Brussell, 9.4.2024

COM(2024) 920 final

2024/0089(BUD)

Proposta għal

ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU NRU 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2024

ID-DĦUL TAL-BILANĊ FAVOREVOLI TAS-SENA FINANZJARJA 2023


Wara li kkunsidrat:

–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,

–Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, kif adottat fit-22 ta’ Novembru 2023 3 ,

–l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2024 4 , adottat fid-29 ta’ Frar 2024,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 2 għall-baġit 2024.

BIDLIET GĦAD-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u tan-nefqa u għat-taqsima individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 2/2024 huwa maħsub biex idaħħal fil-baġit 2024 is-surplus li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2023. Kif previst fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarja applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 5 (“Regolament Finanzjarju”), il-bilanċ mill-2023 huwa l-uniku suġġett ta’ dan l-ABE u għandu jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mill-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji fl-aħħar ta’ Marzu 2024.

1.L-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2023 turi surplus ta’ EUR 0.6 biljun, li għalhekk jiddaħħal bħala dħul fil-baġit 2024.

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2023

Surplus tad-Dħul

238 746 744

Surplus tan-Nefqa

393 878 830

Surplus totali

632 625 574

2.L-ibbaġitjar tas-surplus se jnaqqas il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-baġit tal-2024 kif dovut. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri se jkunu influwenzati wkoll mit-tbassir rivedut tar-riżorsi proprji li se jkun disponibbli wara l-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji aktar tard fl-2024 u se jiġu inklużi f’Abbozz ta’ Baġit Emendatorju sussegwenti skont l-Artikolu 44(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju.

3.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim tal-eżitu tal-2023 f’termini tal-implimentazzjoni tad-dħul:

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2023

Baġit
(inkl. AB1-4)

Eżitu

Varjazzjoni

Subtotal tad-Dħul

165 202 974 773

165 441 721 517

238 746 744

—

Titolu 1 - Riżorsi proprji

151 040 594 788

149 535 853 059

-1 504 741 729

 

Imposti u dazji oħra fis-settur taz-zokkor

0

1 756 294

1 756 294

 

Dazji doganali

23 730 100 000

22 081 301 059

-1 648 798 941

 

Riżorsi proprji provenjenti mill-VAT

22 458 526 500

22 482 072 586

23 546 086

 

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

97 650 082 928

97 702 157 940

52 075 012

 

Korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit mogħtija lir-Renju Unit

0

0

 

Tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali bbażata fuq l-ING konċess lil xi SM

0

43 489 694

43 489 694

 

Riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat

7 201 885 360

7 225 075 485

23 190 125

—

Titolu 2 - Surpluses, bilanċi u aġġustamenti

2 519 010 950

2 550 993 448

31 982 498

—

Titolu 3 - Dħul amministrattiv

1 894 666 175

2 001 468 072

106 801 897

—

Titolu 4 - Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza, u multi

710 280 669

2 475 899 816

1 765 619 147

—

Titolu 5 - Garanziji baġitarji, operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self

0

0

0

—

Titolu 6 - Dħul, kontribuzzjonijiet u ribassi relatati ma’ politiki tal-Unjoni

9 038 422 191

8 877 507 122

-160 915 069

4.Il-varjazzjonijiet netti kkombinati fit-Titolu 1 (Riżorsi Proprji) u fit-Titolu 2 (Surpluses, bilanċi u aġġustamenti) totali minus EUR 1 472.8 miljun. Din id-differenza negattiva hija xprunata b’mod predominanti minn ammont aktar baxx milli mistenni ta’ dazji doganali mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE fit-tieni nofs tas-sena.

5.Il-varjazzjonijiet fit-Titolu 3 (Dħul amministrattiv) jammontaw għal EUR 106.8 miljun. Dan huwa attribwibbli l-aktar għar-rata ogħla milli oriġinarjament prevista tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni, kif ukoll għall-applikazzjoni ta’ aġġornament intermedju tas-salarji minn Jannar 2023. Iż-żewġ elementi żiedu b’mod mekkaniku l-livell tat-taxxa u l-imposti u l-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet.

6.Il-varjazzjonijiet fit-Titolu 4 (Dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza, u multi) jammontaw għal EUR 1 765.6 miljun, li jinkludi dħul mill-multi tal-kompetizzjoni u mgħax ta’ inadempjenza, pagamenti ta’ penali oħra u mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali.

7.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim tal-eżitu għall-2023 f’termini ta’ implimentazzjoni tal-baġit tan-nefqa għall-istituzzjonijiet kollha:

(f’EUR)

Tqassim tal-eżitu tal-2023

Baġit
(inkl. AB1-4)

Eżitu

Varjazzjoni

Subtotal tan-Nefqa

165 202 974 773

164 809 095 943

-393 878 830

Approprjazzjonijiet tal-eżitu awtorizzati fil-baġit

165 202 974 773

165 004 817 243

-198 157 530

—

Il-Kummissjoni Ewropea

160 513 578 100

160 354 550 314

-159 027 786

 

Intestatura 1 - Suq Uniku, Innovazzjoni u Aġenda Diġitali

20 128 876 581

20 109 892 540

-18 984 041

 

Intestatura 2a - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

49 236 902 765

49 227 567 732

-9 335 034

 

Intestatura 2b - Reżiljenza u Valuri

7 231 818 351

7 227 885 569

-3 932 782

 

Intestatura 3 - Riżorsi Naturali u Ambjent

56 655 807 986

56 629 277 882

-26 530 103

 

Intestatura 4 - Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

2 661 982 072

2 597 329 666

-64 652 406

 

Intestatura 5 - Sigurtà u Difiża

1 386 228 612

1 370 688 007

-15 540 605

 

Intestatura 6 - Il-Viċinat u d-Dinja

14 574 291 430

14 560 140 195

-14 151 235

 

Intestatura 7 - Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

6 656 322 828

6 650 473 176

-5 849 652

 

Strumenti speċjali tematiċi

1 981 347 475

1 981 295 547

-51 928

—

Istituzzjonijiet Oħra

4 689 396 673

4 650 266 929

-39 129 744

 

Il-Parlament Ewropew

2 247 134 550

2 238 344 831

-8 789 719

 

Kunsill u Kunsill Ewropew

647 908 757

628 536 397

-19 372 360

 

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

486 025 796

482 252 071

-3 773 725

 

Qorti Ewropea tal-Awdituri

175 059 922

171 627 190

-3 432 732

 

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

158 767 970

156 709 673

-2 058 297

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

116 675 392

116 569 118

-106 274

 

Ombudsman Ewropew

13 212 447

12 603 950

-608 497

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

22 711 559

21 753 845

-957 714

 

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

821 900 280

821 869 855

-30 425

Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet ittrasferiti ’l quddiem mis-snin preċedenti

0

-118 093 796

-118 093 796

—

Il-Kummissjoni Ewropea

0

-69 695 285

-69 695 285

 

Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet mhux użati ittrasferiti ’l quddiem mis-snin preċedenti (bi dritt)

0

-39 938 887

-39 938 887

 

Kanċellament ta’ approprjazzjonijiet mhux użati ittrasferiti ’l quddiem mis-snin preċedenti (b’mod awtomatiku u permezz ta’ deċiżjoni)

0

-29 756 398

-29 756 398

—

Istituzzjonijiet Oħra

0

-48 398 511

-48 398 511

 

Il-Parlament Ewropew

0

-20 258 035

-20 258 035

 

Kunsill u Kunsill Ewropew

0

-5 996 551

-5 996 551

 

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

0

-5 198 644

-5 198 644

 

Qorti Ewropea tal-Awdituri

0

-1 492 307

-1 492 307

 

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

0

-2 043 574

-2 043 574

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

0

-1 884 593

-1 884 593

 

Ombudsman Ewropew

0

-118 211

-118 211

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

0

-416 201

-416 201

 

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

0

-10 990 394

-10 990 394

Varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju fuq in-nefqa

0

-77 627 505

-77 627 505

8.L-ammont ta’ approprjazzjonijiet tal-baġit ivvutat mhux implimentat mill-istituzzjonijiet kollha kkombinati kien EUR 198.2 miljun. Il-Kummissjoni implimentat 99.9 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati. Is-sottoimplimentazzjoni tal-Kummissjoni kkonċernat ammont ta’ EUR 159 miljun ta’ approprjazzjonijiet ivvotati u EUR 70 miljun ta’ approprjazzjonijiet riportati mill-2022.

9.Bl-istess mod, is-sottoimplimentazzjoni u l-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-istituzzjonijiet l-oħra baqgħu baxxi fl-2023.

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, ĠU L 424, 15.12.2020.
(2)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018.
(3)    ĠU L, 2024/207, 22.2.2024.
(4)    COM(2024) 80 final.
(5)    ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.