IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.2.2024
COM(2024) 100 final
2024/0060(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda
r-Regolamenti (UE) 2021/522,
(UE) 2021/1057,
(UE) 2021/1060,
(UE) 2021/1139,
(UE) 2021/1229,
u
(UE) Nru 2021/1755 fir-rigward tal-bidliet fl-ammonti ta’ fondi għal ċerti programmi u fondi
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•
Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Fl-20 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni adottat proposta għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) bl-għan li jissaħħaħ il-baġit fit-tul tal-UE biex jiżdiedu r-reżiljenza u t-tmexxija tal-Unjoni fl-aktar prijoritajiet u ħtiġijiet urġenti, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-appoġġ tal-UE lill-Ukrajna.
Fid-29 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta emenda għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 bil-kunsens tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP.
Ir-reviżjoni tal-QFP tinkludi żidiet fir-riżorsi għal diversi programmi tal-UE. Biex jittaffa l-impatt tar-reviżjoni tal-QFP fuq il-baġits nazzjonali, dawn iż-żidiet se jiġu parzjalment ikkumpensati minn riallokazzjonijiet u riprijoritizzazzjonijiet fil-baġit tal-UE. Iż-żieda netta fil-finanzjament għall-prijoritajiet il-ġodda tammonta għal EUR 21 biljun sa tmiem dan il-QFP.
Dan jeħtieġ modifika tal-limiti massimi tan-nefqa, kif ukoll, f’xi każijiet, emendi tad-dispożizzjonijiet baġitarji tal-atti leġiżlattivi li jistabbilixxu l-programmi u l-istrumenti kkonċernati, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tal-inkorporazzjoni ta’ dispożizzjonijiet finanzjarji f’atti leġiżlattivi.
Ir-regolamenti li ġejjin iridu jiġu emendati peress li t-tnaqqis xieraq fil-pakketti finanzjarji tal-programmi jmur lil hinn mill-flessibbiltà skont dak il-Ftehim Interistituzzjonali:
–Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
–Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
–Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
–Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
–Ir-Regolament (UE) 2021/1229 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
–Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
Barra minn hekk, hemm emenda parallela li żżid il-pakkett finanzjarju tal-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI), li mhuwiex inkluż f’din il-proposta minħabba r-regoli differenti tal-votazzjoni.
Hemm ħtieġa urġenti li l-Unjoni tingħata finanzjament xieraq u li tingħata ċertezza legali għat-tħejjijiet tal-abbozz tal-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2025, kif ukoll għall-ipprogrammar finanzjarju għas-snin 2026 u 2027. Il-Kummissjoni għalhekk tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiżguraw adozzjoni rapida permezz tal-użu ta’ proċedura ta’ adozzjoni urġenti.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 164, l-Artikolu 168(5), l-Artikolu 175 l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) li huma l-bażijiet ġuridiċi rilevanti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolamenti li għandhom jiġu emendati.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li taffettwa biss id-dispożizzjonijiet baġitarji tar-Regolamenti li se jiġu emendati, mhux il-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettiv jew il-mod ta’ implimentazzjoni tiegħu.
•Proporzjonalità
Din il-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, peress li hija limitata għal bidliet strettament meħtieġa biex tagħti effett lill-emenda għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.
•Għażla tal-istrument
Ir-regolamenti elenkati hawn fuq għandhom jiġu emendati permezz ta’ Regolament biex jingħata effett lill-emenda tar-Regolament tal-Kunsill 2020/2093. L-inklużjoni tal-emendi kollha meħtieġa (ħlief għal dak għall-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi) fi proposta leġiżlattiva unika għandha l-għan li tiżgura proċess ta’ negozjar koerenti kif ukoll li tiffaċilita l-adozzjoni mil-leġiżlatur bħala kwistjoni ta’ urġenza.
3.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-emenda għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 tinkludi t-tisħiħ ta’ diversi programmi u prijoritajiet, li l-impatt tagħhom fuq il-baġits nazzjonali huwa mmitigat minn riallokazzjonijiet ta’ fondi minn sett ta’ programmi tal-UE. Din il-proposta għandha l-għan li timplimenta dawn ir-riallokazzjonijiet.
Taħt l-Intestatura 2a, din il-proposta se tirriżulta fi tnaqqis tar-riżorsi allokati għall-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni bi EUR 75 000 000 fi prezzijiet attwali (EUR 64 020 145 fi prezzijiet tal-2018), l-Inizjattiva Urbana Ewropea bi EUR 55 000 000 fi prezzijiet attwali (EUR 46 929 686 fi prezzijiet tal-2018), FSE + Kooperazzjoni Transnazzjonali bi EUR 65 000 000 fi prezzijiet attwali (EUR 55 473 996 fi prezzijiet tal-2018). Dan se jagħmilha possibbli wkoll li jitnaqqas l-ammont użat bħala assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni; it-tnaqqis huwa stmat għal EUR 210 000 000 fi prezzijiet attwali (EUR 178 656 655 fi prezzijiet tal-2018) għall-perjodu 2025-2027.
Taħt l-Intestatura 2b, huwa propost li jitnaqqas l-ammont tal-EU4Health ta’ EUR 1 000 000 000 fi prezzijiet attwali (845 000 000 fi prezzijiet tal-2018) għall-perjodu 2025–2027 mill-aġġustament speċifiku għall-programm definit fl-Artikolu 5 l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093.
Taħt l-Intestatura 3, huwa propost li jitnaqqsu r-riżorsi allokati għall-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku b’EUR 150 000 000. Ir-riżorsi ta’ ġestjoni diretta u indiretta tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) għall-perjodu 2025–2027 se jitnaqqsu b’EUR 105 000 000.
Fir-rigward tal-istrumenti speċjali, huwa propost li r-riżorsi allokati proviżorjament għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit jitnaqqsu b’EUR 584 264 090.
It-tnaqqis imsemmi hawn fuq huwa espress fi prezzijiet attwali u jistabbilixxi limitu fuq l-ammonti ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn li għandhom jiġu inklużi fil-baġits annwali għas-snin 2025, 2026 u 2027.
4.ELEMENTI OĦRA
Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
L-emendi proposti għandhom l-għan li jagħtu effetti lir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP u ma għandhomx l-għan li jimmodifikaw l-obbligi ta’ monitoraġġ u rappurtar tar-Regolamenti li huma proposti li jiġu emendati.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-proposta hija limitata għall-introduzzjoni ta’ emendi mmirati għar-Regolamenti eżistenti. Dan għandu l-għan li jagħti effett lir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP, flimkien mar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.
Huma proposti dawn il-bidliet li ġejjin:
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/522 biex tiġi aġġustata l-allokazzjoni addizzjonali għall-pakkett finanzjarju għall-programm EU4Health permezz ta’ tnaqqis ta’ EUR 1 000 000 000 fil-prezzijiet attwali, u b’mod partikolari:
–Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2, l-aġġustament speċifiku għall-programm previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament QFP, espress fi prezzijiet tal-2018, jitnaqqas minn EUR 2 900 000 000 għal 2 055 000 000.
Emenda għar-Regolament (UE) 2021/1057 biex jitnaqqas il-pakkett finanzjarju tal-programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) b’EUR 65 000 000 fi prezzijiet attwali (EUR 55 473 996 fi prezzijiet tal-2018), u b’mod partikolari:
–Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2, l-allokazzjoni inizjali ta’ EUR 175 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għall-parti tal-Kooperazzjoni Transnazzjonali tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) titnaqqas b’EUR 55 473 996 fi prezzijiet tal-2018.
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/1060 biex jitnaqqsu l-pakketti finanzjarji tal-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni (I3) b’EUR 75 000 000 fi prezzijiet attwali (EUR 64 020 145 fi prezzijiet tal-2018), l-Inizjattiva Urbana Ewropea bi EUR 55 000 000 fi prezzijiet attwali (EUR 46 929 686 fi prezzijiet tal-2018), il-programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali tal-FSE + bi EUR 65 000 000 fi prezzijiet attwali (EUR 55 473 996 fi prezzijiet tal-2018) u biex tiġi aġġustata r-rata korrispondenti ta’ assistenza teknika. B’mod partikolari:
–Fl-Artikolu 109, il-paragrafu 3 huwa emendat biex jistabbilixxi l-allokazzjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni sa 0.35 % tar-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali sabiex ikun jista’ jsir tnaqqis fl-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.
–Fl-Artikolu 110(1), il-punt (f) huwa emendat biex inaqqas l-allokazzjoni għall-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni b’EUR 75 000 000 bil-prezzijiet attwali, il-paragrafu 4 huwa emendat biex inaqqas l-allokazzjoni għall-Inizjattiva Urbana Ewropea b’EUR 55 000 000 fi prezzijiet attwali, u l-paragrafu 5 huwa emendat biex inaqqas l-allokazzjoni għall-Kooperazzjoni Transnazzjonali taħt l-FSE + b’EUR 65 000 000 fi prezzijiet attwali.
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/1139 biex jitnaqqas bi prezzijiet attwali l-pakkett finanzjarju tal-FEMSA taħt ġestjoni diretta u indiretta sal-105 000 000, b’mod partikolari:
–Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat biex il-pakkett finanzjarju għall-ġestjoni diretta u indiretta taħt il-FEMSA jiġi stabbilit għal EUR 692 000 000 fi prezzijiet attwali.
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/1229 biex jitnaqqsu bi EUR 150 000 000 fi prezzijiet attwali r-riżorsi mill-baġit tal-Unjoni għall-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku u l-istabbiliment tar-riżorsi disponibbli għas-sena 2025-2027 għal żero, b’mod partikolari:
–Fl-Artikolu 5, is-subparagrafu a tal-paragrafu 1 huwa emendat sabiex inaqqas ir-riżorsi mill-baġit tal-Unjoni minn EUR 250 000 000 għal EUR 100 000 000 fi prezzijiet attwali.
Emendi għar-Regolament (UE) 2021/1755 biex titnaqqas l-allokazzjoni proviżorja li jifdal li ssir disponibbli fl-2025 b’EUR 584 264 090 fi prezzijiet attwali u b’mod partikolari:
–Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa emendat sabiex inaqqas ir-riżorsi massimi sal-584 264 090. Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 huwa emendat biex jirrifletti dak it-tnaqqis.
2024/0060 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda
r-Regolamenti (UE) 2021/522,
(UE) 2021/1057,
(UE) 2021/1060,
(UE) 2021/1139,
(UE) 2021/1229,
u
(UE) Nru 2021/1755 fir-rigward tal-bidliet fl-ammonti ta’ fondi għal ċerti programmi u fondi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 164, l-Artikolu 168(5), l-Artikolu 175 u l-Artikolu 177, tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Mill-adozzjoni tar-Regolamenti (UE) 2021/522, (UE) 2021/1057, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/1139, (UE) 2021/1229 u (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, seħħew avvenimenti ġeopolitiċi bla preċedent, ikkawżati mill-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kriżi tal-enerġija li rriżultat u ż-żieda qawwija relatata fl-inflazzjoni u fir-rati tal-imgħax. Dawn l-iżviluppi ġeopolitiċi u ekonomiċi ġabu magħhom emerġenzi ġodda li għandhom jiġu indirizzati biex jitwettqu l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet kondiviżi tal-Unjoni. Filwaqt li jitqies l-eżawriment qrib tal-flessibbiltajiet baġitarji limitati u l-limiti milħuqa mill-possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) kellu jissaħħaħ għall-perjodu 2024–2027 biex jipprevedi l-finanzjament li huwa l-aktar essenzjalment meħtieġ biex iwieġeb għal sfidi urġenti u komuni.
(2)Wara l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni mmirata tal-QFP 2021–2027, ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill 224/765 fit-29 ta’ Frar 2024.
(3)Sabiex jingħata effett lir-reviżjoni tal-QFP, jenħtieġ li ċerti regolamenti speċifiċi għas-settur jiġu emendati, minbarra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.
(4)L-allokazzjoni addizzjonali għall-programm EU4Health skont ir-Regolament (UE) 2021/522 li tirriżulta mill-aġġustament speċifiku għall-programm previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 jenħtieġ li titnaqqas.
(5)L-allokazzjoni inizjali għall-parti tal-Kooperazzjoni Transnazzjonali tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) prevista fir-Regolament (UE) 2021/1057 jenħtieġ li titnaqqas.
(6)L-allokazzjoni għall-parti tal-Inizjattiva Urbana Ewropea, l-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni u għall-Kooperazzjoni Transnazzjonali tal-FSE +, kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1060, jenħtieġ li titnaqqas u l-limitu massimu għall-assistenza teknika jenħtieġ li jiġi aġġustat skont dan.
(7)Il-pakkett finanzjarju għall-ġestjoni diretta u indiretta skont ir-Regolament (UE) 2021/1139 jenħtieġ li jitnaqqas.
(8)L-ammont totali tal-komponent tal-għotja tal-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni għall-perjodu tal-QFP 2021-2027 f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 jenħtieġ li jitnaqqas.
(9)Ir-riżorsi massimi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit kif previst fir-Regolament (UE) 2021/1755 jenħtieġ li jitnaqqsu.
(10)Il-pakketti finanzjarji ġenerali stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2021/1057, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/1139 jenħtieġ li jinqraw fid-dawl tat-tnaqqis li sar minn dan ir-Regolament għal partijiet minn dawn il-programmi.
(11)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2021/522, (UE) 2021/1057, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/1139, (UE) 2021/1229 u (UE) 2021/1755 jiġu emendati skont dan.
(12)Fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li l-Unjoni tingħata finanzjament kif imiss, huwa meqjus xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
(13)Minħabba l-urġenza li l-Unjoni tingħata finanzjament xieraq, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/522, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Bħala riżultat tal-aġġustament speċifiku għall-programm previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (*), l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiżdied b’allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 2 055 000 000 fi prezzijiet tal-2018 kif speċifikat fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.”
* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433, I, 22.12.2020, p. 11, ELI:
http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj
).’.
Artikolu 2
Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/1057, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘2. Il-parti tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-fergħa tal-FSE + b’ġestjoni kondiviża biex tikkontribwixxi għall-investiment għall-mira tal-impjiegi u t-tkabbir fl-Istati Membri u r-reġjuni kif imsemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandha tkun ta’ EUR 87 319 331 844, fi prezzijiet tal-2018, li minnhom EUR 119 526 004 fi prezzijiet tal-2018 għandhom jiġu allokati għall-kooperazzjoni transnazzjonali biex jitħaffef it-trasferiment, u jiġi ffaċilitat it-tkabbir, ta’ soluzzjonijiet innovattivi kif imsemmi fl-Artikolu 25, il-punt (i), ta’ dan ir-Regolament u EUR 472 980 447, fi prezzijiet tal-2018, bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 TFUE u r-reġjuni tal-livell NUTS 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 dwar dispożizzjonijiet speċjali għall-Objettiv 6 fil-qafas tal-Fondi Strutturali fil-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja anness mal-Att tal-Adeżjoni tal-1994”.
Artikolu 3
Ir-Regolament (UE) 2021/1060 huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 109, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘3. Sa 0.35 % tar-riżorsi msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara t-tnaqqis tal-appoġġ għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa msemmi fl-Artikolu 110(3), għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.”;
(2) L-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu 1, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘(f)
0.1 % (jiġifieri total ta’ EUR 435 979 855 fi prezzijiet tal-2018) għall-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni’;
(b) il-paragrafi 4 u 5 jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:
‘4. EUR 353 070 314 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal tal-Inizjattiva Urbana Ewropea taħt ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.
5. EUR 119 526 004 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi tar-riżorsi tal-FSE + għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għandhom jiġu allokati għall-kooperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa soluzzjonijiet innovattivi b’ġestjoni diretta jew indiretta.’
Artikolu 4
Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/1139 huwa emendat kif ġej, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘1. Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta, kif speċifikat fit-Titolu III għandha tkun ta’ EUR 692 000 000 bil-prezzijiet tal-lum.
Artikolu 5
Fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 2021/1229, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘(a) riżorsi mill-baġit tal-Unjoni b’ammont ta’ EUR 100 000 000 fi prezzijiet attwali; u’
Artikolu 6
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/1755 huwa emendat kif ġej:
(1)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘2. Ir-riżorsi massimi għar-Riżerva għandhom ikunu ta’ EUR 4 886 170 910 fi prezzijiet attwali.’;
(2)fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan:
‘(b) kwalunkwe ammont allokat proviżorjament li jifdal għandu jkun disponibbli fl-2025 skont l-Artikolu 12.’.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
Werrej
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid/u jiġi/u ssodisfat/i fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/522, (UE) 2021/1057, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/1139, (UE) 2021/1229, u (UE) 2021/1755 fir-rigward tal-bidliet fl-ammonti ta’ fondi għal ċerti programmi u fondi
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
05 Żvilupp Reġjonali u Koeżjoni
06 irkupru u Reżiljenza
07 Investiment fin-Nies, Koeżjoni Soċjali u Valuri
08 Agrikoltura u Politika Marittima
16 Nefqa barra mil-limiti massimi annwali stabbiliti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (l-Artikolu 16 02 03 ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (RAB))
30 Riżervi (l-Artikolu 30 04 03 Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (RAB)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Fid-29 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta emenda għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 wara r-rieżami/reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027.
Ir-reviżjoni tal-QFP tinkludi żidiet fir-riżorsi għal diversi programmi tal-UE. Biex jittaffa l-impatt tar-reviżjoni tal-QFP fuq il-baġits nazzjonali, dawn iż-żidiet se jiġu parzjalment ikkumpensati minn riallokazzjonijiet u riprijoritizzazzjonijiet fil-baġit tal-UE. Iż-żieda netta fil-finanzjament għall-prijoritajiet il-ġodda tammonta għal EUR 21 biljun sa tmiem dan il-QFP.
Dan jeħtieġ modifika tal-limiti massimi tan-nefqa, kif ukoll, f’xi każijiet, emendi tad-dispożizzjonijiet baġitarji tal-atti leġiżlattivi li jistabbilixxu l-programmi u l-istrumenti kkonċernati, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tal-inkorporazzjoni ta’ dispożizzjonijiet finanzjarji f’atti leġiżlattivi.
Fir-rigward tat-taqsimiet 1.4, 1.5 u 1.6, l-informazzjoni dwar l-objettivi ġenerali tista’ tinstab fil-proposti leġiżlattivi rilevanti tal-programmi:
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (COM/2020/405 final). Il-programm EU4Health jikkontribwixxi għall-objettivi ewlenin li ġejjin:
a)
it-titjib u t-trawwim tas-saħħa fl-Unjoni sabiex jitnaqqas il-piż ta' mard li jittieħed u mard li ma jitteħidx, billi jiġu appoġġati l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa, jitrawmu modi ta' ħajja tajbin għas-saħħa u jiġi promoss l-aċċess għall-kura tas-saħħa;
b)
“il-protezzjoni tan-nies fl-Unjoni minn theddid transfruntier serju għas-saħħa u t-tisħiħ tar-rispons tas-sistemi tas-saħħa u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri sabiex jaffrontaw theddid transfruntier serju serju għas-saħħa;
(c) it-titjib tad-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti mediċinali u l-apparat mediku, u ta' prodotti rilevanti għal kriżi fl-Unjoni, u l-appoġġ għall-innovazzjoni fir-rigward ta' tali prodotti;
(d) it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa billi jittejbu r-reżiljenza u l-effiċjenza fir-riżorsi tagħhom.
Proposta għal Regolament li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM/2018/375 final). Din il-proposta tinkludi allokazzjonijiet speċifiċi għall-Inizjattiva Urbana Ewropea, l-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni, il-Kooperazzjoni Transnazzjonali tal-FSE+ u limitu massimu għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020) 453 final). Il-Faċilità ta’ self għas-settur pubbliku stabbilita skont din il-proposta tikkostitwixxi t-tielet pilastru tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta. Din se tappoġġa l-investimenti pubbliċi permezz ta’ kundizzjonijiet ta’ self preferenzjali. Dawn l-investimenti se jkunu ta’ benefiċċju għat-territorji l-aktar affettwati b’mod negattiv mit-tranżizzjoni klimatika kif identifikat fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta għall-finijiet tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit, (COM(2020), 854 final). Ir-Riżerva stabbilita skont dan ir-Regolament se tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lis-setturi, b’mod partikolari dawk li huma l-aktar milquta mill-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u b’hekk ittaffi l-impatt tagħha fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Ir-riżerva se tipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji biex tkopri n-nefqa pubblika addizzjonali kollha mġarrba mill-Istati Membri, jew parti minnha, speċjalment dawk li jiddependu l-aktar fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mar-Renju Unit, għal miżuri marbuta direttament mal-ħruġ.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM/2018/390 final). L-għan ta’ din il-proposta huwa l-istabbiliment tal-FEMSA għall-perjodu 2021-2027. Il-mira ta’ dak il-fond trid tkun li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jiġi ddedikat biex isostni l-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS), il-politika marittima tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani. Dan il-finanzjament huwa mezz ewlieni li jiffaċilita s-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, għas-sigurtà tal-ikel permezz tal-provvista ta' prodotti tal-frott tal-baħar, għat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli, u biex l-ibħra u l-oċeani jkunu f'saħħithom, siguri, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
·Il-proposta għal emendi għar-Regolament (UE) 2021/522 se tnaqqas l-aġġustament speċifiku għall-programm definit fl-Artikolu 5 l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 b’EUR 1 000 000 000 fi prezzijiet attwali (845 000 000 fi prezzijiet tal-2018) għall-perjodu 2025-2027. Il-konsegwenzi fuq il-miżuri implimentati taħt il-programm se jiġu vvalutati matul it-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali.
·Il-proposta għal emendi għar-Regolament (UE) 2021/1229 se tnaqqas l-ammont totali tal-komponent tal-għotja tal-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni għall-perjodu tal-QFP 2021–2027 b’EUR 150 000 000 fi prezzijiet attwali.
·Il-proposta għal emendi għar-Regolament (UE) 2021/1060 se tnaqqas l-allokazzjoni għall-Inizjattiva Urbana Ewropea b’EUR 55 miljun fi prezzijiet attwali, għall-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni b’EUR 75 miljun fi prezzijiet attwali, għall-Kooperazzjoni Transnazzjonali tal-FSE + b’EUR 65 miljun fi prezzijiet attwali u għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni b’EUR 210 miljun fi prezzijiet attwali.
·Il-proposta għal emendi għar-Regolament (UE) 2021/1755 se tnaqqas il-bqija tal-allokazzjoni proviżorja tal-BAR li ssir disponibbli fl-2025 b’EUR 584 264 090 fi prezzijiet attwali.
·Il-proposta għall-emenda tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2021/1139 se tnaqqas l-allokazzjoni għall-FEMSA implimentata b’ġestjoni diretta u indiretta b’EUR 105 000 000 fi prezzijiet attwali għall-perjodu 2025-2027.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid/u jiġi/u ssodisfat/i fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta għandha l-għan li tallinja l-atti leġiżlattivi tad-dispożizzjonijiet baġitarji li jistabbilixxu l-programmi u l-istrumenti kkonċernati mar-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 kif stabbilit fl-emenda għar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 adottata mill-Kunsill fid-29 ta’ Frar 2024.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
–X
fis-seħħ mill-2024 sal-2027
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
◻ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–X
mill-aġenziji eżekuttivi
X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:
–◻ il-pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;
–◻ l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ il-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ il-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ il-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ il-korpi jew lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
L-informazzjoni tista’ tinstab fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi tal-proposti leġiżlattivi rilevanti tal-programmi (Ara 1.4.1.)
2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
L-informazzjoni tista’ tinstab fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi tal-proposti leġiżlattivi rilevanti tal-programmi (Ara 1.4.1.)
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta'
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
Intestatura 2b
Titolu 6 Irkupru u Reżiljenza
|
06.010501 Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm EU4Health
06.0601 Il-programm EU4Health
|
Mhux diff/
Diff
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
Intestatura 2 a
Titolu 05: Żvilupp u Koeżjoni Reġjonali
|
05 02 01.08 Investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni
05 02 02 FEŻR — Assistenza teknika operazzjonali
05 02 03 Inizjattiva Urbana Ewropea
05 03 02 Fond ta’ Koeżjoni — Assistenza teknika operazzjonali
|
Diff.
|
Le
|
Le
|
Le
|
Le
|
Intestatura 2 a
Titolu 07: Investiment fin-Nies, Koeżjoni Soċjali u Valuri
|
07 02 01.05 Kooperazzjoni Transnazzjonali
07 02 02 fergħa tal-FSE + b’ġestjoni kondiviża — Assistenza teknika operazzjonali
|
Diff.
|
Le
|
Le
|
Le
|
Le
|
Intestatura 3
Titolu 08: Agrikoltura u Politika Marittima
|
08 04 Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) — Nefqa operazzjonali b’ġestjoni diretta u indiretta
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
Intestatura 3
Titolu 09: Ambjent u Azzjoni Klimatika
|
09 04 01 Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku taħt il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (JTM)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
Mekkaniżmi ta’ solidarjetà fl-Unjoni u barra minnha (strumenti speċjali)
Titolu 16: Nefqa lil hinn mil-limiti massimi annwali stipulati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali
|
16 02 03 Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit(BAR)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
Mekkaniżmi ta’ solidarjetà fl-Unjoni u barra minnha (strumenti speċjali)
Titolu 30: Riżervi
|
30 04 03 Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit(BAR)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
qafas
|
Numru
|
Intestaturi 2a, 2b, u 3
Nefqa barra mil-limiti massimi annwali stabbiliti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (Mekkaniżmi ta’ solidarjetà fl-Unjoni u barra minnha (Strumenti speċjali)
|
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
05.0201.08 Investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni
|
Impenji
|
|
|
-25.000
|
-25.000
|
-25.000
|
|
-75.000
|
|
Pagamenti
|
|
|
-8.250
|
-9.750
|
-12.000
|
-45.000
|
-75.000
|
05.0202 FEŻR — Assistenza teknika operazzjonali
|
Impenji
|
|
|
-31.150
|
-42.500
|
-58.100
|
|
-131.750
|
|
Pagamenti
|
|
|
-14.493
|
-17.128
|
-21.080
|
-79.050
|
-131.750
|
05.0203 05 02 03 Inizjattiva Urbana Ewropea
|
Impenji
|
|
|
-18.300
|
-17.300
|
-19.400
|
|
-55.000
|
|
Pagamenti
|
|
|
-6.050
|
-7.150
|
-8.800
|
-33.000
|
-55.000
|
05.0302 Fond ta’ Koeżjoni — Assistenza teknika operazzjonali
|
Impenji
|
|
|
-5.250
|
-7.500
|
-10.500
|
|
-23.250
|
|
Pagamenti
|
|
|
-2.558
|
-3.023
|
-3.720
|
-13.950
|
-23.250
|
06.010501 Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm EU4Health u
06.0601 Il-programm EU4Health
|
Impenji
|
|
|
-189.871
|
-193.585
|
-616.544
|
|
-1 000.000
|
|
Pagamenti
|
|
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
-1 000.000
|
07.0201.05 Kooperazzjoni Transnazzjonali
|
Impenji
|
|
|
-21.400
|
-21.600
|
-22.000
|
|
-65.000
|
|
Pagamenti
|
|
|
-7.150
|
-8.450
|
-10.400
|
-39.000
|
-65.000
|
07.0202 Il-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża — Assistenza teknika operazzjonali
|
Impenji
|
|
|
-16.700
|
-18.300
|
-20.000
|
|
-55.000
|
|
Pagamenti
|
|
|
-6.050
|
-7.150
|
-8.800
|
-33.000
|
-55.000
|
08 04 Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) — nefqa operazzjonali b’ġestjoni diretta u indiretta
|
Impenji
|
|
|
-36.000
|
-33.000
|
-36.000
|
|
-105.000
|
|
Pagamenti
|
|
|
-8.792
|
-10.278
|
-17.873
|
-68.057
|
-105.000
|
09 04 01 Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku taħt il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (JTM)
|
Impenji
|
|
|
-50.000
|
-50.000
|
-50.000
|
|
-150.000
|
|
Pagamenti
|
|
|
-10.000
|
-60.000
|
-54.000
|
-26.000
|
-150.000
|
30 04 03 Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit(BAR)
16 02 03 Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit(BAR)
|
Impenji
|
|
|
-584.264
|
|
|
|
-584.264
|
|
Pagamenti
|
|
|
-584.264
|
|
|
|
-584.264
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji
|
|
|
-977.935
|
-408.785
|
-857.544
|
0
|
-2.244.264
|
|
Pagamenti
|
|
|
-647.607
|
-122.929
|
-136.673
|
-337.057
|
-2.244.266
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
qafas
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Il-konsegwenzi fuq in-nefqa amministrattiva se jiġu vvalutati fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali.
miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
DĠ: <…….>
|
• Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Nefqiet amministrattivi oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
OUTPUTS
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-Objettiv Speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-Objettiv Speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
Ir-rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-QFP inkluda tnaqqis ta’ ċerti pakketti baġitarji, kif ippreżentat f’dan l-att, iżda wkoll żidiet sinifikanti fuq oħrajn. L-effett nett ta’ dawn l-emendi mhu se jkollu l-ebda impatt fuq l-ispejjeż amministrattivi u r-riżorsi tal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tkompli tfittex użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi umani tagħha, filwaqt li tqis il-prinċipju ta’ persunal stabbli, billi tivvaluta b’mod kostanti l-opportunitajiet interni ta’ riallokazzjoni.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-Intestatura 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
• Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unitajiet Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 xx yy zz
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
–Din il-proposta tirriżulta mill-ftehim dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.
–◻
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.
–◻
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–◻
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq dħul ieħor
–indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja(i) baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).