IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.11.2024
COM(2024) 953 final
Rakkomandazzjoni għal
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fl-Ungerija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 26.11.2024
COM(2024) 953 final
Rakkomandazzjoni għal
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fl-Ungerija
Rakkomandazzjoni għal
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fl-Ungerija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 126(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Billi:
(1)Skont l-Artikolu 126 TFUE, l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits eċċessivi tal-gvern.
(2)Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli u inklużiv b’saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja, u b’hekk jappoġġa l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u impjiegi.
(3)Fit-30 ta’ April 2024 daħal fis-seħħ il-qafas riformat ta’ governanza ekonomika tal-UE. Il-qafas jinkludi r-Regolament (UE) 2024/1263 1 tad-29 ta’ April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97. Jinkludi wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1264 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 2 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1265 3 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri.
(4)Fis-26 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill iddeċieda, f’konformità mal-Artikolu 126(6) tat-TFUE, li kien jeżisti defiċit eċċessiv fl-Ungerija minħabba nuqqas ta’ konformità mal-kriterju tad-defiċit 4 .
(5)L-Artikolu 126(7) TFUE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 jirrikjedu li l-Kunsill jadotta rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li tintemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv f’perjodu determinat. F’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, dik ir-rakkomandazzjoni sservi wkoll biex tiġi stabbilita skadenza massima ta’ 6 xhur għal azzjoni effettiva li għandha tittieħed mill-Istat Membru kkonċernat biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv, li tista’ titnaqqas għal 3 xhur meta jkun iġġustifikat mis-serjetà tas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu jirrakkomanda lill-Istat Membru jimplimenta perkors tan-nefqa netta korrettiv 5 biex jiżgura li d-defiċit tal-gvern estiż jinġieb u jinżamm taħt il-valur referenzjarju ta’ 3 % tal-PDG sal-iskadenza stabbilita f’dik ir-rakkomandazzjoni. Meta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tkun infetħet abbażi tal-kriterju tad-defiċit, il-perkors tan-nefqa netta korrettiv għandu jkun konsistenti ma’ aġġustament strutturali annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala parametru referenzjarju għas-snin meta d-defiċit tal-gvern estiż ikun mistenni jaqbeż il-valur referenzjarju. Il-Kummissjoni tista’, matul perjodu ta’ tranżizzjoni fl-2025, fl-2026 u fl-2027, taġġusta l-parametru referenzjarju biex tqis iż-żieda fil-pagamenti tal-imgħax meta tkun qed tistabbilixxi l-perkors korrettiv propost għal dawk is-snin, b’qies tal-premessa 23 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1264.
(6)Fid-dawl tas-sottomissjoni tal-pjan fiskali strutturali nazzjonali fuq terminu medju f’konformità mal-Artikolu 11 u mal-Artikolu 36(1)(a) tar-Regolament (UE) 2024/1263, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2024 ikkunsidrat li l-pass li jmiss fil-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, jiġifieri r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) TFUE dwar il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, isir flimkien mal-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri taż-żona tal-euro skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013. Dan l-approċċ jippermetti li tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti baġitarji skont il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv u l-perkors ta’ aġġustament stabbiliti fil-pjanijiet fiskali strutturali fuq terminu medju. Din l-iskeda ta’ żmien hija eċċezzjonali u hija marbuta mat-tranżizzjoni għall-qafas il-ġdid, u għalhekk ma toħloqx preċedent.
(7)Il-PDG reali fl-Ungerija naqas b’-0,9 % fl-2023. Skont it-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni, l-ekonomija hija mistennija li tikber b’0,6 % fl-2024, bis-saħħa ta’ rkupru fil-konsum privat u kontribuzzjoni pożittiva mill-esportazzjonijiet netti. Fl-2025, il-PDG reali huwa mistenni li jiżdied b’1,8 %, hekk kif il-konsum privat huwa mistenni li jkompli jikber b’mod qawwi, u l-investimenti huma pprojettati li jirkupraw b’mod moderat. Ir-rata tal-qgħad hija mistennija li tilħaq 4,5 % fl-2024 u 4,3 % fl-2025. L-inflazzjoni mistennija tonqos minn 17,0 % fl-2023 għal 3,8 % fl-2024, u tilħaq 3,6 % fl-2025.
(8)Skont id-data vvalidata mill-Eurostat fit-22 ta’ Ottubru 2024 6 , fl-2023 id-defiċit tal-gvern estiż fl-Ungerija kien ta’ 6,7 % tal-PDG. It-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea jipprojetta defiċit tal-gvern estiż ta’ 5,4 % tal-PDG fl-2024 u 4,6 % tal-PDG fl-2025, u b’hekk ogħla mill-valur referenzjarju fis-sentejn li huma. Id-defiċit strutturali huwa projettat għal -4,7 % tal-PDG fl-2024 u huwa mistenni li jonqos b’0,7 punti perċentwali fl-2025. Dan it-tnaqqis huwa spjegat minn nefqa aktar baxxa fuq l-imgħax fl-2025 minħabba tnaqqis fil-ħlas tal-kupuni fuq il-bonds bl-imnut marbuta mal-inflazzjoni u tnaqqis fis-sussidji lill-kumpaniji tal-utilitajiet għat-telf imġarrab minħabba limiti massimi fuq il-prezzijiet tal-enerġija residenzjali.
(9)Fi tmiem l-2023 id-dejn tal-gvern estiż kien ta’ 73,4 % tal-PDG. Skont it-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea, huwa projettat li jiżdied għal 74,5 % tal-PDG fi tmiem l-2024, jibqa’ 74,5 % tal-PDG fi tmiem l-2025, u jonqos għal 73,8 % tal-PDG fi tmiem l-2026, biex b’hekk jibqa’ taħt il-valur referenzjarju ta’ 60 % tal-PDG.
(10)Fl-4 ta’ Novembru 2024, l-Ungerija ppreżentat l-ewwel pjan fiskali strutturali nazzjonali tagħha fuq terminu medju. Il-valutazzjoni tal-pjan għadha għaddejja. Il-pjan ikopri l-perjodu 2025-2028 u jippreżenta aġġustament fiskali mifrux fuq 4 snin. Fin-nuqqas ta’ pjan fiskali strutturali nazzjonali fuq terminu medju approvat mill-Kunsill, it-trajettorja referenzjarja b’aġġustament fiskali ta’ 4 snin, aġġornata fuq il-bażi ta’ data aktar reċenti, għandha tiġi rakkomandata bħala l-perkors korrettiv skont il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. B’hekk, il-perkors tan-nefqa netta korrettiv huwa konsistenti ma’ aġġustament strutturali annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala parametru referenzjarju għas-snin meta d-defiċit tal-gvern estiż ikun mistenni li jaqbeż il-valur referenzjarju, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1467/97.
(11)Abbażi tal-perkors tan-nefqa netta, bħala l-unika referenza operazzjonali għall-monitoraġġ tal-konformità, li hija stabbilita f’din ir-rakkomandazzjoni, u abbażi tal-qafas ta’ projezzjoni tad-dejn tal-gvern fuq terminu medju tal-Kummissjoni Ewropea u t-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea, id-defiċit tal-gvern estiż huwa mistenni li jonqos minn 5,4 % tal-PDG fl-2024 għal 2,5 % sal-2027.
(12)Abbażi tal-perkors tan-nefqa netta korrettiv li jrid jiġi rrakkomandat, il-qafas ta’ projezzjoni tad-dejn tal-gvern fuq terminu medju tal-Kummissjoni Ewropea, u t-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea, id-dejn tal-gvern estiż mistenni jonqos b’mod gradwali minn 74,5 % tal-PDG fi tmiem l-2024 għal 72,6 % fi tmiem l-2027.
(13)Il-miżuri ta’ konsolidazzjoni baġitarja għandhom jiżguraw korrezzjoni dejjiema tad-defiċit eċċessiv, filwaqt li jkunu mmirati lejn it-titjib tal-kwalità u l-għamla tal-finanzi pubbliċi, il-ħarsien tal-investiment u t-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija. Ir-riformi ta’ natura fiskali u ekonomika usa’ għandhom itejbu l-potenzjal tat-tkabbir u tar-reżiljenza tal-ekonomija b’mod sostenibbli u jappoġġjaw is-sostenibbiltà fiskali.
(14)Wara valutazzjoni pożittiva tal-pjan fiskali strutturali nazzjonali fuq terminu medju mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill, il-Kunsill jista’ jirrakkomanda perkors tan-nefqa netta korrettiv ġdid, skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni.
B’DAN JIRRAKKOMANDA:
(1)L-Ungerija għandha tiżgura li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa netta ma taqbiżx il-massimi stabbiliti fl-Anness I.
(2)Għaldaqstant, l-Ungerija għandha ttemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv sal-2027.
(3)Il-Kunsill jistabbilixxi l-iskadenza tat-30 ta’ April 2025 biex l-Ungerija tieħu azzjoni effettiva u tippreżenta l-miżuri meħtieġa flimkien mar-rapport ta’ progress annwali tagħha tal-2025, li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2024/1263. Minn hemm ’il quddiem, l-Ungerija għandha tirrapporta dwar il-progress li jsir fl-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni mill-inqas kull 6 xhur, sakemm id-defiċit eċċessiv ikun ikkoreġut.
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
ANNESS I
Rati massimi ta’ tkabbir tan-nefqa netta
(rati ta’ tkabbir annwali u kumulattivi, f’termini nominali)
L-Ungerija
|
Snin |
2025 |
2026 |
2027 |
|
|
Rati ta’ tkabbir (%) |
Annwali |
3,9 |
3,3 |
3,2 |
|
Kumulattiv (*) |
7,6 |
11,1 |
14,7 |
|
(*) Ir-rati ta’ tkabbir kumulattivi huma kkalkulati b’referenza għas-sena bażi tal-2023.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President