Strasburgu, 8.10.2024

COM(2024) 670 final

2024/0670(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi applikazzjoni għas-sottomissjoni elettronika ta’ data tal-ivvjaġġar (l-applikazzjoni “tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE”) u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/399 u (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, fir-rigward tal-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali

{SEC(2024) 670 final} - {SWD(2024) 670 final} - {SWD(2024) 671 final} - {SWD(2024) 672 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Miżuri uniformi dwar il-kontroll fuq il-fruntieri esterni tagħha 1 huma element essenzjali biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb taż-żona tal-UE mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni (“iż-żona Schengen”), kif ukoll is-sigurtà interna tal-UE.

Il-ġestjoni robusta u effiċjenti ta’ dawn il-fruntieri esterni ssaħħaħ ukoll il-politika komprensiva tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni, filwaqt li tiżgura li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu diretti lejn il-proċessi xierqa, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali tagħhom.

L-istabbiliment ta’ verifiki sistematiċi fuq il-fruntieri u dokumenti tal-ivvjaġġar siguri ħafna jiffaċilita d-dħul u s-soġġorn leġittimi kemm għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, filwaqt li jiggarantixxi li s-sigurtà tinżamm permezz ta’ kontrolli xierqa fuq l-identità, billi jiġu vverifikati kemm id-dokumenti kif ukoll il-bażijiet tad-data biex jiġu ddeterminati r-riskji potenzjali għas-sigurtà.

Mid-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fl-2006 2 , saru avvanzi kbar fl-istandardizzazzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri esterni tagħha. Madankollu, bil-ħolqien ta’ teknoloġiji ġodda u s-sistemi tal-IT fuq skala kbira użati f’dawn il-fruntieri, kif ukoll iż-żidiet sinifikanti fil-flussi tal-vjaġġaturi, l-ambjent li fih jitwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri nbidel b’mod notevoli.

Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/458 li jsaħħaħ il-verifiki fuq il-fruntieri esterni taż-żona Schengen ma’ bażijiet tad-data rilevanti 3 , iċ-ċittadini tal-UE ġew soġġetti wkoll għal verifiki sistematiċi meta jaqsmu dawn il-fruntieri esterni, li rriżultaw f’ħinijiet ta’ stennija itwal, għalkemm żdiedet is-sigurtà kif muri miż-żieda fil-hits ma’ bażijiet tad-data rilevanti. Ċittadini ta’ pajjiżi terzi ġew soġġetti għal tali verifiki fil-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ mid-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Il-verifiki fuq il-fruntieri jinkludu l-verifika tal-identità u n-nazzjonalità tal-persuni, il-validità u l-awtentiċità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom u l-verifiki fil-bażijiet tad-data rilevanti, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, il-bażi ta’ data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD, Stolen and Lost Travel Documents) tal-Interpol u ċerti bażijiet ta’ data nazzjonali 4 .

Għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għandu jiġi vverifikat ukoll li l-kundizzjonijiet tad-dħul huma ssodisfati u li tiġi rreġistrata entrata fis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ 5 , li mistennija tidħol fis-seħħ fl-2024. Dawn il-kundizzjonijiet għad-dħul huma relatati, fost affarijiet oħra, mal-pussess ta’ viża valida jew awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, li tiġġustifika l-iskop taż-żjara u l-mezzi ta’ sussistenza.

F’dawn l-aħħar snin, l-għadd ta’ persuni li qasmu l-fruntieri esterni żdied b’mod kostanti sa qrib il-livelli ta’ qabel il-pandemija. Fl-2019, ġew irreġistrati 605 miljun każ ta’ tali qsim tal-fruntieri, filwaqt li fl-2020 iċ-ċifra niżlet għal 186 miljun. Fl-2023, ġew irreġistrati total ta’ 593 miljun każ ta’ qsim. Minn dan il-qsim, 65 % kien fil-fruntieri tal-ajru, 31 % fil-fruntieri tal-art u l-l4 % li jifdal mill-fruntieri tal-baħar 6 . Il-fatt li aktar minn nofs biljun passiġġier jidħlu jew joħorġu mill-UE kull sena jpoġġi pressjoni fuq il-fruntieri esterni tagħha. Volumi kbar ta’ vjaġġaturi huma ta’ sfida għall-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri esterni, kif ukoll għall-vjaġġaturi kollha li jaqsmu dawk il-fruntieri kuljum.

Minħabba l-pressjoni fuq il-proċessi ta’ verifika fuq il-fruntieri esterni 7 , flimkien ma’ rati differenti ta’ diġitalizzazzjoni 8 mill-Istati Membri, qed jitfaċċaw sfidi ġodda. Dawn jinkludu riskji għas-sigurtà u ġestjoni ineffiċjenti tal-fruntieri kif ukoll ostakli għall-ivvjaġġar bla xkiel bejn il-fruntieri.

In-nuqqas ta’ proċessi diġitalizzati (bis-sħiħ), flimkien ma’ żieda fil-volumi ta’ vjaġġaturi, irriżultaw f’ħinijiet ta’ stennija itwal fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri. Il-vjaġġaturi huma meħtieġa jippreżentaw id-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fiżikament fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni kollha lejn iż-żona Schengen u ’l barra minnha, jew lill-awtoritajiet tal-fruntieri għal verifika manwali jew fl-e-gates. Anke bl-użu tal-e-gates, uffiċjal tal-awtorità tal-fruntieri huwa meħtieġ jissorvelja l-proċess u jieħu deċiżjoni dwar l-ammissjoni jew iċ-ċaħda tad-dħul (jew ċaħda tal-ħruġ).

It-trasportaturi li jittrasportaw passiġġieri lejn it-territorju tal-UE u ż-żona Schengen u ’l barra minnhom jiffaċċjaw ukoll diffikultajiet u huma affettwati minn volumi għoljin ta’ vjaġġaturi u l-ħtieġa għal verifika manwali tad-data tal-vjaġġaturi. Minbarra ħinijiet itwal ta’ stennija, il-ħinijiet tal-ipproċessar għal kull passiġġier (verifika tal-identità, spezzjoni tad-dokument tal-ivvjaġġar, konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data eċċ.) żdiedu bl-introduzzjoni ta’ verifiki sistematiċi u bir-reqqa li madankollu huma kruċjali għas-sigurtà.

Peress li l-verifiki fuq il-fruntieri kemm fuq ċittadini tal-UE kif ukoll fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitwettqu biss ladarba l-vjaġġatur jasal fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera fiżiku u jippreżenta dokument fiżiku tal-ivvjaġġar, l-awtoritajiet ma jistgħux jivverifikaw bil-quddiem jekk il-persuna kkonċernata (bl-eċċezzjoni ta’ titular ta’ viża) għandhiex dokument tal-ivvjaġġar validu u awtentiku. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-fruntieri ma jistgħux jivverifikaw bil-quddiem jekk jissodisfawx il-kundizzjonijiet tad-dħul.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2021 dwar Strateġija ta’ Schengen 9 ippreżentat il-pjanijiet tal-Kummissjoni Ewropea lejn diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-proċeduri fil-fruntieri esterni taż-żona Schengen, inkluża inizjattiva dwar id-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-iffaċilitar tal-ivvjaġġar.

L-għan huwa li jingħata kontribut għal spazju aktar sikur ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, politika komuni tal-UE aktar b’saħħitha dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u vjaġġar iffaċilitat kemm għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul. B’mod aktar speċifiku, huwa meħtieġ li tiżdied is-sigurtà fiż-żona Schengen u fl-UE u li jkun hemm qsim tal-fruntieri aktar faċli u aktar rapidu għall-vjaġġaturi.

Għalhekk, din il-proposta għal regolament għandha l-għan li (i) tistabbilixxi standard uniformi għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u applikazzjoni komuni tal-UE (l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE) għall-użu tagħhom, (ii) tippermetti lill-persuni jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali biex jaqsmu l-fruntieri esterni tal-ajru, tal-art u tal-baħar abbażi ta’ soluzzjoni teknika uniformi tal-UE, u (iii) tippermetti lill-awtoritajiet tal-fruntieri jwettqu verifiki bbażati fuq dawn il-kredenzjali, biex jitnaqqsu l-konġestjonijiet u l-ħin imqatta’ fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri.

Bl-introduzzjoni tal-possibbiltà li l-vjaġġaturi jkollhom verżjoni diġitali tad-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom u li jissottomettuha permezz ta’ applikazzjoni għal verifika bil-quddiem qabel l-ivvjaġġar, dawn ikunu jistgħu jgħaddu mill-kontroll fuq il-fruntieri b’mod aktar faċli.

Il-ħolqien tal-possibbiltà li l-awtoritajiet tal-fruntieri jirċievu minn qabel verżjonijiet diġitali tad-dokumenti tal-ivvjaġġar jippermettilhom iwettqu l-verifiki bil-quddiem u b’hekk jiffukaw ir-riżorsi tagħhom fuq l-identifikazzjoni ta’ reati transfruntiera u l-migrazzjoni irregolari b’mod aktar effiċjenti. Is-sitwazzjoni llum hija li filwaqt li l-volumi tal-passiġġieri qed ikomplu jiżdiedu u l-awtoritajiet huma meħtieġa jwettqu l-verifiki kollha fil-mument tal-qsim reali tal-fruntiera, il-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw ir-riżorsi, jwettqu skrinjar minn qabel (biex jiffukaw fuq profili ta’ riskju għoli) u li jidentifikaw il-migrazzjoni irregolari u r-reati transfruntiera (bħat-traffikar ta’ bnedmin jew il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti) ma hijiex ottimizzata bis-sħiħ. Barra minn hekk, filwaqt li l-gwardji tal-fruntieri huma meħtieġa jivverifikaw l-awtentiċità u l-integrità tad-data taċ-ċippa fid-dokumenti tal-ivvjaġġar 10 , jiġri li xi drabi dan il-pass jinqabeż, minħabba żidiet fl-ivvjaġġar u ħsarat tekniċi 11 . F’dawn il-każijiet, il-gwardji tal-fruntieri jiddependu aktar fuq spezzjoni manwali tal-karatteristiċi fiżiċi ta’ sigurtà tad-dokument 12 . Il-karatteristiċi fiżiċi ta’ sigurtà huma aktar suxxettibbli għall-manipulazzjoni mid-data elettronika maħżuna fuq iċ-ċippa tad-dokument, peress li d-data hija protetta mill-firma diġitali tal-awtorità emittenti.

Huwa importanti li dawn ir-riskji jiġu indirizzati fid-dawl tal-fatt li l-frodi tad-dokumenti hija faċilitatur ewlieni għal reati transfruntiera, li għandha impatt fuq is-sigurtà interna tal-UE. Fl-2023 biss, l-awtoritajiet nazzjonali identifikaw aktar minn 17 000 frodatur li użaw jew kienu fil-pussess ta’ aktar minn 22 000 dokument frodulenti 13 . Billi javvanzaw il-verifika tal-awtentiċità u l-integrità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar bl-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, l-awtoritajiet tal-fruntieri se jkollhom aktar ħin u riżorsi biex jiffukaw fuq il-profili tar-riskju, jidentifikaw dokumenti frodulenti u jipprevjenu l-migrazzjoni irregolari u r-reati transfruntiera.

Filwaqt li d-dokumenti tal-ivvjaġġar moderni, inklużi dawk maħruġa mill-Istati Membri tal-UE u l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi terzi, diġà huma mgħammra b’ċippa mingħajr kuntatt u jipprovdu sigurtà għolja, id-data fuq iċ-ċippa bħalissa ma tistax tintuża b’mod suffiċjenti għall-ipproċessar mill-bogħod fl-UE.

Fl-2016, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO, International Civil Aviation Organization) kienet diġà bdiet taħdem fuq id-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar , bil-ħsieb li tiffaċilita l-ivvjaġġar bl-ajru. Din ir-rappreżentazzjoni diġitali tal-identità tal-persuna li hija derivata minn dokument tal-ivvjaġġar eżistenti, imsemmija fil-kuntest tal-ICAO bħala “kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali” (DTC, digital travel credential), hija essenzjalment replika tad-data personali (esklużi l-marki tas-swaba’) miżmuma fuq iċ-ċippa ta’ dokument tal-ivvjaġġar, u li tista’ tinħażen b’mod sigur – pereżempju fuq mobile – jew għal interazzjoni unika jew għal użu multipli. Il-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali jista’ jiġi kondiviż ma’ partijiet ikkonċernati oħra, bħall-awtoritajiet tal-fruntieri u t-trasportaturi, permezz ta’ interfaċċa (pereż. applikazzjoni għall-apparati mobbli) qabel l-ivvjaġġar, inkluż għar-reġistrazzjoni minn qabel tad-data, bħal fis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ jew għall-finijiet tal-ġbir u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri. L-ewwel verżjoni tal-istandard tekniku tal-ICAO DTC 14 diġà ġiet iffinalizzata u ppilotata.

Il-proġetti pilota li għaddejjin bħalissa ffinanzjati mill-UE 15 dwar l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali ibbażati fuq l-istandard tekniku tal-ICAO fuq il-fruntieri esterni wrew il-valur miżjud inkontestabbli tal-inkorporazzjoni tal-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-ivvjaġġar transfruntier. L-awtoritajiet għandhom aktar żmien biex jipproċessaw vjaġġaturi individwali (saħansitra qabel ma jaslu), filwaqt li l-ħinijiet ta’ stennija u pproċessar għal kull vjaġġatur fil-punt fiżiku ta’ qsim tal-fruntiera jistgħu jitnaqqsu b’mod notevoli 16 minħabba l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-verifiki jkunu twettqu bil-quddiem.

B’mod ġenerali, l-inizjattiva tal-UE dwar id-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-iffaċilitar tal-ivvjaġġar toffri l-opportunità li tittejjeb l-esperjenza tal-ivvjaġġar għal vjaġġaturi individwali u tiżdied is-sigurtà billi l-awtoritajiet tal-fruntieri jkunu jistgħu jwettqu verifiki bil-quddiem u b’mod ġdid, abbażi ta’ data diġitali fid-dokumenti tal-ivvjaġġar ippreżentata mill-vjaġġaturi qabel ma jivvjaġġaw. Barra minn hekk, din il-proposta tappoġġa l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ billi tippermetti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jirreġistraw id-data tagħhom minn qabel mill-bogħod, minflok ma jirreġistraw id-data ladarba jaslu fil-punt fiżiku ta’ qsim tal-fruntiera. Dan se jirriżulta f’inqas ħin ta’ stennija fil-punti fiżiċi ta’ qsim tal-fruntiera u se jippermetti żmien addizzjonali għall-awtoritajiet tal-fruntieri biex iwettqu l-verifiki meħtieġa.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-politika

L-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali fil-kuntest tal-verifiki fuq il-fruntieri huma konsistenti ma’ diversi inizjattivi ta’ politika ewlenin u żviluppi reċenti fil-qasam tal-politika komuni tal-UE dwar il-fruntieri esterni:

·ir-Regolament adottat reċentement dwar il-viżi diġitali 17 : il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali jistgħu jintużaw mill-applikanti għal viża biex jimlew l-informazzjoni fl-applikazzjonijiet għal viża minn qabel u mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw li l-persuna għandha viża valida qabel l-ivvjaġġar;

·is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS, European Travel Authorisation and Information System) 18 : il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali jistgħu jintużaw mill-vjaġġatur biex jimla l-informazzjoni fl-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar minn qabel u mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw li l-persuna għandha dokument tal-ivvjaġġar validu qabel l-ivvjaġġar;

·is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES, Entry/Exit System) 19 : il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali jistgħu jintużaw mill-vjaġġatur biex jirreġistra d-data tal-ivvjaġġar meħtieġa għall-EES minn qabel mill-bogħod, jiġifieri inqas ħin fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri;

·proposta għal Regolamenti dwar informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri (API, advance passenger information): it-trasportaturi tal-ajru se jkunu meħtieġa jiġbru d-data tad-dokument tal-ivvjaġġar għall-finijiet tal-API b’mod awtomatizzat, biex jiżguraw il-preċiżjoni tad-data. Il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, fost tipi oħra ta’ kredenzjali diġitali verifikabbli, jistgħu jintużaw mit-trasportaturi għal dan il-ġbir awtomatizzat, li jirriżulta f’data preċiża u affidabbli.

Il-valur miżjud tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-finijiet tal-EES u tal-API, li jippermetti l-ipproċessar mill-bogħod u jżid il-preċiżjoni tad-data, se jimmaterjalizza immedjatament bl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Fl-aħħar nett, il-proposta tikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri billi tintroduċi standards uniformi għall-ġestjoni aktar effettiva u effiċjenti tal-fruntieri esterni.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija akkumpanjata minn proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali bbażati fuq il-karti tal-identità u l-istandards tekniċi tagħhom 20 . L-istandard tekniku għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali ibbażati fuq passaport jew karta tal-identità tal-UE għandu jkun l-istess, biex jiġi żgurat li jkunu interoperabbli u li jkunu jistgħu jintużaw għall-finijiet ta’ qsim tal-fruntieri esterni.

Din l-inizjattiva twieġeb għax-xejra globali tad-diġitalizzazzjoni kif ukoll għall-aspettattivi tal-vjaġġaturi li qed jevolvu għal proċeduri dejjem aktar rapidi u bla xkiel billi jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropa Diġitali tal-2020, li għandha l-għan li tiżgura l-integrità u r-reżiljenza tal-infrastruttura tad-data tal-UE u tappoġġa l-użu ta’ teknoloġija li se tagħmel differenza reali fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies. Din l-inizjattiva tappoġġa wkoll il-Kumpass Diġitali għad-deċennju diġitali tal-UE, li huwa bbażat fuq erba’ punti kardinali, li wieħed minnhom huwa d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi (bl-objettiv speċifiku li 80 % taċ-ċittadini jużaw identità diġitali sa tmiem l-2030 21 ). Fid-dikjarazzjoni Ewropea dwar id-drittijiet u l-prinċipji diġitali Ewropej 22 , il-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi impenjaw ruħhom li jiżguraw li n-nies li jgħixu fl-UE jiġu offruti l-possibbiltà li jużaw identità diġitali aċċessibbli, volontarja, sigura u affidabbli. Ir-regolament propost jissodisfa dan l-impenn.

Fl-aħħar nett, l-inizjattiva u l-implimentazzjoni tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali fl-UE huma marbuta mill-qrib mal-iżviluppi li għaddejjin dwar l-identità diġitali Ewropea u l-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali 23 . Il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali jistgħu jinħażnu flimkien ma’ liċenzji tas-sewqan, preskrizzjonijiet mediċi u dokumenti diġitali oħra fil-kartiera tal-identità diġitali tal-UE, li jikkostitwixxu attestazzjoni elettronika li tista’ tintuża għal skopijiet li jmorru lil hinn mill-ivvjaġġar, pereż. bħala dokument tal-identità diġitali kemm għal tranżazzjonijiet mill-bogħod kif ukoll għal tranżazzjonijiet fiżiċi.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 77(2)(b) u (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

L-Artikolu 77(2)(b) tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-UE li tiżviluppa miżuri li jikkonċernaw il-verifiki li l-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni huma soġġetti għalihom. L-Artikolu 77(2)(d) tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-UE li tadotta miżuri għall-istabbiliment gradwali ta’ sistema integrata ta’ ġestjoni għall-fruntieri esterni.

Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jipprovdu l-bażi legali xierqa għall-ispeċifikazzjoni tal-miżuri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni u għall-iżvilupp tal-istandards, anke fir-rigward tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, li għandhom jiġu segwiti fil-kuntest tat-twettiq tal-verifiki fuq il-fruntieri.

Fir-rigward tal-kwistjoni tal-bażi legali xierqa għall-emendar tar-Regolament tal-UE dwar il-Passaporti 24 , fi Schwarz 25 , il-Qorti sostniet b’mod espliċitu li peress li l-verifiki fuq il-fruntieri esterni jirrikjedu li jiġu ppreżentati dokumenti għall-identifikazzjoni tal-persuni, kemm jekk ikunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif ukoll jekk ikunu ċittadini tal-UE, ir-Regolament tal-UE dwar il-Passaporti ġie adottat b’mod korrett skont l-Artikolu 62(2)(a) tat-Trattat dwar il-Komunità Ewropea, il-predeċessur tal-Artikolu 77(2)(b) TFUE.

•Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-qafas legali attwali tal-UE ma jippermettix l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-verifika tal-awtentiċità u l-integrità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar mill-bogħod fil-verifiki fuq il-fruntieri. Minħabba n-natura tal-problema, l-Istati Membri nfushom ma jistgħux jintroduċu b’mod effettiv format uniformi għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali ibbażat fuq dokumenti tal-ivvjaġġar regolati fil-livell tal-UE u b’hekk jiffaċilitaw il-mobbiltà transfruntiera.

L-azzjoni tal-UE żżid valur konsiderevoli fl-indirizzar tal-isfidi relatati mas-sigurtà u l-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar. Is-sitwazzjoni attwali taffettwa s-sigurtà fil-fruntieri tal-UE kif ukoll il-funzjonament tajjeb tal-fruntieri esterni u b’mod ġenerali taż-żona Schengen. Filwaqt li l-fruntieri esterni u l-UE kollha kemm hi jinsabu taħt pressjoni konsiderevoli, azzjoni konġunta tal-UE tippermettilna ndaħħlu fis-seħħ miżuri uniformi biex intejbu l-ġestjoni integrata tal-fruntieri u nilħqu livell minimu ta’ maturità diġitali fl-Istati Membri kollha tal-UE.

L-emendi meħtieġa tal-partijiet rilevanti tal-acquis ta’ Schengen (b’mod partikolari l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u r-Regolament tal-UE dwar il-Passaporti) huma possibbli biss fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ skala, effetti u impatti mistennija, l-objettivi jistgħu jinkisbu biss b’mod effiċjenti u effettiv fil-livell tal-UE.

•Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, hemm bżonn li jiġi żgurat li n-natura u l-intensità ta’ miżura partikolari jkunu jaqblu mal-problema identifikata. Il-problemi indirizzati f’din l-inizjattiva jitolbu azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal‑UE biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jindirizzawhom b’mod adegwat.

Din il-proposta għal Regolament tipprevedi l-introduzzjoni ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali bbażati fuq dokumenti tal-ivvjaġġar li l-vjaġġaturi jistgħu jużaw, jekk ikunu jixtiequ, għall-fini li jgħaddu minn verifiki fuq il-fruntieri. L-Istati Membri jkunu obbligati jippermettu lill-vjaġġaturi jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali biex jaqsmu l-fruntieri ladarba s-soluzzjoni teknika għall-UE kollha tkun lesta biex tiġi implimentata. Qabel tali data, l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw soluzzjonijiet nazzjonali għall-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali fil-fruntieri esterni tagħhom.

Għalhekk, din il-proposta għal regolament tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw il-problemi assoċjati maż-żieda fil-volumi ta’ vjaġġaturi, filwaqt li tiżgura livelli għoljin ta’ sigurtà, b’aktar konvenjenza għall-vjaġġaturi individwali. Filwaqt li l-inizjattiva teħtieġ intervent regolatorju u tekniku, hija proporzjonata f’termini tal-kisba tal-objettivi u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ.

•Għażla tal-istrument

L-objettivi ta’ din l-inizjattiva jistgħu jinkisbu biss permezz ta’ att leġiżlattiv li jistabbilixxi soluzzjoni teknika għall-UE kollha li tkun direttament applikabbli mingħajr il-ħtieġa li l-miżura tiġi trasposta fl-ordnijiet legali nazzjonali, u li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet eżistenti tar-regolamenti dwar il-verifiki fuq il-fruntieri u d-dokumenti tal-ivvjaġġar.

Għalhekk, huwa meħtieġ att fil-forma ta’ regolament li jistabbilixxi applikazzjoni uniformi tal-UE għas-sottomissjoni ta’ data tal-ivvjaġġar u għall-emendar tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, ir-Regolament tal-UE dwar il-Passaporti u r-Regolament eu-LISA.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post / kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

MHUX APPLIKABBLI

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

It-tħejjija ta’ din l-inizjattiva involviet firxa wiesgħa ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, inklużi:

·l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri (l-awtoritajiet tal-fruntieri, l‑awtoritajiet li joħorġu d-dokumenti tal-ivvjaġġar, min ifassal il-politika);

·l-aġenziji tal-UE (bħall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-Aġenzija tal-UE għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA));

·l-organizzazzjonijiet internazzjonali involuti fl-ivvjaġġar internazzjonali;

·l-industrija u ċ-ċittadini privati.

Ġiet organizzata konsultazzjoni pubblika bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt. Twettaq ukoll stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru biex jinkiseb aktar għarfien dwar il-perċezzjoni pubblika fl-UE tal-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-ivvjaġġar transfruntier.

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati esprimew appoġġ mifrux għall-inizjattiva, filwaqt li enfasizzaw il-benefiċċji u l-konvenjenza mistennija kemm għall-awtoritajiet tal-fruntieri kif ukoll għall-vjaġġaturi jekk dawn ikunu jistgħu jużaw il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali biex jaqsmu l-fruntieri esterni.

Il-ħtieġa għal approċċ Ewropew uniformi li jippermetti lill-vjaġġaturi jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali biex jaqsmu l-fruntieri esterni ġiet ikkonfermata mill-konsultazzjoni mmirata tar-rappreżentanti nazzjonali mwettqa:

·96 % kienu jemmnu li approċċ uniformi fl-Istati Membri kollha tal-UE huwa essenzjali jew essenzjali ħafna;

·82 % qiesu li l-ġestjoni integrata bis-sħiħ tal-fruntieri u l-għodod ta’ faċilitazzjoni fl-UE (mingħajr leġiżlazzjonijiet u proċessi li jikkoinċidu relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri li jġibu ineffiċjenzi operazzjonali) huma essenzjali jew essenzjali ħafna.

Minkejja l-impatt fuq is-sistemi nazzjonali, 65 % tal-awtoritajiet tal-Istati Membri mistħarrġa wieġbu li għandu jkun obbligatorju li jiġu aċċettati l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, u 71 % wieġbu li għandu jkun obbligatorju li jiġi permess l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għal vjaġġar iffaċilitat.

76 % tal-awtoritajiet tal-Istati Membri mistħarrġa ppreferew li jkollhom applikazzjoni waħda fil-livell tal-UE għas-sottomissjoni tad-data tal-ivvjaġġar lill-awtoritajiet tal-fruntieri. Ir-rispondenti kollha qalu li kien essenzjali ħafna li tiġi żgurata l-konformità mal-istandards internazzjonali (ICAO) dwar il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali.

Il-konsultazzjoni pubblika attirat ħafna interess, bi kważi 7 000 tweġiba b’kollox, fil-biċċa l-kbira mill-Ġermanja, l-Awstrija u s-Slovakkja (bi 58 %, 8 % u 8 % tat-tweġibiet rispettivament).

L-opinjonijiet dwar l-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u r-rieda tagħhom li jużaw il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali meta jaqsmu l-fruntieri esterni kienu fil-biċċa l-kbira negattivi.

·83 % tar-rispondenti kienu tal-fehma li l-possibbiltajiet li jintużaw il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali ma kinux importanti jew ma kienu importanti xejn, filwaqt li 12 % qalu li kienu importanti ħafna jew importanti.

·Meta ġew mistoqsija jekk il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali jistgħux jiffaċilitaw il-proċedura tal-verifika fuq il-fruntiera, 72 % wieġbu fin-negattiv.

·Bl-istess mod, 58 % tar-rispondenti indikaw li ma jkun utli xejn li wieħed ikun jista’ juża l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għal proċeduri amministrattivi oħra, b’19 % oħra jindikaw li dan ma jkunx utli.

·12 % tar-rispondenti biss jikkunsidraw li jużaw kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali jekk dan ikun disponibbli, filwaqt li 6 % qalu li jikkunsidraw dan f’ċerti kundizzjonijiet.

Bħala motivazzjonijiet għan-nuqqas ta’ interess fl-adozzjoni, ir-rispondenti primarjament enfasizzaw it-tħassib dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, kif ukoll is-sodisfazzjon ġenerali bil-proċessi attwali.

Il-Kummissjoni rċeviet ukoll għadd konsiderevoli ta’ tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika bil-posta, kollha fil-forma ta’ ittra standard, li fuqha kellu jiżdied biss l-indirizz. Il-possibbiltà ta’ kampanja mmirata ma setgħetx tiġi eskluża.

L-istħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru EBS 539 26 kopra 26 358 intervista fis-27 Stat Membru tal-UE u ta riżultati differenti.

L-istħarriġ esplora l-fehmiet u l-perċezzjonijiet taċ-ċittadini tal-UE dwar il-politiki tal-ivvjaġġar relatati mal-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar, inklużi l-introduzzjoni u l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali. Żewġ terzi (67 %) tal-Ewropej kellhom perċezzjoni pożittiva tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali. B’kuntrast ma’ dan, kwart (26 %) tal-Ewropej kellhom opinjoni negattiva dwarhom.

L-opinjonijiet kienu l-aktar pożittivi fost ir-rispondenti żgħażagħ, l-istudenti, il-maniġers u ħaddiema mhux manwali oħra, vjaġġaturi frekwenti u dawk li għandhom fehma pożittiva tal-UE b’mod ġenerali.

Il-perċezzjonijiet kienu l-inqas pożittivi fost dawk li għandhom fehma negattiva dwar l-UE, li ma jivvjaġġawx u dawk li telqu mill-edukazzjoni full-time fl-età ta’ 15-il sena jew qabel.

Madankollu, 68 % tal-Ewropej kienu favur l-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-ivvjaġġar barra miż-żona Schengen, filwaqt li 28 % opponew l-użu tagħhom għal dan. Filwaqt li l-appoġġ fost ir-rispondenti akbar fl-età kien aktar baxx, xorta waħda 54 % tar-rispondenti li għandhom 55 sena jew aktar, u 50 % tal-persuni rtirati, kienu favur l-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-ivvjaġġar barra minn Schengen.

Mid-diversi preokkupazzjonijiet imsemmija, kważi nofs (49 %) l-Ewropej qiesu li l-ħsarat fis-software kienu l-aktar sors importanti ta’ tħassib relatat mal-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali. Tqajjem ukoll tħassib dwar il-protezzjoni tad-data, problemi tal-apparat u attakki ċibernetiċi.

Ir-riżultati pożittivi tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru huma interessanti fid-dawl tal-feedback fil-biċċa l-kbira negattiv miġbur mill-konsultazzjoni pubblika, filwaqt li titqies ukoll il-popolazzjoni tal-kampjun akbar u aktar rappreżentattiva.

Il-feedback riċevut mid-diversi attivitajiet ta’ konsultazzjoni tqies fit-tħejjija ta’ din l-inizjattiva, pereż., billi nżammet in-natura volontarja tal-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali (minflok ma jsir obbligatorju għall-vjaġġaturi), billi ġie stabbilit standard tekniku uniformi għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali (minflok ma jitħalla f’idejn kull Stat Membru), billi ġew inklużi kemm iċ-ċittadini tal-UE kif ukoll iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-inizjattiva u billi ntgħażlet soluzzjoni teknika komuni tal-UE għas-sottomissjoni ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali (minflok ma kull Stat Membru jiżviluppa tiegħu stess) bi standards ta’ sigurtà għoljin.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni kkuntrattat konsulent estern biex iwettaq studju dwar l-inizjattiva tal-UE dwar id-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar, biex jiżviluppa għażliet u jivvaluta l-impatti tagħhom. L-istudju appoġġa t-tħejjija tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt. Matul l-istudju, inġabru l-fehmiet u l-għarfien espert tal-partijiet ikkonċernati fil-forma ta’ intervisti strateġiċi, konsultazzjonijiet immirati, intervisti fil-fond u l-konsultazzjoni pubblika. Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq, twettaq stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru.

Tliet Stati Membri (il-Finlandja, il-Kroazja u n-Netherlands) qed iwettqu wkoll attivitajiet pilota ffinanzjati mill-UE biex jittestjaw il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għal skopijiet ta’ vjaġġar transfruntier. L-esperjenzi u r-riżultati li waslu sa issa tqiesu wkoll u ġew riflessi fil-valutazzjoni tal-impatt u f’din il-proposta.

•Valutazzjoni tal-impatt

F’konformità mal-politika tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt 27 li dwarha l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva fil-15 ta’ Diċembru 2023 28 . Il-valutazzjoni tal-impatt evalwat tliet għażliet ta’ politika, li kull waħda minnhom kienet tinvolvi bidliet leġiżlattivi peress li kollha kienu jeħtieġu emendi tal-acquis eżistenti tal-UE, speċjalment fir-rigward tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-verifiki fuq il-fruntieri. Għalhekk, mill-bidu nett ġie eskluż approċċ ta’ “liġi mhux vinkolanti”.

Kull għażla ta’ politika kellha ċerti elementi kostitwenti komuni, inklużi:

·perjodu ta’ tranżizzjoni/żmien ta’ implimentazzjoni volontarja sakemm tkun lesta s-soluzzjoni teknika tal-UE;

·dipendenza fuq standard tekniku internazzjonali eżistenti;

·natura volontarja tal-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali mill-vjaġġaturi (kif ikkonfermat ukoll mill-konsultazzjoni pubblika);

·soluzzjoni teknika ċentrali tal-UE għall-ħolqien u s-sottomissjoni ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali.

Id-differenza ewlenija bejn it-tliet għażliet ta’ politika kienet relatata mal-livell ta’ flessibbiltà li jgawdu l-Istati Membri fir-rigward ta’:

1)il-possibbiltà li l-persuni jkollhom kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali (peress li xi wħud irrestrinġew b’mod espliċitu l-aċċess għad-data taċ-ċippa fid-dokumenti tal-ivvjaġġar għall-awtoritajiet)

2)jekk il-vjaġġaturi jitħallewx jużaw il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-ivvjaġġar transfruntier.

Għażla ta’ politika 1 

Din tippermetti lill-Istati Membri jagħmlu l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali disponibbli għall-vjaġġaturi, u jiffaċilitaw il-verifiki fuq il-fruntieri fuq persuni bi kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali.

Għażla ta’ politika 2

Din tobbliga lill-Istati Membri jagħmlu l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali disponibbli għall-vjaġġaturi, u tippermettilhom jimplimentaw miżuri fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera għall-użu ta’ dawn il-kredenzjali.

Għażla ta’ politika 3 

Din tobbliga lill-Istati Membri jagħmlu l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali disponibbli għall-vjaġġaturi u jimplimentaw miżuri fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera għall-użu tagħhom. Din tneħħi l-ostakli legali għall-użu tad-data tad-dokument tal-ivvjaġġar diġitali għal skopijiet ta’ verifika fuq il-fruntieri u tistabbilixxi approċċ uniformi għall-użu tagħhom fl-Istati Membri kollha.

Abbażi tas-sejbiet tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, l-għażla ppreferuta kienet eventwalment l-għażla 3, wara ż-żmien meħtieġ biex tiġi żviluppata s-soluzzjoni teknika ċentrali tal-UE, li matulha l-Istati Membri setgħu “jipparteċipaw” bħal fl-għażla 2, jiġifieri billi:

a)iċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiksbu l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali tagħhom minn dokumenti tal-ivvjaġġar eżistenti konformi mal-ICAO;

b)ikunu permessi jużaw il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali biex jaqsmu l-fruntieri esterni f’dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jimplimentaw il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali qabel id-dħul fis-seħħ tas-soluzzjoni teknika ċentrali tal-UE;

c)ikunu permessi jużaw il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali biex jaqsmu l-fruntieri esterni fl-Istati Membri kollha, ladarba tkun lesta s-soluzzjoni teknika għall-UE kollha.

L-għażla ppreferuta għandha, b’mod ġenerali, l-aktar impatt pożittiv fuq l-appoġġ għall-objettivi li:

1)tiżdied is-sigurtà fiż-żona Schengen u l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħha

2)l-vjaġġaturi individwali jkunu offruti qsim tal-fruntiera b’inqas xkiel.

Dan huwa prinċipalment minħabba l-obbligu “doppju” eventwali fuq l-Istati Membri li jippermettu lill-individwi jkollhom kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u li fil-fatt jużawhom biex jaqsmu l-fruntieri, li jwassal għall-ogħla adozzjoni mistennija tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali mill-għażliet ta’ politika kollha. Għalhekk, din tippermetti lill-awtoritajiet iwettqu verifiki bil-quddiem u jawtorizzaw lill-vjaġġaturi minn qabel kif ukoll tagħti lil kull vjaġġatur (b’dokument tal-ivvjaġġar li jkun fih ċippa) il-possibbiltà li jagħżel li jipparteċipa.

L-istandardizzazzjoni tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u l-użu tagħhom għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni madwar l-Istati Membri jġibu wkoll aktar benefiċċji. Tista’ żżid l-effiċjenza għat-trasportaturi fuq bażi volontarja, peress li dawn ikunu jistgħu jintegraw il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali fil-flussi tax-xogħol attwali tagħhom. Tippermetti wkoll li jintużaw aktar każijiet ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali miċ-ċittadini tal-UE, billi jiġi stabbilit attribut elettroniku għall-kartiera tal-identità diġitali tal-UE li jista’ jintuża pereż. biex tingħata prova tal-identità ta’ persuna fl-UE jew anke barra minnha, jekk tiġi aċċettata minn pajjiżi terzi.

L-għażla ppreferuta tpoġġi piż limitat fuq l-awtoritajiet nazzjonali, li huwa kkumpensat mill-impatt pożittiv mistenni tal-miżuri. Dan jikkonsisti f’verifiki fuq il-fruntieri aktar effettivi u effiċjenti, li jippermetti wkoll użu aħjar tar-riżorsi fil-livell lokali, li jippermettilhom pereż. jiffukaw fuq l-analiżi tar-riskju, rondi u kompiti oħra. L-għażla ppreferuta tikkonsisti l-aktar fit-titjib tad-dispożizzjonijiet eżistenti aktar milli fil-ħolqien ta’ obbligi ġodda, speċjalment billi jiġu permessi “verifiki bil-quddiem fuq il-fruntieri” u passiġġieri “awtorizzati minn qabel”, qabel il-wasla tagħhom fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera. Il-benefiċċji finali jiddependu fuq l-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, b’aktar informazzjoni u evalwazzjonijiet ibbażati fuq ix-xenarju pprovduti fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt.

L-obbligu li l-vjaġġaturi jitħallew jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-qsim tal-fruntieri esterni joħloq piż wieħed b’mod partikolari: il-bini ta’ soluzzjoni ta’ integrazzjoni teknika li tippermetti li l-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali jiġi pproċessat fis-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni tal-fruntieri.

Minħabba li l-istandard tal-ICAO DTC huwa simili għad-dokumenti tal-ivvjaġġar eżistenti, l-integrazzjoni ta’ dan l-istandard ma għandhiex tkun kumplessa jew għalja ħafna. L-Istati Membri involuti fil-proġetti pilota tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali stmaw li tali integrazzjoni tiswa bejn EUR 300 000 u EUR 700 000 għal kull pajjiż. Barra minn hekk, il-kapaċità tas-server jista’ jkollha bżonn tiżdied, skont il-pajjiż u l-punti ta’ qsim tal-fruntiera eżatti, li tista’ tiswa sa EUR 250 000 għal kull pajjiż.

Sabiex jitqiesu l-bidliet fl-istrutturi nazzjonali, id-differenzi fil-maturità u l-kapaċitajiet teknoloġiċi kif ukoll biex jiġu permessi spejjeż ġenerali raġonevoli, huwa stmat li hija meħtieġa medja ta’ EUR 2 miljun għal kull Stat Membru biex jiġu implimentati l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali fil-fruntieri esterni tagħhom.

Il-kostijiet għall-istituzzjonijiet tal-UE huma limitati għal dawk imġarrba mill-eu-LISA għall-iżvilupp, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-sistema ċentrali tal-UE għad-derivazzjoni ta’ kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali minn dokument tal-ivvjaġġar fiżiku eżistenti u għas-sottomissjoni ta’ dak il-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali (flimkien mad-data tal-ivvjaġġar meħtieġa) lill-awtorità responsabbli. L-eu-LISA stmat il-kostijiet ta’ darba għall-iżvilupp u l-operazzjoni ta’ tali applikazzjoni għal EUR 55,6 miljun (sal-2030) u kost annwali ta’ EUR 6,2 miljun fis-sena għall-manutenzjoni tagħha mill-2030.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Skont il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT, Regulatory Fitness and Performance Programme) tal-Kummissjoni, l-inizjattivi kollha li għandhom l-għan li jbiddlu l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE għandhom jimmiraw li jissimplifikaw u jwasslu l-objettivi ta’ politika ddikjarati b’mod aktar effiċjenti (jiġifieri billi jitnaqqsu l-kostijiet regolatorji mhux meħtieġa). Filwaqt li din il-proposta għal regolament ma kinitx parti mill-iskema REFIT, din se tnaqqas il-kostijiet amministrattivi ġenerali mġarrba mill-awtoritajiet nazzjonali fit-twettiq tal-verifiki fuq il-fruntieri, kif muri mill-valutazzjoni tal-impatt.

Ma hemm l-ebda impatt dirett għall-SMEs. Minkejja l-iffrankar tal-ħin għall-vjaġġaturi, inklużi n-negozjanti, kwalunkwe impatt indirett fuq l-SMEs, li għalihom dawn l-individwi jistgħu jkunu qed jivvjaġġaw, huwa remot wisq biex jitkejjel u huwa negliġibbli fl-aħjar każ.

•Drittijiet fundamentali

Din il-proposta taffettwa b’mod pożittiv id-dritt fundamentali għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza skont l-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE billi tagħti lill-benefiċjarji tad-dritt għal-libertà tal-moviment il-possibbiltà li joħolqu kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali abbażi tal-passaport fiżiku tagħhom, li se jippermettilhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom b’mod aktar faċli.

Il-proposta għandha impatt limitat fuq il-protezzjoni ta’ drittijiet fundamentali oħra.

Fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, l-awtoritajiet tal-fruntieri, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, diġà jipproċessaw data personali għall-persuni kollha li jaqsmu l-fruntieri esterni. L-ammont u l-kategoriji ta’ data personali, kif attwalment ipproċessati fl-oqsma tal-kontroll fuq il-fruntieri u tal-ħruġ tad-dokumenti skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, ma humiex affettwati minn din il-proposta.

Jinbidel biss l-element tal-ħin (jiġifieri l-ħin li fih tiġi pproċessata d-data), peress li l-awtoritajiet tal-fruntieri jkunu jistgħu jwettqu l-biċċa l-kbira tal-istess verifiki bil-quddiem li attwalment jitwettqu ladarba l-vjaġġatur jasal fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera. Jekk vjaġġatur juża l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għall-ħolqien tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali tiegħu abbażi tad-dokument fiżiku tal-ivvjaġġar eżistenti tiegħu, il-verifika tal-identità tiegħu titwettaq awtomatikament mill-applikazzjoni flimkien mal-verifika tal-identità fil-punt fiżiku ta’ qsim tal-fruntiera.

Min-naħa l-oħra, il-kwalità tad-data se titjieb, jekk il-vjaġġaturi jkunu jistgħu jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għal skopijiet ta’ vjaġġar, għall-kuntrarju ta’ data awtodikjarata manwalment, fejn jistgħu jseħħu żbalji u li fl-aħħar mill-aħħar tista’ twassal għal żieda fil-ħinijiet tal-ipproċessar, penali jew saħansitra ċaħda tad-dħul.

Minkejja l-użu ta’ soluzzjoni teknika ċentrali tal-UE għall-ħolqien u s-sottomissjoni ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali ibbażati fuq passaporti tal-UE jew passaporti maħruġa minn pajjiżi terzi, il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali ma jinħażnux ċentralment. Il-proposta ma tipprevedix il-ħolqien ta’ bażi tad-data ġdida. Ladarba l-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali jinħoloq/jiġi derivat minn dokument tal-ivvjaġġar eżistenti, dan jinħażen fuq l-apparat mobbli tad-detentur. Is-suġġetti tad-data għalhekk jibqgħu fil-kontroll tad-data tagħhom stess u jagħżlu jekk u meta jużawha. Jekk il-persuna tagħżel li tużaha għal verifika bil-quddiem u għal vjaġġar iffaċilitat, hija tista’ tissottomettiha, permezz tal-applikazzjoni żviluppata u operata mill-eu-LISA, lill-awtoritajiet responsabbli.

L-eu-LISA u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jużaw salvagwardji xierqa, bħall-kriptaġġ ta’ data personali u miżuri taċ-ċibersigurtà, biex jipprevjenu l-iżvelar u l-ksur tad-data u biex jipproteġu kontra attakki ċibernetiċi u applikazzjonijiet tas-software li jwettqu kompiti awtomatizzati.

Biex jintuża l-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali, il-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali sottomess mill-utent irid jinħażen temporanjament f’bażi tad-data lokali fl-Istat Membru responsabbli. Din il-bażi tad-data/ġabra temporanja timtela bl-immaġnijiet tal-wiċċ li jinsabu fil-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali sottomessi. Dan huwa meħtieġ biex il-vjaġġatur jitqabbel b’mod bijometriku mal-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali sottomess meta jippreżenta ruħu fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera.

Dan jinvolvi tqabbil ta’ wieħed ma’ ftit, bil-ħsieb li tiġi vverifikata l-identità tal-persuna, għall-kuntrarju tat-tqabbil bijometriku ta’ wieħed ma’ ħafna meħtieġ biex jiġi identifikat individwu. Ladarba l-verifika fil-fruntiera tkun twettqet, id-data għandha titħassar mill-bażi tad-data temporanja – simili għal dak li jsir attwalment meta tinqara d-data taċ-ċippa minn dokumenti fiżiċi tal-ivvjaġġar matul il-verifiki fuq il-fruntieri.

Peress li l-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali ikun volontarju għall-vjaġġaturi, minbarra l-bażi legali kemm skont id-dritt tal-UE kif ukoll dak nazzjonali għall-ipproċessar tad-data personali tal-vjaġġaturi għal skopijiet ta’ verifika fuq il-fruntiera, il-vjaġġaturi jagħtu l-kunsens attiv tagħhom għall-ipproċessar tad-data tagħhom u l-ħżin temporanju tal-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali fil-bażi tad-data lokali. Huma jistgħu jirrevokaw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin mingħajr ma dan jaffettwa d-dritt tagħhom għal vjaġġar transfruntier.

Filwaqt li d-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-UE kif ukoll ċerti dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ pajjiżi terzi fihom data tal-marki tas-swaba’ tad-detentur, il-marki tas-swaba’ huma esklużi mill-kontenut tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali. Dan huwa konformi mal-ispeċifikazzjoni teknika DTC tal-ICAO.

F’termini tal-impatti fuq id-drittijiet fundamentali għajr id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, il-proposta ma taffettwax il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali b’mod negattiv. Minħabba n-natura volontarja tal-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u l-inklużività huma rispettati.

Kwalunkwe eżitu negattiv possibbli assoċjat mal-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, pereż. li jwassal għal ċaħda tad-dħul, ksur tad-data jew użu illegali, ikun soġġett għar-rimedji legali eżistenti u applikabbli skont id-dritt tal-UE u dak nazzjonali.

Din il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta se jkollha impatt fuq il-baġit u l-ħtiġijiet tal-persunal tal-eu-LISA u prinċipalment fuq il-kostijiet ta’ darba għall-awtoritajiet tal-fruntieri tal-Istati Membri.

Għall-eu-LISA, huwa stmat li huwa meħtieġa baġit addizzjonali ta’ madwar EUR 49,5 miljun (EUR 6 miljun taħt il-baġit attwali tal-UE fuq 7 snin, il-“qafas finanzjarju pluriennali”) u 20 membru tal-persunal ekwivalenti għall-full-time (FTE, full-time equivalent) biex tiġi żviluppata l-applikazzjoni “tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE” u biex l-eu-LISA twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mar-Regolament eu-LISA u ma’ din il-proposta.

Dawn il-kostijiet u l-FTEs ikopru l-attivitajiet kollha: l-attivitajiet preparatorji, l-akkwist ta’ software u hardware, l-analiżi u d-disinn, l-iżvilupp u l-ittestjar, it-tħejjijiet taċ-ċentri tad-data, il-kostijiet tal-liċenzji, l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni.

Għall-Istati Membri, filwaqt li mhuwiex possibbli li jiġu ddeterminati b’mod preċiż il-kostijiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ din il-proposta, huwa stmat li l-investiment ta’ darba għal kull pajjiż jammonta għal madwar EUR 2 miljun. Dan jinkludi:

·iż-żieda fil-kapaċità tas-server u tal-ħżin biex jinħażnu b’mod temporanju l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali sottomessi mill-vjaġġaturi (EUR 250 000);

·l-iżvilupp tal-konnessjoni sikura mar-Router tal-Vjaġġatur, li tippermetti l-integrazzjoni fis-sistemi nazzjonali eżistenti ta’ ġestjoni tal-fruntieri (EUR 300 000 sa 700 000);

·it-titjib jew l-akkwist ta’ hardware għall-ipproċessar tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u għall-appoġġ għar-rikonoxximent tal-wiċċ, u t-taħriġ tal-persunal (EUR 30 000).

5.ELEMENTI OĦRAJN

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-arranġamenti meħtieġa jkunu fis-seħħ sabiex jiġi mmonitorjat l-funzjonament tal-miżuri proposti u jiġu evalwati skont l-objettivi ta’ politika ewlenin. Ħames snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet tar-regolament propost u d-dħul fis-seħħ tal-applikazzjoni “tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE” li għandha tiġi żviluppata u operata mill-eu-LISA, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-implimentazzjoni tar-regolament u l-valur miżjud tiegħu, inkluż kwalunkwe impatt dirett jew indirett fuq id-drittijiet fundamentali rilevanti.

Peress li jkun obbligatorju għall-awtoritajiet kompetenti li jippermettu lill-vjaġġaturi jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-ivvjaġġar transfruntier ladarba s-soluzzjoni teknika komuni tal-UE tkun operazzjonali, dan se jippermetti stampa komprensiva dwar l-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali mill-vjaġġaturi, il-valur miżjud tagħhom f’termini ta’ żieda fis-sigurtà u vjaġġar aktar faċli kif ukoll kwalunkwe żvantaġġ potenzjali.

Barra minn hekk, il-ġbir tal-istatistika mill-eu-LISA se jipprovdi lill-Kummissjoni b’data affidabbli dwar il-volumi tal-utenti, id-drawwiet tal-ivvjaġġar u informazzjoni utli oħra biex jiġu żviluppati aktar il-proċessi għall-benefiċċju kemm tal-vjaġġaturi kif ukoll tal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Il-“Manwal Prattiku għall-Għassiesa tal-Fruntieri” 29 għandu jiġi aġġornat biex jindirizza l-bidliet fil-qafas legali u jipprovdi linji gwida/rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-awtoritajiet nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali fil-kuntest tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

Fl-aħħar nett, l-implimentazzjoni tal-miżuri skont din il-proposta, inklużi l-aspetti tal-protezzjoni tad-data, se tiġi mmonitorjata u evalwata fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen 30 .

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jistabbilixxi l-istabbiliment ta’ applikazzjoni għas-sottomissjoni elettronika ta’ data tal-ivvjaġġar (l-applikazzjoni “tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE”), is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

L-Artikolu 2 jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-fini ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3 jistabbilixxi l-istruttura ġenerali tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, inkluż l-iskop ta’ kull wieħed mill-komponenti tekniċi tagħha.

L-Artikolu 4 jipprovdi r-regoli ġenerali dwar il-ħolqien u l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali fl-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, inkluż dwar il-possibbiltà li jintużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali maħluqa qabel li jistgħu jinħażnu fil-kartiera tal-identità diġitali tal-UE tal-persuna.

L-Artikolu 5 jistabbilixxi d-data tal-ivvjaġġar li l-vjaġġaturi jistgħu jissottomettu permezz tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE lill-awtorità tal-fruntiera. Id-data, minbarra l-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali, hija meħtieġa biex tappoġġa l-verifika fuq il-fruntiera u l-awtorizzazzjoni minn qabel.

L-Artikolu 6 jistabbilixxi r-regoli dwar it-trażmissjoni tad-data tal-ivvjaġġar lill-awtoritajiet tal-fruntieri responsabbli kif ukoll l-arranġamenti meħtieġa li jikkonċernaw il-ħatra u n-notifika mill-Istati Membri tal-awtoritajiet responsabbli.

L-Artikolu 7 jistabbilixxi r-regoli dwar l-ipproċessar tad-data personali u r-rwoli tal-kontrollur tad-data u tal-proċessur tad-data għall-fini tal-ipproċessar tad-data personali sottomessa permezz tal-applikazzjoni tal-tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

L-Artikolu 8 jistabbilixxi r-regoli dwar l-iżvilupp, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE u l-obbligi konsegwenti tal-eu-LISA.

L-Artikolu 9 jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri biex jiżguraw li jkunu jistgħu jirċievu data sottomessa permezz tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

L-Artikolu 10 jistabbilixxi kampanja ta’ informazzjoni biex il-pubbliku jiġi infurmat dwar il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u l-użu tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

L-Artikolu 11 jistabbilixxi r-regoli dwar il-kostijiet imġarrba mill-eu-LISA u mill-Istati Membri fir-rigward tal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 8 u 9 rispettivament.

L-Artikolu 12 fih dispożizzjonijiet dwar l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004 biex jiġu stabbiliti l-istandard tekniku għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u l-possibbiltà li l-applikanti jitolbu wieħed.

L-Artikolu 13 fih dispożizzjonijiet dwar l-emendar tar-Regolament (UE) 2016/399 dwar it-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri kif ukoll l-użu ulterjuri ta’ sistemi self-service u l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għal dawk il-finijiet.

L-Artikolu 14 jistabbilixxi l-emendi tar-Regolament (UE) 2018/1726 fir-rigward tal-kompiti tal-eu-LISA fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

L-Artikoli 15 sa 20 fihom id-dispożizzjonijiet finali ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u d-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tiegħu.

2024/0670 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi applikazzjoni għas-sottomissjoni elettronika ta’ data tal-ivvjaġġar (l-applikazzjoni “tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE”) u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/399 u (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, fir-rigward tal-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)It-twettiq ta’ verifiki effettivi u effiċjenti fuq il-fruntieri esterni jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni (“iż-żona Schengen”) u s-sigurtà interna tal-Unjoni. L-inklużjoni ta’ medium ta’ memorja (ċippa), b’immaġni tal-wiċċ tad-detentur, f’dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 31 u r-Regolament (UE) 2019/1157 32 , u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 ikkontribwew b’mod sinifikanti għal standards għoljin ta’ sigurtà u ġestjoni robusta tal-fruntieri esterni. Il-verifiki fuq il-fruntieri mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 , iservu l-finijiet tal-identifikazzjoni b’mod affidabbli tal-vjaġġaturi, l-evitar ta’ theddid għas-sigurtà interna, għall-ordni pubbliku, għas-saħħa pubblika u għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri kif ukoll il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali.

(2)Bid-dipendenza attwali fuq dokumenti tal-ivvjaġġar fiżiċi u interazzjonijiet fiżiċi għall-eżami tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u t-twettiq tal-verifiki fuq il-fruntieri, l-awtoritajiet tal-fruntieri tal-Istati Membri ma jistgħux jivverifikaw mill-bogħod l-awtentiċità u l-integrità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u jwettqu l-verifiki rilevanti mal-bażijiet tad-data qabel ma l-vjaġġaturi jaslu fil-punt fiżiku ta’ qsim tal-fruntiera, bl-eċċezzjoni tal-passiġġieri tal-ajru li għalihom tkun ġiet trażmessa u pproċessata informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri. Fid-dawl taż-żieda fil-flussi tal-vjaġġaturi bejn il-fruntieri esterni taż-żona Schengen kif ukoll tad-dħul fis-seħħ tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 li se tkun teħtieġ li ċittadini ta’ pajjiżi terzi li tapplika għalihom jipprovdu data addizzjonali bħala parti mill-verifiki fuq il-fruntieri, huwa essenzjali li l-awtoritajiet tal-fruntieri jkunu jistgħu jużaw soluzzjonijiet tekniċi siguri biex iwettqu l-verifiki rilevanti qabel ma l-vjaġġaturi jaslu fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri.

(3)Il-qafas legali eżistenti dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-verifiki fuq il-fruntieri, li jikkonsisti b’mod partikolari mir-Regolamenti (KE) Nru 2252/2004, (UE) XXXX/XXXX 36 [COM(2024) 316 final] u (UE) 2016/399, ma jippermettix l-użu tad-data li tinsab fil-medium ta’ memorja tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għall-fini tat-twettiq ta’ tali verifiki bil-quddiem fuq il-fruntieri u tal-awtorizzazzjoni minn qabel tal-vjaġġaturi jew l-użu ta’ dik id-data għal skopijiet oħra. Wara żviluppi reċenti fil-livell internazzjonali, jiġifieri fil-kuntest tal-ħidma ta’ standardizzazzjoni mwettqa mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), u dwar il-kapaċitajiet u l-affidabbiltà tar-rikonoxximent tal-wiċċ, dik it-teknoloġija hija disponibbli u twieġeb għas-sejħiet biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar transfruntier filwaqt li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ sigurtà b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

(4)Għalhekk, jenħtieġ li l-qafas legali eżistenti jiġi aġġornat biex jiġi żgurat li kemm il-vjaġġaturi kif ukoll l-awtoritajiet tal-fruntiera jkunu jistgħu jibbenefikaw minn verifiki fuq il-fruntieri aktar effiċjenti u effettivi bl-użu tal-hekk imsejħa kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, jiġifieri, rappreżentazzjoni diġitali tal-identità tal-persuna li hija derivata mill-informazzjoni maħżuna fil-medium ta’ memorja (iċ-ċippa) tad-dokument tal-ivvjaġġar (jiġifieri passaport jew karta tal-identità tal-UE) u li tista’ tiġi vvalidata, li fl-aħħar mill-aħħar twassal għal inqas ħin ta’ stennija u ta’ pproċessar fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri u ttejjeb il-kapaċità tal-awtoritajiet li jwettqu l-iskrinjar minn qabel tal-vjaġġaturi, li jippjanaw u jimmaniġġjaw ir-riżorsi u li jiffukaw fuq vjaġġaturi b’riskju ogħla.

(5)Sabiex jintlaħqu l-objettivi tiegħu, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri persuni li jgawdu mid-dritt għal-libertà tal-moviment skont id-dritt tal-Unjoni kif ukoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

(6)Fl-interess li jinkiseb approċċ uniformi fil-livell tal-Unjoni u li jiġu massimizzati l-kisbiet fil-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar u fl-ekonomiji ta’ skala, jenħtieġ li tiġi stabbilita soluzzjoni teknika komuni għas-sottomissjoni ta’ data elettronika tal-ivvjaġġar, minflok ma kull Stat Membru jiżviluppa tiegħu stess. Din l-applikazzjoni għas-sottomissjoni elettronika ta’ data dwar l-ivvjaġġar (“l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE”) jenħtieġ li tikkonsisti f’applikazzjoni għall-apparati mobbli faċli għall-utent, servizz ta’ validazzjoni backend li jista’ jivverifika l-awtentiċità u l-integrità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u jqabbel l-immaġni tal-wiċċ tal-utent mal-immaġni maħżuna fuq iċ-ċippa tad-dokument tal-ivvjaġġar u komponent tekniku għall-komunikazzjoni sigura ta’ data tal-ivvjaġġar mill-applikazzjoni lill-awtorità riċeventi (“Router tal-Vjaġġatur”). Fuq perjodu ta’ żmien itwal, l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE jenħtieġ li tiġi żviluppata b’funzjonalitajiet ġodda bil-ħsieb li tiġi stabbilita applikazzjoni komprensiva ta’ punt uniku ta’ servizz fil-livell tal-Unjoni biex tiġi appoġġata l-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

(7)L-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għandha tippermetti lill-vjaġġaturi joħolqu kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali għal użu uniku jew multipli u jirkupraw kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali diġà maħluq. Għal raġunijiet ta’ sigurtà u għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, is-servizz ta’ validazzjoni backend tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE jenħtieġ li jkun jista’ jivverifika, qabel il-ħolqien tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, l-awtentiċità u l-integrità tad-dokument tal-ivvjaġġar u jivverifika li l-utent huwa d-detentur leġittimu tad-dokument tal-ivvjaġġar billi jqabbel l-immaġni tal-wiċċ maħżuna fuq iċ-ċippa tad-dokument tal-ivvjaġġar mal-immaġni tal-wiċċ tal-utent meħuda fuq il-post. Il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali li għandhom jintużaw diversi drabi jenħtieġ li jkunu jistgħu jinħażnu fil-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali tal-utent li tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 . Il-persuni li ma jkollhomx Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali stabbilita b’dak ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħżnu l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali lokalment fl-applikazzjoni għall-apparati mobbli.

(8)Sabiex jiġi appoġġat it-twettiq ta’ verifiki bil-quddiem fuq il-fruntieri fuq persuni li jgawdu mid-dritt għal-libertà tal-moviment skont id-dritt tal-Unjoni meta dawn japplikaw għalihom u l-awtorizzazzjoni minn qabel ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-vjaġġaturi li jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali jiddikjaraw ukoll ċerta data rilevanti tal-ivvjaġġar, bħall-ħin maħsub tal-qsim tal-fruntiera u l-Istat Membru li fih iseħħ il-qsim tal-fruntiera esterna. Tali data jenħtieġ li tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-verifika fil-fruntiera, inkluż għall-finijiet ta’ appoġġ għall-verifika tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet tad-dħul.

(9)Ir-Router tal-Vjaġġatur għandu jibgħat id-data tal-ivvjaġġar sottomessa mill-vjaġġatur lill-awtoritajiet tal-fruntieri għall-verifika bil-quddiem fuq il-fruntiera u l-awtorizzazzjoni minn qabel. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jaħtru l-awtoritajiet tal-fruntieri awtorizzati li jirċievu tali data.

(10)Il-ħolqien, is-sottomissjoni u l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-fini tat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri għandhom impatt fuq id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. Sabiex jiġu rispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali tal-vjaġġaturi, jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ limiti u salvagwardji adegwati. Kwalunkwe data li tiġi ppreżentata mill-vjaġġaturi lill-awtoritajiet tal-fruntieri qabel l-ivvjaġġar, u b’mod partikolari d-data personali, jenħtieġ li tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonata għall-objettivi li tiżdied is-sigurtà, li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen segwit minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġi garantit li l-ipproċessar tad-data skont dan ir-Regolament ma jwassal għall-ebda forma ta’ diskriminazzjoni. Jenħtieġ li l-ebda data personali ma tiġi maħżuna fil-livell tal-UE lil hinn mill-istadju li huwa meħtieġ għas-sottomissjoni tagħha lill-awtorità tal-fruntiera.

(11)Jenħtieġ li l-vjaġġaturi jkunu liberi li jagħżlu jekk jużawx kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali jew dokument tal-ivvjaġġar fiżiku għall-fini li jgħaddu minn verifiki fuq il-fruntieri u jenħtieġ li jkunu jistgħu jirtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom fi kwalunkwe ħin mingħajr ma dan jaffettwa l-eliġibbiltà għall-qsim tal-fruntieri esterni. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 , fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom.

(12)Fl-interess tal-iżgurar tal-konformità mad-dritt fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali u għall-promozzjoni taċ-ċarezza legali, jenħtieġ li l-kontrollur u l-proċessur jiġu identifikati. Sabiex jiġu żgurati salvagwardji u sigurtà adegwati, il-komunikazzjoni kollha bejn ir-Router tal-Vjaġġatur u l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tiġi protetta permezz ta’ metodi ta’ kriptaġġ b’saħħithom sabiex kwalunkwe ksur potenzjali tad-data ma jkunx jinvolvi d-divulgazzjoni ta’ data li tista’ tiġi traċċata lura għal persuna. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu wkoll taħriġ adegwat, li jkopri aspetti tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data, lill-awtoritajiet tal-fruntieri qabel ma jkunu jistgħu jipproċessaw id-data trażmessa permezz tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

(13)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE. Konsegwentement, jenħtieġ li l-eu-LISA tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ġestjoni operazzjonali tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, inkluż għall-iżvilupp, il-monitoraġġ u r-rapportar tas-sistema. Qabel il-bidu tal-operazzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, jenħtieġ li jitwettaq test f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mill-eu-LISA f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti. L-eu-LISA jenħtieġ li tiġbor ukoll statistika dwar l-użu tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

(14)Filwaqt li l-eu-LISA jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iżvilupp, l-operazzjoni u l-manutenzjoni ġenerali tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, inkluż ir-Router tal-Vjaġġatur li jittrażmetti d-data tal-ivvjaġġar lill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li kull Stat Membru jkun responsabbli li jiżgura, fil-livell nazzjonali, konnessjoni sikura fis-sistema nazzjonali tiegħu sabiex jirċievi d-data dwar l-ivvjaġġar, inklużi l-iżvilupp, l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta’ dik il-konnessjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli wkoll għall-ġestjoni u l-arranġamenti għall-aċċess ta’ persunal tal-awtoritajiet tal-fruntieri debitament awtorizzat għad-data tal-ivvjaġġar.

(15)Sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u biex jiġi promoss l-użu tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni, flimkien mal-eu-LISA, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali tal-fruntieri jwettqu kampanji ta’ informazzjoni dwar l-objettivi, l-użu u aspetti importanti oħra, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data, tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

(16)Fid-dawl tal-interessi tal-Unjoni involuti, il-kostijiet imġarrba mill-eu-LISA għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2018/1726 fir-rigward tal-iżvilupp, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-ġestjoni ġenerali tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE jenħtieġ li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-kostijiet imġarrba fil-livell nazzjonali għall-iżvilupp, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-konnessjoni sigura għar-riċeviment tad-data tal-ivvjaġġar trażmessa permezz tar-Router tal-Vjaġġatur.

(17)Jenħtieġ li l-eu-LISA tirrapporta regolarment dwar il-progress tat-tfassil u l-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż dwar il-kostijiet, l-impatti finanzjarji u kwalunkwe problema u riskju tekniku possibbli li jistgħu jirriżultaw. Jenħtieġ li jiġi ppreżentat rapport separat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ladarba jiġi ffinalizzat l-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

(18)Peress li l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE jenħtieġ li titfassal, tiġi żviluppata, ospitata u ġestita teknikament mill-eu-LISA, huwa meħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/1726 jiġi emendat billi jiżdiedu l-kompiti meħtieġa.

(19)Sabiex tiġi stabbilita l-ispeċifikazzjoni standard tal-Unjoni għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali abbażi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2252/2004. Sabiex tingħata spinta lill-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, meta japplikaw għal dokument tal-ivvjaġġar jew meta jġedduh, jenħtieġ li l-applikanti jitħallew jitolbu li l-awtorità kompetenti toħroġ, flimkien mad-dokument fiżiku, kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali korrispondenti. Id-detenturi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar validi jenħtieġ li jkunu jistgħu joħolqu wkoll kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali abbażi tad-dokument tal-ivvjaġġar fiżiku eżistenti tagħhom. Il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali jenħtieġ li jkunu jistgħu jinħażnu wkoll fil-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali.

(20)Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti fil-livell internazzjonali u interoperabbiltà globali tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, il-qafas legali aġġornat jenħtieġ li jkun kemm jista’ ikun ibbażat fuq l-istandards u l-prattiki internazzjonali rilevanti maqbula fil-qafas tal-ICAO.

(21)Filwaqt li l-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali jenħtieġ li jkun volontarju għall-vjaġġaturi, sabiex jintlaħqu l-objettivi li tiżdied is-sigurtà fiż-żona Schengen kollha, li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar u li jintlaħaq livell minimu ta’ maturità diġitali fost l-Istati Membri kollha fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jkunu obbligati jippermettu lill-vjaġġaturi jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-fini tal-qsim tal-fruntieri esterni ladarba l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE tkun operazzjonali. Qabel dan, l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw soluzzjonijiet nazzjonali għall-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, f’konformità mal-format uniformi, għall-fini tal-verifiki fuq il-fruntieri.

(22)Sabiex jitħaffu aktar il-proċessi u jitnaqqas il-ħin ġenerali fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ jenħtieġ li jitħallew jużaw l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għar-reġistrazzjoni minn qabel ta’ ċerta data meħtieġa għall-qsim tal-fruntieri. Għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li d-data tagħhom tkun għadha ma ġietx irreġistrata fis-sistema ta’ Dħul/Ħruġ, bħala alternattiva għal li jiġu riferuti lil gwardja tal-fruntieri għall-verifika fiżika tal-identità, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw miżuri tekniċi effettivi u proporzjonati, inklużi sistemi self-service u e-gates, għall-verifika tal-identità sakemm il-verifiki fiżiċi jitwettqu b’mod aleatorju u sakemm il-verifika alternattiva ma tkunx ibbażata biss fuq l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

(23)Jenħtieġ li ħames snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, il-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni u l-użu tagħha u tħejji rapport, li jinkludi rakkomandazzjonijiet, u li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. L-evalwazzjoni u r-rapport jenħtieġ li jikkunsidraw kif intlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u kif, jekk ikun il-każ, ġew affettwati d-drittijiet fundamentali.

(24)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-istandard tekniku għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, l-arkitettura teknika u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE u l-ittestjar tagħha, il-ġbir tal-istatistika kif ukoll il-bidu tal-operazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE u kif isiru l-verifiki fuq id-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 .

(25)Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-possibbiltà li jiġi previst, skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għal finijiet oħra għajr it-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri, dment li tali dritt nazzjonali jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni.

(26)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari ż-żieda fis-sigurtà u l-iffaċilitar tal-ivvjaġġar fil-kuntest tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba n-natura transfruntiera inerenti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ għalhekk tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(27)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(28)Dan ir-Regolament ma jikkostitwix żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom tieħu sehem l-Irlanda f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE 42 ; Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(29)Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 43 , li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 44 .

(30)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 45 li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE 46 .

(31)Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis 47 ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE 48 .

(32)Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquista’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(33)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fi [XX] 49 ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi applikazzjoni għas-sottomissjoni elettronika ta’ data tal-ivvjaġġar (“l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE”) għal:

(a)il-ħolqien ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt 31 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(b)id-dħul ta’ data dwar l-ivvjaġġar awtodikjarata;

(c)is-sottomissjoni sigura ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u data tal-ivvjaġġar awtodikjarata lill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-ivvjaġġar u tat-twettiq ta’ verifiki fuq persuni fuq il-fruntieri f’konformità mal-Artikolu 8(2g) u (3), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2016/399.

2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom għandha tiġi żviluppata, operata u miżmuma l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“verifiki fuq il-fruntiera” tfisser il-verifiki kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(b)“persuni li jgawdu mid-dritt għal-libertà tal-moviment skont id-dritt tal-Unjoni” tfisser il-persuni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(c)“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser il-persuni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (6) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(d)“Router tal-Vjaġġatur” tfisser il-komponent tekniku msemmi fl-Artikolu 5.

Artikolu 3

Struttura ġenerali tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE

L-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għandha tkun magħmula minn:

(a)applikazzjoni għall-apparati mobbli, li tippermetti l-ħolqien ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għal użu uniku jew multipli u d-dħul ta’ data tal-ivvjaġġar awtodikjarata;

(b)servizz ta’ validazzjoni backend, li jiżgura l-konferma tal-awtentiċità u l-integrità tad-data taċ-ċippa jew tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali bl-użu ta’ ċertifikati disponibbli u fejn applikabbli, it-tqabbil tal-immaġni tal-wiċċ meħuda mill-utent mad-dokument tal-ivvjaġġar jew il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali;

(c)Router tal-Vjaġġatur, li għandu jiżgura komunikazzjoni sigura u kriptata bejn l-applikazzjoni għall-apparati mobbli u l-awtorità riċeventi.

Artikolu 4

Ħolqien u użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali

1.Il-persuni li jgawdu mid-dritt għal-libertà tal-moviment skont id-dritt tal-Unjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom kwalunkwe wieħed mid-dokumenti tal-ivvjaġġar li ġejjin jistgħu jużaw l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE biex joħolqu kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali ibbażat fuq dak id-dokument tal-ivvjaġġar għal użu uniku jew multipli:

(a)dokument tal-ivvjaġġar maħruġ f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2252/2004;

(b)karta tal-identità maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) XXXX/XXXX [COM(2024) 316 final];

(c)dokument tal-ivvjaġġar li jkun fih l-istess data u li jkun ibbażat fuq speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli ma’ dawk previsti mir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 u li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità, tal-validità u tal-integrità tiegħu.

2.L-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għandha tipprevedi l-possibbiltà li jinħażen kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali għal użu multipli fil-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, li d-dispożizzjonijiet għaliha huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

3.L-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għandha tkun tista’ tirkupra:

(a)kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali maħruġ jew maħluq qabel f’konformità mal-Artikolu 1(1a) tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004 jew l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XXXX/XXXX 50 [COM(2024) 671 final];

(b)kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali li nħoloq f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom dokument tal-ivvjaġġar li jkun fih medium ta’ memorja jistgħu, soġġett għad-disponibbiltà ta’ ċertifikati validi meħtieġa għall-verifika tal-awtentiċità tiegħu, jużaw l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE biex joħolqu kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali għal użu uniku jew multipli.

5.Qabel il-ħolqien ta’ kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali f’konformità mal-paragrafi 1 u 4, l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għandha tivverifika l-integrità u l-awtentiċità tal-medium ta’ memorja tad-dokument tal-ivvjaġġar u tqabbel l-immaġni tal-wiċċ tal-persuna li tkun qed tfittex li toħloq il-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali mal-immaġni tal-wiċċ maħżuna fil-medium ta’ memorja.

6.L-użu tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE u l-ħolqien u l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali minn persuni li jgawdu mid-dritt għal-libertà tal-moviment skont id-dritt tal-Unjoni u ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu volontarji u bbażati fuq il-kunsens tagħhom.

7.Il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali maħluqa skont dan l-Artikolu ma għandhomx jinkludu l-marki tas-swaba’ tad-detentur.

Artikolu 5

Data tal-ivvjaġġar li għandha tiġi sottomessa mill-vjaġġaturi

1.Id-data tal-ivvjaġġar għandha tikkonsisti fid-data li ġejja relatata ma’ kull vjaġġatur:

(a)kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2016/399;

(b)id-data u l-ħin previsti tal-wasla jew tat-tluq;

(c)l-Istat Membru li fih isir il-qsim tal-fruntiera esterna;

2.Id-data tal-ivvjaġġar tista’ tikkonsisti wkoll, fejn applikabbli, fl-informazzjoni li ġejja relatata ma’ kull vjaġġatur:

(a)in-numru ta’ identifikazzjoni tat-titjira, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-linja tal-kruċieri, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vapur u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura;

(b)dokumenti li jiġġustifikaw l-għan u l-kundizzjonijiet tas-soġġorn intenzjonat kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399.

3.Id-data tal-ivvjaġġar f’kull każ għandha tkun limitata għal dik li hija meħtieġa għall-fini tat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399.

Artikolu 6

Trażmissjoni ta’ data tal-ivvjaġġar lill-awtoritajiet kompetenti tal-fruntieri

1.Ir-Router tal-Vjaġġatur għandu jittrażmetti d-data tal-ivvjaġġar ippreżentata mill-vjaġġatur lill-awtorità kompetenti tal-fruntiera f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati f’konformità mal-Artikolu 16(1), il-punt (a).

2.L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti tal-fruntieri awtorizzati li jirċievu d-data tal-ivvjaġġar trażmessa lilhom mir-Router tal-Vjaġġatur f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jinnotifikaw, sa [id-dħul fis-seħħ tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE], lill-eu-LISA bl-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tal-fruntieri u għandhom, fejn meħtieġ, jaġġornaw l-informazzjoni notifikata.

Artikolu 7

Proċessar ta’ data personali

1.L-awtoritajiet kompetenti tal-fruntieri għandhom ikunu kontrolluri tad-data, skont it-tifsira tal-Artikolu 4, il-punt 7, tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data tal-ivvjaġġar, li tikkostitwixxi data personali, riċevuta permezz tar-Router tal-Vjaġġatur.

2.Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti bħala kontrollur tad-data u jikkomunika dawk l-awtoritajiet lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-Istati Membri l-oħra.

3.L-eu-LISA għandha tkun il-proċessur tad-data skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 12, tar-Regolament (UE) 2018/1725 għall-ipproċessar ta’ data tal-ivvjaġġar li tikkostitwixxi data personali fl-applikazzjoni għall-apparati mobbli u permezz tar-Router tal-Vjaġġatur. L-eu-LISA għandha tkun il-kontrollur tad-data skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 9, tar-Regolament (UE) 2018/1725 għall-ipproċessar ta’ data dwar l-ivvjaġġar permezz tas-servizz ta’ validazzjoni backend.

4.L-ebda data personali ma għandha tinħażen fuq is-servizz ta’ validazzjoni backend jew fuq ir-Router tal-Vjaġġatur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-ħolqien tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u t-trażmissjoni tad-data tal-ivvjaġġar lill-awtoritajiet kompetenti tal-fruntieri.

5.L-utenti tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għandhom ikunu jistgħu jirrevokaw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom fl-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 8

Stabbiliment u operazzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE

1.L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE u l-komponenti tagħha f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati skont l-Artikolu 16(1), il-punt (a).

2.Il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2019/817 għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tal-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE. Il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm għandu jiltaqa’ regolarment u jippreżenta rapporti bil-miktub kull xahar lill-Bord ta’ Ġestjoni tal-eu-LISA dwar il-progress ta’ dik il-fażi.

3.L-eu-LISA għandha tiżgura l-ġestjoni operazzjonali tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE kif ukoll is-sigurtà adegwata tagħha. L-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għandha tiġi ospitata mill-eu-LISA.

4.L-eu-LISA għandha tiżgura li l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE tkun interoperabbli mal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

5.Meta l-eu-LISA tqis li l-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE ikun tlesta, hija għandha, mingħajr dewmien żejjed, twettaq test tal-applikazzjoni f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-fruntieri u awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Membri, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati skont l-Artikolu 16(1), il-punt (c), u tinforma lill-Kummissjoni bl-eżitu ta’ dak it-test.

6.L-eu-LISA għandha tiġbor statistika dwar l-użu tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 16(1), il-punt (b).

7.L-eu-LISA għandha twettaq kompiti relatati mal-għoti ta’ taħriġ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-użu tekniku tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

Artikolu 9

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal:

(a)l-iżgurar ta’ konnessjoni sigura bejn is-sistema nazzjonali tiegħu u r-Router tal-Vjaġġatur biex jirċievi data trażmessa permezz tar-Router tal-Vjaġġaturi;

(b)l-iżvilupp, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-konnessjoni msemmija fil-punt (a);

(c)il-ġestjoni u l-arranġamenti għall-aċċess ta’ persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet tal-fruntieri għad-data riċevuta permezz tar-Router tal-Vjaġġatur għall-fini tat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399.

2.Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-persunal tal-awtoritajiet tal-fruntieri li għandhom dritt ta’ aċċess għad-data trażmessa permezz tar-Router tal-Vjaġġatur b’taħriġ xieraq li jkopri, b’mod partikolari, ir-regoli dwar is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali applikabbli qabel ma jawtorizzahom jipproċessaw tali data.

Artikolu 10

Kampanja ta’ informazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-eu-LISA, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali tal-fruntieri, tappoġġa l-bidu tal-operazzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE b’kampanja ta’ informazzjoni li tinforma lill-pubbliku dwar l-objettivi, il-finijiet, l-operazzjonijiet ta’ pproċessar ewlenin u aspetti oħra tal-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data u l-każijiet ta’ użu tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

Artikolu 11

Kostijiet

1.Il-kostijiet imġarrba mill-eu-LISA fir-rigward tal-iżvilupp, l-operazzjoni, l-ospitar u l-ġestjoni teknika tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE skont dan ir-Regolament għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.Il-kostijiet imġarrba mill-Istati Membri fir-rigward tal-iżvilupp, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-konnessjonijiet siguri tagħhom biex jirċievu data trażmessa permezz tar-Router tal-Vjaġġatur għandhom jiġġarrbu mill-Istati Membri.

Artikolu 12

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a. Fuq talba mill-applikant, il-passaporti u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri liċ-ċittadini tagħhom stess għandhom ikunu akkumpanjati minn kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali, li għandu:

(a)ikun ibbażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati skont l-Artikolu 2, il-punt (d);

(b)ikun f’format li jippermetti l-ħżin tiegħu fil-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, li d-dispożizzjonijiet għalihom huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c)ikun mingħajr ħlas;

(d)ikun fih l-istess data personali, inkluża l-immaġni tal-wiċċ, bħall-passaport jew id-dokument tal-ivvjaġġar li abbażi tiegħu jinħareġ jew jinħoloq.

Għall-fini tal-punt (d), il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali maħruġa jew maħluqa skont dan l-Artikolu ma għandhomx jinkludu l-marki tas-swaba’ tad-detentur.

L-Istati Membri għandhom jippermettu l-awtentikazzjoni u l-validazzjoni tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 2, il-punt (d).

_____________

* Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”;

(2)fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

“(d) speċifikazzjonijiet tekniċi, inklużi proċeduri u rekwiżiti għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, l-iskema tad-data u l-format, il-ħruġ, il-proċess ta’ divulgazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-validazzjoni, ir-revoka, il-mudell ta’ fiduċja u l-validità tagħhom.”.

(3)fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, involuti fil-proċess tal-qsim tal-fruntieri esterni, jaċċessaw il-medium ta’ memorja fil-passaporti u d-dokumenti tal-ivvjaġġar, bl-eċċezzjoni tal-marki tas-swaba’, bil-kunsens tal-persuna li lilha jkun inħareġ il-passaport jew id-dokument tal-ivvjaġġar.”

Artikolu 13

Emendi tar-Regolament (UE) 2016/399

Ir-Regolament (UE) 2016/399 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti 31 sa 34:

“31. “kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali” tfisser ir-rappreżentazzjoni diġitali tal-identità ta’ persuna maħruġa jew maħluqa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) XXXX/XXXX [COM(2024) 670 final]*, l-Artikolu 1(1a) tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004**, jew l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XXXX/XXXX [COM(2024) 671 final]***;

32. “applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE” tfisser is-sistema stabbilita bir-Regolament (UE) …/… [COM(2024) 670 final] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

33. “verifika bil-quddiem fuq il-fruntiera” tfisser il-verifiki mwettqa fuq persuni li jgawdu mid-dritt għal-libertà tal-moviment skont id-dritt tal-Unjoni abbażi ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u data rilevanti oħra;

34. “awtorizzazzjoni bil-quddiem” tfisser il-verifika tal-issodisfar ta’ xi wħud mill-kundizzjonijiet tad-dħul jew tal-kundizzjonijiet kollha tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi abbażi ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u data rilevanti oħra u li jappoġġaw it-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri.

_______________

* Ir-Regolament (UE) …/… ta’ … li jistabbilixxi applikazzjoni għas-sottomissjoni elettronika ta’ data tal-ivvjaġġar (“applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE”) u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/399 u (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, fir-rigward tal-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali (ĠU…), […], p. […], ELI: …). ].

** Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

*** Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) …./…. ta’ … dwar il-ħruġ ta’ -kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali bbażati fuq il-karti tal-identità u l-istandards tekniċi tagħhom (ĠU L …], […], p. […], ELI:…).”;

(2)L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2g. Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn qabel mhux aktar minn 36 siegħa qabel id-data u l-ħin maħsuba tal-wasla jew tat-tluq, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) …/… [COM(2024) 670 final] , meta d-data tkun waslet f’konformità mal-Artikolu 8ba(1) ta’ dan ir-Regolament. Meta dawk il-verifiki jitwettqu bil-quddiem, id-data riċevuta tista’ tiġi vverifikata fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera mad-data fid-dokument tal-ivvjaġġar fiżiku jew fil-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali. L-identità tal-persuna kkonċernata kif ukoll l-awtentiċità u l-integrità tad-dokument tal-ivvjaġġar fiżiku jew tal-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali għandhom jiġu vverifikati.

Qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) …/… [COM(2024) 670 final], il-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jitwettqu bil-quddiem mhux aktar minn 36 siegħa qabel id-data u l-ħin maħsuba tal-wasla jew tat-tluq, meta d-data tkun ġiet riċevuta minn qabel abbażi tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali. Meta dawk il-verifiki jitwettqu bil-quddiem, id-data riċevuta tista’ tiġi vverifikata fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera mad-data fid-dokument tal-ivvjaġġar fiżiku jew fil-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali. L-identità tal-persuna kkonċernata kif ukoll l-awtentiċità u l-integrità tad-dokument tal-ivvjaġġar fiżiku jew tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għandhom jiġu vverifikati.”;

(b)fil-paragrafu 3, jiżdied il-punt li ġej:

“(j) meta kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali ikun ġie riċevut minn qabel, għandu japplika l-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu.”;

(c)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a. L-issodisfar tal-kundizzjonijiet tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi vverifikat minn qabel mhux aktar minn 36 siegħa qabel id-data u l-ħin maħsuba tal-wasla jew tat-tluq, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) …/… [COM(2024) 670 final] , meta d-data tkun ġiet riċevuta f’konformità mal-Artikolu 8ba(2) ta’ dan ir-Regolament. Meta dawk il-verifiki jitwettqu bil-quddiem, id-data riċevuta tista’ tiġi vverifikata fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera mad-data fid-dokument tal-ivvjaġġar fiżiku jew fil-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali. L-identità tal-persuna kkonċernata kif ukoll l-awtentiċità u l-integrità tad-dokument tal-ivvjaġġar fiżiku jew tal-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali għandhom jiġu vverifikati.

Qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) …/… [COM(2024) 670 final] , l-issodisfar tal-kundizzjonijiet tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament jista’ jitwettaq minn qabel mhux aktar minn 36 siegħa qabel id-data u l-ħin maħsuba tal-wasla jew tat-tluq, meta d-data tkun ġiet riċevuta minn qabel abbażi tal-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali. Meta dawk il-verifiki jitwettqu bil-quddiem, id-data riċevuta tista’ tiġi vverifikata fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera mad-data fid-dokument tal-ivvjaġġar fiżiku jew fil-kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali. L-identità tal-persuna kkonċernata kif ukoll l-awtentiċità u l-integrità tad-dokument tal-ivvjaġġar fiżiku jew tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għandhom jiġu vverifikati.”;

(d)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“10. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tat-teknoloġija, il-metodi u l-proċeduri li għandhom jintużaw għall-verifika tal-awtentiċità u l-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, inklużi l-permessi ta’ residenza, il-viżi u l-viżi għal soġġorn twil, u l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali skont dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).”;

(3)fl-Artikolu 8a, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a. Alternattivament għall-paragrafu 4, il-punt (b)(ii), il-verifika tista’ titwettaq:

(a) bl-użu ta’ miżuri tekniċi effettivi u proporzjonati u;

(b) bit-twettiq tal-verifiki aleatorji msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (b)(ii).

Din il-verifika alternattiva ma għandhiex tiddependi biss fuq l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.”;

(4)jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8ba

L-użu tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE

1. Il-persuni li jgawdu mid-dritt għal-libertà tal-moviment skont id-dritt tal-Unjoni li jkunu fil-pussess ta’ kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali jistgħu jużaw l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għall-finijiet ta’ verifiki bil-quddiem fuq il-fruntieri f’konformità mal-Artikolu 8(2g).

2. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi dawk soġġetti għar-reġistrazzjoni fl-EES, jistgħu jużaw l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għall-finijiet ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem f’konformità mal-Artikolu 8(3), il-punt (j).”

Artikolu 14

Emendi tar-Regolament (UE) 2018/1726

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 huwa emendat kif ġej:

(1)jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8d

Kompiti relatati mal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, l-Aġenzija għandha twettaq:

(a) il-kompiti mogħtija lilha bir-Regolament (UE) …/… [COM(2024) 670 final] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

(b) kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

___________

* Ir-Regolament (UE) …/… ta’ … li jistabbilixxi applikazzjoni għas-sottomissjoni elettronika ta’ data tal-ivvjaġġar (“applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE”) u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/399 u (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, fir-rigward tal-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali (ĠU…), […], p. […], ELI: …).”;

(2)fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għal-ġestjoni operazzjonali tas-SIS II, il-VIS, il-Eurodac, l-EES, l-ETIAS, DubliNet, l-ECRIS-TCN, is-sistema e-CODEX, il-pjattaforma ta’ kollaborazzjoni tas-SIK, l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira kif imsemmi fl-Artikolu 1(5).”;

(3)fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (ee) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ee) jadotta r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES skont l-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, ir-rapporti dwar l-iżvilupp tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, ir-rapporti dwar l-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS skont l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) 2019/816 u r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) …/…[COM(2024) 670 final] ;”;

(b)fil-punt (ff), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(x) l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) …/… [COM(2024) 670 final] ;”;

(c)jiddaħħal il-punt li ġej:

“(llb) jiġbor u jippubblika statistika relatata mal-użu tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) …/… [COM(2024) 670 final];”;

(4)fl-Artikolu 22(4), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara s-seba’ subparagrafu:

“L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista’ tattendi l-laqgħat tal-Bord ta’ Ġestjoni bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm mistoqsija li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/399.”;

(5)fl-Artikolu 24(3), il-punt (u) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(u) it-tħejjija tar-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES imsemmija fl-Artikolu 72(2) tar-Regolament (KE) Nru 2017/2226, dwar l-iżvilupp tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u dwar l-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) …/… [COM(2024) 670 final] u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord ta’ Ġestjoni għall-adozzjoni;”.

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Bidu tal-operazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE

1.Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE tibda topera permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni ladarba l-eu-LISA tkun infurmat lill-Kummissjoni dwar it-tlestija b’suċċess tat-test tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(5).

2.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel paragrafu sabiex ma tkunx aktar tard minn 30 jum mid-data tal-adozzjoni ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 16

Atti ta’ implimentazzjoni

1.Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a)tistabbilixxi l-arkitettura teknika tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE u tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni għall-apparati mobbli, is-servizzi backend u r-Router tal-Vjaġġatur;

(b)tistabbilixxi l-istatistika li għandha tinġabar mill-eu-LISA dwar l-użu tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE;

(c)tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għat-test tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE qabel il-bidu tal-operazzjoni tagħha;

(d)tiddetermina l-bidu tal-operazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE mill-eu-LISA.

2.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 17

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 18

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.L-eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm fis-seħħ proċeduri għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE fid-dawl tal-objettivi relatati mal-ippjanar u l-kostijiet u għall-monitoraġġ tal-funzjonament tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE fid-dawl tal-objettivi relatati mal-output tekniku, il-kosteffettività, is-sigurtà u l-kwalità tas-servizz.

2.Sal-1 ta’ Jannar 2028 u kull tnax-il xahar minn hemm ’il quddiem matul il-fażi tal-iżvilupp, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

3.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista’ jkollu impatt fuq il-kostijiet ġenerali tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE li għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni teknika tal-proġett u kwalunkwe problema teknika u riskju li jista’ jkollhom impatt fuq l-iżvilupp ġenerali u l-bidu tal-operazzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

4.Ladarba tiġi ffinalizzata l-fażi tal-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega kif intlaħqu l-objettivi, b’mod partikolari dawk relatati mal-ippjanar u l-kostijiet, u li jiġġustifika kwalunkwe diverġenza.

5.Sa… [ħames snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ġenerali tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE u l-użu tagħha. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali stabbilit fuq din il-bażi għandu jinkludi valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u eżami tar-riżultati li nkisbu b’rabta mal-objettivi li kienu stabbiliti u tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni ġenerali ta’ jekk ir-raġunament sottostanti għall-operazzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għadux jeżisti, tal-adegwatezza tal-karatteristiċi tekniċi tal-applikazzjoni, tas-sigurtà tal-applikazzjoni u ta’ kwalunkwe implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri. L-evalwazzjoni għandha tinkludi r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

Artikolu 19

Grupp konsultattiv

Ir-responsabbiltajiet tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà tal-eu-LISA msemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2019/817 għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE. Il-Grupp Konsultattiv għandu jiltaqa’ regolarment sal-bidu tal-operazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE. Wara kull laqgħa huwa għandu jirrapporta lill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm. Dak il-Grupp Konsultattiv għandu jipprovdi lill-eu-LISA b’għarfien espert relatat mal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE b’mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha u r-rapport annwali tal-attività tagħha. Huwa għandu jipprovdi wkoll l-għarfien espert tekniku biex jappoġġa l-kompiti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm u għandu jsegwi l-istat ta’ tħejjija fl-Istati Membri.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 12(1) għandu japplika minn [tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 2, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 2252/2004].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Tul id-dokument, “fruntieri esterni” tirreferi għall-fruntieri esterni taż-żona Schengen.
(2)    Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).
(3)    Ir-Regolament (UE) 2017/458 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar it-tisħiħ tal-verifiki fuq il-fruntieri esterni ma’ bażijiet ta’ data rilevanti (ĠU L 74, 18.3.2017, p. 1).
(4)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(5)    Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).
(6)    Statistika pprovduta mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex).
(7)    SWD(2022) 422 final, p. 3.
(8)    L-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI, Digital Economy and Society Index): The Digital Economy and Society Index (DESI) | Shaping Europe’s digital future (europa.eu) .
(9)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Strateġija lejn żona Schengen reżiljenti u li tiffunzjona bis-sħiħ” (COM/2021/277 final).
(10)    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3)(a)(i) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3)(g)(i) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
(11)    Dan ġie osservat f’diversi evalwazzjonijiet reċenti ta’ Schengen.
(12)    Ġew osservati wkoll nuqqasijiet matul l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen fl-ispezzjoni fiżika tad-dokumenti tal-ivvjaġġar f’diversi Stati Membri. Dan jista’ jkun dovut għal kapaċitajiet insuffiċjenti, b’mod partikolari matul il-ħinijiet tal-ogħla domanda, nuqqas ta’ taħriġ jew nuqqas ta’ tagħmir ta’ spezzjoni.
(13)    Abbażi tad-data rrapportata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fid-dokument tagħha intitolat Frodi tad-Dokumenti tal-Unjoni Ewropea, Analiżi tar-Riskju għall-2023. “Dokumenti frodulenti” huwa terminu ġeneriku li jkopri dokumenti ffalsifikati, dokumenti kontrafatti u dokumenti awtentiċi użati minn persuna li ma hijiex id-detentur leġittimu (frodi minn impusturi/ibbażata fuq ix-xebh).
“
Dokumenti kontrafatti” tirreferi għal dokumenti li ġew prodotti illegalment mill-bidu nett biex jimitaw kemm jista’ jkun dokument awtentiku.
“
Dokumenti ffalsifikati” tirreferi għal dokumenti li nħarġu minn awtorità leġittima, iżda li b’xi mod inbidlu illegalment, pereż. billi ġie mibdul ir-ritratt, il-paġni jew id-data jew billi ġew kompromessi t-timbri tad-dħul/tal-ħruġ. Minbarra l-passaporti u l-karti tal-identità, iċ-ċifri jinkludu l-permessi ta’ residenza u l-viżi.
(14)    Digital Travel Credentials (DTC), Virtual Component Data Structure and PKI Mechanisms, Technical report verżjoni 1.2, Ottubru 2020.
(15)    Raja Rajavartiolaitos, “Finland and Croatia are testing digital travel credentials in external border traffic in a DTC Pilot project”, 03.02.2023, disponibbli online fuq: https://raja.fi/-/suomi-ja-kroatia-kokeilevat-digitaalisen-matkustusasiakirjan-kayttoa-ulkorajaliikenteessa-dtc-pilottiprojektissa?languageId=en_US ; Il-Gvern tan-Netherlands, “Dutch participation in European DTC pilot”, 27.10.2023, disponibbli online fuq https://www.government.nl/documents/publications/2023/02/23/dtc .
(16)    Ara r-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt (SWD(2024) 671 final) għal aktar dettalji.
(17)    Ir-Regolament (UE) 2023/2667 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009 u (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 u (KE) Nru 694/2003 u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża (ĠU L, 2023/2667, 7.12.2023).
(18)    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
(19)    Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).
(20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) XXXX/XXXX ta’ XXX dwar il-ħruġ ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali bbażati fuq il-karti tal-identità u l-istandards tekniċi tagħhom (ĠU L […], […], p. […], ELI: XXXX).
(21)     Deċennju Diġitali tal-Ewropa: miri diġitali għall-2030 | Kummissjoni Ewropea (europa.eu) .
(22)    ĠU C 23, 23.1.2023, p. 1.
(23)    Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024).
(24)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti ta’ l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).
(25)    QĠUE, sentenza tas-17.10.2013, Kawża C-291/12 Michael Schwarz vs Stadt Bochum.
(26)    Stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru 539, “Digitalisation of travel documents and facilitation of travel”, Settembru 2023, disponibbli online: https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2967 .
(27)    SWD(2024)671 final
(28)    SEC(2024) 670; Ares(2023)8616773
(29)    Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi “Manwal Prattiku għall-Gwardji tal-Fruntieri (Manwal ta’ Schengen)” li għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jwettqu l-kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri u li jissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (C(2019) 7131 final).
(30)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (ĠU L 160, 15.6.2022, p. 1).
(31)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti ta’ l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).
(32)    Ir-Regolament (UE) 2019/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1157/oj).
(33)    Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(35)    Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20, ELI…)
(36)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) XXXX/XXXX ta’ XXX dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu (ĠU LXX, XXX, p. X, ELI XXX)
(37)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(38)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ).
(39)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).
(40)    Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).
(41)    Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(42)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(43)    ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(44)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(45)    ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(46)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(47)    ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(48)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(49)    [ĠU C…]
(50)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) XXXX/XXXX ta’ XXX dwar il-ħruġ -tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali bbażati fuq il-karti tal-identità u l-istandards tekniċi tagħhom (ĠU L […], […], p. […], ELI: XXXX).

Strasburgu, 8.10.2024

COM(2024) 670 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi applikazzjoni għas-sottomissjoni elettronika ta’ data tal-ivvjaġġar (l-applikazzjoni “tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE”) u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/399 u (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, fir-rigward tal-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar







{SEC(2024) 670 final} - {SWD(2024) 670 final} - {SWD(2024) 671 final} - {SWD(2024) 672 final}


ANNESS

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanati

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi applikazzjoni għas-sottomissjoni elettronika ta’ data tal-ivvjaġġar (“applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE”) u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/399 u (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, fir-rigward tal-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Affarijiet interni

1.3.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

☒ azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 1  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Li tittejjeb l-effettività u l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, filwaqt li tikkontribwixxi għal spazju aktar sikur ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-funzjonament tajjeb tal-ispazju mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni (iż-żona Schengen).

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettivi speċifiċi:

1. li tiżdied is-sigurtà fiż-żona Schengen u l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni:

li jiġi stabbilit standard uniformi għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali (DTCs, digital travel credentials) għall-fruntieri esterni b’mod koordinat mill-Istati Membri kollha, filwaqt li titrawwem l-interoperabbiltà futura u l-opportunitajiet għall-kooperazzjoni;

li l-vjaġġatur jkun jista’ jissottometti DTC b’mod sigur u f’waqtu qabel il-vjaġġ tiegħu, filwaqt li żżid ukoll l-affidabbiltà tad-data sottomessa lill-awtoritajiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri;

li l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-fruntieri jkunu jistgħu jwettqu verifiki bil-quddiem ma’ tali data sabiex jitnaqqsu l-konġestjonijiet u l-ħin fil-punt ta’ qsim tal-fruntieri;

li jintlaħaq livell minimu ta’ maturità diġitali fost l-Istati Membri kollha fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri;

2. li jkun hemm qsim tal-fruntieri aktar faċli u aktar rapidu għall-vjaġġaturi.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-qsim tal-fruntieri esterni mill-vjaġġaturi kollha, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħhom, huwa ffaċilitat u mħaffef permezz ta’ verifiki fuq il-fruntieri aktar effiċjenti abbażi tal-verifiki bil-quddiem abbażi tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali sottomessi mill-vjaġġaturi. Il-proċessi li japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ jiġu aċċellerati wkoll billi dawn jitħallew jirreġistraw id-data minn qabel mill-bogħod bl-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali.

L-eu-LISA se tistabbilixxi u topera l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE mill-aktar fis possibbli mid-data tal-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva.

L-operaturi tal-portijiet ta’ dħul (pereż. l-ajruporti u l-portijiet marittimi) se jibbenefikaw minn ħinijiet iqsar ta’ qsim tal-fruntieri.

It-trasportaturi jistgħu jibbenefikaw indirettament mill-fatt li l-vjaġġaturi jista’ jkollhom kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, billi jintegraw il-possibbiltà li jużaw dawn il-kredenzjali fl-applikazzjonijiet tagħhom għax-xiri tal-biljetti, għar-reġistrazzjoni kif ukoll għall-ġbir ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri b’mod awtomatizzat u preċiż.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri se jibbenefikaw mill-fatt li jkunu jistgħu jwettqu verifiki bil-quddiem fuq il-fruntieri fuq persuni abbażi ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, li bħalissa mhuwiex possibbli. L-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jivverifikaw, qabel l-ivvjaġġar, l-awtentiċità u l-integrità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u jippjanaw u jimmaniġġjaw aħjar ir-riżorsi billi jawtorizzaw lill-vjaġġaturi li jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali minn qabel.

L-UE u ċ-ċittadini tagħha b’hekk se jibbenefikaw indirettament u direttament minn żieda fis-sigurtà kif ukoll il-funzjonament aħjar taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Objettiv speċifiku Nru 1 – li jiġi stabbilit standard tekniku komuni u interfaċċa għall-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali

-    L-adozzjoni b’suċċess tal-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, l-arkitettura teknika tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, l-applikazzjoni għall-apparati mobbli, is-servizzi backend u r-Router tal-Vjaġġatur, il-ġbir tal-istatistika, l-ittestjar tal-applikazzjoni Travel Europe qabel il-bidu tal-operazzjoni tagħha u l-att ta’ implimentazzjoni biex jiġi ddeterminat il-bidu tal-operazzjoni tal-applikazzjoni

-    Bidu tal-operazzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE (mira fi tmiem l-2030)

Objettiv speċifiku Nru 2 – li l-vjaġġaturi jkunu jistgħu joħolqu u jissottomettu kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali lill-awtoritajiet tal-fruntieri u li jkunu jistgħu jsiru verifiki bil-quddiem

-    Is-sehem tal-Istati Membri konnessi mar-Router tal-Vjaġġatur sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE (mira ta’ 100 %)

-    L-għadd ta’ awtoritajiet nazzjonali tal-fruntiera li jirċievu informazzjoni mir-Router tal-Vjaġġatur

-    L-għadd ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali maħluqa bl-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE (mira: żieda gradwali mid-dħul fis-seħħ + 5 snin)

-    L-għadd ta’ żbalji fil-ħolqien u s-sottomissjoni ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali ibbażati fuq dokumenti tal-ivvjaġġar konformi mal-ICAO 2 (mira ta’ 0 %, jekk id-data tkun imtliet b’mod korrett)

-    L-għadd ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali mitluba miċ-ċittadini tal-UE flimkien mal-applikazzjoni għal dokumenti tal-ivvjaġġar fiżiċi (passaporti u karti tal-identità) (mira: żieda gradwali minn 0 għal 25 % tal-applikanti mid-dħul fis-seħħ + 2 snin)

-    L-għadd ta’ vjaġġaturi li jużaw l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE biex jissottomettu l-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali tagħhom qabel l-ivvjaġġar

-    Proporzjon: l-għadd ta’ vjaġġaturi li jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-finijiet ta’ qsim ta’ fruntieri esterni vs l-għadd ta’ vjaġġaturi li jużaw biss id-dokumenti tal-ivvjaġġar fiżiċi tagħhom (mira ta’ 30 % 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE)

-    Proporzjon: l-għadd ta’ vjaġġaturi vverifikati minn qabel vs l-għadd ta’ vjaġġaturi li ssottomettew il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali tagħhom (mira ta’ 100 %)

-    Is-sehem ta’ dokumenti frodulenti u hits identifikati matul il-verifiki bil-quddiem mal-bażijiet tad-data (mira ta’ 100 %)

-    Il-ħin medju għal kull verifika fuq il-fruntiera fil-punt ta’ qsim fiżiku tal-fruntiera għall-vjaġġaturi li jkunu ssottomettew il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali tagħhom (mira < 10 sekondi għal kull persuna)

Objettiv speċifiku Nru 3 – li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar transfruntier

-    Il-ħinijiet medji ta’ stennija għaċ-ċittadini tal-UE fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri (mira: tnaqqis gradwali tal-ħinijiet ta’ stennija attwali wara d-dħul fis-seħħ tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE – huwa impossibbli li jiġi kkwantifikat peress li teżisti differenza kbira fl-istrutturi infrastrutturali)

-    Il-ħinijiet medji ta’ stennija għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri (mira: tnaqqis gradwali tal-ħinijiet ta’ stennija attwali wara d-dħul fis-seħħ tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE – huwa impossibbli li jiġi kkwantifikat peress li teżisti differenza kbira fl-istrutturi infrastrutturali)

-    Il-ħin medju li jieħdu ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu użaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali biex jirreġistraw id-data għas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ minn qabel (mira: tnaqqis ta’ mill-inqas 20 sekonda għal kull persuna)

-    Il-ħin medju li jieħdu l-vjaġġaturi li jkunu ssottomettew il-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali tagħhom biex jgħaddu mill-verifika fil-punt fiżiku ta’ qsim tal-fruntiera (mira: < 10 sekondi għal kull persuna).

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-inizjattiva teħtieġ l-iżvilupp, segwit mill-manutenzjoni u l-operazzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

Fil-fażi tad-disinn u l-iżvilupp, l-eu-LISA se tiżviluppa l-komponenti tekniċi meħtieġa biex topera l-applikazzjoni. L-iskeda ta’ żmien eżatta se tiddependi mill-adozzjoni tar-regolament propost (u l-kontenut eżatt tiegħu) u t-twassil tal-komponenti tekniċi, li wħud minnhom jistgħu jkunu marbuta ma’ proġetti ta’ żvilupp oħra li għaddejjin fl-eu-LISA. Huwa previst li l-finalizzazzjoni ta’ proġetti oħra ta’ żvilupp fl-eu-LISA tillibera riżorsi umani li jistgħu jiġu assenjati mill-ġdid għall-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

Saru suppożizzjonijiet li r-regolament propost se jiġi adottat sa tmiem l-2025, li jippermetti l-bidu tat-tħejjijiet, inkluż ir-reklutaġġ għal ċerti profili fl-2026 u fil-bidu tal-2027. L-eu-LISA tipprevedi perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ tliet snin għall-proġett minħabba l-proċess ta’ definizzjoni tar-rekwiżiti, l-involviment kumpless tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll l-ittestjar estern estensiv.

L-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE għandha tibda topera sal-2030. Dan jiddependi fuq it-twettiq b’suċċess ta’ test tal-applikazzjoni. Ma huwa previst l-ebda perjodu ta’ tranżizzjoni separat, u l-Istati Membri għandhom ikunu żviluppaw il-komponenti tekniċi meħtieġa fil-livell nazzjonali biex jikkonnettjaw mal-komponent tar-Router tal-Vjaġġatur tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE sa meta tibda topera l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE.

Madankollu, qabel l-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw u jimplimentaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali (f’konformita mad-dispożizzjonijiet tar-regolament propost) skont proġetti nazzjonali.



1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) espliċitament jagħti s-setgħa lill-Unjoni li tiżviluppa politika komuni dwar il-verifiki li għalihom huma soġġetti l-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni u li tadotta miżuri għall-istabbiliment gradwali ta’ sistema integrata ta’ ġestjoni għall-fruntieri esterni. Dawn huma objettivi ċari li għandhom jiġu segwiti fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-fruntieri esterni u taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, biex tiġi promossa s-sigurtà fl-Unjoni u biex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali.

Filwaqt li l-qafas legali attwali tal-UE ma jippermettix l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-verifika mill-bogħod tal-awtentiċità u l-integrità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar fil-verifiki fuq il-fruntieri, l-Istati Membri nfushom ma jistgħux jintroduċu b’mod effettiv kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali b’mod uniformi biex jintlaħqu l-objettivi.

Għalhekk, din il-proposta żżid valur konsiderevoli fl-indirizzar tal-isfidi relatati mas-sigurtà u l-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar li għandhom impatt fuq is-sigurtà madwar l-Unjoni u mal-funzjonament tajjeb tal-fruntieri esterni. Azzjoni konġunta fil-livell tal-UE tistabbilixxi miżuri armonizzati għall-istabbiliment ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u tippermetti l-użu tagħhom fil-kuntest tal-verifiki fuq il-fruntieri fil-fruntieri esterni.

Valur miżjud tal-Unjoni mistenni li jiġi ġġenerat (ex post)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-fruntieri jibbenefikaw mill-introduzzjoni ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali billi jiġu permessi jivverifikaw l-awtentiċità u l-integrità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll jikkonsultaw il-bażijiet tad-data rilevanti qabel ma l-vjaġġaturi jaslu fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera b’mod aktar effiċjenti mil-lum. Dan jippermetti ġestjoni aħjar tar-riżorsi u detezzjoni aħjar ta’ vjaġġaturi b’riskju għoli u dokumenti frodulenti, peress li diversi vjaġġaturi jkunu ġew awtorizzati minn qabel u pproċessati malajr fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera.

Filwaqt li r-regolament propost jiffoka fuq l-użu tal-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għall-qsim tal-fruntieri esterni, l-introduzzjoni ta’ definizzjoni legali għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali tista’ sservi wkoll ta’ benefiċċju għall-awtoritajiet responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-viża u tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS, European Travel Information and Authorisation System) u tippermettilhom jivverifikaw l-awtentiċità u l-integrità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar (mill-bogħod) użati mill-applikanti. Dan japplika wkoll għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni li jipproċessaw applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza sottomessi minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’pajjiż terz.

Ir-Regolament propost jippermetti lill-vjaġġaturi individwali (kemm ċittadini tal-UE kif ukoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi) jużaw kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għal skopijiet ta’ qsim ta’ fruntieri esterni. Dan iġib miegħu benefiċċji f’termini ta’ inqas ħin fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri u inqas inkonvenjent minħabba data ddikjarata manwalment b’mod żbaljat jew mhux korretta. Żbalji f’data awtodikjarata jistgħu jwasslu għal ħin ta’ stennija addizzjonali jew saħansitra ċaħdiet ta’ dħul jew ċaħda abbord vettura tat-trasport.

Peress li l-inizjattiva tistabbilixxi standard legali għall-kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, l-użi tagħha jistgħu jiġu inkorporati fis-sistemi nazzjonali, b’mod partikolari bl-introduzzjoni tal-identità diġitali u l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali. Iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jisfruttaw aħjar id-data taċ-ċippa fil-passaport jew fil-karta tal-identità tagħhom għal identifikazzjoni sigura kemm fi tranżazzjonijiet online kif ukoll fiżiċi.

L-inizjattiva se tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-individwi, jekk it-trasportaturi (pereż. il-linji tal-ajru, il-coaches il-ferroviji u l-vapuri) jintegraw l-ipproċessar ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali fis-sistemi ta’ prenotazzjoni u ta’ reġistrazzjoni tagħhom. Dan jista’ jippermetti lill-passiġġieri jgħaddu minn ċerti verifiki – li attwalment isiru fiżikament fil-hubs tat-trasport, pereż., matul ir-reġistrazzjoni, it-tqegħid tal-bagalji qabel it-tluq jew l-imbarkazzjoni – kompletament mill-bogħod kif ukoll jiffrankaw ħin addizzjonali b’inqas diffikultà.

Peress li l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali ikun volontarju u mingħajr ħlas għall-individwi, ma huwa previst l-ebda kost finanzjarju. L-uniku investiment meħtieġ mill-individwi jkun relatat mal-ħin meħtieġ biex jinkiseb kredenzjal tal-ivvjaġġar diġitali mill-passaport jew mill-karta tal-identità eżistenti tal-vjaġġatur, li jista’ jsir mill-bogħod.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Filwaqt li din hija l-ewwel darba li l-UE (jew kwalunkwe entità oħra) qiegħda tintroduċi kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali għal skopijiet ta’ verifika fuq il-fruntieri, ittieħdu xi tagħlimiet minn proġetti preċedenti ta’ żvilupp tal-IT u l-proġetti pilota li għaddejjin fi tliet Stati Membri dwar l-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali (ara l-Anness 5 tal-valutazzjoni tal-impatt għal aktar dettalji).

Fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ sistemi ċentralizzati oħra tal-UE (is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen), ġie nnutat li l-implimentazzjoni tal-komponent ċentrali (l-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE proprja bil-komponenti kollha tagħha) tista’ ġġarrab kostijiet żejda u dewmien minħabba rekwiżiti li jinbidlu qabel ma l-istrumenti legali li jistabbilixxu l-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-funzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha jkunu fis-seħħ. Għalhekk, jenħtieġ li l-fażi preparatorja tat-tfassil ma tibdiex qabel ma jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rispettivi mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-aħjar użu tas-sinerġiji u t-titjib fl-effiċjenza għandu jiġi mfittex fil-profili tal-persunal/fl-oqsma ta’ għarfien espert, pereż., billi jinbena r-Router tal-Vjaġġatur fuq l-Interfaċċa tat-Trasportatur u r-Router tal-API.

Filwaqt li huwa diffiċli li jiġi aċċertat impatt ċar tar-regolament propost fuq il-ħinijiet ta’ stennija fil-fruntiera, ir-riżultati mill-proġetti pilota tal-UE li għaddejjin bħalissa juru li l-ħin tal-ipproċessar tal-vjaġġaturi b’DTC awtorizzati minn qabel (ċittadini tal-UE) naqas b’mod sinifikanti minn bejn 30 u 90 sekonda għal inqas minn 9 sekondi għal kull vjaġġatur. Dan l-impatt jiġi mmultiplikat bl-adozzjoni eventwali tad-DTCs, li jirriżulta f’ħinijiet iqsar fil-kju anke għal dawk il-vjaġġaturi li ma jużawx id-DTC huma stess, iżda li l-valur monetarju tagħhom f’dan il-punt huwa impossibbli li jiġi evalwat.

Tqajmu wkoll mistoqsijiet importanti fil-kuntest ta’ dawk il-proġetti pilota li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jiġu abbozzati l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE. Dawn il-mistoqsijiet jirrigwardaw is-sigurtà tal-ħżin ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali, messaġġi siguri, protokoll tat-trażmissjoni u l-importanza li l-applikazzjoni tiġi żviluppata b’mod modulari li jippermetti funzjonalitajiet addizzjonali u t-tranżizzjoni minn standard tekniku għall-ieħor hekk kif l-istandards globali jevolvu fil-futur.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-investimenti meħtieġa fil-livell tal-UE matul il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali 2021-2027 huma limitati għal EUR 1,3 miljun. Il-biċċa l-kbira tal-investimenti meħtieġa fil-livell tal-UE (EUR 60,2 miljun) għandhom għalhekk jiġu ffinanzjati mill-QFP li jmiss.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

L-approprjazzjonijiet meħtieġa biex jiġi ffinanzjat l-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE mill-eu-LISA (EUR 61,5 miljun) ma ġewx ippjanati skont l-allokazzjonijiet tal-QFP 2021-2027 għall-eu-LISA, peress li din hija proposta ġdida li l-ammonti għaliha ma kinux magħrufa fiż-żmien meta ġie ppreżentat il-QFP 2021-2027.

Għalhekk, huwa propost li jiġi żgurat finanzjament adegwat tal-eu-LISA għall-ammonti meħtieġa fl-2027 billi jitnaqqsu l-faċilitajiet tematiċi korrispondenti tal-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi jew billi jiġu allokati mill-ġdid fondi minn aġenziji deċentralizzati oħra.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

–    fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–    Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

☒ durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn-SSSS sa SSSS,

–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 3   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–    mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

☒ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

– lill-pajjiżi terzi jew korpi nnominati minnhom;

– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

– lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

–☒ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

– lill-korpi tad-dritt pubbliku;

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE hija mistennija li tieħu bejn l-2026 u l-2030. L-applikazzjoni Travel Europe għandha tkun operattiva sa tmiem l-2030.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-proposta se jsegwu l-prinċipji deskritti fir-Regolament tal-eu-LISA, fir-Regolament Finanzjarju tal-UE u f’konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati. B’mod partikolari, l-eu-LISA kull sena trid tippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni li jkun fih programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali u programmazzjoni tar-riżorsi. Dan id-Dokument jistabbilixxi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi u tar-riżultati. L-eu-LISA trid tippreżenta wkoll Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat lill-bord ta’ ġestjoni, li jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi u tar-riżultati stabbiliti fid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni. Ir-rapport jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Skont l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-eu-LISA, kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-bord ta’ ġestjoni, tevalwa l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-objettivi, il-mandat, il-postijiet u l-kompiti tagħha. Din l-evalwazzjoni tinkludi wkoll eżami tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament propost u l-mod u l-punt sa fejn l-Aġenzija tikkontribwixxi b’mod effettiv għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira u għall-istabbiliment ta’ ambjent tal-IT ikkoordinat, kosteffettiv u koerenti fil-livell tal-Unjoni fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Dik l-evalwazzjoni tivvaluta l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din. Il-bord ta’ ġestjoni jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar emendi ta’ dan ir-regolament lill-Kummissjoni.

Fl-aħħar nett, ir-regolament propost jagħti mandat lill-eu-LISA biex tiżgura li jkollha fis-seħħ il-proċeduri biex timmonitorja l-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE fid-dawl tal-objettivi relatati mal-ippjanar u l-kostijiet u biex timmonitorja l-funzjonament tal-applikazzjoni.Sal-1 ta’ Jannar 2028 u kull tnax-il xahar minn hemm ’il quddiem matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tal-applikazzjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista’ jkollu impatt fuq il-kostijiet ġenerali tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE kif ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni teknika tal-proġett u kwalunkwe problema u riskju tekniku li jista’ jkollu impatt fuq l-iżvilupp ġenerali u l-bidu tal-operazzjoni tal-applikazzjoni.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE se jiġi implimentat permezz tal-baġit tal-eu-LISA, permezz ta’ ġestjoni indiretta. Skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-eu-LISA għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti. L-Aġenzija hija għalhekk marbuta li timplimenta strateġija ta’ kontroll xierqa kkoordinata fost l-atturi xierqa involuti fil-katina tal-kontroll.

Fir-rigward tal-kontrolli ex post, l-eu-LISA, bħala aġenzija deċentralizzata, hija soġġetta għal:

-    awditu intern mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni;

-    rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jipprovdu dikjarazzjoni li tiċċertifika l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom;

-    kwittanza annwali mogħtija mill-Parlament Ewropew;

-    investigazzjonijiet possibbli mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF, European Anti-Fraud Office) biex jiġi żgurat li r-riżorsi allokati lill-aġenziji jintużaw b’mod xieraq.

Bħala DĠ sieħeb għall-eu-LISA, id-DĠ HOME se jimplimenta l-Istrateġija ta’ Kontroll tiegħu fuq l-aġenziji deċentralizzati biex jiżgura rapportar affidabbli fil-qafas tar-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu. Filwaqt li l-aġenziji deċentralizzati għandhom responsabbiltà sħiħa għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom, id-DĠ HOME huwa responsabbli għall-pagament regolari tal-kontribuzzjonijiet annwali stabbiliti mill-Awtoritajiet Baġitarji.

L-Ombudsman Ewropew jipprovdi saff ieħor ta’ kontroll u ta’ akkontabilità fl-azzjonijiet amministrattivi tal-eu-LISA.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

F’dan l-istadju ma ġie identifikat l-ebda riskju.

Għall-baġit implimentat mill-eu-LISA, huwa meħtieġ Qafas ta’ Kontroll Intern speċifiku bbażat fuq il-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni Ewropea.

Id-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni jrid jipprovdi informazzjoni dwar is-sistemi ta’ kontroll intern, filwaqt li r-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat (CAAR, Consolidated Annual Activity Report) irid ikun fih informazzjoni dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern, inkluż fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju. Is-CAAR 2021 jirrapporta li l-maniġment tal-Aġenzija kien raġonevolment fiduċjuż li, b’mod ġenerali, il-kontrolli xierqa huma fis-seħħ u li qegħdin jiffunzjonaw kif maħsub. Barra minn hekk, ir-riskji kienu qegħdin jiġu mmonitorjati u mmitigati kif xieraq, u aspetti varji ta’ titjib u ta’ tisħiħ huma implimentati kif meħtieġ.

Livell ieħor ta’ superviżjoni interna huwa pprovdut ukoll mill-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-eu-LISA, fuq il-bażi ta’ pjan tal-awditu annwali li b’mod partikolari jqis il-valutazzjoni tar-riskji fl-eu-LISA. Il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tgħin lill-eu-LISA tilħaq l-objettivi tagħha billi tintroduċi approċċ sistematiku u dixxiplinat biex tevalwa l-effettività tal-ġestjoni tar-riskju, tal-kontroll, u tal-proċessi ta’ governanza, u billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tagħhom.

Barra minn hekk, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-eu-LISA (funzjoni indipendenti marbuta direttament mas-Segretarjat tal-Bord ta’ Tmexxija) jissorveljaw l-ipproċessar ta’ data personali mill-eu-LISA.

Fl-aħħar nett, bħala DĠ sieħeb għall-eu-LISA, id-DĠ HOME jmexxi eżerċizzju annwali ta’ ġestjoni tar-riskju sabiex jidentifika u jivvaluta r-riskji għoljin potenzjali relatati mal-operazzjonijiet tal-aġenziji, inkluża l-eu-LISA. Ir-riskji kkunsidrati bħala kritiċi jiġu rrapportati kull sena fil-pjan ta’ ġestjoni tad-DĠ HOME u jiġu akkumpanjati minn pjan ta’ azzjoni li jiddikjara l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni previsti.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-proporzjon ta’ “kostijiet tal-kontroll/valur tal-fondi relatati ġestiti” huwa rapportat mill-Kummissjoni. Ir-RAA tal-2021 tad-DĠ HOME jirrapporta 0,08 % għal dan il-proporzjon fir-rigward tal-entitajiet fdati ta’ ġestjoni indiretta u l-aġenziji deċentralizzati, inkluża l-eu-LISA.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Id-DĠ HOME se japplika l-Istrateġija Kontra l-Frodi tiegħu f’konformità mal-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (CAFS, Commission’s Anti-Fraud Strategy) sabiex jiżgura li l-kontrolli interni tiegħu relatati mal-ġlieda kontra l-frodi jkunu allinjati bis-sħiħ mas-CAFS u li l-approċċ tiegħu għall-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi jkun immirat biex jidentifika oqsma ta’ riskju ta’ frodi u reazzjonijiet adegwati.

Il-miżuri relatati mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra huma deskritti fl-Artikolu 50 tar-Regolament tal-eu-LISA u taħt it-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju tal-eu-LISA.

L-Aġenzija għandha tipparteċipa b’mod partikolari f’attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-OLAF u tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta’ frodi preżunta u ta’ irregolaritajiet finanzjarji preżunti oħrajn – f’konformità mal-istrateġija interna tagħha kontra l-frodi li tkopri l-perjodu 2022-2024.

Bħala DĠ sieħeb, f’Ottubru 2021, id-DĠ HOME adotta Strateġija ġdida Kontra l-Frodi, flimkien ma’ Pjan ta’ Azzjoni ta’ akkumpanjament, li tkompli ssaħħaħ il-kapaċitajiet tad-DĠ kontra l-frodi u tadattahom għal ambjent li qed jevolvi b’mod kostanti. Din tqis in-novitajiet introdotti mill-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi tal-2019 u l-aġġustamenti meħtieġa mill-QFP 2021-2027.

L-aġenziji deċentralizzati, inkluża l-eu-LISA, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-istrateġija. Ir-RAA tal-2021 tad-DĠ HOME kkonkluda li l-proċessi ta’ prevenzjoni u identifikazzjoni tal-frodi ħadmu b’mod sodisfaċenti u, għalhekk, ikkontribwew għall-garanzija tal-kisba tal-objettivi tal-kontroll intern.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja Baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux-diff. 4

minn pajjiżi tal-EFTA 5

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 6

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

4

11 10 02 Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl- Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“eu-LISA”)

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja Baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux-diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

4

Migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri

EU-LISA

Implikazzjonijiet baġitarji indikattivi*

Sena
2027

Sena
2028

Sena
2029

Sena
2030

Sena
2031

TOTAL 28-31

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

Titolu 1 Nefqa tal-Persunal

Impenji

(1a)

0,178

1,383

2,481

2,600

2,647

9,288

Pagamenti

(2a)

0,178

1,383

2,481

2,600

2,647

9,288

Titolu 2 Nefqa tal-infrastruttura u operazzjonali

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Titolu 3 Nefqa Operazzjonali

Impenji

(1b)

0,550

5,517

25,492

11,133

6,803

49,494

Pagamenti

(2b)

0,550

5,517

25,492

11,133

6,803

49,494

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 7  

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-eu-LISA

Impenji

=1a+1b +3

0,728

6,900

27,972

13,732

9,450

58,782

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,728

6,900

27,972

13,732

9,450

58,782





□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,728

6,900

27,972

13,732

9,450

58,782

Pagamenti

(5)

0,728

6,900

27,972

13,732

9,450

58,782

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,728

6,900

27,972

13,732

9,450

58,782

Pagamenti

=5+ 6

0,728

6,900

27,972

13,732

9,450

58,782

L-impatt stmat fuq in-nefqa u l-persunal għas-snin 2028 u dawk sussegwenti f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali se jkunu koperti billi jitnaqqsu l-ammonti disponibbli fil-Faċilitajiet Tematiċi tal-BMVI, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-marġnijiet limitati disponibbli skont il-QFP għal inizjattivi ta’ politika jew emerġenzi futuri inklużi sitwazzjonijiet ta’ pressjoni migratorja.

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

Nefqa amministrattiva

DĠ HOME

Sena
2027

Sena
2028

Sena
2029

Sena
2030

Sena
2031

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Riżorsi umani

Impenji

(1a)

0,534

0,534

0,534

0,534

0,534

2,670

Pagamenti

(2a)

0,534

0,534

0,534

0,534

0,534

2,670

Nefqa amministrattiva oħra

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 8  

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ HOME

Impenji = pagamenti

=1a+1b +3

0,534

0,534

0,534

0,534

0,534

2,670

L-impatt stmat fuq in-nefqa u l-persunal għas-snin 2028 u dawk sussegwenti f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.



TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Total tal-impenji = total tal-pagamenti

=4+ 6

0,534

0,534

0,534

0,534

0,534

2,670

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
9

Impenji

=4+ 6

1,262

7,434

28,506

14,266

9,984

61,452

Pagamenti

=5+ 6

1,262

7,434

28,506

14,266

9,984

61,452

L-impatt stmat fuq in-nefqa u l-persunal għas-snin 2028 u dawk sussegwenti f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.



3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2027

Sena
2028

Sena
2029

Sena
2030

Sena
2030

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 10

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 l-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE

- Output

Hardware, software, analiżi, disinn, żvilupp, ittestjar, tħejjija taċ-ċentru ta’ data, attivitajiet ta’ taħriġ fl-Istati Membri

0,550

3,412

16,644

4,200

1,250

26,056

- Output

Kostijiet operazzjonali, Ddos + DNS Globali, liċenzji SW, manutenzjoni u appoġġ (korrettivi u adattivi)

-

2,105

8,848

6,933

5,553

23,438

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

TOTALI

0,550

5,517

25,492

11,133

6,803

49,494

L-impatt stmat fuq in-nefqa u l-persunal għas-snin 2028 u dawk sussegwenti f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-eu-LISA

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Sena
2027

Sena
2028

Sena
2029

Sena
2030

Sena
2031

Karigi (FTE)

Aġenti temporanji (AD)

2,0

9,0

9,0

9,0

9,0

Aġenti kuntrattwali (FGIV)

8,5

10,0

11,0

11,0

Total

2,0

17,5

19,0

20,0

20,0

Kalkolu tal-kostijiet tas-salarji (f’miljuni ta’ EUR)

Total

Aġenti temporanji (AD)

0,178

0,979

1,602

1,602

1,602

5,963

Aġenti kuntrattwali (FGIV)

0,404

0,879

0,998

1,045

3,325

Total

0,178

1,383

2,481

2,600

2,647

9,288

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mill-Aġenzija li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riallokati fl-Aġenzija, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lill-Aġenzija ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

L-impatt stmat fuq in-nefqa u l-persunal għas-snin 2028 u dawk sussegwenti f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani fid-DĠ HOME

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

–    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Sena
2027

Sena
2028

Sena
2029

Sena
2030

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

□ Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

3

3

3

3

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

□ Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time: FTE, Full Time Equivalent) 11

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   12

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

3

3

3

3

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

L-impatt stmat fuq in-nefqa u l-persunal għas-snin 2028 u dawk sussegwenti f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Huma meħtieġa tliet uffiċjali AD għas-segwitu tal-proposta. Il-membri tal-persunal se jivverifikaw il-konformità mal-proposta leġiżlattiva, jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni potenzjali dwar il-konformità, iħejju rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jivvalutaw il-progress tal-Istati Membri fl-iżvilupp tas-sistema nazzjonali biex jirċievu d-data sottomessa permezz tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE, iżommu l-leġiżlazzjoni sekondarja aġġornata, inkluż billi jiżviluppaw l-istandards u jadottaw atti ta’ implimentazzjoni. Peress li l-inizjattiva hija attività addizzjonali meta mqabbla mal-ammonti ta’ xogħol eżistenti, huwa meħtieġ persunal addizzjonali (3 FTE).

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE mill-eu-LISA u l-kostijiet rikorrenti mill-2031 la ġew ippjanati skont l-allokazzjoni tal-QFP tal-eu-LISA 2021-2027, u lanqas skont l-allokazzjoni għall-persunal supplimentari tad-DĠ HOME. Il-finanzjament meħtieġ għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-applikazzjoni tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE matul il-QFP attwali (EUR 6 miljun) jista’ jsir disponibbli permezz ta’ tpaċija baġitarja kontra l-BMVI (11.02.01 – Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi) jew riallokazzjoni ta’ baġits ta’ aġenziji deċentralizzati oħra fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-DĠ HOME.

–    tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP.

–    tirrikjedi reviżjoni tal-QFP.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

–    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 13

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

–    Il-proposta /L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–    Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–    fuq ir-riżorsi proprji

–    fuq dħul ieħor

–indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 14

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Il-baġit għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen kif stipulati fil-ftehimiet rispettivi fis-seħħ. L-estimi għandhom ikunu bbażati fuq il-kalkoli għad-dħul għall-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen mill-Istati li bħalissa qed jikkontribwixxu (l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera) għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (pagamenti kkonsmati) somma annwali għas-sena finanzjarja rilevanti, ikkalkolata skont il-prodott domestiku gross tagħha bħala persentaġġ tal-prodott domestiku gross tal-Istati parteċipanti kollha. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq ċifri mill-EUROSTAT li huma soġġetti għal varjazzjoni konsiderevoli skont is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati parteċipanti.

(1)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(2)    Jiġifieri konformi ma’ standard tekniku internazzjonali eżistenti żviluppat mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO, International Civil Aviation Organization).
(3)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(4)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(5)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
(6)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(7)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(8)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(9)    Ir-riżorsi għall-eu-LISA se jiġu allinjati mal-eżitu tan-negozjati dwar l-analiżi ta’ nofs it-terminu tal-QFP. L-impatt stmat fuq in-nefqa u l-persunal għas-snin 2028 u dawk sussegwenti f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-QFP li jmiss. Ir-riżorsi umani l-ġodda mhumiex se jiġu kkumpensati.
(10)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(11)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(12)     Sublimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(13)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(14)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.