IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.6.2024
COM(2024) 236 final
2024/0133(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll (2024-2029) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde ġie ffirmat fit-12 ta’ Frar 2007 u daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2007 għal 5 snin. Il-ftehim jiġġedded b’mod taċitu u għalhekk jibqa’ fis-seħħ. Il-Protokoll preċedenti għall-implimentazzjoni tal-FPA, ta’ perjodu ta’ 5 snin, beda japplika fl-20 ta’ Mejju 2019 u skada fid-19 ta’ Mejju 2024.
Fid-19 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal Protokoll ġdid (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll il-ġdid”) għall-FPA.
Abbażi tad-Direttivi tan-negozjati rilevanti, il-Kummissjoni nnegozjat ma’ Cabo Verde bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid għall-implimentazzjoni ta’ FPA bejn il-Komunità Ewropea u Cabo Verde. L-objettiv huwa li l-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jidħlu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde u jistadu għat-tonn u għall-ispeċijiet assoċjati miegħu, f’konformità mal-miżuri adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). B’riżultat ta’ dawn in-negozjati, fil-15 ta’ April 2024 ġie inizjalat it-test ġdid tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni.
Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta’ 5 snin mid-data tal-applikazzjoni proviżorja stabbilita fl-Artikolu 17.
Il-Protokoll il-ġdid għandu l-għan li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde, skont il-parir xjentifiku u r-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. Objettiv addizzjonali huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u Cabo Verde, u b’hekk jiġi implimentat il-qafas ta’ sħubija tal-FPA li fih tiġi żviluppata politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament tajjeb tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde, fl-interessi taż-żewġ partijiet.
Permezz tal-Protokoll il-ġdid il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jistadu fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde għat-tonn u l-Protokoll jipprevedi l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin:
–
24 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun;
–
22 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ;
–
10 bastimenti bil-qasab u x-xlief;
kif ukoll bastimenti ta’ appoġġ skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-ICCAT.
Din il-proposta għandha l-għan li tawtorizza l-konklużjoni tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tal-FPA.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
L-objettiv ewlieni tal-Protokoll il-ġdid tal-FPA huwa li jipprovdi qafas aġġornat li jqis il-prijoritajiet tal-politika komuni tas-sajd (PKS) riformata u d-dimensjoni esterna tagħha. Dan jikkontribwixxi għall-kontinwazzjoni u għat-tisħiħ tas-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u Cabo Verde.
Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għat-tonn u għall-ispeċijiet assoċjati fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde. Huwa bbażat fuq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-ICCAT, li hija l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li tiġġestixxi l-istokkijiet tal-ħut migratorju. Il-miżuri ta’ ġestjoni adottati mill-ICCAT huma inklużi wkoll fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-PKS applikabbli għaż-żona tal-ICCAT, b’mod partikolari dawk tar-regolament annwali li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
In-negozjar ta’ protokoll ġdid għall-FPA huwa parti mill-azzjoni esterna tal-Unjoni lejn il-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u jqis, b’mod partikolari, l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.
In-negozjati għall-konklużjoni ta’ Protokoll ġdid għall-FPA huma koerenti fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-iżvilupp tas-settur tas-sajd u fil-kummerċ tal-prodotti tiegħu. Cabo Verde jibbenefika minn skema ta’ “deroga temporanja” mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għal volumi limitati ta’ flettijiet tat-tonn ippreparat jew ippreservat, u ta’ flettijiet tal-kavall u taż-żgammiru ippreparati jew ippreservati ta’ oriġini mhux tal-UE. B’din id-deroga, dawn il-prodotti ta’ oriġini mhux mill-UE u mhux minn Cabo Verde pproċessati f’Cabo Verde huma ta’ oriġini “Cabo Verde” u mbagħad jistgħu jiġu esportati lejn l-UE mingħajr dazji doganali meta jidħlu fis-suq tal-UE (is-sistema SĠP +).
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali hija l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd, kif ukoll l-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-TFUE, li jikkonċerna l-konklużjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u l-possibbiltà li n-negozjatur jiġi awtorizzat japprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-ftehim adottati skont proċedura simplifikata jew minn kop maħluq mill-ftehim.
Skont l-Artikolu 17(1) tat-TFUE, bl-eċċezzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-Kummissjoni għandha tassigura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni. Għaldaqstant, biss il-Kummissjoni għandha l-kompetenza tinnotifika lil Cabo Verde dwar tmiem il-proċess ta’ ratifika.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija proporzjonata mal-objettiv li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jistabbilixxi l-Politika Komuni tas-Sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet kif ukoll mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Fl-2023, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll tal-2019-2024 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd ma’ Cabo Verde kif ukoll evalwazzjoni ex ante tat-tiġdid potenzjali tal-Protokoll.
L-evalwazzjoni ex post tal-Protokoll tal-2015–2018 ikkonkludiet li dan jikkomplementa l-arranġamenti l-oħra ta’ aċċess stabbiliti fir-reġjun, li jippermettu lill-bastimenti tal-Unjoni jottimizzaw l-isfruttament tal-istokkijiet tal-ħut migratorju f’konformità mar-regoli reġjonali stabbiliti mill-ICCAT. l-evalwazzjoni turi li s-settur tas-sajd tal-Unjoni għandu interess qawwi fil-possibbiltà li jwettaq l-attività tiegħu f’Cabo Verde u li n-negozjar ta’ protokoll ġdid ikun fl-interess taż-żewġ partijiet. Barra minn hekk, in-negozjati għal Protokoll ġdid se jgħinu biex jissaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u biex itejbu l-governanza tal-attivitajiet tas-sajd fir-reġjun.
Għall-Unjoni, huwa importanti li żżomm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali mill-qrib ma’ dan l-attur ewlieni tal-governanza tal-oċeani fil-livell subreġjonali, minħabba d-daqs taż-żona tas-sajd li taqa’ taħt il-kompetenza tiegħu. Għall-flotta tal-Unjoni, dan ifisser li jinżamm l-aċċess għal żona importanti tas-sajd fejn ikunu jistgħu jintużaw strateġiji ta’ qbid skont qafas legali internazzjonali pluriennali. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni favorevoli tal-Port ta’ Mindelo (Il-Gżira ta’ São Vicente), f’żona sfruttata ħafna, tagħmilha port ta’ żbark potenzjalment importanti, li jikkontribwixxi għall-merti tal-protokoll il-ġdid propost, kemm għas-settur tas-sajd tal-Unjoni kif ukoll għall-pajjiż sieħeb. Għall-awtoritajiet ta’ Cabo Verde, l-għan huwa li jinżammu relazzjonijiet mal-Unjoni sabiex tissaħħaħ il-governanza tal-oċeani, li jirċievu appoġġ settorjali speċifiku b’opportunitajiet ta’ finanzjament pluriennali, u li tinbeda l-industrijalizzazzjoni tas-settur tal-ipproċessar tal-pajjiż permezz tal-attività tal-bastimenti, bħala parti mid-diversifikazzjoni tal-ekonomija tiegħu.
Għall-Unjoni, huwa importanti li żżomm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali mill-qrib ma’ pajjiż li huwa sieħeb ewlieni, li hu fornitur ta’ prodotti tas-sajd lill-Unjoni u li hu parti kkonċernata fix-xena internazzjonali, u li għandu żoni tas-sajd li huma ta’ interess għall-flotta tal-Unjoni.
•Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati
Fil-kuntest tal-evalwazzjoni msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri, lir-rappreżentanti tas-settur, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll lill-amministrazzjoni tas-sajd u lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili f’Cabo Verde. Saru wkoll konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal. Dawn il-konsultazzjonijiet juru li huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea u ta’ Cabo Verde li jinżamm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali fil-fond, b’opportunitajiet ta’ finanzjament pluriennali għal Cabo Verde. Għat-tagħmir navali tal-UE, huwa fl-interess tagħhom li jżommu l-aċċess għal żona tas-sajd konsiderevoli, permezz ta’ ftehim fis-settur tas-sajd.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni talbet lil konsulent indipendenti iwettaq l-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
•Drittijiet fundamentali
Il-Protokoll innegozjat jinkludi klawżola dwar il-konsegwenzi tal-ksur ta’ elementi essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim ta’ Samoa.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu kollu tal-Protokoll tammonta għal EUR 3 900 000 (jiġifieri EUR 780 000 fis-sena) abbażi ta’:
a) tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 7 000 tunnellata, li għalih ġie stabbilit ammont annwali ta’ EUR 350 000 marbut mal-aċċess;
b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Cabo Verde, li jammonta għal EUR 430 000 fis-sena.
Dan l-appoġġ jilħaq l-objettivi tal-kooperazzjoni fl-oqsma tal-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, tal-akkwakultura, tal-iżvilupp sostenibbli tal-oċeani, tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u tal-ekonomija blu.
L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament huwa stabbilit fil-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
L-arranġamenti għall-monitoraġġ huma previsti mill-FPA u mill-Protokoll il-ġdid.
2024/0133 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll (2024-2029) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (…)
Billi:
(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill [XXX] ta’ […], il-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) ġie ffirmat fi [...], soġġett li jiġi konkluż f’data iktar tard.
(2)Il-Protokoll għandu l-objettiv li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde u li jippermetti lill-Unjoni u lil Cabo Verde jaħdmu flimkien mill-qrib biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde. Din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti fis-settur tas-sajd.
(3)Jenħtieġ li dan il-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.
(4)Sabiex il-Protokoll jista’ jidħol fis-seħħ, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala r-rappreżentant tal-Unjoni, tipproċedi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tinnotifika lil Cabo Verde dwar il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll.
(6)L-Artikolu 9 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll. Dan il-kumitat għandu s-setgħa li japprova ċerti emendi għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali.
(7)Jenħtieġ li jkun il-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni meta jiġu proposti l-emendi għall-Protokoll. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati sakemm minoranza ta’ Stati Membri li timblokka ma toġġezzjonax għalihom f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(8)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta opinjoni fi [jekk jogħġbok daħħal id-data],
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll (2024-2029) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) huwa approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Anness 1.
Artikolu 2
Skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li jadotta l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-involviment tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll (2024-2029) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
08 – Agrikoltura u politika marittima
08.05 – Ftehimiet u sħubijiet dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) u Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs)
08.05.01 – L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
X azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPA) ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-objettiv ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għal żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-għan li jissaħħaħ l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.
L-SFPA jiżguraw ukoll il-konsistenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jsiru f’politiki Ewropej oħrajn bħall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ta’ pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, kif ukoll governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru 1
Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet barra mill-Unjoni Ewropea, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi l-SFPA ma’ stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Permezz tal-konklużjoni tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim tkun tista’ titkompla u tissaħħaħ is-sħubija strateġika dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u Cabo Verde. Il-konklużjoni tal-Protokoll se toħloq opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde.
Il-Ftehim u l-Protokoll se jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-ġestjoni u tal-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-appoġġ finanzjarju (l-appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikulari l-Pjan komprensiv għall-qasam tas-sajd, permezz tal-monitoraġġ u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali u permezz tal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.
Fl-aħħar nett, il-Ftehim u l-Protokoll se jikkontribwixxu għall-isfruttament sostenibbli minn Cabo Verde tar-riżorsi tal-baħar tiegħu, kif ukoll għall-ekonomija tas-sajd ta’ Cabo Verde, billi jippromwovu t-tkabbir marbut mal-attivitajiet ekonomiċi relatati mas-sajd u mal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwali tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll).
Id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.
Il-kontribut għall-impjiegi u għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol fis-settur tas-sajd u għall-valur miżjud fl-Unjoni u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (flimkien ma’ SFPA oħrajn).
Il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd min-naħa tal-pajjiż sieħeb u tal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Huwa previst li l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni l-ġdid se japplikaw fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ interruzzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd minħabba l-iskadenza tal-Protokoll attwali.
Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, u se jippermetti lis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd li jippermettulhom jistadu f’din iż-żona. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid se jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u Cabo Verde, bil-ħsieb li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli fl-aspetti kollha tagħha. B’mod partikolari, dan jipprevedi l-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u l-komunikazzjoni ta’ data dwar il-qabdiet b’mezzi elettroniċi. L-appoġġ settorjali disponibbli skont il-Protokoll se jgħin lil Cabo Verde fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd tiegħu, inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU, filwaqt li jippromwovi l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti matul l-attivitajiet tas-sajd.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-involviment tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Jekk l-UE ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-UE ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim attwali fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fi ħdan il-qafas iddefinit minn protokoll tal-Ftehim. Għalhekk hemm valur miżjud ċar ħafna għall-flotta tal-UE ta’ distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u Cabo Verde.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili
L-analiżi tal-qabdiet storiċi fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde u tal-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli wasslu biex il-partijiet jistabbilixxu t-tunnellaġġ ta’ referenza għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbhu lit-tonn għal 7 000 tunnellata fis-sena, b’opportunitajiet tas-sajd għal 24 bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għal 22 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ u għal 10 bastimenti bil-qasab u x-xlief. L-appoġġ settorjali ġie stabbilit f’livell għoli sabiex jitqiesu l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd u, b’mod partikulari, tal-Pjan komprensiv għall-qasam tas-sajd.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-fondi allokati għall-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess fil-kuntest tal-FPA jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali ta’ Cabo Verde. Min-naħa l-oħra, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali huma allokati (ġeneralment permezz tal-inklużjoni fil-liġi finanzjarja annwali) lill-Ministeru responsabbli għas-sajd, li hija kundizzjoni għall-konklużjoni u għall-monitoraġġ tal-FPA. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament minn donaturi internazzjonali oħra għall-implimentazzjoni ta’ proġetti u/jew ta’ programmi li għandhom jiġu implimentati fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.
Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
X durata limitata
–X
Fis-seħħ mill-20 ta’ Mejju 2024 sad-19 ta’ Mejju 2029 (soġġett għall-iffirmar qabel l-20 ta’ Mejju 2024)
–X
Impatt finanzjarju mill-2024 sal-2028 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2024 sal-2029 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–
mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
– lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
– lil korpi tad-dritt pubbliku;
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-Kummissjoni (DĠ MARE, f’kollaborazzjoni mal-uffiċjal tas-sajd tagħha responsabbli għar-reġjun, u f’koordinazzjoni mad-Delegazzjoni tal-UE f’Cabo Verde u mad-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni), se timmonitorja regolarment l-implimentazzjoni tal-Protokoll fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi, tad-data dwar il-qabdiet u tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-appoġġ settorjali.
Barra minn hekk, l-FPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u Cabo Verde jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw l-ipprogrammar u, jekk ikun il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-pagamenti għandhom isiru b’mod diżakkoppjat għall-kontribuzzjoni marbuta mal-aċċess u għall-kontribuzzjoni marbuta mal-appoġġ settorjali.Il-pagamenti għall-aċċess se jkunu pagamenti annwali li jridu jsiru fid-data tal-anniversarju tal-Protokoll, ħlief il-pagament tal-ewwel sena li jrid isir fit-tliet xhur ta’ wara li l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju. L-aċċess tal-bastimenti se jiġi kkontrollat billi jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.
L-ewwel pagament tal-appoġġ se jsir fi żmien 3 xhur minn meta tibda l-applikazzjoni provviżorja, dejjem jekk jintlaħaq ftehim dwar il-programm ta’ implimentazzjoni annwali u pluriennali ta’ implimentazzjoni u tal-eżawriment tal-approprjazzjonijiet allokati għall-appoġġ settorjali għall-perjodu 2019–2024 li tikkorrispondi għall-protokoll ta’ implimentazzjoni ta’ qabel; għas-snin ta’ wara, il-pagament se jkun kundizzjonali għar-riżultati miksuba. Ir-riżultati miksuba u r-rata ta’ implimentazzjoni se jiġu mmonitorjati skont il-Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali għall-politika tas-sajd ta’ Cabo Verde li se jkunu miftiehma mill-Partijiet, abbażi tar-rapporti jew tal-prova dokumentarja pprovduta mill-pajjiż sieħeb u tal-kontrolli tekniċi mwettqa mill-uffiċjal tas-sajd.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-UE u n-nuqqas ta’ użu jew id-dewmien fl-użu tal-fondi maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd minn Cabo Verde. Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. L-analiżi konġunta tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 6 tal-Protokoll tifforma parti wkoll minn dawn il-metodi ta’ kontroll. Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi biex jiġu sospiżi f’ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Il-pagamenti marbutin mal-kostijiet tal-aċċess li jsiru fil-kuntest tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) jsirulhom kontrolli biex ikun żgurat li dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali. Il-kontrolli marbutin mal-appoġġ settorjali għandhom l-għan li jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. Il-monitoraġġ isir mill-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjonijiet tal-UE kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-progress jiġi evalwat permezz ta’ matriċi tal-ipprogrammar pluriennali. F’każ li ma jkunx sar biżżejjed progress, il-pagament akkont li jkun imiss jiġi sospiż jew possibbilment jitnaqqas. Il-kost kumplessiv tal-kontrolli fuq l-SFPAs kollha huwa stmat li huwa ta’ madwar 1,8 % (tal-kontribuzzjonijiet kollha fl-2018). Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proċeduri ta’ kontroll tal-SFPA jissejsu fuq rekwiżiti regolatorji essenzjali. Jekk ma jinstab l-ebda nuqqas li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-legalità u fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli jitqiesu li jkunu effettivi. Huwa stmat li r-rata medja tal-iżbalji hija ta’ 0,0 %.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u konsultazzjoni regolari ma’ Cabo Verde sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-kuntest ta’ SFPA hu suġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikulari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. L-Artikolu 5(7) tal-Protokoll jipprevedi li l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku, u dik għall-iżvilupp tas-settur f’kont uffiċjali taħt is-superviżjoni tal-Ministeru responsabbli għas-sajd.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-pajjiżi terzi
|
08.05.01
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru 2
|
Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali
|
DĠ MARE
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Sena
2028
|
TOTAL
|
□Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja 08.05.01
|
Impenji
|
(1a)
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ MARE
|
Impenji
|
=1a+1b +3
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b
+3
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
□TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
□TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+6
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
□TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 6
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+6
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
0,780
|
3,900
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabelxejn, trid tiġi introdotta fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
DĠ: <…….>
|
□Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
□Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL TAD-DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Indika l-objettivi u l-outputs
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Sena
2028
|
TOTAL
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– Aċċess
|
|
|
|
0,350
|
|
0,350
|
|
0,350
|
|
0,350
|
|
0,350
|
|
1,750
|
– Appoġġ settorjali
|
|
|
|
0,430
|
|
0,430
|
|
0,430
|
|
0,430
|
|
0,430
|
|
2,150
|
– Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
0,780
|
|
0,780
|
|
0,780
|
|
0,780
|
|
0,780
|
|
3,900
|
TOTAL
|
|
0,780
|
|
0,780
|
|
0,780
|
|
0,780
|
|
0,780
|
|
3,900
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.
–
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
□Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
20 01 02 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
□Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 xx yy zz
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- f’Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT — Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
Spjega r-riprogrammazzjoni meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Jekk jogħġbok ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni fuq skala kbira.
–
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.
–
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–X
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
fuq ir-riżorsi proprji
–
fuq dħul ieħor
–indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.6.2024
COM(2024) 236 final
ANNESSI
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll (2024-2029) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde
ANNESS 1
PROTOKOLL (2024-2029) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”).
Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)L-Unjoni Ewropea, preċedentement magħrufa bħala l-Komunità Ewropea: minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Unjoni”;
(b)Ir-Repubblika ta’ Cabo Verde: minn hawn ’il quddiem imsejħa “Cabo Verde”;
minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien “il-Partijiet”;
(c)“żona tas-sajd ta’ Cabo Verde”: l-ilmijiet ta’ Cabo Verde li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jaċċessaw biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom;
(d)“qabdiet”: speċijiet akkwatiċi tal-baħar maqbuda minn irkaptu tas-sajd kalat minn bastiment tas-sajd;
(e)“żbark”: il-ħatt l-art ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd;
(f)“delegazzjoni”: id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Cabo Verde;
(g)“liċenzja tas-sajd”: id-dritt jew il-liċenzja biex jiġu eżerċitati l-attivitajiet tas-sajd, għal ċerti speċijiet, b’ċertu rkaptu tas-sajd, ġewwa ż-żoni tas-sajd speċifikati u matul perjodu speċifiku; ekwivalenti għat-termini “tal-awtorizzazzjoni tas-sajd” fid-dritt tal-Unjoni;
(h)“sajd sostenibbli”: sajd f’konformità mal-objettivi u mal-prinċipji minquxa fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-FAO fl-1995;
(i)“bastiment tal-Unjoni”: bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;
(j)“sajjied”: kwalunkwe persuna impjegata jew involuta fi kwalunkwe kapaċità jew involuta f’attività professjonali abbord bastiment tas-sajd, inklużi l-persuni li jaħdmu abbord li jitħallsu fuq bażi ta’ ishma, għajr għall-bdoti, l-ekwipaġġi tal-flotta tal-gwerra, persuni oħra fis-servizz tal-gvern permanenti, il-persuni bbażati fuq l-art li jwettqu xogħol abbord bastiment tas-sajd u l-osservaturi tas-sajd. Il-baħrin tal-AKP kif definiti fil-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala sajjieda skont it-tifsira ta’ din id-definizzjoni;
(k)“operatur”: il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe stadju tal-ktajjen ta’ produzzjoni, ta’ proċessar, ta’ kummerċjalizzazzjoni, ta’ distribuzzjoni jew bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
(l)“protokoll”: dan il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim, kif ukoll l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;
(m)“ċirkostanzi mhux normali”: ċirkostanzi għajr il-fenomeni naturali li ma humiex fil-kontroll raġonevoli ta’ waħda mill-Partijiet, b’tali mod li jtellfu l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde.
(n)“opportunitajiet tas-sajd”: id-dritt għas-sajd ikkwantifikat u espress f’termini ta’ qabdiet jew f’għadd ta’ bastimenti;
(o)“bastiment ta’ appoġġ”: kwalunkwe bastiment tal-Unjoni, għajr il-bastiment li jinġarr abbord, li jiffaċilita, jassisti jew iħejji l-operazzjonijiet tas-sajd, ma jkunx mgħammar għall-qbid tal-ħut u ma jintużax għall-operazzjonijiet ta’ trażbord;
(p)“prodotti tas-sajd”: organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn attività tas-sajd;
(q)“prodotti tal-akkwakultura”: organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn attività tal-akkwakultura, irrispettivament mill-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jew mill-prodotti tagħhom;
(r)“settur tas-sajd”: is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
Artikolu 2
Prinċipji
1.Il-partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde fuq il-bażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. Cabo Verde għandu jintrabat li japplika l-istess miżuri tekniċi u ta’ konservazzjoni għall-flotot industrijali kollha li jistadu għat-tonn fiż-żona tas-sajd tiegħu bil-għan li jikkontribwixxi għall-governanza t-tajba tas-sajd.
2.Il-partijiet jintrabtu li jiżguraw li l-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) jiġi implimentat skont l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ta’ Samoa”), fir-rigward tal-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-Istat tad-dritt u dwar l-elementi fundamentali li jirrigwardaw il-governanza tajba, l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni ambjentali b’saħħitha.
3.Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol tas-sajjieda imbarkati fuq il-bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx ikunu f’kunflitt mal-istrumenti applikabbli għas-sajjieda tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-xogħol (ILO) u tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-xogħol (1998), kif emendata fl-2022, u l-Konvenzjoni Nru 188 tal-ILO dwar ix-xogħol tas-sajd. Dan jinkludi b’mod partikolari l-ħarsien tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema, l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol, kif ukoll ambjent tax-xogħol sikur u tajjeb għas-saħħa u kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol deċenti abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.
4.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu r-ratifika tal-konvenzjonijiet tal-ILO u tal-IMO applikabbli għas-sajjieda. Huma jintrabtu wkoll li jippromwovu taħriġ adegwat għas-sajjieda, b’mod partikolari dak previst fil-Konvenzjoni Internazzjonali tal-IMO dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd (STCW-F).
5.Il-partijiet jintrabtu li jippubblikaw u jiskambjaw l-informazzjoni dwar kull ftehim li jippermetti li l-bastimenti barranin jidħlu fiż-żona tas-sajd u dwar l-isforz tas-sajd li jirriżulta, b’mod partikolari l-għadd ta’ liċenzji li jinħarġu u l-qabdiet li jkunu saru, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14.
6.Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa minn Cabo Verde f’konformità ma’ dan il-Protokoll.
7.L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jiżguraw li s-sajjieda ta’ Cabo Verde jkollhom esklużività fiż-żoni tas-sajd li jinsabu ’l isfel mil-limiti stabbiliti f’dan il-Protokoll.
Artikolu 3
Perjodu ta’ applikazzjoni
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 5 snin li jibda mill-ewwel jum tal-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 17, sakemm ma tingħatax notifika ta’ terminazzjoni taħt l-Artikolu 16.
Artikolu 4
Opportunitajiet tas-sajd
1.Cabo Verde joħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Ftehim fil-limiti li ġejjin :
(a) il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża: 24 bastiment;
(b) il-bastimenti tat-tonn bil-qasab u x-xlief: 10 bastimenti;
(c) il-bastimenti tas-sajd li jistadu bil-konz tal-wiċċ: 22 bastiment.
Dawn l-opportunitajiet tas-sajd jirrigwardaw is-sajd għall-ispeċijiet migratorji ħafna elenkati fl-Anness I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, fil-limiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 ta’ dan il-Protokoll u bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet li huma protetti jew ipprojbiti fil-qafas tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) jew ta’ konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn.
2.Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-Partijiet għandhom jintrabtu li jikkooperaw fit-tnaqqis tal-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet protetti ta’ għasafar tal-baħar, ta’ fkieren tal-baħar, ta’ klieb il-baħar u ta’ mammiferi tal-baħar. Għal dak il-għan il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw l-applikazzjoni ta’ miżuri tekniċi ppruvati xjentifikament biex itejbu s-selettività tal-irkaptu tas-sajd u biex inaqqsu l-qbid inċidentali ta’ speċijiet mhux fil-mira.
3.L-aċċess għas-sajd bil-lixka ħajja huwa awtorizzat għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
4.Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għall-Artikoli 7 u 9.
Artikolu 5
Kontribuzzjoni finanzjarja
1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 3, għandha tkun ta’ EUR 3 900 000. Barra minn hekk, għandha titħallas kontribuzzjoni finanzjarja mis-sidien tal-bastimenti kif previst fl-Anness.
2.Dik il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tinkludi:
(a)ammont annwali ta’ EUR 350 000, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza għall-ispeċijiet kollha ta’ 7 000 tunnellata fis-sena għall-aċċess għall-ilmijiet u għar-riżorsi tas-sajd ta’ Cabo Verde;
(b)ammont speċifiku ta’ EUR 430 000 fis-sena, bħala appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta’ Cabo Verde u għall-implimentazzjoni tagħha.
3.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 a) ta’ dan l-Artikolu għandha titħallas kull sena f’konformità mal-Protokoll u soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, fil-każ ta’ bidla fl-ammont tal-kontribuzzjoni bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikoli 7, 9, 12 u 16 ta’ dan il-Protokoll, u l-Artikoli 7, 12 u 13 tal-Ftehim.
4.Jekk il-kwantità totali tal-qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd taqbeż it-tunnellaġġ ta’ referenza stabbilit fil-paragrafu 2, il-punt a), l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilit f’dik id-dispożizzjoni għandu jiżdied b’EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni ma għandux ikun aktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a). Meta l-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tal-Unjoni jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.
5.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita fil-paragrafu 2, il-punt a) għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll fl-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll fis-snin ta’ wara.
6.L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom diskrezzjoni sħiħa fir-rigward tal-użu li jsir mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.
7.Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji previsti fil-paragrafu 2, il-punti a) u b), għandhom jitħallsu f’kontijiet tat-Teżor Pubbliku ta’ Cabo Verde. Dawn għandhom jiddaħħlu fil-baġit nazzjonali. Kull sena, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet bankarji rilevanti.
Artikolu 6
Appoġġ settorjali
1.L-appoġġ settorjali mogħti fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għas-sajd u għall-ekonomija blu. L-objettiv tiegħu hu li jkun hemm ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żviluppat is-settur, l-iktar permezz tal-affarijiet li ġejjin:
(a)it-tisħiħ tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;
(b)it-tisħiħ tal-għarfien xjentifiku dwar ir-riżorsi tas-sajd;
(c)it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ kontroll tas-saħħa għall-prodotti tas-sajd;
(d)l-appoġġ għall-komunitajiet kostali (attivitajiet tas-sajd, taħriġ, impjieg, sikurezza tas-sajjieda u żvilupp ekonomiku) b’attenzjoni partikolari għall-azzjonijiet indirizzati lejn in-nisa u ż-żgħażagħ;
(e)it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali;
(f)l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura;
(g)l-appoġġ għall-ekonomija blu.
2.Sa mhux aktar tard minn 3 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, dwar Programm Settorjali Pluriennali, u l-arranġamenti tal-applikazzjoni tiegħu, b’mod partikolari:
(a)l-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5(2)(b) ta’ dan il-Protokoll;
(b)l-għanijiet annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex biż-żmien ikun hemm sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta’ Cabo Verde fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u f’politiki oħrajn li għandhom rabta ma’, jew li jkollhom impatt fuq, l-introduzzjoni ta’ sajd responsabbli u sostenibbli;
(c)il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin fuq bażi annwali.
3.L-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali msemmi fl-Artikolu 5(2)(b), għandu jitħallas kull sena skont il-progress miksub.
4.Għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha ssir fuq il-bażi tal-programmazzjoni pluriennali maqbula mill-Kummissjoni Konġunta. Il-ħlas mill-Unjoni ta’ dik il-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jsir biss wara li Cabo Verde jkun issodisfa l-obbligi tiegħu relatati mal-appoġġ settorjali skont il-Protokoll preċedenti (2019-2024), u wara li l-Unjoni tkun għamlet il-pagamenti rilevanti relatati mal-appoġġ settorjali dovut skont il-Protokoll ta’ qabel.
5.Għas-snin ta’ applikazzjoni li jmiss tal-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas abbażi tar-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali f’konformità mal-kriterji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2(c) u tal-azzjonijiet ta’ viżibbiltà fuq il-proġetti mwettqa. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jsir mhux aktar tard minn 45 jum wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Konġunta dwar ir-riżultati miksubin.
6.Fid-dawl tad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali skont il-Protokoll 2019-2024, b’mod partikolari minħabba l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, huwa xieraq li l-perjodu previst fl-Artikolu 5(7), tal-Protokoll 2019-2024 jiġi estiż b’6 xhur oħra. Minħabba f’hekk, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 4(2)(b), tal-Protokoll 2019-2024 ma għandux isir wara perjodu ta’ 12-il xahar minn meta jiskadi dan il-Protokoll.
7.Kull emenda tal-programm settorjali annwali jew pluriennali li tiġi proposta għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni Konġunta, fejn meħtieġ permezz ta’ skambju ta’ ittri.
8.Kull sena, Cabo Verde għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni Konġunta dwar il-progress li jkun sar fil-proġetti implimentati permezz tal-appoġġ settorjali. Il-Kummissjoni Konġunta għandha teżamina dan ir-rapport u tevalwa r-riżultati miksubin.
9.Il-pagament tal-appoġġ settorjali għandu jsir f’sensiela ta’ ħlasijiet parzjali skont il-bżonnijiet identifikati matul l-ipprogrammar u r-riżultati miksubin.
10.L-Unjoni tista’ tirrevedi jew tissospendi, parzjalment jew bis-sħiħ, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 5(2)(b) ta’ dan il-Protokoll f’każ ta’ nuqqas tal-implimentazzjoni tagħha jew f’każ li r-riżultati miksubin ma jkunux konsistenti mal-ipprogrammar, wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Konġunta.
11.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet u ftehim bejniethom, meta r-riżultati tal-implimentazzjoni jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 5(2)(b), ta’ dan il-Protokoll ma għandux isir wara perjodu ta’ 6 xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.
12.Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali. Kull sena, Cabo Verde għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni Konġunta dwar dawn l-azzjonijiet ta’ viżibbiltà.
13.Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 8, u l-azzjonijiet ta’ viżibbiltà msemmija fil-paragrafu 12 huma kundizzjonijiet essenzjali biex l-Unjoni tagħmel il-ħlasijiet parzjali li jkun imiss tal-appoġġ finanzjarju msemmi fil-paragrafu 5.
14.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Artikolu 5(2)(b), għandha tkun soġġetta għar-regoli u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi ta’ Cabo Verde. Din għandha tqis il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari l-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effettività, filwaqt li jitħarsu, b’mod partikolari, il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament ugwali.
15.L-azzjonijiet u l-proġetti ffinanzjati mill-appoġġ settorjali jistgħu jiġu awditjati mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u investigati mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.
Artikolu 7
Kooperazzjoni xjentifika dwar is-sajd sostenibbli
1.Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni u l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tal-qabdiet, tal-isforz tas-sajd u tal-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde għall-ispeċijiet kollha tal-ħut li dan il-Protokoll ikopri. B’mod partikolari, il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-ġbir u l-analiżi tad-data, sabiex ikun jista’ jiġi żviluppat pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tal-klieb il-baħar.
2.Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT marbutin mal-ġestjoni sostenibbli tas-sajd.
3.F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-Partijiet jistgħu jiftiehmu bejniethom li jorganizzaw laqgħa xjentifika konġunta biex jirrevedu l-istat tal-ispeċijiet ewlenin li l-bastimenti tal-Unjoni jkunu qed jistadu għalihom, b’mod partikolari l-klieb il-baħar pelaġiċi. Ir-riżultati tal-laqgħa xjentifika għandhom jitressqu lill-Kummissjoni Konġunta. Il-Kummissjoni Konġunta għandha, meta jkun xieraq, tadotta miżuri addizzjonali maħsubin biex jiżguraw li jkun hemm ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd maqbudin mill-bastimenti tal-Unjoni.
4.Minħabba l-fatt li l-klieb il-baħar pelaġiċi jistgħu jkunu fost l-ispeċijiet li jinqabdu mill-bastimenti tal-Unjoni b’rabta mas-sajd għat-tonn, u minħabba li dawn huma speċijiet vulnerabbli, hekk kif espress mill-pariri xjentifiċi tal-ICCAT, kull qabda ta’ dawn l-ispeċijiet mill-bastimenti tas-sajd bil-konz li jkunu qed jistadu skont dan il-Protokoll tenħtieġ attenzjoni speċjali abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex itejbu d-disponibbiltà u l-monitoraġġ tad-data xjentifika marbuta mal-ispeċijiet mistada.
5.Għal dan il-għan, iż-żewġ Partijiet għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għall-monitoraġġ strett ta’ dan it-tip ta’ sajd sabiex jiżguraw l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsa. Dan il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għandu jissejjes b’mod partikolari fuq skambju, kull 3 xhur, ta’ data dwar il-qabdiet tal-klieb il-baħar. Jekk, matul sena waħda, dawn il-qabdiet ikunu jaqbżu l-20 % tat-tunnellaġġ ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 5(2)(a), għandu jiġi stabbilit monitoraġġ imsaħħaħ abbażi tal-iskambju ta’ data u konsultazzjoni kull xahar bejn il-Partijiet. Jekk, matul sena waħda, il-qabdiet jilħqu l-30 % tat-tunnellaġġ ta’ referenza msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni Konġunta għandha, fejn ikun hemm bżonn, tadotta miżuri addizzjonali ta’ ġestjoni li jistabbilixxu qafas aktar adegwat għall-attivitajiet tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz.
6.Il-Kummissjoni Konġunta tista’ tiddeċiedi li taġġusta l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ imsemmi hawn fuq abbażi tar-riżultati tal-ħidma tal-laqgħa xjentifika konġunta.
Artikolu 8
Kooperazzjoni fil-qasam tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza u fil-ġlieda kontra s-sajd IUU
1.Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU sabiex ikun jista’ jsir sajd sostenibbli.
2.Abbażi ta’ konsultazzjoni fil-Kummissjoni Konġunta, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jikkooperaw u li jwettqu programmi ta’ spezzjoni konġunta fuq il-bastimenti tal-Unjoni bbażati fuq ir-riskju, sabiex isaħħu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll ta’ implimentazzjoni għal dan il-Ftehim u l-miżuri korrettivi relatati magħhom.
Artikolu 9
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u ta’ miżuri tekniċi bi qbil komuni
1.Il-Kummissjoni Konġunta tista’ tirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 4 u taġġustahom bi ftehim reċiproku sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT jikkonfermaw li l-aġġustament jiggarantixxi l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan il-Protokoll. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5(2)(a) għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis u dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. Jekk ikun meħtieġ, Cabo Verde għandu jrodd lura s-somom li jkunu ngħataw b’mod eċċessiv.
2.Il-Kummissjoni Konġunta tista’, fejn meħtieġ, teżamina u tadatta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali previsti f’dan il-Protokoll, bi ftehim reċiproku.
Artikolu 10
Promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi
1.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex itejbu l-opportunitajiet għall-iżbark fil-portijiet ta’ Cabo Verde.
2.Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adattati għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investiment.
Artikolu 11
Kooperazzjoni fil-qasam tal-ekonomija blu
1.Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw bejniethom sabiex jippromwovu l-ekonomija blu, b’mod partikolari fl-oqsma tal-akkwakultura, tal-ippjanar tat-territorji marittimi, tal-enerġija, tal-bijoteknoloġiji tal-baħar u tal-ħarsien tal-ekosistemi tal-baħar.
2.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-investimenti fis-settur tas-sajd u tal-ekonomija marittima, skont l-għanijiet tas-Sħubija speċjali bejn Cabo Verde u l-Unjoni.
3.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex iżidu l-għarfien fost l-operaturi tas-settur privat tal-Unjoni dwar l-opportunitajiet kummerċjali u industrijali li jeżistu fis-settur tas-sajd u fl-ekonomija marittima ta’ Cabo Verde.
4.Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jiżviluppaw azzjonijiet konġunti u sabiex jiskambjaw l-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejniethom. Għal dan il-għan, huma għandhom jiftiehmu dwar il-punti fokali u l-arranġamenti għall-komunikazzjoni.
Artikolu 12
Sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll
1.L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet jekk waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu applikabbli f’każ ta’:
(a)Forza maġġuri jew ċirkustanzi mhux mistennija, li minħabba fihom ma jkunux jistgħu jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde;
(b)Tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll;
(c)Jekk jiġu attivati l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 101 tal-Ftehim ta’ Samoa minħabba ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ prinċipji demokratiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 9 ta’ dak il-Ftehim;
(d)Inadempjenza fil-pagament dovut mill-Unjoni, għal raġunijiet għajr dawk previsti fl-Artikoli 5, 7, 9, 12 u 16 ta’ dan il-Protokoll;
(e)Jekk ikun hemm tilwima serja u mhux solvuta bejn iż-żewġ Partijiet dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
2.Meta l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tiġi sospiża għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1(c), il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub l-intenzjoni tagħha mill-inqas 3 xhur qabel id-data li fiha s-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ. Is-sospensjoni ta’ dan il-Protokoll għar-raġunijiet mogħtija fil-paragrafu 1(c), għandha tapplika minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni.
3.F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta’ bejniethom. Meta tinkiseb din ir-riżoluzzjoni, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha terġa’ tibda.
4.F’każ ta’ sospensjoni, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll għas-sena meta tidħol fis-seħħ is-sospensjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Jekk ikun meħtieġ, Cabo Verde għandu jrodd lura s-somom li jkunu ngħataw b’mod eċċessiv.
Artikolu 13
Skambju elettroniku tad-data
1.Cabo Verde u l-Unjoni għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistemi għall-monitoraġġ u għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll fir-rigward tal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni, kif huwa indikat fl-anness.
2.Il-forma elettronika ta’ dokument titqies bħala ekwivalenti f’kollox għall-verżjoni stampata tiegħu.
3.Cabo Verde u l-Unjoni għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. Konsegwentement, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jintbagħtu awtomatikament b’mod ieħor ta’ komunikazzjoni.
4.L-Unjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni regolari mill-bastiment tal-Unjoni lil Cabo Verde ta’:
–id-data tal-pożizzjonijiet tal-bastimenti fiż-ŻEE ta’ Cabo Verde,
–l-informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ kuljum imwettqa mill-bastimenti fiż-ŻEE ta’ Cabo Verde,
– in-notifiki tad-dħul tal-bastimenti fiż-ŻEE ta’ Cabo Verde,
–in-notifiki tal-ħruġ tal-bastimenti fiż-ŻEE ta’ Cabo Verde,
–in-notifiki minn qabel tat-trażbord u tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord minn bastimenti tal-Unjoni f’port ta’ Cabo Verde,
–in-notifiki minn qabel tar-ritorn lejn il-port u tad-dikjarazzjonijiet tal-iżbark tal-bastimenti, f’port ta’ Cabo Verde.
L-arranġamenti tat-trażmissjoni tad-data, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tan-negozju, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 14
Protezzjoni tad-data
1.Cabo Verde u l-Unjoni għandhom jiżguraw li d-data skambjata skont il-Ftehim tintuża mill-awtorità kompetenti esklużivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd u, b’mod partikolari, għall-finijiet ta’ ġestjoni u għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd.
2.Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li d-data kollha kummerċjalment sensittiva u personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba skont il-Ftehim dwar is-Sajd, kif ukoll l-informazzjoni kummerċjali sensittiva kollha relatata mas-sistemi ta’ komunikazzjoni użati mill-Unjoni, jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-data aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.
3.Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.
4.Id-data personali skambjata skont il-Ftehim għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 6 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. Aktar salvagwardji u rimedji fir-rigward tad-data personali u tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.
5.Id-data skambjata skont il-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Appendiċi 6, anke wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 15
Dispożizzjonjiet applikabbli tal-liġi nazzjonali
1.L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed joperaw fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde skont dan il-Protokoll għandhom ikunu regolati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ f’Cabo Verde, b’mod partikolari l-pjan ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd ta’ Cabo Verde, sakemm il-Ftehim jew dan il-Protokoll, u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu, ma jipprevedux mod ieħor.
2.L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea b’kull bidla jew b’kull leġiżlazzjoni ġdida li taffettwa s-settur tas-sajd.
Artikolu 16
Terminazzjoni
1.Dan il-Protokoll jista’ jiġi tterminat minn xi waħda mill-Partijiet, fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux tas-soltu bħad-degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, is-sejbien ta’ livell ridott tal-isfruttar tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-Unjoni, jew in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
2.Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll tal-anqas 6 xhur qabel id-data li fiha sseħħ it-terminazzjoni.
3.It-trażmissjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.
4.Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5(2)(a), għas-sena meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Jekk ikun meħtieġ, Cabo Verde għandu jrodd lura s-somom li jkunu ngħataw b’mod eċċessiv.
Artikolu 17
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mill-20 ta’ Mejju 2024 dment li jiġi ffirmat mill-Partijiet, jew mid-data tal-iffirmar tiegħu jekk jiġi ffirmat wara l-20 ta’ Mejju 2024.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
1.Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan ikunu tlestew.
2.In-notifika prevista fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat, f’dak li jirrigwarda lill-Unjoni, lill-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 19
Testi awtentiċi
Il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
ANNESS
KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA’ CABO VERDE
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Għażla tal-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni jew għal Cabo Verde bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:
a)
għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun hemm bżonn permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Cabo Verde;
b)
għal Cabo Verde: il-Ministeru għas-Sajd.
2. Żona tas-sajd
Il-koordinati taż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde huma speċifikati fl-Appendiċi 1. Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom lil hinn mil-limiti stabbiliti għal kull kategorija fl-Appendiċi 2, waqt li s-sajjieda ta’ Cabo Verde jibqa’ jkollhom id-dritt esklużiv li jistadu ’l isfel minn dawn il-limiti.
Cabo Verde għandu, meta joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, jgħarraf lill-operaturi tal-bastiment bil-koordinati ta’ kull żona li fiha ma jistax isir tbaħħir u sajd. Huwa għandu jgħarraf ukoll lill-Unjoni b’dan.
3. Ħatra ta’ aġent lokali
Kull bastiment tal-Unjoni li jkun beħsiebu jiżbarka l-ħut jew jittrażbordah f’port ta’ Cabo Verde jista’ jiġi rrappreżentat minn aġent li jkun residenti f’Cabo Verde.
4. Kont bankarju
Qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, Cabo Verde għandu jibgħat lill-Unjoni d-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji li fihom se jitħallsu l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu skont il-Ftehim. Il-kostijiet marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom iħallsuhom l-operaturi.
KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD
Taqsima 1
Proċeduri applikabbli
1. Kondizzjoni biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd – bastimenti eliġibbli
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment jiddaħħal fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu ttrattati f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd esterni. L-obbligi ta’ qabel kollha tal-operatur, tal-kaptan jew tal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’Cabo Verde skont il-Ftehim għandhom ikunu sodisfatti qabel dan il-ħruġ.
2. Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd (is-sistema LICENCE)
2.1 L-Unjoni għandha tippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment tal-Unjoni li beħsiebu jistad skont il-Ftehim tal-anqas 15-il jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-perjodu ta’ validità mitlub.
2.2 It-trażmissjoni elettronika tal-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-ħruġ tagħhom jistgħu jsiru permezz tas-sistema LICENCE, jiġifieri s-sistema elettronika ta’ ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, magħmula disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea. Is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta’ Cabo Verde biex jiffaċilitaw l-użu progressiv tas-sistema LICENCE. Cabo Verde għandu jgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tkun tista’ tintuża s-sistema LICENCE.
2.3. Sakemm is-sistema LICENCE tkun operattiva u tista’ tintuża bis-sħiħ minn Cabo Verde, it-trażmissjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd issir permezz tal-posta elettronika.
2.4 Kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkun fiha l-informazzjoni elenkata fl-Appendiċi 4 u d-dokumenti li ġejjin:
a) prova tal-pagament tal-imposta bil-quddiem għall-perjodu ta’ awtorizzazzjoni annwali kkonċernat, u tal-kostijiet assoċjati mal-osservatur. Il-ħlas bil-quddiem ma huwiex rimborżabbli, sakemm l-applikazzjoni ma tiġix ikkanċellata qabel ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni; f’dan il-każ il-ħlas bil-quddiem jista’ jiġi kkreditat lil operatur għal applikazzjoni oħra jew jingħata lura lill-operatur;
b) ritratt diġitali riċenti b’riżoluzzjoni tajba, bil-kulur, tal-bastiment, li jagħti stampa dettaljata tal-ġenb tal-bastiment inkluż l-isem tal-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni viżibbli b’mod ċar fuq il-buq;
c) kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bandiera.
Meta awtorizzazzjoni tas-sajd tiġġedded skont dan il-Protokoll, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkun fiha biss l-informazzjoni prevista fl-Appendiċi 4 u l-prova tal-pagament tal-imposta u tal-kostijiet relatati mal-osservatur.
3. Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd oriġinali lill-operaturi, jew lill-aġent tagħhom, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-applikazzjoni kompluta.
Wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom itellgħu minnufih kopja elettronika tal-oriġinal iffirmat fis-sistema LICENCE, meta din tkun operattiva bis-sħiħ, u sadattant jibagħtuha bil-posta elettronika lill-awtoritajiet tal-Unjoni.
Il-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati għandhom iżommu abbord l-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali. Madankollu, verżjoni elettronika tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tista’ tintuża għal perjodu massimu ta’ 60 jum kalendarju wara d-data tal-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja għandha titqies li hija ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni oriġinali.
4. Ħsarat fis-sistema LICENCE
4.1 Meta jinqalgħu xi diffikultajiet fit-trażmissjoni tal-informazzjoni fis-sistema LICENCE bejn il-Kummissjoni Ewropea u Cabo Verde, l-iskambji elettroniċi tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom isiru bil-posta elettronika sakemm is-sistema terġa’ tibda taħdem.
4.2 Wara li s-sistema tiġi stabbilita mill-ġdid, l-informazzjoni tiġi aġġornata fis-sistema LICENCE minn kull parti.
5. Lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu
Malli joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, Cabo Verde għandu jistabbilixxi mingħajr dewmien, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-korp nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd, u lill-Unjoni. Il-bastimenti jistgħu jibdew jistadu hekk kif jiġu inklużi f’dik il-lista.
6. Durata ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd għandhom perjodu ta’ validità ta’ sena u jistgħu jiġġeddu.
“Perjodu annwali” għandu jfisser:
a)
għall-ewwel sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu huwa mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;
b)
fis-snin ta’ wara, kull sena kalendarja sħiħa;
c)
għall-aħħar sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar sad-data tal-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
7. Żamma abbord tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
L-oriġinal, jew kopja, tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord għall-perjodu massimu tal-użu msemmi fil-paragrafu 3.
8. Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
8.1 L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u ma tistax tiġi ttrasferita. Madankollu, f’każ ta’ prova ta’ forza maġġuri, bħat-telf ta’ bastiment jew in-nuqqas ta’ użu fit-tul tiegħu minħabba ħsara teknika gravi, u, fuq talba tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida maħruġa f’isem bastiment ieħor li jkun simili għal dak li għandu jinbidel, mingħajr il-ġbir ta’ imposti supplimentari.
8.2 It-trasferiment għandu jsir billi l-operatur jew l-aġent tiegħu jagħti lura lil Cabo Verde l-awtorizzazzjoni tas-sajd li għandha tinbidel u billi Cabo Verde jistabbilixxi malajr kemm jista’ jkun l-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ malajr kemm jista’ jkun lill-operatur jew lill-aġent tiegħu meta tintbagħat lura l-awtorizzazzjoni li tkun se tiġi ssostitwita. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni tibda tgħodd dakinhar li tingħata lura l-awtorizzazzjoni li għandha tinbidel.
8.3 Il-Partijiet għandhom jaġġornaw l-informazzjoni relatata ma’ dan it-trasferiment fis-sistema LICENCE.
8.4 Cabo Verde għandu jaġġorna malajr kemm jista’ jkun il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat minnufih lill-korp nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd, u lill-Unjoni.
9. Bastimenti ta’ appoġġ
Fuq talba tal-Unjoni, u wara analiżi mill-awtoritajiet kompetenti, Cabo Verde għandu jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex jiġu megħjuna minn bastimenti ta’ appoġġ.
Il-bastimenti ta’ appoġġ ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. Dan l-appoġġ la jista’ jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet.
Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija f’dan il-Kapitolu, sa fejn din tkun tapplika għalihom. Cabo Verde għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u jibgħatha minnufih lill-Unjoni.
Għandha titħallas imposta annwali ta’ EUR 3 500 għal dawn il-bastimenti.
Fil-każ ta’ tħassir tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment ta’ appoġġ qabel ma tkun inħarġet il-liċenzja mill-awtoritajiet ta’ Cabo Verde, jew qabel ma l-bastiment ikun beda jopera fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, l-ammont imħallas għandu jiġi rimborżat. Dan jista’ wkoll jiġi kkreditat lill-operatur jew lill-assoċjazzjoni tal-produtturi u jintuża għal pagament ieħor.
Taqsima 2
Imposti u ħlasijiet bil-quddiem
1. L-imposta mħallsa mill-operaturi hija kif ġej:
–għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni: EUR 80 għal kull tunnellata li tinqabad fl-ewwel tliet perjodi annwali; EUR 85 għal kull tunnellata li tinqabad fl-aħħar tliet perjodi annwali.
–għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u għall-bastimenti bil-qasab u x-xlief: EUR 75 għal kull tunnellata li tinqabad fl-ewwel tliet perjodi annwali; EUR 80 għal kull tunnellata li tinqabad fl-aħħar tliet perjodi annwali.
2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara li jkunu tħallsu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde l-imposti b’rata fissa li jridu jitħallsu minn qabel li ġejjin:
Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:
–EUR 6 800 għal sena kalendarja sħiħa, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ 85 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 80 għal kull tunnellata, u 80 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 85 għal kull tunnellata;
Għall-bastimenti bil-qasab u x-xlief:
–EUR 1 500 għal sena kalendarja sħiħa, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ 20 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 75 għal kull tunnellata, u 18,75 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 80 għal kull tunnellata
Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz:
–EUR 3 900 għal sena kalendarja sħiħa, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ 52 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 75 għal kull tunnellata, u 48,75 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 80 għal kull tunnellata
3. L-imposta b’rata fissa li trid titħallas minn qabel għandha tinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet, it-taxxi tat-trażbord u l-kostijiet għall-provvista tas-servizzi. Għall-ewwel u l-aħħar perjodi annwali, l-imposta b’rata fissa li trid titħallas minn qabel u t-tunnellaġġ ekwivalenti tagħha għal kull bastiment għandhom jiġu kkalkulati pro rata temporis.
L-imposti fissi bil-quddiem, u l-bilanċi msemmija fil-paragrafu 5, għandhom jitħallsu f’kont speċifiku fl-Istat ta’ Cabo Verde, li r-referenzi għalih għandhom jiġu pprovduti minn Cabo Verde.
4. Għal kull bastiment l-Unjoni għandha tistabbilixxi, abbażi tar-rappurtar minnu tal-qabdiet tiegħu, kalkolu finali tal-imposti li jridu jitħallsu għall-bastiment għall-attivitajiet tiegħu matul is-sena kalendarja ta’ qabel. L-Unjoni għandha tibgħat dan il-kalkolu finali lil Cabo Verde u lill-operatur permezz tal-Istati Membri qabel it-30 ta’ April tas-sena li tkun għaddejja. Cabo Verde jista’ jikkontesta l-kalkolu finali, abbażi ta’ evidenza ddokumentata, fi żmien 30 jum minn meta jirċevih. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta. Jekk Cabo Verde ma joġġezzjonax fi żmien 30 jum, il-kalkolu finali għandu jitqies li ġie adottat.
5. Meta l-kalkolu finali jkun ikbar mill-imposta b’rata fissa li tkun tħallset minn qabel biex inkisbet l-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-operatur għandu jħallas il-bilanċ pendenti lil Cabo Verde fi żmien 45 jum, sakemm ma jikkontestax il-kalkolu huwa stess. Madankollu, meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b’rata fissa li tkun tħallset minn qabel, l-operatur ma jkunx jista’ jirkupra l-ammont li jifdal.
KAPITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI
Il-miżuri tekniċi li japplikaw għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd fir-rigward taż-żoni, tal-irkaptu tas-sajd u tal-qabdiet aċċessorji huma stabbiliti fl-Appendiċi 2 għal kull kategorija ta’ sajd.
Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għar-reġjun għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu tas-sajd u mal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (FAD), l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
F’konformità ma’ dawn il-miżuri u rakkomandazzjonijiet, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-livell ta’ qabdiet aċċessorji tal-fkieren tal-baħar, tal-għasafar tal-baħar u ta’ speċijiet oħrajn li ma humiex fil-mira. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jeħilsu dawn il-qabdiet aċċessorji fl-interess tas-sopravvivenza tal-ispeċijiet ikkonċernati.
KAPITOLU IV
DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET
Taqsima 1
Reġistrazzjoni fil-ġurnal tas-sajd u komunikazzjoni tal-qabdiet permezz tal-ERS
1. Il-kaptan ta’ bastiment tal-qbid tal-Unjoni li jkollu liċenzja tas-sajd mogħtija permezz ta’ dan il-Protokoll għandu jżomm ġurnal tas-sajd f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet applikabbli tal-ICCAT.
Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-akkuratezza tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.
2. Kull bastiment tal-qbid tal-Unjoni li jkollu liċenzja tas-sajd maħruġa skont dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar b’sistema elettronika (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ERS”) li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat data dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment (minn hawn ’il quddiem “data tal-ERS”).
3. Bastiment tal-qbid tal-Unjoni li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qiegħda taħdem, ma huwiex awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.
4. Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde. Il-bastiment għandu jibgħat id-data tal-ERS lill-Istat tal-bandiera tiegħu, li għandu jiżgura li din titqiegħed b’mod awtomatiku għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS ta’ Cabo Verde.
5. It-trażmissjoni tad-data tal-ERS trid issir bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji standardizzati tad-data dwar is-sajd. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-komunikazzjonijiet permezz tal-ERS huma speċifikati fl-Appendiċi 5, it-taqsima 1 u 3.
6. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u l-penali stabbilita fil-leġiżlazzjoni attwali ta’ Cabo Verde tiġi applikata lill-operatur. L-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan. Madankollu, jekk ħsara teknika taffettwa t-trażmissjoni bejn iċ-ĊMS ta’ biċċiet mid-data dwar l-attività tas-sajd (minn hawn ’il quddiem “data tal-ERS”), il-bastimenti tal-Unjoni affettwati minn dak in-nuqqas ma għandhomx jitqiesu li jinsabu fi stat ta’ nonkonformità.
Taqsima 2
Rapportar trimestrali tad-data aggregata dwar il-qabdiet
1. Qabel tmiem it-tielet xahar ta’ kull trimestru, l-Unjoni tipprovdi lil Cabo Verde d-data dwar il-qabdiet fix-xhur jew fit-trimestri ta’ qabel tas-sena li tkun għaddejja. Din id-data għandha tiġi ppreżentata kull xahar, skont il-kategorija tas-sajd, skont il-bastiment u skont l-ispeċi indikata mill-kodiċi tal-FAO tagħha.
2. Din id-data aggregata mill-ġurnali tas-sajd għandha titqies bħala provviżorja, sakemm l-awtoritajiet tal-Unjoni jkunu nnotifikaw dikjarazzjoni annwali finali tal-qabdiet skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II.
3. Cabo Verde għandu juża din id-data u jirrapporta l-inkonsistenzi mad-data li jirċievi mill-ERS skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 ta’ dan il-kapitolu.
KAPITOLU V
ŻBARK U TRAŻBORD
1. Notifika u dikjarazzjoni
Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq jiżbarka l-ħut f’port ta’ Cabo Verde, jew jittrażborda qabdiet li jkun qabad fiż-żona ta’ Cabo Verde, għandu jkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jistabbilixxu l-iskadenzi u l-informazzjoni li għandha tiġi komunikata lil Cabo Verde bħala l-Istat tal-Port:
- għat-talba minn qabel għad-dħul fil-port;
- għan-notifika ta’ trażbord minn qabel;
- għad-dikjarazzjoni ta’ trażbord.
Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet tal-iżbark fil-portijiet ta’ Cabo Verde għandhom jiġu kkomunikati wkoll lil Cabo Verde fl-istess skadenzi u formati bħal dawk stabbiliti għall-komunikazzjoni tagħhom lill-Istat tal-bandiera.
2. Arranġamenti għall-komunikazzjoni tan-notifiki u d-dikjarazzjonijiet
In-notifiki u d-dikjarazzjonijiet imsemmija f’dan il-Kapitolu għandhom jiġu kkomunikati bħala kwistjoni ta’ prijorità permezz tal-ERS bejn l-Istat tal-bandiera u l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde. Madankollu, jekk l-informazzjoni kollha prevista f’dawn in-notifiki u d-dikjarazzjonijiet ma tiġix trażmessa permezz tal-ERS, l-informazzjoni kollha għall-avveniment ikkonċernat tiġi sottomessa permezz tal-posta elettronika mill-operatur lill-awtoritajiet ta’ Cabo Verde. F’dan il-każ, huma għandhom jgħarrfu dwar il-wasla mingħajr dewmien.
It-trażbord irid isir fl-ilmijiet ta’ port ta’ Cabo Verde li jkun awtorizzat għal dan il-għan. It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit.
In-nuqqas ta’ konformità ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandu jwassal biex jiġu applikati l-pieni previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni ta’ Cabo Verde.
3. Skrutinju tat-tranżazzjonijiet
Cabo Verde għandu jikkontrolla l-operazzjonijiet ta’ trażbord u ta’ żbark fil-portijiet f’konformità mal-obbligi tiegħu skont il-Ftehim dwar il-miżuri tal-Istat tal-Port. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni involuti f’operazzjonijiet ta’ żbark jew ta’ trażbord għandhom jaċċettaw il-verifiki ta’ dawk l-operazzjonijiet. Għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ spezzjoni stabbiliti fil-Kapitolu VI, il-paragrafu 3.
Fuq talba tal-ispetturi, il-kaptan għandu jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-approvazzjoni sanitarja tal-bastiment.
4. Inċentivi għall-iżbark
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-industrija tas-sajd ta’ Cabo Verde u sabiex isaħħu l-impatt ekonomiku u soċjali tal-Ftehim, b’mod partikolari billi jżidu l-iżbark mill-bastimenti tal-Unjoni u billi jżidu l-valur għall-prodotti tas-sajd.
L-operaturi li jistadu għat-tonn għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżbarkaw parti mill-qabdiet li jkunu għamlu fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde. Il-qabdiet żbarkati jistgħu jinbiegħu lill-intrapriżi lokali bi prezz iddefinit abbażi ta’ negozjati bejn l-operaturi.
Il-Kummissjoni Konġunta għandha timmonitorja b’mod regolari l-implimentazzjoni tal-istrateġija maħsuba biex iżżid ir-rata tal-iżbark kif ukoll it-tħaddim tajjeb tal-infrastrutturi tal-port u tal-ipproċessar wara konsultazzjoni mal-operaturi kkonċernati.
L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-port għall-bastimenti tal-Unjoni biex jagħmlu l-iżbark.
KAPITOLU VI
KONTROLL U SPEZZJONI
1. Dħul fiż-żona tas-sajd u ħruġ minnha
Jeħtieġ li Cabo Verde jiġi mgħarraf b’kull dħul fiż-żona tas-sajd tiegħu u ħruġ minnha min-naħa ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien 3 sigħat qabel dan id-dħul jew ħruġ.
Meta tkun qed issir in-notifika tad-dħul jew tal-ħruġ tal-bastiment, għandha tintbagħat b’mod partikulari l-informazzjoni li ġejja:
a)
id-data, il-ħin u l-punt ta’ qsim tal-fruntiera previsti;
b)
il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali;
Fil-każ ta’ tħassir tal-ħruġ, dan ukoll irid jiġi nnotifikat mill-aktar fis possibbli. In-notifika tad-dħul u tal-ħruġ għandha ssir l-ewwel permezz tas-sistema tal-ERS jew, fin-nuqqas ta’ dan, permezz tal-posta elettronika jew bir-radju. Cabo Verde għandu jinforma minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b’kull bidla tal-indirizz elettroniku jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.
Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde mingħajr ma jkun innotifika d-daħla tiegħu minn qabel jitqies bħala bastiment li jkun qed jikser il-liġi.
In-notifika għandha tintbagħat bħala prijorità permezz tal-ERS jew, jekk din ikollha l-ħsara, bil-posta elettronika. L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jgħarrfu minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b’kull bidla tal-indirizz elettroniku.
2. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti tal-VMS — strument ta’ sorveljanza tal-bastimenti
Kwalunkwe bastiment tal-Unjoni awtorizzat skont dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar bi strument ta’ monitoraġġ tal-bastimenti, kompletament operattiv u konness li jkun jista’ lokalizzat u jiġi identifikat awtomatikament minn strument ta’ traċċar, bis-saħħa tat-trażmissjoni awtomatika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment f’intervalli regolari minn hawn ’il quddiem imsejħa data tal-VMS.
Huwa pprojbit li wieħed iċaqlaq, jiskonnettja, ikisser, jagħmel ħsara lil jew jiddiżattiva l-istrument ta’ monitoraġġ kontinwu tal-pożizzjoni permezz tal-komunikazzjoni satellitari li tkun abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data, jew li wieħed volontarjament jibdel, jiddevja jew jiffalsifika d-data li din is-sistema tittrażmetti jew tirreġistra.
Waqt li jkunu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jassiguraw il-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f’kull ħin, liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom. Din id-data għandha tkun disponibbli għal Cabo Verde skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 5.
Il-bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx jitqiesu li huma f’nuqqas ta’ konformità fil-każ ta’ ħsara teknika fit-trażmissjoni tad-data tal-VMS bejn iċ-ĊMS ikkonċernati.
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jipprovdi l-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %, kif ukoll l-informazzjoni bil-format speċifiku tal-Appendiċi 5.
3. Spezzjonijiet
L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde jew fil-port tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi ta’ Cabo Verde li jkunu identifikati b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħturin sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.
Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi ta’ Cabo Verde għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u tal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.
L-ispetturi ta’ Cabo Verde għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.
Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi ta’ Cabo Verde u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom.
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi ta’ Cabo Verde għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt li jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandhom jiffirmawh l-ispettur li fasslu u l-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.
L-ispetturi ta’ Cabo Verde għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni qabel ma jinżlu minn fuq il-bastiment. Cabo Verde għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien 8 ijiem mill-ispezzjoni.
L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet tal-Unjoni jieħdu sehem fl-ispezzjonijiet bħala osservaturi.
4. Spezzjonijiet konġunti
Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-Partijiet jistgħu jiftiehmu li jwettqu spezzjonijiet konġunti fuq il-bastimenti tal-Unjoni, b’mod partikolari waqt l-operazzjonijiet ta’ żbark u ta’ trażbord, biex jiżguraw il-ħarsien kemm mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif ukoll mal-leġiżlazzjoni ta’ Cabo Verde. Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-ispetturi skjerati mill-Partijiet f’dan il-kuntest għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq tal-ispezzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ta’ Cabo Verde.
Fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala Stati tal-bandiera u Stati kostali, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jikkooperaw fuq azzjonijiet ta’ kontroll, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tagħhom. Barra minn hekk, fuq talba tal-Unjoni, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde jistgħu jawtorizzaw lill-ispetturi tas-sajd mill-Istati Membri tal-Unjoni jwettqu spezzjonijiet fuq il-bastimenti tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom fil-limiti tal-kompetenza tagħhom skont id-dritt nazzjonali tagħhom.
F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment tal-Unjoni li jkun qed iwettaq il-ksur sakemm jitlestew il-formalitajiet u li japplikaw il-piena stabbilita fil-leġiżlazzjoni ta’ Cabo Verde. L-Istat Membru tal-Unjoni li jkun l-Istat tal-bandiera u l-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfa b’dan.
5. Monitoraġġ parteċipattiv marbut mal-ġlieda kontra s-sajd IUU
Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw il-preżenza ta’ kwalunkwe bastiment fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde li jkun qed iwettaq attivitajiet issuspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU, u għandhom jipprovdu kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dak li jkunu lemħu. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-awtoritajiet ta’ Cabo Verde u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li jkun l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun wettaq l-osservazzjoni li, min-naħa tagħha, għandha tibgħathom minnufih lill-Unjoni jew lill-korp magħżul minnha. L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jibagħtu lill-Unjoni kwalunkwe rapport tal-osservazzjoni li jkollhom dwar bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed iwettqu attivitajiet issuspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde.
KAPITOLU VII
KSUR TAR-REGOLI
1. Ipproċessar tal-ksur
Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd f’konformità ma’ dan l-Anness irid jissemma f’rapport tal-ispezzjoni.
L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operatur li jiddefendi ruħu mill-akkuża ta’ ksur.
2. Detenzjoni ta’ bastiment — laqgħa ta’ informazzjoni
Meta l-leġiżlazzjoni ta’ Cabo Verde li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tkun tippermetti dan, kull bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port ta’ Cabo Verde, f’każ li jkun qed ibaħħar.
Cabo Verde għandu jinnotifika lill-Unjoni sa fi żmien jum tax-xogħol b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Ma’ din in-notifika għandhom jingħataw elementi li jiġġustifikaw l-arrest.
Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri mmirati għall-ħarsien tal-provi, Cabo Verde għandu jorganizza, fuq talba tal-Unjoni, fi żmien jum tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għall-arrest tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat l-azzjoni li jmiss li jistgħu jittieħdu. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.
3. Pieni għall-ksur — proċedura ta’ kompromess
Cabo Verde għandu jistabbilixxi l-piena għall-allegat ksur skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ.
Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċedimenti legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn Cabo Verde u l-Unjoni sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi għal din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm sa mhux iktar tard minn 3 ijiem min-notifika tal-arrest tal-bastiment.
4. Proċedimenti legali — garanzija bankarja
Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, l-operatur tal-bastiment li wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul minn Cabo Verde, li l-ammont tagħha, kif stabbilit minn Cabo Verde, għandu jkun ikopri l-kostijiet marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm ’il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.
Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lill-operatur mingħajr dewmien wara li tinqata’ s-sentenza:
a)
kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;
b)
skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.
Cabo Verde għandu jgħarraf lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 8 ijiem minn meta tingħata s-sentenza.
5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-piena tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.
KAPITOLU VIII
IMPJIEG TAS-SAJJIEDA TAL-AKP ABBORD BASTIMENTI TAL-UNJONI
Fit-tmien ta’ dan il-kapitolu “sid ta’ bastiment tas-sajd” tfisser is-sid tal-bastiment tas-sajd jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer, l-aġent jew in-nolleġġatur ta’ bastiment mingħajr ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mis-sid u li, malli jassumi t-tali responsabbiltà, ikun qabel li jieħu f’idejh id-doveri u r-responsabbiltajiet imposti fuq is-sidien ta’ bastiment tas-sajd skont it-termini ta’ din il-konvenzjoni, irrispettivament minn jekk kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra tissodisfax uħud mid-doveri jew ir-responsabbiltajiet f’isem is-sid tal-bastiment tas-sajd
1. L-għadd meħtieġ ta’ sajjieda tal-AKP li għandhom jiġu imbarkati
1.1. Is-sid tal-bastiment tas-sajd għandu jimbarka sajjieda mill-Afrika, mill-Karibew u mill-Paċifiku (minn hawn ’il quddiem “AKP”) biex jaħdmu abbord il-bastiment tiegħu bħala membri tal-ekwipaġġ għat-tul tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment fil-qafas tal-Protokoll.
1.2. L-għadd minimu ta’ sajjieda li għandhom jiġu imbarkati skont il-punt 1.1 għandu jkun kif ġej:
a)
il-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni għandha timbarka mill-inqas sitt baħrin;
b)
il-flotta tal-bastimenti tat-tonn bil-qasab u x-xlief għandha timbarka mill-inqas żewġ baħrin;
c)
il-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandha timbarka mill-inqas ħames baħrin.
Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex jimbarkaw iktar baħrin minn Cabo Verde.
1.3. Is-sajjieda li għandhom jiġu imbarkati skont il-punt 1.1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159, inkluż f’dak li jirrigwarda l-passaport, il-ktieb tal-baħħara, iċ-ċertifikat mediku u ċ-ċertifikat ta’ taħriġ bażiku. Il-lista ta’ rekwiżiti li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni għandha tiġi kkomunikata minn qabel biżżejjed lill-awtoritajiet ta’ Cabo Verde mill-Istat tal-bandiera. Is-sajjieda tal-AKP li għandhom jiġu imbarkati f’konformità mal-punt 1.1 għandhom ikunu jistgħu jifhmu l-lingwa tax-xogħol stabbilita abbord il-bastiment tas-sajd, jagħtu ordnijiet u struzzjonijiet u jirrapportaw b’dik il-lingwa.
1.4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde għandhom jistabbilixxu, jaġġornaw regolarment u jikkomunikaw lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd lista ta’ sajjieda kompetenti.
1.5. Il-kaptan għandu jistabbilixxi, jaġġorna u jiffirma lista tal-ekwipaġġ skont il-formola 5 tal-Konvenzjoni tal-IMO dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (il-Konvenzjoni FAL), u għandu jibgħat kopja ta’ din il-lista lill-awtoritajiet nominati ta’ Cabo Verde qabel ma l-bastiment iħalli ż-żona tal-port.
1.6. Is-sid tal-bastiment tas-sajd jew, fin-nuqqas tiegħu, il-kaptan, għandu jirrifjuta li jippermetti lis-sajjied jitla’ abbord il-bastiment tiegħu jekk is-sajjied ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.3.
2. Kundizzjonijiet tax-xogħol
Il-kundizzjonijiet li bihom is-sajjieda tal-AKP jiġu imbarkati jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159, inkluż fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol jew tal-mistrieħ, id-drittijiet ta’ ripatrijazzjoni, kif ukoll is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali.
3. Ftehim tax-xogħol tas-sajjieda
3.1. Għal kull sajjied imbarkat abbord bastiment tal-Unjoni f’konformità mal-punt 1.1, għandu jiġi nnegozjat u ffirmat ftehim ta’ impenn bil-miktub kemm mis-sajjied kif ukoll minn min iħaddem.
3.2. Il-ftehim jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 (l-Anness I tad-Direttiva).
4. Paga tas-sajjieda
4.1. Il-kost tal-paga u l-kostijiet addizzjonali tax-xogħol għandhom jitħallsu direttament jew, fil-każ fejn l-impjegatur tas-sajjied ikun servizz privat tas-suq tax-xogħol, indirettament minn sid il-bastiment tas-sajd.
4.2. Għandha titħallas paga garantita ta’ kull xahar jew regolari lis-sajjieda tal-AKP, preferibbilment permezz ta’ trasferiment bankarju, irrispettivament mill-qabdiet u/jew mill-bejgħ reali tal-ħut. Dan jiġi stabbilit bi ftehim reċiproku bejn sidien il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trade unions tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Meta ma jkunux ġew konklużi ftehimiet kollettivi u l-pagi bażiċi minimi tal-Istati tal-bandiera ma japplikawx, il-kundizzjonijiet bażiċi tal-pagi mogħtija lis-sajjieda tal-AKP ma għandhomx ikunu anqas minn dawk applikati għall-ekwipaġġi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u, fl-ebda każ, ma għandhom ikunu soġġetti għall-istandards tal-ILO dwar il-baħħara, li l-għan tagħhom huwa li jistabbilixxu xibka ta’ sikurezza internazzjonali għall-protezzjoni tax-xogħol deċenti għall-baħħara u li jgħinu biex jiżguraw dan.
4.3. Is-sajjieda ma għandhomx għalfejn iġarrbu l-kostijiet potenzjali tal-pagamenti riċevuti. Il-baħħara għandhom il-mezzi biex jibagħtu lill-familji tagħhom mingħajr kostijiet il-ħlasijiet kollha li jirċievu, jew parti minnhom, inklużi l-pagamenti bil-quddiem.
4.4. Is-sajjieda għandhom jirċievu karta tal-paga għal kull ħlas tar-remunerazzjoni tagħhom u, jekk jitolbu dan, prova tal-pagament tal-paga.
5. Sigurtà soċjali
Cabo Verde għandu jiżgura li s-sajjieda residenti abitwali fit-territorju tiegħu u d-dipendenti tagħhom, sa fejn previst mid-dritt nazzjonali, ikunu intitolati għall-protezzjoni soċjali b’kundizzjonijiet mhux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għal ħaddiema oħra, b’mod partikolari l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom, li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tagħhom.
6. Servizzi privati tas-suq tax-xogħol
6.1. Is-servizzi privati tas-suq tax-xogħol jinkludu:
a) servizz ta’ reklutaġġ u kollokament, jiġifieri kull persuna, kumpanija, istituzzjoni, aġenzija jew organizzazzjoni oħra, fis-settur pubbliku jew privat, li hija impenjata fir-reklutaġġ ta’ sajjieda f’isem, jew li tpoġġi sajjieda ma’, sidien ta’ bastimenti tas-sajd;
b) aġenzija privata tal-impjiegi, jiġifieri kull persuna, kumpanija, istituzzjoni, aġenzija jew organizzazzjoni oħra fis-settur privat impenjata li timpjega jew tinvolvi sajjieda bil-għan li tagħmilhom disponibbli għas-sidien ta’ bastimenti tas-sajd li jassenjaw il-kompiti tagħhom u jissorveljaw it-twettiq ta’ dawn il-kompiti.
6.2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde għandhom jiżguraw li l-aġenti ta’ Cabo Verde li jipprovdu servizzi privati tas-suq tax-xogħol kemm lis-sajjieda kif ukoll lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd:
a) ma jużaw l-ebda mezz, mekkaniżmu jew lista biex jipprevjenu jew jiskoraġġixxu lis-sajjieda milli jiġu impjegati;
b) ma jitolbux lis-sajjieda, fi flus kontanti jew in natura, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, tariffi jew kostijiet oħra għas-servizzi tas-suq tax-xogħol li jipprovdu;
c) ma jagħtux self jew ma jipprovdux oġġetti jew servizzi lis-sajjied bil-patt li s-sajjieda jridu jħallsuhom lura jew jirrimborżawhom;
d) ma jnaqqsux mir-remunerazzjoni tas-sajjieda l-pagament jew ir-rimborż ta’ self, oġġetti jew servizzi pprovduti qabel ma s-sajjied ikun ġie impjegat; u
e) jiżguraw li:
i) il-ftehim ta’ impjieg tas-sajjied jikkonforma ma’ dan il-kapitolu, mal-leġiżlazzjonijiet, mar-regolamenti u mal-ftehimiet kollettivi li jirregolaw il-ftehim ta’ impjieg tas-sajjied;
ii) il-ftehim ta’ impjieg tas-sajjied jitfassal b’lingwa mifhuma mis-sajjied u bil-lingwa uffiċjali jew tax-xogħol tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat;
iii) is-sajjieda impjegati jiġu infurmati bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom qabel ma jiffirmaw il-ftehim ta’ impenn tagħhom;
iv) jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex is-sajjieda impjegati jkunu jistgħu jirrevedu t-termini tal-ftehim ta’ impenn tagħhom u jfittxu parir dwar il-kwistjoni qabel ma jiffirmaw;
v) is-sajjieda impjegati jirċievu kopja ffirmata tal-ftehim ta’ impjieg tagħhom;
vi) is-sajjieda jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan il-kapitolu; u
vii) is-sid tal-bastiment tas-sajd għandu jirċievi kopja ta’ kull karta tal-paga u prova tal-pagament f’waqthom ma’ kull pagament ta’ remunerazzjoni jekk il-membru tal-persunal iħallas ir-remunerazzjoni.
6.3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde għandhom jiżguraw li l-aġenti ta’ Cabo Verde li jimpjegaw sajjieda biex jistazzjonaw abbord bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jiżguraw li l-ftehimiet ta’ impjieg tas-sajjieda li jiffirmaw ma’ dawk is-sajjieda jindikaw b’mod ċar li s-sajjied ikkonċernat ikun impjegat mill-aġent li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tas-sidien tal-bastimenti tas-sajd li jassenjawhom f’kompiti u jissorveljaw it-twettiq ta’ dawk il-kompiti.
6.4. B’deroga mill-punt 6.2(b), il-kostijiet tal-kisba ta’ ktieb tal-baħħara, ta’ ċertifikat mediku u ta’ passaport għandhom jitħallsu mis-sajjied jew minn persuna jew organizzazzjoni oħra ddeterminati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, mill-ftehim ta’ impjieg tas-sajjied jew minn ftehim kollettiv, fejn applikabbli. Il-kostijiet tal-kisba ta’ viża u ta’ permess tax-xogħol, jekk applikabbli, huma r-responsabbiltà tal-impjegatur.
7. Ħarsien ta’ dan il-kapitolu
7.1. L-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni applikabbli għas-sajjieda tkun faċilment aċċessibbli u mingħajr ħlas f’forma komprensiva u trasparenti.
7.2. L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan il-Kapitolu f’konformità mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali u f’konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
7.3. L-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera għandhom jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tat-Taqsimiet 1, 2 u 3 abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Dawn jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-Linji Gwida tal-ILO għall-Ispezzjoni tal-Istat tal-Bandiera tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fuq il-Bastimenti tas-Sajd.
7.4. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu eżentati mill-pagament tal-ammont b’rata fissa msemmi fil-punt 7.4 fil-każijiet li ġejjin:
— is-sajjied propost fil-lista msemmija fil-punt 1.4 ma jidhirx li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.3;
— is-sajjied li jkun iffirma ftehim ta’ impjieg skont il-punt 3.1 ma jirrapportax lill-imgħallem fid-data u fil-ħin speċifikati fil-ftehim ta’ impjieg tiegħu;
— l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde ma jipprovdux il-lista msemmija fil-punt 1.4.
7.5. Il-Kummissjoni Konġunta għandha timmonitorja l-ħarsien tal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
8. Nuqqas ta’ imbark tas-sajjieda
Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd li jonqsu milli jimbarkaw sajjieda minn Cabo Verde għandhom ikunu meħtieġa jħallsu, qabel it-30 ta’ Settembru tas-sena li tkun għaddejja, għal kull baħri inqas mill-għadd stabbilit fil-paragrafu 1, ammont b’rata fissa ta’ EUR 20 għal kull jum li fih il-bastimenti tagħhom kienu jinsabu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde.
KAPITOLU IX
OSSERVATURI
1. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
Sa ma tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde skont il-Ftehim għandhom jimbarkaw, minflok l-osservaturi reġjonali, osservaturi magħżulin minn Cabo Verde skont ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu soġġetti għal skema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.
Din l-iskema ta’ osservazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT.
2. Bastimenti u osservaturi magħżulin
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan il-Kapitolu, il-Partijiet jintrabtu li joħolqu l-kundizzjonijiet tekniċi u loġistiċi biex jippermettu l-imbarkazzjoni ta’ għadd minimu ta’ osservaturi fil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:
a) Għall-flotta ta’ bastimenti tas-sajd bit-tartaruni jassiguraw l-imbarkazzjoni ta’ mill-inqas osservatur xjentifiku wieħed għal kull bastiment, sal-limitu massimu ta’ tliet (3) bastimenti indikati b’mod aleatorju.
b) Għall-flotta ta’ bastimenti tas-sajd bil-konz jassiguraw l-imbarkazzjoni ta’ mill-inqas osservatur xjentifiku wieħed għal kull bastiment, sal-limitu massimu ta’ tliet (3) bastimenti indikati b’mod aleatorju.
c) Għall-flotta tas-sajd bil-qasba u x-xlief jassiguraw l-imbarkazzjoni ta’ mill-inqas osservatur xjentifiku wieħed għal kull bastiment, sal-limitu massimu ta’ żewġ (2) bastimenti indikati b’mod aleatorju.
Cabo Verde għandu jagħżel il-bastimenti tal-Unjoni li jimbarka osservatur, kif ukoll l-osservatur magħżul għal dawk il-bastimenti, sa mhux iktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur.
Meta joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, Cabo Verde għandu jgħarraf lill-Unjoni u lill-operatur, jew lill-aġent tiegħu, bil-bastimenti u bl-osservaturi magħżulin, kif ukoll bil-ħin li matulu l-osservatur ikun se jkun abbord kull bastiment. Cabo Verde għandu jgħarraf minnufih lill-Unjoni u lill-operatur, jew lill-aġent tiegħu, b’kull bidla fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżulin.
Cabo Verde għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti li diġà jkollhom osservatur abbord jew li diġà jkunu obbligati formalment li jimbarkaw osservatur waqt l-istaġun tas-sajd ikkonċernat fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom f’żoni oħrajn tas-sajd minbarra dawk ta’ Cabo Verde.
L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.
Kwalunkwe osservatur li jiġi imbarkat bastiment tal-Unjoni għandu jkun irċieva t-taħriġ meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza tiegħu abbord u biex iwettaq tajjeb il-kompiti ta’ osservazzjoni li għandhom isiru.
Cabo Verde jipprovdi t-taħriġ għall-osservaturi tiegħu. It-taħriġ tal-osservaturi għandu jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-proċeduri stabbiliti għall-osservazzjoni abbord il-bastimenti tal-Unjoni, bl-objettiv li jiġu armonizzati u kkoordinati l-programmi nazzjonali tal-osservaturi.
Il-Partijiet jaqblu li jesploraw l-użu possibbli ta’ sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku fil-programmi ta’ osservazzjoni tagħhom. Cabo Verde u l-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-Istati kostali l-oħra tal-Oċean Atlantiku tal-Lvant, sabiex tiġi appoġġata implimentazzjoni reġjonali miftiehma tal-programmi ta’ osservazzjoni, skont l-ICCAT.
3. Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa
Meta jħallas l-imposta, l-operatur għandu jħallas lil Cabo Verde ammont b’rata fissa ta’ EUR 200 fis-sena għal kull bastiment.
4. Paga tal-osservatur
Cabo Verde għandu jħallas il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.
5. Kundizzjonijiet tal-imbark
Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikulari t-tul ta’ żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn l-operatur jew l-aġent tiegħu u Cabo Verde.
Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-akkomodazzjoni abbord tal-osservatur għandha tikkunsidra l-istruttura teknika tal-bastiment.
L-operatur għandu jħallas l-kostijiet tal-akkomodazzjoni u tal-ikel abbord.
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li għalihom huwa jkun responsabbli sabiex jiggarantixxi s-sikurezza fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.
L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari għall-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u għall-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment li huma marbutin b’mod dirett ma’ dmirijietu.
6. Obbligi tal-osservatur
Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:
a)
jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd;
b)
jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jinsabu abbord;
c)
jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument tal-bastiment.
7. L-imbark u l-iżbark tal-osservatur
L-osservatur għandu jimbarka f’port magħżul mill-operatur.
L-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jgħarraf lil Cabo Verde, tal-inqas 10 ijiem qabel l-imbark, bid-data, bil-ħin u bil-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż barrani, l-operatur għandu jħallas l-kostijiet tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark.
Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti għall-imbarkazzjoni fi żmien 12-il siegħa wara d-data u l-ħin stabbiliti, l-operatur għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jippermetti lill-osservatur jimbarka. Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u li jibda l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu.
Meta l-osservatur ma jitniżżilx f’port ta’ Cabo Verde, l-operatur għandu jiżgura r-ritorn tal-osservatur lura lejn Cabo Verde mill-aktar fis possibbli, u għandu jagħmel dan bi spejjeż tiegħu.
8. Il-kompiti tal-osservatur
L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
a)
josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;
b)
jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu;
c)
jieħu kampjunar bijoloġiku fil-kuntest ta’ programm xjentifiku;
d)
jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;
e)
jivverifika d-data dwar il-qabdiet għaż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde reġistrata fil-ġurnal ta’ abbord;
f)
jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet aċċessorji u jagħti stima tal-qabdiet skartati;
g)
jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, bil-faks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, inkluż il-kwantità ta’ qabdiet ewlenin u aċċessorji abbord.
9. Rapport tal-osservatur
Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jippreżenta rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fuq ir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.
L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lil Cabo Verde, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-Unjoni fi żmien 8 ijiem mill-iżbark tal-osservatur.
_____________________________________
APPENDIĊIJIET TAL-ANNESS
Appendiċi 1 – Żona tas-sajd ta’ Cabo Verde
Appendiċi 2 – Miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni
Appendiċi 3 – Informazzjoni ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni skont dan il-Protokoll
Appendiċi 4 – Formola ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni
Appendiċi 4a - Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta ssir applikazzjoni għal-liċenzja fil-qafas tal-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim dwar is-Sajd ta’ Cabo Verde u l-Unjoni Ewropea
Appendiċi 5 – Linji gwida tekniċi għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), u tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd (ERS)
Appendiċi 6 – Ipproċessar tad-data personali
APPENDIĊI 1
ŻONA TAS-SAJD TA’ CABO VERDE
Iż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde tasal sa 200 mil nawtiku mil-linji bażi li ġejjin:
Punti
|
Latitudni tat-Tramuntana
|
Lonġitudni tal-Punent
|
Gżira
|
A.
|
14° 48′ 43,17″
|
24° 43′ 48,85″
|
I. Brava
|
C-P1 a Rainha
|
14° 49′ 59,10″
|
24° 45′ 33,11″
|
—
|
C-P1 a Faja
|
14° 51′ 52,19″
|
24° 45′ 09,19″
|
—
|
D-P1 Vermelharia
|
16° 29′ 10,25″
|
24° 19′ 55,87″
|
S. Nicolau
|
E.
|
16° 36′ 37,32″
|
24° 36′ 13,93″
|
Ilhéu Raso
|
F-P1 a da Peça
|
16° 54′ 25,10″
|
25° 18′ 11,00″
|
Santo Antão
|
F.
|
16° 54′ 40,00″
|
25° 18′ 32,00″
|
—
|
G-P1 a Camarín
|
16° 55′ 32,98″
|
25° 19′ 10,76″
|
—
|
H-P1 a Preta
|
17° 02′ 28,66″
|
25° 21′ 51,67″
|
—
|
I-P1 A Mangrade
|
17° 03′ 21,06″
|
25° 21′ 54,44″
|
—
|
J-P1 a Portinha
|
17° 05′ 33,10″
|
25° 20′ 29,91″
|
—
|
K-P1 a do Sol
|
17° 12′ 25,21″
|
25° 05′ 56,15″
|
—
|
L-P1 a Sinagoga
|
17° 10′ 41,58″
|
25° 01′ 38,24″
|
—
|
M-Pta Espechim
|
16° 40′ 51,64″
|
24° 20′ 38,79″
|
S. Nicolau
|
N-Pta Norte
|
16° 51′ 21,13″
|
22° 55′ 40,74″
|
Sal
|
O-Pta Casaca
|
16° 50′ 01,69″
|
22° 53′ 50,14″
|
—
|
P-Ilhéu Cascalho
|
16° 11′ 31,04″
|
22° 40′ 52,44″
|
Boa Vista
|
Pl-Ilhéu Baluarte
|
16° 09′ 05,00″
|
22° 39′ 45,00″
|
—
|
Q-Pta Roque
|
16° 05′ 09,83″
|
22° 40′ 26,06″
|
—
|
R-Pta Flamengas
|
15° 10′ 03,89″
|
23° 05′ 47,90″
|
Maio
|
S.
|
15° 09′ 02,21″
|
23° 06′ 24,98″
|
Santiago
|
T.
|
14° 54′ 10,78″
|
23° 29′ 36,09″
|
—
|
U-D. Maria Pia
|
14° 53′ 50,00″
|
23° 30′ 54,50″
|
I. de Fogo
|
V-Pta Pesqueiro
|
14° 48′ 52,32″
|
24° 22′ 43,30″
|
I. Brava
|
X-Pta Nho Martinho
|
14° 48′ 25,59″
|
24° 42′ 34,92″
|
—
|
II >
|
14° 48′ 43,17″
|
24° 43′ 48,85″
|
|
Skont it-Trattat li r-Repubblika ta’ Cabo Verde u r-Repubblika tas-Senegal iffirmaw bejniethom fis-17 ta’ Frar 1993, il-fruntiera marittima mas-Senegal hija delimitata mill-punti li ġejjin:
Punti
|
Latitudni tat-Tramuntana
|
Lonġitudni tal-Punent
|
A
|
13° 39′ 00″
|
20° 04′ 25″
|
B
|
14° 51′ 00″
|
20° 04′ 25″
|
C
|
14° 55′ 00″
|
20° 00′ 00″
|
D
|
15° 10′ 00″
|
19° 51′ 30″
|
E
|
15° 25′ 00″
|
19° 44′ 50″
|
F
|
15° 40′ 00″
|
19° 38′ 30″
|
G
|
15° 55′ 00″
|
19° 35′ 40″
|
H
|
16° 04′ 05″
|
19° 33′ 30″
|
Skont it-Trattat li r-Repubblika ta’ Cabo Verde u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania ffirmaw bejniethom, il-fruntiera marittima bejn iż-żewġ pajjiżi hija delimitata mill-punti li ġejjin:
Punti
|
Latitudni tat-Tramuntana
|
Lonġitudni tal-Punent
|
H
|
16° 04,0′
|
019° 33,5′
|
I
|
16° 17,0′
|
019° 32,5′
|
J
|
16° 28,5′
|
019° 32,5′
|
K
|
16° 38,0′
|
019° 33,2′
|
L
|
17° 00,0′
|
019° 32,1′
|
M
|
17° 06,0′
|
019° 36,8′
|
N
|
17° 26,8′
|
019° 37,9′
|
O
|
17° 31,9′
|
019° 38,0′
|
P
|
17° 44,1′
|
019° 38,0′
|
Q
|
17° 53,3′
|
019° 38,0′
|
R
|
18° 02,5′
|
019° 42,1′
|
S
|
18° 07,8′
|
019° 44,2′
|
T
|
18° 13,4′
|
019° 47,0′
|
U
|
18° 18,8′
|
019° 49,0′
|
V
|
18° 24,0′
|
019° 51,5′
|
X
|
18° 28,8′
|
019° 53,8′
|
Y
|
18° 34,9′
|
019° 56,0′
|
Z
|
18° 44,2′
|
020° 00,0′
|
APPENDIĊI 2
MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI
1. Miżuri li japplikaw għall-kategoriji kollha:
a)
|
Speċijiet ipprojbiti:
F’konformità mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċijiet Migratorji tal-Annimali Selvaġġi u mar-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT, huwa pprojbit is-sajd għall-manta ġganta (Manta birostris), għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja tal-iSphyrnidae (ħlief għall-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) u għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis).
Is-sajd għall-kelb il-baħar balena (Rhincondon typus) huwa pprojbit f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Cabo Verde.
Projbizzjoni tat-tneħħija tal-pinen tal-kelb il-baħar: għandha tkun projbita t-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar minn fuq bastimenti, u ż-żamma abbord, it-trażbord u t-tniżżil l-art tal-pinen tal-klieb il-baħar. Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, sabiex ikun iffaċilitat il-ħżin abbord, il-pinen tal-kelb il-baħar jistgħu jinqatgħu b’mod parzjali u jintwew għal fuq il-karkassa, iżda ma jistgħux jitneħħew minn mal-karkassa qabel ma din tiġi żbarkata.
|
b)
|
Trażbord fuq il-baħar:
It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit. Kull trażbord irid isir fl-ilmijiet ta’ port ta’ Cabo Verde li jkun awtorizzat għal dan il-għan.
|
2. Miżuri speċifiċi
SKEDA 1: BASTIMENTI TAT-TONN BIL-QASAB U X-XLIEF
1)
Żona tas-sajd: lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi.
2)
Irkaptu awtorizzat: il-qasab u x-xlief.
3)
Speċijiet fil-mira: it-tonn isfar (Thunnus albacares), it-tonn obeż (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis).
4)
Qabdiet aċċessorji: ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.
5)
Lixki ħajjin: Sajd bil-lixka ħajja
Is-sajd bil-lixka għandu jkun limitat għal numru ta’ jiem fix-xahar li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni Konġunta. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar l-arranġamenti prattiċi sabiex ikun permess is-sajd jew il-ġbir tal-lixka ħajja meħtieġ għall-attivitajiet ta’ dawn il-bastimenti ta’ din il-kategorija. Meta dawn l-attivitajiet isiru f’żoni sensittivi jew b’irkaptu mhux konvenzjonali, dawn l-arranġamenti għandhom jiġu ddeterminati abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Istitut Xjentifiku ta’ Cabo Verde u bi qbil mal-awtoritajiet ta’ Cabo Verde.
SKEDA 2: BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUNI
1)
Żona tas-sajd: lil hinn minn 18-il mil nawtiku mil-linja bażi, filwaqt li titqies in-natura ta’ arċipelagu taż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde.
2)
Irkaptu awtorizzat: it-tartaruni.
3)
Speċijiet fil-mira: it-tonn isfar (Thunnus albacares), it-tonn obeż (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis).
Qabdiet aċċessorji: il-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.
SKEDA 3: BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-WIĊĊ
1)
Żona tas-sajd: lil hinn minn 18-il mil nawtiku mil-linja bażi.
2)
Irkaptu awtorizzat: il-konzijiet tal-wiċċ.
3)
Speċijiet fil-mira: il-pixxispad (Xiphias gladius), il-ħuta kaħla (Prionace glauca), it-tonn isfar (Thunnus albacares) u t-tonn obeż (Thunnus obesus).
Qabdiet aċċessorji: il-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.
3. Aġġornament
Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kummissjoni Konġunta sabiex jaġġornaw dawn il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.
APPENDIĊI 3
Informazzjoni ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni skont dan il-Protokoll
I - Għall-Unjoni:
Il-Kummissjoni Ewropea – id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE)
L-indirizz postali: Rue Joseph II 99 — 1049 Brussell — IL-BELĠJU
Posta elettronika:
MARE-B3@ec.europa.eu
Applikazzjoni għal-liċenzji, għall-formoli ta’ spezzjoni, għan-notifiki ta’ rapporti ta’ ksur:
Posta elettronika:
MARE-LICENCES@ec.europa.eu
Monitoraġġ tal-qabdiet:
Posta elettronika:
MARE-CATCHES@ec.europa.eu
Konnessjoni ERS VMS permezz ta’ FLUX:
Posta elettronika:
fish-fidesinfo@ec.europa.eu
II - Għal Cabo Verde:
DNPA- DIREÇÃO NACIONAL DE PESCA E AQUACULTURA
Cova de Inglesa (Edifício do Campus do Mar)
C. Postal 132 Mindelo São Vicente República de Cabo Verde
Telefown: + 238 230 00 68 / 986 48 25
Posta elettronika:
acordo.dgpescas@dgpescas.gov.cv
COSMAR – CENTRO DE OPERAÇÕES DE SEGURANÇA MARÍTIMA
Antigo Aeroporto da Praia- Achada Grande Frente -Ilha Santiago
República de Cabo Verde
Telefown: + 238 2631043
Posta elettronika:
cosmar.secretaria@gmail.com
IGP - INSPEÇÃO GERAL DAS PESCAS
Avenida Marginal, Mindelo, Cabo Verde
(Edifício do Ex-Comando Naval, Mindelo São Vicente
C. Postal 34 - Telefown: + 238 230 00 85 / 238 516 26 52
238 991 77 84
Posta elettronika:
IMAR - INSTITUTO DO MAR
Cova de Inglesa (Edifício do Campus do Mar)
C. Postal 132 Mindelo São Vicente República de Cabo Verde
Telefown: + 238232 13 73/74
Posta elettronika:
gabinete.cd@imar.gov.cv
APPENDIĊI 4
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI GĦAS-SAJD
FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN CABO VERDE U L-UNJONI EWROPEA
I. L-APPLIKANT
|
1.
|
Isem l-applikant:
|
|
2.
|
Isem l-organizzazzjoni tal-produtturi (OP) jew sid il-bastiment:
|
|
3.
|
Indirizz tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ sid il-bastiment:
|
|
4.
|
Numru tat-telefown:
Numru tal-faks:
Indirizz tal-posta elettronika:
|
|
5.
|
Isem il-kaptan:
Nazzjonalità:
Indirizz tal-posta elettronika:
|
|
6.
|
Isem l-aġent lokali u l-indirizz tiegħu:
|
II. IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT
|
7.
|
Isem il-bastiment:
|
|
8.
|
Stat tal-bandiera:
Port tar-reġistrazzjoni:
|
|
9.
|
Immarkar estern:
MMSI:
Numru tal-OMI:
|
|
10.
|
Data tar-reġistrazzjoni tal-bandiera attwali (JJ/XX/SSSS): …/…/…
Bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm):
|
|
11.
|
Post tal-kostruzzjoni:
|
Data (JJ/XX/SSSS): …/…/…
|
|
|
12.
|
Frekwenza tas-sejħa bir-radju: HF:
|
VHF:
|
|
|
13.
|
Numru tat-telefown bis-satellita:
|
IRCS:
|
|
III. KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT
|
14.
|
Tul totali tal-bastiment (f’metri):
Wisa’ totali (f’metri):
|
Tunnellaġġ (mogħti f’TG skont il-konvenzjoni ta’ Londra):
|
15.
|
Tip ta’ magna:
Qawwa tal-magna (f’kW):
|
|
16.
|
Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ:
|
|
17.
|
Metodu ta’ konservazzjoni abbord:
☐ bis-silġ
☐ żamma fil-friġġ
☐ metodu mħallat
☐ żamma fil-friża
|
|
18.
|
Kapaċità ta’ pproċessar kuljum (fuq 24 siegħa) f’tunnellati:
|
Għadd ta’ stivi għall-ħut:
Kapaċità totali tal-istivi għall-ħut (f’m3):
|
19.
|
VMS. Dettalji dwar l-istrument għall-monitoraġġ awtomatiku tal-pożizzjoni:
|
Manifattur:
Mudell:
Numru tas-serje:
Verżjoni tas-software:
Operatur tas-satellita (MCSP):
IV. ATTIVITÀ TAS-SAJD
|
20.
|
Irkaptu tas-sajd awtorizzat:
☐ tartaruni tal-borża
☐ konzijiet
☐ qasab u xlief
|
|
21.
|
Post fejn isir l-iżbark tal-qabdiet:
|
|
22.
|
Perjodu ta’ liċenzja mitlub minn (JJ/XX/SSSS) …/…/… sa (JJ/XX/SSSS)
|
|
|
|
Jien, il-firmatarju t’hawn taħt, niċċertifika li l-informazzjoni mogħtija f’din il-formola hija veru u korretta u ġenwina.
Magħmul fi …, nhar il-…/…/...
Firma tal-applikant: …
APPENDIĊI 4A
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta ssir applikazzjoni għal-liċenzja fil-qafas tal-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim dwar is-Sajd ta’ Cabo Verde u l-Unjoni Ewropea
L-informazzjoni li ġejja relatata mal-applikant, ma’ sid il-bastiment, mal-identifikazzjoni tal-bastiment, mad-data teknika tiegħu u mal-perjodu kkonċernat għandha tkun obbligatorja, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
–Isem l-applikant
–Nru tat-telefown tal-applikant
–Indirizz tal-posta elettronika tal-applikant:
–Isem sid il-bastiment
–Indirizz ta’ sid il-bastiment:
–Isem il-kaptan
–Nazzjonalità tal-kaptan:
–Indirizz tal-posta elettronika tal-kaptan:
–Isem l-aġent lokali u l-indirizz tiegħu
–Isem il-bastiment
–Stat tal-bandiera
–Port tar-reġistrazzjoni
–L-IRCS
–Immarkar estern
–MMSI
–Nru tal-OMI (fejn dan ikun applikabbli)
–Nru tal-ICCAT
–Data tar-reġistrazzjoni tal-bandiera attwali
–Bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm)
–Post tal-kostruzzjoni
–Data tal-kostruzzjoni
–Frekwenza tas-sejħa bir-radju
–Numru tat-telefown bis-satellita
–Tul totali (metri):
–Tunnellaġġ (mogħti f’TG skont il-konvenzjoni ta’ Londra):
–Tip ta’ magna
–Qawwa tal-magna (f’kW)
–Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord
–Nazzjonalitajiet tal-membri tal-ekwipaġġ abbord
–Metodu ta’ konservazzjoni abbord
–Kapaċità ta’ pproċessar kuljum (fuq 24 siegħa) f’tunnellati
–Għadd ta’ stivi għall-ħut
–Kapaċità totali tal-istivi għall-ħut (f’m3)
–Manifattur tal-VMS (fakultattiv).
–Mudell tal-VMS (fakultattiv)
–Numru tas-serje tal-VMS (fakultattiv).
–Verżjoni tas-software tal-VMS (fakultattiv)
–Operatur tas-satellita (fakultattiv).
–Irkaptu tas-sajd awtorizzat:
–Post fejn isir l-iżbark tal-qabdiet
–Data tal-bidu tal-awtorizzazzjoni mitluba
–Data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni mitluba
APPENDIĊI 5
Linji gwida tekniċi għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), u tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd (ERS)
Taqsima 1 - Dispożizzjonijiet komuni għat-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u l-implimentazzjoni tal-VMS mill-Partijiet; il-kontinwità tal-operazzjonijiet
(1)Il-bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx jitqiesu li huma f’nuqqas ta’ konformità f’każ ta’ ħsara teknika fit-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment jew fit-trażmissjoni tad-data dwar l-attività tas-sajd (minn hawn ’il quddiem “data tal-VMS”) bejn iċ-ĊMS ikkonċernati.
(2)Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu konnessjoni bl-użu tas-software FLUX Transportation Layer ipprovdut mill-Kummissjoni Ewropea u jimplimentaw il-format UN/FLUX. Cabo Verde għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu jkun kompatibbli mas-sistema tal-Unjoni.
(3)Iż-żewġ Partijiet jimplimentaw ambjent ta’ aċċettazzjoni għall-iskop ta’ ttestjar, qabel ma jużaw l-ambjent tal-produzzjoni. L-Unjoni se tibgħat messaġġi ta’ ttestjar liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde fl-ambjent ta’ aċċettazzjoni. Ladarba jkunu għaddew it-testijiet, iż-żewġ partijiet jaqblu dwar id-data minn meta tintbagħat id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u d-data tal-ERS awtomatikament permezz tas-software FLUX
(4)Sa dik id-data, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment tal-Unjoni u d-data tal-ERS għandhom jitwettqu bl-użu tal-formati u l-arranġamenti diġà fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.
(5)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull bidla f’dawn l-indirizzi.
(6)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandhom jinfurmaw malajr kemm jista’ jkun lil xulxin bi kwalunkwe interruzzjoni tal-komunikazzjonijiet awtomatiċi, għandhom jistabbilixxu mill-ġdid il-komunikazzjonijiet awtomatiċi u għandhom jinnotifikaw lill-Parti l-oħra li huma ġew stabbiliti mill-ġdid. Il-Kummissjoni Konġunta għandha tipprova ssolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.
(7)Jekk l-interruzzjoni ddum għal aktar minn 24 siegħa, id-data għandha tiġi pprovduta miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tal-posta elettronika bi frekwenza preskritta fit-Taqsimiet 2 u 3 sakemm jerġgħu jibdew il-komunikazzjonijiet awtomatiċi.
(8)Id-data affettwata mill-interruzzjoni tiġi rritornata wkoll bl-użu ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni awtomatiċi ladarba tiġi rrestawrata.
(9)Kull waħda mill-Partijiet għandha tiżgura l-konsistenza tad-data, inkluż l-iżgurar li l-filtri xierqa jiġu integrati fis-sistemi tagħhom u applikati għad-data biex jiġi żgurat li tiġi kkunsidrata biss id-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde.
Taqsima 2- Rekwiżiti tekniċi għat-trażmissjoni tad-data tal-VMS
1. Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment bl-użu tal-konnessjoni ċentralizzata pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tiġi rreġistrata b’mod sigur u għandha tinżamm għal perjodu ta’ 3 snin mill-Partijiet.
L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.
2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema ta’ sorveljanza tal-bastiment
Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde b’sistema ta’ sorveljanza tal-bastiment difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull 4 sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde dwar din il-bidla. Id-data dwar il-pożizzjoni mbagħad tiġi trażmessa b’din il-frekwenza.
Iċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull interruzzjoni fir-riċezzjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.
F’każ li l-ħsara taffettwa s-sistemi elettroniċi taħt il-kontroll tal-Unjoni, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jikkomunika kull 24 siegħa l-messaġġi kollha dwar il-pożizzjoni li jkun irċieva liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde, permezz tal-posta elettronika. Dan l-iskambju jista’ jintalab miċ-ĊMS ta’ Cabo Verde liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera jekk il-ħsara tikkonċerna s-sistema tiegħu, u minkejja l-isforzi li jkunu saru biex dan jiġi solvut, il-ħsara tippersisti għal aktar minn 48 siegħa.
L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom javżaw lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tagħhom sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qegħdin iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data tal-pożizzjoni tal-bastimenti.
L-istruttura tal-messaġġi li jikkomunikaw id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment lil Cabo Verde
Data
|
Kodiċi
|
Obbligatorju (O)/Fakultattiv (F)
|
Kontenut
|
Bidu tar-reġistrazzjoni
|
SR
|
O
|
Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni
|
Destinatarju
|
AD
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)
|
Speditur
|
FR
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż speditur (ISO-3166)
|
Stat tal-bandiera
|
FS
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)
|
Tip ta’ messaġġ
|
TM
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN)
|
Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS)
|
RC
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS)
|
Numru ta’ referenza intern tal-parti kontraenti
|
IR
|
F
|
Dettall dwar il-bastiment – Numru uniku tal-Parti kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi Alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru
|
Identifikatur Uniku tal-Bastiment (numru tal-OMI)
|
IM
|
O
|
Data relatata mal-bastiment - numru IMO
Obbligatorja jekk il-bastiment ikollu numru bħal dan
|
Numru tar-reġistrazzjoni estern
|
XR
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)
|
Latitudni
|
LT
|
O
|
Dettalji dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Latitudni tal-pożizzjoni fi gradi deċimali (WGS84) +/-DD.ddd. Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma għandux jiġi trażmess. Iż-żerijiet ta’ quddiem jistgħu jitħallew barra. Il-valur għandu jkun bejn -90 u +90.
|
Lonġitudni
|
LG
|
O
|
Dettalji dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Lonġitudni tal-pożizzjoni fi gradi deċimali (WGS84) +/-DDD.ddd. Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma għandux jiġi trażmess. Iż-żerijiet ta’ quddiem jistgħu jitħallew barra. Il-valur għandu jkun bejn -180 u +180.
|
Cap
|
CO
|
O
|
Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360° grad
|
Veloċità
|
SP
|
O
|
Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull 10 mili nawtiċi
|
Data
|
DA
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)
|
Ħin
|
IT
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)
|
Tmiem tar-reġistrazzjoni
|
ER
|
O
|
Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni
|
Taqsima 3 - Rekwiżiti tekniċi għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tas-sajd u l-komunikazzjoni tas-data tal-VMS
1. Meta jkun fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni maħruġa skont dan il-Protokoll għandu
a) jirreġistra kull dħul fiż-żona tas-sajd u kull ħruġ minnha permezz ta’ messaġġ speċifiku li jkun fih il-kwantitajiet ta’ kull speċi li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta’ dan id-dħul fiż-żona tas-sajd jew ta’ dan il-ħruġ minnha, kif ukoll id-data, il-ħin u l-pożizzjoni li fihom ikun se jsir dan id-dħul jew dan il-ħruġ. Dan il-messaġġ għandu jintbagħat liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde permezz tal-ERS jew b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni sa sagħtejn qabel dan id-dħul jew dan il-ħruġ;
b) jirreġistra l-pożizzjoni tal-bastiment kuljum f’nofsinhar jekk ma tkun twettqet l-ebda attività tas-sajd;
c) għal kull operazzjoni tas-sajd li tkun twettqet, jirreġistra l-pożizzjoni fejn din tkun twettqet, it-tip ta’ rkaptu li jkun intuża u l-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda, u jagħmel distinzjoni bejn il-qabdiet li jkunu nżammu abbord u dawk li jkunu ġew skartati. Kull speċi trid tiġi identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha, waqt li l-kwantitajiet iridu jingħataw f’kilogrammi ta’ piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali;
d) jibgħat lill-Istat tal-bandiera tiegħu, kuljum u sa mhux iktar tard minn nofsillejl, id-data li tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd. Din id-data trid tintbagħat għal kull jum li l-bastiment iqatta’ fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, anke jekk ma tkun saret l-ebda qabda. Trid tintbagħat ukoll qabel ma l-bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd.
2. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jqiegħed id-data dwar l-ERS għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS ta’ Cabo Verde. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji (il-messaġġi COE, COX u PNO) mill-ERS liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde. Darba kuljum, dan jibgħat awtomatikament messaġġi tal-ERS oħra mill-bastiment.
3. Sakemm jintemmu l-fażijiet tal-ittestjar previsti fit-Taqsima 1:
- id-data għandha tiġi trażmessa permezz tad-DEH (id-“Data Exchange Highway”) fil-format EU-ERS (fil-verżjoni 3.1 tiegħu).
- in-notifiki tat-trażbord għandhom isiru bil-posta elettronika lill-awtorità kompetenti ta’ Cabo Verde
- il-messaġġi istantanji biss (COE, qabda mad-dħul; COX, qabda mal-ħruġ; PNO, notifika minn qabel) jiġu trażmessi awtomatikament u mingħajr dewmien. It-tipi l-oħra ta’ messaġġi huma disponibbli għal talba awtomatika miċ-ĊME ta’ Cabo Verde. Minn meta jiġi implimentat b’mod effettiv il-format UN/FLUX, dan l-aħħar mod ta’ trażmissjoni għandu jintuża biss għal talbiet speċifiċi għal data storika.
4. Id-data tiġi trażmessa skont il-format u l-proċessi deskritti fid-dokument ta’ implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.
5. Iċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu billi jibgħat messaġġ ta’ ritorn li fih jikkonferma l-wasla tad-data u l-validità tal-messaġġ li huwa rċieva. Ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla fil-każ tad-data li ċ-ĊMS ta’ Cabo Verde jirċievi bi tweġiba għal talba li jkun għamel huwa stess.
6. Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, iċ-ĊMS għandu jgħarraf lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew lir-rappreżentant jew rappreżentanti tagħhom mingħajr dewmien b’dan. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data li tkun nieqsa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera b’kull mezz xieraq ta’ telekomunikazzjoni kuljum sa mhux iktar tard minn nofsillejl.
7. F’każ ta’ ħsara fis-sistema ta’ trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien 10 ijiem minn meta jindunaw bil-ħsara. Ladarba jgħaddi dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd u jkollu joħroġ minn din iż-żona jew jidħol f’port ta’ Cabo Verde fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun jista’ jitlaq minn dak il-port jew jerġa’ jidħol fiż-żona tas-sajd biss meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun aċċerta ruħu li l-ERS qed terġa’ taħdem kif suppost.
8. Jekk iċ-ĊMS ta’ Cabo Verde ma jirċevix id-data tal-ERS minħabba ħsara fis-sistemi elettroniċi taħt il-kontroll tal-Unjoni, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jikkomunika liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde kull 24 siegħa bil-posta elettronika, il-messaġġi tal-ERS kollha riċevuti mill-bastimenti tagħhom matul din il-ħsara.
9. Jekk in-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data jkun dovut għal ħsara fis-sistemi elettroniċi taħt is-superviżjoni ta’ Cabo Verde, iċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandu jikkuntattja liċ-ĊMS tal-Istati tal-bandiera u ċ-ĊMS għandu jaqbel dwar l-arranġamenti għat-trażmissjoni mill-ġdid tad-data nieqsa. L-Istati tal-bandiera għandhom jittrażmettu mill-ġdid id-data f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
10. L-istess proċedura tista’ tintuża fuq talba ta’ Cabo Verde f’każ ta’ operazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ iktar minn 24 siegħa li taffettwa s-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni jew ta’ Cabo Verde.
11. Cabo Verde għandu jgħarraf lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qed jonqsu milli jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtu d-data tal-ERS tagħhom.
Appendiċi 6
Ipproċessar tad-data personali
1.
Definizzjonijiet u kamp ta’ applikazzjoni
1.1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu y tal-Ftehim dwar is-Sajd Sostenibbli u d-definizzjonijiet li ġejjin:
a. “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (minn hawn ’il quddiem imsejħa s-“suġġett tad-data”); titqies bħala identifikabbli l-persuna fiżika li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data dwar il-post;
b. “ipproċessar”: kwalunkwe attività jew sett ta’ attivitajiet li jitwettqu fuq id-data personali jew fuq settijiet tad-data personali, sew jekk b’mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, id-divulgazzjoni bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew l-interkonnessjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
c. “awtorità tat-trasferiment”: l-awtorità pubblika li tibgħat id-data personali;
d. “awtorità destinatarja”: l-awtorità pubblika li tirċievi d-data personali;
e. “ksur tad-data”: ksur tas-sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-id-divulgazzjoni mhux awtorizzata aċċidentali jew illegali tad-data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, jew l-aċċess mhux awtorizzat għaliha;
f. “trasferiment ulterjuri”: it-trasferiment tad-data personali minn parti riċeventi lil entità li ma hijiex parti firmatarja f’dan il-Protokoll (“parti terza”);
g. “awtorità ta’ kontroll”: awtorità pubblika indipendenti responsabbli għas-superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, sabiex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.
1.2. Kamp ta’ applikazzjoni
Il-persuni kkonċernati minn dan il-Protokoll huma b’mod partikolari l-persuni fiżiċi li huma sidien ta’ bastimenti tas-sajd, ir-rappreżentanti tagħhom, il-kaptan u l-ekwipaġġ li jservu abbord bastimenti tas-sajd li joperaw skont dan il-Protokoll.
Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u sussegwentement ipproċessata:
— l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment;
— l-attivitajiet ta’ bastiment jew dawk relatati miegħu, il-pożizzjoni u l-movimenti tiegħu, l-attività tas-sajd tiegħu jew l-attività tiegħu marbuta mas-sajd, miġbura permezz ta’ kontrolli, spezzjonijiet jew osservaturi;
— id-data dwar is-sid(ien) tal-bastiment jew tar-rappreżentant tiegħu/tagħhom, bħall-isem, in-nazzjonalità, id-dettalji ta’ kuntatt professjonali u l-kont bankarju professjonali,
— id-data dwar l-aġent lokali, bħall-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali,
— id-data dwar il-kaptani u l-membri tal-ekwipaġġ, bħall-isem, in-nazzjonalità, il-pożizzjoni u, fil-każ tal-kaptan, id-dettalji ta’ kuntatt,
— id-data relatata mas-sajjieda imbarkati, bħall-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, it-taħriġ, iċ-ċertifikat tas-saħħa.
1.3. Awtoritajiet responsabbli
L-awtorità responsabbli għall-ipproċessar tad-data hija l-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera għall-Unjoni u Cabo Verde.
2.
Salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali
2.1. Limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data
Id-data personali mitluba u ttrasferita skont dan il-Protokoll hija adegwata, rilevanti u limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, jiġifieri għall-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u għall-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet imwettqa mill-bastimenti tal-UE. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw data personali skont dan il-Protokoll biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti f’dan il-Protokoll.
Id-data riċevuta mhux se tiġi pproċessata għal skop differenti minn dawk imsemmija hawn fuq, jew se tiġi anonimizzata.
Fuq talba, l-awtorità destinatarja għandha tgħarraf lill-awtorità tat-trasferiment dwar l-użu tad-data pprovduta mingħajr dewmien.
2.2. Preċiżjoni
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data personali ttrasferita skont dan il-Protokoll tkun preċiża, attwali u, fejn xieraq, aġġornata regolarment skont l-għarfien tal-awtorità tat-trasferiment. Jekk waħda mill-Partijiet issib li d-data personali trasferita jew riċevuta ma tkunx preċiża, hija għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien u tipproċedi għall-korrezzjonijiet u għall-aġġornamenti meħtieġa.
2.3. Limitazzjoni tal-ħżin
Id-data personali ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-objettiv li għalih tkun ġiet skambjata, u għandha tinżamm għal massimu ta’ sena wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll sakemm id-data personali ma tkunx meħtieġa biex tippermetti s-segwitu ta’ ksur tal-liġi, spezzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. F’dan il-każ, id-data tista’ tinżamm sakemm ikun meħtieġ biex jiġi segwit il-ksur jew l-ispezzjoni jew sal-konklużjoni finali tal-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi.
Jekk id-data personali tinħażen għal żmien itwal, din għandha tiġi anonimizzata.
2.4. Sigurtà u kunfidenzjalità
Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’tali mod li tiġi żgurata s-sigurtà xierqa tagħha, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali. L-awtoritajiet inkarigati mill-ipproċessar jindirizzaw kull ksur tad-data u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv ta’ ksur ta’ data personali u jtaffu l-effetti negattivi possibbli tiegħu. L-awtorità destinatarja għandha tinnotifika dan il-ksur lill-awtorità tat-trasferiment malajr kemm jista’ jkun u dawn għandhom jikkooperaw kif meħtieġ ma’ xulxin b’mod reċiproku u f’waqtu sabiex kull waħda minn dawk l-awtoritajiet tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn ksur tad-data personali skont il-qafas legali nazzjonali tagħhom.
Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw li l-ipproċessar jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.
2.5 Rettifika jew tħassir
Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tat-trasferiment u destinatarja jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżguraw mingħajr dewmien ir-rettifika jew it-tħassir, kif xieraq, tad-data personali meta l-ipproċessar ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari minħabba li din id-data ma tkunx adegwata, rilevanti, preċiża jew eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar.
Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bi kwalunkwe rettifika jew tħassir.
2.6. Trasparenza
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li s-suġġetti tad-data jiġu informati, permezz ta’ notifika individwali u bil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ftehim fuq is-siti web tagħhom, dwar il-kategoriji tad-data trasferita u pproċessata ulterjorment, dwar il-mod kif tiġi pproċessata d-data personali, dwar l-għodda rilevanti użata għat-trasferiment, dwar l-iskop tal-ipproċessar, dwar il-partijiet terzi jew il-kategoriji ta’ partijiet terzi li lilhom l-informazzjoni tista’ tiġi ttrasferita sussegwentement, dwar id-drittijiet u l-mekkaniżmi individwali disponibbli biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu rimedju, kif ukoll dwar id-dettalji ta’ kuntatt għall-bidu ta’ tilwima jew ilment.
2.7. Trasferiment ulterjuri
L-awtorità destinatarja għandha tittrasferixxi d-data personali riċevuta skont dan il-Protokoll lil parti terza stabbilita f’pajjiż għajr l-Istati Membri tal-bandiera jekk dan ikun iġġustifikat minn objettiv importanti ta’ interess pubbliku, rikonoxxut ukoll fil-qafas legali applikabbli għall-awtorità tat-trasferiment, u jekk ir-rekwiżiti l-oħra tal-Appendiċi (inklużi l-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data) humiex issodisfati; u
a. jekk il-pajjiż li fih tinsab il-parti terza jew li fih tibbenefika l-organizzazzjoni internazzjonali minn deċiżjoni ta’ adegwatezza adottata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 (deċiżjoni ta’ adegwatezza) li tkopri t-trasferiment sussegwenti; jew
b. f’każijiet speċifiċi, fejn dan it-trasferiment ikun meħtieġ biex l-awtorità tat-trasferiment tissodisfa l-obbligi tagħha lejn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd; jew
c. b’mod eċċezzjonali u fejn jitqies meħtieġ, il-parti terza tintrabat li tipproċessa d-data biss għall-iskop(ijiet) speċifiku/speċifiċi li għalih(om) tiġi sussegwentement ittrasferita u li tħassarha immedjatament ladarba l-ipproċessar ma jibqax meħtieġ għal dan il-għan.
3.
Drittijiet tas-suġġetti tad-data
3.1. Aċċess għad-data personali
Fuq talba ta’ persuna kkonċernata, l-awtoritajiet destinatarji għandhom:
a. jikkonfermaw lis-suġġett tad-data jekk id-data personali dwaru hijiex qiegħda tiġi pproċessata jew le;
b. jipprovdu informazzjoni dwar l-iskop tal-ipproċessar, il-kategoriji tad-data personali, il-perjodu ta’ ħżin (jekk possibbli), id-dritt li tintalab rettifika/tħassir, id-dritt li jitressaq ilment, eċċ.;
c. jipprovdu kopja tad-data personali;
d. jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar il-garanziji applikabbli.
3.2. Korrezzjoni tad-data personali
Fuq talba ta’ persuna kkonċernata, l-awtorità destinatarja għandha tirrettifika d-data personali tagħha li ma tkunx kompluta, ma tkunx preċiża jew tkun skaduta.
3.3. Tħassir tad-data personali
Fuq talba ta’ persuna kkonċernata, l-awtoritajiet destinatarji għandhom:
a. iħassru d-data personali dwarha li tkun ġiet ipproċessata b’mod li ma jkunx konformi mas-salvagwardji stabbiliti f’dan il-Protokoll;
b. iħassru d-data personali li tikkonċernaha li ma tkunx għadha meħtieġa għall-iskopijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata legalment.
c. iwaqqfu l-ipproċessar tad-data personali jekk is-suġġett tad-data joġġezzjona għaliha għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data.
3.4. Arranġamenti dettaljati
L-awtorità destinatarja għandha twieġeb fi żmien raġonevoli u f’waqtha, u fi kwalunkwe każ, mhux iktar tard minn xahar mit-talba, għal talba minn persuna kkonċernata dwar l-aċċess għad-data personali tagħha, jew ir-rettifika u t-tħassir tagħha. L-awtorità destinatarja tista’ tieħu miżuri xierqa, bħall-ġbir tal-kostijiet raġonevoli biex ikopru l-kostijiet amministrattivi jew ir-rifjut li tiġi ssodisfata talba ċarament infondata jew eċċessiva.
Fil-każ ta’ tweġiba negattiva għal talba minn persuna kkonċernata, din tal-aħħar trid tiġi infurmata mill-awtorità destinatarja bir-raġunijiet għar-rifjut.
3.5. Restrizzjonijiet
Id-drittijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jkunu limitati jekk din il-limitazzjoni tkun prevista mil-liġi u tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għas-sejbien u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.
Dawn id-drittijiet jistgħu jkunu limitati wkoll biex jiżguraw kompitu ta’ kontroll, ta’ spezzjoni jew regolatorju marbut, anke kultant, mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika.
Bl-istess kundizzjonijiet, dawn jistgħu jkunu limitati wkoll għall-protezzjoni tal-persuna kkonċernata jew għad-drittijiet u għal-libertajiet ta’ oħrajn.
4.
Appell u kontroll indipendenti
4.1 Kontroll indipendenti
Il-konformità tal-ipproċessar tad-data personali ma’ dan il-Protokoll għandha tkun soġġetta għal kontroll indipendenti minn korp estern jew intern li jeżerċita kontroll indipendenti u li jkollu setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ appell.
4.2 Awtoritajiet ta’ kontroll
Għall-Unjoni, dan il-kontroll għandu jiġi eżerċitat mill-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (EDPS), meta l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-data tal-UE fejn l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Istat Membru tal-bandiera.
Għal Cabo Verde, huwa kompetenti s-CNDP.
L-awtoritajiet imsemmija hawn fuq se jittrattaw b’mod effettiv u f’waqtu l-ilmenti mis-suġġetti tad-data rigward l-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont dan il-protokoll.
4.3 Dritt għal rimedju
Kull Parti għandha tiżgura li, fl-ordni legali tagħha, persuna kkonċernata li tqis li awtorità ma ħarsitx is-salvagwardji stabbiliti fl-Artikolu 12 u f’dan l-Appendiċi, jew li tqis li kien hemm ksur fir-rigward tad-data personali tagħha, tista’ tfittex rimedju kontra dik l-awtorità sa fejn ikun permess mid-dispożizzjonijiet legali applikabbli quddiem qorti jew korp ekwivalenti.
B’mod partikolari, kwalunkwe lment kontra kwalunkwe awtorità jista’ jiġi indirizzat lill-EDPS, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u lis-CNDP, fil-każ ta’ Cabo Verde. Barra minn hekk, ċerti lmenti kontra kwalunkwe awtorità jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u quddiem il-qrati ta’ Cabo Verde.
Fil-każ ta’ tilwima jew ilment ippreżentati minn persuna kkonċernata mill-ipproċessar tad-data personali tagħha kontra l-Awtorità tat-trasferiment, l-Awtorità destinatarja jew iż-żewġ awtoritajiet, l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar dawn it-tilwim jew ilmenti u għandhom jagħmlu kull sforz biex isolvu t-tilwima jew l-ilment b’mod amikevoli kemm jista’ jkun malajr.
4.5 Data dwar il-Partijiet
Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar l-ilmenti li jirċievu dwar l-ipproċessar tad-data personali skont dan il-Protokoll u dwar ir-riżoluzzjoni tagħhom.
5.
Rieżami
Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-bidliet fil-leġiżlazzjoni tagħhom li jaffettwaw l-ipproċessar tad-data personali. Kull Parti għandha twettaq rieżamijiet perjodiċi tal-politiki u tal-proċeduri tagħha stess li jimplimentaw l-Artikolu 12 u dan l-Appendiċi u l-effettività tagħhom u, fuq talba raġonevoli minn Parti, il-Parti l-oħra għandha tirrevedi l-politiki u l-proċeduri tagħha għall-ipproċessar tad-data personali biex tivverifika u tikkonferma li s-salvagwardji previsti fl-Artikolu 12 u f’dan l-Appendiċi huma implimentati b’mod effettiv. Ir-riżultati tar-rieżami se jiġu kkomunikati lill-Parti rikjedenti.
Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jaqblu fil-Kummissjoni Konġunta dwar il-bidliet meħtieġa għal dak l-Anness.
6.
Sospensjoni tat-trasferiment
Il-Parti li tittrasferixxi tista’ tissospendi jew ittemm it-trasferiment tad-data personali fejn il-Partijiet jonqsu milli jsolvu b’mod amikevoli tilwim dwar l-ipproċessar tad-data personali f’konformità ma’ dan l-Appendiċi sakemm tqis li l-kwistjoni ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tal-Parti riċeventi. Id-data diġà ttrasferita għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Appendiċi.
ANNESS 2
PROĊEDURA BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA
Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi tal-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde u f’konformità mal-Artikoli 6 u 9 tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1)Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni li ssir f’isem l-Unjoni:
(a)tkun konformi mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd;
(b)tkun kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u tkun tqis il-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali;
(c)tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika u bijoloġika u ta’ tip ieħor rilevanti mibgħuta lill-Kummissjoni.
(2)Qabel ma l-Kummissjoni tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżentahom lill-Kunsill fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt.
(1)Il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-emendi proposti jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fil-punt 1 ta’ dan l-Anness.
(2)Sakemm ma jkunx hemm għadd ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li joġġezzjonaw għall-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tapprovahom f’isem l-Unjoni. Jekk ikun hemm din il-minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni.
(3)Jekk, waqt laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil, anki dak il-ħin stess, il-kwistjoni għandha tintbagħat lura lill-Kunsill f’konformità mal-proċedura stipulata fil-punti 2 sa 4, biex jitqiesu l-fatturi ġodda fid-deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li tkun trid tieħu l-UE.
(4)Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fiż-żmien dovut, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet oħrajn li ma jikkonċernawx emendi tal-Protokoll, f’konformità mal-Artikolu 12(9) tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde u f’konformità mal-Artikoli 6 u 9 tal-Protokoll, il-pożizzjoni li l-Unjoni għandha tieħu fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita f’konformità mat-Trattati u mal-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.