IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 5.3.2024
COM(2024) 150 final
2024/0061(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (“EDIP”)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja bdiet invażjoni militari fuq skala sħiħa tal-Ukrajna, b’konsegwenzi devastanti għall-Ukrajna u l-poplu tagħha. Sentejn ta’ ġlied intensiv, bumbardamenti qawwija tal-artillerija u attakki mill-ajru wasslu biex ikun hemm għadd kbir ta’ vittmi ċivili u tbatija umana enormi. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kkawżat ħsara estensiva lill-infrastruttura, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u s-servizzi kritiċi ċivili u ta’ difiża fl-Ukrajna kollha u l-qerda ta’ bliet u rħula sħaħ f’xi partijiet tal-pajjiż. Il-kriżi umanitarja kienet konsegwenza li spustat miljuni ta’ Ukreni minn djarhom u ħalliet bosta nies fi bżonn kbir ta’ ikel, kenn u assistenza medika. Sal-lum, l-attakki Russi mill-ajru qed ikomplu jattakkaw il-bersalli fil-pajjiż kollu. Iridu jgħaddu s-snin, jekk mhux deċennji, biex titfejjaq it-trawma ta’ din il-gwerra bla sens. L-UE tappoġġa l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, id-dritt inerenti tagħha ta’ awtodifiża, u l-insegwiment tagħha ta’ paċi komprensiva, ġusta u sostenibbli f’konformità mad-dritt internazzjonali u l-Karta tan-NU. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna toħloq theddida fundamentali mhux biss għall-Ukrajna iżda wkoll għas-sigurtà Ewropea u globali. Il-kontribut tal-UE għall-awtodifiża tal-Ukrajna huwa investiment kruċjali fis-sigurtà tal-UE stess. F’dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri se jagħtu sehemhom, flimkien mas-sħab, għall-impenji futuri ta’ sigurtà lejn l-Ukrajna, li se jgħinu lill-Ukrajna tiddefendi lilha nnifisha, tirreżisti l-isforzi ta’ destabbilizzazzjoni u tiskoraġġixxi atti ta’ aggressjoni fil-futur. Ma jista jkun hemm l-ebda difiża mingħajr industrija tad-difiża. L-Ukrajna tiddependi ħafna fuq l-appoġġ militari li sar disponibbli mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, anke minħabba li l-biċċa l-kbira tal-bażi industrijali tad-difiża tagħha nqerdet.
L-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna mmarkat ir-ritorn drammatiku ta’ kunflitt territorjali u gwerra ta’ intensità għolja fit-territorju Ewropew. Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (European Defence Technological and Industrial Base, EDTIB) tfasslet biex qabelxejn tirrispondi għall-ħtiġijiet limitati tal-Istati Membri, l-aktar skont linji diviżorji nazzjonali, minħabba nuqqas ta’ investiment pubbliku għal deċennji sħaħ. F’xenarju bħal dan, il-kumpaniji tad-difiża spiss iffaċċjaw il-ħtieġa li jnaqqsu r-rati ta’ produzzjoni sabiex ma jħallux il-linji ta’ produzzjoni jegħrqu u jżommu il-persunal imħarreġ, filwaqt li jipproduċu kwantità limitata ta’ sistemi ta’ difiża għall-klijenti nazzjonali. Illum, l-esportazzjoni ta’ tagħmir ta’ difiża lill-klijenti mhux tal-UE hija suq ewlieni għal ħafna kumpaniji ta’ difiża Ewropej.
Iż-żieda fid-domanda għal ċerti prodotti tad-difiża fl-Ewropa kkawżata mill-bidla radikali fl-ambjent tas-sigurtà seħħet f’kuntest ta’ EDTIB ristretta minħabba limitazzjoni fil-kapaċità tal-produzzjoni fi “żmien ta’ paċi”. Fuq medda itwal ta’ żmien, din is-sitwazzjoni tqajjem il-kwistjoni tat-tħejjija industrijali għad-difiża fl-Ewropa, jiġifieri l-kapaċità li l-EDTIB tirrispondi b’mod effettiv (fil-ħin u fuq skala xierqa) għall-bidliet fid-domanda Ewropea għall-prodotti tad-difiża. Dan huwa marbut mill-qrib mal-isfida usa’ tas-sigurtà tal-provvista (Security of Supply, SoS) tat-tagħmir ta’ difiża fl-Ewropa. Għalkemm dan is-suġġett mhuwiex ġdid għall-Istati Membri tal-UE, il-pjan reċenti dwar il-munizzjon xeħet dawl fuqu, billi qajjem il-kwistjoni tal-abbiltà li l-EDTIB tiżgura s-sigurtà tal-provvista ta’ tagħmir ta’ difiża fl-Ewropa kemm fi żminijiet ta’ paċi kif ukoll fi żminijiet ta’ gwerra.
Wara t-tifqigħa tal-gwerra u l-istedina tad-dikjarazzjoni ta’ Versailles ta’ Marzu 2022, f’Mejju 2022, il-Kummissjoni, u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”)/il-Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) adottaw il-Komunikazzjoni Konġunta dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investiment fid-Difiża u t-Triq ’il Quddiem (JOIN/2022/24 final). Il-Komunikazzjoni Konġunta enfasizzat li n-nuqqas ta’ investiment fid-difiża mill-Istati Membri fl-aħħar deċennji rriżulta kemm f’diskrepanzi fil-kapaċitajiet kif ukoll f’diskrepanzi industrijali fl-Unjoni.
Mill-preżentazzjoni tal-Komunikazzjoni Konġunta ta’ Mejju 2022, tressqu diversi miżuri bħala rispons għall-aktar konsegwenzi immedjati tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna:
–Kif tħabbar fil-Komunikazzjoni Konġunta ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni, u r-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija stabbilew it-Task Force ta’ Akkwist Konġunt għad-Difiża (DJPTF) biex taħdem mal-Istati Membri u tappoġġa l-koordinazzjoni tal-ħtiġijiet tal-akkwist tagħhom b’terminu qasir ħafna. It-Task Force ffukat fuq il-koordinament u l-koordinazzjoni biex tiġi evitata tellieqa għall-iżgurar tal-ordnijiet. It-Task Force stabbiliet ukoll stima aggregata tal-ħtiġijiet, u mmappjat u enfasizzat il-ħtieġa għall-espansjoni tal-kapaċitajiet tal-manifattura industrijali tal-UE neċessarja biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet.
–Barra minn hekk, kif tħabbar fil-Komunikazzjoni Konġunta ta’ Mejju 2022, f’Lulju 2022 il-Kummissjoni ppreżentat l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (European Defence Industrial Reinforcement through common Procurement Act, EDIRPA), li għandu l-għan li jinċentiva, permezz ta’ appoġġ finanzjarju, il-kooperazzjoni tal-Istati Membri b’rabta mal-akkwist tal-aktar tagħmir tad-difiża urġenti u kritiku. L-EDIRPA ġie adottat mill-koleġiżlaturi fit-18 ta’ Ottubru 2023 u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-adattament tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni għall-bidliet strutturali fis-suq. L-EDIRPA se jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2025.
–Id-diskrepanzi fil-kapaċitajiet li ġew enfasizzati mill-Komunikazzjoni Konġunta ta’ Mejju 2022 kienu diversi, iżda fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, feġġet ħtieġa urġenti speċifika għall-munizzjon mill-art għall-art, il-munizzjon tal-artillerija, kif ukoll il-missili. Dan ġie rikonoxxut formalment mill-Kunsill, li fl-20 ta’ Marzu 2023 qabel dwar approċċ fuq tliet binarji għall-konsenja u l-akkwist konġunt tal-munizzjon għall-Ukrajna. F’dan il-kuntest, f’Mejju 2023 il-Kummissjoni ressqet proposta ġdida għal Regolament dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) biex tiffaċċja ż-żieda f’daqqa fid-domanda għal dawn il-prodotti u tippermetti b’mod urġenti d-disponibbiltà f’waqtha tagħhom, billi timmobilizza l-baġit tal-UE ħalli tappoġġa l-investimenti fiż-żieda tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-EDTIB f’dan il-qasam. L-ASAP ġie adottat mill-koleġiżlaturi fl-20 ta’ Lulju 2023. Se jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2025.
Il-gwerra illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna mhux biss qajmet sfidi urġenti għall-UE u l-Istati Membri tagħha, iżda l-kontinwazzjoni tagħha maż-żmien tkompli taggrava wkoll il-kwistjonijiet strutturali li jaffettwaw il-kompetittività tal-EDTIB u tqajjem dubji dwar l-abbiltà li din tiżgura livell suffiċjenti ta’ SoS lill-Istati Membri. Għalhekk, issa l-UE teħtieġ li timxi mir- risponsi puntwali ta’ emerġenza (murija mill-miżuri deskritti hawn fuq) għall-prontezza industrijali tad-difiża tal-UE, mill-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ oġġetti konsumabbli fil-volumi meħtieġa matul iż-żminijiet ta’ kriżi, għall-iżgurar tat-twassil f’waqtu tal-kapaċitajiet kritiċi ta’ kwalità għolja tal-futur fis-snin li ġejjin. Dan huwa proprju l-għan tal-Istrateġija għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (European Defence Industrial Strategy, EDIS) li ġiet ippreżentata fil-5 ta’ Marzu. Sabiex jiġu implimentati l-orjentazzjonijiet stabbiliti fl-EDIS kif ukoll l-azzjonijiet li tħabbar, il-Kummissjoni tipproponi regolament ġdid dwar il-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (European Defence Industry Programme, EDIP). Kif ħabbret il-Komunikazzjoni Konġunta ta’ Mejju 2022, u kif appella l-Kunsill Ewropew, l-EDIP għandu l-għan li jirrikonċilja l-kwistjonijiet urġenti ma’ dawk li jieħdu aktar fit-tul, billi jkompli jappoġġa l-EDTIB f’dan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) u jipprepara għall-istat futur tat-tħejjija industrijali tad-difiża tal-UE. B’hekk, l-EDIP se jwassal parti mill-EDIS peress li azzjonitha sserraħ fuq tliet pilastri ewlenin.
-Tisħiħ fil-kompetittività u r-rispons tal-EDTIB. Sabiex jiżdiedu l-isforzi biex tiġi aggregata u armonizzata d-domanda Ewropea għar-rekwiżiti tat-tagħmir tad-difiża mill-EDTIB, l-EDIP jipproponi qafas legali lest għall-użu, l-Istrutturi għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti (Structures for European Armament, SEAP), għall-kooperazzjoni u l-ġestjoni konġunta tat-tagħmir tad-difiża matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. B’loġika simili, l-EDIP jestendi l-loġika tal-EDIRPA lil hinn mill-2025, biex ikompli jiddeframmenta u jarmonizza d-domanda Ewropea. L-EDIP jirreplika wkoll il-loġika tal-ASAP biex jappoġġa l-investimenti produttivi tal-EDTIB, jgħin lill-EDTIB timxi lejn kapaċitajiet tal-produzzjoni aktar flessibbli, kif ukoll jiżgura l-fażi tal-produzzjoni tal-proġetti tal-EDF. Sabiex jissaħħaħ l-aċċess għall-finanzjament tal-EDTIB, l-EDIP jinvolvi wkoll l-istabbiliment ta’ fond sabiex jisfrutta, ineħħi r-riskju u jħaffef l-investimenti meħtieġa biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-manifattura tad-difiża tal-SMEs u tal-mid-caps żgħar ibbażati fl-UE, filwaqt li jibni fuq l-esperjenza tal-Kummissjoni tal-“fond tal-irrankar” tal-ASAP kif ukoll l-istabbiliment b’suċċess tal-faċilità ta’ ekwità tad-difiża tal-EUDIS.
-Tisħiħ fl-abbiltà li l-EDTIB tiżgura d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża. L-għan tal-EDIP huwa li jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex fir-rigward tat-tagħmir tad-difiża, jiġi segwit l-ogħla livell possibbli ta’ SoS billi jinħoloq reġim SoS fl-UE kollha. Dan tal-aħħar se jkun qed isaħħaħ ukoll il-fiduċja tal-Istati Membri fil-ktajjen tal-provvista transfruntiera, u fl-istess ħin joħloq vantaġġ kompetittiv ewlieni għall-EDTIB. Qafas komprensiv għall-ġestjoni tal-kriżijiet jippermetti l-koordinazzjoni tar-risponsi għal kriżijiet tal-provvista futuri possibbli fuq tagħmir speċifiku tad-difiża jew tul il-ktajjen tal-provvista tagħhom.
-Kontribut għall-irkupru, għar-rikostruzzjoni u għall-modernizzazzjoni tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-Ukrajna (DTIB tal-Ukrajna). Il-ħtiġijiet attwali tal-Ukrajna b'rabta mat-tagħmir militari jaqbżu bil-kbir il-kapaċitajiet tal-produzzjoni industrijali tagħha filwaqt li l-UE u l-Istati Membri tagħha jipprovdu assistenza militari mill-ħażniet tagħhom stess, li fil-biċċa l-kbira huma eżawriti, u permezz ta’ industrija tad-difiża mfassla għal żmien ta’ paċi. F’dan il-kuntest, huwa fl-interess taż-żewġ industriji li jintensifikaw il-kooperazzjoni ta’ bejniethom. In-nuqqas ta’ ħolqien ta’ relazzjoni b’saħħitha bejn il-bażijiet industrijali rispettivi jista’ jirriżulta f’opportunità kummerċjali mitlufa fl-immedjat u f’dipendenzi ekonomiċi u strateġiċi fuq żmien medju sa twil. Fid-dawl tal-adeżjoni futura tal-Ukrajna mal-UE, huwa meħtieġ li l-EDIP isaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Ukrajna fil-livell industrijali. Bħala parti mill-impenji ta’ sigurtà futuri tal-UE lejn l-Ukrajna, l-UE jenħtieġ li trawwem kooperazzjoni akbar mad-DTIB tal-Ukrajna biex tagħti spinta lill-kapaċità tagħha li twettaq il-ħtiġijiet immedjati, kif ukoll biex taħdem lejn l-allinjament tal-istandards u t-titjib fl-interoperabbiltà. Kooperazzjoni aktar b’saħħitha mad-DTIB tal-Ukrajna se tikkontribwixxi għat-tisħiħ fl-abbiltà li l-Ukrajna tiddefendi lilha nnifisha, u se tkun ta’ benefiċċju għall-kapaċità li l-EDTIB tappoġġa kemm il-ħtiġijiet tal-Istati Membri kif ukoll tal-Ukrajna.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
L-appoġġ fil-qafas tal-EDIP se jkun konsistenti u komplementari mal-inizjattivi kollaborattivi eżistenti tal-UE fil-qasam tal-politika industrijali tad-difiża u ma’ forom oħra ta’ appoġġ bilaterali għall-Ukrajna pprovdut permezz ta’ strumenti oħra tal-UE, inkluż il-Faċilità għall-Ukrajna. Dan se jikkomplementa l-programm ewlieni tal-UE f’dan il-qasam ta’ politika, il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF), b’mod partikolari billi fi stadju aktar tard taċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir ta’ difiża, jappoġġa l-proġetti tal-EDF, u b’hekk jgħin l-adozzjoni futura tar-riżultati tal-programm mis-suq. L-EDIP se jibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba fil-kuntest ta’ programmi oħra tal-UE, bħall-EDIRPA jew l-ASAP, b’mod partikolari billi jestendi l-loġika tal-appoġġ finanzjarju tagħhom u jespandi l-ambitu tagħhom għal tipi oħra ta’ tagħmir. Fl-aħħar se jikkonsolida l-isforzi u d-djalogu li saru bħala parti mid-DJPTF.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-EDIP se jiġġenera sinerġiji mal-politika ta’ difiża tal-UE u l-implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża. Il-Programm se jiġi implimentat b’konsistenza sħiħa mal-pjan tal-UE tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet (Capability Development Plan, CDP) li jidentifika l-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża fil-livell tal-UE, kif ukoll mar-Rieżami Annwali Koordinat tal-UE dwar id-Difiża (CARD), li fost l-oħrajn jidentifika opportunitajiet ġodda għal kooperazzjoni fid-difiża. L-EDIP se jiffaċilita wkoll l-isforzi ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri fil-qafas tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO). Jenħtieġ li jservi l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-PESCO, u jikkontribwixxi biex iħaffef, jiffaċilita u jappoġġa t-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti meħuda mill-Istati Membri f’dan il-kuntest. L-EDIP se jikkomplementa l-azzjoni preeżistenti tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fil-qasam tal-SoS. L-EDIP se jibni wkoll b’mod partikolari fuq il-fergħa ta’ ħidma tal-Attivitajiet Strateġiċi Ewlenin tal-EDA biex jinforma d-diskussjonijiet li jsiru fil-qafas tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża. L-EDIP se jiġi implimentat ukoll f’konsistenza sħiħa mal-assistenza militari tal-UE lill-Ukrajna fil-kuntest tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF). L-EDIP se jikkomplementa b’mod utli l-objettivi tal-irkupru u tar-rikostruzzjoni segwiti mill-UE fil-qafas tal-Faċilità għall-Ukrajna, b’mod partikolari billi jsaħħaħ l-abbiltà li l-Ukrajna tiddefendi lilha nnifisha billi sserraħ fuq DTIB reżiljenti u reattiva. B’mod aktar ġenerali, jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll l-attivitajiet rilevanti li twettaq l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u ta’ sħab oħrajn, meta l-attivitajiet ikunu jaqdu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u ma jeskludu lill-ebda Stat Membru milli jipparteċipa.
L-EDIP se jikkomplementa l-att dwar l-emerġenza u r-reżiljenza tas-Suq Intern (Internal Market Emergency and Resilience Act, IMERA) li ma jikkonċernax il-prodotti tad-difiża billi jipprovdi Reġim SoS madwar l-UE kollha permezz ta’ qafas ta’ kriżi fuq żewġ livelli. Il-miżuri disponibbli għall-Kummissjoni fil-qafas tal-kriżi tal-EDIP għal ċerti prodotti mhux tad-difiża li huma kritiċi għall-provvista tal-prodotti tad-difiża identifikati bħala li għandhom prijorità biss għandhom l-għan li jiżguraw li l-ktajjen tal-provvista tad-difiża kkonċernati jkunu jistgħu jaċċessaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, il-komponenti u l-materjali meħtieġa biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ SoS fil-livell tal-UE.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
L-EDIP jistabbilixxi sett ta’ miżuri u jistabbilixxi baġit maħsub biex jappoġġa t-tħejjija għad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha permezz tat-tisħiħ tal-kompetittività, ir-rispons u l-abbiltà li l-EDTIB tiżgura d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża u biex jikkontribwixxi għall-irkupru, għar-rikostruzzjoni u għall-modernizzazzjoni tad-DTIB tal-Ukrajna. Għalhekk ir-regolament jiddependi fuq 3 bażijiet legali differenti:
–L-Artikolu 173 tat-TFUE fir-rigward tal-kompetittività tal-EDTIB
–L-Artikolu 114 tat-TFUE fir-rigward tas-Suq Ewropew tat-Tagħmir għad-Difiża (European Defence Equipment Market, EDEM)
–L-Artikolu 212 tat-TFUE fir-rigward tat-tisħiħ tad-DTIB tal-Ukrajna
–L-Artikolu 322 tat-TFUE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet finanzjarji.
Biex jirrifletti dawn id-diversi bażijiet legali, l-EDIP huwa strutturat fuq 3 pilastri, li kull wieħed minnhom jikkorrispondi għal waħda mill-bażijiet legali ta’ dan ir-regolament.
–L-ewwel pilastru huwa magħmul minn miżuri biex jiġi żgurat li jeżistu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività tal-EDTIB u l-bażi legali xierqa għal dawn il-miżuri hija l-Artikolu 173. Kif deskritt fl-EDIS, il-gwerra ta’ aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna mmodifikat l-ambjent tas-sigurtà fl-Ewropa drastikament u strutturalment, li jirriżulta f’sitwazzjoni ġdida tas-suq għall-EDTIB. Minkejja li għaddew sentejn mit-tifqigħa tal-gwerra mhux ġustifikata tar-Russja fl-Ukrajna, l-EDTIB xorta għadha trid tadatta għal din ir-realtà l-ġdida. Barra minn hekk, kif iddikjarat fl-EDIS, l-EDTIB għandha bżonn tadotta apparat flessibbli tal-produzzjoni, li jkun kapaċi jadatta u jaġġusta għall-evoluzzjoni tad-domanda Ewropea. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 173, il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni bl-għan li tħaffef l-aġġustament tal-industrija tad-difiża għal bidliet strutturali. Il-miżuri bħall-estensjoni tal-loġika tal-EDIRPA u tal-ASAP, l-istabbiliment tal-qafas legali tal-SEAP kif ukoll l-istabbiliment tal-fond se jkollhom l-għan li jgħinu lill-EDTIB tadatta għar-realtà l-ġdida tas-suq. Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 173, il-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tieħu kwalunkwe inizjattiva utli biex tippromwovi l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri fil-qasam tal-politika industrijali tad-difiża.
–It-tieni pilastru huwa magħmul minn miżuri maħsuba għall-funzjonament tas-suq intern u b’mod partikolari l-EDEM, il-bażi legali xierqa għal dawn il-miżuri hija l-Artikolu 114. L-iżgurar tas-sigurtà pubblika tat-territorju tal-Unjoni jikkostitwixxi objettiv prevalenti ta’ politika pubblika u din is-sigurtà sserraħ ukoll fuq id-disponibbiltà ta’ prodotti u servizzi tad-difiża fi kwantitajiet suffiċjenti. Kif deskritt fl-EDIS, il-kuntest ġeopolitiku attwali jirriżulta f’żieda ġenerali għat-tagħmir tad-difiża u l-ogħla domanda futura potenzjali għal prodotti speċifiċi tad-difiża fl-Unjoni u possibbilment fuq skala globali. Din is-sitwazzjoni taffettwa l-funzjonament tas-suq intern għal dawn il-prodotti u thedded is-sigurtà tal-provvista tagħhom. L-Istati Membri huma primarjament responsabbli biex jiżguraw l-SoS militari tagħhom, bħala kwistjoni ta’ difiża nazzjonali. Madankollu, kif spjegat fl-EDIS, l-SoS għandha dimensjoni dejjem aktar Ewropea. Barra minn hekk, b’mod partikolari kif muri fil-kriżi tal-provvista tal-munizzjon indirizzata mill-ASAP, il-leġiżlazzjoni nazzjonali diverġenti, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tad-difiża u approċċi diverġenti għas-sigurtà nazzjonali wrew li għandhom huma effett lembut fuq il-ktajjen tal-provvista tal-prodotti tad-difiża Ewropej u huma ostakli għall-interoperabbiltà. Għalhekk, l-iżgurar tal-funzjonament tas-suq intern, billi jiġu evitati nuqqasijiet ta’ prodotti tad-difiża fl-Unjoni, jista’ jiġi indirizzat bl-aħjar mod permezz ta’ leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat. L-istabbiliment ta’ reġim SoS fl-UE kollha għat-tagħmir ta’ difiża jiddependi minn diversi aspetti. Qabelxejn, l-EDIP jinkludi miżuri biex tissaħħaħ it-tħejjija tal-Istati Membri fil-kuntest ġeopolitiku l-ġdid ikkaratterizzat b’mod partikolari mill-ħtieġa li jsir riforniment tal-istokkijiet u li l-kapaċitajiet tad-difiża jkomplu jespandu malajr kemm jista’ jkun. L-EDIP jinkludi b’mod partikolari miżuri biex ikun aktar sempliċi li Stati Membri oħra jerġgħu jiftħu l-kuntratti qafas eżistenti kif ukoll futuri mal-EDTIB. It-tieni, l-EDIP jinvolvi miżuri biex jitwettqu identifikazzjoni u monitoraġġ ta’ prodotti kritiċi u kapaċitajiet industrijali fil-ktajjen tal-provvista ta’ ċerti prodotti tad-difiża. Fl-aħħar nett, meta tinqala’ kriżi fil-provvista, l-EDIP jipprevedi qafas modulari u gradwali għall-ġestjoni tal-kriżijiet, u l-Bord jingħata l-possibbiltà li jiddeċiedi dwar l-aktar mod xieraq ta’ ġestjoni tal-kriżijiet u, għall-kriżijiet aktar serji, dwar il-miżuri li għandhom jiġu attivati. Għalhekk, l-EDIP se jiżgura li l-interruzzjoni fil-provvista tkun antiċipata sew u indirizzata mingħajr dewmien sabiex jiġi ppreservat il-funzjonament tas-suq intern u jiġi żgurat livell adegwat ta’ SoS għall-Istati Membri.
–It-tielet pilastru huwa magħmul minn miżuri li jikkontribwixxu għall-irkupru, għar-rikostruzzjoni u għall-modernizzazzjoni tad-DTIB tal-Ukrajna u l-integrazzjoni progressiva fl-EDTIB. Il-bażi legali xierqa għal dawn il-miżuri hija l-Artikolu 212. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-objettiv li l-Ukrajna tiġi appoġġata biex tallinja progressivament mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-Unjoni (“acquis”) bil-ħsieb ta’ sħubija futura fl-Unjoni. B’dan it-tielet pilastru, l-operazzjonijiet tal-Unjoni se jikkomplementaw u jsaħħu dawk tal-Istati Membri.
L-artikoli l-oħra tat-TFUE jew kull artikolu waħdu ma jistgħux jiġġustifikaw it-tliet pilastri ta’ hawn fuq u l-miżuri li jinvolvu. L-elementi proposti huma pprovduti f’att wieħed, peress li l-miżuri kollha jikkostitwixxu approċċ koerenti biex tiġi indirizzata, b’modi differenti, il-ħtieġa għat-tisħiħ tat-tħejjija industrijali għad-difiża tal-Unjoni.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-Istati Membri jserrħu b’mod kritiku fuq il-kapaċità li l-EDTIB tissodisfa l-ħtiġijiet tal-forzi armati tagħhom fil-ħin u fuq skala xierqa. Il-ħsarat ikkawżati lill-Ukrajna u lill-bażi industrijali tad-difiża tal-Ukrajna bil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja huma tant li l-Ukrajna se tirrikjedi appoġġ estensiv u sostnut li l-ebda Stat Membru ma jista’ jipprovdi waħdu. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi żgurat li kemm l-EDTIB kif ukoll id-DTIB tal-Ukrajna jkunu kapaċi jwettqu dan ir-rwol strateġiku. Jidher li azzjoni fil-livell Ewropew hija l-aktar xierqa f’dan il-qasam.
Fir-rigward tal-appoġġ għall-kompetittività tal-EDTIB:
–L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha qed iħabbtu wiċċhom minn naħa waħda ma’ bidla brutali fl-ambjent tas-sigurtà tagħhom li twassal għal żieda fid-domanda Ewropea għat-tagħmir tad-difiża, u min-naħa l-oħra ma’ EDTIB ristretta minn kapaċità tal-produzzjoni li hija limitata għal “żmien ta’ paċi”. Jekk din is-sitwazzjoni tibqa’ tippersisti fuq tul ta’ żmien, se tkompli taffettwa l-kompetittività tal-EDTIB strutturalment u taggravaha. Għalkemm f’livelli aktar baxxi, il-ktajjen tal-provvista tal-EDTIB għandhom it-tendenza li jaqsmu l-fruntieri, fil-livelli ogħla dawn għadhom strutturalment maqsuma tul il-linji nazzjonali. Dan jirriżulta mid-domanda tal-Istati Membri tal-UE għat-tagħmir tad-difiża, li, minkejja li dan l-aħħar żdiedet, għadha fundamentalment frammentata u b’hekk iċċaħħad lill-EDTIB mill-benefiċċji ta’ suq tad-difiża tal-UE li tassew jiffunzjona tajjeb. L-Istati Membri qatt ma laħqu l-parametru referenzjarju kollettiv li jiddedikaw 35 % tal-akkwist totali tagħhom tat-tagħmir tad-difiża għall-akkwist kollaborattiv Ewropew, li stabbilew għalihom infushom fl-2007. Dan juri li l-Istati Membri jiffaċċjaw diffikultajiet konsiderevoli li jżommuhom milli jżidu l-akkwist konġunt tagħhom ta’ tagħmir tad-difiża. Għalhekk, l-Unjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu miżuri li jinċentivaw l-aggregazzjoni u l-armonizzazzjoni tad-domanda tal-UE għat-tagħmir tad-difiża, kif ukoll biex tiffaċilita l-kooperazzjoni fit-tul tal-Istati Membri matul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir tad-difiża.
–Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni u l-konċentrazzjoni żejda tad-domanda tal-Istati Membri fuq l-istess tip ta’ prodotti tad-difiża, fl-istess perjodu ta’ żmien, u possibbilment flimkien ma’ nuqqas ta’ provvisti, mistennija jwasslu għal prezzijiet dejjem ogħla u għal effett ta’ esklużjoni (jiġifieri diffikultajiet għall-Istati Membri b’kapaċità tal-akkwist aktar limitata biex jiżguraw l-oġġetti relatati mad-difiża meħtieġa). Għalhekk, billi jipprevjenu l-kunflitti potenzjali bejn l-isforzi ta’ akkwist nazzjonali paralleli, il-miżuri stabbiliti fil-livell Ewropew biex jaggregaw id-domanda tal-Istati Membri tal-UE se jsaħħu wkoll is-solidarjetà bejn l-Istati Membri.
–Domanda li ma tkunx ikkoordinata tnaqqas ukoll il-viżibbiltà tax-xejriet tas-suq. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ viżibbiltà u prevedibbiltà tad-domanda Ewropea jxekkel il-kapaċità li l-industrija tinvesti, f’settur li huwa kompletament xprunat mid-domanda. Madankollu, bis-saħħa ta’ ambjent tas-sigurtà ġdid, l-Unjoni ma tistax taffordja tistenna sakemm l-EDTIB ikollha biżżejjed prevedibbiltà tal-ordnijiet biex tinvesti fl-adattament tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħha. L-industrija tad-difiża Ewropea jeħtieġ li tadatta malajr kemm jista’ jkun għas-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq. Dan ifisser li hemm bżonn li tiġi appoġġata t-tneħħija tar-riskji tal-investimenti tal-industrija f’kapaċitajiet ta’ manifattura flessibbli. Intervent ta’ dan it-tip fil-livell tal-Istati Membri biss jista’ jwassal għal żbilanċi fid-distribuzzjoni ġeografika tal-investiment u f’żieda fil-frammentazzjoni tal-ktajjen tal-provvista. Il-livell Ewropew jidher ukoll li huwa l-aktar xieraq biex tittieħed azzjoni biex jitneħħa r-riskju tal-investiment fl-EDTIB, fl-Unjoni kollha u bl-għan li s-settur jiġi megħjun jiżviluppa apparat flessibli tal-produzzjoni.
–Huwa importanti wkoll li l-kompetittività tal-EDTIB tikkapitalizza fuq ir-riżultati tal-EDF, kemm f’termini ta’ prodotti jew teknoloġiji li jirriżultaw mill-proġetti tal-programmi, kif ukoll ta’ ftuħ tal-ktajjen tal-provvista miksuba bis-saħħa tagħhom. Madankollu, diversi kwistjonijiet jistgħu jfixklu jew saħansitra jiskoraġġixxu l-akkwist komuni ta’ prodotti finali li jirriżultaw mir-R&Ż tal-FEŻ. Dan ifisser li r-riżultati tal-proġett tal-FEŻ jistgħu jiffaċċjaw “diskrepanza ġdida fil-kummerċjalizzazzjoni” fil-fażijiet tagħhom ta’ wara r-R&Ż li l-Istati Membri ma jistgħux jindirizzaw waħedhom. L-Unjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu azzjoni biex tiżgura li l-isforzi kollaborattivi mibdija taħt il-FEŻ ikomplu lil hinn mill-fażi tar-R&Ż.
Fir-rigward tal-SoS tat-tagħmir tad-difiża fl-Ewropa:
-Minkejja li l-SoS tad-difiża ġew qabelxejn definiti fil-livell tal-Istati Membri peress li d-difiża hija kompetenza nazzjonali, hemm dimensjoni dejjem aktar Ewropea għall-SoS, peress li l-ktajjen tal-provvista industrijali qed jinfirxu dejjem aktar fis-suq intern tal-UE u lil hinn minnu. Dan huwa partikolarment minnu għall-komponenti kritiċi u l-materja prima li fuqhom l-Istati Membri huma wkoll dejjem aktar interdipendenti. Barra minn hekk, kif juri l-pjan dwar il-munizzjon, l-Istati Membri ftit għandhom viżibbiltà fuq il-kapaċitajiet kumplessivi u l-ktajjen tal-provvista tal-EDTIB, li jżommuhom milli jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti tal-SoS, anke fi żmien ta’ kriżi, huwa xieraq li fil-livell tal-Unjoni jiġi previst l-istabbiliment ta’ reġim SoS għall-UE kollha fil-qafas tal-EDIP. Tali qafas se jtejjeb il-koordinazzjoni tar-risponsi għall-kriżijiet tal-provvista tal-prodotti tad-difiża u l-fiduċja tal-Istati Membri fil-ktajjen tal-provvista transfruntiera, kif ukoll isaħħaħ ir-reżiljenza tal-EDTIB, għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha, b’mod aktar effettiv milli permezz ta’ taħlita ta’ miżuri nazzjonali paralleli.
Fir-rigward tat-tisħiħ tad-DTIB tal-Ukrajna:
-L-industrija tad-difiża tal-Ukrajna hija settur strateġikament importanti tal-ekonomija tal-Ukrajna. Il-pajjiż qed ifittex li jżomm u jżid il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu biex jissodisfa l-ħtiġijiet tat-tagħmir tad-difiża nazzjonali tiegħu. Madankollu, l-iskala ta’ ħsara kkawżata lill-infrastrutturi DTIB Ukreni bil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja hija tant li l-Ukrajna se tirrikjedi appoġġ speċifiku li l-ebda Stat Membru ma jista’ jipprovdi waħdu. Il-miżuri proposti fil-qafas tal-EDIP se jsaħħu direttament id-DTIB tal-Ukrajna u jsaħħu l-kooperazzjoni industrijali tagħha mal-EDTIB. Permezz tal-EDIP, l-UE tinsab f’pożizzjoni unika li tħeġġeġ, fil-ħin u fuq skala xierqa, liż-żewġ DTIB biex bi sforz konġunt jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Ukrajna u tal-Istati Membri. Billi permezz tad-Delegazzjoni tagħha, l-UE kienet preżenti fuq il-post fl-Ukrajna, hija tista’ tiżgura aċċess komprensiv għall-informazzjoni dwar l-iżviluppi li jaffettwaw lill-pajjiż. L-UE hija attur ewlieni fil-qasam tal-assistenza militari pprovduta lill-Ukrajna u tipparteċipa wkoll fil-biċċa l-kbira tal-proċessi multilaterali maħsuba biex jindirizzaw l-isfidi tad-difiża li qed tiffaċċja l-Ukrajna. Dan jippermetti li l-UE tkun konxja b’mod kostanti tal-ħtiġijiet il-ġodda f’termini ta’ tagħmir tad-difiża u ċirkostanzi tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tad-difiża tal-Ukrajna u, għalhekk, tadatta l-appoġġ skont il-ħtiġijiet li qed jevolvu, filwaqt li tikkoordina mill-qrib ma’ partijiet ikkonċernati nazzjonali jew industrijali oħra. L-objettiv tat-tħejjija tal-pajjiżi kandidati u tal-kandidati potenzjali għas-sħubija fl-Unjoni jista’ wkoll jiġi indirizzat l-aħjar fil-livell tal-Unjoni.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità peress li ma tmurx lil hinn mill-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati fil-livell Ewropew u minn dak li huwa neċessarju għal dak l-għan.
Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika bla preċedent u t-theddida sinifikanti għas-sigurtà tal-Unjoni, l-approċċ ta’ politika propost huwa proporzjonat mal-iskala u l-gravità tal-problemi li ġew identifikati. Il-ħtieġa li jiġi appoġġat l-aġġustament tal-industrija għal bidliet strutturali, li tissaħħaħ l-SoS tal-UE għat-tagħmir tad-difiża, u li tissaħħaħ id-DTIB tal-Ukrajna huma indirizzati b’mod adegwat, fil-limiti ta’ intervent possibbli tal-Unjoni skont it-Trattati. Il-miżuri stabbiliti fl-EDIP ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom u huma proporzjonati mal-iskala u l-gravità tal-problemi li ġew identifikati għal dawk l-objettivi. L-appoġġ finanzjarju għal diversi azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-kompetittività tal-industrija f’sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi. L-appoġġ għad-DTIB tal-Ukrajna huwa bbażat fuq l-estensjoni tal-loġika tal-appoġġ eżistenti lill-Ukrajna u jikkostitwixxi rispons immirat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Ukrajna minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni Russa.
•Għażla tal-istrument
Il-Kummissjoni tipproponi Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan huwa l-aktar strument legali xieraq peress li Regolament biss, bl-applikazzjoni uniformi tiegħu, in-natura vinkolanti u l-applikabbiltà diretta tiegħu, jista’ jipprovdi l-grad neċessarju ta’ uniformità meħtieġa biex tissaħħaħ it-tħejjija industrijali tad-difiża madwar l-Ewropa u jiżgura l-SoS tal-prodotti tad-difiża fl-Ewropa. Barra minn hekk, dan huwa konformi mal-Artikoli 114, 173 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li kollha jistabbilixxu l-proċedura leġiżlattiva ordinarja li għandha tintuża biex jiġu adottati l-miżuri fl-oqsma ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni formali mal-partijiet ikkonċernati minħabba l-urġenza li titħejja l-proposta sabiex tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-koleġiżlaturi biex issir operattiva mill-bidu tal-2025, meta jkollhom jiġu ssodisfati ħtiġijiet ġodda relatati mas-sitwazzjoni ġeopolitika kif ukoll għall-irkupru u għar-rikostruzzjoni tal-bażi industrijali tad-difiża tal-Ukrajna.
F’kooperazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli, il-Kummissjoni wettqet proċess ta’ konsultazzjoni komprensiv mal-Istati Membri, mal-Industrija, mas-settur finanzjarju u mal-gruppi ta’ riflessjoni biex tinforma l-ħidma dwar l-EDIS. Il-konsultazzjoni kienet ibbażata fuq il-kontributi mill-partijiet ikkonċernati matul l-avvenimenti (workshops, laqgħat) u kontributi bil-miktub. Qabel dawn is-sessjonijiet ta’ ħidma, il-Kummissjoni kkondividiet dokumenti ta’ ħruġ (ippubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea), li b’mod partikolari jkopru t-temi relatati mal-miżuri tal-EDIP, biex iservu bħala bażi għad-diskussjoni matul l-avvenimenti. Dawk l-istess dokumenti ta’ ħruġ servew ukoll bħala bażi għall-kontributi bil-miktub li kienu kondiviżi mill-partijiet ikkonċernati kkonsultati mal-Kummissjoni u mar-Rappreżentant Għoli. Kwalunkwe ċittadin tal-UE li jixtieq jieħu sehem fil-konsultazzjoni ġie mistieden jibgħat kontribut bil-miktub f’indirizz apposta tal-posta elettronika. B’kollox, intbagħtu aktar minn 270 kontribut bil-miktub minn aktar minn 90 parti kkonċernata differenti lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli u ġew analizzati biex jikkontribwixxu għall-ħidma preparatorja tal-EDIS. Ġiet organizzata wkoll laqgħa mar-rappreżentanti tal-Ukrajna li matulha kkondividew il-kontributi tagħhom bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-EDIS li jmiss.
Billi l-għan tal-EDIP huwa li jibda jimplimenta l-viżjoni żviluppata fl-EDIS u jimplimenta l-azzjonijiet imħabbra f’din l-istrateġija, l-inputs riċevuti fil-kuntest tal-EDIS fil-biċċa l-kbira tqiesu biex jitfasslu l-miżuri tal-EDIP. F’termini ġenerali, l-inputs riċevuti relatati mal-azzjonijiet ewlenin tal-EDIP jistgħu jiġu deskritti kif ġej:
–dwar l-appoġġ biex l-EDTIB tadatta għall-bidliet strutturali li jirriżultaw mis-sitwazzjoni l-ġdida tas-sigurtà, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati appoġġaw l-idea. L-estensjoni tal-loġika ta’ intervent tal-ASAP u tal-EDIRPA kif ukoll il-ħtieġa li tikkapitalizza fuq ir-riżultati tal-FEŻ spiss tqiesu b’mod pożittiv. Dawn il-pożizzjonijiet l-aktar konverġenti ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni, kif turi, fost l-oħrajn, il-proposta ta’ miżuri biex tiġi estiża l-loġika tal-ASAP u tal-EDIRPA u biex tiġi żgurata l-adozzjoni mis-suq tal-prodotti tal-FEŻ.
–Dwar l-SoS, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati enfasizzaw l-importanza tal-kwistjoni fil-livell tal-UE. Il-biċċa l-kbira tal-kontribuzzjonijiet enfasizzaw ukoll li jenħtieġ li jinstab bilanċ sodisfaċenti bejn il-ħtieġa li tittejjeb l-SoS fil-livell tal-UE u r-rispett tas-sovranità u l-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tad-difiża. Sabiex jintlaħaq dan il-bilanċ, il-Kummissjoni tipproponi b’mod partikolari reġim gradwali u proporzjonat għall-SoS, fejn l-Istati Membri jkunu involuti bis-sħiħ u b’mod kostanti, u fejn l-interessi ekonomiċi tal-industrija jkunu kkunsidrati kif xieraq u protetti b’mod proporzjonat.
–Dwar l-integrazzjoni ta’ kultura ta’ tħejjija industrijali fil-qasam tad-difiża, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati għarfu l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess suffiċjenti għall-finanzjament għas-settur tad-difiża u b’mod partikolari għall-SMEs attivi fl-EDTIB. Il-Kummissjoni tat attenzjoni partikolari lill-fehmiet espressi f’dan ir-rigward, b’mod partikolari billi pproponiet il-Fond għall-Aċċellerazzjoni tat-Trasformazzjoni tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża (Fund to Accelerate defence Supply-chains Transformation, FAST) li sa mit-tfassil tiegħu se jkun ta’ benefiċċju għall-SMEs u l-mid-caps żgħar.
–Dwar il-kooperazzjoni mal-Ukrajna rigward kwistjonijiet industrijali tad-difiża, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati kienu favur l-idea. Il-Kummissjoni qieset l-inputs tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll il-fehmiet tal-Ukrajna biex tfassal bl-aktar mod xieraq l-azzjonijiet iddedikati fil-qafas tal-EDIP.
L-UE se tiżgura komunikazzjoni u viżibbiltà xierqa madwar l-objettivi u l-azzjonijiet imwettqa fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fl-Unjoni, fl-Ukrajna u lil hinn minnhom.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-konsultazzjoni komprensiva tal-EDIS ippermettiet li l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jirċievu għadd kbir ta’ kontributi minn tipi differenti ta’ esperti (eż. l-esperti tal-amministrazzjoni nazzjonali, l-esperti tal-industrija tad-difiża, l-esperti tas-settur finanzjarju, l-esperti tal-gruppi ta’ riflessjoni, l-akkademiċi). L-għarfien espert miġbur mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli fil-kuntest tal-EDIS intuża biex jiġu żviluppati l-miżuri proposti fil-kuntest tal-EDIP.
•Valutazzjoni tal-impatt
Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, li hija mfassla biex tappoġġa l-adattament rapidu tal-industrija tad-difiża Ewropea għall-ambjent ġeopolitiku l-ġdid u tipprovdi assistenza lil pajjiż li jinsab fi gwerra mill-bidu tal-2024, ma setgħet titwettaq l-ebda valutazzjoni tal-impatt.
Il-kuntest ġeopolitiku u b’mod partikolari l-kontinwazzjoni fi żmien l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, wasslu biex il-Kummissjoni tiddeċiedi li minnufih timxi mill-adozzjoni ta’ risponsi puntwali ta’ emerġenza f’Lulju (jiġifieri ASAP) u f’Ottubru (jiġifieri EDIRPA) 2023, u tieħu approċċ aktar strutturali biex tindirizza l-konsegwenzi fit-tul li qed tiffaċċja l-EDTIB u tkompli tappoġġa lill-Ukrajna.
Barra minn hekk, fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill Ewropew appella biex tiġi ppreżentata “minnufih” proposta għall-EDIP u fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-1 ta’ Frar 2024, indika li “se jerġa’ lura għall-kwistjoni tas-sigurtà u d-difiża, li tinkludi l-ħtieġa li l-Ewropa żżid l-istat ta’ tħejjija kumplessiva tagħha fil-qasam tad-difiża u tkompli ssaħħaħ il-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża tagħha, fil-laqgħa tiegħu li jmiss f’Marzu 2024, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar passi ulterjuri biex l-industrija tad-difiża Ewropea ssir aktar reżiljenti, innovattiva u kompetittiva”.
Għalhekk, ma kienx possibbli li ssir valutazzjoni tal-impatt fil-perjodu ta’ żmien disponibbli biex titressaq proposta tal-EDIP fil-ħin għad-diskussjoni li se ssir fil-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2024. Madankollu, il-proposta tal-EDIP hija msejsa fuq il-ħidma mwettqa fil-qafas tad-DJPTF, fuq it-tagħlimiet bikrija meħuda mill-implimentazzjoni tal-ASAP u tal-EDIRPA, u tibni fuq il-proċess ta’ konsultazzjoni komprensiv li twettaq fil-kuntest tal-EDIS. Fi żmien 3 xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din il-proposta għal regolament, il-Kummissjoni se tippubblika Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal biex tippreżenta l-ġustifikazzjoni għal din l-azzjoni leġiżlattiva tal-UE u tispjega l-adegwatezza tagħha biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika identifikati.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
L-EDIP mhuwiex mistenni jżid il-piż amministrattiv. L-approċċ propost ibbażat fuq il-prestazzjoni, disponibbli għall-azzjonijiet eliġibbli tiegħu, li jistrieħ fuq il-kundizzjonalità bejn l-iżborż tal-pagamenti u l-kisba tal-istadji importanti u l-miri mill-konsorzju, hu wkoll element ta’ simplifikazzjoni fl-implimentazzjoni tal-istrument.
•Drittijiet fundamentali
It-titjib tas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE jista’ jikkontribwixxi għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tagħhom.
Barra minn hekk, l-azzjonijiet relatati mal-akkwist komuni tad-difiża ta’ oġġetti jew servizzi, li huma pprojbiti bid-dritt internazzjonali applikabbli, ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Programm. Barra minn hekk, l-azzjonijiet għal akkwist komuni ta’ armi awtonomi letali li ma jippermettux kontroll sinifikattiv mill-bniedem tad-deċiżjonijiet tal-għażla u tal-involviment meta jsiru attakki fuq il-bnedmin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-EDIP.
Barra minn hekk, l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) jipprevedi l-libertà ta’ intrapriża. Madankollu, xi miżuri tal-pilastru 2 meħtieġa biex jiżguraw l-SoS tat-tagħmir tad-difiża fl-Unjoni jistgħu jillimitaw temporanjament il-libertà ta’ intrapriża u l-libertà kuntrattwali, protetti mill-Artikolu 16 u d-dritt għall-proprjetà, protett mill-Artikolu 17 tal-Karta. Kwalunkwe limitazzjoni ta’ dawk id-drittijiet f’din il-proposta, f’konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta, se tkun prevista mid-dritt, tirrispetta l-essenza ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet, u tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
–Qabelxejn, l-EDIP jinvolvi dispożizzjonijiet dwar it-talbiet għal mekkaniżmi ta’ informazzjoni u prijoritizzazzjoni (ordnijiet klassifikati bħala prijorità u talbiet klassifikati bħala prijorità) li huma strettament kundizzjonali fuq l-attivazzjoni tal-aktar modalità ta’ kriżi xierqa permezz tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-modalità ta’ kriżi tal-provvista u fir-rigward tal-modalità ta’ kriżi tal-provvista relatata mas-sigurtà.
–It-tieni, l-obbligu li tiġi żvelata informazzjoni speċifika lill-Kummissjoni, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jirrispetta l-essenza tal-libertà ta’ intrapriża u ma jaffettwahiex b’mod sproporzjonat (l-Artikolu 16 tal-Karta). Kwalunkwe talba għal informazzjoni sservi l-objettiv ta’ interess ġenerali tal-Unjoni biex tippermetti l-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tal-produzzjoni, il-kapaċitajiet tal-produzzjoni u t-tfixkil primarju ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali għal nuqqasijiet li jaffettwaw il-produzzjoni ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet jew ta’ prodotti tad-difiża. Dawn it-talbiet għal informazzjoni huma xierqa u effikaċi biex jintlaħaq l-objettiv billi tiġi pprovduta l-informazzjoni strettament meħtieġa biex tiġi vvalutata l-kriżi inkwistjoni. Il-Kummissjoni fil-prinċipju titlob biss l-informazzjoni mixtieqa minn organizzazzjonijiet rappreżentattivi u tista’ toħroġ talbiet lil impriżi individwali biss jekk dan ikun ukoll meħtieġ. Peress li l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-provvista mhijiex disponibbli mod ieħor, ma hemm l-ebda miżura ugwalment effikaċi biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa ħalli dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet Ewropej ikunu jistgħu jieħdu azzjoni ta’ mitigazzjoni. Fid-dawl tal-konsegwenzi ġeopolitiċi u ta’ sigurtà serji minħabba l-iskarsezzi tal-prodotti tad-difiża u l-importanza rispettiva tal-miżuri ta’ mitigazzjoni, it-talbiet għall-informazzjoni huma proporzjonati għall-għan mixtieq. Barra minn hekk, il-limitazzjoni għal-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà huma kkumpensati b’salvagwardji xierqa. Kwalunkwe talba għall-informazzjoni tista’ titnieda biss għal prodotti, materja prima jew komponenti tad-difiża rilevanti għall-kriżijiet, li huma identifikati speċifikament mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, u li huma affettwati minn tfixkil jew tfixkil potenzjali li jwassal għal nuqqasijiet sinifikanti.
–It-tielet, l-obbligu li jiġu aċċettati u pprijoritizzati ordnijiet klassifikati bħala prijorità jirrispetta l-essenza tal-libertà ta’ intrapriża u l-libertà kuntrattwali (l-Artikolu 16 tal-Karta) u d-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17 tal-Karta), u mhux se jkollu effett sproporzjonat. Dan l-obbligu jservi l-objettiv ta’ interess ġenerali tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-interruzzjonijiet fil-provvista tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet. L-obbligu huwa xieraq u effettiv biex jintlaħaq dan l-objettiv billi jiġi żgurat li r-riżorsi disponibbli jintużaw b’mod preferenzjali għall-produzzjoni tat-tali prodotti tad-difiża rilevanti. Ma hemm l-ebda miżura ugwalment effettiva. Fir-rigward ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet identifikati bħala affettwati minn kriżi fil-provvista, huwa proporzjonat li l-impriżi li huma involuti fil-katina tal-provvista ta’ dawn tal-aħħar jiġu obbligati jaċċettaw u jipprijoritizzaw ċerti ordnijiet. Salvagwardji xierqa jiżguraw li kwalunkwe impatt negattiv tal-obbligu ta’ prijoritizzazzjoni fuq il-libertà ta’ intrapriża, il-libertà kuntrattwali u d-dritt għall-proprjetà ma jikkostitwix ksur ta’ dawn id-drittijiet. Kwalunkwe obbligu biex jiġu prijoritizzati ċerti ordnijiet jista’ jitnieda biss għal prodotti rilevanti għall-kriżijiet li huma identifikati speċifikament, mill-Kummissjoni u permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, u li huma affettwati minn tfixkil jew tfixkil potenzjali li jwassal għal nuqqasijiet sinifikanti. L-impriża kkonċernata tista’ titlob lill-Kummissjoni tirrieżamina l-ordni kklassifikata bħala prijorità jekk ma tkunx tista’ twettaq l-ordni jew jekk it-twettiq tal-ordni jkun joħloq piż ekonomiku mhux raġonevoli fuqha u jinvolvi diffikultajiet partikolari. Barra minn hekk, is-suġġett tal-obbligu huwa eżentat minn kwalunkwe responsabbiltà għad-danni mill-ksur tal-obbligi kuntrattwali li jirriżultaw mill-konformità mal-obbligu.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tar-Regolament għall-perjodu mill-XX XX XXXX sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 1 500 miljun bil-prezzijiet attwali.
L-impatt fuq il-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali mil-lat ta’ baġit u riżorsi umani meħtieġa hu deskritt fid-dettall fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża mal-proposta.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal rapport ta’ evalwazzjoni għall-Programm u tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2027. Dan ir-rapport jivvaluta b’mod partikolari l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-proposta. Barra minn hekk, filwaqt li tqis ir-rapport ta’ evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti għal kwalunkwe emenda xierqa għal dan ir-Regolament, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi indirizzat kwalunkwe riskju persistenti li jfixkel l-istat ta’ tħejjija industrijali tad-difiża tal-UE jew fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista ta’ prodotti tad-difiża fl-Ewropa.
2024/0061 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (“EDIP”)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(1), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 212(2) u l-Artikolu 322(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Fil-laqgħa tagħhom f’Versailles fil-11 ta’ Marzu 2022, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Unjoni, impenjaw ruħhom “għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tad-difiża Ewropej” minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huma qablu li jżidu l-infiq fuq id-difiża, iżidu l-kooperazzjoni permezz ta’ proġetti konġunti u akkwist komuni tal-kapaċitajiet tad-difiża, jindirizzaw in-nuqqasijiet, jagħtu spinta lill-innovazzjoni u jsaħħu u jiżviluppaw l-industrija tad-difiża tal-UE, fosthom permezz tal-istabbiliment ta’ Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewrioea (il-“Programm”).
(2)Id-deterjorament fit-tul tal-livelli ta’ theddid reġjonali u globali jeħtieġ bidla gradwali fl-iskala u l-ħeffa li bihom il-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża tal-Ewropa (EDTIB) tista’ tiżviluppa u tipproduċi l-ispettru sħiħ tal-kapaċitajiet militari. Ir-ritorn ta’ gwerra b’taqbid ta’ intensità għolja u kunflitt territorjali fl-Ewropa għandu effett negattiv fuq is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri u jeħtieġ żieda sinifikanti fil-kapaċità tal-Istati Membri biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ difiża tagħhom.
(3)Fl-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu, wara li kkunsidra l-ħidma mwettqa biex jiġu implimentati d-dikjarazzjoni ta’ Versailles u l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża, enfasizza li jeħtieġ li jsir aktar biex jintlaħaq l-objettiv li l-Unjoni żżid it-tħejjija għad-difiża. Industrija tad-difiża b’saħħitha hija prerekwiżit biex tinkiseb tali tħejjija u tiġi difiża l-Unjoni u din tagħmel l-industrija Ewropea tad-difiża aktar reżiljenti, innovattiva u kompetittiva.
(4)Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppreżentaw Komunikazzjoni Konġunta dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investiment fil-Qasam tad-Difiża u t-Triq ’il Quddiem fit-18 ta’ Mejju 2022 li tenfasizza li fl-Unjoni jeżistu diskrepanzi finanzjarji, industrijali u ta’ kapaċità fil-qasam tad-difiża. Fit-18 ta’ Ottubru 2023, ġie adottat ir-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument għat-Tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-difiża permezz tal-Akkwist komuni (EDIRPA), maħsub biex jappoġġa l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri fil-fażi tal-akkwist biex jimtlew id-diskrepanzi l-aktar urġenti u kritiċi, speċjalment dawk li nħolqu b’rispons għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, b’mod kollaborattiv. Fl-20 ta’ Lulju 2023 ġie adottat ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jappoġġa l-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP), bl-għan li jappoġġa b’mod urġenti ż-żieda fil-kapaċitajiet tal-manifattura tal-industrija tad-difiża Ewropea, jiżgura l-ktajjen tal-provvista, jiffaċilita proċeduri ta’ akkwist effiċjenti, jindirizza n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni u jippromwovi l-investimenti.
(5)L-EDIRPA u l-ASAP tfasslu bħala programmi ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza u programmi fuq terminu qasir, li t-tnejn li huma jiskadu fl-2025 (l-ASAP fit-30 ta’ Ġunju 2025 u l-EDIRPA fil-31 ta’ Diċembru 2025). Il-Programm jenħtieġ li jibni fuq il-kisbiet tal-EDIRPA u tal-ASAP u jestendi l-loġika tagħhom sal-2027, billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għat-tisħiħ tal-EDTIB, b’mod prevedibbli, kontinwu u f’waqtu abbażi ta’ approċċ integrat. Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tas-sigurtà, jidher li huwa meħtieġ li l-appoġġ tal-Unjoni jiġi estiż ambitu usa’ tat-tagħmir tad-difiża li jinkludi oġġetti konsumabbli bħal sistemi mingħajr bdot abbord li għandhom rwol deċiżiv fit-teatru tal-gwerra fl-Ukrajna.
(6)Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2022 iddeċieda li jagħti l-istatus ta’ pajjiż kandidat lill-Ukrajna, li esprimiet rieda qawwija li torbot ir-rikostruzzjoni mar-riformi fit-triq Ewropea tagħha. F’Diċembru 2023, il-mexxejja tal-UE ddeċidew li jiftħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna. Fil-15 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni u l-Istati Membri jibqgħu impenjati li jikkontribwixxu, fit-tul u flimkien mas-sħab, għall-impenji ta’ sigurtà lejn l-Ukrajna, li se jgħinu lill-Ukrajna tiddefendi lilha nnifisha, tirreżisti l-isforzi ta’ destabbilizzazzjoni u tiskoraġġixxi atti ta’ aggressjoni fil-futur. L-appoġġ qawwi lill-Ukrajna huwa prijorità ewlenija għall-Unjoni u rispons xieraq għall-impenn politiku qawwi tal-Unjoni biex tappoġġa lill-Ukrajna sakemm ikun meħtieġ.
(7)Il-ħsara li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kkawżat lill-ekonomija, lis-soċjetà u lill-infrastruttura tal-Ukrajna, u b’mod partikolari l-ħsara kkawżata lill-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża tal-Ukrajna (DTIB tal-Ukrajna) tirrikjedi appoġġ komprensiv biex din tal-aħħar tinbena mill-ġdid. Dan huwa essenzjali sabiex tiġi pprovduta l-kapaċità li l-Istat Ukren iżomm il-funzjonijiet essenzjali tiegħu u jippermetti l-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni rapidi tal-pajjiż u jrawwem l-integrazzjoni tiegħu fis-Suq Ewropew tat-Tagħmir għad-Difiża. DTIB tal-Ukrajna b’saħħitha hija essenzjali għas-sigurtà tal-Ukrajna fuq medda ta’ żmien kif ukoll għar-rikostruzzjoni tagħha,.
(8)F’dan ir-rigward jenħtieġ li jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet li jappoġġaw it-tisħiħ tal-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ukrena. Dan l-appoġġ huwa komplementari għal dak ipprovdut fil-qafas tal-Faċilità għall-Ukrajna kif ukoll għall-appoġġ militari pprovdut lill-Ukrajna fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi u permezz ta’ assistenza bilaterali mill-Istati Membri.
(9)Ir-Russja trid tinżamm għalkollox responsabbli u tħallas għall-ħsara enormi kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur sfaċċat tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ sħab internazzjonali oħra, ikomplu jaħdmu għal dan l-għan, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, filwaqt li jitqies il-ksur serju mir-Russja tal-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat għal atti internazzjonalment illegali, inkluż l-obbligu li tikkumpensa għad-dannu kkawżat li jista’ jiġi vvalutat finanzjarjament. Huwa importanti li, fost l-oħrajn, isir progress, f’koordinazzjoni mas-sħab internazzjonali, fl-analiżi ta’ kif id-dħul straordinarju miżmum mill-entitajiet privati li jkun jirriżulta direttament mill-assi Russi immobilizzati jista’ jiġi dirett biex jappoġġa l-Ukrajna, inkluż il-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża tagħha b’mod li jkun konsistenti mal-obbligi kuntrattwali applikabbli, u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u internazzjonali. Jekk il-Kunsill jadotta d-deċiżjoni tal-PESK, skont l-Artikolu 29 tat-TUE, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli biex jiġu trasferiti lill-Unjoni bilanċi straordinarji tal-flus ta’ depożitorji ċentrali ta’ titoli li jirriżultaw mid-dħul mhux mistenni u straordinarju mill-assi sovrani immobilizzati tar-Russja, dan l-appoġġ addizzjonali jista’ jittieħed minn dan id-dħul, f’konformità mal-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni.
(10)Jenħtieġ li jiġi konkluż Ftehim Qafas mal-Ukrajna biex jiġu stabbiliti l-prinċipji tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġu konklużi wkoll ftehimiet ta’ għoti jew akkwist konġunt mal-Ukrajna u l-entitajiet legali stabbiliti fl-Ukrajna biex jiġu definiti l-kundizzjonijiet għar-rilaxx tal-fondi.
(11)Sabiex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-kompetittività, ir-rispons u l-abbiltà tal-EDTIB abbażi tal-Artikolu 173 tat-TFUE u l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni mal-Ukrajna għat-tisħiħ tad-DTIB tal-Ukrajna skont l-Artikolu 212 tat-TFUE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi objettivi komuni, mekkaniżmi finanzjarji komuni filwaqt li jiddistingwi b’mod ċar żewġ linji baġitarji li jikkorrispondu għal kull wieħed mill-objettivi segwiti kif ukoll jistabbilixxi Programm li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni skont l-Artikolu 173 tat-TFUE u Strument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni skont l-Artikolu 212 tat-TFUE.
(12)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għad-durata kollha tal-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji ġodda, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
(13)Il-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 73(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistgħu jiġu applikati dment li l-proġett jikkonforma mar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament u fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Fond Soċjali Ewropew Plus kif stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rispettivament. Dan jista’ jseħħ b’mod partikolari fil-każ li l-produzzjoni ta’ prodotti rilevanti tad-difiża tiffaċċja fallimenti speċifiċi tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali fit-territorji tal-Istati Membri, notevolment f’żoni vulnerabbli u remoti, u t-tali riżorsi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-programm mnejn ġew ittrasferiti. F’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi emendati ppreżentati mill-Istat Membru u tagħmel osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-programm emendat.
(14)Fid-dawl tal-ħtieġa ta’ investiment aħjar u flimkien fil-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati kif ukoll fl-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-bażi industrijali tad-difiża tal-Ukrajna, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew sorsi oħra jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Programm. Jenħtieġ li tali kontribuzzjonijiet jiġu implimentati f’konformità mal-istess regoli u kundizzjonijiet u jenħtieġ li jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(a)(ii), (d) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tagħhom ta’ ġestjoni kondiviża offruti mir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li ċerti livelli ta’ finanzjament jiġu ttrasferiti bejn l-allokazzjonijiet ta’ ġestjoni kondiviża u l-Programm soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-riżorsi mhux impenjati sa mhux aktar tard mill-2028 jistgħu jiġu ttrasferiti lura għal programm wieħed jew aktar tas-sorsi rispettivi, fuq talba tal-Istat Membru, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060.
(15)Minħabba li l-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u tal-Ukrajna, biex jibbenefikaw mill-Programm, jenħtieġ li r-riċevituri tal-appoġġ finanzjarju jkunu entitajiet legali li huma stabbiliti fl-Unjoni, f’pajjiżi assoċjati jew fl-Ukrajna u li mhumiex soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, għajr mill-Ukrajna jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati. Meta l-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati jew l-Ukrajna jkunu r-riċevituri tal-appoġġ finanzjarju, b’mod partikolari għal azzjonijiet ta’ akkwist komuni, jenħtieġ li dawn ir-regoli japplikaw mutatis mutandis għall-kuntratturi jew għas-sottokuntratturi tal-kuntratti ta’ akkwist. F’dak il-kuntest, “kontroll” jenħtieġ li jinftiehem bħala l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali b’mod dirett jew indirett permezz ta’ entità legali intermedja waħda jew aktar. Minbarra dan, sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tal-entitajiet legali involuti fl-azzjonijiet li jintużaw għall-finijiet tal-azzjoni jenħtieġ li jkunu fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ pajjiż assoċjat jew tal-Ukrajna.
(16)F’ċerti ċirkostanzi, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir deroga mill-prinċipju li l-entitajiet legali involuti f’azzjoni appoġġata mill-Programm ma jkunux soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati. F’dak il-kuntest, entità legali stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż terz assoċjat u kkontrollata minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat tista’ tipparteċipa bħala riċevitur, diment li din tkun tissodisfa kundizzjonijiet stretti relatati mal-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, kif stabbilit fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), inkluż f’termini ta’ tisħiħ tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea.
(17)Barra minn hekk, il-prodotti tad-difiża soġġetti għal azzjonijiet appoġġati mill-Programm jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal kontroll jew restrizzjoni minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat.
(18)Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-industrija tad-difiża, meta d-domanda tiġi kważi esklużivament mill-Istati, li jikkontrollaw ukoll kull akkwiżizzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji relatati mad-difiża, inkluż l-esportazzjonijiet, il-funzjonament tas-settur tad-difiża ma jimxix mar-regoli konvenzjonali u l-mudelli ta’ negozju li jirregolaw is-swieq aktar tradizzjonali. L-industrija għalhekk ma tinvolvix ruħha f’investimenti industrijali sostanzjali awtofinanzjati iżda tagħmel dan biss bħala konsegwenza ta’ ordnijiet irrevokabbli. Filwaqt li l-ordnijiet irrevokabbli mill-Istati Membri huma prekundizzjoni għal kwalunkwe investiment, il-Kummissjoni tista’ tintervjeni billi tikkumpensa għall-kumplessità tal-kooperazzjoni għall-akkwist komuni u tneħħi r-riskji tal-investimenti industrijali permezz ta’ għotjiet u self li jippermettu adattament aktar mgħaġġel għall-bidla strutturali li tkun għaddejja fis-suq. Bħala regola ġenerali, l-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jkopri sa 100 % tal-kostijiet diretti eliġibbli jew 100 % tal-ammont iddeterminat għall-azzjonijiet li japplikaw il-finanzjament mhux marbut mal-opzjoni tal-kostijiet. L-appoġġ tal-Unjoni għall-azzjonijiet ta’ tisħiħ tal-industrija jenħtieġ li jkopri sa 50 % tal-kostijiet diretti eliġibbli sabiex ir-riċevituri jkunu jistgħu jimplimentaw l-azzjonijiet malajr kemm jista’ jkun, ineħħu r-riskju tal-investiment tagħhom u b’hekk iħaffu d-disponibbiltà tal-prodotti rilevanti tad-difiża.
(19)Jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ finanzjarju, permezz ta’ mezzi previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046, għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża bħal attivitajiet ta’ kooperazzjoni għall-akkwist komuni tal-awtoritajiet pubbliċi, ta’ koordinazzjoni u networking industrijali, inkluż ir-riżerva u l-ħżin ta’ prodotti tad-difiża, aċċess għall-finanzi lill-impriżi involuti fil-manifattura tal-prodotti rilevanti tad-difiża, riżerva tal-kapaċitajiet ta’ manifattura (“faċilitajiet dejjem lesti”), proċessi industrijali ta’ rikondizzjonar ta’ prodotti skaduti, espansjoni, ottimizzazzjoni, modernizzazzjoni, titjib jew adattament għal skop ġdid tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni eżistenti f’dak il-qasam, kif ukoll it-taħriġ tal-persunal.
(20)L-għotjiet tal-Programm jistgħu jieħdu l-forma ta’ finanzjament mhux relatat mal-kost u bbażat fuq il-kisba tar-riżultati b’referenza għall-pakketti ta’ ħidma, l-istadji importanti u l-miri tal-proċess tal-akkwist komuni, biex jinħoloq l-effett ta’ inċentiv meħtieġ.
(21)Meta l-għotja tal-Unjoni tieħu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, jenħtieġ li fil-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament għal kull azzjoni, b’mod partikolari (a) deskrizzjoni tal-azzjoni li tinvolvi l-kooperazzjoni għall-akkwist komuni bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-kapaċità l-aktar urġenti u kritiċi, (b) l-istadji importanti għall-implimentazzjoni tal-azzjoni u (c) il-kontribuzzjoni massima disponibbli tal-Unjoni.
(22)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma sabiex tistabbilixxi l-prijoritajiet tal-finanzjament u l-kundizzjonijiet tal-finanzjament applikabbli. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża, b’mod partikolari r-responsabbiltà tal-Istati Membri, tal-pajjiżi assoċjati jew tal-Ukrajna għall-proċess tal-ippjanar u tal-akkwist. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(23)F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li l-azzjoni kellha tinbeda qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja. Madankollu, il-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja mhumiex eliġibbli, għajr f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati. Sabiex tinżamm il-kontinwità tal-perspettiva tal-finanzjament għall-azzjonijiet li setgħu ġew appoġġati mill-finanzjament tal-2024 fil-qafas tal-ASAP u l-EDIRPA, fid-deċiżjoni ta’ finanzjament jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu previsti l-kontribuzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-azzjonijiet li jkopru l-perjodu li jibda mill-5 ta’ Marzu 2024.
(24)Meta tivvaluta l-proposti ppreżentati mill-applikanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-kontribut tagħhom għall-objettivi tal-Programm. Jenħtieġ li l-proposti jiġu vvalutati, b’mod partikolari, skont il-kontribut tagħhom għaż-żieda fit-tħejjija industrijali tad-difiża, b’mod partikolari ż-żieda fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-eliminazzjoni tal-effetti lembut. Jenħtieġ li dawn jiġu vvalutati wkoll skont il-kontribut tagħhom għat-trawwim tar-reżiljenza industrijali tad-difiża, b’referenza għal kunsiderazzjonijiet bħad-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom fil-postijiet kollha, it-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni, inkluż lil dawk l-Istati Membri l-aktar esposti għar-riskju ta’ materjalizzazzjoni ta’ theddid militari konvenzjonali. Il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jirreferu wkoll għall-kontribut għall-kooperazzjoni industrijali tad-difiża permezz ta’ kooperazzjoni ġenwina dwar l-armamenti fost l-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-Ukrajna u l-iżvilupp u l-operazzjonalizzazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera tal-impriżi, b’mod partikolari, sa ċertu punt sinifikanti, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (mid-caps żgħar) li joperaw fil-ktajjen tal-provvista kkonċernati.
(25)Meta tfassal, tagħti u timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li toqgħod attenta b’mod partikolari li tiżgura li dan l-appoġġ ma jaffettwax b’mod avvers il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern.
(26)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-emendi sussegwenti japplikaw għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, l-implimentazzjoni indiretta u l-istrumenti finanzjarji.
(27)F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, fosthom miżuri relatati mal-prevenzjoni, il-kxif, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, meta xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 2018/1046, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandha tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri parteċipanti, f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE u għandha tiżgura li kwalunkwe partijiet terzi involuti fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jagħtu drittijiet ekwivalenti.
(28)Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi abbażi ta’ deċiżjoni adottata skont dak il-Ftehim. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika li tirrikjedi li dawk il-pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Skont l-Artikolu 85 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1764 (18), persuni fiżiċi u korpi u istituzzjonijet stabbiliti f’pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom ikun marbut l-OCT rilevanti.
(29)Filwaqt li tibni fost l-oħrajn fuq l-esperjenza tal-faċilità tal-ekwità tad-difiża, stabbilita fil-kuntest tal-Fond Ewropew għad-Difiża bħala operazzjoni ta’ taħlit tal-InvestEU, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex twaqqaf faċilità ddedikata bħala parti mill-Programm li għandha tissejjaħ il-“Fond għall-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni tal-katina tal-provvista tad-difiża (“FAST”)”. Jenħtieġ li FAST jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni indiretta. FAST se jisfrutta, inaqqas ir-riskju u jħaffef l-investimenti meħtieġa biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-manifattura tad-difiża tal-SMEs u tal-mid-caps żgħar ibbażati fl-UE, fil-forma ta’ operazzjoni ta’ taħlit li toffri appoġġ fil-forma ta’ dejn u/jew ekwità. Jenħtieġ li FAST ikun stabbilit bħala operazzjoni ta’ taħlit, inkluż fil-qafas tal-Programm InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab ta’ implimentazzjoni tiegħu.
(30)FAST jenħtieġ jikseb effett multiplikatur sodisfaċenti f’konformità mat-taħlita ta’ dejn u ta’ ekwità u jikkontribwixxi biex jattira kemm il-finanzjament tas-settur pubbliku kif ukoll dak privat. Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv kumplessiv tat-tisħiħ tal-kompetittività tal-EDTIB, jenħtieġ li FAST jipprovdi wkoll appoġġ lill-SMEs (inkluż in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu) u lil mid-caps żgħar madwar l-UE, li jimmanifatturaw teknoloġiji u prodotti tad-difiża kif ukoll lil kumpaniji li huma attwalment jew potenzjalment parti mill-katina tal-provvista tal-industrija tad-difiża, li jiffaċċjaw diffikultajiet biex jaċċessaw il-finanzi. Jenħtieġ ukoll li FAST iħaffef l-investiment fil-qasam tal-manifattura ta’ teknoloġiji u prodotti tad-difiża, u għalhekk issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-ktajjen tal-valur tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni.
(31)Il-programmi kooperattivi dwar l-armamenti fl-Unjoni jiffaċċjaw sfidi sinifikanti, billi fil-biċċa l-kbira tagħhom ikunu stabbiliti fuq bażi ad hoc u milquta minn kumplessità, dewmien u kostijiet akbar milli ppjanat. Biex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni u jiġi żgurat l-impenn kontinwu tal-Istati Membri matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-kapaċitajiet tad-difiża, hemm bżonn approċċ aktar strutturat fil-livell tal-UE. Biex dan iseħħ, il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri billi tagħmel disponibbli qafas legali ġdid — l-Istruttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti (SEAP) — biex tirfed u ssaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża. Jenħtieġ li l-azzjonijiet li ttieħdu f’dan il-qafas isaħħu lil xulxin ma’ dawk imwettqa fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), b’mod partikolari fil-kuntest tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) u tal-PESCO.
(32)F’din l-Istruttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jibbenefikaw minn proċeduri standardizzati biex jagħtu bidu għal programmi kooperattivi tad-difiża u jimmaniġġjawhom. Jenħtieġ li kooperazzjoni f’dan il-qafas tippermetti wkoll li f’ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri jibbenefikaw minn żieda fir-rata ta’ finanzjament, proċeduri ta’ akkwist simplifikati u armonizzati, u meta l-Istati Membri jippossjedu b’mod konġunt it-tagħmir akkwistat, eżenzjoni mill-VAT. L-istatus tal-organizzazzjoni internazzjonali jenħtieġ li jippermetti wkoll li jekk ikunu jixtiequ, l-Istati Membri joħorġu bonds biex jiżguraw il-pjan ta’ finanzjament fit-tul tal-programmi dwar l-armamenti. Filwaqt li l-Unjoni mhux se tkun responsabbli għall-ħruġ ta’ dejn mill-Istati Membri, il-kontribuzzjonijiet fil-qafas tal-EDIP għall-funzjonament tal-SEAP jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-programmi dwar l-armamenti, li huma eliġibbli għall-appoġġ tal-Unjoni.
(33)Sabiex tkun tista’ ssir proċedura effiċjenti għall-istabbiliment tal-SEAP, huwa meħtieġ li l-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati jew l-Ukrajna li lesti jistabbilixxu SEAP jippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni li jenħtieġ li tivvaluta, jekk l-istatuti proposti tal-programm dwar l-armamenti jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament. Applikazzjoni bħal din jenħtieġ li jkun fiha dikjarazzjoni tal-Istat Membru ospitanti li tirrikonoxxi l-SEAP bħala korp jew organizzazzjoni internazzjonali għall-fini tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa, mit-twaqqif tagħha.
(34)Għal raġunijiet ta’ trasparenza, id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-SEAP jenħtieġ li tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għall-istess raġunijiet, l-elementi essenzjali tal-Istatuti tiegħu, jenħtieġ li jkunu annessi ma’ dawn id-deċiżjonijiet.
(35)Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu bl-iktar mod effiċjenti, l-SEAP jenħtieġ li jkollu personalità ġuridika u jgawdi mill-iżjed kapaċità ġuridika wiesgħa mill-jum meta d-deċiżjoni tal-istabbiliment tiegħu tidħol fis-seħħ. Jenħtieġ li jkollu sede statutorja, sabiex jiġi ddeterminat id-dritt applikabbli, fit-territorju ta’ membru ta’ dak l-SEAP li huwa Stat Membru.
(36)Is-sħubija fl-SEAP jenħtieġ li tinkludi mill-inqas tliet Stati Membri u tista’ tinkludi pajjiżi assoċjati u l-Ukrajna.
(37)Għall-implimentazzjoni tal-SEAP, jenħtieġ li jitniżżlu iktar dispożizzjonijiet dettaljati fl-Istatuti, li abbażi tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina l-konformità ta’ applikazzjoni mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(38)Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li, minn naħa waħda, l-SEAP ikollu l-flessibbiltà meħtieġa biex jemenda l-Istatuti tiegħu u, min-naħa l-oħra, li ċerti elementi essenzjali, b’mod partikolari dawk li kienu meħtieġa għall-għoti tal-istatuti tal-SEAP, jiġu ppreservati permezz ta’ kontroll meħtieġ fil-livell tal-Unjoni. Jekk emenda tikkonċerna element essenzjali tal-Istatuti annessi mad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-SEAP, tali emenda jenħtieġ li tkun approvata, qabel ma tidħol fis-seħħ, permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda skont l-istess proċedura li tkun ġiet segwita fl-istabbiliment tal-SEAP. Kwalunkwe emenda oħra jenħtieġ li tkun notifikata lill-Kummissjoni, li għandu jkollha opportunità li toġġezzjona jekk tqis li l-emenda tmur kontra dan ir-Regolament.
(39)L-SEAP jenħtieġ li jkun jista’ jaħtar Aġent tal-Akkwist li jaġixxi f’ismu stess. L-SEAP jenħtieġ li jkun jista’ jakkwista prodotti tad-difiża f’ismu stess jew f’isem il-membri tiegħu. Fil-każ li l-SEAP jakkwista f’ismu stess, jenħtieġ li jitqies bħala organizzazzjoni internazzjonali li tixtri għall-finijiet tagħha stess skont it-tifsira tal-Artikolu 12(c) tad-Direttiva 2009/81/KE f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Meta jakkwista f’isem il-membri tiegħu, sabiex jiġi żgurat inċentiv adegwat għall-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni fi ħdan l-SEAP, l-SEAP jenħtieġ li jkun jista’ jiddefinixxi r-regoli tal-akkwist tiegħu stess b’deroga mid-Direttiva 2009/81/KE. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji tad-dritt primarju tal-UE applikabbli għall-akkwist, b’mod partikolari dawk tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni.
(40)L-SEAP jista’ jikkwalifika għal finanzjament f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Il-finanzjament fil-kuntest tal-Politika ta’ Koeżjoni jista’ jkun possibbli wkoll, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità.
(41)Bil-għan li jwettaq il-kompiti tiegħu bl-iktar mod effiċjenti u bħala konsegwenza loġika tal-personalità ġuridika tiegħu, l-SEAP jenħtieġ li jkun responsabbli għad-djun tiegħu. Bil-għan li jippermetti lill-membri jsibu soluzzjonijiet adegwati dwar ir-responsabbiltà tagħhom, jenħtieġ li tingħata l-opzjoni li fl-Istatuti jiġu previsti reġimi differenti ta’ responsabbiltà li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà limitata għall-kontribuzzjonijiet tal-membri.
(42)Peress li l-SEAP huwa stabbilit skont id-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ikun irregolat mid-dritt tal-Unjoni, minbarra d-dritt tal-Istat fejn ikollu s-sede statutorja tiegħu. Madankollu, l-SEAP jista’ jkollu post ta’ operat fi Stat ieħor. Id-dritt ta’ dak l-Istat jenħtieġ li japplika fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi definiti mill-Istatuti tal-SEAP. Barra minn hekk, l-SEAP jenħtieġ li jiġi rregolat mir-regoli ta’ implimentazzjoni li huma konformi mal-Istatuti.
(43)Sabiex jiġi żgurat kontroll suffiċjenti tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-SEAP jenħtieġ li jibgħat r-rapport annwali tiegħu u kwalunkwe informazzjoni dwar ċirkostanzi li jheddu li jippreġudikaw serjament il-ksib tal-kompiti tiegħu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti. F’każ li l-Kummissjoni tikseb indikazzjonijiet, permezz tar-rapport annwali jew mod ieħor, li l-SEAP jaġixxi bi ksur serju ta’ dan ir-Regolament jew ta’ liġi applikabbli oħra, jenħtieġ li titlob spjegazzjonijiet u/jew azzjonijiet mill-SEAP u/jew mill-membri tiegħu. F’każijiet estremi u jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rimedju, il-Kummissjoni tista’ tħassar id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-SEAP; u b’hekk tagħti bidu għall-istralċ tal-SEAP.
(44)Mal-adozzjoni tal-ASAP, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tressaq qafas legali maħsub biex jiżgura s-sigurtà tal-provvista (Dikjarazzjoni Konġunta tal-11 ta’ Lulju 2023). Din id-dikjarazzjoni konġunta mill-koleġiżlaturi tenniet il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2013 li appellaw għal reġim komprensiv ta’ Sigurtà tal-Provvista fl-UE kollha, u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ġunju 2022 li tħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta dan ir-reġim mingħajr dewmien.
(45)Il-kriżi li qed tirriżulta mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna mhux biss uriet nuqqasijiet fis-settur industrijali tad-difiża tal-Unjoni u tal-Ukrajna, iżda ħolqot ukoll sfidi għall-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti tad-difiża. Tabilħaqq, id-degradazzjoni kostanti tal-kuntest ġeopolitiku diġà kienet tinvolvi żieda sinifikanti u dejjiema fid-domanda li tista’ taffettwa l-funzjonament tas-suq intern għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ ċerti prodotti tad-difiża u tal-komponenti tagħhom fl-Unjoni. Filwaqt li ċerti Stati Membri ħadu jew x’aktarx jieħdu miżuri biex jippreservaw il-ħażniet tagħhom stess bħala kwistjoni ta’ sigurtà nazzjonali, oħrajn qed jiffaċċjaw diffikultajiet ta’ aċċess għall-oġġetti meħtieġa għall-manifattura jew l-akkwist tal-prodotti rilevanti tad-difiża. Xi drabi, id-diffikultajiet fl-aċċess għal waħda mill-materji primi jew għal komponent speċifiku tfixkel il-ktajjen tal-produzzjoni kollha. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern fi kwalunkwe ċirkostanza u biex isir reżiljenti għal kwalunkwe xokk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti, b’mod koordinat, regoli armonizzati li jżidu s-sigurtà tal-provvista ta’ prodotti tad-difiża. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE.
(46)Sabiex jiġi segwit l-objettiv ġenerali tal-politika pubblika tas-sigurtà, jeħtieġ li l-faċilitajiet ta’ produzzjoni relatati mal-produzzjoni ta’ prodotti rilevanti tad-difiża jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li l-piż amministrattiv jinżamm minimu. Għal dik ir-raġuni, l-Istati Membri jenħtieġ li jittrattaw applikazzjonijiet relatati mal-ippjanar, mal-kostruzzjoni u mat-tħaddim tal-impjanti u l-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-prodotti rilevanti tad-difiża bl-aktar mod rapidu possibbli. Jenħtieġ li tali applikazzjonijiet jingħataw prijorità meta jiġu bbilanċjati l-interessi legali fil-każ individwali.
(47)Fid-dawl tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament, u tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza u l-kuntest eċċezzjonali tal-adozzjoni tiegħu, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw jużaw eżenzjonijiet relatati mad-difiża skont id-dritt nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni applikabbli, fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk iqisu li l-użu ta’ tali eżenzjonijiet jiffaċilita l-kisba ta’ dak l-objettiv. Dak jista’ japplika b’mod partikolari għad-dritt tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza, li huwa indispensabbli biex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll biex jinkiseb żvilupp sostenibbli u sikur. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ dik il-liġi tista’ tipproduċi wkoll ostakli regolatorji li jxekklu l-potenzjal tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni li żżid il-produzzjoni u l-konsenji ta’ prodotti rilevanti tad-difiża. Hija responsabbiltà kollettiva għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li jeżaminaw b’mod urġenti kwalunkwe azzjoni li jistgħu jieħdu biex ittaffu l-possibbiltà ta’ ostakli. Kwalunkwe azzjoni bħal din, sew fil-livell tal-Unjoni, reġjonali jew nazzjonali, jenħtieġ li ma tikkompromettix l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza.
(48)Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha l-għan li tarmonizza l-proċeduri ta’ akkwist għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-Istati Membri u l-obbligi li jirriżultaw mit-TFUE. Dik id-Direttiva tipprevedi b’mod partikolari dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw sitwazzjonijiet ta’ urġenza li jirriżultaw minn kriżi, b’mod partikolari perjodi mqassra għall-wasla ta’ offerti u l-possibbiltà li tintuża l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt. Madankollu, f’urġenza estrema, b’mod partikolari matul il-kriżijiet tal-provvista u tas-sigurtà, dawn ir-regoli jistgħu ma jkunux kompatibbli anki ma’ dawk id-dispożizzjonijiet f’każ li żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom l-intenzjoni li jidħlu għal akkwist komuni. F’xi każijiet, l-unika soluzzjoni li tiżgura l-interessi tas-sigurtà ta’ dawk l-Istati Membri hija li jinfetaħ ftehim qafas eżistenti għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Istati Membri li oriġinarjament ma kinux parti għalih, minkejja li dik il-possibbiltà ma kinitx prevista fil-ftehim qafas oriġinali.
(49)F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-modifiki għal kuntratt pubbliku għandhom ikunu strettament limitati għal dak li huwa assolutament meħtieġ fiċ-ċirkostanzi, filwaqt li jikkonformaw kemm jista’ jkun mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, trasparenza u proporzjonalità. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir deroga mid-Direttiva 2009/81/KE billi jiżdiedu l-kwantitajiet previsti fil-ftehim qafas filwaqt li dan jinfetaħ għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ta’ Stati Membri oħra. Fir-rigward ta’ dawk il-kwantitajiet addizzjonali, jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jgawdu mill-istess kundizzjonijiet bħall-awtorità/entità kontraenti oriġinali li tkun ikkonkludiet il-ftehim qafas oriġinali. F’tali każijiet, l-awtorità/entità kontraenti oriġinali jenħtieġ li tippermetti wkoll li kwalunkwe operatur ekonomiku li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-awtorità/entità kontraenti inizjalment stabbiliti fil-proċedura ta’ akkwist għall-ftehim qafas, inkluż ir-rekwiżiti għal għażliet kwalitattivi kif imsemmi fl-Artikoli 39 sa 46 tad-Direttiva 2009/81/KE, jissieħeb f’dak il-ftehim qafas. Barra minn hekk, jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa ta’ trasparenza biex jiġi żgurat li l-partijiet potenzjalment interessati kollha jiġu infurmati.
(50)Filwaqt li r-rispons tal-UE u tal-Istati Membri tagħha għall-isfida immedjata tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna kien rapidu u deċiżiv, wasal iż-żmien li l-UE timxi mir-rispons ta’ emerġenza biex tfassal stat ta’ tħejjija fit-tul tal-UE. Ir-reżiljenza hija prekundizzjoni għat-tħejjija u l-kompetittività tal-EDTIB. L-UE diġà żviluppat għodod u oqfsa biex iżżid l-istat ta’ tħejjija u r-reżiljenza industrijali biex tindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi futuri. Madankollu, tali miżuri mhumiex disponibbli biex jappoġġaw l-EDTIB.
(51)Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit reġim modulari u gradwali tas-Sigurtà tal-Provvista tal-UE biex jissaħħu s-solidarjetà u l-effettività b’rispons għat-tensjonijiet tul il-ktajjen tal-provvista jew il-kriżijiet tas-sigurtà biex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni f’waqtha tal-punti ta’ effett lembut potenzjali. Tali reġim jenħtieġ li jippermetti lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jantiċipaw u jindirizzaw il-konsegwenzi tal-kriżijiet fil-provvista, meta nuqqasijiet ta’ komponenti ċivili jew b’użu doppju, jew ta’ materja prima, jheddu serjament id-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża, kif ukoll il-konsegwenzi tal-kriżijiet fil-provvista li huma marbuta direttament mal-eżistenza tal-kriżi tas-sigurtà fl-Unjoni jew fil-viċinat tagħha u li jirriżultaw f’nuqqasijiet ta’ ċerti prodotti tad-difiża.
(52)Sabiex jippermettu l-antiċipazzjoni ta’ nuqqasijiet potenzjali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li javżaw lill-Kummissjoni jekk isiru konxji ta’ riskju ta’ tfixkil serju fil-provvista tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet jew ikollhom informazzjoni konkreta u affidabbli li jista’ jimmaterjalizza kwalunkwe fattur ta’ riskju jew avveniment rilevanti ieħor. Sabiex jiġi żgurat approċċ ikkoordinat, jenħtieġ li meta l-Kummissjoni ssir taf b’riskju ta’ tfixkil serju fil-provvista ta’ prodotti tad-difiża jew ikollha informazzjoni konkreta jew affidabbli dwar kwalunkwe fattur jew avveniment ieħor ta’ riskju rilevanti li jimmaterjalizza, issejjaħ laqgħa straordinarja tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża biex tiddiskuti s-severità tat-tfixkil u l-possibbiltà li jingħata bidu għall-proċedura biex jiġi attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista, u jekk jistax ikun xieraq, meħtieġ u proporzjonat li l-Istati Membri jidħlu fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati, bil-ħsieb li jidentifikaw, iħejju u possibbilment jikkoordinaw dawn il-miżuri preventivi. Jenħtieġ li meta jkun rilevanti, il-Kummissjoni tikkonsulta u tikkoopera ma’ pajjiżi terzi rilevanti bil-ħsieb li jiġi indirizzat it-tfixkil fil-katina tal-provvista b’mod konġunt, f’konformità mal-obbligi internazzjonali u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti proċedurali.
(53)Fid-dawl tal-kumplessitajiet tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża u r-riskju ta’ nuqqasijiet f’futur prevedibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi strumenti għal approċċ ikkoordinat għall-immappjar strateġiku u l-monitoraġġ tas-settur tas-semikondutturi u għall-indirizzar effettiv tat-tfixkil possibbli tas-suq b’mod proporzjonat.
(54) L-objettiv tal-immappjar tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni jenħtieġ li jkun li jipprovdi analiżi tal-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tagħhom bil-ħsieb li jiġu żgurati s-sigurtà tal-provvista u r-reżiljenza. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika l-prodotti, il-komponenti kif ukoll il-materja prima li jitqiesu kritiċi għall-provvista ta’ prodotti tad-difiża partikolarment importanti għall-interessi tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha (prodotti rilevanti għall-kriżi), abbażi tal-inputs u l-pariri tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża. Jenħtieġ li l-immappjar ikun ibbażat fuq data disponibbli pubblikament u kummerċjalment u, jekk ikun meħtieġ, fuq data miksuba permezz ta’ talbiet volontarji għal informazzjoni tal-impriżi, f’konsultazzjoni mal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża.
(55)Sabiex tipprevedi u tħejji għal tfixkil futur fl-istadji differenti tal-ktajjen tal-provista tad-difiża tal-Unjoni u tal-kummerċ fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, assistita mill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża u abbażi tal-eżitu tal-immappjar, tidentifika u tiżviluppa lista ta’ indikaturi ta’ twissija bikrija. Indikaturi bħal dawn jistgħu jinkludu żidiet atipiċi fiż-żmien meħtieġ, id-disponibbiltà tal-materja prima, il-prodotti intermedji u l-kapital uman meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet, jew it-tagħmir xieraq tal-manifattura, id-domanda prevista, iż-żidiet fil-prezzijiet li jaqbżu l-fluttwazzjonijiet normali fil-prezzijiet, l-effett tal-kriżijiet tas-sigurtà, l-aċċidenti, l-attakki, id-diżastri naturali jew avvenimenti serji oħra, l-effett tal-politiki kummerċjali, it-tariffi, ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, l-ostakli kummerċjali u miżuri oħra relatati mal-kummerċ, u l-effett tal-għeluq tan-negozji, tad-delokalizzazzjonijiet jew tal-akkwiżizzjonijiet tal-atturi ewlenin tas-suq. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni jiffukaw fuq dawn l-indikaturi ta’ twissija bikrija.
(56)Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż għall-impriżi li jwieġbu għall-monitoraġġ u sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni miksuba tkun tista’ tinġabar b’mod sinifikanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprevedi mezzi standardizzati u siguri għal kwalunkwe ġbir ta’ informazzjoni. Jenħtieġ li dawn il-mezzi jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni miġbura tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali, filwaqt li jiġu żgurati s-segretezza tan-negozju u ċ-ċibersigurtà.
(57)Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal lista, li tidentifika l-prodotti, il-materja prima jew il-komponenti tad-difiża rilevanti għall-kriżijiet tagħhom, li huma affettwati minn tfixkil jew minn tfixkil potenzjali tal-funzjonament tas-Suq Uniku u l-ktajjen tal-provvista tiegħu li jwasslu għal nuqqasijiet sinifikanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġorna din il-lista fuq bażi regolari, biex tiffoka biss fuq interruzzjonijiet jew effetti lembut possibbli li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista ta’ prodotti rilevanti tad-difiża, kif ukoll tal-materja prima u l-komponenti tagħhom.
(58)Minħabba n-natura sensittiva tad-deċiżjoni li jiġi attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista jew l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà u tal-miżuri potenzjali li jistgħu jittieħdu b’rispons għalihom, inkluż l-impatt sinifikanti li tali miżuri jista’ jkollhom fuq l-impriżi privati fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kunsill jingħata s-setgħa li jadotta att ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-attivazzjoni, l-estensjoni u t-tmiem ta’ dawn l-istati.
(59)Meta l-istat ta’ kriżi tal-provvista jew l-istat ta’ kriżi tal-provvista relatat mas-sigurtà jiġi attivat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ titlob li tirċievi l-informazzjoni meħtieġa biex tiżgura d-disponibbiltà f’waqtha ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet mill-impriżi, li jittrattaw dawn il-prodotti, il-materja prima jew il-komponenti tagħhom, bi qbil mal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. Tali informazzjoni jenħtieġ li tinforma d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri xierqa skont dan ir-Regolament biex jiġu indirizzati interruzzjonijiet jew effetti lembut possibbli li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-prodotti rilevanti tad-difiża kif ukoll tal-materja prima u l-komponenti rilevanti.
(60)Tali mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni, ta’ mmappjar u ta’ monitoraġġ kontinwu jenħtieġ li jippermettu analiżi kważi f’ħin reali tal-kapaċità tal-produzzjoni fl-Unjoni, tal-fatturi kritiċi li jħallu impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-prodotti rilevanti tad-difiża, u fuq l-istatus tal-ħażniet. Jenħtieġ li jippermetti wkoll lill-Kummissjoni tfassal miżuri ta’ rispons ta’ emerġenza għal nuqqasijiet attwali jew antiċipati.
(61)L-evitar ta’ nuqqasijiet ta’ prodotti rilevanti tad-difiża huwa essenzjali biex jiġi ppreservat l-objettiv ta’ interess ġenerali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jiġġustifika, meta meħtieġ, interferenzi proporzjonati mad-drittijiet fundamentali tal-impriżi li jipprovdu prodotti relevanti għall-kriżijiet, bħal-libertà ta’ intrapriża f’konformità mal-Artikolu 16 tal-Karta u d-dritt għall-proprjetà f’konformità mal-Artikolu 17 tal-Karta, fir-rigward tal-Artikolu 52 tal-Karta. Tali interferenzi jistgħu jiġu ġġustifikati b’mod partikolari meta diversi Stati Membri jkunu għamlu sforzi speċifiċi biex jikkonsolidaw id-domanda permezz ta’ akkwist konġunt, u b’hekk jikkontribwixxu għal aktar integrazzjoni u funzjonament bla xkiel tas-Suq Intern għall-prodotti rilevanti tad-difiża.
(62)Bħala strument tal-aħħar istanza biex jiġi żgurat li s-setturi kritiċi jkunu jistgħu jkomplu joperaw fi żmien ta’ kriżi u biss meta jkun meħtieġ u proporzjonat għal dak l-għan, l-impriżi rilevanti jistgħu jkunu meħtieġa mill-Kummissjoni li jaċċettaw u jipprijoritizzaw l-ordnijiet tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet. Id-deċiżjoni dwar ordni kklassifikata bħala prijorità jenħtieġ li tittieħed f’konformità mal-obbligi legali applikabbli kollha tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ. L-obbligu kklassifikat bħala prijorità jenħtieġ li jieħu preċedenza fuq kwalunkwe obbligu ta’ prestazzjoni skont id-dritt privat jew pubbliku, għajr dawk relatati direttament mal-ordnijiet militari filwaqt li jenħtieġ li jqis ukoll l-għanijiet leġittimi tal-impriżi u l-kost u l-isforz meħtieġa għal kwalunkwe bidla fis-sekwenza tal-produzzjoni. Kull ordni kklassifikata bħala prijorità jenħtieġ li jitqegħdilha prezz ġust u raġonevoli li jenħtieġ li jqis il-kostijiet tal-opportunità tal-impriża fir-rigward ta’ kuntratti eżistenti.
(63)Jenħtieġ li l-obbligu li tingħata prijorità lill-produzzjoni ta’ ċerti prodotti ma taffettwax b’mod sproporzjonat il-libertà ta’ intrapriża u l-libertà kuntrattwali stabbiliti fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) u d-dritt għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta. Jenħtieġ li kwalunkwe limitazzjoni ta’ dawk id-drittijiet f’konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tiġi prevista mil-liġi, tirrispetta l-essenza ta’ dawk id-drittijiet u l-libertà, u tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
(64)Meta l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà jiġi attivat, abbażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli, il-miżuri disponibbli fi stat ta’ kriżi fil-provvista jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll. Minbarra dan tal-aħħar, il-Kunsill jenħtieġ li jattiva l-miżuri li jqis xierqa għall-kriżi. Biex jagħmel dan, il-Kunsill jenħtieġ li joqgħod attent b’mod partikolari għall-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà tal-Unjoni, tal-Istati Membri u taċ-ċittadini Ewropej.
(65)Meta l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà jiġi attivat u sabiex jiġu indirizzati każijiet fejn Stat Membru jiffaċċja jew jista’ jiffaċċja diffikultajiet serji jew fit-tqegħid ta’ ordni jew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt għall-provvista tal-prodotti tad-difiża minħabba nuqqasijiet jew riskji serji ta’ nuqqasijiet ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista’ jattiva miżuri fil-livell tal-Unjoni maħsuba biex jiżguraw id-disponibbiltà tal-oġġetti rilevanti għall-kriżijiet, bħal talbiet klassifikati bħala prijorità biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern u tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża tiegħu.
(66)Bħala strument tal-aħħar istanza, it-talbiet ikklassifikati bħala prijorità jenħtieġ li jkollhom l-għan li jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn il-produzzjoni jew il-provvista tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet li huma prodotti tad-difiża ma setgħux jinkisbu permezz ta’ miżuri oħra. It-talba kklassifikata bħala prijorità jenħtieġ li tittieħed abbażi ta’ data oġġettiva, fattwali, li tista’ titkejjel u sostanzjata. Jenħtieġ li jqis l-interessi leġittimi tal-impriżi u l-kost u l-isforz meħtieġa għal kwalunkwe bidla fis-sekwenza tal-produzzjoni. Meta jiġi aċċettat, jenħtieġ li l-obbligu li titwettaq it-talba kklassifikata bħala prijorità jieħu preċedenza fuq kwalunkwe obbligu ta’ prestazzjoni skont id-dritt privat jew pubbliku. Jenħtieġ li kull talba kklassifikata bħala prijorità titqiegħed bi prezz ġust u raġonevoli.
(67)Bil-ħsieb li l-Kummissjoni tiġi appoġġata fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġi stabbilit Bord Ewropew tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, magħmul mill-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli/il-Kap tal-Aġenzija u l-Istati Membri. Barra minn hekk, lil hinn mill-qafas tar-Regolament attwali, ir-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija u l-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħhom stess, se jlaqqgħu u jikkopresiedu l-laqgħat tal-membri fil-kuntest tal-Bord biex jeżerċitaw il-funzjoni ta’ programmazzjoni u akkwist konġunti u jipprovdu gwida u pariri strateġiċi bil-ħsieb li tiżdied it-tħejjija industrijali għad-difiża tal-EDTIB, f’konformità mal-Istrateġija Industrijali għad-Difiża Ewropea.
(68)Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 sa 109 tat-TFUE u l-atti legali li jagħtu effett lil dawk l-Artikoli.
(69)F’konformità mal-Artikolu 41(2) tat-TUE, in-nefqa operazzjonali li tirriżulta mill-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE għandha titħallas mill-baġit tal-Unjoni, ħlief għal tali nefqa li tirriżulta minn operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.
(70)Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mingħajr preġudizzju għall-karattru speċifiku tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ ċerti Stati Membri,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi baġit u sett ta’ miżuri maħsuba biex jappoġġaw l-istat tat-tħejjija industrijali għad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha permezz tat-tisħiħ tal-kompetittività, ir-rispons u l-abbiltà tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża u biex jikkontribwixxu għall-irkupru, għar-rikostruzzjoni u għall-modernizzazzjoni tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-Ukrajna (DTIB tal-Ukrajna), b’mod partikolari permezz ta’ dan li ġej:
(1)l-istabbiliment tal-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (il-“Programm”), li jinkludi miżuri għat-tisħiħ tal-kompetittività, ir-rispons u l-abbiltà tal-EDTIB, li jistgħu jinkludu l-istabbiliment ta’ fond għall-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni tal-katina tal-provvista tad-difiża (“FAST”);
(2)l-istabbiliment ta’ programm ta’ kooperazzjoni mal-Ukrajna bil-ħsieb għall-irkupru, għar-rikostruzzjoni u għall-modernizzazzjoni tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-Ukrajna (l-“Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna”);
(3)qafas legali li jistabbilixxi r-rekwiżiti u l-proċeduri u l-effetti tal-istabbiliment tal-Istruttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti (“SEAP”) kif stabbilit fil-Kapitolu III;
(4)qafas legali li għandu l-għan li jiżgura s-sigurtà tal-provvista, ineħħi l-ostakli u l-effetti lembut u jappoġġa l-produzzjoni tal-prodotti tad-difiża kif stabbilit fil-Kapitolu IV;
(5)l-istabbiliment ta’ Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża kif stabbilit fil-Kapitolu V.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“ftehim ta’ xiri bil-quddiem” tfisser kuntratt pubbliku ma’ impriża waħda jew aktar li għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp u/jew il-produzzjoni rapida ta’ prodott u li permezz tiegħu, id-dritt li jinxtraw għadd speċifikat ta’ prodotti f’perjodu ta’ żmien partikolari u bi prezz partikolari huwa soġġett għall-prefinanzjament ta’ parti mill-kostijiet bil-quddiem li jiffaċċjaw l-impriżi kkonċernati. Filwaqt li ftehim ta’ xiri bil-quddiem jorbot legalment lill-awtoritajiet kontraenti parteċipanti u lill-kuntrattur, jeħtieġ li jiġi implimentat aktar permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratti mal-kuntratturi kkonċernati;
(2)“effett lembut” tfisser punt ta’ konġestjonit f’sistema ta’ produzzjoni li jwaqqaf jew inaqqas il-produzzjoni b’mod serju;
(3)“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjoni sostnuta mill-baġit tal-Unjoni, inkluż f’faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (6), tar-Regolament (UE, Euratom) Nru [2018/1046], li tikkombina forom mhux ripagabbli ta’ appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni ma’ forom ripagabbli ta’ appoġġ mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, jew mingħand istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u investituri.
(4)“akkwist komuni” tfisser akkwist imwettaq b’mod konġunt minn mill-inqas tliet Stati Membri;
(5)“kontroll” tfisser l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali, direttament jew indirettament, permezz ta’ entità legali intermedja waħda jew aktar;
(6)“informazzjoni klassifikata” tfisser informazzjoni jew materjal, fi kwalunkwe forma, li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’ jikkawża livelli differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni, jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri, u li jkollha marka ta’ klassifikazzjoni tal-UE jew marka ta’ klassifikazzjoni korrispondenti, kif stabbilit fil-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea;
(7)“prodotti tad-difiża” tfisser kwalunkwe prodott relatat mad-difiża kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/43/KE;
(8)“struttura maniġerjali eżekuttiva” tfisser korp ta’ entità legali maħtur f’konformità mad-dritt nazzjonali u, meta applikabbli, li jirrapporta lill-uffiċjal kap eżekuttiv, li għandu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni kumplessiva tal-entità legali, u li jissorvelja u jwettaq monitoraġġ tat-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali;
(9)“entità legali” tfisser persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali jew id-dritt internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità li ma għandhiex personalità ġuridika kif imsemmi fl-Artikolu 197(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046;
(10)“azzjoni ta’ innovazzjoni fil-qasam tad-difiża” tfisser azzjoni li qabelxejn tikkonsisti minn attivitajiet li għandhom l-għan dirett li jipproduċu pjanijiet u arranġamenti jew disinji għal prodotti tad-difiża, proċessi jew servizzi ġodda, mibdula jew imtejba li possibbilment jinkludu l-ħolqien ta’ prototipi, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni, il-pilotaġġ, il-validazzjoni ta’ prodotti fuq skala kbira u r-replikazzjoni fis-suq
(11)“kumpanija b’kapitalizzazzjoni medja” jew “mid-cap” tfisser impriża li mhix SME u li timpjega massimu ta’ 3 000 persuna, li l-għadd ta’ persunal tagħha jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE
(12)“entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat” tfisser entità legali stabbilita f’pajjiż terz mhux assoċjat jew, entità legali li tkun stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat, li jkollha l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tagħha f’pajjiż terz mhux assoċjat;
(13)“ftehim ta’ xiri” tfisser kwalunkwe ftehim kuntrattwali bejn mill-inqas [3] Stati Membri u mill-inqas manifattur wieħed tal-prodotti tad-difiża li jkun fih impenn fuq l-Istati Membri li jakkwistaw ċerta kwantità tal-prodotti tad-difiża fuq ċertu perjodu ta’ żmien jew impenn fuq il-manifattur tal-prodotti tad-difiża li jipprovdi lill-Istati Membri bl-opzjoni li jagħmlu dan.
(14)“aġent tal-akkwist” tfisser awtorità kontraenti kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (1) tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/25/UE stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, Struttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti jew organizzazzjoni internazzjonali u li hija deżinjata mill-Istati Membri, mill-pajjiżi assoċjati jew mill-Ukrajna biex twettaq akkwist komuni f’isimhom;
(15)“żmien meħtieġ” tfisser il-perjodu ta’ żmien bejn meta ssir ordni ta’ xiri u meta l-manifattur ilesti l-ordni;
(16)“materja prima” tfisser il-materjali meħtieġa biex jiġu manifatturati l-prodotti tad-difiża;
(17)“siġill ta’ eċċellenza” tfisser tikketta ta’ kwalità li turi li proposta ppreżentata wara sejħa għall-proposti skont l-Istrument tkun għaddiet il-livelli limiti kollha ta’ evalwazzjoni stabbiliti fil-programm ta’ ħidma, iżda li ma setgħetx tiġi ffinanzjata minħabba nuqqas ta’ baġit disponibbli għal dik is-sejħa għall-proposti fil-programm ta’ ħidma, u li tista’ tirċievi appoġġ minn sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni jew nazzjonali;
(18)“kriżi tas-sigurtà” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni fi Stat Membru, pajjiż terz assoċjat jew pajjiż terz mhux assoċjat li matulha jkun seħħ avveniment dannuż jew li jitqies li huwa imminenti u li jeċċedi b’mod ċar id-dimensjonijiet tal-avvenimenti dannużi fil-ħajja ta’ kuljum, u li tipperikola jew tirrestrinġi b’mod sostanzjali l-ħajja u s-saħħa tan-nies, jew tirrikjedi miżuri sabiex tipprovdi ħtiġijiet bażiċi lill-popolazzjoni, jew ikollha impatt sostanzjali fuq il-valuri tal-proprjetà, inkluż il-kunflitti armati u l-gwerer;
(19)“informazzjoni sensittiva” tfisser informazzjoni u data, inkluż informazzjoni klassifikata, li għandha tiġi protetta minn aċċess jew żvelar mhux awtorizzat minħabba obbligi stipulati fid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali jew sabiex titħares il-privatezza jew is-sigurtà ta’ persuna fiżika jew ġuridika;
(20)“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;
(21)“sottokuntratturi fl-akkwist komuni” tfisser kwalunkwe entità legali li tipprovdi inputs kritiċi li jkollhom attributi uniċi li jkunu essenzjali għall-funzjonament ta’ prodott u li tkun allokata mill-inqas 15 % tal-valur tal-kuntratt.
(22)“kumpanija żgħira b’kapitalizzazzjoni medja” jew “mid-cap żgħira” tfisser intrapriża li ma hijiex SME u li l-għadd ta’ impjegati tagħha ma jaqbiżx l-499, ikkalkulat f’konformità mal-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx il-EUR 100 miljun jew li l-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma taqbiżx is-EUR 86 miljun;
(23)“prodotti rilevanti għall-kriżijiet” tfisser prodotti tad-difiża jew komponenti ewlenin jew il-materja prima tagħhom jew kwalunkwe prodott jew servizz essenzjali għall-produzzjoni tagħhom li jkunu ġew identifikati bħala li huma affettwati serjament minn tfixkil jew tfixkil potenzjali tal-funzjonament tas-suq intern u l-ktajjen tal-provvista tiegħu li jirriżultaw f’nuqqasijiet sinifikanti reali jew potenzjali.
Kapitolu II
Taqsima 1: Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-Programm u għall-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
Artikolu 3
Użu ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet
1.L-għotjiet jistgħu jieħdu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, skont l-Artikolu 180(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
2.Meta l-għotja tal-Unjoni tieħu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għal azzjonijiet li jsaħħu l-EDTIB, il-livell tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni attribwit għal kull azzjoni jista’ jiġi definit abbażi ta’ fatturi bħal:
(a)il-kumplessità tal-akkwist komuni, li għalih proporzjon tal-valur stmat tal-kuntratt tal-akkwist komuni u l-esperjenza miksuba f’azzjonijiet simili jistgħu jservu bħala indikatur inizjali;
(b)il-karatteristiċi tal-kooperazzjoni li x’aktarx iwasslu għal eżiti akbar fl-interoperabbiltà u sinjali tal-investiment fit-tul għall-industrija, b’mod partikolari meta l-akkwist komuni jkun ikopri attivitajiet eliġibbli għal finanzjament mill-baġit tal-Unjoni, eż. ir-riċerka u l-iżvilupp, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni, il-produzzjoni inizjali jew attivitajiet ta’ appoġġ fis-servizz;
(c)l-għadd ta’ Stati Membri u pajjiżi assoċjati parteċipanti jew l-inklużjoni ta’ Stati Membri addizzjonali jew pajjiżi assoċjati fil-kooperazzjonijiet eżistenti;
(d)l-isforz marbut biex jiġu rrankati l-kapaċitajiet tal-manifattura meħtieġa;
(e)l-akkwist ta’ kwantitajiet addizzjonali għal Stati Membri oħra (riżerva ta’ tħejjija għad-difiża).
3.Meta l-għotja tal-Unjoni tieħu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għal azzjonijiet li jsaħħu d-DTIB tal-Ukrajna, il-livell tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni jista’, minbarra l-fatturi msemmija fil-paragrafu 2, ikun ibbażat fuq fatturi bħal:
(a)il-kumplessità tal-proċess ta’ adeżjoni tal-Ukrajna, inkluż riformi strutturali u miżuri li jippromwovu l-konverġenza mal-“acquis” tal-Unjoni;
(b)l-isforzi biex jiġu adattati l-proċessi ta’ akkwist tad-difiża tal-Ukrajna u l-ambjent għall-industrija tad-difiża Ukrena, inkluż biex jintlaħqu l-istandards tan-NATO;
(c)l-isforzi u r-riskji assoċjati mal-gwerra ta’ aggressjoni li għaddejja bħalissa, filwaqt li titqies il-ħtieġa li l-infrastruttura li ġarrbet ħsara bil-gwerra terġa’ tinbena u tiġi modernizzata b’mod reżiljenti u, meta rilevanti, b’miżuri xierqa għal prevenzjoni, evitar jew tnaqqis u, jekk possibbli, ikkumpensar ta’ dawn l-effetti.
Artikolu 4
Objettivi
1.Il-Programm u l-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna għandhom l-għan li jżidu t-tħejjija industrijali għad-difiża tal-EDTIB u tad-DTIB tal-Ukrajna b’mod partikolari billi:
(a)jinbeda u jitħaffef l-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali, inkluż bil-ħolqien u l-irrankar tal-kapaċitajiet tal-manifattura tagħha u bil-ftuħ tal-ktajjen tal-provvista għal kooperazzjoni transfruntiera u disponibbiltà u forniment effettivi madwar l-Unjoni, li jinvolvu b’mod partikolari, sa ċertu punt sinifikanti, lill-SMEs, lill-mid-caps żgħar u mid-caps oħrajn;
(b)tiġi inċentivata l-kooperazzjoni fl-akkwist tad-difiża biex din tikkontribwixxi għas-solidarjetà, tevita l-effetti ta’ xi esklużjoni, iżżid l-effettività tal-infiq pubbliku u tnaqqas il-frammentazzjoni eċċessiva, ħalli fl-aħħar mill-aħħar twassal biex tiżdied l-istandardizzazzjoni tas-sistemi tad-difiża u l-interoperabbiltà.
2.L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-irkupru, għar-rikostruzzjoni u għall-modernizzazzjoni tad-DTIB tal-Ukrajna għandhom iqisu l-integrazzjoni futura possibbli tagħha fl-EDTIB, u b’hekk jikkontribwixxu għall-istabbiltà reċiproka, is-sigurtà, il-paċi, il-prosperità u s-sostenibbiltà.
3.L-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandhom jiġu segwiti b’enfasi fuq il-bidu u t-tħaffif tal-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali rapidi imposti mill-ambjent tas-sigurtà li qed jevolvi. Dan jista’ jinkludi t-titjib u t-tħaffif tal-kapaċità tal-adattament tal-ktajjen tal-provvista għal prodotti rilevanti għall-kriżijiet, il-ħolqien ta’ kapaċitajiet tal-manifattura jew l-irrankar tagħhom, u tnaqqis taż-żmien meħtieġ għall-produzzjoni tagħhom għall-prodotti tad-difiża madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża u l-parir tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża.
4.L-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandhom jiġu segwiti b’enfasi fuq l-iżvilupp tal-EDTIB fl-Unjoni kollha biex tkun tista’ tindirizza, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-prodotti tad-difiża tal-Istati Membri f’termini ta’ kwalità, disponibbiltà, ħin tat-twassil u post, f’konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża maqbula b’mod komuni mill-Istati Membri fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), b’mod partikolari fil-kuntest tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża u l-pariri tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża.
5.L-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu segwiti b’enfasi fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-EDTIB u d-DTIB tal-Ukrajna, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-prodotti tad-difiża tal-Ukrajna, bil-ħolqien jew l-irrankar tal-kapaċitajiet tal-manifattura f’konformità mal-istandards tan-NATO, il-protezzjoni tal-assi, l-assistenza teknika u l-iskambju tal-persunal, aktar kooperazzjoni fuq l-akkwist komuni tal-prodotti tad-difiża għall-Ukrajna, u l-liċenzjar tal-kooperazzjoni fil-produzzjoni bi sħubijiet pubbliċi privati jew forom oħra ta’ kooperazzjoni, eż. impriżi konġunti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-objettiv li l-Ukrajna tiġi appoġġata biex tallinja progressivament mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-Unjoni (“acquis”) bil-ħsieb ta’ sħubija futura fl-Unjoni.
Artikolu 5
Baġit
1.Il-pakketti finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Programm u tal-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna għandhom jinkludu dan li ġej:
(a)għal azzjonijiet li jsaħħu l-EDTIB: EUR 1 500 miljun bi prezzijiet attwali għall-perjodu minn [... - daħħal data speċifika] sal-31 ta’ Diċembru 2027 kif ukoll kontribuzzjonijiet addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 6;
(b)għal azzjonijiet li jsaħħu d-DTIB tal-Ukrajna: l-ammont tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 6 sal-punt kif allokat, soġġett għall-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 57.
2.Sabiex tirrispondi għal sitwazzjonijiet mhux previsti jew għal żviluppi u ħtiġijiet ġodda, il-Kummissjoni tista’ talloka mill-ġdid l-ammont allokat għall-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, b’massimu ta’ 20 %, ħlief għar-riżorsi finanzjarji addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), li ma għandhomx jiġu riallokati.
3.L-ammont imsemmi fil-paragrafi 1 u 5 ta’ dan l-Artikolu u l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 6 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, tal-monitoraġġ, tal-kontroll, tal-awditjar u tal-evalwazzjoni, inkluż investigazzjonijiet tal-prezzijiet u sistemi u pjattaformi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, u kull assistenza teknika u amministrattiva oħra jew spejjeż relatati mal-persunal imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm/elementi oħra tas-suġġett.
4.Minbarra l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li ma jintużawx għandhom jiġu riportati b’mod awtomatiku u jistgħu jiġu impenjati u użati, rispettivament, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta’ impenn riportati f’konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
5.B’deroga mill-Artikolu 209(3), l-ewwel, it-tieni u r-raba’ subparagrafi tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, kwalunkwe dħul u ripagament minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, lill-Programm jew lill-programm suċċessur tagħha.
6.Minbarra l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta’ rkupri u ta’ diżimpenji għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-Programm jew għall-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna jew għas-suċċessuri tagħhom fil-kuntest tal-proċedura baġitarja.
7.L-impenji baġitarji għall-attivitajiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq bosta snin f’pagamenti annwali.
8.L-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, biex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet mhux kompluti sa tmiem il-Programm, kif ukoll l-ispejjeż li jkopru l-attivitajiet u s-servizzi operazzjonali kritiċi.
Artikolu 6
Riżorsi finanzjarji addizzjonali
1.L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew partijiet terzi oħra, jistgħu jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-Programm, inkluż lill-Fond għall-Aċċellerazzjoni tat-Trasformazzjoni tal-Ktajjen tal-Provvista tad-Difiża (FAST) imsemmi fl-Artikolu 19 f’konformità mal-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2), il-punti (a)(ii) [il-punt (a) riformulazzjoni tar-RF], (d), jew (e) jew l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
2.Kwalunkwe ammont addizzjonali riċevut skont il-miżuri restrittivi rilevanti tal-Unjoni għandu jkun dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u għandu jintuża għal azzjonijiet fil-qafas tal-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna, inkluż l-azzjonijiet li jsaħħu d-DTIB tal-Ukrajna.
3.Fuq talba tagħhom stess, ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti lejn il-Programm soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-Artikolu 62(1), il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawn għandhom jiżdiedu mar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 5(3), il-punt (a). Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
4.Meta l-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għar-riżorsi ttrasferiti f’konformità mal-paragrafu 3 u mhux aktar tard mis-sena 2028, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu ttrasferiti lura għal programm wieħed jew aktar ta’ sors rispettiv, fuq talba tal-Istat Membru, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Taqsima 2: Il-Programm
Artikolu 7
Finanzjament alternattiv, ikkombinat u kumulattiv
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi oħra tal-Unjoni. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm tal-Unjoni ieħor tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni fil-qafas tal-Programm, sakemm il-kontribuzzjoni ma tkunx tkopri l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti jew jista’ jiġi applikat sett uniku ta’ regoli ta’ kwalunkwe wieħed mill-programmi tal-Unjoni kontribwenti għall-kontribuzzjonijiet kollha u jista’ jiġi konkluż impenn legali uniku. L-appoġġ kumulattiv mill-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
2.Sabiex jingħataw Siġill ta’ Eċċellenza fil-qafas tal-Programm, l-azzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti fil-qafas tal-Programm;
(b)ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;
(c)ma humiex iffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.
3.F’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-FEŻR jew l-FSE+ jistgħu jappoġġaw proposti ppreżentati wara sejħa għal proposti fil-qafas tal-Programm, li kienu ngħataw Siġill ta’ Eċċellenza f’konformità mal-Programm.
Artikolu 8
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 jew b’ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046.
2.Il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jiġi pprovdut fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet, akkwist, u strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit fil-qafas tal-programm InvestEU f’konformità mat-Titolu X tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046.
3.B’deroga mill-Artikolu 192(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046, l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(3), il-punt (d), li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni huwa pprovdut fil-forma ta’ għotja, u jsir profitt, il-Kummissjoni tista’ tirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet eliġibbli effettivament imġarrba mill-benefiċjarju li jwettaq l-azzjoni, sal-ammont finali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Il-profitt jiġi kkalkulat permezz ta’ surplus ta’ dħul fuq il-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni, fejn id-dħul ikun limitat għall-finanzjament tal-Unjoni, il-finanzjament tal-Istat Membru, inkluż l-akkwist, dħul ieħor iġġenerat matul l-azzjoni u kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-azzjoni. Il-programm ta’ ħidma jista’ jistabbilixxi aktar dettalji.
4.B’deroga mill-Artikolu 193(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu, meta rilevanti u meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni, ikopru l-azzjonijiet li jkunu bdew qabel id-data tas-sottomissjoni tal-proposta għal dawk l-azzjonijiet, dment li dawk l-azzjonijiet ma jkunux bdew qabel il-5 ta’ Marzu 2024 u ma jkunux tlestew qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja.
Artikolu 9
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-ŻEE, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (pajjiżi assoċjati).
Artikolu 10
Entitajiet legali eliġibbli
1.Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 sal-paragrafu 7 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
2.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat.
3.L-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tar-reċipjenti li jintużaw għall-finijiet tal-azzjoni għandhom ikunu qegħdin fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż assoċjat. Meta r-riċevituri ma jkollhomx alternattivi jew infrastruttura, faċilitajiet, assi u riżorsi rilevanti lesti għad-dispożizzjoni tagħhom fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat, jistgħu jużaw l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tagħhom li jinsabu jew li jinżammu barra mit-territorju tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi assoċjati, dment li dan l-użu ma jkunx imur kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri u jkun konsistenti mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 4.
4.Għall-finijiet ta’ azzjoni appoġġata mill-Programm, ir-riċevituri ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontroll minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat.
5.B’deroga mill-paragrafu 4, entità legali stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat u kkontrollata minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat għandha tkun eliġibbli li tkun riċevitur jekk l-akkwiżizzjoni tal-kontroll tagħha minn pajjiż terz mhux assoċjat jew entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat, tkun ġiet soġġetta għal skrinjar skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, meta meħtieġ, għal miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa, filwaqt li jitqiesu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, jew jekk il-garanziji approvati mill-Istat Membru jew mill-pajjiż assoċjat li fih tkun stabbilita f’konformità mal-proċeduri nazzjonali tagħha jsiru disponibbli għall-Kummissjoni.
Il-garanziji għandhom jipprovdu assigurazzjonijiet li l-involviment f’azzjoni ta’ tali entità ġuridika ma jmurx kontra l-interessi ta’ sigurtà u difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kif stabbiliti fil-qafas tal-PESK skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jew l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 4. Il-garanziji għandhom jikkonformaw ukoll mal-Artikolu 11(8), il-punt (c). Il-garanziji għandhom b’mod partikolari jissostanzjaw li, għall-finijiet ta’ azzjoni, hemm fis-seħħ miżuri biex jiġi żgurat li:
(a)il-kontroll fuq l-entità legali ma jiġix eżerċitat b’mod li jillimita jew jirrestrinġi l-abbiltà tagħha li twettaq l-azzjoni u tikseb riżultati, li jimponi restrizzjonijiet b’rabta mal-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi, ir-riżorsi, il-propjetà intellettwali jew l-għarfien espert tagħha meħtieġa għall-finijiet ta’ azzjoni, jew li jipperikola l-kapaċitajiet u l-istandards meħtieġa tagħha għat-twettiq tal-azzjoni;
(b)jiġi evitat aċċess minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat għal informazzjoni sensittiva relatata mal-azzjoni u l-impjegati jew persuni oħra involuti fl-azzjoni jkollhom l-approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali maħruġa minn Stat Membru jew minn pajjiż assoċjat, meta xieraq;
Jekk jitqies adatt mill-Istat Membru jew mill-pajjiż assoċjat li fih tkun stabbilita l-entità ġuridika, jistgħu jiġu pprovduti garanziji addizzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 57 bi kwalunkwe entità ġuridika li titqies eliġibbli f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
6.Meta jwettqu azzjoni eliġibbli, ir-riċevituri jistgħu jikkooperaw ukoll ma’ entitajiet legali stabbiliti barra mit-territorju tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi assoċjati, jew ikkontrollati minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat, fosthom billi jużaw l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi ta’ tali entitajiet legali, dment li dan ma jmurx kontra l-interessi ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Din il-kooperazzjoni għandha tkun konsistenti mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 4 u tikkonforma mal-Artikolu 11(8), il-punt (c).
Ma għandu jkun hemm l-ebda aċċess mhux awtorizzat minn pajjiż terz mhux assoċjat, jew minn entità oħra ta’ pajjiż terz mhux assoċjat għal informazzjoni klassifikata relatata mat-twettiq tal-azzjoni u għandhom jiġu evitati effetti negattivi potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista tal-inputs kritiċi għall-azzjoni.
Il-kostijiet marbuta ma’ dawk l-attivitajiet ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Programm.
7.Il-paragrafi 2 sa 6 ma għandhomx japplikaw għal:
(a)l-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati;
(b)l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali;
(c)l-Istrutturi għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti;
(d)l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.
Artikolu 11
Azzjonijiet eliġibbli
1.Huma biss l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament. L-azzjoni eliġibbli għandha tkun relatata ma’ waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5:
2.L-attivitajiet relatati mal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fil-proċessi tal-akkwist tad-difiża (azzjonijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża) jistgħu jkopru l-kooperazzjoni għall-akkwist komuni ta’ prodotti tad-difiża, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti tad-difiża, inkluż għall-fini tal-bini ta’ Riżerva tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża kif imsemmi fl-Artikolu 14(1), il-punt (b).
3.L-attivitajiet relatati mat-tħaffif tal-aġġustament għall-bidliet strutturali tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-prodotti tad-difiża, inkluż il-komponenti tagħhom u l-materja prima korrispondenti sakemm dawn ikunu maħsuba jew jintużaw kollha kemm huma għall-produzzjoni tal-prodotti tad-difiża (azzjonijiet ta’ tisħiħ tal-industrija) jistgħu jkopru:
(a)l-ottimizzazzjoni, l-espansjoni, il-modernizzazzjoni, it-titjib jew l-adattament għal skop ġdid tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni eżistenti jew l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni ġodda, sa fejn dawk il-komponenti u l-materja prima jkunu maħsuba jew jintużaw kollha kemm huma għall-produzzjoni tal-prodotti tad-difiża, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni jew jitnaqqas iż-żmien meħtieġ għall-produzzjoni tagħhom, inkluż abbażi tal-akkwist jew l-akkwiżizzjoni tal-għodda tal-makkinarji meħtieġa u kwalunkwe input meħtieġ ieħor;
(b)l-istabbiliment ta’ sħubijiet industrijali transfruntiera, inkluż permezz ta’ sħubijiet pubbliċi privati jew forom oħra ta’ kooperazzjoni industrijali, bi sforz industrijali konġunt, inkluż l-attivitajiet maħsuba biex jikkoordinaw l-akkwist jew ir-riżerva u l-ħżin ta’ prodotti, komponenti u materja prima korrispondenti tad-difiża sa fejn dawk il-komponenti u l-materja prima jkunu maħsuba jew jintużaw kollha kemm huma għall-produzzjoni tal-prodotti tad-difiża, kif ukoll biex jikkoordinaw il-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-pjanijiet tal-produzzjoni;
(c)il-bini u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-kapaċitajiet riżervati ta’ manifattura f’daqqa (faċilitajiet dejjem lesti) tal-prodotti tad-difiża, il-komponenti u l-materja prima korrispondenti tagħhom, sa fejn dawk il-komponenti u l-materja prima jkunu maħsuba jew jintużaw kollha kemm huma għall-produzzjoni tal-prodotti tad-difiża, f’konformità mal-volumi tal-produzzjoni ordnati jew ippjanati;
(d)it-trawwim tal-industrijalizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-difiża li ġew żviluppati fil-qafas ta’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Unjoni jew attivitajiet kooperattivi oħra mwettqa bl-appoġġ ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ sħubijiet industrijali transfruntiera, sħubijiet pubbliċi privati jew forom oħra ta’ kooperazzjoni industrijali, żieda fil-produzzjoni inizjali kif ukoll liċenzjar tal-produzzjoni, meta xieraq;
(e)l-ittestjar, inkluż l-infrastruttura meħtieġa, u, kif xieraq, iċ-ċertifikazzjoni tal-rikondizzjonar tal-prodotti rilevanti tad-difiża bil-ħsieb li tiġi indirizzata l-obsolexxenza tagħhom u biex ikunu jistgħu jintużaw mill-utenti finali.
4.Attivitajiet maħsuba biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ Proġett Ewropew għad-Difiża ta’ Interess Komuni.
5.L-attivitajiet ta’ appoġġ (“azzjonijiet ta’ appoġġ”) jistgħu jkopru:
(a)attivitajiet li għandhom l-għan li jżidu l-interoperabbiltà u l-interkambjabbiltà, inkluż iċ-ċertifikazzjoni inkroċjata tal-prodotti u l-attivitajiet tad-difiża li jwasslu għal rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni jew li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ standards militari;
(b)attivitajiet biex jissaħħu s-sigurtà tal-provvista u r-reżiljenza, b’mod partikolari billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq tad-difiża għall-SMEs, il-mid-caps żgħar, mid-caps oħra u negozji ġodda, u appoġġ biex jinkisbu ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa tal-kwalità u tal-produzzjoni;
(c)it-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid jew it-titjib tal-kompetenzi tal-persunal b’rabta mal-attivitajiet imsemmija f’dan l-Artikolu;
(d)l-akkwist ta’ sistemi ta’ protezzjoni fiżika u ċibernetika fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, inkluż l-involviment effettiv;
(e)azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ (tekniku), li jindirizzaw b’mod partikolari l-effetti lembut identifikati fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-ktajjen tal-provvista bil-ħsieb li tiġi żgurata u aċċellerata l-produzzjoni tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet biex jiġu żgurati l-provvista effettiva u d-disponibbiltà f’waqtha tagħhom;
(f)L-appoġġ tal-Unjoni għall-Istrutturi għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti b’mod partikolari għall-fini tal-ġestjoni u ż-żamma ta’ Riżerva tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża kif imsemmi fl-Artikolu 14(1), il-punt (b);
(g)Attivitajiet ta’ emerġenza, fosthom l-innovazzjoni tal-emerġenza fid-difiża meta tiġi attivata l-miżura msemmija fl-Artikolu 52.
6.Għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, fil-paragrafu 3, il-punt (d), u fil-paragrafu 55, il-punt (a), l-azzjoni għandha titwettaq minn entitajiet ġuridiċi li jikkooperaw f’konsorzju ta’ mill-inqas tliet entitajiet legali eliġibbli li huma stabbiliti f’mill-inqas tliet Stati Membri jew pajjiżi assoċjati differenti. Tul il-perjodu kollu li matulu titwettaq l-azzjoni, mill-inqas tlieta minn dawk l-entitajiet legali eliġibbli stabbiliti f’mill-anqas żewġ Stati Membri differenti jew pajjiżi assoċjati ma għandhomx jiġu kkontrollati, direttament jew indirettament, mill-istess entità legali u ma għandhomx jikkontrollaw lil xulxin.
7.B’deroga mill-paragrafu 6, l-azzjoni tista’ titwettaq minn Struttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti.
8.L-azzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament fil-qafas tal-Programm:
(a)l-azzjonijiet relatati mal-oġġetti jew servizzi li huma pprojbiti bid-dritt internazzjonali applikabbli;
(b)l-azzjonijiet relatati mal-armi awtonomi letali mingħajr il-possibbiltà ta’ kontroll sinifikattiv mill-bniedem fuq id-deċiżjonijiet tal-għażla u tal-involviment meta jsiru attakki fuq il-bnedmin;
(c)azzjonijiet relatati ma’ oġġetti jew servizzi soġġetti għal kontroll jew restrizzjoni minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati, direttament, jew indirettament permezz ta’ entità legali intermedja waħda jew aktar, inkluż f’termini ta’ trasferiment tat-teknoloġija;
(d)l-azzjonijiet jew partijiet minnhom, li diġà huma ffinanzjati bis-sħiħ minn sorsi pubbliċi jew privati oħra.
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal azzjonijiet ta’ akkwist komuni
1.L-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament fil-qafas tal-Programm:
(a)l-awtoritajiet kontraenti pubbliċi tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi assoċjati;
(b)l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali;
(c)l-Istrutturi għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti;
(d)l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.
2.L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati parteċipanti f’akkwist komuni għandhom jaħtru, b’mod unanimu, entità legali eliġibbli bħala aġent tal-akkwist biex jaġixxi f’isimhom għall-finijiet ta’ dak l-akkwist komuni. L-aġent tal-akkwist għandu jwettaq il-proċeduri tal-akkwist u jikkonkludi l-kuntratti li jirriżultaw, mal-kuntratturi f’isem il-pajjiżi parteċipanti. L-aġent tal-akkwist jista’ jipparteċipa fl-azzjoni bħala benefiċjarju u jista’ jaġixxi bħala l-koordinatur tal-konsorzju, u jista’ għalhekk ikun kapaċi jimmaniġġja u jikkombina fondi mill-Programm u fondi mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati parteċipanti.
3.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, kuntratti ta’ provvista u kuntratti ta’ servizz mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà stabbiliti fid-Direttiva 2009/81/KE.
4.Il-proċeduri tal-akkwist imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu bbażati fuq ftehim li għandu jiġi ffirmat mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati parteċipanti, mal-aġent tal-akkwist skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm ta’ ħidma. Il-ftehim għandu, b’mod partikolari, jiddetermina l-arranġamenti prattiċi li jirregolaw l-akkwist komuni u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-proċedura, il-valutazzjoni tal-offerti u l-aġġudikazzjoni tal-kuntratt.
5.L-aġent tal-akkwist għandu japplika kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 10, mutatis mutandis, għal proċeduri ta’ akkwist u f’kuntratti ma’ kuntratturi u sottokuntratturi fl-akkwist komuni.
6.L-aġenti tal-akkwist għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’garanziji u miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(6). Aktar informazzjoni dwar il-garanziji u l-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 58 bi kwalunkwe notifika pprovduta f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
7.Il-kuntratt tal-akkwist komuni għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw ix-xiri ta’ kwantitajiet addizzjonali tal-prodotti tad-difiża għal Stati Membri oħra, pajjiżi assoċjati jew l-Ukrajna.
Dawn ir-regoli għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt applikabbli tal-Unjoni u jkunu f’konformità mad-dritt u r-regolamenti nazzjonali tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal azzjonijiet ta’ tisħiħ industrijali
1.Għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(3), il-punti (a), (b) u (c), sabiex ikunu eliġibbli għal azzjonijiet ta’ finanzjament għandhom ikunu relatati esklużivament mal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-prodotti tad-difiża, inkluż il-komponenti u l-materja prima tagħhom sa fejn dawn ikunu maħsuba jew jintużaw kollha kemm huma għall-produzzjoni tal-prodotti tad-difiża.
2.Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, u b’mod partikolari għall-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Artikolu 14
Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-attivitajiet li jikkontribwixxu għal Mekkaniżmu Ewropew tal-Bejgħ Militari
1.Biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-prodotti tad-difiża tal-UE fil-ħin u fil-volum u b’hekk titrawwem il-kompetittività tal-EDTIB kif ukoll, meta rilevanti, tad-DTIB tal-Ukrajna, il-Kummissjoni għandha tappoġġa s-sett ta’ miżuri li ġejjin (EU MSM):
(a)l-istabbiliment ta’ katalogu uniku, ċentralizzat u aġġornat tal-prodotti tad-difiża żviluppat mill-EDTIB;
(b)il-ħolqien ta’ riżerva tat-tħejjija industrijali għad-difiża, biex tiżdied id-disponibbiltà u jitħaffef il-ħin tat-twassil tal-prodotti tad-difiża manifatturati fl-UE, filwaqt li tiġi żgurata opzjoni immedjata u preferenzjali ta’ xiri jew użu/lokazzjoni għall-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-Ukrajna;
(c)il-faċilitazzjoni u t-tħaffif tal-proċeduri ta’ akkwist fi spirtu ta’ solidarjetà;
(d)l-appoġġ għall-bini tal-kapaċità amministrattiva relatata mal-akkwist pubbliku tal-prodotti tad-difiża, bl-għan li jiġi ffaċilitat l-akkwist konġunt.
2.Il-Kummissjoni għandha tfassal l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u takkwista l-pjattaforma korporattiva tal-IT meħtieġa biex jiġi stabbilit il-katalogu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, u l-akkwist tagħha abbażi ta’ konsultazzjonijiet mal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża.
3.Meta l-Istati Membri jakkwistaw b’mod konġunt kwantitajiet addizzjonali jew jikkontribwixxu permezz ta’ kontribuzzjonijiet in natura biex jibnu riżerva tat-tħejjija industrijali għad-difiża kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b), fil-kuntest ta’ Struttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti, il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-inizjattiva finanzjarjament billi:
(a)tappoġġa l-akkwist komuni ta’ kwantitajiet addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 11(2);
(b)tikkontribwixxi għall-kostijiet diretti u indiretti tal-ġestjoni u ż-żamma tar-Riżerva tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża kif imsemmi fl-Artikolu 11(5), il-punt (f);
(c)tikkontribwixxi għall-bini tal-kapaċità amministrattiva kif imsemmi fl-Artikolu 11(5).
4.Għall-fini ta’ xiri mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati jew l-Ukrajna mir-riżerva tat-tħejjija industrijali għad-difiża ġestita minn Struttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti, l-akkwist għandu jitqies bħala kuntratt minn gvern għal gvern kif imsemmi fl-Artikolu 13, il-punt (f) tad-Direttiva 2009/81/KE.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal attivitajiet li jikkontribwixxu għal Proġetti Ewropej ta’ Interess Komuni għad-Difiża
1.Il-Kummissjoni tista’ tidentifika Proġetti Ewropej ta’ Interess Komuni għad-Difiża għall-finanzjament fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 18.
2.Meta tidentifika l-proġetti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha:
(a)tqis kif xieraq il-gwida pprovduta fil-kuntest tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, b’mod partikolari l-kontribut tal-proġett għall-prijorità tal-kapaċità identifikata fil-kuntest tal-PESK, b’mod partikolari tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet, u l-objettivi tal-Boxxla Strateġika għas-sigurtà u d-difiża;
(b)tidentifika l-ħtiġijiet ta’ finanzjament kumplessivi u l-impatti potenzjali għall-baġit tal-Unjoni;
(c)tqis il-fehmiet kollha tal-Istati Membri.
3.Il-Proġetti Ewropej ta’ Interess Komuni għad-Difiża għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali li ġejjin:
(a)il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa l-kapaċitajiet, inkluż dawk li jiżguraw l-aċċess għal oqsma strateġiċi u spazji kkontestati, faċilitaturi strateġiċi, u, kif xieraq, sistemi li jaġixxu bħala infrastruttura tad-difiża Ewropea ta’ interess u użu komuni;
(b)il-benefiċċji kumplessivi potenzjali tal-proġett jisbqu l-kostijiet tiegħu, inkluż fuq medda itwal ta’ żmien.
4.Il-Proġett Ewropew għad-Difiża ta’ Interess Komuni għandu jinvolvi mill-inqas 4 Stati Membri. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun tista’, meta rilevanti, tipparteċipa fil-proġett.
5.Il-Proġett Ewropew għad-Difiża ta’ Interess Komuni għandu jitqies li jikkontribwixxi għall-kapaċitajiet ta’ difiża kritiċi għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u għalhekk li jkun fl-interess pubbliku. Dawn jistgħu jiġu stabbiliti fil-qafas tal-Istrutturi għall-Programmi Ewropej dwar l-Armamenti msemmija fil-Kapitolu 3.
6.L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, japplikaw skemi ta’ appoġġ u jipprevedu appoġġ amministrattiv għall-Proġetti Ewropej ta’ Interess Komuni għad-Difiża.
7.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 17 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(1).
8.L-implimentazzjoni tal-Proġetti Ewropej ta’ Interess Komuni għad-Difiża tista’ titqies bħala raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku prevalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 16(1), il-punt (c) tad-Direttiva 92/43/KEE u ta’ interess pubbliku prevalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60. Għalhekk, l-ippjanar, il-bini u t-tħaddim tal-faċilitajiet tal-produzzjoni relatati jistgħu jitqiesu bħala ta’ interess pubbliku prevalenti, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħrajn stabbiliti f’dawn id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 16
Kriterji tal-għotjiet
1.Kull proposta għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji li ġejjin:
(a)it-tħejjija industrijali għad-difiża: il-kontribut għall-kompetittività, iż-żieda fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni, it-tnaqqis taż-żmien meħtieġ, l-eliminazzjoni tal-effetti lembut u b’hekk jiżdiedu l-interoperabbiltà u l-interkambjabbiltà;
(b)ir-reżiljenza industrijali tad-difiża: il-kontribut għar-reżiljenza, iż-żieda fid-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom għall-postijiet kollha, it-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni u n-nondipendenza fuq is-sorsi ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati.
(c)kooperazzjoni industrijali fil-qasam tad-difiża: it-trawwim ta’ kooperazzjoni ġenwina dwar l-armamenti fost l-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati jew l-Ukrajna u l-iżvilupp u l-operazzjonalizzazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri differenti, pajjiżi assoċjati jew l-Ukrajna, li tinvolvi b’mod partikolari, sa punt sinifikanti, l-SMEs, il-mid-caps żgħar u mid-caps oħra bħala riċevituri, bħala sottokuntratturi jew bħala impriżi oħra fil-katina tal-provvista;
(d)il-kwalità tal-pjan ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni, b’mod partikolari miżuri li jirrispettaw iż-żmien meħtieġ għat-twassil, inkluż f’termini tal-proċessi u l-monitoraġġ tiegħu.
2.Il-programm ta’ ħidma għandu jistabbilixxi aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji għall-aġġudikazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1, inkluż kwalunkwe fattur korrettiv li għandu jiġi applikat. Il-programm ta’ ħidma ma għandux jistabbilixxi livelli limiti individwali.
Artikolu 17
Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni
1.B’deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046, il-Programm jista’ jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli. Madankollu, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) l-appoġġ mill-Programm ma għandux jaqbeż il-35 % tal-kostijiet eliġibbli.
2.L-azzjoni għandha tkun eliġibbli għal żieda fir-rata ta’ finanzjament meta tissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
(a)l-azzjoni tiġi żviluppata fil-kuntest ta’ Struttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti SEAP, kif imsemmi fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament jew fil-kuntest ta’ proġett tal-PESCO, dment li dan il-proġett jikkonforma mal-obbligi komparabbli ma’ dawk skont l-Artikolu 22(1), 23(1), 25 u 26 ta’ dan ir-Regolament u li ma bbenefikax minn rata ta’ finanzjament miżjuda komparabbli fi programm ta’ finanzjament ieħor tal-UE;
(b)L-Ukrajna hija r-riċevitur tal-prodotti tad-difiża prodotti jew akkwistati fil-qafas tal-Programm u dawk il-prodotti huma soġġetti għal appoġġ finanzjarju fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi;
(c)L-Istati Membri jaqblu dwar approċċ komuni għall-esportazzjonijiet tal-prodotti tad-difiża żviluppati u akkwistati fil-kuntest ta’ Struttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti (SEAP);
(d)il-benefiċjarju huwa SME jew mid-cap żgħira jew il-maġġoranza tal-benefiċjarji parteċipanti f’konsorzju huma SMEs jew mid-caps żgħar.
3.Il-programm ta’ ħidma għandu jistabbilixxi aktar dettalji, inkluż, meta rilevanti, ir-rati ta’ finanzjament miżjuda msemmija fil-paragrafu 3.
Artikolu 18
Programmi ta’ ħidma
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-azzjonijiet u l-baġit assoċjat meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u, meta jkun applikabbli, l-ammont kumplessiv riżervat għal operazzjonijiet ta’ taħlit.
2.Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(3).
Artikolu 19
Fond għall-Aċċellerazzjoni tat-Trasformazzjoni tal-Ktajjen tal-Provvista tad-Difiża (FAST)
1.Sabiex jiġu sfruttati, jitnaqqsu r-riskji u jitħaffu l-investimenti meħtieġa biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-manifattura tad-difiża tal-SMEs u tal-mid-caps żgħar, tista’ tiġi stabbilita operazzjoni ta’ taħlit li toffri appoġġ ta’ dejn u/jew ta’ ekwità (Fond għall-Aċċellerazzjoni tat-Trasformazzjoni tal-Ktajjen tal-Provvista tad-Difiża (FAST). Din għandha tiġi implimentata f’konformità mat-Titolu X tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 u r-Regolament (UE) 2021/523.
2.L-objettivi speċifiċi li jrid jilħaq FAST għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)li jikseb effett multiplikatur sodisfaċenti f’konformità mat-taħlita ta’ dejn u ekwità u jikkontribwixxi biex jattira kemm il-finanzjament tas-settur pubbliku kif ukoll ta’ dak privat;
(b)li jipprovdi appoġġ lill-SMEs (inkluż negozji ġodda u negozji li qed jespandu) u mid-caps żgħar madwar l-Unjoni, li qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament u li:
(i) jindustrijalizzaw it-teknoloġiji tad-difiża u/jew jimmanifatturaw prodotti tad-difiża jew ikollhom pjanijiet imminenti biex jagħmlu dan; jew
(ii) huma parti mill-katina tal-provvista tal-industrija tad-difiża jew għandhom pjanijiet imminenti biex isiru parti minnha.
(c)li jaċċellera l-investiment fil-qasam tal-manifattura ta’ teknoloġiji u prodotti tad-difiża, u għalhekk isaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-ktajjen tal-valur tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni.
Taqsima 3: L-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
Artikolu 20
Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
1.L-Artikolu 13 għandu japplika għall-azzjonijiet fil-qafas tal-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna. L-Artikoli 8, 11, 12, 14, 16, 17 u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
2.B’deroga mill-Artikolu 17(1), l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) jistgħu jiffinanzjaw sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
3.Ir-referenzi għall-pajjiżi assoċjati fl-Artikoli 8, 9, 11, 12, 14 u 16 ma għandhomx japplikaw għal din it-taqsima.
4.Ir-referenzi għall-operazzjonijiet ta’ taħlit fl-Artikolu 8 ma għandhomx japplikaw għal din it-taqsima.
Artikolu 21
Entitajiet legali eliġibbli
1.Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 sal-paragrafu 7 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
2.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fl-Unjoni jew fl-Ukrajna.
3.L-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tar-riċevituri li jintużaw għall-finijiet ta’ azzjoni għandhom jitqiegħdu fit-territorju ta’ Stat Membru jew tal-Ukrajna. Meta r-riċevituri ma jkollhomx alternattivi jew infrastruttura, faċilitajiet, assi u riżorsi rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom fl-Unjoni jew fl-Ukrajna, huma jistgħu jużaw l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tagħhom li jinsabu jew li jinżammu barra mit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Ukrajna, dment li dan l-użu ma jmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri u jkun konsistenti mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 4.
4.Għall-finijiet ta’ azzjoni appoġġata mill-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna, ir-riċevituri ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontroll minn pajjiż terz jew minn entità ta’ pajjiż terz.
5.B’deroga mill-paragrafu 4, entità legali stabbilita fl-Unjoni u kkontrollata minn pajjiż terz, jew entità ta’ pajjiż terz, għandha tkun eliġibbli biex tkun riċevitur jekk tkun ġiet soġġetta għall-iskrinjar skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, meta meħtieġ, għal miżuri ta’ mitigazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, jew jekk il-garanziji approvati mill-Istat Membru li fih tkun stabbilita f’konformità mal-proċeduri nazzjonali tiegħu jsiru disponibbli għall-Kummissjoni.
Il-garanziji għandhom jipprovdu assigurazzjonijiet li l-involviment f’azzjoni ta’ tali entità legali ma jmurx kontra l-interessi ta’ sigurtà u difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kif stabbiliti fil-qafas tal-PESK skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jew l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4. Il-garanziji għandhom jikkonformaw ukoll mal-Artikolu 11(8), il-punt (c). Il-garanziji għandhom b’mod partikolari jissostanzjaw li, għall-finijiet ta’ azzjoni, hemm fis-seħħ miżuri biex jiġi żgurat li:
(a)il-kontroll fuq l-entità legali ma jiġix eżerċitat b’mod li jillimita jew jirrestrinġi l-abbiltà tagħha li twettaq l-azzjoni u tikseb riżultati, li jimponi restrizzjonijiet b’rabta mal-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi, ir-riżorsi, il-propjetà intellettwali jew l-għarfien espert tagħha meħtieġa għall-finijiet tal-azzjoni, jew li jipperikola l-kapaċitajiet u l-istandards tagħha meħtieġa għat-twettiq tal-azzjoni;
(b)jiġi pprevenut l-aċċess minn pajjiż terz jew minn entità ta’ pajjiż terz għal informazzjoni sensittiva relatata mal-azzjoni u l-impjegati jew persuni oħra involuti fl-azzjoni jkollhom awtorizzazzjoni tas-sigurtà nazzjonali maħruġa minn Stat Membru, meta xieraq;
Jekk jitqies xieraq mill-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-entità legali, jistgħu jiġu pprovduti garanziji addizzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 57 bi kwalunkwe entità ġuridika li titqies eliġibbli f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
6.Meta jwettqu azzjoni eliġibbli, ir-riċevituri jistgħu jikkooperaw ukoll ma’ entitajiet legali stabbiliti barra mit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Ukrajna, jew ikkontrollati minn pajjiż terz jew minn entità ta’ pajjiż terz, fosthom billi jużaw l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi ta’ tali entitajiet legali, dment li dan ma jmurx kontra l-interessi ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Din il-kooperazzjoni għandha tkun konsistenti mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 4 u tikkonforma mal-Artikolu 11(8), il-punt (c).
Ma għandu jkun hemm l-ebda aċċess mhux awtorizzat minn pajjiż terz, jew minn entità oħra ta’ pajjiż terz għal informazzjoni klassifikata relatata mat-twettiq tal-azzjoni u għandhom jiġu evitati effetti potenzjali negattivi fuq is-sigurtà tal-provvista tal-inputs kritiċi għall-azzjoni.
Il-kostijiet marbuta ma’ dawk l-attivitajiet ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Programm.
7.Il-paragrafi 2 sa 6 ma għandhomx japplikaw għal:
(a)l-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri u l-Ukrajna;
(b)l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali;
(c)L-Istrutturi għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti;
(d)L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.
Kapitolu III
Struttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti
Artikolu 22
Objettiv speċifiku u attivitajiet tal-SEAP
1.L-Istruttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti (SEAP) għandha trawwem il-kompetittività tal-EDTIB u tad-DTIB tal-Ukrajna billi taggrega d-domanda għall-prodotti tad-difiża matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.
2.Biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-kompiti prinċipali tal-SEAP għandhom ikunu:
(a)l-akkwist komuni ta’ prodotti, teknoloġiji jew servizzi tad-difiża, inkluż ir-riċerka u l-iżvilupp tad-difiża, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni, l-investimenti mhux rikorrenti relatati mal-produzzjoni inizjali jew mal-appoġġ fis-servizz;
(b)il-ġestjoni konġunta taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti tad-difiża, inkluż l-akkwist ta’ spare parts, servizzi loġistiċi u, meta xieraq, l-istabbiliment ta’ sħubijiet pubbliċi privati biex jiġu żgurati l-effiċjenza u d-disponibbiltà għolja tal-prodotti tad-difiża;
(c)il-ġestjoni dinamika tad-disponibbiltà għal kwantitajiet addizzjonali, li tiżgura xiri immedjat u preferenzjali jew opzjoni ta’ użu/lokazzjoni għall-Istati Membri, għall-pajjiżi assoċjati jew għall-Ukrajna (Riżerva tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża).
Artikolu 23
Rekwiżiti relatati mal-istabbiliment tal-SEAP
1.L-SEAP għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)l-SEAP għandu jappoġġa l-iżvilupp kollaborattiv u l-akkwist ta’ prodotti u servizzi tad-difiża f’konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità li l-Istati Membri jaqblu dwarhom b’mod komuni fil-qafas tal-PESK, inkluż fil-kuntest tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet;
(b)għandu jiġi stabbilit SEAP minn tal-inqas tliet Stati Membri, pajjiżi assoċjati jew l-Ukrajna.
(c)l-SEAP għandu jkollu bħala membri mill-inqas żewġ Stati Membri;
(d)l-SEAP għandu jkompli ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott jew tat-teknoloġija tad-difiża, sad-dekummissjonar tiegħu.
2.L-SEAP għandu juża proċeduri standardizzati għall-bidu u l-ġestjoni ta’ programmi kooperattivi tad-difiża u għandu jirrispetta kwalunkwe gwida jew mudell ipprovdut lilu mill-Kummissjoni, inkluż linji gwida dwar il-ġestjoni, il-finanzjament u r-rappurtar tal-proġetti.
Artikolu 24
Applikazzjoni għall-istabbiliment tal-SEAP
1.L-Istati Membri li japplikaw għall-istabbiliment tal-SEAP (bħala l-“applikanti”) għandhom jissottomettu applikazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandu jkun fiha dawn li ġejjin:
(a)talba lill-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-SEAP;
(b)l-istatuti proposti tal-SEAP imsemmija fl-Artikolu 27, iffirmati u adottati fil-forma dovuta mill-entitajiet legali kollha li huma applikanti għall-SEAP propost;
(c)deskrizzjoni tat-tagħmir, tat-teknoloġija jew tas-servizz tad-difiża li għandhom jiġu akkwistati u ġestiti b’mod konġunt mill-SEAP, li tindirizza b’mod partikolari r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23(1), il-punti (a) u (d);
(d)dikjarazzjoni mill-Istat Membru ospitanti li tirrikonoxxi l-SEAP bħala korp internazzjonali skont it-tifsira tal-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE u bħala organizzazzjoni internazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva (UE) 2020/262, mill-istabbiliment tiegħu. Il-limiti u l-kundizzjonijiet tal-eżenzjonijiet previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-membri tal-SEAP.
2.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ir-riżultat ta’ tali valutazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-applikanti li, jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu mistiedna jimlew jew jemendaw l-applikazzjoni.
3.Filwaqt li tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 58(3), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni:
(a)li jistabbilixxi l-SEAP wara li tkun issodisfata li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu; jew
(b)li jiċħad l-applikazzjoni jekk tikkonkludi li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament mhumiex issodisfati, inkluż fin-nuqqas tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(d).
4.Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tiġi notifikata lill-applikanti. F’każ li din tiġi miċħuda, id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f’termini ċari u preċiżi lill-applikanti.
5.Id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-SEAP għandha tiġi ppubblikata fis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 25
Status u sede tal-SEAP
1.L-SEAP għandu jkollu personalità ġuridika mid-data li fiha jkollha effett id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-SEAP.
2.L-SEAP għandu jkollu f’kull Stat Membru l-aktar kapaċità ġuridika wiesgħa mogħtija lill-entitajiet legali skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Jista’, b’mod partikolari jikkonkludi kuntratti u jkun parti għall-proċedimenti legali. L-aġenziji nazzjonali ta’ finanzjament kollha tal-Istati Membri għandhom iqisuh (u n-nodi nazzjonali tiegħu) bħala riċevitur eliġibbli tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali.
3.L-SEAP għandu jkollu sede statutorja, li għandha tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru.
Artikolu 26
Rekwiżiti għas-sħubija
1.L-entitajiet legali li ġejjin jistgħu jsiru membri tal-SEAP:
(a)l-Istati Membri;
(b)il-pajjiżi assoċjati;
(c)l-Ukrajna.
2.L-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati jew l-Ukrajna jistgħu jissieħbu bħala membri fi kwalunkwe ħin wara l-istabbiliment tal-SEAP b’termini ġusti u raġonevoli speċifikati fl-Istatuti msemmija fl-Artikolu 27 u bħala osservaturi mingħajr drittijiet ta’ votazzjoni bil-kundizzjonijiet speċifikati fl-Istatuti.
3.L-SEAP jista’ jikkoopera wkoll ma’ pajjiżi terzi mhux assoċjati jew ma’ entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati, inkluż billi juża l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi, dment li dan ma jmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
Artikolu 27
Statuti
1.L-Istatuti tal-SEAP għandu jkun fihom, tal-anqas, dan li ġej:
(a)lista tal-membri, tal-osservaturi u, meta applikabbli, tal-entitajiet legali li jirrappreżentaw il-membri u l-kundizzjonijiet u l-proċedura għal bidliet fis-sħubija u r-rappreżentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 26;
(b)l-objettiv speċifiku, il-kompiti u l-attivitajiet tal-SEAP, f’konformità mal-Artikolu 23;
(c)lista tat-tagħmir, it-teknoloġija u/jew is-servizzi tad-difiża akkwistati b’mod konġunt li mistennija jkunu proprjetà konġunta, u eliġibbli għal eżenzjoni mill-VAT u/jew mid-Dazji tas-Sisa;
(d)is-sede statutorja tal-SEAP f’konformità mal-Artikolu 25;
(e)l-isem tal-SEAP;
(f)id-durata, u l-proċedura għall-istralċ tal-SEAP f’konformità mal-Artikolu 32;
(g)ir-reġim tar-responsabbiltà, f’konformità mal-Artikolu 30;
(h)id-drittijiet u l-obbligi tal-membri, inkluż l-obbligu li jagħtu kontribuzzjonijiet għal baġit ibbilanċjat u d-drittijiet ta’ votazzjoni;
(i)il-korpi tal-membri, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom u l-mod kif inhuma kkostitwiti u kif jieħdu d-deċiżjonijiet, inkluż meta jsiru emendi fl-Istatuti, f’konformità mal-Artikolu 28,
(j)l-identifikazzjoni tal-lingwa/i ta’ ħidma tal-SEAP;
(k)ir-referenzi għar-regoli li jimplimentaw l-Istatuti;
(l)il-politika ta’ sigurtà għat-trattament ta’ informazzjoni klassifikata.
2.Barra minn hekk, meta l-membri tal-SEAP jiddeċiedu li jużaw/jimmaniġġjaw Riżerva tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża msemmija fl-Artikolu 14(1), il-punt (b), l-istatuti għandhom jinkludu r-regoli li jirregolaw il-ġestjoni ta’ Riżerva tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża msemmija fl-Artikolu 14(1), il-punt (b), inkluż, meta rilevanti, approċċ komuni għall-esportazzjoni.
Artikolu 28
Emendi fl-Istatuti
1.Kwalunkwe emenda fl-Istatuti li tikkonċerna l-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27(1), il-punti (a) sa (h), għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-SEAP għall-approvazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tapplika l-Artikolu 24(2), mutatis mutandis.
2.Kwalunkwe emenda fl-Istatuti għajr dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-SEAP fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tagħha.
3.Il-Kummissjoni tista’ tqajjem oġġezzjoni għall-emendi msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 60 jum minn meta jiġu ppreżentati billi tagħti r-raġunijiet għaliex l-emenda ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
4.L-emenda m’għandhiex tieħu effett qabel ma jkun skada l-perjodu għall-oġġezzjonijiet jew qabel dan jitneħħa mill-Kummissjoni jew qabel ma tkun irtirata oġġezzjoni li tkun tqajmet.
5.L-applikazzjoni għall-emenda għandu jkun fiha dan li ġej:
(a)it-test tal-emenda proposta jew, meta xieraq, it-test tal-emenda kif adottata, inkluż id-data li fiha tidħol fis-seħħ;
(b)il-verżjoni kkonsolidata emendata tal-Istatuti.
Artikolu 29
Kundizzjonijiet speċifiċi dwar l-akkwist
1.L-SEAP jista’ jaħtar Aġent tal-Akkwist li jkun jaġixxi f’ismu.
2.Meta jkun qed isir akkwist għal SEAP, l-Aġent tal-Akkwist għandu jkun marbut bl-istess regoli bħall-SEAP ikkonċernat.
3.Meta jakkwista prodott tad-difiża f’ismu stess jew għan-nom tiegħu, l-SEAP għandu jitqies bħala organizzazzjoni internazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 12(c) tad-Direttiva 2009/81/KE. B’deroga mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/81/KE, meta l-SEAP jakkwista prodott tad-difiża f’isem il-membri tiegħu, għandu jiddefinixxi r-regoli tiegħu stess f’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, ta’ nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni.
4.L-akkwisti tal-SEAP għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12, il-paragrafi 3 sa 6.
Artikolu 30
Responsabbiltà u assigurazzjoni
1.L-SEAP għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.
2.Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri għad-djun tal-SEAP għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom ipprovduti lill-SEAP. Il-membri jistgħu jispeċifikaw fl-Istatuti li se jassumu responsabbiltà fissa ’l fuq mill-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom jew responsabbiltà bla limitu.
3.Jekk ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri tkun limitata, l-SEAP għandu jieħu assigurazzjoni xierqa biex ikopri r-riskji speċifiċi għall-istabbiliment u l-ġestjoni tal-kapaċità.
4.L-Unjoni ma għandhiex tkun responsabbli, fost l-oħrajn, għal kwalunkwe dejn tal-SEAP.
Artikolu 31
Dritt u ġuriżdizzjoni applikabbli
1.L-istabbiliment u l-funzjonament intern tal-SEAP għandhom jiġu rregolati:
(a)mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dan ir-Regolament, u l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3)(a);
(b)mil-liġi tal-Istat fejn l-SEAP ikollu s-sede statutorja tiegħu fil-każ ta’ kwistjonijiet li mhumiex, jew huma biss parzjalment, irregolati mill-atti msemmija fil-punt (a);
(c)mill-Istatuti u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom.
2.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-litigazzjoni fost il-membri fir-rigward tal-SEAP, bejn il-membri u l-SEAP u fuq kull każ ta’ litigazzjoni li l-Unjoni hija parti għaliha.
3.Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġuriżdizzjoni għandha tapplika għat-tilwim bejn l-SEAP u l-partijiet terzi. F’każijiet mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hija l-liġi tal-Istat fejn l-SEAP għandha s-sede statutorja tagħha li għandha tiddetermina l-ġuriżdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta’ dan it-tilwim.
Artikolu 32
Stralċ u insolvenza
1.L-Istatuti għandhom jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi applikata f’każ ta’ stralċ tal-SEAP wara deċiżjoni tal-assemblea tal-membri jew f’każ li l-Kummissjoni tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-SEAP, kif imsemmi fl-Artikolu 33(6). L-istralċ jista’ jinkludi t-trasferiment ta’ attivitajiet lil entità legali oħra.
2.L-SEAP għandu jinnotifika d-deċiżjoni dwar l-istralċ tal-SEAP lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni mill-assemblea tal-membri, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem minn tali adozzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż xieraq fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3.L-SEAP għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-għeluq tal-proċedura tal-istralċ mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem minn dan l-għeluq. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż xieraq fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-SEAP ma għandux jibqa’ jeżisti mill-jum tal-pubblikazzjoni tal-avviż.
4.Fi kwalunkwe żmien, fil-każ li l-SEAP ma jkunx jista’ jħallas id-djun tiegħu, għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż xieraq fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 33
Rapportar u kontroll
1.L-SEAP għandu jipproduċi rapport annwali tal-attività, li jkun fih deskrizzjoni teknika u rapport finanzjarju tal-attivitajiet tiegħu msemmija fl-Artikolu 22. Għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 6 xhur minn tmiem is-sena finanzjarja.
2.Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-SEAP rigward il-kwistjonijiet koperti fir-rapport annwali tal-attività.
3.L-SEAP u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ċirkustanza li thedded li tfixkel serjament il-kisbiet tal-kompitu tal-SEAP jew li tfixkel l-SEAP milli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
4.Meta l-Kummissjoni tikseb indikazzjonijiet li l-SEAP ikun qiegħed jaġixxi bi ksur serju ta’ dan ir-Regolament, l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilih, l-istatuti tiegħu jew liġi applikabbli oħra, għandha titlob spjegazzjonijiet mill-SEAP u/jew mill-membri tiegħu.
5.Meta, wara li tkun tat lill-SEAP u/jew lill-membri tiegħu żmien raġonevoli sabiex jipprovdu l-osservazzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-SEAP ikun qiegħed jaġixxi bi ksur serju ta’ dan ir-Regolament, l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxih, l-istatuti tiegħu jew liġi applikabbli oħra, hija tista’ tipproponi azzjoni korrettiva lill-SEAP u lill-membri tiegħu.
6.Meta ma tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rimedju, il-Kummissjoni tista’ tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-SEAP. Il-att li jħassar għandu jiġi ppubblikat fis-Serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-pubblikazzjoni tal-att għandha tiskatta l-istralċ tal-SEAP.
Kapitolu IV
Sigurtà tal-provvista
Taqsima 1
Tħejjija
Artikolu 34
Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ ftehimiet qafas għal Stati Membri oħra
1.Meta mill-inqas żewġ Stati Membri jidħlu fi ftehim biex jakkwistaw prodotti tad-difiża b’mod komuni u meta l-urġenza estrema tas-sitwazzjoni tiġġustifika dan, ir-regoli previsti fil-paragrafi 2 sa 6 jistgħu jiġu applikati għal ftehimiet qafas li ma jinkludux regoli li jirregolaw il-possibbiltà li jemendawh b’mod sostanzjali sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu jistgħu japplikaw għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li oriġinarjament ma jkunux parti għall-ftehim qafas.
2.B’deroga mill-Artikolu 29(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/81/KE, awtorità/entità kontraenti tista’ timmodifika ftehim qafas eżistenti ma’ impriża li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10, il-paragrafi 1 u 2, li jkun ġie konkluż wara waħda mill-proċeduri previsti fl-Artikolu 25 ta’ dik id-Direttiva sabiex id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu jistgħu japplikaw għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li oriġinarjament ma jkunux parti għall-ftehim qafas.
3.B’deroga mill-Artikolu 29(2), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2009/81/KE, awtorità/entità kontraenti tista’ tagħmel emendi sostanzjali għall-kwantitajiet stabbiliti fi ftehim qafas eżistenti ma’ impriża li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10, il-paragrafi 1 u 2, sakemm dak ikun strettament meħtieġ għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-kwantitajiet stabbiliti fi ftehim qafas eżistenti jiġu modifikati b’mod sostanzjali skont dan il-paragrafu, kwalunkwe operatur ekonomiku li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-awtorità/entità kontraenti inizjalment stabbiliti fil-proċedura ta’ akkwist pubbliku għall-ftehim qafas, inkluż ir-rekwiżiti għal għażla kwalitattiva kif imsemmi fl-Artikoli 39 sa 46 tad-Direttiva 2009/81/KE, u li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10, il-paragrafi 1 u 2, għandu jingħata l-opportunità li jissieħeb f’dak il-ftehim qafas. L-awtorità/entità kontraenti għandha tiftaħ dik il-possibbiltà permezz ta’ avviż ad hoc ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4.Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni għandu japplika għall-kuntratti u l-ftehimiet qafas imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 fir-rigward tal-kwantitajiet addizzjonali, u b’mod partikolari għar-relazzjonijet bejn l-awtoritajiet/l-entitajiet kontraenti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1.
5.L-awtoritajiet kontraenti li mmodifikaw kuntratt fil-każijiet msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jippubblikaw avviż dwar dan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-avviż għandu jiġi ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/81/KE.
6.L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ma jistgħux jużaw il-possibbiltà prevista fil-paragrafi 2 u 3 b’mod li ma jkunx xieraq jew b’tali mod li jimpedixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kompetizzjoni.
Artikolu 35
Akkwist
1.B’deroga mill-[Artikolu 168 tar-Regolament Finanzjarju riformulat], l-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u, meta rilevanti, l-Ukrajna jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni:
(a)tinvolvi ruħha f’akkwist konġunt magħhom kif imsemmi fl-[Artikolu 168(2) tar-Regolament Finanzjarju riformulat] li bih l-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati jew l-Ukrajna jistgħu jakkwistaw, jikru jew jillokaw bis-sħiħ il-prodotti tad-difiża akkwistati b’mod konġunt;
(b)taġixxi bħala korp ċentrali għall-akkwisti biex takkwista prodotti tad-difiża f’isem l-Istati Membri interessati jew għan-nom tagħhom prodotti tad-difiża, kif imsemmi fl-[Artikolu 168(3) tar-Regolament Finanzjarju riformulat].
2.Il-proċedura ta’ akkwist imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)il-parteċipazzjoni fit-tnedija tal-proċedura ta’ akkwist għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, għall-pajjiżi assoċjati u għall-Ukrajna, b’deroga mill-[Artikolu 168(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju riformulat];
(b)il-Kummissjoni tistieden mill-inqas erba’ esperti b’esperjenza rilevanti għan-negozjati mill-pajjiżi parteċipanti b’kapaċitajiet ta’ produzzjoni għall-prodott tad-difiża kkonċernat biex jiffurmaw tim konġunt ta’ negozjar;
(c)il-pajjiżi parteċipanti jiddikjaraw b’mod espliċitu jekk jiddeċidux li jmexxu proċessi ta’ negozjar paralleli għal dak il-prodott. Id-deċiżjoni li jitmexxew proċessi ta’ negozjar paralleli għal dak il-prodott għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni unanima mill-pajjiżi parteċipanti;
3.Bħala parti mill-akkwist imsemmi fil-paragrafu 1(b), il-Kummissjoni tista’ takkwista komponenti u materja prima rilevanti tal-prodotti tad-difiża għall-fini tal-bini ta’ riżervi strateġiċi.
Meta debitament ġustifikat mill-urġenza estrema tas-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista’, b’deroga mill-Artikolu 172(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, titlob il-konsenja ta’ oġġetti jew servizzi mid-data li fiha jintbagħtu l-abbozzi tal-kuntratti li jirriżultaw mill-akkwist imwettaq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u li għandu jsir mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-għoti.
4.Sabiex jidħlu fi ftehimiet ta’ xiri ma’ operaturi ekonomiċi, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew l-esperti nnominati mill-Kummissjoni, jistgħu jwettqu żjarat fuq il-post f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fil-postijiet tal-faċilitajiet tal-produzzjoni ta’ prodotti rilevanti tad-difiża.
5.Is-sjieda u l-esportazzjoni tal-prodotti tad-difiża mixtrija skont dan l-Artikolu għandhom jibqgħu l-kompetenza tal-pajjiżi parteċipanti.
6.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiżi parteċipanti jiġu ttrattati b’mod ugwali waqt it-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist u meta jiġu implimentati l-ftehimiet li jirriżultaw.
7.L-użu tal-akkwist skont il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra previsti fir-Regolament Finanzjarju.
8.Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, il-kriterji ta’ eliġibbiltà ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-offerenti, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi f’kuntratti li jirriżultaw mill-akkwist imwettaq skont dan l-Artikolu.
Artikolu 36
Xiri bil-quddiem tal-prodotti tad-difiża
1.Ix-xiri konġunt imsemmi fl-Artikolu 35 jista’ jieħu l-forma ta’ ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem ta’ prodotti tad-difiża nnegozjati u konklużi f’isem il-pajjiżi parteċipanti u għan-nom tagħhom. Dawk il-ftehimiet jistgħu jinkludu mekkaniżmu ta’ pagament minn qabel għall-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti bi skambju għad-dritt għar-riżultat, li ma għandux jaqbeż il-partijiet tal-kuntratt dwar il-kostijiet mhux rikorrenti u/jew ir-riżerva tal-kapaċitajiet tal-manifattura.
2.Meta l-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jinkludu mekkaniżmu ta’ ħlas minn qabel, il-pagament bil-quddiem lill-kuntrattur għandu jkun kopert mill-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 5(1). Il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom jitqiesu f’termini ugwali għal kull oġġett ordnat mill-pajjiżi parteċipanti.
3.F’każijiet fejn l-ammonti nnegozjati jkunu jaqbżu d-domanda, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, għandha telabora mekkaniżmu għar-riallokazzjoni lejn il-ħażniet nazzjonali jew għall-bini tar-riżerva tat-tħejjija industrijali għad-difiża kif imsemmi fl-Artikolu 14(1), il-punt (b).
Artikolu 37
Iffaċilitar tal-ftehimiet tax-xiri
1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema biex tiffaċilita l-konklużjoni ta’ ftehimiet tax-xiri relatati maż-żieda industrijali tal-kapaċitajiet tal-manifattura tal-EDTIB kif ukoll dawk tad-DTIB tal-Ukrajna, filwaqt li tqis l-opinjoni u l-pariri tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali tad-Difiża u f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni u tal-akkwist.
2.Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tippermetti lill-Istati Membri interessati, lill-pajjiżi assoċjati u, meta rilevanti, lill-Ukrajna biex jagħmlu offerti li jindikaw:
(a)il-volum u l-kwalità tal-prodotti tad-difiża li beħsiebhom jixtru;
(b)il-prezz jew il-firxa tal-prezzijiet maħsuba;
(c)id-durata maħsuba tal-ftehim tax-xiri.
3.Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tippermetti li l-manifatturi tal-prodotti tad-difiża li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 jagħmlu offerti li jindikaw:
(a)il-volum u l-kwalità tal-prodotti tad-difiża li għalihom qed ifittxu li jikkonkludu ftehimiet tax-xiri;
(b)il-prezz jew il-firxa tal-prezzijiet maħsuba li bihom ikunu lesti li jbigħu;
(c)id-durata maħsuba tal-ftehim tax-xiri.
4.Abbażi tal-offerti li tirċievi skont il-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha ġġib lill-manifatturi rilevanti tal-prodotti tad-difiża f’kuntatt mal-Istati Membri interessati u l-pajjiżi assoċjati kif ukoll, meta rilevanti, mal-Ukrajna.
5.Abbażi tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri interessati u l-pajjiżi assoċjati kif ukoll, meta rilevanti, l-Ukrajna, jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi proċedura ta’ akkwist konġunt jew fi proċedura ta’ akkwist f’isimhom u/jew għan-nom tagħhom skont l-Artikolu 35.
6.Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 5(1) jista’ jkopri l-partijiet tal-kuntratt dwar il-kostijiet mhux rikorrenti u/jew ir-riżerva tal-kapaċitajiet tal-manifattura.
Artikolu 38
Aċċellerazzjoni tal-proċess tal-għoti tal-permessi għad-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti rilevanti tad-difiża
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet amministrattivi relatati mal-ippjanar, il-bini u l-operazzjoni tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni, it-trasferiment ta’ inputs fi ħdan l-Unjoni kif ukoll il-kwalifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti finali jiġu pproċessati b’mod effiċjenti u f’waqtu. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kollha kkonċernati għandhom jiżguraw li jingħata l-aktar trattament rapidu legalment possibbli lil tali applikazzjonijiet.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-proċess tal-ippjanar u tal-għoti tal-permessi, il-bini u l-operazzjoni ta’ impjanti u installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ prodotti rilevanti tad-difiża jingħataw prijorità meta jiġu bbilanċjati l-interessi legali fil-każ individwali kkonċernat.
Artikolu 39
It-tħaffif tal-proċess ta’ kontroċertifikazzjoni
1.L-Istati Membri għandhom jadottaw lista ta’ awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni għall-finijiet ta’ difiża u jinnotifikawha lill-Kummissjoni, li għandha tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri.
2.Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tfassal u żżomm aġġornata lista uffiċjali tal-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni għall-finijiet ta’ difiża kif identifikati mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(3).
3.Awtorità taċ-ċertifikazzjoni minn Stat Membru wieħed tista’ titlob lill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni ta’ Stat Membru ieħor informazzjoni bażika dwar l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott tad-difiża partikolari.
Taqsima 2
Sorveljanza u monitoraġġ tal-katina tal-provvista
Artikolu 40
Immappjar tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża
1.Il-Kummissjoni għandha twettaq l-immappjar tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni, f’kooperazzjoni mal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża.
2.Il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jfassal lista ta’ prodotti tad-difiża li huma kritiċi għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Istati Membri u t-tħejjija tal-EDTIB (“prodotti ewlenin tad-difiża”). Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari, mill-inqas kull sena.
3.Wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas u metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, b’enfasi fuq l-identifikazzjoni tal-effetti lembut, kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ manifattura relatati tagħhom fl-Unjoni.
4.L-immappjar imsemmi fil-paragrafu 1 u l-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprovdu analiżi tal-punti b’saħħithom u tad-dgħufijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ktajjen tal-provvista tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet u għandhom jinfurmaw l-ipprogrammar tal-Programm stabbilit skont il-Kapitolu II.
5.Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tuża, fost l-oħrajn, data pubblikament u kummerċjalment disponibbli u informazzjoni mhux kunfidenzjali rilevanti minn impriżi, riżultati ta’ analiżijiet simili mwettqa, inkluż fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni dwar il-materja prima u l-enerġija rinnovabbli, kif ukoll l-evalwazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 66(1). Meta dan ma jkunx biżżejjed biex jiġu identifikati l-prodotti rilevanti għall-kriżijiet, il-Kummissjoni tista’ toħroġ talbiet volontarji għal informazzjoni lill-atturi rilevanti involuti fil-ktajjen tal-valur ikkonċernati u bbażati fl-Unjoni, wara konsultazzjoni mal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża.
6.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tfassal u taġġorna regolarment lista ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(3).
7.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża dwar ir-riżultati aggregati tal-attivitajiet imwettqa skont il-paragrafu 4 fuq bażi regolari.
8.Abbażi tal-eżitu tal-attivitajiet li jitwettqu skont il-paragrafu 4 u wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa lista ta’ indikaturi ta’ twissija bikrija. Wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista ta’ indikaturi ta’ twissija bikrija fuq bażi regolari, mill-inqas kull sentejn.
9.Kwalunkwe informazzjoni miksuba skont dan l-Artikolu għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-obbligi ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 61.
10.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 346 tat-TFUE (1)(a).
Artikolu 41
Monitoraġġ
1.F’konsultazzjoni mal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ regolari tal-kapaċitajiet ta’ manifattura tal-Unjoni meħtieġa għall-provvista ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet, identifikati f’konformità mal-Artikolu 40, il-paragrafu (6), bil-ħsieb li tidentifika fatturi li jistgħu jfixklu, jikkompromettu jew jaffettwaw b’mod negattiv il-provvista tal-prodotti ewlenin tad-difiża li jikkontribwixxu biex jipprovdu. Il-monitoraġġ għandu jikkonsisti fl-attivitajiet li ġejjin:
(a)il-monitoraġġ ta’ indikaturi ta’ twissija bikrija identifikati skont l-Artikolu 40(8);
(b)il-monitoraġġ mill-Istati Membri tal-integrità tal-attivitajiet li jwettqu l-atturi tas-suq ewlenin imsemmija fl-Artikolu 42 u r-rapportar mill-Istati Membri dwar l-avvenimenti ewlenin li jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet regolari ta’ dawn l-attivitajiet;
(c)l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki għall-mitigazzjoni preventiva tar-riskju u trasparenza akbar tal-kapaċitajiet tal-manifattura tal-Unjoni meħtieġa għall-provvista tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet.
Wara li tikkonsulta l-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-frekwenza tal-monitoraġġ.
2.Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-SMEs biex jitnaqqas il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-ġbir tal-informazzjoni.
3.Wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-atturi ewlenin tas-suq imsemmija fl-Artikolu 42, lill-Istati Membri, lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-industrija tad-difiża u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex jipprovdu informazzjoni, fuq bażi volontarja, għall-fini ta’ twettiq tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
4.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni, fuq bażi volontarja, minn atturi ewlenin tas-suq, imsemmija fl-Artikolu 42, meta jkun meħtieġ u proporzjonat.
5.Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jistabbilixxu u jżommu lista ta’ kuntatti tal-impriżi rilevanti kollha li jikkontribwixxu b’mod effettiv jew potenzjali għall-provvista tal-prodotti ewlenin tad-difiża, li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom. Dik il-lista għandha tintbagħat lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi format standardizzat għal-lista ta’ kuntatti bil-ħsieb li tiġi żgurata l-interoperabbiltà.
6.Mingħajr preġudizzju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom u għall-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali li tirriżulta minn ftehimiet konklużi mill-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom, meta xieraq, jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali tad-Difiża, b’mod partikolari dwar l-adozzjoni potenzjali jew futura fil-livell nazzjonali ta’ miżuri għall-akkwist, ix-xiri jew il-manifattura ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet.
7.Abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-attivitajiet skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport dwar is-sejbiet aggregati lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża fil-forma ta’ aġġornamenti regolari. Il-Bord ta’ Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jiltaqa’ biex jivvaluta r-riżultati tal-monitoraġġ. Meta rilevanti, il-president tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża jista’ jistieden assoċjazzjonijiet industrijali tad-difiża nazzjonali, atturi ewlenin tas-suq, u esperti mid-dinja akkademika u mis-soċjetà ċivili għal dawn il-laqgħat.
8.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 346(1)(a) tat-TFUE.
Artikolu 42
Atturi ewlenin tas-suq
1.L-Istati Membri għandhom, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jidentifikaw l-atturi ewlenin tas-suq involuti fil-provvista tal-prodotti ewlenin tad-difiża stabbiliti fit-territorju tagħhom, filwaqt li jqisu l-elementi li ġejjin:
(a)is-sehem li għandu l-attur ewlieni tas-suq mis-suq tal-Unjoni jew globali fis-suq għal dak il-prodott;
(b)l-importanza ta’ attur tas-suq fiż-żamma ta’ livell suffiċjenti ta’ provvista ta’ prodott fl-Unjoni, filwaqt li titqies id-disponibbiltà fl-Unjoni ta’ mezzi alternattivi għall-forniment ta’ dak il-prodott;
(c)l-impatt li t-tfixkil fil-provvista tal-prodott ipprovdut mill-attur tas-suq jista’ jkollu fuq il-provvista tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet.
2.L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar avvenimenti ewlenin li jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet regolari tal-attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1.
Taqsima 3
Kriżi tal-provvista — prevenzjoni u mitigazzjoni
Artikolu 43
Twissijiet u azzjoni preventiva
1.Meta awtorità nazzjonali kompetenti ssir konxja ta’ riskju ta’ tfixkil serju ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet jew ikollha informazzjoni konkreta u affidabbli dwar kwalunkwe fattur ta’ riskju jew avveniment rilevanti ieħor li jimmaterjalizza u li jaffettwa l-provvista ta’ prodott rilevanti għall-kriżijiet, hija għandha twissi lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali tad-Difiża mingħajr dewmien żejjed.
2.Meta l-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża jew il-Kummissjoni jsiru konxji ta’ riskju ta’ tfixkil serju ta’ prodott rilevanti għall-kriżijiet jew ikollhom informazzjoni konkreta u affidabbli ta’ kwalunkwe fattur dwar riskju jew avveniment rilevanti ieħor li jaffettwa l-provvista ta’ prodott rilevanti għall-kriżijiet, inkluż abbażi ta’ indikaturi ta’ twissija bikrija, fuq twissija skont il-paragrafu 1 jew minn sħab internazzjonali, il-Kummissjoni għandha twettaq l-azzjonijiet preventivi li ġejjin mingħajr dewmien żejjed:
(a)issejjaħ laqgħa straordinarja tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża biex tikkoordina l-azzjonijiet li ġejjin:
(1)tiddiskuti s-severità tat-tfixkil għad-disponibbiltà u l-provvista tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet ikkonċernati;
(2)tirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għal azzjoni f’konformità mal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament;
(3)tiddiskuti l-approċċi tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fosthom biex tivvaluta l-istat ta’ tħejjija tal-atturi ewlenin tas-suq;
(4)tidħol fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati tal-kapaċitajiet tal-manifattura tal-Unjoni meħtieġa għall-provvista tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet bil-ħsieb li tidentifika, tħejji u possibbilment tikkoordina miżuri preventivi;
(5)tiddiskuti l-attivazzjoni tal-istat ta’ kriżi tal-provvista msemmi fl-Artikolu 44 meta meħtieġ u proporzjonat.
(b)f’isem l-Unjoni, tidħol f’konsultazzjonijiet jew f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi rilevanti u organizzazzjonijiet internazzjonali bl-għan li tfittex soluzzjonijiet kooperattivi biex tindirizza t-tfixkil fil-katina tal-provvista, f’konformità mal-obbligi internazzjonali li jistgħu jinvolvu, meta xieraq, it-twettiq ta’ koordinazzjoni f’fora internazzjonali rilevanti.
Artikolu 44
Attivazzjoni tal-istat ta’ kriżi fil-provvista
1.Għandu jitqies li sseħħ kriżi tal-provvista meta:
(a)ikun hemm tfixkil serju fil-provvista tal-prodotti, li mhumiex prodotti tad-difiża, jew ostakli serji għall-kummerċ ta’ tali prodotti fl-Unjoni li jikkawżaw in-nuqqas sinifikanti tagħhom; kif ukoll
(b)tali nuqqasijiet sinifikanti jipprevjenu l-provvista, it-tiswija jew il-manutenzjoni tal-prodotti tad-difiża sal-punt li jkollhom effett detrimentali serju fuq il-funzjonament tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni li jkollhom impatt fuq is-soċjetà, l-ekonomija u s-sigurtà tal-Unjoni.
2.Meta l-Kummissjoni jew il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża jsiru konxji ta’ kriżi potenzjali tal-provvista skont l-Artikolu 43, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu humiex issodisfati. Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-impatti u l-konsegwenzi pożittivi u negattivi potenzjali tal-istat ta’ kriżi fil-provvista fuq il-ktajjen tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni kif ukoll il-valutazzjonijiet imwettqa f’oqfsa rilevanti oħra tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet. Meta dik il-valutazzjoni tipprovdi evidenza konkreta u affidabbli u wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Kunsill biex jattiva l-istat ta’ kriżi fil-provvista.
3.Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jattiva l-istat ta’ kriżi fil-provvista permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. Id-durata tal-istat ta’ kriżi fil-provvista għandha tiġi speċifikata fl-Att ta’ Implimentazzjoni u ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 12-il xahar.
4.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta fuq bażi regolari u mill-inqas kull 3 xhur lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-istat tal-kriżi.
5.Qabel l-iskadenza tad-durata tal-kriżi tal-provvista, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ikunx xieraq li jiġi estiż l-istat ta’ kriżi fil-provvista. Meta tali valutazzjoni tipprovdi evidenza konkreta u affidabbli li l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tal-istat ta’ kriżi fil-provvista jkunu għadhom issodisfati u wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li l-Kunsill jestendi l-istat ta’ kriżi tal-provvista.
6.Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jestendi l-istat ta’ kriżi fil-provvista permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. Id-durata tal-estensjoni għandha tkun limitata u speċifikata fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill.
7.Il-Kummissjoni tista’ tipproponi li testendi l-istat ta’ kriżi fil-provvista darba waħda jew b’mod aktar frekwenti meta jkun debitament ġustifikat.
8.Matul l-istat ta’ kriżi fil-provvista u wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza ta’ terminazzjoni bikrija tal-istat ta’ kriżi. Jekk il-valutazzjoni tindika hekk, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li l-Kunsill itemm l-istat ta’ kriżi.
9.Il-Kunsill jista’ jtemm l-istat ta’ kriżi fil-provvista permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill.
10.Matul l-istat ta’ kriżi u fuq talba minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħat straordinarji tal-Bord tat-Tħejjija Industrija għad-Difiża meta jkun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni, u jinfurmaw fil-ħin rigward kwalunkwe miżura nazzjonali meħuda fir-rigward tal-katina tal-provvista tad-difiża kkonċernata fil-Bord Ewropew tat-Tħejjija Industrijali tad-Difiża.
11.Mal-iskadenza tal-perjodu li għalih jiġi attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista jew fil-każ tat-terminazzjoni bikrija tiegħu skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, il-miżuri meħuda f’konformità mal-Artikoli 46 u 47 għandhom jieqfu japplikaw minnufih.
12.Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-immappjar u l-monitoraġġ tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni skont l-Artikoli 40 u 41, filwaqt li tqis l-esperjenza misluta mill-kriżi, mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-iskadenza tal-istat ta’ kriżi fil-provvista.
Artikolu 45
Sett ta’ għodod ta’ emerġenza f’każ ta’ kriżi fil-provvista
1.Meta jiġi attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista skont l-Artikolu 44 u meta jkun meħtieġ sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tal-provvista fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri previsti fl-Artikoli 45 u 46, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fihom.
2.Wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni għandha tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikoli 46 u 47 għall-prodotti rilevanti għall-kriżijiet imfixkla jew mhedda minn tfixkil minħabba l-kriżi tal-provvista. L-użu tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun proporzjonat u ristrett għal dak li huwa meħtieġ biex jiġi indirizzat it-tfixkil serju li jaffettwa l-ktajjen tal-provvista tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet fl-Unjoni u jrid ikun fl-aħjar interess tal-Unjoni. L-użu ta’ dawk il-miżuri għandu jevita t-tqegħid ta’ piż amministrattiv sproporzjonat, b’mod partikolari fuq l-SMEs.
3.Meta jiġi attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista skont l-Artikolu 44 u meta jkun xieraq sabiex tiġi indirizzata l-kriżi fil-provvista tal-Unjoni, il-Bord ta’ Tħejjija Industrijali għad-Difiża jista’ jivvaluta u jagħti pariri dwar miżuri ta’ emerġenza xierqa u effettivi.
4.Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe miżura meħuda f’konformità mal-paragrafu 1 u tispjega r-raġunijiet għal azzjonitha.
5.Wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni tista’ toħroġ gwida dwar l-implimentazzjoni u l-użu tal-miżuri ta’ emerġenza.
Artikolu 46
Ġbir ta’ informazzjoni
1.Meta l-istat ta’ kriżi fil-provvista jiġi attivat skont l-Artikolu 44, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-impriżi rilevanti li jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet, li ma jkunux prodotti tad-difiża, bi qbil minn qabel mal-Istat Membru li fih tkun stabbilita, biex jipprovdu informazzjoni dwar il-ħiliet tal-produzzjoni, il-kapaċitajiet tal-produzzjoni u t-tfixkil primarju attwali tagħhom f’limitu ta’ żmien stabbilit. L-informazzjoni mitluba għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biex tiġi vvalutata n-natura tal-kriżi tal-provvista jew biex jiġu identifikati u vvalutati miżuri potenzjali ta’ mitigazzjoni jew ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali. It-talbiet għall-informazzjoni ma għandhomx jinvolvu l-forniment ta’ informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-interessi tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri.
2.Qabel ma tniedi talba għal informazzjoni, il-Kummissjoni tista’ twettaq konsultazzjoni volontarja ta’ għadd rappreżentattiv ta’ impriżi rilevanti bil-ħsieb li tidentifika l-kontenut xieraq u proporzjonat ta’ tali talba. Il-Kummissjoni għandha tħejji t-talba għal informazzjoni f’kooperazzjoni mal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża.
3.Il-Kummissjoni għandha tuża mezzi siguri biex tniedi t-talba għall-informazzjoni u tittratta kwalunkwe informazzjoni miksuba f’konformità mal-Artikolu 61. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-lista ta’ kuntatti stabbilita skont l-Artikolu 41(5).
4.Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien żejjed tibgħat kopja tat-talba għal informazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab is-sit tal-produzzjoni tal-impriża indirizzata. Jekk l-awtorità nazzjonali kompetenti titlob dan, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni miksuba mill-impriża rilevanti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
5.It-talba għall-informazzjoni għandha tiddikjara l-bażi legali tagħha, tkun limitata għall-minimu meħtieġ u tkun proporzjonata mil-lat tal-granularità u l-volum tad-data u l-frekwenza tal-aċċess għad-data mitluba, tqis l-għanijiet leġittimi tal-impriża u l-kost u l-isforz meħtieġa biex id-data ssir disponibbli, u tistabbilixxi l-limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni. Għandha tindika wkoll il-penali previsti fl-Artikolu 55.
6.Is-sidien tal-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew skont il-kostituzzjoni tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba f’isem l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati.
7.Jekk impriża stabbilita fl-Unjoni tkun soġġetta għal talba għal informazzjoni minn pajjiż terz, relatata mal-attivitajiet tagħha għall-katina kritika tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni, din għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien xieraq, b’tali mod li tippermetti lill-Kummissjoni titlob informazzjoni simili mill-impriża. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża bl-eżistenza ta’ tali talba minn pajjiż terz.
8.Jekk impriża tipprovdi informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba magħmula skont dan l-Artikolu, jew ma tipprovdix l-informazzjoni fil-limitu ta’ żmien preskritt, din għandha tkun soġġetta għal multi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 55, ħlief meta l-impriża jkollha raġunijiet suffiċjenti biex ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba.
Artikolu 47
Ordnijiet ikklassifikati bħala prijorità
1.Meta l-istat ta’ kriżi jiġi attivat skont l-Artikolu 44, Stat Membru li jiffaċċja jew jista’ jiffaċċja diffikultajiet serji fit-tqegħid ta’ ordni jew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt għall-provvista tal-prodotti ewlenin tad-difiża minħabba nuqqasijiet jew riskji serji ta’ nuqqasijiet tul xi katina kritika tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni, dan jista’ jitlob lill-Kummissjoni tirrikjedi li l-impriża taċċetta, jew tipprijoritizza l-ordni tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet, li mhumiex prodotti tad-difiża (“ordni klassifikata bħala prijorità”).
2.Fuq talba msemmija fil-paragrafu 1 u wara konsultazzjoni mal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża kkonċernata, u bi qbil miegħu, il-Kummissjoni tista’ tinnotifika lill-impriża kkonċernata bl-intenzjoni tagħha li timponi ordni kklassifikata bħala prijorità.
3.In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi informazzjoni dwar il-bażi legali għat-talba, tispeċifika l-prodott, l-ispeċifikazzjonijiet u l-kwantitajiet ikkonċernati kif ukoll l-iskeda u l-limitu ta’ żmien li fihom ikollha titwettaq l-ordni, u tiddikjara r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu tal-ordni kklassifikata bħala prijorità.
4.Min-notifika msemmija fil-paragrafu 2, l-impriża għandha twieġeb lill-Kummissjoni fi żmien 5 ijiem ta’ xogħol u tiddikjara jekk tistax taċċetta l-ordni jew le. Meta l-urġenza tas-sitwazzjoni tirrikjedi dan, il-Kummissjoni tista’, abbażi ta’ ġustifikazzjoni ta’ tali urġenza, tnaqqas l-iskadenza għat-tweġiba tal-impriża.
5.Meta l-impriża tirrifjuta l-ordni klassifikata bħala prijorità, hija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’ġustifikazzjoni dettaljata għal dan.
6.Meta l-impriża taċċetta l-ordni klassifikata bħala prijorità, l-ordni għandha titqies aċċettata skont il-kundizzjonijiet deskritti fl-ordni tal-Kummissjoni f’konformità mat-tifsira tal-paragrafu 1 u l-impriża għandha tkun marbuta legalment.
7.Meta l-impriża nnotifikata tirrifjuta l-ordni kklassifikata bħala prijorità, din għandha titqies li ġiet miċħuda. Wara li tqis kif xieraq il-ġustifikazzjonijiet invokati mill-impriża, il-Kummissjoni tista’:
(a)tastjeni milli tkompli bl-ordni tagħha;
(b)tobbliga, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lill-impriżi kkonċernati jaċċettaw jew iwettqu l-ordni kklassifikata bħala prijorità, bi prezz ġust u raġonevoli.
8.Il-Kummissjoni għandha tqis l-oġġezzjonijiet imqajma mill-impriża skont il-paragrafu 7 u tiddikjara r-raġunijiet għaliex, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u mad-drittijiet fundamentali tal-impriża skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, kien meħtieġ li fid-dawl taċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 1, jiġi adottat l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7, il-punt (b).
9.Fl-Att ta’ Implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi legali tal-ordni kklassifikata bħala prijorità, tiffissa l-limitu ta’ żmien li fih għandha titwettaq l-ordni, u tistabbilixxi l-prodott, l-ispeċifikazzjonijiet, il-volum u kwalunkwe parametru ieħor li għandu jkun hemm konformità miegħu. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara wkoll il-penali previsti fl-Artikolu 55 għan-nonkonformità mal-obbligu.
10.Meta l-impriża tkun aċċettat l-ordni kklassifikata bħala prijorità tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 6 jew meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 7(b), l-ordni kklassifikata bħala prijorità għandha:
(a)titqiegħed bi prezz ġust u raġonevoli, filwaqt li jitqiesu b’mod adegwat il-kostijiet tal-opportunità tal-operatur ekonomiku meta jissodisfa l-ordnijiet ikklassifikati bħala prijorità fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali eżistenti;
(b)tieħu preċedenza fuq kwalunkwe obbligu ta’ prestazzjoni fil-qafas tad-dritt privat jew pubbliku bl-eċċezzjoni ta’ dawn relatati direttament mal-ordnijiet militari.
11.Kwalunkwe kunflitt bejn ordni klassifikata bħala prijorità u miżura skont kwalunkwe mekkaniżmu ieħor ta’ prijoritizzazzjoni tal-Unjoni għandu jiġi solvut mill-Kummissjoni, filwaqt li jiġi mwieżen l-interess pubbliku.
12.Meta l-impriża tkun qablet mal-ordni tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 6 jew meta l-Kummissjoni tkun adottat Att ta’ Implimentazzjoni skont il-paragrafu 7(b), l-impriża tista’ titlob li l-Kummissjoni tirrieżamina l-ordni kklassifikata bħala prijorità meta tqis li huwa ġġustifikat kif xieraq abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)l-impriża ma tkunx tista’ twettaq l-ordni kklassifikata bħala prijorità minħabba nuqqas ta’ ħila tal-produzzjoni jew ta’ kapaċità tal-produzzjoni, anke jekk l-ordni tingħata trattament preferenzjali;
(b)l-aċċettazzjoni tal-ordni tpoġġi piż ekonomiku mhux raġonevoli u tinvolvi diffikultajiet partikolari għall-impriża.
13.L-impriża għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti u sostanzjata kollha biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-merti tal-oġġezzjonijiet imqajma.
14.Abbażi tal-eżami tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-impriża, wara li tikkonsulta lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Att ta’ Implimentazzjoni tagħha biex teħles lill-impriża kkonċernata mill-obbligi tagħha skont dan l-Artikolu parzjalment jew totalment.
15.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ mekkaniżmi jew inizjattivi nazzjonali li jkollhom effett ekwivalenti.
16.Meta impriża stabbilita fl-Unjoni tkun soġġetta għal miżura ta’ pajjiż terz li tinvolvi ordni kklassifikata bħala prijorità, hija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tinforma lill-Kumitat bl-eżistenza ta’ tali miżuri.
17.Meta impriża taċċetta jew tkun obbligata taċċetta u tipprijoritizza ordni kklassifikata bħala prijorità f’konformità mal-paragrafi 6 jew 7(b), din għandha tiġi protetta minn kwalunkwe responsabbiltà kuntrattwali jew ekstra-kuntrattwali fir-rigward tal-konformità mat-talbiet ikklassifikati bħala prijorità. Ir-responsabbiltà għandha tiġi eskluża biss sal-punt li l-ksur tal-obbligi kuntrattwali kien meħtieġ għall-konformità mal-prijoritizzazzjoni li ngħatat il-mandat.
18.Meta operatur ekonomiku, wara li jkun aċċetta b’mod espliċitu jew kien obbligat jaċċetta li jagħti prijorità lill-ordnijiet mitluba mill-Kummissjoni, ma jikkonformax, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, mal-obbligu li jipprijoritizza dawk l-ordnijiet, huwa għandu jkun soġġett għal multi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 54, għajr meta l-impriża jkollha raġunijiet suffiċjenti biex ma tikkonformax mal-obbligu li tipprijoritizza dawk l-ordnijiet.
19.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi u operazzjonali għall-funzjonament tat-talbiet ikklassifikati bħala prijorità.
20.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(3).
Taqsima 4
Stat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà
Artikolu 48
Attivazzjoni tal-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà
1.Kriżi tal-provvista relatata mas-sigurtà għandha titqies li sseħħ meta:
(a)Tkun inqalgħet jew titqies li tkun inqalgħet kriżi tas-sigurtà;
(b)ikun hemm tfixkil serju fil-provvista tal-prodotti jew ostakli serji għall-kummerċ fi prodotti tad-difiża fl-Unjoni li jikkawżaw nuqqasijiet sinifikanti ta’ prodotti tad-difiża jew ta’ prodotti intermedji jew ta’ materja prima jew ipproċessati relatati.
2.Meta sseħħ kriżi tal-provvista relatata mas-sigurtà jew meta l-Kummissjoni jew il-Bord tat-Tħejjija Industrijali tad-Difiża jsiru konxji ta’ kriżi potenzjali tal-provvista relatata mas-sigurtà skont l-Artikolu 43, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu humiex issodisfati. Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-impatti u l-konsegwenzi pożittivi u negattivi potenzjali tal-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà fuq il-ktajjen tal-provvista tad-difiża tal-Unjoni. Meta dik il-valutazzjoni tipprovdi evidenza konkreta u affidabbli, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li l-Kunsill jattiva l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà.
3.Fuq proposta tal-Kummissjoni u filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill jista’ jadotta Att ta’ Implimentazzjoni li jattiva l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà meta dan ikun xieraq biex tiġi indirizzata l-kriżi, filwaqt li jqis il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà tal-Unjoni, tal-Istati Membri u taċ-ċittadini tal-Unjoni.
4.Fl-Att ta’ Implimentazzjoni li jattiva l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà, il-Kunsill għandu jistabbilixxi liema mill-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 49 sa 54 huma xierqa għall-kriżi, filwaqt li jqis il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà tal-Unjoni, tal-Istati Membri u taċ-ċittadini tal-Unjoni, u liema miżuri għandhom għalhekk jiġu attivati.
5.L-Istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà għandu jiġi attivat għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar. Mhux aktar tard minn 3 ġimgħat qabel l-iskadenza tal-perjodu li għalih ikun ġie attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà, il-Kummissjoni bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill, li jivvaluta jekk dak il-perjodu għandux jiġi estiż. B’mod partikolari, ir-rapport għandu janalizza s-sitwazzjoni ta’ sigurtà u l-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi tas-sigurtà fl-Unjoni kollha kemm hi u fl-Istati Membri, kif ukoll l-impatt tal-miżuri attivati qabel skont dan ir-Regolament.
6.Il-Kummissjoni tista’ tipproponi estensjoni lill-Kunsill, billi tispeċifika liema miżuri jkunu xierqa għall-estensjoni, meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 tikkonkludi li jkun xieraq li jiġi estiż il-perjodu li għalih huwa attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà. L-estensjoni għandha tkun għal massimu ta’ 6 xhur. Filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi ripetutament li jestendi l-perjodu li għalih jiġi attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà meta dan ikun xieraq biex tiġi indirizzata l-kriżi, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà tal-Unjoni, tal-Istati Membri u taċ-ċittadini Ewropej.
7.Wara li tikkonsulta lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li l-Kunsill jadotta att ta’ implimentazzjoni li jattiva miżuri addizzjonali jew jiddiżattiva kwalunkwe miżura attivata stabbilita fl-Artikoli 49 sa 54, minbarra dawk il-miżuri li kien diġà attiva, meta dan ikun xieraq biex tiġi indirizzata l-kriżi, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà tal-Unjoni, tal-Istati Membri u taċ-ċittadini tal-Unjoni.
8.Mal-iskadenza tal-perjodu li għalih jiġi attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà, il-miżuri meħuda f’konformità mal-Artikoli 49 sa 54 ma għandhomx jibqgħu japplikaw.
Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 49 sa 54, il-Kummissjoni għandha, kull meta jkun possibbli, taġixxi f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, li għandu jipprovdi pariri fil-ħin. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża dwar l-azzjoni meħuda.
9.Meta l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà jiġi attivat, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżura prevista fl-Artikoli 46 u 47, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom u fl-Artikolu 45.
Artikolu 49
Ġbir ta’ informazzjoni
Meta l-Kunsill jattiva din il-miżura f’konformità mal-Artikolu 48(4), il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżura prevista fl-Artikolu 46 fir-rigward tal-prodotti tad-difiża, f’konformità mal-kondizzjonijiet definiti fih.
Artikolu 50
Prijoritizzazzjoni tal-prodotti tad-difiża (Talbiet Klassifikati bħala Prijorità)
1.Meta l-Kunsill jattiva din il-miżura f’konformità mal-Artikolu 48(4), Stat Membru, li jiffaċċja jew jista’ jiffaċċja diffikultajiet serji fit-tqegħid tal-ordni jew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt għall-provvista tal-prodotti tad-difiża minħabba nuqqasijiet jew riskji serji ta’ nuqqasijiet ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet u dawn id-diffikultajiet jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jista’ jitlob lill-Kummissjoni tirrikjedi li impriża taċċetta, jew tipprijoritizza ċerti ordnijiet tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet (“talbiet klassifikati bħala prijorità”). Dawn it-talbiet jistgħu jikkonċernaw biss il-prodotti tad-difiża.
2.Fuq talba msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża kkonċernata u bi qbil minn qabel miegħu, teżiġi li din tal-aħħar taċċetta t-talbiet ikklassifikati bħala prijorità. It-talba tal-Kummissjoni għandha tindika b’mod espliċitu li l-operatur ekonomiku jibqa’ liberu li jirrifjuta t-talba.
3.Meta l-impriża li lilha tkun indirizzata t-talba msemmija fil-paragrafu 1 tkun aċċettat b’mod espliċitu t-talba biex tipprijoritizza t-talbiet, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru li stabbilixxa l-impriża kkonċernata u bi qbil minn qabel miegħu, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprevedi:
(a)il-bażi legali tat-talbiet klassifikati bħala prijorità li l-impriża trid tikkonforma magħha;
(b)il-prodotti rilevanti għall-kriżijiet soġġetti għat-talba klassifikata bħala prijorità u l-kwantità li fiha għandhom jiġu fornuti;
(c)il-limiti ta’ żmien li fihom għandha titlesta t-talba klassifikata bħala prijorità;
(d)il-benefiċjarji tat-talba kklassifikata bħala prijorità, u
(e)ir-rinunzja tar-responsabbiltà kuntrattwali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5.
4.It-talbiet klassifikati bħala prijorità għandu jitqegħdilhom prezz ġust u raġonevoli filwaqt li jitqiesu l-kostijiet tal-opportunità tal-operatur ekonomiku meta jissodisfa t-talbiet klassifikati bħala prijorità fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali eżistenti. It-talbiet klassifikati bħala prijorità għandhom jieħdu preċedenza fuq kwalunkwe obbligu kuntrattwali privat jew pubbliku preċedenti relatat mal-prodotti soġġetti għat-talba klassifikata bħala prijorità skont id-dritt privat jew pubbliku.
5.L-operatur ekonomiku soġġett għal dik it-talba kklassifikata bħala prijorità ma għandu jkun responsabbli għall-ebda ksur ta’ obbligu kuntrattwali li jkun irregolat mil-liġi ta’ Stat Membru, meta:
(a)il-ksur tal-obbligi kuntrattwali jkun strettament meħtieġ għall-konformità mal-prijoritizzazzjoni meħtieġa,
(b)ikun hemm konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 u
(c)l-aċċettazzjoni tat-talba klassifikata bħala prijorità ma tkunx saret biss bil-ħsieb li jiġi evitat l-obbligu ta’ prestazzjoni minn qabel.
6.Meta operatur ekonomiku, wara li jkun aċċetta b’mod espliċitu li jipprijoritizza l-ordnijiet mitluba mill-Kummissjoni, ma jikkonformax, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, mal-obbligu li jipprijoritizza dawk l-ordnijiet, huwa għandu jkun soġġett għal multi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 55, ħlief meta l-impriża jkollha raġunijiet suffiċjenti biex ma tikkonformax mal-obbligu li tipprijoritizza dawk l-ordnijiet.
7.Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ mekkaniżmi jew inizjattivi nazzjonali li jkollhom effett ekwivalenti.
8.Meta impriża stabbilita fl-Unjoni tkun soġġetta għal miżura ta’ pajjiż terz li tinvolvi talba kklassifikata bħala prijorità, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tinforma lill-Kumitat bl-eżistenza ta’ tali miżuri.
9.L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(3).
Artikolu 51
Trasferimenti intra-UE tal-prodotti tad-difiża
1.Meta l-Kunsill jattiva din il-miżura f’konformità mal-Artikolu 48(4) u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/43/KE u għall-prerogattivi tal-Istati Membri skont dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet relatati mat-trasferimenti intra-UE jiġu pproċessati b’mod effiċjenti u f’waqtu. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kollha kkonċernati għandhom jiżguraw li t-trattament ta’ applikazzjoni ma jaqbiżx jumejn xogħol.
2.It-trasferimenti tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet ma jistgħux jitqiesu bħala sensittivi skont it-tifsira tal-Artikolu 4, il-paragrafu 8 tad-Direttiva 2009/43/KE.
3.L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jimponu restrizzjonijiet għat-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/43/KE fl-Unjoni. Meta l-Istati Membri jimponu dawn ir-restrizzjonijiet għal raġunijiet ta’ sigurtà jew difiża, dan għandu jsir biss jekk dawk ir-restrizzjonijiet ikunu:
(a)trasparenti, jiġifieri minquxa f’dikjarazzjonijiet/dokumenti pubbliċi;
(b)debitament motivati, jiġifieri jeħtieġ li jispjegaw ir-raġunijiet u r-rabta mas-sigurtà jew id-difiża;
(c)proporzjonati, jiġifieri li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ;
(d)rilevanti u speċifiċi, jiġifieri restrizzjoni jeħtieġ li tkun speċifika għal prodott relatat mad-difiża jew kategorija ta’ prodotti relatati mad-difiża;
(e)nondiskriminatorji.
Artikolu 52
Appoġġ għal azzjonijiet ta’ innovazzjoni ta’ emerġenza fil-qasam tad-difiża
Meta l-Kunsill jattiva din il-miżura f’konformità mal-Artikolu 48(4), l-azzjonijiet ta’ innovazzjoni relatati ma’ waħda mill-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu eliġibbli fil-qafas tal-Programm, previst fil-Kapitolu II:
(a)attivitajiet maħsuba biex jadattaw u jimmodifikaw malajr il-prodotti ċivili għall-applikazzjonijiet tad-difiża;
(b)attivitajiet maħsuba biex iqassru b’mod sinifikanti ħafna ż-żmien meħtieġ għall-konsenja tal-prodotti tad-difiża;
(c)attivitajiet maħsuba biex jissimplifikaw b’mod sinifikanti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodotti tad-difiża sabiex jippermettu l-produzzjoni tal-massa tagħhom;
(d)attivitajiet li għandhom l-għan li jissimplifikaw b’mod sinifikanti l-proċess tal-produzzjoni tal-prodotti tad-difiża biex jippermettu l-produzzjoni tal-massa tagħhom.
Artikolu 53
Ċertifikazzjoni fl-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà
1.Meta l-Kunsill jattiva din il-miżura f’konformità mal-Artikolu 48(4), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikazzjoni u meta meħtieġ, l-adattamenti tekniċi, jiġu pproċessati bl-aktar mod rapidu possibbli, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli tagħhom.
2.Meta dan l-istatus ikun jeżisti fid-dritt nazzjonali, iċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti rilevanti tad-difiża għall-kriżijiet għandha tiġi allokata l-istatus tal-ogħla importanza nazzjonali possibbli.
3.Meta din il-miżura tiġi attivata, il-prodotti tad-difiża ċċertifikati fi Stat Membru għandhom jitqiesu ċċertifikati fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkunu soġġetti għal kontrolli addizzjonali.
4.L-Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmi fl-Artikolu 48(3) jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet aktar preċiżi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura.
5.Din il-miżura għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri.
Artikolu 54
Aċċellerazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi f’livell nazzjonali
1.Meta l-Kunsill jattiva din il-miżura f’konformità mal-Artikolu 48(4) u meta tali status ikun jeżisti fid-dritt nazzjonali, l-ippjanar, il-kostruzzjoni u t-tħaddim tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet għandhom jiġu allokati l-istatus tal-ogħla importanza nazzjonali possibbli u jiġu ttrattati bħala tali fil-proċessi tal-għoti tal-permessi, inkluż dawk relatati mal-valutazzjonijiet ambjentali u jekk id-dritt nazzjonali jipprevedi dan, fl-ippjanar spazjali.
2.Is-sigurtà tal-provvista tal-prodotti tad-difiża tista’ titqies bħala raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku prevalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 16(1)(c) tad-Direttiva 92/43/KEE u ta’ interess pubbliku prevalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60. Għalhekk, l-ippjanar, il-bini u t-tħaddim tal-faċilitajiet tal-produzzjoni relatati jistgħu jitqiesu bħala ta’ interess pubbliku prevalenti, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħrajn stabbiliti f’dawn id-dispożizzjonijiet.
Taqsima 5
Penali
Artikolu 55
Penali
1.Permezz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ timponi fuq l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet, inkluż is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom, li jkunu d-destinatarji tal-miżuri ta’ ġbir ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikoli 46, u 48, jew ta’ kwalunkwe wieħed mill-obbligi li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar obbligu ta’ pajjiż terz skont l-Artikoli 47(16) u 50(8) jew li jipprijoritizzaw il-produzzjoni ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet skont l-Artikoli 47 jew 49, meta tqis li dan ikun meħtieġ u proporzjonat:
(a)multi li ma jaqbżux it-EUR 300 000, meta intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, jipprovdu informazzjoni skorretta, inkompleta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba magħmula skont l-Artikoli 46 u 48, jew ma tipprovdix l-informazzjoni fil-limitu ta’ żmien preskritt;
(b)multi li ma jaqbżux il-EUR 150 000, meta intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, ma jikkonformawx mal-obbligu li jinformaw lill-Kummissjoni dwar obbligu relatat ma’ pajjiż terz skont l-Artikoli 47(16) u 50(8);
(c)pagamenti perjodiċi ta’ penali li ma jaqbżux il-1,5 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kontabilistika preċedenti għal kull jum ta’ xogħol ta’ nuqqas ta’ konformità mid-data stabbilita fid-deċiżjoni li fiha tkun inħarġet l-ordni kklassifikata bħala prijorità, meta, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, ma jikkonformawx mal-obbligu li tingħata prijorità lill-produzzjoni tal-prodotti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 47. Meta l-impriża kkonċernata tkun SME, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti ma għandhomx jaqbżu ż-0,5 % tal-fatturat medju ta’ kuljum tagħha fis-sena kummerċjali preċedenti;
(d)multi li ma jaqbżux it-EUR 300 000, meta, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, ma jikkonformawx mal-obbligu li tingħata prijorità lill-produzzjoni tal-prodotti rilevanti għall-kriżijiet skont l-Artikolu 49.
2.Qabel ma tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi opportunità għall-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ikkonċernati, inkluż is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom, biex jinstemgħu f’konformità mal-Artikolu 56. Għandha tqis kwalunkwe ġustifikazzjoni debitament ġustifikata ppreżentata minnhom sabiex tiddetermina jekk il-multi jew il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jitqisux neċessarji u proporzjonati.
3.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(3).
4.Fl-iffissar tal-ammont tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali, il-Kummissjoni għandha tqis in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur, inkluż f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li tiġi aċċettata u pprijoritizzata ordni kklassifikata bħala prijorità stabbilita fl-Artikolu 47 u jekk l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet, inkluż is-sidien u r-rappreżentanti tagħhom imsemmija fil-paragrafu (1), ikunux ikkonformaw parzjalment mal-ordni kklassifikata bħala prijorità.
5.Il-multi għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju għall-Programm u tal-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna.
Artikolu 56
Id-dritt li wieħed jinstema’ għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali
1.Qabel ma tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 55, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ikkonċernati, inkluż is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom, ikunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet dwar:
(a)is-sejbiet preliminari li tkun għamlet il-Kummissjoni, inkluż kwalunkwe kwistjoni li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni tkun qajmet xi oġġezzjonijiet;
(b)il-miżuri li l-Kummissjoni tista’ tkun beħsiebha tieħu fid-dawl tas-sejbiet preliminari skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.
2.L-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ikkonċernati, inkluż is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom għas-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni f’limitu ta’ żmien li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni fis-sejbiet preliminari tagħha u li ma jistax ikun ta’ inqas minn 14-il jum ta’ xogħol.
3.Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-impożizzjoni tagħha ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ikkonċernati, inkluż is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom, setgħu jikkummentaw.
4.Meta l-Kummissjoni tkun infurmat lill-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ikkonċernati, inkluż is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom, bis-sejbiet preliminari tagħha kif imsemmi fil-paragrafu (1), hija għandha tagħti aċċess, jekk tintalab tagħmel dan, għall-fajl tal-Kummissjoni skont it-termini ta’ divulgazzjoni nnegozjata, soġġett għall-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom, jew sabiex jiġu ppreservati sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra ta’ kwalunkwe persuna. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali u għal dokumenti interni tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet tal-Istati Membri. B’mod partikolari, id-dritt ta’ aċċess ma għandux jestendi għall-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Xejn f’dan il-paragrafu ma għandu jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tiddivulga u tuża l-informazzjoni neċessarja biex tagħti prova li jkun sar ksur.
Kapitolu V
Governanza, evalwazzjoni u kontroll
Artikolu 57
Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża
1.Il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża huwa b’dan stabbilit.
2.Il-kompitu ġenerali tal-Bord huwa li jassisti u jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari skont il-Kapitolu IV tiegħu [Sigurtà tal-Provvista].
3.Biex jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-Kapitolu II, il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jassisti lil din tal-aħħar fl-identifikazzjoni tal-oqsma ta’ prijorità ta’ finanzjament, filwaqt li jqis il-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża maqbula b’mod komuni mill-Istati Membri fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), b’mod partikolari fil-kuntest tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet.
4.Il-Kummissjoni għandha żżomm fluss regolari ta’ informazzjoni lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża dwar kwalunkwe miżura ppjanata jew miżura li tkun ittieħdet b'rabta mal-attivazzjoni tal-istat ta’ kriżi fil-provvista jew l-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa permezz ta’ sistema sigura tal-IT.
5.Għall-finijiet tal-istat ta’ kriżi fil-provvista kif imsemmi fl-Artikolu 44, il-Bord ta’ Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-kompiti li ġejjin:
(a)l-analiżi ta’ informazzjoni rilevanti għall-kriżijiet miġbura mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni;
(b)il-valutazzjoni ta’ jekk il-kriterji għall-attivazzjoni jew id-diżattivazzjoni tal-istat ta’ kriżi fil-provvista ġewx issodisfati;
(c)l-għoti ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri magħżula bħala rispons għall-kriżi fil-provvista fil-livell tal-Unjoni;
(d)it-twettiq ta’ rieżami tal-miżuri nazzjonali ta’ kriżi;
(e)l-iffaċilitar tal-iskambji u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż ma’ korpi oħrajn rilevanti għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll, kif xieraq, ma’ pajjiżi terzi, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali.
6.Għall-finijiet tal-istat ta’ kriżi fil-provvista relatat mas-sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 48, il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu:
(a)jiffaċilita l-azzjoni kkoordinata mill-Kummissjoni u l-Istati Membri;
(b)jadotta l-opinjonijiet u l-gwida, fosthom miżuri speċifiċi ta’ rispons, biex l-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet;
(c)jassisti u jipprovdi gwida dwar l-attivazzjoni tal-miżuri kif imsemmi fl-Artikoli 49 sa 54;
(d)jipprovdi forum għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, u ta’ korpi rilevanti oħra tal-Unjoni.
7.Il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati. Kull Stat Membru jew pajjiż assoċjat għandu jinnomina rappreżentant u rappreżentant sostitut. Il-Bord għandu jkun ippresedut mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Is-segretarjat tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jiġi żgurat mill-Kummissjoni.
8.Il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jiltaqa’ kull meta s-sitwazzjoni tkun teżiġi dan, fuq talba tal-Kummissjoni, ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż assoċjat. Għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi ta’ proposta ppreżentata mill-Kummissjoni.
9.Il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża jista’ jagħti l-opinjonijiet tiegħu, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tiegħu stess. Il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jagħmel ħiltu biex isib soluzzjonijiet li jkollhom l-akbar appoġġ possibbli.
10.Il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu, mill-inqas darba fis-sena, jistieden rappreżentanti mill-Assoċjazzjonijiet Industrijali tad-Difiża Nazzjonali u rappreżentanti industrijali magħżula, filwaqt li jqis il-ħtieġa li tiġi żgurata rappreżentanza ġeografika bbilanċjata (djalogu strutturat mal-industrija tad-difiża). Meta jkun ġie attivat l-istat ta’ kriżi fil-provvista msemmi fl-Artikolu 44 jew l-istat ta’ kriżi fil-provvista tas-sigurtà msemmi fl-Artikolu 48, il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jistieden rappreżentanti industrijali ta’ livell għoli biex jiltaqgħu f’konfigurazzjoni speċjali sabiex jiddiskutu kwistjonijiet marbuta ma’ prodotti rilevanti għall-kriżijiet.
11.Il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jistieden lir-rappreżentanti ta’ korpi rilevanti oħra għall-kriżijiet fil-livell tal-Unjoni bħala osservaturi waqt il-laqgħat rilevanti tal-Bord.
12.Il-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża għandu jistieden rappreżentant mill-Ukrajna biex jattendi l-laqgħat bħala osservatur, meta rilevanti, u b’mod partikolari bil-ħsieb li jkun hemm azzjonijiet li jsaħħu d-DTIB tal-Ukrajna, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu u b’rispett dovut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
13.Il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza u tipprovdi aċċess ugwali lill-membri tal-Bord kollha għall-informazzjoni, sabiex tiżgura li l-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet jirrifletti s-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri kollha.
14.Fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq proposta tal-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma fuq bażi ad hoc biex jappoġġaw lill-Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża fil-ħidma tiegħu għall-fini li jeżamina kwistjonijiet speċifiċi abbażi tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw esperti għall-gruppi ta’ ħidma.
15.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta’ ħidma dwar l-ostakli legali, regolatorji u amministrattivi. L-objettivi ta’ dan il-grupp ta’ ħidma huma:
(a)l-identifikazzjoni ta’ ostakli legali, regolatorji u amministrattivi eżistenti jew potenzjali fil-livelli internazzjonali, tal-UE u nazzjonali għall-kisba tal-objettivi elenkati fl-Artikolu 4;
(b)l-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet potenzjali u/jew miżuri ta’ mitigazzjoni għall-ostakli identifikati.
Artikolu 58
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.L-EDA għandha tiġi mistiedna tagħti l-fehmiet u l-għarfien espert tagħha lill-kumitat bħala osservatur. Anke s-SEAE għandu jiġi mistieden jassisti fil-ħidma tal-kumitat.
3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4.Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 59
Ftehim Qafas tal-UA — UE
1.Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim qafas mal-Ukrajna għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-Ukrajna jew l-entitajiet legali stabbiliti fl-Ukrajna li jirċievu fondi mill-Unjoni.
2.Il-ftehim qafas konkluż mal-Ukrajna, fl-intier tiegħu, u l-kuntratti u l-ftehimiet iffirmati ma’ entitajiet legali stabbiliti fl-Ukrajna li jirċievu fondi mill-Unjoni, għandhom jiżguraw li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju jkunu jistgħu jiġu ssodisfati.
3.Il-ftehim qafas għandu jistabbilixxi l-obbligi tal-awtoritajiet u l-korpi Ukreni inkarigati bil-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa inkluż miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi biex jirrispettaw il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, trasparenza u nondiskriminazzjoni, biex jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjoni tal-Unjoni fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, biex jissodisfaw l-obbligi xierqa ta’ kontroll u awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw, u biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, billi, b’mod partikolari, jippromulgaw dispożizzjonijiet dettaljati dwar:
(a)l-attivitajiet relatati mal-kontroll, is-superviżjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, ir-rappurtar u l-awditjar tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qafas tal-Programm, kif ukoll l-investigazzjonijiet, il-miżuri kontra l-frodi u l-kooperazzjoni;
(b)ir-regoli dwar it-taxxi, id-dazji u l-imposti f’konformità mal-Artikolu 27(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2021/947;
(c)id-dritt tal-Kummissjoni li timmonitorja l-attivitajiet skont dan ir-Regolament imwettqa mill-entitajiet legali stabbiliti fl-Ukrajna, matul iċ-ċiklu kollu tal-proġett, inkluż għall-kooperazzjoni għal azzjoni ta’ akkwist komuni, li tieħu sehem fihom bħala osservatur, kif xieraq, u li tagħmel rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta’ dawn l-attivitajiet u l-impenn mill-awtoritajiet Ukreni biex jagħmlu mill-aħjar ħalli jimplimentaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u jirrapportaw dwar din l-implimentazzjoni;
(d)l-obbligi msemmija fl-Artikolu 64(2), li jinkludu regoli preċiżi u perjodu ta’ żmien għall-ġbir tad-data mill-Ukrajna u l-aċċess għall-Kummissjoni u l-OLAF;
(e)il-preservazzjoni tal-interessi tas-sigurtà, inkluż livell ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u kunfidenzjalità ekwivalenti għal dik stabbilita fl-Artikoli 59 u 60;
(f)dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali.
4.Il-finanzjament għandu jingħata lill-Ukrajna biss wara li l-ftehim qafas ikun daħal fis-seħħ u wara li l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati r-rekwiżiti li jistabbilixxi jkunu ġew implimentati mill-partijiet.
Artikolu 60
Applikazzjoni tar-regoli dwar informazzjoni klassifikata
1.L-oriġini tal-informazzjoni l-ġdida klassifikata ġġenerata fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Artikolu 11, għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri parteċipanti li se jistabbilixxu l-qafas ta’ sigurtà applikabbli skont il-liġijiet nazzjonali rilevanti.
2.Dan il-qafas ta’ sigurtà għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-azzjoni.
3.Il-Kummissjoni għandha tipproteġi l-informazzjoni klassifikata li tirċievi f’konformità mar-regoli tas-sigurtà stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u d-Deċiżjoni 2013/488/UE.
4.Il-qafas ta’ sigurtà applikabbli għall-azzjoni għandu jkun fis-seħħ sa mhux aktar tard minn qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta’ għotja jew il-kuntratt. Id-dokumenti rilevanti għandhom jiffurmaw parti integrali mill-Ftehim ta’ Għotja.
5.Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli sistemi eżistenti approvati u akkreditati biex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati u, meta xieraq, mal-applikanti u r-riċevituri.
Artikolu 61
Kunfidenzjalità u proċessar ta’ informazzjoni
1.L-informazzjoni li tasal b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun intalbet.
2.L-Istati Membri, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija għandhom jiżguraw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u ta’ informazzjoni sensittiva u klassifikata oħra miksuba u ġġenerata bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt nazzjonali rispettiv.
3.L-Istati Membri, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli/Kap tal-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata skont dan ir-Regolament ma tiġix degradata jew deklassifikata mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.
4.Il-Kummissjoni ma għandha tikkondividi l-ebda informazzjoni b’mod li jista’ jwassal għall-identifikazzjoni ta’ entità meta l-kondiviżjoni tal-informazzjoni tirriżulta f’dannu kummerċjali potenzjali għal dik l-entità jew f’dannu potenzjali għar-reputazzjoni tagħha jew fl-iżvelar ta’ xi sigriet kummerċjali.
5.Il-Kummissjoni għandha tittratta l-informazzjoni li jkun fiha kwalunkwe data ta’ entità jew kwalunkwe sigriet kummerċjali b’mod li ma jkunx inqas strett minn meta tittratta Informazzjoni Sensittiva Mhux Klassifikata, inkluż l-applikazzjoni tal-“prinċipju tal-ħtieġa ta’ tagħrif” u t-trattament u l-kondiviżjoni f’ambjenti kriptati xierqa.
Artikolu 62
Protezzjoni ta’ data personali
1.Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri b’rabta mal-ipproċessar tagħhom tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill () u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (), jew għall-obbligi tal-Kummissjoni u, meta xieraq, tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċji u aġenziji l-oħra tal-Unjoni, b’rabta mal-ipproċessar tagħhom tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (), meta jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.
2.Id-data personali ma għandhiex tiġi pproċessata jew ikkomunikata għajr f’każijiet meta dan ikun strettament neċessarju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. F’tali każijiet, għandhom japplikaw kif xieraq ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.
3.Meta l-ipproċessar tad-data personali ma jkunx strettament neċessarju għat-twettiq tal-mekkaniżmi stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-data personali għandha tiġi anonimizzata b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx identifikabbli.
Artikolu 63
Awditi
L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet, fosthom minn persuni jew entitajiet li mhumiex inkarigati mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji jew mill-aġenziji tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju. Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina l-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE.
Artikolu 64
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1.Meta pajjiż assoċjat jieħu sehem fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni adottata skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew abbażi ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż assoċjat għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji li jkunu meħtieġa biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq l-investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
2.Il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 59 għandu jipprevedi l-obbligi tal-Ukrajna:
(a)li tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-irregolaritajiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tevita finanzjament doppju u li tieħu azzjonijiet legali biex jiġu rkuprati fondi li ġew miżapproprjati;
(b)li tivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess u irregolaritajiet;
(c)li takkumpanja talba għal pagament skont il-Programm b’dikjarazzjoni li l-fondi ntużaw f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u għall-iskop maħsub tagħhom u li ġew ġestiti b’mod xieraq b’mod partikolari f’konformità mar-regoli Ukreni kkomplementati minn standards internazzjonali, dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess;
(d)li tawtorizza b’mod ċar lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, meta applikabbli, lill-UPPE jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju, billi japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Artikolu 65
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1.Ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini tal-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-media u l-pubbliku.
2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, mal-azzjonijiet meħuda skont il-Programm u mar-riżultati miksuba.
3.Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4.
4.Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm jistgħu jikkontribwixxu għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ tixrid, avvenimenti ta’ tlaqqigħ u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, b’mod partikolari li jkunu maħsuba biex jiftħu l-ktajjen tal-provvista biex titrawwem il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs.
Artikolu 66
Evalwazzjoni
1.Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jevalwa l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament u r-riżultati tagħhom, kif ukoll l-opportunità li testendi l-applikabbiltà tagħhom u tipprevedi l-finanzjament tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-kuntest tas-sigurtà u kwalunkwe riskju persistenti fir-rigward tal-provvista tal-prodotti tad-difiża. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jibni fuq il-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin.
2.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bi proposti leġiżlattivi rilevanti mehmużin miegħu meta jkun meħtieġ.
Artikolu 67
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-opzjonijiet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropeau qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża (“EDIP”)
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Il-politika industrijali tad-difiża tal-Unjoni
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Il-Programm jistabbilixxi sett ta’ miżuri maħsuba biex jappoġġaw l-istat ta’ tħejjija għad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha permezz tat-tisħiħ tal-kompetittività, ir-rispons u l-abbiltà tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom tal-prodotti tad-difiża u biex jikkontribwixxu għall-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-Ukrajna (DTIB tal-Ukrajna), b’mod partikolari permezz ta’ dan li ġej:
(1)l-istabbiliment tal-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (il-“Programm”), li jinkludi miżuri għat-tisħiħ tal-kompetittività, ir-rispons u l-abbiltà tal-EDTIB, li jistgħu jinkludu l-istabbiliment ta’ fond għall-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni tal-katina tal-provvista tad-difiża (“FAST”);
(2)l-istabbiliment ta’ programm ta’ kooperazzjoni mal-Ukrajna bil-ħsieb għall-irkupru, għar-rikostruzzjoni u għall-modernizzazzjoni tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-Ukrajna (l-“Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna”);
(3)qafas legali li jistabbilixxi r-rekwiżiti u l-proċeduri għall-istabbiliment tal-Istruttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti (“SEAP”) u l-effetti tiegħu;
(4)qafas legali li għandu l-għan li jiżgura s-sigurtà tal-provvista, ineħħi l-ostakli u l-effetti lembut u jappoġġa l-produzzjoni tal-prodotti tad-difiża;
(5)l-istabbiliment ta’ Bord tat-Tħejjija Industrijali għad-Difiża.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Riżultati mistennija: L-EDIP jenħtieġ li jikkontribwixxi biex titneħħa d-diskrepanza fil-finanzjament sal-2027, billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għat-tisħiħ tad-DTIB Ewropea u tal-Ukrajna, b’mod prevedibbli, kontinwu u f’waqtu abbażi ta’ approċċ integrat.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Meta jitqies il-perjodu qasir tal-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-impatti tal-Programm se jiġu vvalutati b’evalwazzjoni retrospettiva fi tmiem l-implimentazzjoni tal-programm.
Il-Kummissjoni se tiżgura li l-indikaturi meħtieġa użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm jiddaħħlu fis-seħħ mill-entità inkarigata bl-implimentazzjoni tal-programm. Dawn se jinkludu:
- żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni għall-prodotti tad-difiża fl-UE;
- tnaqqis fiż-żmien meħtieġ għall-produzzjoni;
- għadd ta’ Stati Membri parteċipanti fil-kooperazzjoni għall-akkwist komuni;
- għadd ta’ operaturi ekonomiċi li jirċievu aċċess iffaċilitat għall-finanzjament;
- għadd ta’ kooperazzjonijiet transfruntiera ġodda ma’ impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi assoċjati;
- żieda fl-appoġġ lill-Ukrajna.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Ir-Regolament se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta, b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ taħlit. Il-Kummissjoni jeħtieġ li jkollha persunal bl-esperti xierqa sabiex timmonitorja b’mod effettiv l-implimentazzjoni, inkluż meta l-implimentazzjoni tiġi inkarigata lil partijiet terzi abbażi ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Kif enfasizzat mill-Komunikazzjoni Konġunta dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investimenti fid-Difiża u l-Approċċ Futur (JOIN/2022/24 final), għexieren ta’ snin ta’ nuqqas ta’ investiment jiġġeneraw diskrepanzi fil-kapaċitajiet tad-difiża disponibbli għall-forzi armati tal-Istati Membri tal-UE, kif ukoll diskrepanzi industrijali fl-Unjoni. Il-frammentazzjoni tad-domanda ġġenerat ukoll kompartimenti industrijali nazzjonali u għadd kbir korrispondenti ta’ sistemi tad-difiża tal-istess tip, li sikwit ma jkunux interoperabbli bejniethom. Il-kuntest attwali tas-suq tad-difiża huwa kkaratterizzat b’żieda fit-theddid għas-sigurtà, u l-Istati Membri qegħdin iżidu l-baġits tad-difiża tagħhom b’mod rapidu u jiffukaw fuq xiri ta’ tagħmir simili. Dan jirriżulta f’ammont ta’ domanda għall-prodotti tad-difiża li jegħlbu l-kapaċitajiet tal-manifattura tal-EDTIB għal prodotti bħal dawn, li huma attwalment imfassla għal żmien ta’ paċi. F’dan il-kuntest, huma meħtieġa investimenti sinifikanti li għalihom il-kumpaniji tad-difiża, li normalment ma jinvolvux ruħhom f’investimenti industrijali awtofinanzjati sostanzjali, se jkollhom bżonn it-tneħħija tar-riskji, kif ukoll appoġġ regolatorju biex jitneħħew l-effetti lembut eżistenti bħall-aċċess għall-persunal b’ħiliet u għall-materja prima. L-intervent tal-Unjoni billi jitneħħew ir-riskji tal-investimenti industrijali permezz tal-għotjiet u billi tiġi inċentivata l-kooperazzjoni għall-akkwist komuni se jippermetti adattament iktar mgħaġġel għall-bidla strutturali li għaddejja fis-suq. Il-miżuri proposti se jħeġġu wkoll ir-reżiljenza tal-EDTIB u tad-DTIB tal-Ukrajna permezz ta’ sħubijiet industrijali transfruntiera u l-kollaborazzjoni ta’ kumpaniji rilevanti fi sforz konġunt tal-industrija biex jiġi evitat li l-frammentazzjoni tal-ktajjen tal-provvista tmur għall-agħar.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-Programm se jintegra żewġ strumenti attwali tal-UE, l-Istrument għat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA) u r-Regolament li jappoġġa l-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP), u programmi eżistenti tal-UE bħall-Fond Ewropew għad-Difiża. Se jqis ukoll inizjattivi oħra tal-UE fil-qasam tad-difiża bħall-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) jew il-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża. Se jiġġenera sinerġiji ma’ programmi oħra tal-UE.
1.5.5.Valutazzjoni tal-opzjonijiet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
durata limitata
–
fis-seħħ mill-2025 sal-31 ta’ Diċembru 2027
–
Impatt finanzjarju mill-2025 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2026 sal-2033 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–
mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu inkarigati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);
– lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
– lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;
– lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li huma pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".
Kummenti
Il-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
F’konformità mal-Artikolu 63 tal-Programm, il-Kummissjoni se tfassal rapport ta’ evalwazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2027 għall-Programm u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa l-impatt u l-effettività tal-azzjonijiet fil-qafas tal-Programm. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se ddaħħal fis-seħħ l-arranġamenti ta’ monitoraġġ meħtieġa biex tiżgura li d-data rilevanti tinġabar b’mod affidabbli u bla xkiel.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-Kummissjoni jkollha r-responsabbiltà kumplessiva għall-implimentazzjoni tal-Programm. B’mod partikolari, il-Kummissjoni beħsiebha timplimenta l-Programm prinċipalment permezz ta’ ġestjoni diretta. L-użu tal-ġestjoni diretta jiċċara r-responsabbiltajiet (l-implimentazzjoni mill-uffiċjali awtorizzanti), iqassar il-katina tat-twassil tal-ordnijiet (inaqqas iż-Żmien għall-Għoti u ż-Żmien għall-Ħlas), jevita l-kunflitti ta’ interess, u jnaqqas il-kostijiet tal-implimentazzjoni (l-ebda tariffa tal-ġestjoni għal entità inkarigata).
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddefinixxi l-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament bi programm ta’ ħidma wieħed jew aktar. Id-definizzjoni tal-prijoritajiet jenħtieġ li tiġi appoġġata bil-ħidma tal-Bord ta’ Tħejjija Industrijali għad-Difiża. Jenħtieġ li jiġi stabbilit Kumitat tal-Programm tal-Istati Membri, li l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għandha tiġi mistiedna tipprovdilu l-fehmiet u l-għarfien espert tagħha bħala osservatur, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, inkluż il-Persunal Militari tiegħu, jenħtieġ li jiġi mistieden jassisti fil-kumitat. Il-Kummissjoni tadotta l-programmi ta’ ħidma wara l-opinjoni tal-kumitat fil-qafas tal-proċedura ta’ eżami.
Il-finanzjament fil-qafas tal-Programm se jieħu, prinċipalment, il-forma ta’ għotjiet li jkopru sa 100 % tal-kostijiet tal-azzjoni, kif ukoll is-self. Il-Kummissjoni tista’ tuża opzjonijiet ta’ kostijiet simplifikati (eż. finanzjament mhux marbut mal-kostijiet) fl-għotjiet tagħha sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u tiffoka l-isforz fuq ir-riżultati tal-azzjonijiet, b’mod partikolari meta r-riċevituri tal-finanzjament ikunu awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri.
L-iskema ta’ pagament se titħejja filwaqt li titqies il-proposta tal-benefiċjarju (sabiex il-benefiċjarju jkun jista’ jevita kwalunkwe kwistjoni tat-teżor) filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni, bħala l-awtorità awtorizzanti, tista’, f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew ta’ implimentazzjoni inadegwata jew ta’ dewmien tal-azzjonijiet, tnaqqas, iżżomm jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha.
L-istrateġija ta’ kontroll għall-programm, inkluż il-kontrolli ex ante u ex post, se tissejjes madwar l-esperjenza miksuba fil-Fond Ewropew għad-Difiża, u l-programmi prekursuri tiegħu, l-EDIDP u l-PADR.
Se tingħata attenzjoni speċjali lill-azzjonijiet li huma ta’ benefiċċju għall-Ukrajna. Il-mekkaniżmi ta’ kontroll fis-seħħ jipprovdu qafas biex jiġi żgurat li l-miżuri xierqa kollha biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu fis-seħħ. Dan se jiggarantixxi li l-prinċipju tal-proporzjonalità jitqies u l-kundizzjonijiet speċifiċi li fil-qafas tagħhom se jopera l-Programm.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Il-Programm huwa maħsub biex jappoġġa t-tisħiħ tad-DTIB Ewropea u tal-Ukrajna.
Ir-riskji assoċjati huma l-volum baġitarju insuffiċjenti meta mqabbel mal-ħtiġijiet reali, id-diffikultà biex jiġu identifikati l-effetti lembut fil-produzzjoni, l-urġenza tal-ħtiġijiet mill-forzi armati tal-Unjoni meta mqabbla mal-proċessi tal-produzzjoni. Peress li l-Istrument huwa komplementari għal inizjattivi oħra maqbula mill-Kunsill biex jappoġġaw il-Forzi Armati tal-Istati Membri tal-UE u l-Ukrajna, il-koordinazzjoni tad-domanda bejn l-Istati Membri, hija prekundizzjoni.
Għalhekk, il-Kummissjoni timplimenta l-Programm b’ġestjoni diretta abbażi tal-għarfien espert miksub bl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża, l-ASAP u l-EDIRPA jħejju u jadottaw programmi ta’ ħidma fil-ħin u tqassar iż-żmien għall-għoti.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u fl-għeluq)
Il-baġit tal-programm se jiġi implimentat prinċipalment b’ġestjoni diretta. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-għotjiet, il-kostijiet kumplessivi tal-kontrolli tal-Programm mill-Kummissjoni huma stmati għal inqas minn 1 % tal-fondi relatati ġestiti.
Mil-lat ta’ rata/i tal-errur mistennija, l-għan hu li r-rata tal-errur tinżamm inqas mil-livell limitu ta’ 2 %. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-implimentazzjoni tal-programm b’ġestjoni diretta, b’persunal imħarreġ (b’esperjenza u possibbilment irreklutat mill-Ministeri għad-Difiża tal-Istati Membri) u b’timijiet mgħammra b’biżżejjed persunal, immexxija minn uffiċjali awtorizzanti b’delega, bl-applikazzjoni ta’ regoli ċari u b’użu xieraq ta’ strumenti bbażati fuq l-output, ir-rata tal-errur tinżamm inqas mil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiġi pprovduta fil-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kost imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) huwa kompetenti biex iwettaq investigazzjonijiet dwar l-operazzjonijiet appoġġati fl-ambitu ta’ din l-inizjattiva. Il-ftehimiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, inkluż il-ftehimiet konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jipprevedu s-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew minn xi rappreżentant awtorizzat minnha, u awditjar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jew mill-OLAF, anke fuq il-post jekk ikun meħtieġ. L-uffiċjali tal-Kummissjoni bl-approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa, jistgħu jagħmlu wkoll żjarat fuq il-post.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
5
|
13.0106 — Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm EDIP
|
Mhux diff.
|
IVA
|
pm
|
IVA
|
IVA
|
|
5
|
13.0801 — Programm EDIP
|
Diff.
|
IVA
|
pm
|
IVA
|
IVA
|
|
6
|
14.01xx — Nefqa ta’ appoġġ għall-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
|
Mhux diff.
|
LE
|
pm
|
IVA
|
IVA
|
|
6
|
14.0901 — Strument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
|
Diff.
|
LE
|
pm
|
IVA
|
IVA
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sors ta’ finanzjament tal-approprjazzjonijiet fil-qafas tal-Programm il-ġdid għall-Industrija tad-Difiża Ewropea
|
Kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għad-Difiża
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Total
|
|
Żvilupp ta’ kapaċità
|
|
|
|
|
|
411 200
|
585 248
|
1 000 000
|
|
Riċerka dwar id-difiża
|
|
|
|
|
3 552
|
208 600
|
287 848
|
500 000
|
|
Total tal-EDF
|
|
|
|
|
3 552
|
619 800
|
876 648
|
1 500 000
|
3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
5
|
Sigurtà u Difiża — Raggruppament 13 Difiża
|
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
13.0801 Approprjazzjonijiet operazzjonali EDIP — Programm
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
|
|
|
615 248
|
872 096
|
|
1 487 344
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
|
|
|
310 000
|
440 000
|
737 344
|
1 487 344
|
|
13.0106 — Nefqa ta’ appoġġ EDIP — Programm
|
Impenji = Pagamenti
|
(3)
|
|
|
|
|
3 552
|
4 552
|
4 552
|
|
12 656
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm taħt l-intestatura 5
|
Impenji
|
=1+3
|
|
|
|
|
3 552
|
619 800
|
876 648
|
|
1 500 000
|
|
|
Pagamenti
|
=2+3
|
|
|
|
|
3 552
|
314 552
|
440 552
|
737 344
|
1 500 000
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
06
|
IL-VIĊINAT U D-DINJA — Raggruppament 14 — Azzjoni Esterna
|
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
14.0901 — Strument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
|
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
|
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
|
|
14.01xx — Nefqa ta’ appoġġ għall-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
|
Impenji = Pagamenti
|
(3)
|
|
|
|
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
pm
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm taħt l-intestatura 6
|
Impenji
|
=1
|
|
|
|
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
pm
|
|
|
Pagamenti
|
=2
|
|
|
|
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
pm
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
615 248
|
872 096
|
|
1 487 344
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
310 000
|
440 000
|
737 344
|
1 487 344
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji = Pagamenti
|
(6)
|
|
|
|
|
3 552
|
4 552
|
4 552
|
|
12 656
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 6 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+6
|
|
|
|
|
3 552
|
619 800
|
876 648
|
|
1 500 000
|
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
|
|
|
|
3 552
|
314 552
|
440 552
|
737 344
|
1 500 000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabelxejn trid tiddaħħal fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), imtella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
3 712
|
3 712
|
3 712
|
|
11 136
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
0,258
|
0,258
|
0,131
|
|
0,647
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
|
|
|
3 970
|
3 970
|
3 843
|
|
11 783
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
|
|
|
|
7 522
|
623 770
|
880 491
|
|
1 511 783
|
|
|
Pagamenti
|
|
|
|
|
7 522
|
318 522
|
448 395
|
737 344
|
1 511 783
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
3 712
|
3 712
|
3 712
|
11 136
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
0,258
|
0,258
|
0,131
|
0,647
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
3 970
|
3 970
|
3 843
|
11 783
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
3 552
|
3 552
|
3 552
|
10 656
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva (li qabel kienu l-linji BA)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
3 552
|
3 552
|
3 552
|
10 656
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
7 522
|
7 522
|
7 395
|
22 439
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena 2027
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
□ Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
19
|
19
|
19
|
|
|
|
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
1
|
1
|
1
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
□ Persunal estern (f’unitajiet Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
13 01 Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea
|
— fil-Kwartieri Ġenerali
|
31
|
31
|
31
|
|
|
|
|
|
|
— fid-Delegazzjonijiet
|
2
|
2
|
2
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT — Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT — Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
53
|
53
|
53
|
|
|
|
|
13 huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Il-karigi fil-pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
L-FTEs imfittxija se jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-politika, kwistjonijiet legali, b’enfasi partikolari fuq il-kwistjonijiet ta’ għotjiet u akkwist, il-ġestjoni finanzjarja, il-ġestjoni tal-kuntratti, l-awditjar u l-evalwazzjoni.
|
|
Persunal estern
|
L-FTEs imfittxija se jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-politika, kwistjonijiet legali, b’enfasi partikolari fuq il-kwistjonijiet ta’ għotjiet u akkwist, il-ġestjoni finanzjarja, il-ġestjoni tal-kuntratti, l-awditjar u l-evalwazzjoni.
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–☑
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
Intestatura 5. Ara d-dettalji fit-taqsima 3.2.
–
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.
–
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–☑
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Total
|
|
kif speċifikat fl-Artikolu 6
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
|
|
|
pm
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
|
|
|
pm
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
fuq ir-riżorsi proprji
–
fuq dħul ieħor
–jekk jogħġbok indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).