tal-Enerġija tagħna joffru l-opportunità għall-Ewropa biex tbaxxi l-prezzijiet tal-enerġija, iżżid is-sigurtà tal-enerġija tagħha u tieħu t-tmexxija f’teknoloġiji nodfa.
Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni dwar it-triq lejn il-Qafas Finanzjarju Pluriennali
li jmiss irrikonoxxiet li jeħtieġ li niżguraw li l-baġit tal-UE jappoġġa l-beni pubbliċi Ewropej, b’mod partikolari l-proġetti transfruntiera.
Fl-istess ħin, l-infrastruttura eżistenti jeħtieġ li tintuża b’mod effiċjenti. Pereżempju, mill-inqas 70 % tal-kapaċità tal-interkonnetturi għandha tkun disponibbli għall-iskambju transfruntier tal-elettriku, iżda l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għadhom ’il bogħod minn din il-mira.
Fil-livell nazzjonali, it-talbiet għall-konnessjoni mal-grilja għan-networks ta’ distribuzzjoni qed jikbru b’mod esponenzjali madwar l-Ewropa u joħolqu kjuwijiet twal, inaqqsu r-ritmu tal-enerġija rinnovabbli, l-elettrifikazzjoni u l-istabbiliment ta’ raggruppamenti industrijali, u jfixklu l-investimenti. Lil hinn mill-elettriku, huma meħtieġa networks ġodda tal-idroġenu, tal-karbonju u tat-tisħin lokali.
Xiex
|
L-aċċellerazzjoni tal-espansjoni, il-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-grilji
|
Kif
|
Filwaqt li tibni fuq l-azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Grilja adottat fl-2023, il-Kummissjoni se tressaq Pakkett Ewropew dwar il-Grilja li jikkonsisti fi proposti leġiżlattivi u miżuri mhux leġiżlattivi biex, fost l-oħrajn, jissimplifika n-networks trans-Ewropej tal-enerġija (ir-Regolament TEN-E), jiżgura l-ippjanar integrat transfruntier u t-twettiq ta’ proġetti, speċjalment dwar l-interkonnetturi, jissimplifika l-ħruġ ta’ permessi, itejjeb l-ippjanar tal-grilja tad-distribuzzjoni, jagħti spinta lid-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni kif ukoll iżid il-viżibbiltà tal-ħtiġijiet tal-provvista tal-manifattura. Dan se jsegwi approċċ ta’ ppjanar minn fuq għal isfel, li jintegra l-interessi reġjonali u tal-UE u jiżviluppa mekkaniżmu effettiv għall-kondiviżjoni tal-kostijiet (eż. għal proġetti transfruntiera), għal sistema tal-enerġija ottimizzata.
Il-BEI se jintroduċi wkoll “pakkett tal-manifattura tal-grilji” għall-katina tal-provvista Ewropea, immudellat fuq il-Pakkett dwar ir-Riħ, biex jipprovdi kontrogaranziji lill-manifatturi tal-komponenti tal-grilja, b’ammont indikattiv ta’ mill-inqas EUR 1,5 biljun.
|
Meta
|
Il-Pakkett Ewropew dwar il-Grilja għandu jitressaq sat-T1 tal-2026.
|
Impatt
|
L-investiment ta’ EUR 2 biljun fis-sena f’networks transfruntiera jipprovdi EUR 5 biljun f’benefiċċji għaċ-ċittadini kull sena.
L-investimenti antiċipatorji, l-eċċellenza fil-prestazzjoni tal-assi u l-flessibbiltà li tiffavorixxi l-grilja, jistgħu jnaqqsu l-ħtiġijiet ta’ investiment relatati mal-grilji ta’ distribuzzjoni b’EUR 12-il biljun fis-sena,
li jirrappreżentaw 18 % tal-ħtiġijiet ta’ investiment totali.
Il-prijoritizzazzjoni tal-benefiċċji reġjonali jew tal-UE fil-pjanijiet nazzjonali tillimita l-ineffiċjenzi u l-kostijiet mhux meħtieġa li għandhom jiġġarrbu mill-konsumaturi.
Il-varar ta’ teknoloġiji li jtejbu l-grilja mhuwiex mifrux, filwaqt li jistgħu jespandu l-kapaċità tan-network b’20-40 % sal-2040 u jiffrankaw sa 35 % fil-kostijiet tal-espansjoni tal-grilja konvenzjonali.
|
d)It-tisħiħ tal-flessibbiltà
Aktar flessibbiltà fis-sistema, pereżempju bil-ħżin u r-rispons għad-domanda, tgħin fil-ġestjoni tal-iżbilanċi fid-domanda u fil-provvista billi tħeġġeġ lill-klijenti jċaqilqu l-konsum tal-elettriku għal żminijiet meta l-elettriku jkun aktar abbundanti jew meta d-domanda tkun aktar baxxa, u għalhekk meta l-elettriku jkun orħos. Dan inaqqas iż-żidiet qawwija fil-prezzijiet u episodji negattivi tal-prezzijiet, inaqqas il-volatilità u jikkontribwixxi b’mod ġenerali għal prezzijiet tal-elettriku aktar baxxi u aktar stabbli. Id-domanda elettrifikata bħal flotot ġodda tal-elettromobbiltà jista’ jkollha rwol fl-għoti ta’ servizzi ta’ flessibbiltà.
F’ħafna Stati Membri, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin jiffaċċjaw ostakli
għall-aċċess għas-swieq bl-ingrossa, jew għall-parteċipazzjoni f’servizzi anċillari u ta’ ġestjoni tal-konġestjoni. F’10 Stat Membri, l-aggregaturi ma għandhomx qafas legali definit kif xieraq, li jżommhom milli jipparteċipaw f’dawk is-servizzi li jistgħu jgħinu biex jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi. F’10 Stat Membri, inqas minn 30 % tal-unitajiet domestiċi għandhom aċċess għal sistemi ta’ kejl intelliġenti (li jipprovdu informazzjoni f’ħin reali dwar il-konsum tal-enerġija). L-introduzzjoni jeħtieġ li tiġi aċċellerata.
Xi konsumaturi industrijali jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-flessibbiltà tal-grilja billi jċaqilqu l-użu tal-enerġija tagħhom għal perjodi ta’ domanda baxxa, inaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-istabbiltà tas-sistema.
Xiex
|
Żieda fil-flessibbiltà tas-sistema permezz tal-użu tal-ħżin u tar-rispons tad-domanda
|
Kif
|
Jeħtieġ li l-Istati Membri:
-jimplimentaw malajr ir-regoli tal-UE dwar l-aċċess għas-suq għall-ħżin u r-rispons għad-domanda u jneħħu l-ostakli nazzjonali.
Il-Kummissjoni se:
-tiċċara r-rekwiżiti ta’ għajnuna mill-Istat għal skemi ta’ flessibbiltà mhux fossili fil-qafas il-ġdid tal-għajnuna mill-Istat, u tagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri biex ifasslu l-mekkaniżmi ta’ appoġġ tagħhom biex jagħtu lill-konsumaturi l-inċentiv li jipprovdu flessibbiltà lis-sistema;
-tadotta regoli ġodda dwar ir-rispons tad-domanda biex tiżgura li l-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ finanzjarju sħiħ mill-flessibbiltà. Dawn ir-regoli se jindirizzaw l-ostakli li fadal li jfixklu r-rispons għad-domanda u s-servizzi tal-ħżin fis-suq intern tal-elettriku;
-tfittex il-fehmiet tal-Istati Membri dwar strument ta’ flessibbiltà nadifa bbażat fuq il-PPAs u l-industrija li timpenja ruħha li tikkonsma elettriku nadif, filwaqt li tfasslu b’mod li jillimita b’mod suffiċjenti r-riskji ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tlielaq għas-sussidji fis-Suq Uniku, kif meħtieġ mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
|
Meta
|
L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli nazzjonali immedjatament. Il-qafas rivedut tal-Kummissjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sat-T2 tal-2025; regoli ġodda dwar ir-rispons għad-domanda sat-T1 tal-2026.
|
Impatt
|
It-twassil sħiħ ta’ sistema tal-elettriku mirfuda mill-integrazzjoni tas-suq, il-ġenerazzjoni rinnovabbli u l-kapaċità flessibbli jista’ jirriżulta fi prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa ta’ 40 % aktar baxxi bħala medja fl-UE.
Aktar flessibbiltà tista’ tipprovdi ffrankar tanġibbli tal-kostijiet, bi stimi tal-industrija li juru EUR 2,7 biljun fis-sena f’kapaċità ta’ ġenerazzjoni massima evitata sal-2030.
|
Il-flessibbiltà tad-domanda għandha tiġi promossa wkoll fis-suq bl-imnut bħala ftehim li joffri prezzijiet aktar baxxi għall-industriji volontarji u għall-konsumaturi li lesti jipparteċipaw fl-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija.
Xiex
|
Gwida dwar il-promozzjoni tar-rimunerazzjoni tal-flessibbiltà fil-kuntratti bl-imnut
|
Kif
|
Il-Kummissjoni se:
-tiżviluppa gwida dwar il-promozzjoni tar-rimunerazzjoni tal-flessibbiltà fil-kuntratti bl-imnut;
-tressaq varjetà ta’ sistemi standardizzati ta’ konformità bbażati fuq is-suq imfassla għal ħtiġijiet industrijali u oħrajn tal-konsumatur differenti, li jibnu fuq sistemi diġà fis-seħħ f’xi Stati Membri.
|
Meta
|
T4 2025
|
Impatt
|
Remunerazzjoni ġusta fil-kuntratti bl-imnut ta’ flessibbiltà pprovduta mill-konsumaturi tista’ tnaqqas il-kostijiet tal-elettriku tagħhom sa 12-42 %
,
u ġġib magħha flessibbiltà u benefiċċji għall-integrazzjoni tas-sistema ta’ EUR 10-29 biljun.
,
|
Azzjoni 3: L-iżgurar ta’ swieq tal-gass li jiffunzjonaw tajjeb
Il-prezz tal-gass naturali importat għandu impatt dirett fuq il-prezzijiet tal-elettriku u jżid il-volatilità tas-suq. Il-prezzijiet tal-gass bl-ingrossa tal-UE ma reġgħux lura kompletament għal-livelli ta’ qabel il-kriżi u bħala medja huma kważi ħames darbiet aktar minn dawk fl-Istati Uniti, meta mqabbla mad-doppju għat-tripplu qabel il-kriżi.
Din id-differenza fil-prezzijiet taffettwa l-kompetittività tal-industrija Ewropea.
L-importanza tas-swieq tal-gass għall-ekonomija tagħna tagħmilha essenzjali li jiġi żgurat funzjonament ottimali ta’ dawk is-swieq. Sorveljanza regolatorja sħiħa u kooperazzjoni mill-qrib bejn ir-regolaturi tal-enerġija u dawk finanzjarji huma meħtieġa biex tiġi evitata l-manipulazzjoni tas-suq u sabiex tingħalaq kwalunkwe lakuna possibbli relatata ma’ kwalunkwe nuqqas ta’ trasparenza, assimetrija tal-informazzjoni u riskju ta’ konċentrazzjoni tas-suq. Għalhekk, aktar kmieni dan ix-xahar, il-Kummissjoni stabbilit Task Force għas-Suq tal-Gass biex tiskrutinizza b’mod komprensiv is-swieq tal-gass naturali tal-UE u, meta meħtieġ, tieħu azzjoni biex tiżgura l-funzjonament ottimali tagħhom u tipprevjeni prattiki kummerċjali li jfixklu l-ipprezzar ibbażat fuq is-suq, filwaqt li titgħallem mill-kriżi enerġetika.
Sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw l-imġiba illegali fis-swieq tal-gass b’mod rapidu, ir-regolaturi tal-enerġija u dawk finanzjarji għandhom ikunu mgħammra b’mod effettiv biex jimmonitorjaw l-iżviluppi tas-suq, jidentifikaw u jsegwu kwalunkwe każ potenzjali ta’ abbuż tas-suq (jiġifieri manipulazzjoni tas-suq u abbuż minn informazzjoni privileġġata). Il-kooperazzjoni dwar l-infurzar u l-kondiviżjoni tad-data bejn ir-regolaturi nazzjonali tal-enerġija u dawk finanzjarji u bejn l-ACER u l-ESMA jeħtieġ li tissaħħaħ u tittieħed għal-livell li jmiss. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex isegwu u jissanzjonaw l-abbuż tas-suq, u biex jgħammruhom bir-riżorsi sabiex jipprijoritizzaw l-investigazzjonijiet f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-ACER għandha tuża bis-sħiħ is-setgħat investigattivi transfruntiera l-ġodda tagħha biex tappoġġa lir-regolaturi nazzjonali tal-enerġija.
Xiex
|
L-iżgurar ta’ swieq tal-gass li jiffunzjonaw tajjeb
|
Kif
|
Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Kummissjoni stabbilit Task Force għas-Suq tal-Gass biex tiskrutinizza b’mod komprensiv is-swieq tal-gass naturali tal-UE u, fejn meħtieġ, tieħu azzjoni sabiex tiżgura l-funzjonament ottimali tagħhom tas-suq u tipprevjeni prattiki kummerċjali li jfixklu l-ipprezzar ibbażat fuq is-suq, filwaqt li titgħallem mit-tagħlimiet mill-kriżi enerġetika. Il-Kummissjoni se tniedi konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati biex tivvaluta l-ħtieġa għal aktar bidliet leġiżlattivi sabiex tiżgura sorveljanza regolatorja sħiħa u bla xkiel, tallinja u ssaħħaħ ir-regoli tas-suq tal-enerġija u dak finanzjarju (MiFID/REMIT), u tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji li jinnegozjaw fis-swieq finanzjarji għall-enerġija (rapportar uniku). Din se tkopri diversi aspetti tal-istruttura regolatorja
, l-approċċ superviżorju konġunt mir-regolaturi tal-enerġija u dawk finanzjarji u l-ħolqien ta’ bażi tad-data armonizzata konġunta tad-data tas-suq rilevanti kollha b’aċċess sħiħ għar-regolaturi kollha. Se tkopri wkoll ċerti aspetti tal-funzjonament tas-swieq spot, bħall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti simili għal dawk tal-ġabra ta’ regoli finanzjarji biex jiġu identifikati l-iskambji tal-enerġija.
|
Meta
|
Il-ħidma tat-Task Force għas-Suq tal-Gass se tiġi konkluża sat-T4 tal-2025
|
Impatt
|
L-evoluzzjoni tal-kuntratti tal-importazzjoni tal-gass mill-indiċjar taż-żejt għall-ipprezzar tas-suq tal-gass diġà ffrankat lill-UE madwar EUR 67 biljun matul l-aħħar deċennju.
L-integrazzjoni tas-suq tal-gass tal-UE toħloq benefiċċji netti fil-konverġenza u t-trasparenza tal-prezzijiet.
It-Task Force għas-Suq tal-Gass se tiffoka fuq l-iżgurar ta’ swieq tal-gass li jiffunzjonaw tajjeb u formazzjoni tal-prezzijiet ibbażata fuq is-suq f’dawn is-swieq.
|
Għandhom jiġu esplorati alternattivi għall-importazzjonijiet tal-gass naturali meta jkun possibbli, b’mod partikolari permezz tal-elettrifikazzjoni jew it-tisħiħ tal-produzzjoni tal-bijogass u tal-bijometan f’konformità mar-REPowerEU. L-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt jista’ jkollhom rwol b’saħħtu fl-aċċellerazzjoni tal-ħolqien tas-suq għas-sorsi tal-enerġija u l-materjali meħtieġa għall-produzzjoni tal-enerġija nadifa. Billi jaggregaw id-domanda tagħhom u jadottaw strateġiji ta’ xiri konġunt f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, ix-xerrejja tal-UE jistgħu jisfruttaw il-piż ekonomiku kollettiv tagħhom, isaħħu l-pożizzjoni tan-negozjar tagħhom u jinnegozjaw termini aħjar mal-fornituri. Dan l-approċċ ġie adottat ukoll mill-Ġappun, li għandu politika fit-tul ta’ appoġġ għall-investimenti fl-infrastruttura tal-esportazzjoni f’pajjiżi li jipproduċu l-gass naturali likwifikat (LNG, liquefied natural gas). Il-kapaċità tal-akkwist konġunt tal-UE għandha tiġi sfruttata billi tiġi esplorata l-għażla ta’ impenji kuntrattwali aktar fit-tul biex il-prezzijiet isiru aktar stabbli, pereżempju billi jiġu żgurati drittijiet ta’ likwefazzjoni tal-gass jew għażliet ta’ xiri. Fid-dawl tal-kompetittività, tal-kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi u tal-għanijiet klimatiċi tal-UE, l-UE u/jew l-Istati Membri jistgħu jakkumpanjaw ukoll lill-importaturi tal-UE biex jinvestu direttament fl-infrastruttura tal-esportazzjoni barra mill-pajjiż, filwaqt li jipprovdu self preferenzjali lil investituri privati.
Barra minn hekk, koordinazzjoni aħjar fost l-Istati Membri u trajettorji għall-mili aktar flessibbli, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jistgħu jgħinu biex jitnaqqas l-istress tas-sistema u jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq marbuta mal-mili mill-ġdid tal-ħżin tal-gass, filwaqt li jappoġġaw il-mili mill-ġdid b’kundizzjonijiet aħjar ta’ xiri u s-sigurtà tal-provvista.
Xiex
|
L-isfruttar tal-kapaċità tal-akkwist tal-UE biex jinkiseb ftehim aħjar għall-gass naturali importat
|
Kif
|
Il-Kummissjoni se:
-tinvolvi ruħha minnufih ma’ fornituri affidabbli tal-LNG biex tidentifika importazzjonijiet addizzjonali kompetittivi f’termini ta’ kostijiet minn proġetti eżistenti u futuri tal-esportazzjoni tal-LNG;
-tipproponi, fost l-oħrajn, aggregazzjoni tad-domanda għall-kumpaniji tal-UE li jidħlu fi ftehimiet ta’ tolling fl-impjanti tal-LNG madwar id-dinja u kuntratti tal-għażla tal-provvista tal-LNG ma’ produtturi fdati tal-LNG;
-tesplora għażliet li jmorru lil hinn mill-aggregazzjoni tad-domanda u se teżamina approċċi oħra (eż. il-mudell Ġappuniż).
|
Meta
|
T1-T2 2025
|
Impatt
|
Opportunitajiet aħjar għax-xerrejja tal-UE biex jiżguraw volumi tal-LNG taħt kuntratti fit-tul jistgħu jipproteġu kontra l-volatilità tal-prezzijiet u jipprovdu aċċess għal prezzijiet aktar baxxi, li jqarrbu l-prezzijiet tal-UE lejn il-prezzijiet tas-suq dinji. Il-protezzjoni tax-xerrejja tal-UE kontra l-volatilità tal-prezzijiet tal-fjuwils fossili tista’ twassal għal tnaqqis sinifikanti fuq terminu qasir fil-prezzijiet bl-imnut.
|
Azzjoni 4: Effiċjenza enerġetika – inwasslu ffrankar tal-enerġija
L-effiċjenza enerġetika hija kontributur ewlieni għall-enerġija affordabbli fl-industrija u fl-unitajiet domestiċi, u għall-kompetittività industrijali. Dan jillimita l-impatt tal-prezzijiet għoljin u volatili tal-enerġija fuq il-kontijiet tal-konsumaturi. L-industrija tal-UE naqqset il-konsum tal-enerġija tagħha b’madwar 20 % mill-2000, filwaqt li żiedet il-produzzjoni industrijali. Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li qed tiffaċċja l-UE, iridu jiġu sfruttati s-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika. It-trawwim ta’ suq uniku għas-servizzi tal-effiċjenza enerġetika se jgħin lill-Ewropej jibbenefikaw minn servizzi li jistgħu jgħinuhom inaqqsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom bl-aħjar kost, b’mod partikolari dawk li għandhom kost inizjali għoli.
Suq imtejjeb għall-fornituri tal-effiċjenza enerġetika jista’ jgħin lil aktar kumpaniji jiksbu pariri dwar soluzzjonijiet effiċjenti, pereżempju, għall-użu mill-ġdid tas-sħana tal-proċess tagħhom.
Xiex
|
Suq tal-effiċjenza enerġetika ta’ dimensjoni Ewropea
|
Kif
|
Permezz tal-Koalizzjoni Ewropea għall-Finanzjament tal-Effiċjenza Enerġetika, il-Kummissjoni se ttejjeb l-aċċess għall-kapital u tipprovdi inċentivi finanzjarji biex tappoġġa lill-atturi tas-suq li jipprovdu soluzzjonijiet ta’ effiċjenza enerġetika għan-negozji.
Il-Kummissjoni se tesplora appoġġ ulterjuri għall-programm tal-Grupp tal-BEI għall-effiċjenza enerġetika fl-SMEs, li għandu l-objettiv li jżid il-kompetittività tal-SMEs Ewropej, jippromwovi l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija u rinnovabbli u jibni r-reżiljenza għall-klima. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Grupp tal-BEI, se tesplora l-istabbiliment ta’ skema ta’ garanzija tal-UE bl-għan li tirdoppja s-servizzi tal-effiċjenza enerġetika. Proġett pilota, potenzjalment parti mill-operazzjoni ta’ taħlit tal-InvestEU ma’ LIFE CET għall-assistenza teknika, huwa previst fl-2026. Dan se jirrikjedi riżorsi addizzjonali ta’ InvestEU, li għandhom jinkisbu billi jiġi ottimizzat l-użu tal-garanzija tal-UE attwalment disponibbli f’diversi mandati tal-UE, inklużi mandati mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti.
|
Meta
|
L-ewwel pjan ta’ azzjoni għal skema ta’ garanzija fit-T4 tal-2025. It-tnedija tas-sħubija fit-T3 tal-2025.
Valutazzjoni ta’ suq għall-UE kollha għal skema ta’ ċertifikazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija sat-T4 tal-2025.
|
Impatt
|
Żieda fl-offerta ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament għall-prodotti tal-effiċjenza enerġetika. Dan se jseħħ permezz tas-servizzi tal-kumpanija ta’ servizzi tal-enerġija (ESCO, energy service company)
, bl-għan li s-suq tal-ESCO jiġi rduppjat sa EUR 4-6 biljun fis-sena, li possibbilment jippermetti lill-konsumaturi jiġġeneraw iffrankar fil-medda ta’ 25-30 % għar-rinnovazzjonijiet tal-bini u sa 70-80 %
fit-tidwil pubbliku li jnaqqas il-kontijiet tal-enerġija.
|
It-tieni, il-prodotti effiċjenti fl-enerġija jbaxxu l-kontijiet tal-enerġija immedjatament. Madankollu, il-ħafna prodotti mhux konformi importati minn pajjiżi mhux tal-UE jagħmlu ħsara lill-kompetittività tal-fornituri tal-UE u jnaqqsu l-benefiċċji għaċ-ċittadini u n-negozji.
Xiex
|
Il-konsumaturi jingħataw aċċess għal apparati u prodotti aktar effiċjenti b’ħajja itwal
|
Kif
|
L-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq u doganali għandhom isaħħu s-sorveljanza u l-infurzar tas-suq nazzjonali, inkluż għad-dwana u għas-swieq online. F’konformità mal-Komunikazzjoni dwar il-kummerċ elettroniku, l-UE tappoġġa l-azzjonijiet tagħhom u aktar involviment mas-swieq online.
Il-Kummissjoni se taġġorna r-regoli tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija u l-ekodisinn, tikkondividi l-aħjar prattiki, ittejjeb l-għodod tal-IT
u tiffaċilita l-konformità mill-operaturi permezz ta’ informazzjoni u gwida aktar ċari. L-Istati Membri għandhom iqisu li jużaw inċentivi għall-konsumaturi biex jissostitwixxu l-apparati domestiċi qodma tagħhom b’alternattivi effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
|
Meta
|
Immedjatament
|
Impatt
|
Ir-regoli tas-suq uniku tal-UE għall-apparat u l-prodotti effiċjenti fl-enerġija huma stmati li fl-2023 wasslu għal iffrankar ta’ madwar EUR 120 biljun fil-kontijiet tal-enerġija, li huwa stmat li se jitla’ għal madwar EUR 162 biljun fl-2030.
Madankollu, huwa stmat li 10 % (jiġifieri aktar minn EUR 10 biljun) xorta jintilfu kull sena minħabba l-bejgħ ta’ prodotti li mhumiex konformi.
|
Pilastru II: Tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija
Minkejja s-suċċess tagħna fil-bini ta’ suq tal-enerġija interkonness, Unjoni tal-Enerġija vera għadha fil-proċess. Hekk kif l-UE qed tiffaċċja kostijiet tal-enerġija li qed jiżdiedu u li jpoġġu piż fuq l-unitajiet domestiċi u jimpedixxu l-kompetittività industrijali – b’impatt partikolari fuq is-setturi intensivi fl-enerġija – il-ħtieġa għal approċċ trasformattiv hija evidenti. Huwa għalhekk li jeħtieġ li nkomplu naħdmu fuq miżuri strutturali fit-tul li se jwasslu għal enerġija aktar nadifa u orħos li neħtieġu, u li se jwassluna aktar f’Unjoni tal-Enerġija ġenwina, inkluż żieda fl-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni għal soluzzjonijiet ta’ enerġija nadifa. L-UE trid tavvanza lejn l-elettrifikazzjoni u suq uniku integrat bis-sħiħ għall-enerġija, filwaqt li tikseb għanijiet ta’ interkonnessjoni u tingrana l-komplementarjetajiet fost l-Istati Membri biex tinħoloq Unjoni tal-Enerġija ġenwina li tkun ta’ benefiċċju għal kulħadd.
Dan il-Pjan ta’ Azzjoni huwa l-ewwel pass lejn aktar interkonnessjoni u aktar integrazzjoni. Huwa għalhekk li fix-xhur li ġejjin, il-Kummissjoni se tniedi sensiela ta’ inizjattivi li għandhom l-għan li jsaħħu l-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, jintroduċu enerġija nadifa, itejbu s-sigurtà tal-provvista tagħna, u jnaqqsu l-kontijiet taċ-ċittadini u tan-negozji.
Azzjoni 5: Tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija
Filwaqt li jibni fuq is-suċċess tal-Pjan REPowerEU, li ta spinta lill-ġenerazzjoni tal-enerġija nadifa u lill-provvisti tal-enerġija diversifikati, Pjan ta’ Azzjoni ġdid għall-Elettrifikazzjoni (T1 2026) u Strateġija għat-Tisħin u t-Tkessiħ (T1 2026) se jkomplu jappoġġaw dawn l-objettivi. L-elettrifikazzjoni ambizzjuża tas-sistema tal-enerġija u l-espansjoni ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni nadifa se jżidu l-effiċjenza enerġetika tas-settur tal-enerġija kollu kemm hu, jgħinu fid-dekarbonizzazzjoni tas-setturi industrijali, tal-mobbiltà u tat-tisħin u t-tkessiħ u jappoġġaw l-użu tal-produzzjoni tal-enerġija nadifa u domestika. Sal-2030, dawn l-inizjattivi se jnaqqsu d-dipendenza tagħna fuq il-fjuwils fossili, u potenzjalment se jiffrankaw biljuni kull sena. Il-krediti tat-taxxa għall-elettrifikazzjoni industrijali jistgħu jippromwovu l-elettrifikazzjoni u jgħinu lill-industrija tal-UE ssir aktar kompetittiva billi jappoġġaw l-affordabbiltà ta’ tali tagħmir, iżidu l-bejgħ u jħeġġu l-adozzjoni tal-konsumatur.
Id-diġitalizzazzjoni hija sors ieħor ta’ ffrankar għall-konsumaturi, iżda wkoll vulnerabbiltà potenzjali. Il-Kummissjoni se tadotta Pjan Direzzjonali Strateġiku għad-Diġitalizzazzjoni u l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) għas-Settur tal-Enerġija fl-2026 biex taċċellera l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet Ewropej tal-IA f’oqsma bħall-ottimizzazzjoni tal-grilja tal-elettriku, l-effiċjenza enerġetika fil-bini u fl-industrija, u l-flessibbiltà min-naħa tad-domanda. Barra minn hekk, se trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni mmexxija mill-IA billi tgħaqqad in-negozji ġodda mal-kumpaniji tal-enerġija filwaqt li tiżgura salvagwardji robusti għaċ-ċibersigurtà, il-privatezza u s-sikurezza tad-data. Il-Kummissjoni se teżamina wkoll iż-żieda fil-konsum tal-enerġija taċ-ċentri tad-data
,
u se tippromwovi l-integrazzjoni sostenibbli tagħhom fis-sistema tal-enerġija. Iċ-ċentri tad-data jistgħu jżidu l-pressjoni fuq is-sistema tal-enerġija u jixprunaw iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, speċjalment meta titqies il-kapaċità taċ-ċentri tad-data li jissuperaw lil konsumaturi oħra tal-enerġija għall-aċċess għall-enerġija.
Fl-istess ħin, il-Pjan Strateġiku tal-UE għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET) jgħin biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni attwali fil-portafolli tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE għall-enerġija nadifa u l-elettrifikazzjoni. Għad iridu jiġu intensifikati l-isforzi biex tintlaħaq il-mira tan-nefqa pubblika u privata tal-UE ta’ 3 % tal-PDG.
,
Il-Kummissjoni se trawwem l-innovazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-koordinazzjoni mal-Istati Membri permezz tal-Grupp ta’ Tmexxija tal-Pjan SET stabbilit mill-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti.
Barra minn hekk, biex tiġi appoġġata l-fużjoni bħala sors tal-enerġija innovattiv u dekarbonizzat għall-futur, se tiġi proposta Strateġija tal-Fużjoni, inkluż il-ħolqien ta’ Sħubija Pubblika-Privata (SPP) biex titħaffef il-kummerċjalizzazzjoni.
Biex tilħaq il-miri tagħha dwar l-enerġija u l-klima, l-UE teħtieġ aktar minn EUR 570 biljun fis-sena bejn l-2021 u l-2030 u EUR 690 biljun fis-sena mill-2031 sal-2040 għal investimenti fl-enerġija rinnovabbli, inklużi solari, eolika u l-bijomassa, l-effiċjenza enerġetika u l-kapaċità tal-grilja. Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll il-ħtiġijiet ta’ investiment fl-enerġija nukleari
u trawwem l-investiment fit-teknoloġiji tal-enerġija nadifa tal-ġenerazzjoni li jmiss, bħall-fużjoni nukleari, il-batteriji ġeotermali u fi stat solidu mtejba, kif ukoll fil-kapaċitajiet eżistenti bħal pereżempju għar-rinnovazzjoni. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-investimenti jeħtieġ li jiġu minn kapital privat – il-finanzjament pubbliku jeħtieġ li jkun immirat aħjar biex jingrana l-investimenti privati billi jitneħħew ir-riskji mill-proġetti strateġiċi b’mod partikolari permezz ta’ strumenti ta’ garanzija u ekwità. Il-Kummissjoni se tindirizza d-diskrepanza fl-investiment u timmobilizza l-kapital privat għat-tranżizzjoni tal-enerġija bi Strateġija ta’ Investiment għal Enerġija Nadifa u se tippreżenta Programm Indikattiv Nukleari (PINC, Nuclear Illustrative Programme ) aġġornat.
Fuq kollox, it-tlestija ta’ Unjoni tal-Enerġija ġenwina teħtieġ suq tal-enerġija integrat bis-sħiħ, b’qafas ta’ governanza koeżiv li jallinja l-objettivi nazzjonali u fil-livell tal-UE u jiżgura li d-deċiżjonijiet ta’ rilevanza transfruntiera u tal-UE jittieħdu fil-livell it-tajjeb. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se toħroġ White Paper dwar integrazzjoni aktar profonda tas-suq tal-elettriku sal-bidu tal-2026.
Barra minn hekk, il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECP, National Energy and Climate Plans) iridu jevolvu fi pjanijiet ta’ investiment strateġiku li jrawmu l-prevedibbiltà tal-investiment, il-fiduċja tal-konsumatur, l-innovazzjoni u t-tkabbir tas-suq għal teknoloġiji nodfa. Il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni tar-Regolament dwar il-Governanza biex tissimplifika, issaħħaħ u timmodernizza l-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika
biex l-Ewropa titħejja għall-qafas ta’ politika dwar l-enerġija u l-klima għal wara l-2030. Barra minn hekk, inizjattivi reġjonali bħall-Inizjattiva ta’ Kooperazzjoni Trans-Mediterranja dwar l-Enerġija u t-Teknoloġija Nadifa jista’ jkollhom rwol fl-appoġġ tal-manifattura tat-teknoloġija nadifa.
Il-prezzijiet tal-enerġija jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Biex ittejjeb il-koordinazzjoni madwar l-Unjoni tal-Enerġija u ssaħħaħ il-governanza tas-sistema tal-elettriku, il-Kummissjoni se tistabbilixxi Task Force għall-Unjoni tal-Enerġija. It-Task Force, li se tikkonsisti minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-Kummissjoni, il-korpi rilevanti tal-UE, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati kif meħtieġ, se teżamina u tidentifika aġġustamenti tekniċi jew regolatorji, u se tirrapporta regolarment lill-President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill tal-Enerġija u lill-Parlament Ewropew.
Biex tappoġġa din il-ħidma, il-Kummissjoni se ssaħħaħ l-enfasi tagħha fuq il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-inizjattivi rilevanti dwar l-affordabbiltà tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għan-negozji. L-eżitu tal-analiżijiet rilevanti – li jinvolvu kull meta jkun possibbli esperti esterni – se jkun rifless b’mod xieraq fil-valutazzjonijiet tal-impatt dwar inizjattivi leġiżlattivi ġodda u fir-rieżamijiet tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Dan se jikkomplementa l-informazzjoni li l-Kummissjoni tippubblika regolarment dwar l-impatt tal-inizjattivi tagħha permezz ta’ diversi rapporti bħar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija
u r-rapporti dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija.
Xiex
|
Unjoni tal-Enerġija kompluta
|
Kif
|
Il-Kummissjoni se:
-tniedi Task Force għall-Unjoni tal-Enerġija;
-tippubblika White Paper dwar integrazzjoni aktar profonda tas-suq tal-elettriku;
-tirrevedi r-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija;
-tippreżenta Strateġija ta’ Investiment għal Enerġija Nadifa, Programm Indikattiv Nukleari (PINC) aġġornat u Strateġija ta’ Fużjoni;
-tressaq Pjan ta’ Azzjoni għall-Elettrifikazzjoni, Pjan Direzzjonali Strateġiku għad-Diġitalizzazzjoni u l-IA għas-Settur tal-Enerġija, u Strateġija għat-Tkessiħ u t-Tisħin.
|
Meta
|
2025: Task Force għall-Unjoni tal-Enerġija, Strateġija ta’ Investiment għal Enerġija Nadifa u PINC.
Sa nofs l-2027 għall-inizjattivi l-oħra.
|
Impatt
|
Integrazzjoni aktar profonda tas-suq tal-elettriku permezz tat-tnedija ta’ djalogu dwar l-evoluzzjoni futura tas-suq u l-ħolqien ta’ Task Force dwar l-Unjoni tal-Enerġija.
Il-prevenzjoni ta’ żidiet qawwija fil-kostijiet tas-sistema sa EUR 103 biljun sal-2040 jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni.
Tingħata spinta lill-investiment u jitnaqqsu l-kostijiet billi jitnaqqsu l-kapital, jiġifieri jitnaqqsu r-riskji potenzjali assoċjati mal-investimenti, jittaffu l-piż amministrattiv għall-ippjanar u r-rapportar, u jittejbu l-koordinazzjoni tal-Istati Membri fl-istabbiliment tal-politika, filwaqt li jiġu żgurati ċ-ċertezza tal-investiment għall-2040 li jagħmlu l-NECPs verament pjanijiet ta’ investiment.
L-aċċellerazzjoni tal-elettrifikazzjoni b’40 % fl-2030
, l-ingranaġġ tal-flessibbiltà mill-elettrifikazzjoni tas-setturi tas-sħana, tat-trasport u tal-idroġenu tista’ ġġib iffrankar annwali tal-kostijiet tas-sistema tal-enerġija ta’ EUR 32 biljun fl-2030.
L-iċċarġjar bidirezzjonali tal-EV waħdu jista’ jiffranka EUR 9,7 biljun.
Tittejjeb l-effiċjenza tat-tisħin u t-tkessiħ billi jiżdied l-irkupru tas-sħana, l-użu mill-ġdid u l-użu tal-pompi tas-sħana. L-espansjoni tal-irkupru tas-sħana mormija fil-proċessi industrijali u fis-servizzi tal-enerġija tista’ ttejjeb l-effiċjenza tas-sistema u tnaqqas il-kostijiet. Adozzjoni usa’ tal-pompi tas-sħana u effiċjenza aħjar fid-djar jistgħu jnaqqsu l-infiq fuq l-importazzjoni tal-fjuwils fossili b’EUR 60 biljun sal-2030, filwaqt li jnaqqsu d-domanda fuq trasportaturi oħra tal-enerġija u jistabbilizzaw il-prezzijiet.
Tiġi ingranata d-diġitalizzazzjoni biex jitnaqqsu l-kostijiet tas-settur tal-enerġija,
filwaqt li tingħata spinta lill-effiċjenza bi ffrankar stmat ta’ 5 % fl-operazzjonijiet u l-manutenzjoni, 5 % fl-output tal-elettriku u 5 % fit-telf tan-network.
|
Pilastru III: L-attrazzjoni tal-investiment u l-iżgurar tal-kunsinna
Unjoni tal-Enerġija ġenwina bbażata fuq enerġija domestika nadifa u affordabbli għall-konsumaturi Ewropej kollha teħtieġ investiment sostanzjali matul id-deċennju li ġej u governanza robusta. Huma meħtieġa tmexxija u impenn politiċi b’saħħithom u impenn inklużiv tal-atturi kollha tal-katina tal-valur tal-enerġija biex flimkien jitwettqu malajr dan il-Pjan ta’ Azzjoni.
Azzjoni 6: L-istabbiliment ta’ kuntratt tripartitiku għal enerġija affordabbli għall-industrija tal-Ewropa
L-inċertezza dejjem tikber tas-suq tista’ toħloq sfidi sinifikanti għall-iżviluppaturi tal-proġetti u tista’ ddewwem jew tiskoraġġixxi l-investimenti. Biex jiġġieldu dan, il-gvernijiet, il-produtturi tal-enerġija, u l-industriji li jikkunsmaw l-enerġija flimkien jistgħu joħolqu klima ta’ investiment favorevoli għal sistema tal-enerġija affordabbli u sostenibbli u settur industrijali kompetittiv, filwaqt li jiżguraw iż-żamma u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, kif enfasizzat fid-Dikjarazzjoni ta’ Antwerp.
vIl-produtturi tal-enerġija nadifa jeħtieġu skala u ċertezza tad-domanda biex jiżguraw ippjanar fit-tul, li jgħin sabiex jitnaqqsu r-riskji għall-investituri u l-kostijiet tal-proġetti. Din iċ-ċertezza tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-manifatturi fil-katina tal-provvista, pereżempju l-produtturi ta’ substazzjonijiet jew kejbils għal proġetti tal-grilja, li jippermettulhom jinvestu f’kapaċitajiet ġodda ta’ manifattura fl-Ewropa u joffru prezzijiet aktar baxxi. Dan jippermetti, pereżempju, lill-iżviluppaturi ta’ proġetti tal-enerġija solari jew lil hinn mill-kosta fuq skala kbira jiżguraw il-ktajjen tal-provvista u jixtru b’kostijiet aktar baxxi.
vL-industrija li tikkonsma l-enerġija, u b’mod partikolari l-industrija li tuża ħafna enerġija, teħtieġ ċertezza dwar il-provvista u l-prezzijiet tal-enerġija biex tippjana l-produzzjoni tagħha u tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment li jiddeterminaw it-trasformazzjoni tagħhom. Pereżempju, l-industrija tal-azzar teħtieġ ċertezza fit-tul dwar il-provvista tal-elettriku u l-prezzijiet biex tinvesti fl-elettrifikazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni. Min-naħa tagħha, l-industrija li tuża ħafna enerġija tista’ tipprovdi ċertezza tal-bejgħ lill-produtturi tal-enerġija billi tidħol f’kuntratti fit-tul.
vL-UE u l-gvernijiet tal-Istati Membri jistgħu jnaqqsu r-riskji permezz ta’ oqfsa regolatorji stabbli u miżuri biex jiffaċilitaw l-investimenti. Il-kisba ta’ din il-prevedibbiltà għall-iżviluppaturi tal-proġetti u għall-ktajjen tal-provvista tikkontribwixxi għat-tneħħija tar-riskji għall-investimenti u għat-tnaqqis tal-kostijiet għan-negozji u għall-unitajiet domestiċi. Dan jista’ jsir, pereżempju, billi jittieħed impenn għal skeda ta’ żmien aktar fit-tul, affidabbli u granulari tal-irkantijiet għal proġetti tal-enerġija nadifa u billi wieħed jibbaża fuq disinji ta’ offerti ta’ appoġġ li jirriflettu l-prinċipji tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti għar-reżiljenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà.
F’dak ir-rigward, l-esperjenza tal-Karta dwar l-Enerġija mir-Riħ
u l-Karta Solari
wrew il-valur miżjud tat-tlaqqigħ flimkien tal-atturi istituzzjonali u ekonomiċi biex isiru passi deċiżivi fil-bini ta’ katina tal-valur kompetittiva f’setturi ewlenin tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.
Filwaqt li jibni fuq dawn l-esperjenzi, Kuntratt Tripartitiku usa’ għall-Enerġija Affordabbli jista’ jiġbor flimkien dawn l-impenji u joħloq klima ta’ investiment li tappoġġa l-produzzjoni kosteffettiva tal-enerġija, il-provvista affidabbli tal-enerġija, u t-tkabbir ekonomiku fit-tul għall-partijiet ikkonċernati kollha.
Illustrazzjoni 4. Kuntratt Tripartitiku għal enerġija affordabbli għall-industrija tal-Ewropa
Xiex
|
Kuntratt tripartitiku għal enerġija affordabbli bejn is-settur pubbliku, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-iżviluppaturi tal-enerġija nadifa u l-industrija li tikkonsma l-enerġija.
|
Kif
|
Kuntratt tripartitiku wiesa’ se:
-iġib prevedibbiltà u skalar għall-ġeneraturi tal-enerġija, li se jkollhom off-taker sigur għall-produzzjoni tagħhom, u għax-xerrejja tal-enerġija, li jistgħu jibbenefikaw minn provvista tal-enerġija affordabbli u stabbli;
-jappoġġa l-mudelli tan-negozju tas-settur, bis-saħħa tal-appoġġ mogħti mill-Kummissjoni, il-BEI u l-Istati Membri li se jippermettilhom inaqqsu l-investiment u jikbru.
Dan ikun jinkludi kuntratti settorjali għal ċerti setturi (eż. l-idroġenu, il-fjuwils sintetiċi, il-batteriji, l-enerġija eolika lil hinn mill-kosta, solari, il-grilji).
|
Meta
|
2025
|
Impatt
|
Jiżdiedu t-trasparenza, il-viżibbiltà u ċ-ċertezza għall-produtturi u għall-industrija li tikkonsma l-enerġija, jiġu appoġġati d-deċiżjonijiet ta’ investiment u jitnaqqsu l-kostijiet u l-prezzijiet tal-enerġija
|
Pilastru IV: Inkunu lesti għal kriżijiet enerġetiċi potenzjali
Il-kriżi enerġetika reċenti, l-aktar severa li qatt rat l-Ewropa s’issa, enfasizzat l-importanza tal-koordinazzjoni fil-livell tal-UE fil-ġestjoni taż-żidiet qawwija fil-prezzijiet fis-suq intern. Sabiex tiżdied ir-reżiljenza fid-dawl ta’ kwalunkwe kriżi enerġetika futura possibbli, l-Istati Membri jeħtieġu għodod għal azzjoni effettiva u l-qafas tas-sigurtà tal-provvista jeħtieġ li jissaħħaħ, li jinkorpora t-tagħlimiet meħuda mill-iżviluppi reċenti.
Azzjoni 7: L-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista għall-istabbiltà tal-prezzijiet
Provvisti stabbli tal-enerġija huma kritiċi għar-reżiljenza ekonomika, l-aċċess kontinwu għal enerġija affordabbli u l-evitar ta’ volatilità estrema tal-prezzijiet. L-interruzzjonijiet fil-provvisti tal-enerġija kkawżati minn tensjonijiet ġeopolitiċi, attakki ċibernetiċi, attakki intenzjonati jew avvenimenti estremi tat-temp jheddu l-affordabbiltà. Huwa meħtieġ qafas regolatorju ġdid biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tal-UE u tiġi limitata l-volatilità tal-prezzijiet tal-enerġija.
Xiex
|
Il-kontribut għall-istabbiltà tal-prezzijiet permezz ta’ qafas għas-sigurtà tal-enerġija li jqis dak li tgħallimna matul il-kriżi enerġetika
|
Kif
|
Il-Kummissjoni se tressaq proposta leġiżlattiva għal reviżjoni tal-qafas regolatorju attwali tal-UE għas-sigurtà tal-enerġija
|
Meta
|
Kmieni fl-2026
|
Impatt
|
Disponibbiltà aħjar tal-provvisti tal-enerġija f’kull ħin u preparatezza aħjar għall-perjodi ta’ stress fil-provvista jistgħu jgħinu biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet u jitbaxxew il-prezzijiet
|
Azzjoni 8: Preparatezza għall-kriżijiet tal-prezzijiet
Id-Direttiva dwar l-Elettriku u d-Direttiva dwar il-Gass fihom dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Kunsill jiddikjara kriżi fil-prezzijiet wara proposta mill-Kummissjoni meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet ta’ kriżi eċċezzjonali. F’dawn is-sitwazzjonijiet, it-tnaqqis fid-domanda f’ċerti sigħat għandu rwol ċentrali fil-mitigazzjoni tal-effetti tal-kriżijiet enerġetiċi. Barra minn hekk, barra mill-perjodi ta’ kriżi, skemi biex titnaqqas id-domanda massima fejn il-konsumaturi jitħallsu mill-fornitur tagħhom sabiex inaqqsu l-konsum f’ċerti sigħat diġà jistgħu jitfasslu u jiġu attivati llum. L-esperjenza f’diversi Stati Membri turi li matul perjodi eċċezzjonali ta’ stress tas-sistema u prezzijiet għoljin, il-konsumaturi huma lesti li volontarjament inaqqsu d-domanda.
Xiex
|
L-evitar tal-ogħla livelli tal-prezzijiet matul il-kriżijiet enerġetiċi
|
Kif
|
Gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ skemi biex titnaqqas id-domanda massima billi jiġu introdotti inċentivi ta’ remunerazzjoni għall-konsumaturi. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni (TSOs, transmission system operators) jintroduċu u jattivaw miżuri biex inaqqsu d-domanda għall-enerġija fis-sigħat tad-domanda massima u jċaqilqu d-domanda għal punt aktar tard.
|
Meta
|
Għaddejja u li għandha tiġi varata matul żidiet qawwija fil-prezzijiet/perjodi ta’ stress tas-sistema
|
Impatt
|
Prezzijiet aktar baxxi matul perjodi tad-domanda massima tal-enerġija, tnaqqis fil-volatilità tal-prezzijiet u kontroll tal-kontijiet finali tal-enerġija
|
It-tieni, għal każijiet fejn it-tfixkil jew il-konġestjoni fin-network itellfu serjament il-flussi tal-enerġija, hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib mat-TSOs u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżdiedu temporanjament il-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni transfruntiera disponibbli f’ċerti sitwazzjonijiet (eż. kriżi tal-prezzijiet reġjonali kif jidher fl-2024 fix-Xlokk tal-Ewropa), filwaqt li jiġi żgurat li l-enerġija tilħaq iż-żoni l-aktar affettwati. Il-qtugħ minħabba manutenzjoni jeħtieġ li jiġi kkoordinat kif xieraq fis-suq intern tal-enerġija sabiex jiġu evitati impatti bla bżonn ta’ tali qtugħ fuq Stati Membri ġirien.
Xiex
|
Żieda fl-aċċess transfruntier għal elettriku rħis
|
Kif
|
Ħidma mat-TSOs u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiġi żgurat żidiet temporanji tal-kapaċitajiet transfruntiera disponibbli f’ċerti sitwazzjonijiet u koordinazzjoni u ppjanar xieraq tal-qtugħ minħabba manutenzjoni bejn il-fruntieri biex jiġu evitati restrizzjonijiet fil-fluss tal-elettriku
|
Meta
|
Meta jkun meħtieġ, eż. f’ċerti kriżijiet tal-prezzijiet reġjonali
|
Impatt
|
L-iżgurar li l-kummerċ transfruntier tal-elettriku jiġi massimizzat f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi biex jittaffew iż-żidiet qawwija fil-prezzijiet lokali fi swieq partikolari
|
Fl-aħħar nett, peress li l-gass naturali huwa mistenni b’mod ġenerali li jibqa’ l-istabbiliment ewlieni tal-prezzijiet għall-elettriku fis-snin li ġejjin fl-UE, il-Kummissjoni tinsab lesta li tappoġġa lill-Istati Membri meta jfasslu miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, biex tagħtihom is-setgħa sabiex jindirizzaw żidiet estremi fil-prezzijiet u ambjenti eċċezzjonali tal-prezzijiet biex jiddiżakkoppjaw it-traduzzjoni tal-prezzijiet għoljin tal-gass fil-prezzijiet tal-elettriku, abbażi ta’ mudelli ppruvati f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
5.Konklużjonijiet u t-triq ’il quddiem
Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli jistabbilixxi tmien miżuri konkreti fuq terminu qasir biex iwassal Unjoni tal-Enerġija ġenwina għall-kompetittività, l-affordabbiltà, is-sigurtà u s-sostenibbiltà. It-twettiq ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni trasformattiv se jirrikjedi l-involviment tal-atturi kollha: (i) il-koordinazzjoni tal-UE bl-appoġġ strumentali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jiġi żgurat qafas leġiżlattiv effettiv u prammatiku; (ii) il-kooperazzjoni soda tal-Istati Membri biex jimplimentaw l-azzjonijiet fuq il-post u jiżguraw li jitwassal il-potenzjal sħiħ tal-pjan għaċ-ċittadini; (iii) l-inklużjoni attiva tal-partijiet ikkonċernati: l-industrija u n-negozji tagħna, il-ħaddiema tagħna, l-innovaturi tagħna u ċ-ċittadini tagħna; u (iv) l-involviment fl-ogħla livell politiku permezz ta’ Task Force għall-Unjoni tal-Enerġija.
Il-Kummissjoni se timplimenta, timmonitorja u tirrapporta dwar il-progress lejn it-twettiq tal-Pjan ta’ Azzjoni fir-rapporti futuri dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija. Il-Kummissjoni se tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Enerġija tal-ministri dwar il-progress u se tiddiskuti l-impatti.
L-isfidi li qed niffaċċjaw huma sinifikanti. Iżda l-istess jgħodd għall-punti b’saħħithom tagħna. Flimkien, bnejna grilji reżiljenti u l-aktar network tal-enerġija integrat fid-dinja. Alimentajna bażi tal-manifattura b’saħħitha, forza tax-xogħol b’ħiliet għolja, teknoloġiji avvanzati u qafas regolatorju b’saħħtu. Żammejna sod u mxejna ’l quddiem fi triqitna lejn id-dekarbonizzazzjoni, niddiżakkoppjaw it-tkabbir ekonomiku tagħna mill-emissjonijiet tagħna tas-CO2 u nuru tmexxija fit-tranżizzjoni globali tal-enerġija. Dawn il-punti b’saħħithom jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati l-isfidi li l-Ewropa qed tiffaċċja bħalissa.
Ir-raġunijiet għaliex qed nindirizzaw dawn l-isfidi huma ċari. L-enerġija hija l-pedament tal-ekonomija tagħna u tas-soċjetà tagħna. Tirrappreżenta frazzjoni żgħira tan-nefqa tagħna tal-PDG,
,
iżda tmexxi l-ekonomija kollha kemm hi. Tmexxi l-ferroviji li jittrasportawna, issaħħan id-djar li ngħixu fihom, u tattiva l-magni li jagħmlu l-oġġetti li nużaw kuljum. Hija wkoll waħda mill-pedamenti tal-UE tagħna, minn żmien meta l-faħam u l-azzar kienu l-pilastri tar-rikostruzzjoni tal-Ewropa – hija appoġġat it-tkabbir tal-ekonomija tagħna u tejbet il-ħajja ta’ kuljum tal-Ewropej minn dak iż-żmien ’l hawn.
Il-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija tagħna minn dejjem kienu fundamentali għall-unità Ewropea. Mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar sal-iżvilupp tal-Unjoni tal-Enerġija, l-enerġija kienet kruċjali għall-istabbiltà ekonomika tagħna u mutur tal-integrazzjoni tal-UE. Iggwidat mill-Boxxla għall-Kompetittività, u b’appoġġ għall-Patt għal Industrija Nadifa, dan il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli se jippermettilna nibnu fuq il-punti b’saħħithom tagħna, u b’hekk inkunu nistgħu nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna u naffermaw mill-ġdid l-impenn tal-UE għal tranżizzjoni tal-enerġija inklużiva fejn l-ebda individwu jew komunità ma jitħallew lura.
Anness I: Sommarju tal-azzjonijiet u l-iskeda ta’ żmien
Xiex
|
Meta
|
Minn min
|
Pilastru I: Tnaqqis tal-kostijiet tal-enerġija
|
Azzjoni 1: Il-kontijiet tal-elettriku jsiru aktar affordabbli
|
More efficient network charges to reduce energy system costs
Tariffi tan-network aktar effiċjenti biex jitnaqqsu l-kostijiet tas-sistema tal-enerġija
|
T2 2025
|
KE, SM, NRAs
|
Tassazzjoni aktar baxxa fuq l-elettriku u t-tneħħija ta’ komponenti tal-kost mhux tal-enerġija mill-kontijiet
|
Mill-adozzjoni
T4 2025 (Rec.)
|
SM, bl-appoġġ tal-KE
|
Il-konsumaturi jkunu jistgħu jaqilbu għal fornituri tal-enerġija orħos filwaqt li jindirizzaw il-faqar enerġetiku
|
T3 2025
|
KE, SM, NRAs
|
Azzjoni 2: Tnaqqis tal-kost tal-provvista tal-elettriku
|
Id-diżakkoppjament tal-kontijiet tal-elettriku bl-imnut mill-prezzijiet għoljin u volatili tal-gass
|
T2 2025 (BEI) u T4 2025 (Gwida tas-CfD)
|
KE, BEI, SM
|
Tnaqqis tal-ħinijiet għall-ħruġ ta’ permessi għal tranżizzjoni aċċellerata tal-enerġija
|
Mill-adozzjoni u matul l-2025-2026
|
KE, SM, awtoritajiet nazzjonali kompetenti
|
Jaċċelleraw l-espansjoni, il-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-grilji
|
T1 2026
|
KE, SM, TSOs
|
Żieda fil-flessibbiltà tas-sistema permezz tal-użu tal-ħżin u tar-rispons tad-domanda
|
Mill-adozzjoni
T2 2025 (Għajnuna mill-Istat FWK)
T1 2026 (NC DR)
|
KE, SM
|
Gwida dwar il-promozzjoni tar-rimunerazzjoni tal-flessibbiltà fil-kuntratti bl-imnut
|
T4 2025
|
KE, SM
|
Azzjoni 3: It-titjib tas-swieq tal-gass għal prezzijiet ġusti tal-enerġija
|
L-iżgurar ta’ kompetizzjoni ġusta fis-swieq tal-gass
|
T4 2025
|
KE, SM, ACER, ESMA, NRAs
|
L-isfruttament tal-kapaċità tal-akkwist tal-UE biex tinkiseb l-aħjar offerta mill-gass naturali importat
|
T1-T2 2025
|
KE ma’
sħab internazzjonali
|
Azzjoni 4: Effiċjenza enerġetika: it-twassil tal-iffrankar tal-enerġija
|
Suq effiċjenti ta’ dimensjoni Ewropea
|
T3-T4 2025
|
KE, BEI, istituzzjonijiet finanzjarji, industriji tal-EE
|
Il-konsumaturi jingħataw aċċess għal apparati u prodotti aktar effiċjenti b’ħajja itwal
|
Mill-adozzjoni
|
KE, SM, sorveljanza tas-suq nazzjonali u awtoritajiet doganali
|
Pilastru II: Il-bini ta’ Unjoni tal-Enerġija ġenwina
|
Azzjoni 5: Tlestija tal-Unjoni tal-Enerġija
|
It-Tnedija ta’ Task Force għall-Unjoni tal-Enerġija
|
2025
|
KE, SM, korpi rilevanti tal-UE, esperti
|
L-indirizzar tad-diskrepanza fl-investiment u l-mobilizzazzjoni tal-kapital privat
|
T2 2025
|
KE, BEI, InvestEU
|
Il-bini ta’ suq tal-enerġija aktar integrat
|
2026 sa nofs l-2027
|
KE, SM, PE u partijiet ikkonċernati
|
L-għoti ta’ ċertezza tal-investiment u reġim ta’ governanza simplifikat għal Unjoni tal-Enerġija robusta
|
|
KE
|
Żieda fl-elettrifikazzjoni
|
|
KE, SM
|
Żieda fid-diġitalizzazzjoni u l-użu tal-IA fis-settur tal-enerġija
|
|
KE
|
Id-dekarbonizzazzjoni u l-integrazzjoni tas-settur H&C li jippermetti s-sostituzzjoni tal-gass
|
|
KE, SM
|
Pilastru III: L-attrazzjoni tal-investiment u l-iżgurar tal-kunsinna
|
Azzjoni 6: Kuntratt tripartitiku għal enerġija affordabbli għall-industrija tal-Ewropa
|
Kuntratt tripartitiku għall-enerġija affordabbli
|
2025
|
KE, SM, BEI, il-produtturi tal-enerġija u l-industrija
|
Pilastru IV: Inkunu lesti għal kriżijiet enerġetiċi potenzjali
|
Azzjoni 7: Sigurtà tal-provvista għall-istabbiltà tal-prezzijiet
|
Il-kontribut għall-istabbiltà tal-prezzijiet permezz ta’ qafas ta’ sigurtà tal-enerġija adattat għall-iskop tiegħu
|
Kmieni fl-2026
|
KE
|
Azzjoni 8: Preparatezza għall-kriżijiet tal-prezzijiet
|
L-evitar tal-ogħla livelli tal-prezzijiet matul il-kriżijiet enerġetiċi
|
Matul il-kriżijiet enerġetiċi
|
KE, SM, TSOs
|
Aċċess transfruntier akbar għal elettriku affordabbli
|
Matul il-kriżijiet enerġetiċi
|
KE, NRAs, TSOs
|