Brussell, 6.9.2024

COM(2024) 396 final

2024/0219(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt EU-CTC stabbilit mill-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar it-tranżitu komuni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għall-adeżjoni tal-Georgia


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Pajjiżi ta’ Tranżitu Komuni (CTC, Common Transit Countries) dwar it-tranżitu komuni (“il-Kumitat Konġunt”) b’rabta mal-adozzjoni prevista mill-Kumitat Konġunt ta’ Deċiżjoni dwar l-emenda ta’ xi Annessi fl-Appendiċijiet III u IIIa tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (“il-Konvenzjoni”).

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Konvenzjoni

L-għan tal-Konvenzjoni huwa li tiffaċilita l-moviment tal-oġġetti bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni. Din ġiet konkluża fl-20 ta’ Mejju 1987 bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi tal-EFTA u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

Il-Konvenzjoni tistabbilixxi miżuri li jiffaċilitaw il-moviment tal-oġġetti bejn l-Unjoni Ewropea u l-partijiet kontraenti l-oħra tal-Konvenzjoni, jiġifieri r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tas-Serbja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Ukrajna.

L-Unjoni Ewropea (mhux l-Istati Membri tagħha) hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjonijiet.

Il-pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, iżda li mhumiex membri tal-Unjoni, huma pajjiżi ta’ tranżitu komuni.

2.2.Il-Kumitat Konġunt

Il-kompitu tal-Kumitat Konġunt huwa li jamministra l-Konvenzjoni u li jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tagħha. Il-Kumitati jistiednu lill-pajjiżi terzi jaderixxu mal-Konvenzjoni permezz ta’ deċiżjoni.

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet Kontraenti.

2.3.L-att previst tal-Kumitat Konġunt

Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru [3]/2024 tal-Kumitat Konġunt f’waħda mis-sessjonijiet li jmiss jew permezz ta’ proċedura bil-miktub.

Il-fini tal-abbozz tad-Deċiżjoni huwa li titqies l-adeżjoni tal-Georgia mal-Konvenzjoni, li tinvolvi l-introduzzjoni ta’ referenzi lingwistiċi ġodda dwar dan il-pajjiż li jippermettu l-implimentazzjoni tal-proċedura komuni ta’ tranżitu bejn il-Partijiet Kontraenti.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tadotta l-abbozz tad-Deċiżjoni u tibagħtu lill-Kunsill.

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li temenda l-Konvenzjoni għandha torbot lill-Partijiet Kontraenti f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni, li jipprevedi li: “Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha”.

F’konformità mal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni, din it-tip ta’ Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-Partijiet Kontraenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħhom stess.

3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

Il-proposta tikkonċerna l-emenda ta’ xi Annessi tal-Appendiċijiet III u IIIa tal-Konvenzjoni, li huma relatati mal-adeżjoni tal-Georgia mal-Konvenzjoni. L-ambitu ta’ dawn l-emendi huwa ta’ natura teknika.

L-għan huwa li jiġi żgurat li l-Kumitat Konġunt jadotta l-bidliet tekniċi kollha fil-Konvenzjoni sabiex jimplimenta l-proċedura komuni ta’ tranżitu bejn il-Georgia u partijiet kontraenti oħra.

Dan jenħtieġ li jirriżulta f’benefiċċji sostanzjali u tanġibbli għall-kummerċjanti u għall-amministrazzjonijiet doganali billi jiġu ssimplifikati l-formalitajiet ta’ tranżitu u jiġi ffaċilitat il-moviment tal-oġġetti, li huwa f’konformità mal-appoġġ tal-Unjoni lill-Georgia barra mill-inizjattivi diretti.

Id-Deċiżjoni proposta hija konsistenti mal-politiki tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-kummerċ u t-trasport.

4.Bażi legali

4.1.Bażi legali proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

L-Artikolu 15(3)(a) tal-Konvenzjoni jistipula li l-Kumitat Konġunt jadotta l-emendi tal-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni, permezz ta’ deċiżjoni.

4.1.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

Il-Kumitat Konġunt huwa korp imwaqqaf permezz tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni.

Id-Deċiżjoni li l-Kumitat Konġunt huwa mitlub jadotta, tikkostitwixxi att b’effett legali. Dik id-Deċiżjoni se tkun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni.

L-att previst la jissupplimenta u lanqas jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għalhekk, il-bażi legali proċedurali tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2.Bażi legali sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi legali sostantiva biex tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi qabelxejn mill-objettiv u mill-kontenut tal-att previst li dwarhom tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċement inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tkun imsejsa fuq bażi legali sostantiva unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

L-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-att previst huma relatati mal-politika kummerċjali komuni. Għalhekk, il-bażi legali sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 207 tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Jenħtieġ li l-bażi legali tad-deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 207 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

5.Pubblikazzjoni tal-att previst

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt imsemmija fl-Artikolu 1 tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2024/0219 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt EU-CTC stabbilit mill-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar it-tranżitu komuni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għall-adeżjoni tal-Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

(2)Skont l-Artikolu 15(3)(a) tal-Konvenzjoni, il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Pajjiżi ta’ Tranżitu Komuni mwaqqaf minn dik il-Konvenzjoni (“il-Kumitat Konġunt”) jista’ jadotta l-emendi tal-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni bid-deċiżjonijiet.

(3)Il-Georgia esprimiet ix-xewqa li taderixxi mal-Konvenzjoni u se tiġi mistiedna tagħmel dan.

(4)L-adeżjoni tal-Georgia se jkollha bżonn l-adattament rispettiv tad-dokumenti ta’ garanzija u l-inserzjoni ta’ ċerti termini tekniċi bil-lingwa tal-Georgia.

(5)L-Istati Membri kollha tal-Unjoni esprimew l-opinjoni pożittiva tagħhom rigward l-emendi li ġew proposti fil-Grupp ta’ Ħidma tal-EU-CTC dwar it-tranżitu komuni.

(6)Billi d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt se temenda l-Konvenzjoni, jixraq li din tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħha.

(7)Fil-Kumitat Konġunt, l-Unjoni trid tiġi rappreżentata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Għaldaqstant il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emenda proposta jenħtieġ li tkun imsejsa fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Kumitat Konġunt dwar it-tranżitu komuni (“il-Kumitat Konġunt”) rigward l-emendi tal-Appendiċijiet ta’ dik il-Konvenzjoni, għandha tkun imsejsa fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru [3]/2024 tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu dwar bidliet żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr ebda Deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President


Brussell, 6.9.2024

COM(2024) 396 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt EU-CTC stabbilit mill-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar it-tranżitu komuni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għall-adeżjoni tal-Georgia


ANNESS […]

Proposta għal Deċiżjoni Nru 3/2024 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Pajjiżi ta’ Tranżitu Komuni dwar it-tranżitu komuni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu fir-rigward tal-emendi ta’ dik il-Konvenzjoni għall-adeżjoni tal-Georgia

IL-KUMITAT KONĠUNT EU-CTC,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1) Il-Georgia wriet ix-xewqa li taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna tagħmel dan wara d-Deċiżjoni Nru 2/2024 tal-[..]. 2024 mill-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni.

(2) Għalhekk il-verżjonijiet tar-referenzi bil-lingwa tal-Georgia li jintużaw fil-Konvenzjoni jenħtieġ li jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni xierqa.

(3) L-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tikkorrispondi mad-data tal-adeżjoni tal-Georgia mal-Konvenzjoni.

(4) Biex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli ta’ garanzija stampati f’konformità mal-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tal-Georgia, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw il-formoli stampati b’xi adattamenti.

(5) Il-Konvenzjoni jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċijiet III u IIIa tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data li fiha l-Georgia ssir parti kontraenti għall-Konvenzjoni.

2. Il-formoli bbażati fuq il-formoli mudell fl-Annessi C1, C2, C4, C5 u C6 tal-Appendiċi III kif kienu fis-seħħ fit-[30 ta’ Novembru] 2024 jistgħu jibqgħu jintużaw, soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u għall-adattamenti li jikkonċernaw l-indirizz għan-notifika jew l-aġent awtorizzat, sat-[30 ta’ Diċembru] 2025.

Magħmul fi Brussell, ……….

                       Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Matthias PETSCHKE

ANNESS

1. L-Anness C1 tal-Appendiċi III huwa sostitwit bit-test li ġej:

ANNESS C1

IMPENN TAL-GARANTI – GARANZIJA INDIVIDWALI

I. Impenn tal-garanti

1. Is-sottoskritt (1)

…………………………………………………………………………………………………..…………………………………………………………………………………………………..

residenti fi (2)

…………………………………………………………………………………………………... ……….…………………………………………………………………………………………...

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

…………………………………………………………………………………………………...

sa ammont massimu ta’

…………………………………………………………………………………………………...

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u l-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (5), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna qiegħda tipprovdi din il-garanzija (6):

…………………………………………………………………………………………………..

tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli lejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħra (7) ……………..fir-rigward tal-oġġetti deskritti hawn taħt u li hija koperta mill-operazzjoni doganali li ġejja (8):

…………………………………………………………………………………………………...…………………………………………………………………………………………………...

Deskrizzjoni tal-oġġetti……………………………………………………………………………….

…………………………………………………………………………………………………...

…………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa jew hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilix li l-proċedura speċjali għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-oġġetti tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali u l-ħażna temporanja, li s-sitwazzjoni tal-oġġetti tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal xi raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għal pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kull imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3. Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kull dejn li jiġġarrab tul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4. Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz għan-notifika tiegħu/tagħha (9) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …………………………nhar…………………………………………………………….

…………………………………………………………………………………………………..

(Firma)(10)

II. Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija……………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

L-impenn tal-garanti approvat nhar………………………………………… sabiex ikopri l-operazzjoni doganali mwettqa skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja Nru…………………………..ta’ …………………………………………………………….....(11)

…………………………………………………………………………………………………...

(Timbru u Firma)

(1)    Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta.

(2)    Indirizz sħiħ.

(3)    Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)    Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li ma tistax tintuża l-garanzija fuq it-territorju tiegħu/tagħhom.

(5)    Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(6)    Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-persuna li qed tipprovdi l-garanzija.

(7)    Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħra dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-oġġetti fejn il-garanzija tintuża għall-introduzzjoni tal-oġġetti skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/proċedura komuni ta’ tranżitu jew tista’ tintuża f’aktar minn Stat Membru wieħed.

(8)    Daħħal waħda minn dawn l-operazzjonijiet doganali:

(a) ħażna temporanja,

(b) proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/proċedura komuni ta’ tranżitu,

(c) proċedura ta’ ħażna doganali,

(d) proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni,

(e) proċedura ta’ proċessar attiv,

(f) proċedura ta’ użu aħħari,

(g) rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit,

(h) rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit,

(i) rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(j) rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(k) proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni,

(l) f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip.

(9)    Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(10)    Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’ …” (l-ammont jinkiteb fi kliem)

11)    Għandha timtela mill-uffiċċju fejn l-oġġetti ġew introdotti skont il-proċedura jew fejn kienu maħżuna temporanjament.

 

4. L-Anness C2 tal-Appendiċi III huwa sostitwit bit-test li ġej:

ANNESS C2

IMPENN TAL-GARANTI - GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA’ VAWĊERS

I. Impenn tal-garanti

1. Is-sottoskritt (1)            

…………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

residenti fi (2)

…………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

…………………………………………………………………………………………………...

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u l-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(4), kwalunkwe ammont tad-detentur tal-proċedura li għalih id-detentur tal-proċedura jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmijin hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura tat-tranżitu tal-Unjoni jew il-proċedura komuni tat-tranżitu, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt jieħu l-impenn li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa massimu ta’ EUR 10 000 għal kull vawċer.

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull vawċer ta’ garanzija inividwali, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilix li l-proċedura tkun twettqet qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal xi raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għal pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kull imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3. Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kull dejn li jiġġarrab tul l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni jew komuni koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4. Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(5) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi ………………………………………………………………………………………….

nhar……………………………………………………………………………………………….

………………………………………………………………………………………………….

                       (Firma)(6)

II. Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

…………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………….

L-impenn tal-garanti approvat nhar …………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………..                        

(Timbru u Firma)

   (1)    Kunjom u isem jew isem id-ditta

(2)    Indirizz sħiħ

(3)    Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)    Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)    Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(6)    Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: “Validu bħala vawċer ta’ garanzija”.

5. L-Anness C4 tal-Appendiċi III huwa sostitwit bit-test li ġej:

ANNESS C4

IMPENN TAL-GARANTI – GARANZIJA KOMPRENSIVA

I.    Impenn tal-garanti

1.    Is-sottoskritt(1) 

…………………………………………………………………………………………...

…………………………………………………………………………………………...

residenti fi(2) 

…………………………………………………………………………………………...

…………………………………………………………………………………………...

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

…………………………………………………………………………………………...

sa ammont massimu ta’…………………………………………………………….

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja), il-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(5),


kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija(6)…………………………………….. tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħra(7) li jista’ jkun jew seta’ kien imġarrab fir-rigward tal-oġġetti koperti mill-operazzjonijiet doganali indikati fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.

L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f'ammont ta’:

……………………………………………………………………………………….

(a)    li jkun 100/50/30 % (8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li jistgħu jiġġarrbu, ekwivalenti għat-total tal-ammonti elenkati fil-punt 1a,

kif ukoll

……………………………………………………………………………………….

(b)    li jkun 100/30 % (8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li ġġarrbu, li jkun ekwivalenti għat-total tal-ammonti msemmija fil-punt 1b,

1a.    L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull waħda mill-finijiet imsemmija hawn taħt(9):

(a)    ħażna temporanja ‑…,

(b)    proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/proċedura komuni ta’ tranżitu ‑ …,

(c)    proċedura ta’ ħażna doganali ‑ …,

(d)    proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni ‑ …,

(e)    proċedura ta’ proċessar attiv‑ …,

(f)    proċedura ta’ użu aħħari ‑ …,

(g)    f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip ‑ ….

1b.    L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull waħda mill-finijiet imsemmija hawn taħt (9):

(a)    rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit ‑ …,

(b)    rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit ‑ …,

(c)    rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ‑ …,

(d)    rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ‑ …,

(e)    proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni‑ …,

(f)    proċedura ta’ użu aħħari ‑…(10) ,

(g)    f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip ‑ ….

2.    Is-sottoskritt, jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilix li l-proċedura speċjali, għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-oġġetti tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-oġġetti tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal xi raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għal pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kull imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta’ dan l-impenn, sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operazzjoni doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għall-pagament jew waqt it-30 jum ta’ wara.

3.    Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kull dejn li jirriżulta tul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.    Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(11) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala:

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi…………………………………………………………………………………………
nhar………………………………..…………………………….………………………………..

…………………………………………………………………………………………………...

(Firma)(12)



II.    Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija
………………………………………………………………………………………………

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar
………………………………………………………………………………………………..

…………………………………………………………………….

   (Timbru u Firma)

________________

(1)    Kunjom u isem, jew isem id-ditta.

(2)    Indirizz sħiħ.

(3)    Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)    Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(5)    Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(6)    Il-kunjom u l-isem, jew isem id-ditta, u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qed tipprovdi l-garanzija.

(7)    Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-oġġetti fejn il-garanzija tintuża għall-introduzzjoni tal-oġġetti skont il-proċedura komuni/tal-Unjoni ta’ tranżitu jew tista’ tintuża f’iktar minn Stat Membru wieħed jew f’iktar minn Parti Kontraenti waħda.

(8)     Ħassar dak li ma japplikax.

(9)    Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni.

(10)    Għall-ammonti ddikjarati f’dikjarazzjoni doganali għall-proċedura‑ tal-użu aħħari.

(11)    Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz tan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-post tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(12)    Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’…” (l-ammont jinkiteb fi kliem).



4) Fil-kaxxa 7 tal-Anness C5, tiddaħħal il-kelma “GEORGIA” bejn il-kliem “UNJONI EWROPEA” u “IŻLANDA”.

5) Fil-kaxxa 6 tal-Anness C6, tiddaħħal il-kelma “GEORGIA” bejn il-kliem “UNJONI EWROPEA” u “IŻLANDA”.

6. Fl-Appendiċi IIIa, l-Anness A1a, it-Titolu IV huwa emendat kif ġej:

6.1. “N-imballaġġ – 98200” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    შეფუთვების რაოდენობა

6.2. “Validità limitata – 99200” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    შეზღუდული ვადა

6.3. “Deroga – 99201” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR

- GE    განთავისუფლება

6.4. “Prova alternattiva – 99202” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    ალტერნატიული მტკიცებულება 

6.5 “Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati....(isem u pajjiż) – 99203”, jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    "განსხვავება: ოფისი, სადაც წარედგინა ტვირთი…. (სახელი და ქვეყანა)

6.6 “Ħruġ mill-……………………..soġġett għar-restrizzjonijiet jew għall-imposti skont ir-Regolament/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru … - 99204” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    გასვლა …………………….. ექვემდებარება შეზღუდვებს ან გადასახადებს რეგულაციის/დირექტივის/გადაწყვეტილების საფუძველზე No…

6.7. “Konsenjatur awtorizzat” – 99206” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    ავტორიზებული გამგზავნი

6.8. “Deroga tal-firma– 99207” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    ხელმოწერისგან გათავისუფლება 

6.9. “PROJBITA GARANZIJA KOMPRENSIVA – 99208” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    საერთო გარანტიის აკრძალვა 

6.10 “UŻU MHUX RISTRETT – 99209” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    შეუზღუდავი გამოყენება 

6.11 “Maħruġ retroattivament – 99210” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    გაიცემა რეტროაქტიულად

6.12. “Varji – 99211” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    სხვადასხვა

6.13 “Bl-ingrossa – 99212” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    ნაყარი

6.14 “Konsenjatur – 99213” jiżdied l-inċiż li ġej qabel HR:

- GE    გამგზავნი