Brussell, 4.6.2024

COM(2024) 220 final

2024/0123(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2024


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-proposta tikkonċerna Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jrid jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”) fl-2024.

Il-11-il FEŻ u fondi oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħin (id-9 u l-10 FEŻ) huma ġestiti skont il-ġabra ta’ regoli li ġejja:

(a)Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 1 (il-“Ftehim Intern” tal-11-il FEŻ);

(b)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 2 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”).

(c)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2233 dwar l-impenn tal-fondi li jirriżultaw mir-rimborżi taħt il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP minn operazzjonijiet taħt id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 3 ;

(d)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1223 4 dwar l-allokazzjoni ta’ fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jindirizzaw il-kriżi tas-sigurtà tal-ikel u x-xokk ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Id-dokumenti msemmija fil-punti minn (a) sa (d) fihom l-impenji pluriennali mill-partijiet biex jappoġġaw f’livell finanzjarju lit-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-partijiet lit-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji determinati minn qabel. Il-kontribuzzjonijiet regolari jiskattaw minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.

Għaldaqstant, uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara li l-Kummissjoni Ewropea, li taġixxi f’isem l-Unjoni Ewropea, tippreżenta din il-proposta.    

2024/0123 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2024

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 5 u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 6 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 7 , u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(2)F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2024 li tispeċifika l-ammont tat-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2024.

(3)Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi għall-BEI u għall-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1877.

(4)Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-ftehim dwar il-ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) jibqa’ parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti li għadu mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-ftehim dwar il-ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża.

(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2586 8 tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2024 għal EUR 1 200 000 000 9 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

(6)Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2024 huwa b’dan stabbilit għal EUR 500 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 400 000 000 għall-Kummissjoni, u f’EUR 100 000 000 għall-BEI.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tieni pagament parzjali għall-2024, f’konformità mal-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(2)    ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1-21
(3)    ĠU L 437, 28.12.2020, p. 188-191
(4)    ĠU L 188, 15.7.2022, p. 147
(5)    ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(6)    ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1
(7)    ĠU L 58, 3.3.2015, p.17-38
(8)    Id-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2586 tat-13 ta’ Novembru 2023 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva, mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027
(9)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.), l-Artikolu 20(5): “Meta jiġi applikat mgħax negattiv għall-kont imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mhux aktar tard mid-data tal-ħlas ta’ kull pagament imsemmi fl-Artikolu 19, jikkredita l-kont b’ammont li jikkorrispondi għall-ammont ta’ tali mgħax negattiv applikat sal-ewwel jum tax-xahar li jiġi qabel il-ħlas tal-pagament.”

Brussell, 4.6.2024

COM(2024) 220 final

ANNESS

ta’

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2024


















ANNESS

It-tieni pagament parzjali tal-Kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2024 (f’EUR)

STATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Il-koeffiċjent tal-11-il FEŻ f’%

It-tieni pagament parzjali tal-2024 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-11-il FEŻ

Il-11-il FEŻ

IL-BELĠJU

3,24927

12 997 080

3 249 270

16 246 350

IL-BULGARIJA

0,21853

874 120

218 530

1 092 650

IĊ-ĊEKJA

0,79745

3 189 800

797 450

3 987 250

ID-DANIMARKA

1,98045

7 921 800

1 980 450

9 902 250

IL-ĠERMANJA

20,57980

82 319 200

20 579 800

102 899 000

L-ESTONJA

0,08635

345 400

86 350

431 750

L-IRLANDA

0,94006

3 760 240

940 060

4 700 300

IL-GREĊJA

1,50735

6 029 400

1 507 350

7 536 750

SPANJA

7,93248

31 729 920

7 932 480

39 662 400

FRANZA

17,81269

71 250 760

17 812 690

89 063 450

IL-KROAZJA

0,22518

900 720

225 180

1 125 900

L-ITALJA

12,53009

50 120 360

12 530 090

62 650 450

ĊIPRU

0,11162

446 480

111 620

558 100

IL-LATVJA

0,11612

464 480

116 120

580 600

IL-LITWANJA

0,18077

723 080

180 770

903 850

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

1 020 360

255 090

1 275 450

L-UNGERIJA

0,61456

2 458 240

614 560

3 072 800

MALTA

0,03801

152 040

38 010

190 050

IN-NETHERLANDS

4,77678

19 107 120

4 776 780

23 883 900

L-AWSTRIJA

2,39757

9 590 280

2 397 570

11 987 850

IL-POLONJA

2,00734

8 029 360

2 007 340

10 036 700

IL-PORTUGALL

1,19679

4 787 160

1 196 790

5 983 950

IR-RUMANIJA

0,71815

2 872 600

718 150

3 590 750

IS-SLOVENJA

0,22452

898 080

224 520

1 122 600

IS-SLOVAKKJA

0,37616

1 504 640

376 160

1 880 800

IL-FINLANDJA

1,50909

6 036 360

1 509 090

7 545 450

L-IŻVEZJA

2,93911

11 756 440

2 939 110

14 695 550

IR-RENJU UNIT*

14,67862

58 714 480

14 678 620

73 393 100

TOTAL EU-27 U R-RENJU UNIT

100,00

400 000 000

100 000 000

500 000 000

* Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit talab formalment f’Marzu 2023 li l-Kummissjoni tirrimborża s-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ, billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tar-Renju Unit. Din it-tpaċija se tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi.