Brussell, 30.4.2024

COM(2024) 183 final

2024/0098(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-fini ta’ din il-proposta huwa li timplimenta fid-dritt tal-Unjoni l-miżuri ta’ ġestjoni u ta’ konservazzjoni tas-sajd adottati fl-2021 u fl-2022 mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM), li l-Unjoni Ewropea (UE) ilha parti kontraenti tagħha mill-1998. L-ewwel implimentazzjoni tal-miżuri tal-GFCM saret permezz tar-Regolament (UE) 1343/2011 1 , li ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/2102 2 u bir-Regolament (UE) 2019/982 3 . Minħabba li r-Regolament (UE) 1343/2011 ġie emendat sostanzjalment diversi drabi, u minħabba li għandhom isiru emendi ulterjuri, fl-2023 ġie riformulat għal raġunijiet ta’ ċarezza, simplifikazzjoni u ċertezza legali permezz tar-Regolament (UE) 2023/2124 4 . Il-proposta kurrenti se ddaħħal emendi ulterjuri fir-Regolament (UE) 2023/2124. Dawn l-emendi ulterjuri jittrasponu miżuri addizzjonali tal-GFCM.

Il-GFCM hija l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd responsabbli għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-objettivi ewlenin tagħha huma li tippromwovi: (i) l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali, u l-aħjar użu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed; u (ii) l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-UE u 10 Stati Membri tagħha (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, is-Slovenja, Spanja u r-Rumanija) huma partijiet kontraenti tal-Ftehim tal-GFCM.

Il-GFCM għandha l-awtorità li tadotta deċiżjonijiet obbligatorji (“rakkomandazzjonijiet”) għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tas-sajd fil-qasam ta’ kompetenza tagħha. Dawn l-atti huma indirizzati lill-Partijiet Kontraenti tal-GFCM, iżda jistgħu jinkludu wkoll obbligi għall-operaturi (eż. il-kaptan tal-bastiment). Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM isiru vinkolanti f’120 jum wara d-data tal-ewwel notifika, sakemm ma titressaq ebda oġġezzjoni. Hija l-UE li għandha r-responsabbiltà tiżgura l-konformità ma’ dawn il-miżuri bħala obbligi internazzjonali malli jidħlu fis-seħħ. 

B’mod importanti, din il-proposta tipprevedi setgħat delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), biex tiżgura li l-Unjoni tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Ftehim tal-GFCM.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Fejn id-deċiżjonijiet tal-GFCM adottati fl-2021 u fl-2022 ma humiex diġà koperti mid-dritt eżistenti tal-Unjoni, l-implimentazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fis-sistema legali tal-UE hija meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn jiġu applikati b’mod uniformi u effettiv madwar l-UE kollha.

Huwa importanti li din il-proposta tqis ir-Regolament (UE) 2019/1241 5 . Issegwi l-objettivi stabbiliti fil-politika komuni tas-sajd riformata 6 u se tiġi applikata /mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 7 .

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 43(2) tat-TFUE minħabba li tistabbilixxi dispożizzjonijiet li huma meħtieġa biex jiġu segwiti l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd riformata.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Din il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni (l-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE). Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

•Proporzjonalità

Din il-proposta se tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jkun f’konformità mal-obbligi internazzjonali adottati mill-GFCM, li l-Unjoni hija parti kontraenti tagħha. Il-proposta timplimenta mingħajr ma taqbeż dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv segwit.

•Għażla tal-istrument

L-istrument magħżul huwa Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament eżistenti. Din l-għażla tal-istrument tqis l-objettivi tal-politika komuni tas-sajd riformata, kif ukoll l-obbligi internazzjonali l-oħrajn imwettqa mill-UE.

Din il-proposta timmarka l-ħames implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM fid-dritt tal-Unjoni.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-fini ta’ din il-proposta huwa li jiġu implimentati l-miżuri eżistenti tal-GFCM li huma vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti. L-esperti nazzjonali u r-rappreżentanti tal-industrija mill-Istati Membri tal-UE ġew ikkonsultati kemm matul it-tħejjija għan-negozjati kif ukoll matulhom għall-44 u l-45 Sessjoni Annwali tal-GFCM. Għalhekk ma nħassx il-bżonn li jiġu kkonsultati l-partijiet ikkonċernati b’rabta ma’ dan ir-Regolament.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

•Valutazzjoni tal-impatt

Il-miżuri adottati mill-GFCM huma bbażati fuq il-parir ipprovdut mill-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku tagħha. Mhux se titwettaq valutazzjoni tal-impatt ulterjuri, peress li mhux se tiġi stabbilita politika ġdida li tmur lil hinn mill-miżuri tal-GFCM u ma huwa mistenni l-ebda impatt sinifikanti ġdid mill-implimentazzjoni.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din il-proposta mhijiex marbuta mar-REFIT. 

•Drittijiet fundamentali

Din il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza fuq il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Ewropej.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Mhux applikabbli.

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Mhux applikabbli.

•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta se tindirizza kwistjonijiet relatati: (i) il-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tas-sajd; u (ii) l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq ċerti speċijiet tal-baħar fiż-żoni tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed.  

Barra minn hekk, din il-proposta fiha miżuri tekniċi: (i) l-isfruttament sostenibbli tas-sallura Ewropea u tal-qroll aħmar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM; (ii), il-mitigazzjoni ta’ qabdiet inċidentali ta’ għasafar tal-baħar, fkieren tal-baħar u ċetaċji fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM; u (iii) il-konservazzjoni ta’ bumerini, klieb il-baħar u raj fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. Barra minn hekk, il-proposta: (i) timplimenta fil-liġi tal-Unjoni ċerti miżuri għas-sajd ta’ stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku; (ii) tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar ir-ramel u l-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed; u (iii) tintroduċi żewġ kapitoli ġodda dwar it-trażbord u s-sajd rikreattiv fiż-żona tal-GFCM.



2024/0098 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 81,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 92,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja 103,

Billi:

(1)Il-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (“il-Ftehim tal-GFCM”) jipprovdi qafas adattat għall-kooperazzjoni multilaterali biex jiġu promossi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aħjar użu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f’livelli li jitqiesu bħala sostenibbli u b’riskju baxx li l-istokkijiet jinqerdu.

(2)L-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja huma partijiet kontraenti tal-Ftehim tal-GFCM.

(3)Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) huma vinkolanti għall-partijiet kontraenti tagħha. Għalhekk, dawk ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti fuq l-Unjoni u jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni sakemm il-kontenut tagħhom ma jkunx diġà kopert b’dan. L-Unjoni għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ilmijiet tal-Unjoni jkunu bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni, filwaqt li tippromwovi kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi tal-Unjoni u l-operaturi tal-pajjiżi terzi.

(4)Għal dawk ir-raġunijiet u peress li n-natura permanenti tar-rakkomandazzjonijiet tirrikjedi wkoll strument legali permanenti għall-implimentazzjoni tagħhom fid-dritt tal-Unjoni, huwa xieraq li dawk ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati permezz ta’ att leġiżlattiv, li jiżgura ċarezza legali u prevedibbiltà għall-operaturi tal-Unjoni fl-ilmijiet koperti mill-GFCM.

(5)Ir-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4 jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM). Huwa l-att leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM.

(6)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni l-miżuri stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin li għadhom ma humiex koperti mid-dritt tal-Unjoni.

(7)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/2 dwar l-istabbiliment ta’ żona ristretta għas-sajd fil-jabuka/pomo pit fil-baħar Adrijatiku, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/3 u r-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/5 dwar l-istabbiliment ta’ żona ristretta għas-sajd fil-Golf tal-Iljun għall-protezzjoni tal-aggregazzjonijiet ta’ riproduzzjoni u tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond, li tħassar ir-Rakkomandazzjoni GFCM/33/2009/1.

(8)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/9 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed u r-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/10 dwar miżuri ta’ ġestjoni għas-sajd sostenibbli tal-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed.

(9)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/13 dwar il-mitigazzjoni tal-impatti tas-sajd għall-konservazzjoni tal-għasafar tal-baħar fil-Baħar Mediterran, ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/14 dwar il-mitigazzjoni tal-impatti tas-sajd għall-konservazzjoni tal-fkieren tal-baħar, ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/15 dwar il-mitigazzjoni tal-impatti tas-sajd għall-konservazzjoni taċ-ċetaċji u r-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/16 dwar miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali għall-konservazzjoni tal-elażmobranki fil-Baħar Mediterran.

(10)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/17 dwar skema ta’ ċertifikazzjoni tal-qabda għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed.

(11)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/19 dwar l-istabbiliment ta’ lista ta’ bastimenti preżunti li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/8. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 11 5 ikopri biss parzjalment il-kontenut ta’ dik ir-rakkomandazzjoni.

(12)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta’ stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

(13)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/1 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sallura fil-Baħar Mediterran, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/1.

(14)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/2 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran, li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/4.

(15)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran, li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/4, GFCM/43/2019/2 u GFCM/41/2017/2.

(16)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta’ stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Kanal ta’ Sqallija, li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/12 u GFCM/42/2018/5.

(17)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar fil-Kanal ta’ Sqallija, li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/7 u GFCM/43/2019/6.

(18)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Jonju, li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/8 u GFCM/42/2018/4.

(19)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd bix-xbieki sostenibbli bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmira l-gamblu aħmar kbir u l-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Levantin, li tħassar ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/3.

(20)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/12 dwar l-istabbiliment ta’ sett ta’ regoli minimi għas-sajd rikreattiv sostenibbli fil-Baħar Mediterran.

(21)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/11 dwar l-istabbiliment ta’ sett ta’ standards minimi għaż-żoni ristretti għas-sajd fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM.

(22)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/14 dwar ir-regolamentazzjoni tat-trażbord fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM.

(23)Fis-sessjoni annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/15 u r-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/16 dwar skemi internazzjonali konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza barra mill-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali fil-Kanal ta’ Sqallija u fil-Baħar Jonju.

(24)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta l-opinjoni tiegħu fi [data] 12 6.

(25)Jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-kooperazzjoni u tal-iskambju ta’ informazzjoni mas-Segretarjat tal-GFCM u fir-rigward tal-format u tat-trażmissjoni ta’ applikazzjonijiet għat-trasferiment ta’ jiem mitlufin minħabba l-maltemp fl-istaġun magħluq għas-sajd tal-lampuki u r-rapport dwar tali trasferiment; u r-rapport fil-kuntest tal-ġbir ta’ data dwar is-sajd tal-lampuki. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(26)Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Ftehim tal-GFCM, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni fil-liġi tal-Unjoni tal-emendi li saru vinkolanti għall-Unjoni għall-miżuri eżistenti tal-GFCM li diġà ġew implimentati fil-liġi tal-Unjoni, fir-rigward tat-trażmissjoni tal-lista ta’ bastimenti awtorizzati lis-Segretarjat tal-GFCM għall-fini tar-Reġistru tal-GFCM; id-derogi għall-miżuri ta’ konservazzjoni għall-qroll aħmar; l-implimentazzjoni tal-iskema permanenti tad-dokumentazzjoni tal-qbid (CDS) għall-qroll aħmar u għall-barbun imperjali; il-miżuri tal-Istat tal-port; it-tabella, il-mappa u l-koordinati ġeografiċi tas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM; il-proċeduri ta’ spezzjoni fl-Istat tal-port għall-bastimenti; dikjarazzjoni ta’ trażbord; ir-rapport tal-osservazzjonijiet u l-matriċijiet statistiċi tal-GFCM. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 13 7. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament jenħtieġ li jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jindirizzaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(27)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/2124 jiġi emendat kif xieraq;

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 2023/2124

Ir-Regolament (UE) 2023/2124 huwa emendat kif ġej:

(1) l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, l-Artikolu 2, il-punti (1) sa (4), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, l-Artikolu 2, il-punti (1) sa (13), tar-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”;

(b) jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(9)    “Żona ristretta għas-sajd” tfisser żona definita ġeografikament li fiha xi attivitajiet tas-sajd speċifiċi huma temporanjament ipprojbiti jew ristretti sabiex jittejbu l-konservazzjoni u

l-użu sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM.

(10)    “Punt ta’ ħatt l-art deżinjat” tfisser portijiet, jew postijiet qrib ix-xatt, terminals offshore u installazzjonijiet oħrajn għall-ħatt l-art, għat-trażbord, għall-ippakkjar, għall-ipproċessar, għar-riforniment jew għall-forniment mill-ġdid ta’ bastimenti tas-sajd, fejn ikunu permessi operazzjonijiet ta’ ħatt l-art, trażbordi, ippakkjar u/jew ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, deżinjati mill-partijiet kontraenti u mill-partijiet mhux kontraenti li jikkooperaw f’konformità mar-Rakkomandazzjoni GFCM/40/2016/1 dwar skema reġjonali dwar miżuri tal-Istat tal-port biex jiġu miġġielda l-attivitajiet ta’ sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM; 

(11)    “Ċertifikat tal-qabda” tfisser dokument uffiċjali li jakkumpanja kunsinna u li jkun ivvalidat mill-awtorità kompetenti, li jippermetti li tingħadda informazzjoni akkurata u li tista’ tiġi vverifikata dwar il-ħut tul il-katina tal-provvista;

(12)     “Skema ta’ dokumentazzjoni tal-qbid” jew “CDS” tfisser sistema stabbilita f’konformità mal-obbligi internazzjonali rilevanti, bil-fini primarju li tgħin biex jiġi ddeterminat, tul il-katina tal-provvista, jekk il-ħut joriġinax minn qabdiet li huma konsistenti mal-miżuri nazzjonali, reġjonali u internazzjonali applikabbli ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni.”


(2) l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd li jaqbdu s-sallura (Anguilla anguilla), jiġifieri s-sajd immirat, inċidentali u rikreattiv, fl-ilmijiet kollha tal-Baħar Mediterran kif previst fl-Anness I, inklużi l-ilma ħelu u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni u salmastri, bħal laguni u estwarji.”

(3) l-Artikolu 12a li ġej jiddaħħal bejn l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13:

“Artikolu 12 a

Sajd rikreattiv

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd rikreattiv tal-istadji kollha tas-sallura (ferħ ta’ sallura, safra, lewn il-fidda) ikun ipprojbit fil-ħabitats kollha.” ;

(4) l-Artikolu 14a li ġej jiddaħħal bejn l-Artikolu 14 u l-Artikolu 15:

“Artikolu 14 a

Miżuri ta' ġestjoni tal-flotta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta jew l-isforz tas-sajd tal-flotot, li joperaw bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet ewlenin f’termini ta’ tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ gross reġistrat (GRT), is-saħħa tal-magna (kW) u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM, ma taqbiżx l-għadd ta’ bastimenti jew l-isforz tas-sajd għall-bastiment bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti li jistadu għall-gambli tal-fond matul is-snin 2014-2017 jew matul perjodu ieħor ta’ 3 snin konsekuttivi bħall-2015-2018 dment li ż-żieda ma tkunx tista’ tkun aktar minn 50 % fir-rigward tal-perjodu ta’ referenza tal-2014-2017.”;


(5) l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-bastimenti tas-sajd kollha li huma awtorizzati biex jistadu u li jistadu b’mod attiv għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 13 għal sena partikolari. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Dik il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.”;

(b) jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4. Il-bastimenti li joperaw bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti fl-ambitu ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawn jiġu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.”;


(6) fl-Artikolu 16, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3) Qabda totali u qbid skartat”.;


(7) l-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Restrizzjonijiet spazjali jew temporali addizzjonali

1. Il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għal aggregazzjonijiet ta’ riproduzzjoni tal-gamblu aħmar tal-ilma fond għandhom jieqfu jistadu għal 30 jum konsekuttivi bejn ix-xhur ta’ Marzu u Diċembru.

2. Sat-30 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dawn ir-restrizzjonijiet temporali. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.”;


(8) fl-Artikolu 18, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konsum tal-limiti ta’ qbid u, sal-ħmistax-il jum ta’ kull xahar għax-xahar preċedenti, jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-rapporti dwar il-qabdiet, li jibdew mid-data meta 80 fil-mija tal-kwota rispettiva tkun ġiet eżawrita.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

Meta jkun intlaħaq il-limitu ta’ qbid, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprojbixxi kwalunkwe qbid ulterjuri tal-istokkijiet ewlenin.”;


(9) l-Artikolu 20 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-bastimenti kollha b’tul totali (LOA) ta’ aktar minn 12-il metru li jistadu b’mod attiv fl-ambitu ta’ din it-taqsima għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) abbażi ta’ satellita.

Sat-8 ta’ Jannar 2026, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-bastimenti ta’ anqas minn 15-il metru jidderogaw mill-ewwel paragrafu jekk joperaw esklużivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru jew/u qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq għar-ritorn lejn il-port.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw immedjatament lill-Kummissjoni d-derogi mogħtija f’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament 1224/2009 kif ukoll il-mezzi l-oħrajn ta’ kontroll użati għall-monitoraġġ ta’ dawk il-bastimenti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.”;



(10) jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej bejn l-Artikolu 21 u l-Artikolu 22:

“Artikolu 21a

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fl-ambitu ta’ din it-taqsima biex jiżguraw li l-livelli ta’ sfruttament tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar, jilħqu u jżommu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew il-pjanijiet lill-Kummissjoni. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-miżuri jew il-pjanijiet u l-modifiki tagħhom lis-Segretarjat tal-GFCM.”;



(11) l-Artikolu 23a li ġej jiddaħħal bejn l-Artikolu 23 u 24:

“Artikolu 23 a

Miżuri ta' ġestjoni tal-flotta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta f’termini ta’ tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ gross reġistrat (GRT), is-saħħa tal-magna (kW) u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM, ma taqbiżx il-kapaċità tal-flotta għall-bastimenti bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti li jistadu għal gambli tal-fond fis-sena 2019.



(12) l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tagħhom u li huma awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 22 għal sena partikolari u li jistadu b’mod attiv għalihom. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Dik il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.”;

(b)jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4. Il-bastimenti li joperaw bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti fl-ambitu ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawn jiġu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.”;

(13) fl-Artikolu 25, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3) Qabda totali u qbid skartat.”;

(14) l-Artikolu 26 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Restrizzjonijiet temporali

“1. Il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għal aggregazzjonijiet ta’ riproduzzjoni tal-gamblu aħmar tal-ilma fond għandhom jieqfu jistadu għal 30 jum konsekuttivi bejn ix-xhur ta’ Marzu u Diċembru.

2. Sat-30 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dawn ir-restrizzjonijiet temporali. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.”;



(15) l-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Obbligi ta' rappurtar

1.Minkejja l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, is-sajjieda jew il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu b’mod attiv fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jiddikjaraw il-qabdiet kollha u l-qabda aċċessorja tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar, irrispettivament mill-piż ħaj tal-qabda.

2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 ta’ dak ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konsum tal-limiti tal-qbid, kif ġej: minn dik id-data li fiha tkun ġiet eżawrita 80 fil-mija tal-kwota, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni rapporti ta’ kull xahar dwar il-qbid. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien. Tali rapport għandu jintbagħat sal-ħmistax-il jum tax-xahar għax-xahar preċedenti. Meta jkun intlaħaq il-limitu ta’ qbid, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi kwalunkwe qbid ulterjuri tal-istokkijiet ewlenin.”;



(16) l-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-bastimenti kollha b’tul totali (LOA) ta’ aktar minn 12-il metru li jistadu b’mod attiv fl-ambitu ta’ din it-taqsima għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) abbażi ta’ satellita.

Sat-8 ta’ Jannar 2026, l-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga lill-bastimenti ta’ anqas minn 15-il metru li jistgħu jidderogaw mir-regola fl-ewwel paragrafu jekk joperaw esklużivament fl-ibħra territorjali ta’ dak l-Istat Membru jew qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq għar-ritorn lejn il-port. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw immedjatament lill-Kummissjoni d-derogi mogħtija f’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) 1224/2009 kif ukoll il-mezzi l-oħrajn ta’ kontroll varati għall-monitoraġġ ta’ dawk il-bastimenti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.”;



(17) l-Artikoli 30a, 30b, 30c u 30d li ġejjin jiddaħħlu bejn l-Artikolu 30 u l-Artikolu 31:

“Artikolu 30 a

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fl-ambitu ta’ din it-taqsima biex jiżguraw li l-livelli ta’ sfruttament tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar, jilħqu u jżommu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew il-pjanijiet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-miżuri jew il-pjanijiet u l-modifiki tagħhom lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

Artikolu 30b

Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza

1. L-Istati Membri jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza fl-ambitu ta’ din it-taqsima fil-qafas ta’ Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza (“l-Iskema”) li tkopri l-ilmijiet li jaqgħu barra mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 19, 20 u 21 (il-Baħar Jonju), kif iddefinit fl-Anness I (“iż-żona ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza”).

2. L-Istati Membri jistgħu jassenjaw spetturi u mezzi ta’ spezzjoni, u jwettqu spezzjonijiet fl-ambitu tal-Iskema. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha wkoll jistgħu jassenjaw spetturi tal-Unjoni għall-Iskema.

3. Il-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni għall-UE u jistgħu jfasslu, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, pjan ta’ eżerċizzju konġunt biex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligu tagħha fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Iskema. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi u maż-żoni ġeografiċi li fihom iridu jintużaw dawk ir-riżorsi.

4. Kull Stat Membru għandu, sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, jinnotifika lill-Kummissjoni, jew lil korp deżinjat minnha, il-lista tal-ismijiet tal-ispetturi awtorizzati biex iwettqu l-ispezzjoni u s-sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-ismijiet tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u għas-sorveljanza li beħsiebhom jassenjaw għall-Iskema għas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni jew korp deżinjat minnha għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sal-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena jew mill-aktar fis possibbli qabel il-bidu tal-attivitajiet ta’ spezzjoni.

5. L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom iġorru karta ta’ spettur tal-GFCM maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, li għandha tkun fil-forma stabbilita fl-Anness IV.

6. Il-bastimenti li jwettqu dmirijiet ta’ imbarkazzjoni u ta’ spezzjoni skont l-Iskema għandhom itajru bandiera speċjali jew pennell, kif deskritta fl-Anness V.

7. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull pjattaforma għall-ispezzjoni intitolata ttajjar il-bandiera tagħha u li topera fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 iżżomm kuntatt sigur, ta’ kuljum fejn possibbli, ma’ kull pjattaforma għall-ispezzjoni oħra li topera f’dik iż-żona, biex jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja bl-għan li jikkoordinaw l-attivitajiet.

8. Kull Stat Membru bi preżenza ta’ spezzjoni jew ta’ sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi lil kull pjattaforma għall-ispezzjoni, mad-dħul tiegħu fiż-żona, lista ta’ osservazzjonijiet stabbilita skont l-Anness VII, ta’ imbarkar u ta’ spezzjonijiet li jkun għamel fil-perjodu ta’ għaxart ijiem preċedenti, inklużi d-dati, il-koordinati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Artikolu 30c

It-twettiq tal-ispezzjonijiet

1. L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom:

(a) qabel l-imbarkazzjoni, jinnotifikaw lill-bastiment tas-sajd bl-isem tal-bastiment ta’ spezzjoni;

(b) juru, fuq il-bastiment ta’ spezzjoni u fuq il-bastiment ta’ imbarkazzjoni, il-pennell deskritt fl-Anness V;

(c) jillimitaw kull tim ta’ spezzjoni għal massimu ta’ tliet spetturi.

2. Mal-imbarkazzjoni fuq il-bastiment, l-ispetturi għandhom jipproduċu l-karta tal-identità deskritta fl-Anness IV lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd. L-ispezzjonijiet għandhom isiru f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-GFCM u, fejn possibbli, fil-lingwa mitkellma mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd.

3. L-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni fil-format stabbilit fl-Anness VI.

4. L-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li jaħseb li hi xierqa u li jrid jiffirma wkoll.

5. Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-awtoritajiet tat-tim tal-ispezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni u/jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja lis-Segretarjat tal-GFCM.

6. Id-daqs tat-tim tal-ispezzjoni u t-tul tal-ispezzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-uffiċjal kmandant tal-bastiment ta’ spezzjoni filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.

Artikolu 30d

Ksur

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma ksur:

(a)    l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a), (b), (c), (e), (f), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 14 ;

(b)    interferenza mas-sistema ta’ monitoraġġ abbażi ta’ satellita; kif ukoll

(c)    operat mingħajr VMS.

2. Fil-każ ta’ kwalunkwe imbarkazzjoni u spezzjoni ta’ bastiment tas-sajd li matulhom l-ispetturi jidentifikaw ksur, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment ta’ spezzjoni għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni, jew lil korp deżinjat minnha, li għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd taħt spezzjoni, kemm b’mod dirett kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-GFCM. Għandhom jinfurmaw ukoll lil kwalunkwe bastiment ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun magħruf li jinsab fil-viċinanza.

3. L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li, wara spezzjoni li fiha jkun ġie identifikat ksur, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf l-attivitajiet kollha tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni.

4. Fil-każ li xi ksur ġie skopert matul spezzjoni, l-azzjonijiet meħuda u s-segwitu mogħti mill-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom jgħaddu l-azzjoni u s-segwitu li jkun sar lis-Segretarjat tal-GFCM.

5. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaġixxu fuq ir-rapporti ta’ spezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 30(3), l-iskeda ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet kif previst fl-Anness VII u d-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet dokumentarji mill-ispetturi fuq bażi simili bħalma jaġixxu fuq rapporti u dikjarazzjonijiet ta’ spetturi nazzjonali.”



(18) l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tagħhom u li huma awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 31 għal sena partikolari u li jistadu b’mod attiv għalihom. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Dik il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.”;

(b) jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3. Il-bastimenti li joperaw bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti fl-ambitu ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawn jiġu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.”;



(19) l-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 35

Attivitajiet tas-sajd

1. Sal-15 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li joperaw fl-ambitu ta’ din it-taqsima għas-sena preċedenti f’format aggregat. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dak ir-rapport lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena. Dan ir-rapport għandu jinkludi tal-anqas il-punti li ġejjin:

(1)    il-jiem ta’ operazzjoni;

(2)    iż-żona operattiva;

(3)    il-qabda totali u l-qbid skartat tal-ispeċijiet ewlenin elenkati fl-Artikolu 31.”;

(20) l-Artikolu 36 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 36

Restrizzjonijiet temporali

1. Il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jimmiraw għal aggregazzjonijiet ta’ riproduzzjoni tal-gamblu aħmar tal-ilma fond għandhom jieqfu jistadu għal 30 jum konsekuttivi bejn ix-xhur ta’ Marzu u Diċembru.

2. Sat-30 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dawn ir-restrizzjonijiet temporali. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.”;

(21) l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu punti ta’ ħatt l-art fejn il-bastimenti li jistadu attivament fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima jħottu l-art. Għal kull port deżinjat, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħinijiet u l-postijiet permessi għall-ħatt l-art u għat-trażbord.” ;

(b) jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej:

“4. Sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla fil-lista tal-punti ta’ ħatt l-art deżinjati li fihom jista’ jsir il-ħatt l-art tal-istokkijiet ewlenin kif elenkati fl-Artikolu 31. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena.”;

(22) l-Artikoli 37a, 37b, 37c u 37d li ġejjin jiddaħħlu bejn l-Artikolu 37 u l-Artikolu 38:

“Artikolu 37a

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fl-ambitu ta’ din it-taqsima biex jiżguraw li l-livelli ta’ sfruttament tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu blu u aħmar, jilħqu u jżommu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew il-pjanijiet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-miżuri jew il-pjanijiet u l-modifiki tagħhom lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

Artikolu 37b

Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza

1. L-Istati Membri jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza fl-ambitu ta’ din it-taqsima fil-qafas ta’ Skema Internazzjonali Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza (“l-Iskema”) li tkopri l-ilmijiet li jaqgħu barra mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali fis-subżoni ġeografiċi tal-GFCM 12, 13, 14, 15 u 16 (il-Kanal ta’ Sqallija), kif iddefiniti fl-Anness I (“iż-żona ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza”).

2. L-Istati Membri jistgħu jassenjaw spetturi u mezzi ta’ spezzjoni, u jwettqu spezzjonijiet fl-ambitu tal-Iskema. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha wkoll jistgħu jassenjaw spetturi tal-Unjoni għall-Iskema.

3. Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni għall-UE u jistgħu jfasslu, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, pjan ta’ eżerċizzju konġunt biex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligu tagħha fl-ambitu tal-Iskema. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi u maż-żoni ġeografiċi li fihom iridu jintużaw dawk ir-riżorsi.

4. Mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, jew lil korp deżinjat minnha, il-lista tal-ismijiet tal-ispetturi awtorizzati biex iwettqu l-ispezzjoni u s-sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-ismijiet tal-bastimenti u tal-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u għas-sorveljanza li beħsiebhom jassenjaw għall-Iskema għas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni jew l-entità maħtura minnha għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sal-1 ta’ Diċembru kull sena jew mill-aktar fis possibbli qabel il-bidu tal-attivitajiet ta’ spezzjoni.

5. L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom iġorru karta ta’ spettur tal-GFCM maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, li għandha tkun fil-forma stabbilita fl-Anness IV.

6. Il-bastimenti li jwettqu dmirijiet ta’ imbarkazzjoni u ta’ spezzjoni skont l-Iskema għandhom itajru bandiera speċjali jew pennell, kif deskritta fl-Anness V.

7. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull pjattaforma għall-ispezzjoni intitolata ttajjar il-bandiera tagħha u li topera fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 iżżomm kuntatt sigur, ta’ kuljum fejn possibbli, ma’ kull pjattaforma għall-ispezzjoni oħra li topera f’dik iż-żona, biex jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja bl-għan li jikkoordinaw l-attivitajiet.

8. Kull Stat Membru bi preżenza ta’ spezzjoni jew ta’ sorveljanza fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi lil kull pjattaforma għall-ispezzjoni, mad-dħul tiegħu fiż-żona, lista ta’ osservazzjonijiet stabbilita skont l-Anness VII, ta’ imbarkar u ta’ spezzjonijiet li jkun għamel fil-perjodu ta’ għaxart ijiem preċedenti, inklużi d-dati, il-koordinati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Artikolu 37c

It-twettiq tal-ispezzjonijiet

1. L-ispetturi assenjati għall-Iskema għandhom:

(a) qabel l-imbarkazzjoni, jinnotifikaw lill-bastiment tas-sajd bl-isem tal-bastiment ta’ spezzjoni;

(b) juru, fuq il-bastiment ta’ spezzjoni u fuq il-bastiment ta’ imbarkazzjoni, il-pennell deskritt fl-Anness V;

(c) jillimitaw kull tim ta’ spezzjoni għal massimu ta’ tliet spetturi.

2. Mal-imbarkazzjoni fuq il-bastiment, l-ispetturi għandhom jipproduċu l-karta tal-identità deskritta fl-Anness IV lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd. L-ispezzjonijiet għandhom isiru f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-GFCM u, fejn possibbli, fil-lingwa mitkellma mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd.

3. L-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni fil-format stabbilit fl-Anness VI.

4. L-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li jaħseb li hi xierqa u li jrid jiffirma wkoll.

5. Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-awtoritajiet tat-tim tal-ispezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-Kummissjoni u/jew korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja lis-Segretarjat tal-GFCM.

6. Id-daqs tat-tim tal-ispezzjoni u t-tul tal-ispezzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-uffiċjal kmandant tal-bastiment ta’ spezzjoni filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.

Artikolu 37d

Ksur

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma ksur:

(a)    l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a), (b), (c), (e), (f), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(b)    interferenza mas-sistema ta’ monitoraġġ abbażi ta’ satellita; kif ukoll

(c)    operat mingħajr VMS.

2. Fil-każ ta’ kwalunkwe imbarkazzjoni u spezzjoni ta’ bastiment tas-sajd li matulhom l-ispetturi jidentifikaw ksur, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment ta’ spezzjoni għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni, jew lil korp deżinjat minnha, li għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd taħt spezzjoni, kemm b’mod dirett kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-GFCM. Għandhom jinfurmaw ukoll lil kwalunkwe bastiment ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun magħruf li jinsab fil-viċinanza.

3. L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li, wara spezzjoni li fiha jkun ġie identifikat ksur, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf l-attivitajiet kollha tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni.

4. Fil-każ li xi ksur ġie skopert matul spezzjoni, l-azzjonijiet meħuda u s-segwitu mogħti mill-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni jew lil korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom jgħaddu l-azzjoni u s-segwitu li jkun sar lis-Segretarjat tal-GFCM.

5. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaġixxu fuq ir-rapporti ta’ spezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 37(c), l-iskeda ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet kif previst fl-Anness VII u d-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet dokumentarji mill-ispetturi fuq bażi simili bħalma jaġixxu fuq rapporti u dikjarazzjonijiet ta’ spetturi nazzjonali.”;

(23) fl-Artikolu 44, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    Meta jintlaħaq il-livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet tal-qroll aħmar kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jagħlqu ż-żona konċernata għal kwalunkwe sajd għall-qroll aħmar. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni immedjatament. Il-Kummissjoni għandha tinforma kemm jista’ jkun malajr lis-Segretarjat tal-GFCM.”;

(24) fl-Artikolu 49, il-paragrafu introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) 1224/2009, qabel id-dħul fi kwalunkwe port, u tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, jew tal-anqas siegħa jekk il-post għas-sajd ikun anqas minn 4 sigħat mill-port tal-wasla, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd jew ir-rappreżentant tagħhom jew is-sajjieda awtorizzati, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet rilevanti bl-informazzjoni li ġejja:”;

(25) fl-Artikolu 56, il-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d) Id-dijametru ta’ kull kolonja maħsuda jew il-medja tad-dijametru skont il-ħatt.”;

(26) l-Artikolu 57 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 57

Kamp ta' applikazzjoni

Din it-taqsima tapplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ tal-Unjoni li jimmiraw stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ ewlenin tal-merluzz (Merluccius merluccius) u tal-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), fil-Kanal ta’ Sqallija, il-GSAs 12, 13, 14, 15 u 16 kif previst fl-Anness I.”;

(27) fl-Artikolu 58, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew pjanijiet lill-Kummissjoni sal-1 ta’ April ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ April ta’ kull sena.”;

(28) l-Artikolu 59 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 59

Restrizzjonijiet spazjali jew temporali addizzjonali

1. L-attivitajiet tas-sajd bil-konzijiet tal-qiegħ, bl-għeżula u bil-pariti li jimmiraw aggregazzjonijiet ta’ riproduzzjoni tal-merluzz għandhom jitwaqqfu għal 30 jum konsekuttivi bejn ix-xhur ta’ Marzu u April. Sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw data lill-Kummissjoni dwar dawn ir-restrizzjonijiet temporali. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.

2. Kull sena mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru, l-attivitajiet tas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ, irrispettivament mit-tul totali tal-bastimenti ma għandhomx ikunu permessi bejn il-kosta u isobath ta’ fond ta’ 200 m fil-GSA 14 (il-Golf ta’ Gabès).

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-istħarriġiet eżistenti fuq il-baħar, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ żoni ġodda, inklużi l-blat u l-inklinazzjonijiet fil-fruntieri tal-medda ċatta ta’ Malta. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kontinwazzjoni tal-istħarriġiet xjentifiċi fil-GSAs 12, 13 u 14 lejn il-konferma taż-żoni ta’ tkabbir tal-merluzz fil-Golf ta’ Hammamet u fil-Golf ta’ Tuneż bħala Żoni Ristretti għas-Sajd temporanji jew permanenti potenzjali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jimmappjaw ekosistemi tal-baħar vulnerabbli lejn il-protezzjoni tagħhom mit-tkarkir fil-Kanal ta’ Sqallija. L-Istati Membri għandhom jissottomettu d-data meħtieġa għall-evalwazzjoni ta’ Żoni Ristretti għas-Sajd ġodda fil-Kanal tan-Nofsinhar ta’ Sqallija mhux aktar tard minn xahar qabel il-laqgħa tal-2024 tal-Kumitat Sottoreġjonali għall-Mediterran Ċentrali u jappoġġaw il-ħidma għall-evalwazzjoni tagħhom.”;

(29) jiddaħħal l-Artikolu 60a li ġej:

“Artikolu 60 a

Miżuri ta' ġestjoni tal-flotta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta għall-flotot fl-ambitu ta’ din it-taqsima f’termini ta’ tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ gross reġistrat (GRT), is-saħħa tal-magna (kW) u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrat kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM, ma taqbiżx il-kapaċità tal-flotta tas-sajd tal-qiegħ fis-sena 2021”;

(30) l-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 61

Awtorizzazzjonijiet għas-sajd tat-tkarkir tal-qiegħ għal stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati biex jistadu u li jistadu b’mod attiv għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 57. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-lista lis-Segretarjat tal-GFCM. Din il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.

2. L-Istati Membri għandhom iżommu u jaġġornaw reġistru tal-bastimenti elenkati skont il-paragrafu 1.

3. Sal-15 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti fl-ambitu ta’ din it-taqsima f’format aggregat. Dan ir-rapport għandu jinkludi, tal-anqas, l-għadd ta’ jiem ta’ sfruttament, iż-żona ta’ sfruttament, il-qabdiet u l-qabdiet skartati tal-merluzz u tal-gamblu abjad.

4. Sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-GFCM ir-rapport stabbilit fil-paragrafu 3.

5. Il-bastimenti li joperaw bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti fl-ambitu ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawn jiġu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.”;

(31) l-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja l-punti ta’ ħatt l-art li fihom għandu jsir il-ħatt l-art tal-merluzz u tal-gamblu abjad mill-Kanal ta’ Sqallija, f’konformità mal-Artikolu 43(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla f’dik il-lista. Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.”;

(b) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Għal kull punt ta’ ħatt l-art deżinjat, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħinijiet u l-postijiet permessi għall-ħatt l-art u għat-trażbord. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll il-kopertura tal-ispezzjoni ta’ tali attivitajiet matul il-ħinijiet kollha tal-ħatt l-art u tat-trażbord fil-punti ta’ ħatt l-art deżinjati kollha.”;

(32) fl-Artikolu 65, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaġixxu fuq ir-rapporti ta’ spezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 64(3), l-iskedi ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet kif previsti fl-Anness VII u d-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw minn spezzjonijiet dokumentarji minn spetturi fuq bażi simili bħalma jaġixxu fuq rapporti u dikjarazzjonijiet tal-ispetturi nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.”;

(33) l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Il-bastimenti li joperaw fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss b’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti. Il-bastimenti awtorizzati b’LOA ta’ aktar minn 12-il metru għandhom ikunu mgħammra b’VMS abbażi ta’ satellita.”;

(b) jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konsum tal-limitu tal-isforz, jew il-limitu tal-isforz espress f’jiem ta’ sajd skont il-grupp tal-isforz skont l-Anness XIII u jikkomunikaw lill-Kummissjoni f’rapport ta’ kull xahar l-eżawriment tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.”;

(34) fl-Artikolu 72, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, il-bastimenti tat-tkarkir awtorizzati li jistadu fl-ambitu ta’ din it-taqsima b’LOA ta’ aktar minn 12-il metru għandhom ikunu mgħammra b’VMS abbażi ta’ satellita. Minkejja l-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, il-bastimenti tat-tkarkir awtorizzati b’LOA ta’ anqas minn 9 metri għandhom ikunu mgħammra b’sistema xierqa ta’ ġeolokalizzazzjoni.”;

(35) l-Artikolu 73 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 73

Kamp ta' applikazzjoni

Din it-taqsima tapplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd li fil-mira tagħhom ikollhom l-istokkijiet pelaġiċi żgħar ewlenin (l-inċova u s-sardin) fil-GSAs 17 u 18 kif previst fl-Anness I.”;

(36) jiddaħħlu l-Artikoli 74a, 74b, 74c, 74d, 74e, 74f u 74g li ġejjin bejn l-Artikolu 74 u l-Artikolu 75:

“Artikolu 74 a

Data xjentifika u kummerċjali

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kull sena li d-data xjentifika u d-data kummerċjali kollha miġbura f’sena speċifika tiġi pprovduta sal-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara lill-Kummissjoni.

2. Sal-1 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat id-data msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarjat tal-GFCM.

Artikolu 74b

Obbligi ta' rappurtar

Il-qabdiet tal-ispeċijiet fil-mira kif ukoll il-qabdiet ta’ speċijiet mhux fil-mira li jaqbżu l-50 kg għandhom jiġu ddikjarati b’mezzi elettroniċi minn bastimenti b’tul ta’ aktar minn 12-il metru u minn bastimenti li jaqbdu aktar minn 10 000 kg fis-sena, irrispettivament mit-tul tagħhom.

Artikolu 74c

Miżuri ta kontroll u ta’ infurzar

1. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw punti ta’ ħatt l-art fejn għandu jsir il-ħatt l-art minn bastimenti li jistadu b’mod attiv għall-inċova u għas-sardin. Għal kull punt deżinjat, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħinijiet u l-postijiet permessi għall-ħatt l-art u t-trasbord.

2. Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd iħottu jew jittrażbordaw kwalunkwe kwantità ta’ qabdiet ta’ inċova u ta’ sardin li jinqabdu bl-użu ta’ tartaruni tal-borża u xbieki tat-tkarkir pelaġiku fil-Baħar Adrijatiku fi kwalunkwe post għajr il-punti ta’ ħatt l-art deżinjati mill-Istati Membri.

3. Sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla fil-lista ta’ punti ta’ ħatt deżinjati fejn jista’ jsir ħatt l-art tal-inċova u tas-sardin. Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni.

Artikolu 74d

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fl-ambitu ta’ din it-taqsima biex jiżguraw li l-livelli ta’ sfruttament tal-istokkijiet tal-inċova u tas-sardin jilħqu u jżommu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati u kwalunkwe modifika li ssir f’dawn il-miżuri jew il-pjanijiet. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk il-miżuri u pjanijiet lis-Segretarjat tal-GFCM.

Artikolu 74e

Miżuri ta' ġestjoni tal-flotta

1. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati biex jistadu għal stokkijiet pelaġiċi żgħar ewlenin (l-inċova u s-sardin) permezz ta’ xbieki tat-tkarkir pelaġiku u tartaruni tal-borża fil-Baħar Adrijatiku. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

2. Il-bastimenti li joperaw fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss b’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 74f

Għeluq spazjali u temporali

1. Matul il-perjodu tranżizzjonali, l-Istati Membri għandhom japplikaw għeluq temporali speċifiku fil-livell tal-flotta bl-għan li jipproteġu l-istokkijiet matul il-perjodu ta’ riproduzzjoni. Tali għeluq ma għandux għalfejn jiġi applikat fl-istess ħin għat-tartaruni tal-borża u għax-xbieki tat-tkarkir pelaġiku. Dawn għandhom ikopru d-distribuzzjoni sħiħa tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku u jaffettwaw il-flotot kollha li jkollhom fil-mira pelaġiċi żgħar, għal mhux anqas minn 30 jum suċċessivi għal kull segment tal-flotta. Matul il-perjodu tal-għeluq, il-bastimenti li jappartjenu għal flotot soġġetti għal għeluq għandhom jiġu pprojbiti milli jibdlu l-irkaptu biex jimmiraw pelaġiċi żgħar (bħal tartarun tal-borża għal xbieki tat-tkarkir pelaġiku jew minnhom). Tali għeluq għandu jsir skont il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

a) mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu għas-sardin; kif ukoll

b) mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru għall-inċova.

2. B’deroga mill-paragrafu 1, tali għeluq temporali jista’ jiġi implimentat għal perjodi ta’ mhux anqas minn 15-il jum suċċessivi għall-flotot nazzjonali ta’ anqas minn 15-il tartarun tal-borża u/jew xbieki tat-tkarkir pelaġiku li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar.

3. Matul il-perjodu tranżizzjonali, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-għeluq spazjali għal bastimenti ta’ LOA ta’ aktar minn 12-il metru għal mhux anqas minn 9 xhur. Tali għeluq għandu jkopri 30 fil-mija tal-ilmijiet territorjali jew interni identifikati bħala importanti għall-protezzjoni ta’ klassijiet ta’ ħut li ma tantx għandhom żmien.

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Kummissjoni l-għeluq temporali u spazjali, kif iddefinit fil-paragrafi 1 u 3, li japplikaw fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom bl-għan li jipproteġu ż-żoni ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

Artikolu 74g

Monitoraġġ xjentifiku

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw xjentifikament kull sena l-istatus u l-bijomassa ta’ stokk riproduttiv tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 73.”;

(37) fit-Titolu II, il-Kapitolu V, tiddaħħal it-Taqsima II li ġejja bejn l-Artikolu 75 u l-Artikolu 76:

“Taqsima II

Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 75a

Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima tapplika għall-attivitajiet tas-sajd li fil-mira tagħhom ikollhom il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed, fil-GSA 29 kif previst fl-Anness I.

Artikolu 75b

Monitoraġġ xjentifiku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq bażi annwali monitoraġġ xjentifiku adegwat tal-istatus tal-ispeċijiet inklużi fl-ambitu ta’ din it-taqsima.

Artikolu 75c

Lista ta’ bastimenti awtorizzati u attivi

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena l-lista tal-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati biex jistadu għal-laċċa kaħla u li jistadu b’mod attiv għaliha għas-sena partikolari. Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM. Din il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda fil-flotot tas-sajd għal-laċċa kaħla, tħassir minnha jew modifika tagħha, fi kwalunkwe ħin li tali bidliet jistgħu jseħħu u tal-anqas kull xahar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawk l-emendi lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

4. Il-bastimenti mhux elenkati mill-Istati Membri ma għandhomx jaqbdu, iżommu abbord, jittrażbordaw, iħottu l-art, jaħżnu jew ibigħu l-laċċa kaħla.

Artikolu 75d

Obbligi ta’ rapportar għall-kaptani tal-bastimenti

1. Il-kaptani tal-bastimenti li jistadu għal-laċċa kaħla għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri darbtejn fis-sena u mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju u mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, rapport dettaljat dwar l-attivitajiet tas-sajd tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(1) il-jiem ta’ operazzjoni;

(2) iż-żona operattiva;

(3) il-qabda totali tal-laċċa kaħla.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu dan ir-rapport lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju u mill-15 ta’ Jannar ta’ kull sena.

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan ir-rapport lis-Segretarjat tal-GFCM darbtejn fis-sena u mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju u mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.

Artikolu 75e

Miżuri addizzjonali

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri spazjali temporali addizzjonali biex jipproteġu ż-żoni ta’ aggregazzjoni ta’ żgħar tal-laċċa kaħla.

Artikolu 75f

Kontroll, monitoraġġ u sorveljanza tas-sajd għal-Laċċa Kaħla fil-Baħar l-Iswed

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati għar-reġistrazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd f’reġistru tal-flotta nazzjonali, għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet tal-bastiment u tal-isforz tas-sajd tal-laċċa kaħla permezz tal-ġurnal ta’ abbord.

2. Is-sajjieda jew il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu b’mod attiv għal-laċċa kaħla għandhom jiddikjaraw il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji kollha, irrispettivament mill-piż ħaj tal-qabda.

Artikolu 75 g

Punti deżinjati għall-ħatt l-art

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu punti tal-ħatt l-art fejn isiru l-ħatt l-art u t-trasbord minn bastimenti li jistadu b’mod attiv fl-ambitu ta’ din it-taqsima.

2. Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd iħottu jew jittrażbordaw kwalunkwe kwantità ta’ speċijiet inklużi fl-ambitu ta’ din it-taqsima fi kwalunkwe post għajr il-punti deżinjati mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1.”;

(38) l-Artikolu 76 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 76

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd li fil-mira tagħhom ikollhom il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) bix-xlief, konzijiet tal-qiegħ u mħallta, fil-Baħar Alboran, il-GSAs 1, 2 u 3 kif previst fl-Anness I.”;

(39) l-Artikoli 77 u 78 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 77 a

Għeluq spazjali u temporali

1. Matul il-perjodu tranżizzjonali, l-Istati Membri għandhom japplikaw għeluq temporali speċifiku fil-livell tal-flotta, bl-għan li jipproteġu l-istokk ewlieni matul il-perjodi ta’ riproduzzjoni. Tali għeluq ma huwiex meħtieġ li jiġi applikat simultanjament għal tip differenti ta’ rkaptu tas-sajd. Dan għandu jkopri ż-żoni ewlenin tad-distribuzzjoni tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran u jaffettwa l-bastimenti kollha kkonċernati minn dan il-Kapitolu għal perjodi ta’ mhux anqas minn 30 jum kontinwu għal kull segment tal-flotta. Tali għeluq għandu jsir minn Diċembru sa Marzu. Kull Stat Membru għandu jissottometti l-perjodu ta’ għeluq u l-lista tal-bastimenti kkonċernati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Kummissjoni l-għeluq temporali, kif iddefinit fil-paragrafu 1, li japplika fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, bl-għan li jiġu protetti ż-żoni ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir għall-istokk tal-paġella ħamra.

Artikolu 78

Miżuri ta' ġestjoni tal-flotta

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ġenerali tal-flotta f’termini ta’ tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ gross reġistrat (GRT), is-saħħa tal-magna (kW) u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM, ma taqbiżx il-kapaċità tal-flotta għas-sajd fuq medja tas-snin 2018-2021.

2. L-Istati Membri għandhom jadattaw għall-opportunitajiet tas-sajd il-kapaċità ġenerali tal-flotta li għandhom il-flotot li jistadu għall-paġella ħamra li joperaw bi xlief, konzijiet tal-qiegħ u mħallta f’termini ta’ tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ gross reġistrat (GRT), is-saħħa tal-magna (kW) u l-għadd ta’ bastimenti, kif irreġistrati kemm fir-reġistri nazzjonali kif ukoll f’dawk tal-GFCM.

3. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma awtorizzati biex għal dik is-sena jistadu għall-paġella ħamra fl-ambitu ta’ dan il-Kapitolu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.

(40) l-Artikolu 79 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 79

Miżuri ta kontroll u ta’ infurzar

-1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu biex jiżguraw li l-bastimenti li jistadu b’mod attiv fil-Baħar Alboran jiddikjaraw il-qabdiet kollha tal-istokk ewlieni, skont l-Artikolu 76.

1. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw punti ta’ ħatt l-art li fihom huwa awtorizzat il-ħatt tal-paġella ħamra.

1a. L-Istati Membri għandhom jibagħtu kwalunkwe bidla fil-lista lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru ta’ kull sena. Il-kummissjoni għandha tibgħat il-lista aġġornata lis-Segretarjat tal-GFCM fit-30 ta’ Novembru ta’ kull sena. Il-ħatt l-art tal-paġella ħamra għandu jsir biss f’punti ta’ ħatt l-art deżinjati.

2. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħatt permess għal kull punt deżinjat.

3. Qabel id-dħul fi kwalunkwe port, ħlief għal bastimenti fuq skala żgħira, u mill-inqas erba’ sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla, is-sajjieda jew ir-rappreżentant tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet rilevanti bl-informazzjoni li ġejja:

(a)    il-ħin stmat tal-wasla tagħhom;

(b)    in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem tal-bastiment tas-sajd; kif ukoll

(c)    il-piż ħaj stmat miżmum abbord.

4. L-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 4 tista’ tiġi ppreżentata mis-sajjieda jew mir-rappreżentanti tagħhom sa siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla, meta l-postijiet għas-sajd ikunu anqas minn erba’ sigħat ’il bogħod mill-port tal-wasla.

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, is-sajjieda jew il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu b’mod attiv fl-ambitu ta’ din it-taqsima għandhom jirrapportaw il-qabdiet ta’ kuljum tagħhom, irrispettivament mill-piż ħaj tal-qabda u għandhom jirreġistraw jew jistmaw il-qabdiet ta’ dik l-ispeċi.

6. Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd iħottu jew jittrażbordaw kwalunkwe kwantità ta’ paġella ħamra li tinqabad fil-Baħar Alboran fi kwalunkwe post għajr il-portijiet tal-punti deżinjati mill-Istati Membri.

7. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi programm ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju, biex jivverifika l-ħatt l-art u jivvalida l-ġurnali ta’ abbord.

8. L-operazzjonijiet ta’ trasbord fil-baħar għandhom ikunu pprojbiti.

9. Il-bastimenti li joperaw bix-xlief, konzijiet tal-qiegħ u mħallta li jaqbdu l-paġella ħamra fil-Baħar Alboran għandhom ikunu permessi biss jekk dawn ikunu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.

10. Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, sal-1 ta’ Jannar 2024, il-bastimenti awtorizzati kollha fl-ambitu ta’ dan il-kapitolu b’tul totali (LOA) ta’ aktar minn 10 metri għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) jew bi kwalunkwe sistema oħra ta’ ġeolokalizzazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet ta’ kontroll isegwu l-attività tagħhom f’kull ħin matul il-vjaġġi tas-sajd. ”;

(41) l-Artikolu 80 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 80

Monitoraġġ xjentifiku

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jew id-data kollha dwar is-sajd xjentifiku (stħarriġ tal-echo) u/jew kummerċjali (qbid u skartar), miġbura kull sena, tiġi pprovduta lis-Segretarjat tal-GFCM sal-1 ta’ April tas-sena ta’ wara.

2. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-data kummerċjali stabbilita fil-paragrafu 1.”;

(42) jiddaħħal l-Artikolu 80 a li ġej:

“Artikolu 80 a

Miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd jew pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fl-ambitu ta’ dan il-Kapitolu biex jiżguraw il-konservazzjoni adegwata tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 76.

2. Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ ġestjoni jew il-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati u kwalunkwe modifika li ssir f’dawk il-miżuri jew il-pjanijiet lill-Kummissjoni. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-miżuri jew il-pjanijiet u l-modifiki tagħhom lis-Segretarjat tal-GFCM.”;

(43) fl-Artikolu 86, jitħassar il-paragrafu 2.

(44) fl-Artikolu 87, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Lulju ta’ kull sena, l-għadd ta’ bastimenti involuti fis-sajd, kif ukoll it-total ta’ ħatt u ta’ trasbord ta’ lampuki mwettqa fis-sena preċedenti mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom f’kull GSA taż-żona tal-Ftehim tal-GFCM kif stabbilit fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM kull sena sal-31 ta’ Lulju.”;

(45) fl-Artikolu 88, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti stabbiliti fl-Artikoli 14(7) u l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) 1224/2009, f’każ ta’ telf jew ta’ impossibbiltà ta’ ġbid f’FAD, is-sajjieda jew il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd għandhom jirreġistraw l-aħħar pożizzjoni magħrufa u d-data tagħha. Il-bastimenti tas-sajd li jisfruttaw il-lampuki għandhom jiġbru u jirrapportaw l-aħħar pożizzjoni rreġistrata tal-FAD mitluf kif ukoll id-data tal-aħħar pożizzjoni rreġistrata tiegħu, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu u kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ sid l-FAD.”;

(46) fl-Artikolu 91, il-paragrafu 2 (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)    “(f) l-irkaptu ewlieni użat għall-barbun imperjali, għas-segment tal-flotta u għall-unità operazzjonali;”;

(47) jiddaħħal l-Artikolu 94 a li ġej:

“Artikolu 94a

Ċertifikat tal-qabda għall-barbun imperjali

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikat tal-qabda tal-GFCM biex jidentifikaw l-oriġini tal-qabdiet tal-barbun imperjali fil-GSA 29 fl-istadji kollha tal-katina tal-provvista. Tali ċertifikat għandu jintuża biex jiċċertifika li tali qabdiet ikunu saru f’konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni stabbiliti fil-Kapitolu VIII, it-Titolu II.

2. Ċertifikat validu tal-qabda tal-GFCM maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jakkumpanja l-ħatt l-art, l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u r-riesportazzjonijiet kollha tal-barbun imperjali.

3. Kull ċertifikat tal-qabda għandu jkollu numru ta’ identifikazzjoni uniku għad-dokument. Tali numru għandu jkun speċifiku għall-Istat Membru tal-bandiera u għandu jiġi assenjat lil kull bastiment tas-sajd awtorizzat biex jistad għall-barbun imperjali. Iċ-ċertifikat tal-qabda ma għandux ikun jista’ jiġi ttrasferit lil bastiment tas-sajd ieħor.

5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera rilevanti għandhom jivvalidaw iċ-ċertifikati tal-qabda għall-barbun imperjali biss ladarba jkunu ġew stabbiliti, wara li jkunu vverifikaw id-dokumenti ta’ sostenn u l-kunsinna korrispondenti, li l-informazzjoni kollha li tinsab fiċ-ċertifikati tkun akkurata.”;

(48) jiddaħħlu l-Artikoli 96a, 96b, 96c, 96d u 96e li ġejjin:

“Artikolu 96a

Kapaċità tal-flotta u sforz tas-sajd

L-Istati Membri għandhom iżommu l-kapaċità tal-flotta tas-sajd jew l-isforz tas-sajd fil-livelli stabbiliti għas-snin mill-2015 sal-2021 għall-isfruttament tal-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 96b

Monitoraġġ xjentifiku

1. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ riċerka tal-GFCM dwar il-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed u għandhom jiżguraw ta’ kull sena monitoraġġ xjentifiku adegwat tal-istatus ta’ speċijiet ta’ mazzola griża.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd, id-data dwar il-qbid, il-qabda inċidentali, l-avvenimenti ta’ rilaxx u/jew ta’ skartar għall-mazzola griża tiġi rreġistrata mis-sid tal-bastiment jew mill-kaptan tal-bastiment fil-ġurnal ta’ abbord, u tiġi rrapportata lill-Kummissjoni fir-rapportar nazzjonali annwali tagħhom, f’konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar ta’ data tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM, f’konformità mal-Qafas ta’ Referenza għall-Ġbir ta’ Data (DCRF) tal-GFCM. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tittieħed kwalunkwe miżura addizzjonali biex jittejjeb il-ġbir ta’ data għall-fini tal-monitoraġġ xjentifiku tal-ispeċijiet tal-mazzola griża.

4. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni affidabbli dwar l-impatti tal-għeżula tal-qiegħ li jkollhom fil-mira tagħhom il-mazzola griża fuq il-popolazzjonijiet taċ-ċetaċji fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 96c

Miżuri ta' ġestjoni tal-flotta

1. Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom awtorizzati biex jistadu u li jistadu b’mod attiv għall-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed. Din il-lista għandha tinkludi, għal kull bastiment, l-informazzjoni msemmija fl-Anness VIII.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik il-lista lis-Segretarjat tal-GFCM sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. Il-bastimenti tas-sajd li jkollhom fil-mira tagħhom il-mazzola griża għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet tas-sajd biss jekk dawn ikunu indikati f’awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti u li tispeċifika l-kundizzjonijiet tekniċi li fihom jistgħu jitwettqu tali attivitajiet, kif iddefinit fl-Anness VIII.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda fil-flotot tas-sajd għall-mazzola griża, tħassir minnha jew modifika tagħha, fi kwalunkwe ħin li tali bidliet jistgħu jseħħu jew tal-anqas kull xahar. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarjat tal-GFCM b’dawn il-modifiki, mingħajr dewmien.

3. Il-bastimenti mhux elenkati mill-Istati Membri ma għandhomx jaqbdu, iżommu abbord, jittrażbordaw, iħottu l-art, jaħżnu jew ibigħu l-mazzola griża.

4. Sal-15 ta’ Lulju u l-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, rapporti dettaljati dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li jistadu b’mod attiv għall-mazzola griża jew li jkunu qabduha bħala qabda aċċessorja jew inċidentali.

Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(a) il-jiem ta’ operazzjoni;

(b) iż-żona operattiva;

(c) il-qabda totali tal-mazzola griża.

Sat-30 ta’ Lulju u t-30 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk ir-rapporti lis-Segretarjat tal-GFCM.

Artikolu 96d

Miżuri speċifiċi biex jiġi indirizzat is-sajd IUU

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jistadu fil-GSA 29 jiddikjaraw il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji kollha tal-mazzola griża.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, is-sajjieda jew il-kaptani tal-bastimenti għandhom jiddikjaraw fil-ġurnal ta’ abbord il-qabdiet kollha u l-qabdiet aċċessorji tal-mazzola griża, irrispettivament mill-volum tal-qabda u tal-irkaptu użat.

Artikolu 96e

Punti ta’ ħatt l-art

1. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw punti ta’ ħatt l-art fejn għandu jsir il-ħatt l-art mill-bastimenti li jistadu b’mod attiv għall-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed.

2. Għal kull port ta’ punt tal-ħatt l-art deżinjat, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-ħinijiet u l-postijiet permessi tal-ħatt l-art u tat-trażbord.

3. Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd iħottu jew jittrażbordaw kwalunkwe kwantità ta’ mazzola griża li tinqabad fil-Baħar l-Iswed fi kwalunkwe post għajr il-punti deżinjati.

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena kwalunkwe bidla fil-lista ta’ punti ta’ ħatt l-art deżinjati fejn jista’ jsir il-ħatt l-art tal-mazzola griża fil-Baħar l-Iswed. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawk il-bidliet lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena.”;

(49) l-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni mill-attivitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet elażmobranki elenkati fl-Anness II u III tal-Protokoll dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bioloġika fil-Mediterran”.;

(b) jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“4. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April 2026, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, dwar tal-anqas attività waħda għal kull speċi/ġeneru elenkat fl-Anness XVII u preżenti fis-subżona ġeografika fejn jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd, jew b’kollox dwar tal-anqas ħames azzjonijiet speċifiċi għall-ispeċijiet biex jittejjeb l-istatus ta’ konservazzjoni tal-elażmobranki, jiġu mmitigati u, meta possibbli, jiġu eliminati r-riskju ta’ qabda inċidentali tal-elażmobranki fl-operazzjonijiet tas-sajd u l-mortalità assoċjata. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2026, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM.

5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bastimenti tas-sajd li jaqbdu speċijiet ta’ klieb il-baħar bħala qabda aċċessorja jew qabda inċidentali jillimitaw il-qabda aċċessorja ta’ klieb il-baħar elenkati fl-Anness III tal-Protokoll dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran għal perċentwal massimu tal-qabda totali bħala piż skont il-vjaġġ tas-sajd jew għal mhux aktar minn tliet kampjuni.

(50) fl-Artikolu 102, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3. Fiż-żoni ġeografiċi tal-Baħar Mediterran (il-GSAs 1-27), fejn il-qabda aċċessorja tal-ispeċijiet ta’ għasafar tal-baħar elenkati fl-Anness II tal-Protokoll SPA/BD tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona sseħħ skont il-parir tal-SAC (l-aktar meta l-għasafar tal-baħar jinqabdu b’mod inċidentali matul l-operazzjonijiet tas-sajd), għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a) l-Istati Membri għandhom jiġbru data biex jikkaratterizzaw bis-sħiħ il-qabda aċċessorja ta’ għasafar tal-baħar fis-sajd, inkluż il-qabda inċidentali tal-garnija tal-Baleariku f’periklu kritiku. Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Anness XXII. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM;

(b) sal-2024, l-Istati Membri għandhom jevalwaw l-effettività ta’ mill-anqas żewġ miżuri tranżizzjonali ta’ mitigazzjoni elenkati fl-Anness XVIII biex itejbu l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet ta’ għasafar tal-baħar, jimmitigaw u, meta possibbli, jeliminaw ir-riskju ta’ qabda inċidentali ta’ għasafar tal-baħar fl-operazzjonijiet tas-sajd u l-mortalità assoċjata.”;

(51) jiddaħħal l-Artikolu 103 a li ġej:

“Artikolu 103 a

Miżuri ta' mitigazzjoni

1. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu l-passi meħtieġa biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni eżistenti u l-miżuri ta’ mitigazzjoni biex itaffu u, meta possibbli, jeliminaw il-qabda inċidentali ta’ fkieren tal-baħar waqt operazzjonijiet tas-sajd, bħal iżda mhux limitati għal:

(a) modifiki fl-irkaptu tas-sajd u tipi alternattivi ta’ rkaptu tas-sajd;

(b)    restrizzjonijiet tas-sajd fil-ħin u fiż-żona u għeluq, bħal dak ibbażat pereżempju fuq miżuri ta’ rikonoxximent spazjali biex tiġi identifikata l-preżenza tal-fkieren tal-baħar;

(c)    titjib fl-immarkar u fid-detezzjoni tal-irkaptu tas-sajd, inkluża r-riflettività akustika, bħall-użu ta’ xbieki kkuluriti, rifletturi passivi ħfief, dijametru eħxen tal-ispag għall-imballaġġ, sufri jew materjali oħrajn fix-xibka, komposti tal-metall li għandhom karatteristiċi ta’ detezzjoni akustika bħal sulfat tal-barju, u xbieki mdawlin bi stikek tad-dawl li jaħdmu bil-batteriji;

(d)    implimentazzjoni tal-limiti massimi potenzjali tal-qabda aċċessorja u l-użu ta’ apparat għall-esklużjoni tal-fkieren b’apparat ta’ separazzjoni u ta’ ġestjoni bir-reqqa; kif ukoll

(e)    regoli dwar l-imġiba u l-istrateġiji tas-sajd;

2. L-Istati Membri huma mħeġġa jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi evitat it-tħabbil matul l-attività ta’ depredazzjoni u biex titnaqqas il-mortalità ta’ wara r-rilaxx, permezz ta’ linji gwida u taħriġ xierqa.

3. Sal-2026, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni tal-anqas tnejn mill-miżuri ta’ mitigazzjoni adottati skont il-punti 1 u 2. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqiesu ż-żoni u l-flotot b’riskji akbar ta’ interazzjonijiet.

4. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mingħajr dewmien lis-Segretarjat tal-GFCM b’tali miżuri.

(52) jiddaħħal l-Artikolu 105 a li ġej:

“Artikolu 105 a

Miżuri ta' mitigazzjoni

1. L-Istati Membri huma mħeġġa jespandu l-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-qabda aċċessorja biex jimminimizzaw u jeliminaw, meta possibbli, il-qabda inċidentali taċ-ċetaċji matul l-operazzjonijiet tas-sajd f’sajd b’riskju kbir ta’ qabda aċċessorja identifikat mill-SAC. Tali miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn monitoraġġ xieraq biex tiġi stabbilita l-effikaċja tal-azzjonijiet u jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

(a)    modifiki fl-irkaptu tas-sajd u tipi alternattivi ta’ rkaptu tas-sajd;

(b)    titjib fl-immarkar u fid-detezzjoni tal-irkaptu tas-sajd;

(c)    restrizzjonijiet tas-sajd fil-ħin u fiż-żona u għeluq, jekk dan ikun xieraq;

(d)    limiti massimi potenzjali tal-qabda aċċessorja;

(e)    użu ta’ apparati akustiċi deterrenti;

(f)    modifiki fl-imġiba u fl-istrateġiji tas-sajd;

2. L-Istati Membri huma mħeġġa jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi evitat it-tħabbil matul l-attività ta’ depredazzjoni u biex titnaqqas il-mortalità ta’ wara r-rilaxx, permezz ta’ linji gwida u taħriġ xierqa.

3. L-Istati Membri huma mħeġġa jidentifikaw żoni b’riskju kbir ta’ interazzjonijiet bejn is-sajd u ċ-ċetaċji u, abbażi tal-pressjonijiet eżistenti, jistgħu jikkunsidraw li jimmodifikaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

4. Is-CPCs jistgħu jikkunsidraw ukoll, fuq bażi volontarja, tipi oħrajn ta’ ġestjoni bħall-ġestjoni bbażata fuq l-inċentivi, billi jippremjaw lill-operaturi b’impatt baxx filwaqt li fl-istess ħin jixprunaw operaturi bi prestazzjoni batuta biex jadottaw prattiki aħjar jew jitilqu mill-industrija, jew ġestjoni ta’ inċentivi bbażata fuq is-suq li tuża, pereżempju, tikkettar sikur jew li ma jagħmilx ħsara lil-lampuki fis-sajf b’riskju medju sa kbir ta’ interazzjonijiet maċ-ċetaċji.

5. Sal-2026, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni tal-anqas tnejn mill-miżuri ta’ mitigazzjoni adottati skont il-punti 1, 2, 3, u 4.

4. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mingħajr dewmien lis-Segretarjat tal-GFCM b’tali miżuri.”;

(53) il-paragrafu 1 tal-Artikolu 106 huwa emendat kif ġej:

(a) il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“1. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd l-informazzjoni li ġejja:”;

(b) il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e) kwalunkwe każ ta’ qabda inċidentali, ta’ rilaxx u/jew ta’ skartar ta’ speċijiet ta’ klieb il-baħar elenkati jew fl-Anness II jew fl-Anness III tal-Protokoll SPA/BD dwar żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran.”;

(c) jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f) kwalunkwe każ ta’ qabdiet inċidentali ta’ elażmobranki”;

(54) fit-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima II, jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin qabel is-Sottotaqsima 1:

“Sottotaqsima -1

Standards minimi

Artikolu 106 a

Stabbiliment ta’ standards minimi

Din is-sottotaqsima tistabbilixxi standards minimi għaż-Żoni Ristretti għas-Sajd (FRAs) kollha stabbiliti fil-livell tal-GFCM u għandha tapplika għall-FRAs kollha stabbiliti fil-livell tal-GFCM wara l-2022.

Artikolu 106b

Miżuri ta’ ġestjoni

1. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona/i ristretta/i għas-sajd fl-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni jew is-sovranità tagħhom.

2. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni lista ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati kif elenkati fl-Anness XIX, bi sforz u kapaċità assoċjati, u kwalunkwe parametru ulterjuri elenkat bħala rilevanti mill-SAC.

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-GFCM il-lista stabbilita fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien.

Artikolu 106c

Ġbir, monitoraġġ u r-riċerka tad-data

1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw pjan ta’ monitoraġġ xjentifiku għal kull Żona Ristretta għas-Sajd, inkluż sett ta’ għodod u linji gwida integrati sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-effettività taż-żona ristretta għas-sajd fil-bini mill-ġdid tal-istokkijiet u biex jiġu protetti l-ħabitats u l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli

Dawn għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-pjan imsemmi fl-ewwel paragrafu kull sena.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sidien ta’ vapur:

(a)    jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord elettroniku jew f’dokument ekwivalenti, f’konformità mal-istandards internazzjonali u mar-rekwiżiti ta’ rapportar ta’ data tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd, data dwar il-qbid tal-ispeċijiet ewlenin imsemmija fl-Artikoli 4, 15, 24, 33, 40, 59, 68, 75, 77a, 78, 84, 93 u 98, qabdiet inċidentali, rilaxx u/jew skartar ta’ speċijiet sensittivi elenkati jew fl-Anness II jew fl-Anness III tal-Protokoll SPA/BD;

(b)    jirrapportaw lill-awtoritajiet nazzjonali l-informazzjoni msemmija fil-punt (a); għan-notifika fir-rapportar nazzjonali annwali tagħhom f’konformità mal-manwal tad-DCRF 2, u lill-Kummissjoni.

3. L-Istati Membri jistgħu jadottaw kwalunkwe miżura addizzjonali biex itejbu l-ġbir ta’ data fid-dawl tal-monitoraġġ xjentifiku ta’ speċijiet ewlenin.

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-GFCM l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b).

Artikolu 106d

Kontroll u rapportar

1. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu f’għeluq temporanju ta’ kull Żona Ristretta għas-Sajd ikkonċernata. Għal kull bastiment, il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni ddettaljata fl-Anness XIX. Sat-30 ta’ April kull sena, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-lista lis-Segretarjat tal-GFCM.

2. Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati biex jistadu fiż-żona B għandhom ikunu mgħammra b’monitoraġġ elettroniku mill-bogħod bl-użu ta’ frekwenza akbar ta’ trażmissjoni tad-data kif ukoll ġurnal ta’ abbord elettroniku li jaħdem kif suppost jew dokument ekwivalenti, u l-irkaptu tas-sajd abbord jew li qiegħed jintuża għandu jiġi identifikat, numerat u mmarkat kif xieraq qabel ma tibda kwalunkwe operazzjoni tas-sajd jew navigazzjoni fiż-Żona Ristretta għas-Sajd. Sa fejn ikun possibbli, il-frekwenza tat-trażmissjonijiet tad-data tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS jew sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatizzati) għandha tkun ta’ mill-anqas darba kull 30 minuta meta bastiment tas-sajd jidħol fi kwalunkwe żona ta’ Żona Ristretta għas-Sajd.

3. Is-sajd f’żoni u f’perjodi pprojbiti għandu jitqies bħala ksur serju. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-bastiment li jwettaq dan il-ksur serju għandu jwaqqaf immedjatament l-attivitajiet tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn il-port għal investigazzjoni.

4. Sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar il-miżuri ta’ ġestjoni meħuda fl-FRAs. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 140 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward tal-kontenut tar-rapport, kif se jiġi miftiehem fil-livell tal-GFCM.

5. Ir-rapport previst fil-paragrafu 2 għandu jkun fih dan li ġej:

(a) informazzjoni dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni, ta’ kontroll u ta’ ġestjoni;

(b) il-lista ta’ bastimenti awtorizzati u informazzjoni relatata dwar l-awtorizzazzjonijiet fl-FRA;

(c) ir-riżultati tal-iskemi ta’ spezzjoni inkluż tal-anqas l-għadd ta’ ksur identifikat, it-tip ta’ ksur u s-sanzjonijiet applikati;

(d) informazzjoni dwar l-attivitajiet fl-FRA (eż. sajd, tranżitu);

(e) pjan ta’ azzjoni, fir-rigward tal-bastimenti u s-sidien tal-bastimenti bi ksur identifikat, biex jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom ikkonċernati mill-FRA.

7. Sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-GFCM, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3.”;

(55) l-Artikolu 107 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 107

Stabbiliment ta’ żona ta’ sajd ristretta

1. Hija stabbilita żona ristretta għas-sajd fil-Lvant tal-Golf tal-Iljuni, konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati ġeografiċi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness XI.

2. Fil-Parti A, iż-Żona (1), il-bastimenti tas-sajd professjonali li jkollhom fil-mira tagħhom l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ bl-użu ta’ xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ u pelaġiċi u xbieki tal-qiegħ u attività tas-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti.

3. L-attivitajiet tas-sajd li jkollhom fil-mira tagħhom stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ bl-użu ta’ xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ u pelaġiċi kif ukoll xbieki tal-qiegħ għandhom ikunu pprojbiti fil-Parti A, iż-Żona (2) mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April ta’ kull sena.”;

(56) l-Artikolu 108 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 108

Sforz tas-sajd

1.    Għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, l-isforz tas-sajd (jiem fuq il-baħar) tal-bastimenti li jużaw xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ u pelaġiċi u xbieki tal-qiegħ fiż-żona ristretta għas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 107 ma għandux jaqbeż il-livell tal-isforz tas-sajd applikat fl-2008 minn kull Stat Membru f’dik iż-żona.

2. L-Istati Membri ma għandhomx jittrasferixxu l-isforz bejn il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fl-FRA li għandhom irkaptu differenti.”;

(57) jitħassar l-Artikolu 112.

(58) l-Artikolu 113 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 113

Żoni ta’ sajd ristretti

1. Is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit f’dawn iż-żoni:

(1)

iż-żona ristretta għas-sajd “Lvant mill-Adventure Bank” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati previsti fil-Parti B tal-Anness XI;

(2)

iż-żona ristretta għas-sajd “Punent mill-Baċin ta’ Gela” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati previsti fil-Parti B tal-Anness XI;

(3)

iż-żona ristretta għas-sajd “Lvant mill-Malta Bank” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati previsti fil-Parti B tal-Anness XI.

2. Kwalunkwe attività tas-sajd tal-qiegħ, inkluż is-sajd rikreattiv, irrispettivament mit-tul totali tal-bastimenti, ma għandhiex tkun permessa fl-FRAs imsemmija fil-paragrafu 1”;

(59) fl-Artikolu 115, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4. L-attività tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku li jkollha fil-mira tagħha l-inċova jew is-sardin għandha tkun ipprojbita fiż-żona konfinata b’linji li jgħaqqdu l-koordinati stabbiliti fl-Anness XI, il-Parti D.”;

(60) fit-Titolu III, il-Kapitolu I, jiddaħħlu t-taqsimiet li ġejjin:

“Taqsima V

Trasbord

Artikolu 120 a

Kamp ta' applikazzjoni

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, din it-taqsima tirregola l-operazzjonijiet ta’ trażbord fiż-Żona tal-GFCM, kif previst fl-Anness I.

2. It-trażbordi fuq il-baħar barra mill-ilmijiet tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti, ħlief fil-każ ta’ force majeure li tiġi identifikata legalment minn awtorità ta’ kontroll fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM.

3. It-trażbordi għandhom ikunu permessi biss f’portijiet, f’punti ta’ ħatt l-art jew f’postijiet qrib ix-xatt awtorizzati għal dak il-fini, soġġetti għal awtorizzazzjoni u għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima.

4. It-trażbord ma għandux iseħħ jekk xi wieħed mill-bastimenti involuti jkun inkluż fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM.

5. Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, ir-rilokazzjoni, l-attivitajiet ta’ tkarkir bil-paranzi u l-operazzjonijiet tas-sajd li jinvolvu azzjoni konġunta (Operazzjonijiet tas-sajd konġunti) minn żewġ bastimenti tas-sajd jew aktar mill-Istati Membri jew mill-partijiet kontraenti tal-GFCM ma għandhomx jitqiesu bħala trażbord.

Artikolu 120b

Operazzjonijiet ta’ trażbord fil-port

1. Operazzjoni ta’ trażbord fil-port għandha tkun permessa biss soġġetta għal awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Istati Membri kostali u mill-awtoritajiet tal-bastimenti.

2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ meta l-awtoritajiet tal-bastimenti tal-bandiera jkunu vverifikaw li l-attivitajiet imwettqa mill-bastimenti li jkunu qegħdin jieħdu sehem fit-trażbord ikunu f’konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-ġestjoni tal-GFCM u li l-bastimenti ma jkunux ġew involuti f’attivitajiet ta’ sajd IUU.

3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 trid tinżamm abbord il-bastiment donatur u ssir disponibbli matul proċedura ta’ spezzjoni jew ta’ kontroll.

4. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd donatur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-Port dwar l-identifikazzjoni tal-bastiment riċevitur, id-data, il-ħin u l-port fejn se jsir it-trażbord, tal-anqas 48 siegħa qabel l-operazzjoni ta’ trażbord.

5. L-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkun fiha, tal-anqas, l-isem tal-bastiment, in-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, in-numru tar-reġistru tal-GFCM, il-marka esterna, il-port tar-reġistru u l-bandiera tal-bastiment tas-sajd.

6. Il-kaptan tal-bastiment riċevitur, 48 siegħa qabel il-ħatt l-art, għandu jgħaddi dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn se jsir il-ħatt.

7. Mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel ma jibda t-trażbord, il-kaptan tal-bastiment riċevitur għandu jimla u jgħaddi lill-awtoritajiet tal-port informazzjoni dwar il-qabdiet u l-prodott tas-sajd abbord. Il-qabdiet għandhom jiġu rrapportati billi jiġu indikati l-ispeċijiet u l-piż jew l-għadd ta’ speċijiet meta rilevanti.

8. L-Istat Membru għandu jirrikjedi li l-kaptan tal-bastiment tas-sajd donatur joħroġ it-talba biex jibgħat l-informazzjoni li ġejja:

(a)    l-ispeċijiet skont l-identifikazzjoni tal-kodiċi alfa tal-FAO u l-forma tal-prodott;

(b)    il-qabdiet abbord li għandhom jiġu ttrażbordati, f’kg ta’ piż ħaj, f’piż ipproċessat u/jew f’għadd ta’ speċijiet meta dan ikun pertinenti;

(c)    il-post ġeografiku tal-qabdiet (kif irreġistrat fil-ġurnal ta’ abbord);

(d)    il-post u d-data fejn huwa previst it-trażbord;

(e)    informazzjoni dwar il-bastiment riċevitur, l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni, in-numru tal-IMO, il-bandiera.

9. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-bastimenti li ma jkunux qegħdin itajru l-bandiera tagħhom u li jkunu qegħdin ifittxu aċċess għall-portijiet tagħhom u jipprevjenu li tali bastimenti jkunu ġew involuti f’attivitajiet ta’ sajd u/jew relatati mas-sajd bi ksur ta’ kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni tal-GFCM.

Artikolu 120c

Dikjarazzjonijiet tat-trażbord tal-GFCM

1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ aktar minn 15-il metru li jtajru l-bandiera tagħhom involuti f’operazzjoni ta’ trażbord għandhom jimlew dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM f’konformità mal-Anness XX u jindikaw speċifikament il-kwantitajiet kollha ta’ kull speċi trażbordata jew riċevuta b’piż ħaj ekwivalenti ta’ aktar minn 50 kg u/jew l-għadd ta’ speċijiet meta dan ikun rilevanti.

2. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha tal-anqas:

(a) in-numru ta’ identifikazzjoni estern u l-isem kemm tal-bastiment tas-sajd tat-trażbord kif ukoll dak riċeventi;

(b) il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi u ż-żona ġeografiċi rilevanti li fihom ttieħdu l-qabdiet;

(c) il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott, jew, fejn xieraq, l-għadd ta' individwi, inklużi l-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata;

(d) il-port ta’ destinazzjoni tal-bastiment tas-sajd riċeventi;

(e) il-port deżinjat tat-trasbord.

3. Il-kaptani kemm tal-bastiment tas-sajd donatur kif ukoll dak riċeventi għandhom jissottomettu dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-trażbord:

(a) lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom; kif ukoll

(b) jekk it-trażbord ikun sar f’port ta’ Stat Membru ieħor jew f’port ta’ parti kontraenti mhux tal-UE tal-GFCM, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM għandha ssir ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-port ikkonċernat.

4. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM trid tiġi ffirmata mill-kaptan tal-bastiment riċevitur u mill-kaptan tal-bastiment donatur.

5. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom ikunu responsabbli kull wieħed għall-akkuratezza tad-data rreġistrata fid-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM tagħhom.

6. Kopja tad-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-GFCM għandha tinżamm abbord kull bastiment sakemm jinħattu l-art il-qabdiet u l-prodotti kollha.

Artikolu 120d

Miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll

1. Il-marġni ta’ tolleranza permess fi stimi rreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ piż ħaj ta’ ħut ittrażbordat jew riċevut għandu jkun ta’ 10 % għall-ispeċijiet kollha.

2. L-awtoritajiet tal-port għandhom jirrieżaminaw l-informazzjoni li jirċievu, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-bandiera tal-bastimenti jekk ikun meħtieġ, biex tiġi ddeterminata l-konsistenza bejn il-qabdiet, it-trażbordi, u l-ħatt l-art irrapportati ta’ kull bastiment. Din il-verifika għandha ssir b’mod li l-bastiment jesperjenza l-anqas interferenza u inkonvenjenza, u li tiġi evitata d-degradazzjoni tal-ħut.

3. Il-bastimenti donaturi u riċevituri kollha awtorizzati biex iwettqu t-trażbord għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom u jużaw sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti operazzjonali abbord f’konformità mal-istandards minimi msemmija fir-Rakkomandazzjoni GFCM/33/2009/7.

Artikolu 120e

Rappurtar

1. Sal-15 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, il-lista ta’ portijiet, punti ta’ ħatt l-art, u postijiet qrib ix-xatt fejn huma permessi l-operazzjonijiet ta’ trażbord fl-ambitu ta’ din it-taqsima.

2. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lis-Segretarjat tal-GFCM l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/14 sal-15 ta’ April ta’ kull sena.

4. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-GFCM l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 3.

Taqsima VI

Sajd rikreattiv fil-Baħar Mediterran

Artikolu 120f

Kamp ta' applikazzjoni

Din it-taqsima tistabbilixxi r-regoli minimi għall-ġestjoni, għall-kontroll u għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd rikreattiv fil-Baħar Mediterran, il-GSAs 1 sa 27 kif previst fl-Anness I.

Artikolu 120g

Projbizzjonijiet

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1241, għandu jkun ipprojbit li:

(a) ikun hemm involviment f’sajd rikreattiv mingħajr liċenzja tas-sajd jew reġistrazzjoni valida, f’konformità ma’ dan il-Kapitolu u mid-data tal-applikazzjoni tiegħu;

(b) jinbiegħu jew jiġu nnegozjati qabdiet minn attivitajiet ta’ sajd rikreattiv;

(c) jinżamm kwalunkwe kampjun li jappartjeni għall-ispeċijiet elenkati fl-Anness XXI dwar l-Ispeċijiet Ipprojbiti;

(d) jinżamm kwalunkwe kampjun iżgħar mid-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni adottati mill-GFCM;

(e) isir sajd fiż-żoni protetti permezz ta’ deċiżjonijiet tal-GFCM u f’konformità magħhom, b’mod partikolari l-ħabitats sensittivi u ż-Żoni Ristretti għas-Sajd stabbiliti biex jipproteġu l-Ħabitats Essenzjali tal-Ħut (EFHs) u l-Ekosistemi tal-Baħar Vulnerabbli (VME) u ż-Żoni speċifikament ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri.

(f) isir sajd taħt l-ilma b’apparat tan-nifs awtonomu;

(g) isir sajd taħt l-ilma minn inżul ix-xemx saż-żerniq;

(h) jinżammu fl-istess ħin lanez miżmuma bl-idejn u ħrapen u apparat tan-nifs awtonomu (pulmun tal-ilma);

(i) isir sajd b’sustanzi tossiċi, stupefaċenti jew korrużivi, splussivi jew kurrent elettriku.

Artikolu 120h

Liċenzji

Sal-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu jew skema obbligatorja ta’ liċenzjar jew reġistru li jkopri s-sajjieda rikreattivi kollha.

Artikolu 120i

Kontroll u infurzar

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw sistema għall-kontroll u għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd rikreattiv li tikkomplementa l-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali eżistenti, għall-attivitajiet tas-sajd rikreattiv li jsiru mill-bastimenti.

Tali sistema għandha tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskju, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-theddid li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd rikreattiv għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 120g.

3.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw sistema effettiva ta’ sanzjonar kontra kwalunkwe ksur tar-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Is-sanzjonijiet u l-penali applikati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom iqisu l-frekwenza u t-theddid li jinħoloq għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 120g.

Artikolu 120j

Ġbir tad-data

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar stretti stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) 1224/2009 l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki tal-kampjuni u stħarriġiet tal-attivitajiet tas-sajd rikreattiv fl-ilmijiet tal-Unjoni li jseħħu fit-territorju tagħhom.

Artikolu 120k

Rapportar tad-data

1. Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-elementi elenkati hawn taħt:

(a) il-lista ta’ speċijiet ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew lokali;

(b) il-metodi tas-sajd ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew lokali;

(c) iż-żoni speċifikament ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew lokali;

(d) il-lista ta’ speċijiet irregolati għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew lokali;

(e) kwalunkwe miżura li tirregola l-attivitajiet tas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew lokali.

2. Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lis-Segretarjat tal-GFCM l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1.”;

(61) fl-Artikolu 122, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Il-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-ewwel kolonna tal-Anness XXIII u l-informazzjoni li ġejja:

(a)    in-numru CFR tal-bastiment u l-marki esterni tiegħu, kif iddefinit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/218;

(b)    il-perjodu li matulu jkun awtorizzat is-sajd u/jew it-trasbord;

(c)    l-irkaptu tas-sajd użat.”;

(62) l-Artikolu 128 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) evidenza rrapportata mill-Istati Membri li tappoġġa l-preżunzjoni ta’ attivitajiet ta’ sajd IUU, inkluża informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-bastiment ikkonċernat.”;

(b) jiżdiedu l-paragrafi 4 sa 6 li ġejjin:

“4. Fl-ambitu ta’ din it-taqsima, il-bastimenti tas-sajd jitqiesu li wettqu attivitajiet ta’ sajd IUU fiż-żona tal-GFCM meta Stat Membru jippreżenta evidenza li tali bastimenti kienu involuti f’waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin bi ksur tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-GFCM:

(a) l-attivitajiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c), (e), (i) u (j) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(b) il-ħsad tal-ħut fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM filwaqt li jkunu mingħajr nazzjonalità;

(c) il-ħsad tal-ħut fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM filwaqt li ma jkollhomx numru adegwat ta’ identifikazzjoni tal-bastiment;

(d) l-involviment fis-sajd jew f’attivitajiet relatati mas-sajd, bi ksur ta’ kwalunkwe miżura oħra ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-GFCM.

5. Meta jkun xieraq, l-Istati Membri għandhom jinvestigaw dwar l-allegata attività ta’ sajd IUU u/jew jimmonitorjaw il-bastimenti rilevanti.

6. Meta jkun xieraq, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-sid tal-bastiment ikkonċernat dwar is-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar il-bastiment mill-Istat Membru għall-inklużjoni tiegħu fl-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM u dwar il-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw jekk il-bastiment jiġi inkluż fil-lista ta’ bastimenti IUU adottata mill-GFCM.” ;

(63) l-Artikolu 130 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 130

Abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM 

1. Malli jirċievu l-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU mis-Segretarjat tal-GFCM, l-Istati Membri għandhom:

(a) jimmonitorjaw mill-qrib il-bastimenti inklużi fl-abbozz tal-lista IUU u jiddeterminaw l-attivitajiet tagħhom u bidliet possibbli fl-isem, fil-bandiera u/jew fis-sid reġistrat.

(b) jinnotifikaw lis-sid tal-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu bl-inklużjoni tiegħu fl-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM u bil-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw meta jiġu kkonfermati fil-lista ta’ bastimenti IUU adottata tal-GFCM.

2. Malli jirċievu l-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU mis-Segretarjat tal-GFCM, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw il-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni kif xieraq.

3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM tal-anqas 30 jum qabel is-sessjoni annwali tal-GFCM.

4. L-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 7 ijiem qabel is-sessjoni annwali tal-GFCM kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun rilevanti għall-istabbiliment tal-lista ta’ bastimenti IUU tal-GFCM.

5. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-GFCM qabel is-sessjoni annwali tal-GFCM”;

(64) jiddaħħal l-Artikolu 130a li ġej bejn l-Artikolu 130 u l-Artikolu 131:

“Artikolu 130 a

Osservazzjonijiet ta’ bastimenti

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru, permezz ta’ operazzjonijiet ta’ infurzar u ta’ sorveljanza mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM, kemm jista’ jkun informazzjoni kull meta bastiment b’bandiera barranija jew bastiment b’nazzjonalità mhux iddeterminata jew mingħajrha jiġi osservat li huwa involut f’sajd jew f’attivitajiet relatati mas-sajd li jitqiesu li huma illegali, mhux irrapportati u mhux irregolati.

2. L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet ta’ bastimenti f’konformità mal-iskeda ta’ informazzjoni dwar l-ilmiħ stabbilita fl-Anness VII.

3. Meta jintlemaħ bastiment, l-Istat Membru tal-osservazzjonijiet għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika l-iskeda ta’ informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet u jipprovdi kwalunkwe immaġni rreġistrata tal-bastiment lill-awtoritajiet xierqa tal-Istat Membru tal-bandiera jew lill-Partijiet Kontraenti tal-GFCM jew lill-partijiet mhux kontraenti tal-bandiera tal-bastiment osservat, u:

(a) Meta l-bastiment li jkun ġie osservat ikun qiegħed itajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, l-Istat Membru tal-bandiera għandu, mingħajr dewmien żejjed, jieħu azzjoni xierqa fir-rigward tal-bastiment inkwistjoni. Kemm l-Istat Membru li jkun osserva kif ukoll l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment li jiġi osservat għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-osservazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), inklużi dettalji dwar kull azzjoni ta’ segwitu li tittieħed;

(b) Jekk il-bastiment li jkun ġie osservat ikollu bandiera ta’ parti kontraenti oħra tal-GFCM, parti mhux kontraenti, ikun ta’ bandiera indeterminata, jew ikun mingħajr nazzjonalità, l-Istat Membru tal-osservazzjonijiet għandu, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-EFCA l-informazzjoni xierqa kollha relatata mal-osservazzjonijiet. Kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet lis-Segretarjat tal-GFCM.

5. L-Istati Membri li jwettqu imbarkazzjoni ta’ bastiment li jopera mingħajr nazzjonalità għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawk l-emendi lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

6. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw immedjatament lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti miġbura minn imbarkazzjonijiet fuq bastimenti ta’ partijiet mhux kontraenti li jwettqu sajd jew attivitajiet relatati mas-sajd fuq speċijiet koperti mill-miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd tal-GFCM f’ilmijiet lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM. Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarjat tal-GFCM mingħajr dewmien.

7. Il-bastimenti tas-sajd u ta’ appoġġ tal-Istati Membri li joperaw fiż-żona ta’ applikazzjoni tal-GFCM għandhom jiġbru u jirrapportaw l-informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet domestiċi xierqa tagħhom biex jappoġġaw il-proċess ta’ osservazzjonijiet tal-bastimenti stabbilit f’dan l-Artikolu.

8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 140 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward tad-data li għandha tiġi inkluża fl-Anness VII.”;

(65) fl-Artikolu 139, il-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(11) L-implimentazzjoni ta’ mudell ġdid għall-osservazzjonijiet skont l-Artikolu 130a u l-Anness VII;

(12) miżuri li jikkonċernaw il-barbun imperjali kif stabbilit fl-Artikoli 90 sa 94a.”;

(66) jiddaħħal l-Artikolu 138a li ġej bejn l-Artikolu 138 u l-Artikolu 139:

“Artikolu 138 a

Ġestjoni tad-data, ħarsien tad-data personali u kunfidenzjalità

1. Data personali meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu15 (1), tal-Artikolu 24(1), tal-Artikolu 30b (4) u (5), tal-Artikolu 30c, tal-Artikolu 34(1), tal-Artikolu 37b (4) u (5), tal-Artikolu 37c, tal-Artikolu 47(4), tal-Artikolu 54, tal-Artikolu 63(4) u (5), tal-Artikolu 64, tal-Artikolu 70(2), tal-Artikolu 75c (1), tal-Artikolu 78(3)(a), tal-Artikolu 94a(1), tal-Artikolu 96c(1), tal-Artikolu 106d(2), tal-Artikolu 126, tal-Artikolu 128(3) għandha tinġabar u tiġi pproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-finijiet li ġejjin:

(a)    il-konformità mal-obbligi li jidentifikaw informazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti tas-sajd u li jwettqu skambji tad-data dwar data tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 15, mal-Artikolu 24, mal-Artikolu 34, mal-Artikolu 47, mal-Artikolu 70, mal-Artikolu 77, mal-Artikolu 78, mal-Artikolu 94a u mal-Artikolu 96c ta’ dan ir-Regolament; kif ukoll

(b)    il-monitoraġġ, il-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 54, mal-Artikoli 30b u 30c, mal-Artikoli 37b u 37c, mal-Artikoli 63 u 64, mal-Artikolu 126, mal-Artikolu 106d u mal-Artikolu 128 ta’ dan ir-Regolament.

2. Id-data personali li tasal f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma għandhiex tinħażen għal aktar milli jkun meħtieġ għall-fini li tkun inġabret u, fi kwalunkwe każ, għal aktar minn 5 snin mill-ġbir, ħlief għad-data personali li tkun meħtieġa biex tippermetti s-segwitu tal-ilmenti, il-ksur u l-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, li jistgħu jinżammu sa tmiem il-proċedura kkonċernata, il-proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji jew iż-żmien meħtieġ għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet. Jekk l-informazzjoni tinżamm għal perjodu ta’ żmien itwal, id-data għandha tiġi anonimizzata.

3. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri kif definit fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali li jiġbru u jittrażmettu skont dan ir-Regolament.

4. Il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur kif iddefinit fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li tiġbor u tgħaddi skont dan ir-Regolament.

5. Minbarra l-obbligi stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom kull wieħed:

(a)    jiżguraw trattament kunfidenzjali meta tiġi trażmessa u riċevuta d-data elettronika;

(b)    jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u s-sigurtà stabbiliti fir-Rakkomandazzjonijiet approvati mill-GFCM, inklużi protokolli ta’ kriptaġġ xierqa biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u l-awtentiċità;

(c)    meta meħtieġ, fuq it-talba tas-Segretarjat tan-GFCM, jirrettifikaw jew iħassru rapporti jew messaġġi elettroniċi pproċessati b’mod li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament;

(d)    jiżguraw li d-data elettronika tinħażen u tintuża biss għall-monitoraġġ, il-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar jew għal skopijiet oħra speċifikati f’dan ir-Regolament; kif ukoll

(e)    jiżguraw li t-trażmissjoni kollha tad-data elettronika tuża sistemi ta’ komunikazzjoni tad-data ttestjati kif xieraq mas-Segretarjat tan-GFCM.

6. L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom kull wieħed jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar ta’ data personali fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li jsir għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet li għandhom dritt ta’ aċċess għal bażijiet tad-data rilevanti dwar is-sajd. B’mod partikolari, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex:

(a)    tipproteġi fiżikament id-data, inkluż billi toħloq pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b)    timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija tal-mezzi tad-data minn persuni mhux awtorizzati;

(c)    jimpedixxu l-input mhux awtorizzat tad-data u l-aċċess mhux awtorizzat, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati tad-data personali rreġistrata;

(d)    timpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data u kull ikkupjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data;

(e)    jiżguraw li persuni awtorizzati biex jaċċessaw il-bażijiet tad-data rilevanti dwar is-sajd ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ identitajiet tal-utenti individwali u permezz ta’ modalitajiet ta’ aċċess kunfidenzjali biss;

(f)    jiżguraw li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista’ tintbagħat id-data personali u x’data tkun ġiet proċessata fil-bażijiet tad-data rilevanti dwar is-sajd, meta, minn min u għal liema skop;

(g)    jipprevjenu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat tad-data personali matul it-trażmissjoni tad-data personali lejn il-bażijiet tad-data rilevanti dwar is-sajd jew minn dawn jew matul it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ kriptaġġ; kif ukoll

(h)    jimmonitorjaw l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħdu l-miżuri organizzazzjonali meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.”;

(67) l-Annessi VII, VIII u XI huma sostitwiti kif stabbilit fil-punt (1) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(68) jiżdiedu l-Annessi XVII, XVIII, XIX, XX, XXI, XXII u XXIII kif stabbilit fil-punt (2) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L347 30.12.2011, p.44)
(2)    Ir-Regolament (UE) 2015/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (ĠU L 308 25.11.2015, p.1)
(3)    Ir-Regolament (UE) 2019/982 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (ĠU L 164 20.6.2019, p.1).
(4)    Ir-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) (riformulazzjoni) (ĠU L, 2023/2124, 12.10.2023).
(5)    Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105)
(6)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(7)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 409 21.12.2006, p. 11).
(8) 1    ELI:
(9) 2    ELI:
(10) 3    Tiddaħħal:
(11) 5    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1005/oj ).
(12) 6    [Referenza tal-opinjoni].
(13) 7    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14)
(14)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1–32)ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1005/oj

Brussell, 30.4.2024

COM(2024) 183 final

ANNESS

tar-

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)



ANNESS

(1) L-Annessi VII, VIII u XI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“ANNESS VII

SKEDA TA’ INFORMAZZJONI TA’ OSSERVAZZJONIJIET

SKEDA TA’ INFORMAZZJONI TA’ OSSERVAZZJONIJIET

1. Data tal-osservazzjonijiet:    Ħin    Jum    Xahar Sena

2. Pożizzjoni tal-bastiment osservat:

Latitudni    Lonġitudni

3. Isem tal-bastiment osservat:

4. Stat tal-bandiera:

5. Port (u pajjiż) tar-reġistru:

6. Tip ta’ bastiment:

7. Sinjal Internazzjonali tas-Sejħa bir-Radju:

8. Numru tar-reġistrazzjoni:

9. Numru tar-reġistru tal-flotta GFCM:

10. Numru tal-IMO:

11. Tul stmat totali u tunnellaġġ gross:    m    GT

12. Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd (jekk applikabbli):

Tip:    Kwantità stmata (unitajiet)

13. Nazzjonalità tal-kaptan:    Uffiċjal:    Ekwipaġġ:

14. Sitwazzjoni tal-bastiment (Jekk jogħġbok immarka):

[ ] Sajd    [ ] Veloċità kostanti    [ ] Mitluq mal-kurrent

[ ] Provvista    [ ] Trażbord    [ ] Oħrajn (speċifika)

15. Tip ta’ attivitajiet tal-bastiment osservat (jekk jogħġbok iddeskrivi):

16. Deskrizzjoni tal-bastiment u tal-irkaptu tas-sajd identifikat:

17. Informazzjoni rilevanti oħra:

18. Lista ta’ dokumenti mehmuża (bħal ritratti, eċċ.):

19. L-informazzjoni ta’ hawn fuq inġabret minn:

Isem:    Titlu:

Mezzi ta’ osservazzjoni (inklużi l-isem u l-pożizzjoni tal-bastiment/tal-inġenju tal-ajru, meta jkun xieraq):

Data:    (jum) (xahar) (sena)     Firma:



ANNESS VIII

DATA LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-LISTA TA’ BASTIMENTI

Il-lista msemmija fl-Artikoli 15, 24, [Dak l-artikolu ma jipprevedix lista. Għandu jiġi vverifikat, għall-Artikoli kollha li ssir referenza għalihom.], 34, 47, 61, 70, 74, 75c, 78, 96c u 116 għandu jkun fihom, għal kull bastiment, l-informazzjoni li ġejja:

·Isem tal-bastiment (il-bastiment awtorizzat jew il-bastiment awtorizzat użat għall-ħsad)

·Numru tar-reġistru tal-bastiment (kodiċi assenjat mill-Istati Membri)

·Numru ta’ reġistrazzjoni tal-GFCM (il-kodiċi 3-alfa tal-ISO tal-pajjiż + 9 ċifri, eż. xxx000000001)

·Port tar-reġistrazzjoni (l-isem sħiħ tal-port)

·Isem preċedenti (jekk ikun hemm)

·Bandiera preċedenti (jekk ikun hemm)

·Dettalji preċedenti tat-tħassir minn reġistri oħrajn (jekk ikun hemm) Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (jekk ikun hemm)

·VMS (indika I/L)

·Tip ta’ bastiment, tul totali (LOA) u tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ gross reġistrat (GRT) u s-saħħa tal-magna espressa f’kW

·Tagħmir ta’ sikurezza u ta’ sigurtà għall-ospitar tal-osservatur(i) abbord (indika I/L) (jekk applikabbli)

·Speċi ewlenija fil-mira

·Isem u indirizz tas-sid(ien) u tal-operatur(i)

·Irkaptu ewlieni u allokazzjoni tas-segment tal-flotta u unità operazzjonali kif identifikati fid-DCRF (jekk applikabbli)

·Perjodu staġunali awtorizzat għas-sajd: minn JJ/XX/SSSS sa JJ/XX/SSSS u l-irkaptu kkonċernat (jekk applikabbli)

·Żona awtorizzata għas-sajd (GSAs u/jew rettangoli tal-grilja statistika tal-GFCM (jekk applikabbli)

·Parteċipazzjoni fi programmi ta’ riċerka mmexxija minn istituzzjonijiet xjentifiċi nazzjonali/internazzjonali (indika I/L b’deskrizzjoni) (jekk applikabbli)

·Għadd ta’ jiem ta’ sajd eżerċitati minn kull bastiment fis-sena preċedenti u għadd ta’ jiem ta’ sajd li jistgħu jiġu eżerċitati minn kull bastiment skont is-sena u l-irkaptu (jekk applikabbli)

·Port deżinjat

·Speċi fil-mira (jekk applikabbli)



ANNESS XI 

 KOORDINATI TAŻ-ŻONI RISTRETTI GĦAS-SAJD U TAŻ-ŻONI TA’ LQUGĦ 

A. Żona ristretta għas-sajd fil-Golf tal-Iljuni

Żona ristretta għas-sajd fil-Lvant tal-Golf tal-Iljuni, konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati ġeografiċi rispettivi li ġejjin:  

Żona (1):

— 43°00’ N, 4°49,35’ E

— 43°00’ N, 4°53,7’ E

— 42°55,896’ N, 4°53,7’ E

— 42°55,896’ N, 4°49,35’ E

Żona (2):

— 42° 40′ N, 4° 20′ E

— 42° 40′ N, 5° 00′ E

— 43° 00′ N, 4° 20′ E

— 43° 00′ N, 5° 00′ E.

B. Żoni ristretti għas-sajd fl-Istrett ta’ Sqallija  

(1) iż-żona ristretta għas-sajd “Lvant ta’ Adventure Bank” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:  

— 37° 23,850′ N, 12° 30,072′ E  

— 37° 23,884′ N, 12° 48,282′ E  

— 37° 11,567′ N, 12° 48,305′ E  

— 37° 11,532′ N, 12° 30,095′ E

  (2)    iż-żona ristretta tas-sajd “Punent tal-Baċin ta’ Gela” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:  

— 37° 12,040′ N, 13° 17,925′ E  

— 37° 12,047′ N, 13° 36,170′ E  

— 36° 59,725′ N, 13° 36,175′ E  

— 36° 59,717′ N, 13° 17,930′ E  

(3)    iż-żona ristretta tas-sajd “Lvant tax-Xatt ta’ Malta” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:  

— 36° 12,621′ N, 15° 13,338′ E  

— 36° 12,621′ N, 15° 26,062 ′ E  

— 35° 59,344′ N, 15° 26,062′ E  

— 35° 59,344′ N, 15° 13,338′ E.  

C. Żoni ta’ lqugħ fl-Istrett ta’ Sqallija 

(1)    iż-żona ta’ lqugħ madwar iż-żona ristretta għas-sajd “Lvant ta' Adventure Bank” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

— 37° 24,849′ N, 12° 28,814′ E  

— 37° 24,888′ N, 12° 49,536′ E

— 37° 10,567′ N, 12° 49,559′ E  

— 37° 10,528′ N, 12° 28,845′ E  

(2)    iż-żona ta’ lqugħ madwar iż-żona ristretta għas-sajd “Punent tal-Baċin ta’ Gela” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin: 

— 37° 13,041′ N, 13° 16,672′ E

— 37° 13,049′ N, 13° 37,422′ E

— 36° 58,723′ N, 13° 37,424′ E  

— 36° 58,715′ N, 13° 16,682′ E

  (3)    iż-żona ta’ lqugħ madwar iż-żona ristretta għas-sajd “Lvant tax-Xatt ta’ Malta” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:  

— 36° 13,624′ N, 15° 12,102′ E  

— 36° 13,624′ N, 15° 27,298′ E  

— 35° 58,342′ N, 15° 27,294′ E  

— 35° 58,342′ N, 15° 12,106′ E  

D. Restrizzjonijiet fuq is-sajd fiż-żona ta’ Jabuka/Pomo Pit fil-Baħar Adrijatiku

(1) hija konfinata b’linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

— 43° 32,044′ N, 15° 16,501′ E

— 43° 05,452′ N, 14° 58,658′ E

— 43° 03,477′ N, 14° 54,982′ E

— 42° 50,450′ N, 15° 07,431′ E

— 42° 55,618′ N, 15° 18,194′ E

— 43° 17,436′ N, 15° 29,496′ E

— 43° 24,758′ N, 15° 33,215′ E

(2) hija konfinata b’linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

— 43° 03,477′ N, 14° 54,982′ E

— 42° 49,811′ N, 14° 29,550′ E

— 42° 35,205′ N, 14° 59,611′ E

— 42° 49,668′ N, 15° 05,802′ E

— 42° 50,450′ N, 15° 07,431′ E

(3) hija konfinata b’linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

— 43° 17,436′ N, 15° 29,496′ E

— 43° 24,758′ N, 15° 33,215′ E

— 43° 20,345′ N, 15° 47,012′ E

— 43° 18,150′ N, 15° 51,362′ E

— 43° 13,984′ N, 15° 55,232′ E

— 43° 12,873′ N, 15° 52,761′ E

— 43°13,494' N, 15°40,040' E

E. Żona Ristretta għas-Sajd f’ħabitats sensittivi tal-baħar fond  

(1)iż-żona ristretta għas-sajd tal-baħar fond “Sikka ta’ Lophelia ’l barra minn Capo Santa Maria di Leuca” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin: 

- 39° 27,72′ N, 18° 10,74′ E 

- 39° 27,80′ N, 18° 26,68′ E 

- 39° 11,16′ N, 18° 32,58′ E 

- 39° 11,16′ N, 18° 04,28′ E; 

(2)iż-żona ristretta għas-sajd tal-baħar fond “L-idrokarburi kesħin fiż-żona tad-delta tan-Nil” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin: 

 - 31° 30,00′ N, 33° 10,00′ E 

 - 31° 30,00′ N, 34° 00,00′ E 

 - 32° 00,00′ N, 34° 00,00′ E 

 - 32° 00,00′ N, 33° 10,00′ E; 

 (3)iż-żona ristretta għas-sajd tal-baħar fond “L-Eratosthenes Seamount.” konfinata permezz ta’ linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin: 

 - 33° 00,00′ N, 32° 00,00′ E 

 - 33° 00,00′ N, 33° 00,00′ E 

 - 34° 00,00′ N, 33° 00,00′ E 

 - 34° 00,00′ N, 32° 00,00′ E.”;



(2) jiżdiedu l-Annessi XVII, XVIII, XIX, XX, XXI, XXII u XXIII li ġejjin:

“ANNESS XVII

AZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-ISPEĊI GĦALL-ELAŻMOBRANKI

Għall-mazzola tat-tbajja’ (Mustelus asterias, M. mustelus, M. punctulatus):

·valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-mazzola tat-tbajja’ fis-sajd kollu, inkluż bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi/tan-nofs fond li jimmiraw għal speċijiet pelaġiċi żgħar;

·valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-mazzola tat-tbajja’ li tinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

·identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-mazzola tat-tbajja’;

·identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

·ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inklużi miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-mazzola tat-tbajja’, jekk ikun hemm; u

·valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-pixxivolpi komuni (Alopias vulpinus):

·valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-pixxivolpi komuni fis-sajd kollu;

·valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-pixxivolpi komuni li jinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

·identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-pixxivolpi komuni;

·identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

·ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inklużi miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-pixxivolpi komuni, jekk ikun hemm; u

·valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-kelb griż (Carcharhinus plumbeus):

·valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-kelb griż fis-sajd kollu;

·valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-kelb griż li jinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

·identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-kelb griż;

·identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

·ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inklużi miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-kelb griż, jekk ikun hemm; u

·valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għaż-żagħrun (Centrophorus granulosus):

·valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat taż-żagħrun fis-sajd kollu;

·valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza taż-żagħrun li jinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

·identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi taż-żagħrun;

·identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

·ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inklużi miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni taż-żagħrun, jekk ikun hemm; u

·valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-murruna ta’ seba’ garġi (Heptranchias perlo):

·valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-murruna ta’ seba’ garġi fis-sajd kollu;

·valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-murruna ta’ seba’ garġi li tinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

·identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-murruna ta’ seba’ garġi;

·identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

·ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inklużi miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-murruna ta’ seba’ garġi, jekk ikun hemm; u

·valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-mazzola griża (Squalus acanthias):

·valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-mazzola griża fis-sajd kollu;

·valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-mazzola griża li tinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

·identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-mazzola griża;

·identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

·ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inklużi miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-mazzola griża, jekk ikun hemm; u

·valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.

Għall-ħuta kaħla (Prionace glauca):

·valutazzjoni tar-rati ta’ qbid inċidentali (qabda aċċessorja) u ta’ qbid immirat tal-ħuta kaħla fis-sajd kollu;

·valutazzjoni tar-rati ta’ sopravivenza tal-ħuta kaħla li tinqabad bħala qabda aċċessorja fis-sajd differenti;

·identifikazzjoni tal-ħabitats kritiċi tal-ħuta kaħla;

·identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tas-sajd biex titnaqqas il-qabda aċċessorja u jiżdiedu r-rati ta’ sopravivenza wara r-rilaxx;

·ġbir ta’ kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tas-sajd stabbilita, inklużi miżuri spazjali, li tista’ taffettwa b’mod pożittiv il-konservazzjoni tal-ħuta kaħla, jekk ikun hemm; u

·valutazzjoni tad-domanda tas-suq prijoritarju (domestika, esportazzjoni, eċċ.), jekk ikun hemm.



ANNESS XVIII

MIŻURI TA’ MITIGAZZJONI

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jistgħu jinkludu l-elementi li ġejjin li għandhom jiġu adattati skont l-ispeċifiċitajiet ta’ kull tip ta’ sajd:

·L-irkaptu tas-sajd jintrama preferibbilment billejl (siegħa wara l-għabex u siegħa qabel iż-żerniq);

·Użu ta’ rkaptu modifikat b’żieda fil-ponderazzjoni. Il-bastimenti għandhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw konfigurazzjonijiet tal-irkaptu li jimminimizzaw ir-riskji tal-interazzjoni tat-tjur tal-baħar ma’ partijiet mix-xibka, il-linji u s-snanar li għalihom huma l-aktar vulnerabbli;

·Użu ta’ rkaptu modifikat b’mill-anqas lett tori wieħed u b’nuffara kkuluriti. Nuffara ta’ kulur jgħajjat jistgħu jkunu qosra jew twal, jew it-tnejn. Huwa rrakkomandat li n-nuffara qosra għandhom jitwaħħlu f’intervalli ta’ metru u f’intervalli twal ta’ 5 metri tul il-firxa mill-ajru tal-linja. Għall-bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ anqas minn 35 metru, il-lett tori għandu jitwaħħal f’għoli ta’ mill-anqas 6 metri u għandu jinkludi firxa mill-ajru ta’ 75 metru, b’nuffara li jilħqu l-wiċċ tal-ilma kull 5 metri tul l-ewwel 55 metru tal-linja. Għandu jintuża apparat irmunkat xieraq biex jiskula, jimmassimizza l-firxa tal-ajru u jżomm il-linja wara l-bastiment matul irjieħ trażversali;

·Projbizzjoni tar-rilaxx tal-ġewwieni u l-qbid skartat waqt il-kalar u l-ġbid tal-irkaptu tas-sajd. Ix-xbieki u tipi oħrajn ta’ rkaptu tas-sajd għandhom jitnaddfu qabel ma jintramaw sabiex jitneħħa kwalunkwe oġġett li jista’ jattira l-għasafar tal-baħar. Barra minn hekk, il-bastimenti għandhom jadottaw proċeduri ta’ kalar u ta’ ġbid li jimminimizzaw il-ħin li l-irkaptu tas-sajd jibqa’ f’wiċċ l-ilma. Il-manutenzjoni tax-xbieki u ta’ tipi oħrajn ta’ rkaptu ma għandhiex titwettaq, sa fejn ikun possibbli, meta x-xbieki jew l-irkaptu jkunu fl-ilma;

·jiġi żgurat taħriġ regolari għal rilaxx xieraq u sikur ta’ speċijiet maqbuda;

·Twettiq ta’ operazzjonijiet tas-sajd b’tali mod li l-kalamenti jew il-kejbils jinżlu fl-ilma kemm jista’ jkun malajr lil hinn minn kemm jistgħu jilħqu l-għasafar tal-baħar ladarba jitqiegħdu fl-ilma;

·Użu ta’ lett bl-infafar meta jintrama l-irkaptu tas-sajd biex l-għasafar tal-baħar jiġu skoraġġuti milli jersqu lejn il-kalamenti jew il-kejbils tat-tkarkir;

·Inkoraġġiment tal-użu ta’ apparat għall-esklużjoni tal-għasafar biex l-għasafar tal-baħar jiġu skoraġġuti milli jfittxu l-ikel fuq il-lixki matul il-ġbid tal-konzijiet;

·Isir kull sforz biex jiġi żgurat li l-għasafar tal-baħar maqbuda ħajjin matul l-operazzjonijiet tas-sajd jinħelsu ħajjin u s-snanar jitneħħew b’mod sikur, jekk ikun meħtieġ, mingħajr ma tiġi pperikolata ħajjithom.



ANNESS XIX

LISTA TA’ INFORMAZZJONI DETTALJATA DWAR IL-BASTIMENTI LI JISTADU FIL-FRAS

Il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull bastiment u għal kull FRA:

·Isem il-bastiment (bil-karattri Latini)

·Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali: Il-kodiċi li jirrappreżenta l-identifikatur uffiċjali tal-bastiment kif irrapportat fir-reġistru tal-flotta nazzjonali (sekwenza alfanumerika)

·Numru ta’ reġistrazzjoni tal-GFCM (il-kodiċi 3-alfa tal-ISO tal-pajjiż + 9 ċifri, eż. xxx000000001)

·Numru tal-IMO jew numru tal-immarkar estern

·Awtorità ta’ reġistrazzjoni: Isem tal-awtorità li ħarġet ir-reġistrazzjoni tal-bastiment

·Isem taż-Żona Ristretta għas-Sajd

·Isem preċedenti (jekk ikun hemm)

·Bandiera preċedenti (jekk ikun hemm)

·Dettalji preċedenti tat-tħassir minn reġistri oħrajn (jekk ikun hemm)

·Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (jekk ikun hemm)

·Tip ta’ bastiment, tul totali (LOA) u tunnellaġġ gross (GT)

·Irkaptu ewlieni użat għas-sajd fiż-żona B tal-FRA

·Speċi fil-mira

·Perjodu staġunali awtorizzat għas-sajd fil-FRA: Perjodu awtorizzat għas-sajd fiż-Żona Ristretta għas-Sajd (FRA): minn JJ/XX/SSSS sa JJ/XX/SSSS u l-irkaptu konċernat.

·Għadd ta’ jiem ta’ sajd li jista’ jiġi eżerċitat minn kull bastiment.

·Għadd ta’ jiem ta’ sajd operati mill-bastiment fiż-żona B taż-Żona Ristretta għas-Sajd matul is-sena.



ANNESS XX

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F’DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD TAL-GFCM

Elementi

Bastiment donatur

Bastiment riċeventi

1. Isem il-bastiment

2. Stat tal-Bandiera

3. Tip ta’ bastiment (ISSCFV)

4. Numru tal-IMO, jekk eleġibbli

5. ID esterna, jekk disponibbli

6. ID tar-reġistrazzjoni jekk tkun differenti minn 5

6. Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju, jekk disponibbli

7. Numru tal-MMSI, jekk disponibbli

8. Informazzjoni dwar is-sid tal-bastiment/il-kumpanija

Isem

Indirizz

Informazzjoni ta’ kuntatt (posta elettronika u numru tat-telefown)

9. Informazzjoni ta’ kuntatt tal-bastiment

Isem il-kaptan

Nazzjonalità

Numru tat-telefown

Posta elettronika

10. Identifikatur tal-awtorizzazzjoni tat-trażbord, jekk ikun hemm

11. Awtorizzazzjoni għat-trażbord maħruġa minn

12. Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tat-trażbord

13. Ħin u data tat-trażbord

Bidu (ħin/jum/xahar/sena)

Tmiem (ħin/jum/xahar/sena)

14. Post tat-trażbord Port/pożizzjoni fuq il-baħar (lat./lonġ.)

15. Kwantitajiet abbord qabel it-Trażbord

Bastiment donatur

Bastiment riċeventi

Żona/i tal-qbid

Speċi (il-kodiċijiet FAO/ASFIS)

Forma tal-prodott (tip ta’ preżervazzjoni u preżentazzjoni)

Kwantità (piż)

16. Ħut trażbordat

Bastiment donatur

Bastiment riċeventi

Żona/i tal-qbid

Speċi (il-kodiċijiet FAO/ASFIS)

Forma tal-prodott (tip ta’ preżervazzjoni u preżentazzjoni)

Kwantità (piż)

17. Firma

Bastiment donatur

Bastiment riċeventi

Firma tal-kaptan



ANNESS XXI

SPEĊIJIET IPPROJBITI

Mammiferi tal-baħar (l-ispeċijiet kollha)

Għasafar tal-baħar (l-ispeċijiet kollha)

Rettili tal-baħar (l-ispeċijiet kollha)

Speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet I u II skont il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES)

Speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet I u II skont il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċi Migratorji tal-Annimali Selvaġġi (CMS)

Speċijiet elenkati fl-Anness II skont il-Protokoll SPA/BD tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona

Speċijiet tal-baħar protetti mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri

Speċijiet tal-baħar speċifikament ipprojbiti għas-sajd rikreattiv skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri



ANNESS XXII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA DWAR QABDIET INĊIDENTALI TA’ GĦASAFAR TAL-BAĦAR

·In-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) tal-bastiment tas-sajd, id-data, il-ħin u l-post tal-qabda, id-daqs imkejjel tal-ispeċijiet li jinqabdu mejtin u d-daqs stmat tal-ispeċijiet li jinqabdu ħajjin;

·ir-rati ta’ mortalità inċidentali tal-għasafar tal-baħar assoċjati ma’ kull sajda, id-dettalji tal-ispeċijiet ta’ għasafar tal-baħar involuti u l-istimi tal-mortalità totali ta’ għasafar tal-baħar (fil-livell tal-GSA jew tar-rettangolu statistiku tal-GFCM, jekk possibbli);

·miżuri biex titnaqqas jew tiġi eliminata l-mortalità inċidentali tal-għasafar tal-baħar li jkunu preżenti f’kull sajda u sa liema punt kwalunkwe waħda minn dawn hija volontarja jew obbligatorja, flimkien ma’ valutazzjoni tal-effettività tagħhom; u

·programmi ta’ osservaturi xjentifiċi li jipprovdu kopertura spazjali u temporali addizzjonali tas-sajd li tippermetti stima statistikament akkurata tal-qabda inċidentali ta’ għasafar tal-baħar assoċjati ma’ kull sajd.



ANNESS XXIII

KAMPIJIET TAD-DATA OBBLIGATORJI DWAR IL-BASTIMENTI TAS-SAJD FIR-REĠISTRU TAL-GFCM TA’ BASTIMENTI TAS-SAJD B’TUL TOTALI TA’ AKTAR MINN 15-IL METRU AWTORIZZATI BIEX JISTADU FIŻ-ŻONA TA’ APPLIKAZZJONI TAL-GFCM

KAMPIJIET TAD-DATA

STATUS TAL-KUNFIDENZJALITÀ TAD-DATA

Pajjiż

P

Sena ta’ referenza

P

Awtorità ta’ reġistrazzjoni

P

Isem il-bastiment bil-karattri Latini

P

Isem il-bastiment preċedenti (jekk ikun hemm)

P

Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali

P

Numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

P

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS) (jekk applikabbli)

P

Identità tas-servizz mobbli marittimu (MMSI) (jekk applikabbli)

P

Numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) (jekk applikabbli)

P

Status operazzjonali (indikatur tal-attività)

P

Port tar-reġistrazzjoni

P

Sena tad-dħul fl-attività tas-sajd (jekk ikun hemm)

P

Awtorizzazzjoni għas-sajd (indikatur tal-liċenzja)

P

Subżona ġeografika (GSA) (GSA ewlenija)

P

Żona statistika tas-sajd sekondarju (GSA) (jekk ikun hemm)

P

Żona statistika tas-sajd terzjarju (GSA) (jekk ikun hemm)

P

Tip ta’ bastiment (eż. bastiment tat-tkarkir, bastiment tas-sajd bil-konz)

P

Irkaptu tas-sajd ewlieni

P

Irkaptu tas-sajd sussidjarju

P

Irkaptu tas-sajd terzjarju (jekk ikun hemm)

P

Tul totali (LOA)

P

Tunnellaġġ gross (GT)

P

Sena tal-kostruzzjoni

P

Saħħa tal-magna ewlenija (kW)

P

Sid (isem u indirizz)

R

Operatur (isem u indirizz) (jekk differenti mis-sid)

R

Għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ

R

Għadd massimu ta’ membri tal-ekwipaġġ

R

Indikatur tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) (preżenza/assenza)

P

Awtorizzazzjoni għas-sajd f’żona ristretta għas-sajd (FRA), isem il-FRA (kif adottat mill-GFCM)

P

”