Brussell, 21.3.2024

COM(2024) 127 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq






















1 ta’ Jannar – 31 ta’ Diċembru 2023


Kontenut

1.Introduzzjoni

2.Qafas istituzzjonali

3.Għodod ta’ infurzar, soluzzjoni tat-tilwim u lmenti

3.1.    Għodod ta’ infurzar    

3.2.    Soluzzjoni tat-tilwim    

3.3.    Ilmenti    

4.Implimentazzjoni settorjali

4.1.    Kummerċ fil-merkanzija    

4.2.    Servizzi u investiment, kummerċ diġitali, proprjetà intellettwali, akkwist pubbliku u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju    

4.3.    Enerġija    

4.4.    Trasport    

4.5.    Sajd    

4.6.    Koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali    

4.7.    Infurzar tal-liġi u kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali    

4.8.    Assoċjazzjoni tar-Renju Unit ma’ ċerti programmi tal-UE    

5.Evoluzzjoni fid-dritt tar-Renju Unit

5.1.    Materji trażversali    

5.2.    Kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta u għal żvilupp sostenibbli    

6.Konklużjonijiet

Anness 1: Laqgħat fl-2023 tal-korpi konġunti u strutturi oħra stabbiliti mill-FKK

Anness 2: Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet għall-implimentazzjoni maqbula mill-Kunsill ta’ Sħubija fl-24 ta’ Marzu 2023

Anness 3: Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill ta’ Sħubija jew mill-Kumitati stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni


1.Introduzzjoni

Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit) fl-2023 kienet ikkaratterizzata mill-adozzjoni tal-Qafas ta’ Windsor 1 , li witta t-triq għal kooperazzjoni kostruttiva bejn il-partijiet, li impenjaw ruħhom ukoll b’mod konġunt li jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (FKK) 2 .

Il-FKK, li ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021, ikopri firxa wiesgħa ta’ oqsma inklużi l-kummerċ, it-trasport, is-sajd, l-enerġija, il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, filwaqt li jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni ġusta u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll ir-rispett għad-drittijiet fundamentali.

Dan huwa t-tielet rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-FKK, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 3 . Huwa jippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi ewlenin fil-funzjonament tal-istrutturi ta’ governanza stabbiliti mill-FKK (it-Taqsima 2) u fir-rigward tal-għodod ta’ infurzar, is-soluzzjoni tat-tilwim u l-ilmenti (it-Taqsima 3). Ir-rapport jiġbor fil-qosor ukoll il-progress li sar fl-oqsma li jaqgħu taħt il-mandat tal-FKK (it-Taqsima 4) u jiddeskrivi l-iżviluppi leġiżlattivi fir-Renju Unit li huma rilevanti għall-implimentazzjoni tal-FKK (it-Taqsima 5).

2.Qafas istituzzjonali

Matul l-2023, il-korpi konġunti u strutturi oħra stabbiliti skont il-FKK kienu attivi fil-monitoraġġ u l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tiegħu. Saru 30 laqgħa fl-oqsma kollha ta’ politika koperti mill-FKK. Dan kien aktar milli ma’ kwalunkwe pajjiż terz ieħor li miegħu l-UE għandha relazzjoni komparabbli f’termini ta’ kummerċ u kooperazzjoni. Il-lista tal-laqgħat hija ppreżentata fl-Anness 1. Il-Kummissjoni tippubblika l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat tal-korpi konġunti online 4 .

Il-Kunsill ta’ Sħubija, il-korp ewlieni stabbilit skont l-Artikolu 7 tal-FKK biex jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell politiku, iltaqa’ fl-24 ta’ Marzu 2023. L-UE, irrappreżentata mill-Viċi President Maroš Šefčovič, u r-Renju Unit, irrappreżentat mis-Segretarju tal-Affarijiet Barranin James Cleverly, affermaw mill-ġdid ix-xewqa tagħhom li jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-FKK. Huma kkonfermaw l-impenn tagħhom li javvanzaw il-ħidma fuq l-arranġamenti tal-kummerċ tal-elettriku u l-assoċjazzjoni tar-Renju Unit mal-programmi tal-Unjoni. Huma qablu wkoll li jmexxu ’l quddiem il-ħidma fuq memorandum ta’ qbil dwar is-servizzi finanzjarji, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali, l-istabbiliment tal-gruppi ta’ ħidma skont l-Artikolu 9 tal-FKK u t-tnedija ta’ djalogi dwar kwistjonijiet ċibernetiċi u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. L-Anness 2 ta’ dan ir-rapport jipprovdi l-lista sħiħa tal-azzjonijiet miftiehma u sommarju tal-progress li sar fl-2023 biex jiġu implimentati.

Id-19-il Kumitat stabbiliti skont l-Artikolu 8 tal-FKK biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu f’oqsma speċifiċi ltaqgħu matul is-sena biex jiddiskutu firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tas-setgħat rispettivi tagħhom. Dawn il-laqgħat ipprovdew opportunità biex jiġi rieżaminat il-progress dwar l-impenji li saru fil-FKK u biex isiru diskussjonijiet tekniċi dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tagħhom, inklużi l-iżviluppi regolatorji li ġejjin. Ġew adottati diversi deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet, li sommarju tagħhom huwa ppreżentat fl-Anness 3.

L-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija (PPA), stabbilita f’konformità mal-Artikolu 11 tal-FKK, iltaqgħet darbtejn fl-2023. Fil-laqgħa tat-3 u l-4 ta’ Lulju fi Brussell, il-membri parlamentari ddiskutew, fost kwistjonijiet oħra, il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fl-oqsma tal-politika kummerċjali u industrijali 5 . Lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-FKK, il-PPA adottat rakkomandazzjoni dwar sforzi komuni biex tiġi appoġġata l-Ukrajna u l-kooperazzjoni dwar is-sanzjonijiet 6 . Fil-laqgħa tal-4 u l-5 ta’ Diċembru f’Londra, il-membri parlamentari ddiskutew il-klima u s-sajd, kif ukoll xi kwistjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-FKK bħall-mobbiltà tan-nies, li dwarhom il-PPA għamlet rakkomandazzjoni lill-Kunsill ta’ Sħubija 7 .

Ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili komplew ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-FKK. Il-Grupp Konsultattiv Domestiku (DAG) tal-UE, stabbilit skont l-Artikolu 13 tal-FKK, iltaqa’ diversi drabi 8 . Il-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE fassal aġenda ta’ kwistjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jirriflettu l-fehmiet tas-soċjetà ċivili dwar l-implimentazzjoni tal-FKK u relazzjonijiet usa’ bejn l-UE u r-Renju Unit (it-Tracker dwar Kwistjonijiet ta’ Relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit) 9 . Il-Kummissjoni tqis dan l-input fl-interazzjonijiet tagħha mar-Renju Unit dwar l-implimentazzjoni tal-FKK.

Barra minn hekk, il-Forum tas-Soċjetà Ċivili, maħluq skont l-Artikolu 14 tal-FKK biex iwettaq djalogu dwar l-implimentazzjoni tat-Tieni Parti tal-FKK, li tkopri l-kummerċ, it-trasport, is-sajd u arranġamenti oħra, sar fis-7 ta’ Novembru 2023 f’Londra. Il-laqgħa ffukat fuq kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni relatati mal-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi, il-kooperazzjoni regolatorja, il-kundizzjonijiet ekwi, l-enerġija u l-klima 10 . Il-Kummissjoni tqis il-fehmiet espressi fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, it-trade unions, in-negozji tal-UE u organizzazzjonijiet oħra tal-ħaddiema. Il-Kummissjoni tfittex li tippromwovi l-interessi tagħhom fid-diskussjonijiet mar-Renju Unit dwar l-implimentazzjoni tal-FKK.

3.Għodod ta’ infurzar, soluzzjoni tat-tilwim u lmenti

Il-Kummissjoni stabbiliet mekkaniżmi biex tinforza l-impenji li saru fil-FKK, biex issolvi t-tilwim li jista’ jinqala’ u biex tittratta l-ilmenti mill-partijiet ikkonċernati fl-UE.

3.1.Għodod ta’ infurzar

Fl-2023 ġew adottati żewġ Regolamenti biex l-UE tkun tista’ teżerċita d-drittijiet tagħha fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ftehimiet konklużi mar-Renju Unit b’mod effettiv u f’waqtu. Dawn huma: ir-Regolament 11 li jkopri l-Ftehim dwar il-Ħruġ 12 u l-FKK fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u r-Regolament 13 li jkopri l-FKK fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat Euratom.

Dawn ir-Regolamenti jipprovdu bażi ġuridika għall-Kummissjoni biex tadotta miżuri unilaterali u ta’ infurzar kif stabbilit fil-FKK u fil-Ftehim dwar il-Ħruġ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tkun tista’ tissospendi l-obbligi tagħha skont il-FKK jekk ir-Renju Unit ma jikkonformax ma’ deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ stabbilit skont il-FKK 14 jew skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ. F’ċerti każijiet, il-Kummissjoni se tkun tista’ taġixxi unilateralment biex tipproteġi l-interessi tal-UE mingħajr ma tirrikorri għall-arbitraġġ, pereżempju, meta sussidju fir-Renju Unit ikun jinvolvi r-riskju ta’ effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn iż-żewġ partijiet 15 .

3.2.Soluzzjoni tat-tilwim

Filwaqt li l-lista ta’ arbitri stabbilita skont l-Artikolu 752 tal-FKK ġiet adottata fl-2022 16 , fl-2023 kompliet il-ħidma fuq il-lista tal-membri tal-bord ta’ esperti biex jiġu vvalutati kwistjonijiet ta’ kundizzjonijiet ekwi f’konformità mal-Artikolu 409(3) tal-FKK. Fit-23 ta’ Marzu 2023, l-UE pproponiet formalment lir-Renju Unit lista ta’ individwi li lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord u presidenti ta’ bord ta’ esperti 17 . Ir-Renju Unit bagħat il-proposta tiegħu lill-UE fit-13 ta’ Lulju 2023. Abbażi ta’ dawn il-proposti rispettivi, għandha titfassal lista ta’ mill-anqas 15-il individwu mill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kundizzjonijiet Ekwi għal Kompetizzjoni Miftuħa u Ġusta u l-Iżvilupp Sostenibbli. Huwa mbassar li din il-lista se titlesta fl-ewwel nofs tal-2024.

3.3.Ilmenti

Fl-2023, tressqu sitt ilmenti permezz tal-għodod ċentralizzati stabbiliti mill-Kummissjoni 18 . Waħda minn dawn is-sottomissjonijiet ġiet iddikjarata ineliġibbli, peress li kienet ġiet sottomessa minn entità mir-Renju Unit. Il-ħames sottomissjonijiet li jifdal kienu jikkonċernaw kwistjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-FKK 19 . Dawn ġew ridirezzjonati lejn id-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni għal tweġiba.

4.Implimentazzjoni settorjali

L-implimentazzjoni settorjali tal-FKK ħadmet tajjeb. L-impenji kollha ta’ implimentazzjoni li kienu dovuti għall-2023 jew fil-bidu tal-2024 tlestew jew kienu fit-triq it-tajba.

Din it-taqsima tistabbilixxi l-kisbiet ewlenin, kif ukoll l-iżviluppi ta’ politika ewlenin fir-Renju Unit fid-diversi oqsma. Hija tikkwantifika wkoll, fejn possibbli, il-flussi kummerċjali bejn l-UE u r-Renju Unit.

4.1.Kummerċ fil-merkanzija

B’mod ġenerali, l-arranġamenti relatati mal-kummerċ stabbiliti fil-FKK ħadmu tajjeb ħafna.

F’konformità mal-Artikolu 31 tal-FKK, l-UE u r-Renju Unit skambjaw fl-istatistika dwar l-importazzjoni tal-2023 20 . Dawn juru li r-rati ta’ utilizzazzjoni tal-preferenzi 21 għadhom għoljin u huma komparabbli ma’ dawk tas-sena ta’ qabel: 88,4 % tal-merkanzija eliġibbli preferenzjali tal-UE esportata lejn ir-Renju Unit u 81,2 % tal-merkanzija eliġibbli preferenzjali importata mir-Renju Unit għamlu użu mill-preferenzi skont il-FKK. Dawn ir-rati huma fost l-ogħla meta mqabbla mar-rati ta’ utilizzazzjoni tal-preferenzi skont il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles tal-UE ma’ sħab oħra 22 .

L-impenji skont il-FKK li kellhom jitlestew ġew issodisfati b’mod sodisfaċenti u f’waqtu għall-kummerċ ta’ prodotti organiċi. L-UE u r-Renju Unit lestew ir-rivalutazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tal-ekwivalenza tal-leġiżlazzjoni ta’ xulxin f’konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Anness 14 tal-FKK. Wara r-rivalutazzjoni, fis-6 ta’ Diċembru 2023 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni 23 li tikkonferma r-rikonoxximent tal-ekwivalenza, f’konformità mal-Artikolu 5(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-FKK 24 . Fir-Renju Unit, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-UE ġie kkonfermat permezz ta’ deċiżjoni ministerjali adottata fl-istess jum. Ir-reġistru online 25 fir-Renju Unit jirrifletti r-rikonoxximent kontinwu tal-UE. Bħala riżultat tar-rivalutazzjoni, il-kummerċ ta’ prodotti organiċi koperti mill-FKK jista’ jkompli mingħajr interruzzjoni wara l-2023.

Fil-laqgħa tiegħu f’Ottubru 2023, il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ lesta r-rieżami ta’ passi ulterjuri biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ fl-inbid, li kien dovut fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ tal-FKK, f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Anness 15.

Biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud u t-talbiet li jikkonċernaw it-taxxi u d-dazji, il-Kumitat responsabbli adotta d-deċiżjonijiet 26 meħtieġa biex jiġi implimentat bis-sħiħ il-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru tat-talbiet relatati mat-taxxi u d-dazji doganali (il-Protokoll dwar il-VAT) imsemmi fl-Artikolu 120 tal-FKK. B’riżultat ta’ dan, il-Protokoll dwar il-VAT jista’ jiġi implimentat bis-sħiħ hekk kif is-sistemi elettroniċi meħtieġa jsiru operattivi, li huwa mistenni matul l-2024. Dan se jippermetti lill-Istati Membri jinfurzaw aħjar ir-regoli tal-VAT tal-UE, kif ukoll jirkupraw it-taxxi u d-dazji doganali min-negozji fir-Renju Unit li jfornu lill-klijenti fl-UE.

Fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, fil-21 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill ta’ Sħubija adotta Deċiżjoni 27 li testendi r-regoli tal-oriġini kurrenti speċifiċi għall-prodott għall-batteriji u l-vetturi elettrifikati bi 3 snin sal-31 ta’ Diċembru 2026. Il-Kunsill ta’ Sħubija enfasizza li din kienet miżura ta’ darba. Sabiex jiġu evitati t-tariffi lil hinn minn din id-data, il-partijiet ikkonċernati jridu jużaw t-3 snin addizzjonali biex jadattaw il-ktajjen tal-provvista sabiex il-vetturi destinati għall-esportazzjoni lejn il-parti l-oħra jkunu mgħammra b’batteriji li jikkonformaw mar-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-FKK. Sabiex tiġi żgurata n-natura ta’ darba ta’ din l-estensjoni, il-Kunsill ta’ Sħubija llimita wkoll is-setgħat futuri tiegħu biex jerġa’ jemenda dawn ir-regoli speċifiċi għall-prodott 28 .

Dwar l-iżviluppi fir-Renju Unit, fil-5 ta’ April 2023 tħabbar approċċ ġdid għall-kontrolli tas-sigurtà fuq il-merkanzija mill-UE, inklużi r-rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji, li għandhom jiġu introdotti progressivament minn Ottubru 2023 29 . Madankollu, fid-29 ta’ Awwissu, bil-pubblikazzjoni tal-Mudell Operattiv fil-Mira tal-Fruntiera 30 , ir-Renju Unit iddeċieda li jdaħħal gradwalment il-kontrolli sħaħ fil-fruntieri għall-importazzjonijiet mill-UE matul l-2024.

Il-pubblikazzjoni tardiva tal-Mudell Operattiv fil-Mira tal-Fruntiera finali u n-nuqqas ta’ dettall dwar ħafna mid-dispożizzjonijiet tiegħu, flimkien ma’ dewmien fl-introduzzjoni taċ-ċertifikazzjoni elettronika mir-Renju Unit, qajmu tħassib sinifikanti fl-UE dwar ir-rekwiżiti u l-proċeduri eżatti li l-esportazzjonijiet tal-UE jiffaċċjaw. Barra minn hekk, rekwiżiti amministrattivi addizzjonali, kostijiet 31 u dewmien twil possibbli fil-fruntiera jista’ jkollhom effett dissważiv fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agroalimentari lejn ir-Renju Unit.

Għalkemm ir-responsabbiltà għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ reġim ta’ importazzjoni fattibbli hija tar-Renju Unit, biex tgħin lill-partijiet ikkonċernati tal-UE jħejju għar-rekwiżiti l-ġodda tal-importazzjoni, il-Kummissjoni fittxet il-kjarifiki meħtieġa mill-awtoritajiet tar-Renju Unit permezz tal-kanali stabbiliti mill-FKK, bħall-Kumitati Speċjalizzati għall-Kummerċ dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji u dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini. Il-Kummissjoni użat strutturi bħall-Grupp Konsultattiv Domestiku u l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Aċċess għas-Swieq biex tikkollabora mal-partijiet ikkonċernati fl-UE.

Fl-1 ta’ Awwissu 2023, id-Dipartiment għan-Negozju u l-Kummerċ ħabbar estensjoni indefinita tal-użu tal-marka CE għal 18-il kategorija ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu 32 . Dan ifisser li l-manifatturi tal-UE ta’ dawn il-kategoriji ta’ prodotti ma għandhomx għalfejn iwaħħlu l-marka ta’ Konformità tar-Renju Unit (UKCA) biex iqiegħdu oġġetti fis-suq fil-Gran Brittanja iżda jistgħu jkomplu jużaw il-markatura CE biex jikkonfermaw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza, tas-saħħa u tal-protezzjoni ambjentali. Lanqas ma huwa meħtieġ li jgħaddu minn valutazzjoni tal-konformità ta’ parti terza fir-Renju Unit. Għadu mhux ċar jekk dipartimenti oħra tal-gvern fir-Renju Unit humiex se jippermettu l-użu kontinwu tal-marka CE għal kategoriji oħra ta’ prodotti.

Il-flussi kummerċjali bejn l-UE u r-Renju Unit żviluppaw kif ġej fl-2023 33 .

Fl-ewwel tliet trimestri tal-2023, l-UE esportat merkanzija b’valur ta’ EUR 251 biljun lejn ir-Renju Unit, li jirrappreżenta żieda ta’ 2,8 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022 u 3,5 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2019 34 . Il-valur tal-importazzjonijiet tal-UE mir-Renju Unit fl-ewwel tliet trimestri tal-2023 kien ta’ EUR 139 biljun, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 15,7 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022 u tnaqqis ta’ 4,2 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2019. Fl-2023, l-UE kellha surplus kummerċjali mdaqqas mar-Renju Unit li ammonta għal EUR 112-il biljun.

Meta wieħed iqabbel il-kummerċ tal-UE mar-Renju Unit mal-kummerċ tal-UE mal-bqija tad-dinja fl-ewwel tliet trimestri tal-2023, l-esportazzjonijiet tal-UE lejn pajjiżi oħra mhux tal-UE żdiedu b’0,5 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022 u bi 23,5 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2019. L-importazzjonijiet tal-UE minn pajjiżi terzi oħra naqsu bi 15,2 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022 u żdiedu b’35,1 % meta mqabbla mal-2019.

Illustrazzjoni 1: Il-kummerċ tal-UE fil-merkanzija mar-Renju Unit meta mqabbel mal-kummerċ tal-UE mal-bqija tad-dinja, l-ewwel tliet trimestri tal-2019, l-2022 u l-2023, EUR biljun. Sors: L-Eurostat

Fl-ewwel tliet trimestri tal-2023, il-kummerċ totali tal-merkanzija mar-Renju Unit ammonta għal 10,2 % tal-kummerċ tal-UE mas-sħab internazzjonali tagħha, li jirrappreżenta żieda żgħira minn 9,9 % fl-2022 u tnaqqis minn 12,7 % fl-2019.

Ir-Renju Unit kien id-destinazzjoni ta’ 13,2 % tal-esportazzjonijiet tal-UE (meta mqabbel ma’ 12,9 % fl-2022 u 15,3 % fl-2019), it-tieni wara l-Istati Uniti (19,5 %). Ir-Renju Unit kien l-oriġini ta’ 7,3 % tal-importazzjonijiet tal-UE (meta mqabbel ma’ 7,3 % fl-2022 u 10,00 % fl-2019), fit-tielet post wara ċ-Ċina (20,4 %) u l-Istati Uniti (13,5 %).

Illustrazzjoni 2: Il-kummerċ tal-UE fil-merkanzija mat-tliet sħab internazzjonali ewlenin tagħha, l-ewwel tliet trimestri tal-2019, l-2022 u l-2023, (%). Sors: L-Eurostat 

Is-setturi fejn l-esportazzjonijiet tal-UE lejn ir-Renju Unit urew l-akbar żieda fl-2023 meta mqabbla mal-2022 kienu l-makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (+ 14 %), u l-ikel, ix-xorb u t-tabakk (+ 11 %). L-importazzjonijiet tal-UE mir-Renju Unit fl-2023 żdiedu biss għall-makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (+ 15 %), u l-ikel, ix-xorb u t-tabakk (+ 4 %), filwaqt li naqsu għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ prodotti.

 

Illustrazzjoni 3: Il-kummerċ tal-UE fil-merkanzija mar-Renju Unit skont il-Klassifikazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali Standard (SITC) għall-merkanzija, l-ewwel tliet trimestri tal-2019, l-2022 u l-2023, EUR biljun. Sors: L-Eurostat

4.2.Servizzi u investiment, kummerċ diġitali, proprjetà intellettwali, akkwist pubbliku u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju

Ma kien hemm l-ebda problema sinifikanti ta’ implimentazzjoni fl-oqsma tas-servizzi u tal-investiment, il-kummerċ diġitali, il-proprjetà intellettwali, l-akkwist pubbliku u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Fil-laqgħa tiegħu f’Ottubru 2023, il-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar is-Servizzi, l-Investiment u l-Kummerċ Diġitali lesta r-rieżami tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni dwar il-flussi transfruntiera tad-data, li kienet dovuta fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ tal-FKK, f’konformità mal-Artikolu 201(2).

Fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, il-Kummissjoni vvalutat ir-Rakkomandazzjoni Konġunta ppreżentata f’Ottubru 2022 mill-Kunsill tal-Ewropa tal-Periti u mill-Bord għar-Reġistrazzjoni tal-Periti fir-Renju Unit, skont l-Artikolu 158(3) tal-FKK, kif ukoll abbozz ta’ ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-proposta kienet żbilanċjata u ta’ preġudizzju għall-periti tal-UE, peress li tagħti lill-periti li kkwalifikaw fir-Renju Unit livell ta’ rikonoxximent simili għal dak li kienu jgawdu meta r-Renju Unit kien Stat Membru, filwaqt li l-periti li kkwalifikaw fi Stat Membru tal-UE jkunu meħtieġa jagħmlu eżamijiet professjonali speċifiċi fir-Renju Unit. Din l-asimmetrija ma hija ġġustifikata għall-ebda waħda mir-raġunijiet possibbli għall-miżuri ta’ kumpens stabbiliti fil-FKK. Il-korpi professjonali ppreżentaw verżjoni riveduta tar-rakkomandazzjoni konġunta u abbozz ta’ ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku, li ma jindirizzawx din l-asimmetrija. Il-Kummissjoni tqis li dawn id-dokumenti ma humiex bażi adegwata biex jinbdew in-negozjati.

Komplew id-diskussjonijiet mar-Renju Unit dwar ir-regoli tiegħu dwar il-Mobbiltà tan-Negozju Globali u d-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-operaturi tal-UE, b’mod partikolari r-rekwiżiti onerużi ta’ sponsorizzazzjoni li l-fornituri ta’ servizzi tal-UE jridu jissodisfaw biex jipprovdu servizz fir-Renju Unit 35 . Il-Kummissjoni se tkompli tfittex riżoluzzjoni.

Fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, bdew diskussjonijiet bejn l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-UE u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tar-Renju Unit dwar it-titjib tal-kooperazzjoni, kif previst fl-Artikolu 273 tal-FKK, permezz ta’ memorandum ta’ qbil.

Il-flussi kummerċjali bejn l-UE u r-Renju Unit żviluppaw kif ġej fl-2023 36 .

Fl-ewwel tliet trimestri tal-2023, l-UE esportat servizzi b’valur ta’ EUR 197 biljun lejn ir-Renju Unit, li jirrappreżenta żieda ta’ 5,2 % fuq l-istess perjodu fl-2022 u 18,2 % aktar milli fl-istess perjodu tal-2019. Il-valur tal-importazzjonijiet tal-UE mir-Renju Unit kien ta’ EUR 152 biljun, li jirrappreżenta żieda ta’ 4,6 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022 u 17,9 % aktar meta mqabbel mal-2019. Fl-2023, l-UE kellha surplus kummerċjali mar-Renju Unit li ammonta għal EUR 45 biljun.

Meta jitqabbel il-kummerċ tal-UE mar-Renju Unit mal-kummerċ tal-UE mal-bqija tad-dinja, fl-ewwel nofs tal-2023, l-esportazzjonijiet tal-UE lejn pajjiżi terzi oħra naqsu marġinalment b’0,4 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022 u żdiedu bi 28,7 % meta mqabbla mal-2019. L-importazzjonijiet tal-UE minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b’4,9 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022 u bi 28,8 % meta mqabbla mal-2019.

Illustrazzjoni 4: Il-kummerċ tal-UE fis-servizzi mar-Renju Unit meta mqabbel mal-kummerċ tal-UE mal-bqija tad-dinja, l-ewwel tliet trimestri tal-2019, l-2022 u l-2023, EUR biljun. Sors: L-Eurostat

Fl-ewwel tliet trimestri tal-2023, il-kummerċ totali fis-servizzi mar-Renju Unit ammonta għal 19,1 % tal-kummerċ totali tal-UE mas-sħab internazzjonali tagħha, li jirrappreżenta żieda żgħira minn 18,7 % fl-2022 u tnaqqis meta mqabbel mal-2019 (20,5 %).

Ir-Renju Unit kien id-destinazzjoni ta’ 20,1 % tal-esportazzjonijiet tal-UE fl-2023 (meta mqabbel ma’ 19,2 % fl-2022 u 21,5 % fl-2019), it-tieni wara l-Istati Uniti (21,7 %). Ir-Renju Unit kien l-oriġini ta’ 18,0 % tal-importazzjonijiet tal-UE (meta mqabbel ma’ 18,0 % fl-2022 u 19,3 % fl-2019), it-tieni wara l-Istati Uniti (33,6 %).

Illustrazzjoni 5: Il-kummerċ tal-UE fis-servizzi mat-tliet sħab internazzjonali ewlenin tagħha, l-ewwel tliet trimestri tal-2019, l-2022 u l-2023, (%). Sors: L-Eurostat

Is-setturi fejn l-esportazzjonijiet tal-UE lejn ir-Renju Unit urew l-akbar żieda fl-2023 meta mqabbla mal-2022 kienu l-ivvjaġġar (+ 19,2 %) u s-servizzi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet (+ 12,4 %). L-ivvjaġġar wera wkoll l-akbar żieda għall-importazzjonijiet tal-UE mir-Renju Unit (+ 19,3 %), segwit mit-telekomunikazzjoni u s-servizzi tal-kompjuter (+ 8,8 %).

Illustrazzjoni 6: Il-kummerċ fis-servizzi tal-UE mar-Renju Unit fl-ewwel tliet trimestri tal-2023 meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022 u l-2019, skont it-tip ta’ servizz 37 , EUR biljun. Sors: L-Eurostat

4.3.Enerġija

Fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku kurrenti, huwa partikolarment importanti li tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar l-enerġija bejn l-UE u r-Renju Unit. Is-sinifikat tal-kooperazzjoni f’dan il-qasam ġie enfasizzat fit-tieni laqgħa tal-Kunsill ta’ Sħubija. Madankollu, l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet dwar l-enerġija fil-FKK baqgħet ta’ sfida minħabba l-kumplessità tal-fajl.

Sar biss progress parzjali fl-implimentazzjoni tal-arranġamenti l-ġodda għan-negozjar tal-elettriku previsti fl-Artikolu 312 u fl-Anness 29 tal-FKK. Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija tas-7 ta’ Frar 2023, l-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni mill-UE u mir-Renju Unit ippreżentaw informazzjoni addizzjonali. Din l-informazzjoni ma identifikatx triq ċara ’l quddiem għall-adozzjoni tal-arranġamenti l-ġodda, peress li baqa’ tħassib dwar kemm is-soluzzjonijiet potenzjali jkunu robusti u validi fil-futur. Il-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija jkompli jesplora l-għażliet u l-modi kif jiġi indirizzat dan it-tħassib.

Fil-kuntest tal-isforzi biex issir diversifikazzjoni lil hinn mill-fjuwils Russi, il-kooperazzjoni skont l-Artikolu 315 tal-FKK dwar is-sigurtà tal-provvista kompliet tkun ta’ importanza kbira. Fl-2023, il-provvisti tal-gass mir-Renju Unit lejn l-UE baqgħu għoljin. Dan ikkontribwixxa għas-sigurtà tal-provvista tal-UE u għad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija. B’antiċipazzjoni għax-xitwa tal-2023-2024, saru skambji tekniċi dwar it-tħejjija għall-gass u l-elettriku u dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet offshore.

F’konformità mal-Artikolu 319 tal-FKK dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, l-UE infurmat lir-Renju Unit dwar il-miri aktar ambizzjużi tagħha li jirriżultaw mid-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli 38 u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika 39 .

Il-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għamlet progress, f’konformità mal-Artikolu 321 tal-FKK, u taħt il-kappa tal-Memorandum ta’ Qbil dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta bejn il-parteċipanti tal-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana u r-Renju Unit 40 .

L-UE u r-Renju Unit ħadu wkoll passi biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-awtoritajiet regolatorji tagħhom, kif previst fl-Artikoli 317 u 318 tal-FKK. Huwa mistenni li l-arranġamenti ta’ ħidma bejn l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni taż-żewġ partijiet għall-gass u l-elettriku 41 u l-awtoritajiet regolatorji 42 se jiġu stabbiliti fl-2024.

4.4.Trasport

L-implimentazzjoni tal-FKK fil-qasam tat-trasport ma kinitx problematika u ffukat fuq l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet mogħtija reċiprokament mill-partijiet.

Fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni, minn 18-il applikazzjoni għall-validazzjoni taċ-ċertifikati maħruġa mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit, 1 ġiet approvata mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-UE (EASA) abbażi tal-Artikolu 446 flimkien mal-Anness 30 tal-FKK. Bl-appoġġ tal-EASA, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ivvalidaw 4 minn 5 proġetti ppreżentati mill-applikanti tal-UE. Dawn iċ-ċifri huma fi ħdan il-firxa mistennija ta’ attività f’termini ta’ validazzjoni.

Fil-qasam tat-trasport bl-ajru, sa tmiem l-2023, kien hemm 23 ftehim bilaterali 43 dwar is-servizzi ta’ merkanzija biss bejn Stat Membru tal-UE u r-Renju Unit f’konformità mal-Artikoli 419 (4) u (9) tal-FKK. Tnejn minn dawn il-ftehimiet (mal-Kroazja u s-Slovenja) ġew konklużi fl-2023.

Fil-qasam tat-trasport bit-triq, il-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq adotta Deċiżjoni 44 skont l-Artikolu 468(5) u l-Artikolu 2(2) tat-Taqsima 4 tal-Parti B tal-Anness 31 tal-FKK, li tadatta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-takografu intelliġenti 2 kif stabbilit fid-dritt tal-UE 45 . B’riżultat ta’ dan, l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq stabbiliti fir-Renju Unit huma meħtieġa jgħammru l-vetturi tagħhom b’takografi intelliġenti li jissodisfaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meta jwettqu vjaġġi f’konformità mal-Artikolu 462 tal-FKK.

Għall-finijiet ta’ kompletezza, fil-qasam tat-trasport ferrovjarju, li ma huwiex kopert mill-FKK, fl-20 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni adottat proposta 46 għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lir-Repubblika Franċiża biex tinnegozja, tiffirma u tikkonkludi ftehim internazzjonali dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza u l-interoperabbiltà fil-Kollegament Fiss tal-Kanal.

Fir-rigward tal-iżviluppi fir-Renju Unit, il-leġiżlazzjoni 47 dwar il-kabotaġġ ġiet emendata, billi ġie rrevokat id-dritt tal-operaturi tal-UE li jwettqu dan it-tip ta’ attività wara l-vjaġġ mingħajr tagħbija jew flimkien mal-attivitajiet tat-trasport fir-Renju Unit. Barra minn hekk, tneħħa d-dritt tal-operaturi tal-UE li jwettqu attivitajiet tat-trasport bejn ir-Renju Unit u pajjiżi oħra mhux tal-UE. Skont ir-Renju Unit, l-għan ta’ dawn il-bidliet kien li jallinja l-livell ta’ ftuħ tas-suq tiegħu mal-obbligi tiegħu skont il-FKK.

4.5.Sajd

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FKK dwar is-sajd għamlet progress tajjeb.

Sabiex tittejjeb il-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tas-sajd kondiviżi, il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd adotta diversi deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet fl-2023, inklużi linji gwida konġunti għan-notifika ta’ miżuri ta’ ġestjoni lill-parti l-oħra 48 .

Il-Kummissjoni kompliet ukoll tiddiskuti mar-Renju Unit il-miżuri ta’ ġestjoni nnotifikati skont l-Artikolu 496(3) tal-FKK li jistgħu jaffettwaw il-bastimenti taż-żewġ partijiet.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Unit, Jersey u Guernsey bdew jimplimentaw l-arranġamenti għat-tip u l-kundizzjonijiet tal-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tas-sajd tal-UE jwettqu fl-ilmijiet ta’ Jersey u ta’ Guernsey, kif previst fl-Artikolu 502 tal-FKK.

F’Diċembru, l-UE u r-Renju Unit ikkonkludew il-konsultazzjonijiet annwali tagħhom biex jiddeterminaw il-qabdiet totali permissibbli għall-istokkijiet kondiviżi fl-2024 skont l-Artikolu 498 tal-FKK. Il-partijiet laħqu ftehim komprensiv li jkopri l-istokkijiet kollha, u b’hekk żguraw opportunitajiet tas-sajd ta’ aktar minn 388 000 tunnellata għall-flotta tal-UE, stmati li jiswew madwar EUR 1 biljun abbażi tal-prezzijiet storiċi tal-ħatt l-art, aġġustati għall-inflazzjoni.

Fl-aħħar nett, fil-kuntatti tagħha mar-Renju Unit matul l-2023, l-UE enfasizzat l-importanza li jiġu stabbiliti l-arranġamenti għall-aċċess reċiproku għall-ilmijiet minn Lulju 2026 ’il quddiem.

4.6.Koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

Il-kooperazzjoni f’dan il-qasam kienet kostruttiva, biż-żewġ partijiet impenjati li jsolvu kwalunkwe kwistjoni li tista’ tinqala’ fl-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-FKK (“il-Protokoll”).

Sabiex tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni tad-data u jiġu ċċarati ċerti aspetti finanzjarji, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali adotta żewġ Deċiżjonijiet 49 .

Barra minn hekk, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali wettaq ħidma teknika dwar suġġetti bħal bidliet minimi addizzjonali għal dokumenti elettroniċi strutturati u bidliet minimi potenzjali fid-dokumenti portabbli, proċeduri li għandhom jiġu segwiti għar-rimborż tal-kost tal-benefiċċji tal-mard, u t-traspożizzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali.

4.7.Infurzar tal-liġi u kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali

L-implimentazzjoni tal-FKK fir-rigward tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja ffunzjonat mingħajr xkiel.

Fil-qasam tal-iskambji ta’ profili tad-DNA u marki tas-swaba’, sa tmiem l-2023, 19-il Stat Membru 50 u r-Renju Unit kienu taw lil xulxin aċċess għall-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom tad-DNA għal tiftix awtomatizzat, f’konformità mal-Artikolu 530 tal-FKK. 12-il Stat Membru 51 u r-Renju Unit għamlu dan fir-rigward tal-marki tas-swaba’, f’konformità mal-Artikolu 534 tal-FKK.

Dwar it-trasferiment tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lir-Renju Unit għal titjiriet bejn l-UE u r-Renju Unit, f’konformità mal-Artikolu 552(15) tal-FKK, il-perjodu interim skada fil-31 ta’ Diċembru 2023 52 . Mill-1 ta’ Jannar 2024, ir-Renju Unit irid iħassar id-data tal-PNR ta’ passiġġier wara li dan jitlaq mir-Renju Unit, sakemm valutazzjoni tar-riskju ma tindikax il-ħtieġa li tinżamm tali data.

Sabiex il-kooperazzjoni f’materji kriminali ssir aktar faċli, il-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja adotta formola standard 53 għat-talbiet għal assistenza reċiproka f’materji kriminali, kif imsemmi fl-Artikolu 635 tal-FKK. L-awtoritajiet kompetenti ilhom meħtieġa jużaw din il-formola mill-1 ta’ Settembru 2023. Din fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għal talba għal assistenza reċiproka.

4.8.Assoċjazzjoni tar-Renju Unit ma’ ċerti programmi tal-UE

Pass importanti fl-implimentazzjoni tal-FKK inkiseb bl-assoċjazzjoni tar-Renju Unit ma’ ċerti programmi f’konformità mal-Ħames Parti tal-FKK, li jipprovdu aktar opportunitajiet għall-kooperazzjoni fix-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Il-Protokolli I u II, adottati fl-4 ta’ Diċembru 2023 mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni, ikopru t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f’Orizzont Ewropa u l-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali (Protokoll I), kif ukoll l-aċċess għas-servizzi tal-komponent tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju tal-UE tal-Programm Spazjali (Protokoll II) skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2021 - 2027. Ir-Renju Unit għażel li ma jipparteċipax fil-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom u fl-Impriża Konġunta Fużjoni għall-Enerġija.

L-assoċjazzjoni tar-Renju Unit ma’ Orizzont Ewropa daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024, u għamlitha possibbli għall-entitajiet mir-Renju Unit li jiffirmaw ftehimiet ta’ għotja u jirċievu finanzjament taħt il-programmi rilevanti mir-raba’ sena tal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti. Sa dak iż-żmien, l-arranġamenti tranżizzjonali tal-Kummissjoni għall-pajjiżi fil-proċess li jsiru assoċjati ma’ Orizzont Ewropa kienu jippermettu li entitajiet mir-Renju Unit jiġu evalwati fuq l-istess termini bħal dawk minn pajjiżi li kienu diġà assoċjati.

5.Evoluzzjoni fid-dritt tar-Renju Unit

Il-Kummissjoni kompliet timmonitorja mill-qrib l-iżviluppi leġiżlattivi fir-Renju Unit, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq l-impenji skont il-FKK.

Din it-taqsima tiġbor fil-qosor l-iżviluppi fil-liġijiet rilevanti tar-Renju Unit ta’ natura trażversali (it-Taqsima 5.1.) u dawk pertinenti għall-kundizzjonijiet ekwi (it-Taqsima 5.2.), filwaqt li tħares lejn l-aktar proposti leġiżlattivi sinifikanti (abbozzi ta’ liġijiet) u l-leġiżlazzjoni adottata (atti). F’każijiet fejn ġiet adottata leġiżlazzjoni, ir-rapport jenfasizza r-rilevanza tagħha għall-FKK. Avviżi ta’ intenzjonijiet ta’ politika u konsultazzjonijiet pubbliċi ma humiex koperti. Filwaqt li dawn jistgħu jindikaw direzzjoni ta’ politika, ikun prematur li jinsiltu konklużjonijiet dwar ir-rilevanza tagħhom għall-FKK.

5.1.Materji trażversali

Fl-2023, għaddew żewġ atti importanti, u tressqu żewġ abbozzi ta’ liġi li jistgħu jaffettwaw kif jopera l-FKK f’ħafna oqsma. Abbozz ta’ liġi li qajjem tħassib sinifikanti dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ġie rtirat.

L-Att dwar id-Dritt Miżmum tal-UE (Revoka u Riforma) 54 ġie mgħoddi fid-29 ta’ Ġunju 2023. L-Att jirrevoka ċerti liġijiet miżmuma tal-UE sa tmiem l-2023 u jneħħi l-istatus speċjali tad-dritt miżmum kollu tal-UE fl-ordni ġuridiku tar-Renju Unit 55 . Barra minn hekk, l-Att jiddelega setgħat sinifikanti lill-awtoritajiet tar-Renju Unit biex jirrevokaw, jemendaw jew jimmodifikaw il-liġijiet miżmuma tal-UE.

Il-Kummissjoni segwiet mill-qrib l-iżviluppi fl-adozzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni u l-kompatibbiltà tagħha mal-impenji tar-Renju Unit skont il-FKK. Fit-tweġiba uffiċjali tagħhom lill-Viċi President Šefčovič u f’sensiela ta’ laqgħat tekniċi, l-awtoritajiet tar-Renju Unit infurmaw lill-Kummissjoni li l-objettiv tal-Att ma huwiex li jbaxxi l-livelli ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet relatati max-xogħol, l-ambjent u l-klima skont il-FKK. Madankollu, se jkun meħtieġ aktar monitoraġġ biex tiġi żgurata l-konformità fid-dawl tas-setgħa wiesgħa mogħtija lill-awtoritajiet tar-Renju Unit biex jimmodifikaw id-dritt miżmum tal-UE u r-rwol tal-qrati tiegħu fl-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni miżmuma tal-UE 56 .

Fl-20 ta’ Lulju 2023, għadda l-Att dwar l-Immigrazzjoni Illegali 57 , li taħtu l-persuni li jidħlu fir-Renju Unit illegalment mhux se jitħallew jibqgħu, iżda se jinżammu u jitneħħew minnufih, lejn pajjiżhom jew lejn pajjiż ieħor. Barra minn hekk, fis-7 ta’ Diċembru 2023, ġie introdott l-Abbozz ta’ Liġi dwar is-Sikurezza tar-Rwanda (Ażil u Immigrazzjoni) 58 , li jiddikjara lir-Rwanda bħala pajjiż sikur, li fih jistgħu jitneħħew persuni mir-Renju Unit. Fid-dikjarazzjoni tiegħu skont it-Taqsima 19(1)(b) tal-Att tar-Renju Unit dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Ministru għall-Intern iddikjara li ma kienx “[…] kapaċi jagħmel dikjarazzjoni li […] id-dispożizzjonijiet tal-Abbozz ta’ Liġi dwar is-Sikurezza tar-Rwanda (Ażil u Immigrazzjoni) huma kompatibbli mad-drittijiet tal-Konvenzjoni, iżda l-Gvern madankollu jixtieq li l-Kamra tipproċedi bl-Abbozz ta’ Liġi 59 . Il-Kummissjoni tinnota dawn l-iżviluppi bi tħassib u tistenna li r-Renju Unit jirrispetta l-obbligi internazzjonali tiegħu, b’mod partikolari dawk skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li tifforma l-bażi għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali skont il-FKK.

F’Marzu 2023, il-gvern tar-Renju Unit ippreżenta verżjoni ġdida tal-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Informazzjoni Diġitali (Nru 2) 60 . L-objettiv tal-Abbozz ta’ Liġi huwa li jirriforma l-qafas tal-protezzjoni tad-data fir-Renju Unit, li fuqu l-Kummissjoni bbażat id-deċiżjonijiet tagħha dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni għad-data personali. L-Abbozz ta’ liġi huwa intenzjonat li jagħmel bidliet f’diversi oqsma, b’mod partikolari, ir-raġunijiet legali għall-ipproċessar ta’ data personali, l-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ir-regoli għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi u l-istabbiliment u l-funzjonament tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti tal-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-proċess leġiżlattiv.

Il-Gvern tar-Renju Unit introduċa l-Abbozz ta’ Liġi dwar is-Swieq Diġitali, il-Kompetizzjoni u l-Konsumaturi 61 f’April 2023. L-Abbozz ta’ Liġi jipprevedi r-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq diġitali u d-deżinjazzjoni ta’ impriżi bi status strateġiku tas-suq. Huwa jfittex ukoll li jirriforma ċerti aspetti tal-liġi tal-kompetizzjoni u joħloq żewġ reġimi separati għall-infurzar ċivili tal-liġi tal-konsumatur: reġim ibbażat fuq il-qorti u reġim ta’ infurzar dirett amministrat mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u s-Swieq tar-Renju Unit. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-proċess leġiżlattiv.

Fl-aħħar nett, l-Abbozz ta’ Liġi dwar id-Drittijiet 62 introdott fl-2022 ġie rtirat fis-27 ta’ Ġunju 2023.

5.2.Kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta u għal żvilupp sostenibbli 

Il-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa l-iżviluppi regolatorji f’dan il-qasam u titlob kjarifiki mir-Renju Unit fejn meħtieġ.

5.2.1.Kontroll tas-sussidji u tassazzjoni

Tliet tipi ta’ sussidji eżentati bħala kategorija, ir-“Rotot Simplifikati 63 , ġew adottati f’Jannar 2023. It-tliet Rotot Simplifikati jkopru: (i) ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni; (ii) l-użu tal-enerġija; u (iii) it-tkabbir lokali u jeżentaw lill-awtoritajiet pubbliċi milli jivvalutaw il-miżuri ta’ sussidju kontra l-prinċipji tas-sussidju.

Il-Kummissjoni kompliet timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni adottata qabel li daħlet fis-seħħ fl-2023, bħar-reġim il-ġdid ta’ kontroll tas-sussidji skont l-Att tal-2022 dwar il-Kontroll tas-Sussidji 64 . Hija talbet ukoll kjarifiki mir-Renju Unit dwar pakkett ta’ miżuri dwar il-kostijiet tal-elettriku għall-industriji intensivi fl-enerġija 65 , kif ukoll aġġornament dwar iż-żoni ta’ investiment u l-portijiet ħielsa.

5.2.2.Standards tax-xogħol u dawk soċjali, tal-ambjent u tal-klima

Fil-qasam tal-istandards tax-xogħol u dawk soċjali, il-Kummissjoni segwiet l-iżviluppi madwar l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Att tal-2023 dwar l-Istrajks (Livelli Minimi ta’ Servizz) 66 , li jagħti s-setgħa lill-gvern tar-Renju Unit li jistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ servizz matul l-istrajks f’ċerti setturi tas-servizz pubbliku.

Wara sottomissjoni 67 mit-Trades Union Congress lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-allegati attakki fuq id-dritt tal-ħaddiema li jistrajkjaw, fis-17 ta’ Lulju 2023 il-Kumitat tal-ILO dwar l-Applikazzjoni tal-Istandards ħeġġeġ lill-gvern tar-Renju Unit jiffaċilita d-djalogu mas-sħab soċjali u jiżgura li kwalunkwe leġiżlazzjoni eżistenti jew ġdida tikkonforma mar-regoli internazzjonali dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni 68 . Wieħed għad irid jara kif dawn ir-rakkomandazzjonijiet se jiġu indirizzati.

Barra minn hekk, fit-13 ta’ Lulju 2023, il-High Court tar-Renju Unit annullat l-istrument legali li jippermetti lill-aġenziji tal-impjieg li konxjament jipprovdu ħaddiema temporanji lil persuna li timpjega biex iwettqu d-dmirijiet ta’ ħaddiema li jieħdu sehem fi strajk 69 .

Fil-qasam tal-ambjent u l-klima, ir-Renju Unit għadda leġiżlazzjoni sekondarja 70  li tnaqqas l-għadd ta’ kwoti taħt l-Iskema tiegħu għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li għandhom jiġu rkantati mill-2024 ’il quddiem biex jissaħħu l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni mmonitorjat dawn il-bidliet flimkien ma’ żviluppi oħra, bħat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-ETS tar-Renju Unit, li ħoloq distakk ma’ dawk tal-EU ETS, u l-adozzjoni mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima tar-Rapport tal-2023 lill-Parlament 71 dwar il-progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-valutazzjoni tat-tħabbiriet u l-iżviluppi dwar l-Emissjonijiet Żero Netti fir-Renju Unit 72 .

Il-Kummissjoni mmonitorjat ukoll l-iżvilupp ta’ politika dwar is-sustanzi kimiċi fir-Renju Unit (UK REACH) u d-diverġenza tagħha mill-politika tal-UE (REACH tal-UE).

6.Konklużjonijiet

Il-FKK ma huwiex, u ma jistax ikun, sostitut għas-sħubija fl-UE. Il-fatt li tkun barra mis-suq uniku tal-UE u l-politiki tagħha għandu implikazzjonijiet inevitabbli għall-kummerċ, l-aċċess għas-suq u l-firxa tal-kooperazzjoni.

Madankollu, kif sottolinjat qabel 73 , il-FKK huwa ftehim tajjeb ħafna għall-UE. Huwa joħloq bilanċ tajjeb bejn id-drittijiet u l-obbligi għaż-żewġ partijiet u jipprevedi aċċess wiesa’ għas-suq u kooperazzjoni estensiva.

Il-Kummissjoni tibqa’ impenjata bis-sħiħ li tmexxi ’l quddiem l-implimentazzjoni tal-FKK u li taħdem mar-Renju Unit b’mod kooperattiv u kostruttiv għal dan l-għan.



Anness 1: Laqgħat fl-2023 tal-korpi konġunti u strutturi oħra stabbiliti mill-FKK

Data

Korp/struttura konġunta

Bejn is-7 u d-9 ta' Marzu

Sajd (Grupp ta’ Ħidma): Ir-4 laqgħa

Id-9 ta' Marzu

Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE: Is-6 laqgħa

L-24 ta' Marzu

Il-Kunsill ta’ Sħubija: It-2 laqgħa

Bejn it-18 u l-20 ta’ April

Sajd (Grupp ta’ Ħidma): Il-5 laqgħa

L-1 ta' Ġunju

Trasport bl-Ajru (Kumitat Speċjalizzat): It-3 laqgħa

Id-19 ta' Ġunju

Infurzar tal-Liġi u Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Kumitat Speċjalizzat): It-3 laqgħa

Il-21 ta' Ġunju

Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE: Is-7 laqgħa

Is-27 ta' Ġunju

Sajd (Kumitat Speċjalizzat): Is-6 laqgħa

It-28 ta' Ġunju

Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Kumitat Speċjalizzat): It-3 laqgħa

Bejn it-3 u l-4 ta’ Lulju

Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija: It-3 laqgħa

Is-26 ta’ Lulju

Sajd (Grupp ta’ Ħidma): Is-6 laqgħa

It-22 ta’ Settembru

Sajd (Kumitat Speċjalizzat): Is-7 laqgħa

Is-27 ta’ Settembru

Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

L-4 ta' Ottubru

Kundizzjonijiet Ekwi għal Kompetizzjoni Miftuħa u Ġusta u Żvilupp Sostenibbli (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

Id-9 ta’ Ottubru

Servizzi, Investiment u Kummerċ Diġitali (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

Il-11 ta’ Ottubru

Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

It-13 ta’ Ottubru

Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE: It-8 laqgħa

It-18 ta’ Ottubru

Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

Id-19 ta’ Ottubru

Kooperazzjoni Amministrattiva fil-VAT u l-Irkupru tat-Taxxi u d-Dazji (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

It-23 ta’ Ottubru

Proprjetà Intellettwali (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

Is-6 ta’ Novembru

Kooperazzjoni Regolatorja (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

Is-7 ta’ Novembru

Forum tas-Soċjetà Ċivili: It-2 laqgħa

It-8 ta’ Novembru

Merkanzija (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

Id-9 ta’ Novembru

Enerġija (Kumitat Speċjalizzat): Ir-4 laqgħa

Is-16 ta’ Novembru

Akkwist Pubbliku (Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ): It-3 laqgħa

It-23 ta’ Novembru

Trasport bit-Triq (Kumitat Speċjalizzat): It-3 laqgħa

It-30 ta’ Novembru

Sikurezza tal-Avjazzjoni (Kumitat Speċjalizzat): It-3 laqgħa

Bejn l-4 u l-5 ta’ Diċembru

Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija: Ir-4 laqgħa

L-4 ta’ Diċembru

Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni (Kumitat Speċjalizzat): It-3 laqgħa

Is-7 ta’ Diċembru

Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali It-3 laqgħa



Anness 2: Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet għall-implimentazzjoni maqbula mill-Kunsill ta’ Sħubija fl-24 ta’ Marzu 2023

Suġġett

Il-qagħda bħalissa

Assoċjazzjoni tar-Renju Unit mal-programmi tal-Unjoni

IKKONSENJAT: Assoċjazzjoni ma’ Orizzont Ewropa u Copernicus mill-1 ta’ Jannar 2024. Il-Protokolli tal-FKK ġew adottati mill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni fl-4 ta’ Diċembru 2023.

Arranġamenti ġodda ta’ kummerċ tal-elettriku u kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku

Input tekniku addizzjonali riċevut mill-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni fl-10 ta’ Lulju. Il-fajl qed jiġi vvalutat, b’aktar diskussjonijiet mar-Renju Unit fuq bażi regolari.

MtQ dwar il-kooperazzjoni regolatorja dwar is-servizzi finanzjarji

IKKONSENJAT: Il-MtQ ġie ffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2023 u huwa operattiv.

MtQ dwar il-kooperazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali bejn l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tar-Renju Unit (UKIPO)

Id-diskussjonijiet bejn l-EUIPO u l-UKIPO qed javvanzaw.

Ir-Renju Unit: Att dwar id-Dritt Miżmum tal-UE

IKKONSENJAT: Fit-2 ta’ Lulju 2023 saret laqgħa teknika bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni u r-Renju Unit. Ir-Renju Unit ipprovda spjegazzjonijiet dwar il-kontenut tal-Att.

Ir-Renju Unit: Abbozz ta’ Liġi dwar id-Drittijiet

OBSOLETI: Ir-Renju Unit irtira l-abbozz ta’ liġi.

Regoli ta’ proċedura mudell għall-gruppi ta’ ħidma stabbiliti taħt il-FKK

IKKONSENJAT: Ir-regoli ġew miftiehma mar-Renju Unit fil-livell tekniku. Fit-28 ta’ Settembru, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tiegħu, skont l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-UE dwar din il-kwistjoni. Dan jippermetti li l-gruppi ta’ ħidma dwar il-prodotti organiċi, il-vetturi bil-mutur u l-partijiet, il-prodotti mediċinali u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jsiru operattivi.

Djalogu dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

IKKONSENJAT: Id-djalogu sar fit-2 ta’ Frar 2024.

Djalogu dwar kwistjonijiet ċibernetiċi

IKKONSENJAT: Id-djalogu sar fl-14 ta’ Diċembru 2023.

L-UE għandha tipprovdi informazzjoni lir-Renju Unit dwar il-miżuri tiegħu applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi ħajjin u patata taż-żrigħ

IKKONSENJAT: Informazzjoni pprovduta fit-3 ta’ April 2023.

Attivazzjoni tal-protokoll tal-VAT skont il-FKK

IKKONSENJAT: L-erba’ deċiżjonijiet rilevanti meħtieġa għall-attivazzjoni tal-Protokoll tal-VAT ġew adottati mill-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-kooperazzjoni amministrattiva tal-VAT u l-irkupru tat-taxxi u tad-dazji, fid-19 ta’ Ottubru 2023.

Anness 3: Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill ta’ Sħubija jew mill-Kumitati stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni

Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija stabbilit bl-Artikolu 8(1)(l) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra tas-7 ta’ Frar 2023 lil kull Parti dwar it-talbiet tagħhom lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku bil-ħsieb li jitħejjew proċeduri tekniċi għall-użu effiċjenti tal-interkonnetturi tal-elettriku 74 .

Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat stabbilit bl-Artikolu 8(1)(r) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra tad-19 ta’ Ġunju 2023 li tistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka 75 .

Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit mill-Artikolu 8(1)(P) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-10 ta’ Marzu 2023 fir-rigward tal-użu tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali għat-trażmissjoni tad-data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta’ kollegament 76 .

Id-Deċiżjoni Nru 2/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bl-Artikolu 8(1)(p) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tat-28 ta’ Ġunju 2023 fir-rigward tad-deżinjazzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja biex isservi bħala referenza biex tiġi ddeterminata r-rata tal-imgħax għall-ħlasijiet tard u r-rata tal-kambju għall-konverżjonijiet tal-muniti, kif ukoll id-data li għandha titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-konverżjoni tal-muniti 77 .

Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd stabbilit bl-Artikolu 8(1)(q) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-24 ta’ Lulju 2023, fir-rigward tal-mekkaniżmu għal trasferimenti volontarji matul is-sena ta’ opportunitajiet tas-sajd 78 .

Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd stabbilit bl-Artikolu 8(1)(q) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-24 ta’ Lulju 2023 fir-rigward tal-linji gwida għan-notifiki skont l-Artikolu 496(3) tal-Ftehim 79 .

Ir-Rakkomandazzjoni Nru 2/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd stabbilit bl-Artikolu 8(1)(q) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-24.07.2023 fir-rigward tal-allinjament taż-żoni ta’ ġestjoni għal Lingwata ta’ ħalq żgħir, Barbun ilsien il-kelb, Barbun imperjali u Barbun lixx 80 .

Ir-Rakkomandazzjoni Nru 3/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd stabbilit bl-Artikolu 8(1)(q) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-1 ta’ Diċembru 2023 fir-rigward tal-allinjament taż-żoni ta’ ġestjoni għall-Barbun tat-tbajja’ u l-Merlangu 81 .

Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-VAT u l-Irkupru tat-Taxxi u d-Dazji li ġie stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tad-19 ta’ Ottubru 2023, dwar il-proċedura għall-konklużjoni ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz 82 .

Id-Deċiżjoni Nru 2/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-VAT u l-Irkupru tat-Taxxi u d-Dazji li ġie stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tad-19 ta’ Ottubru 2023, dwar l-ammont u l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq lill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-kost iġġenerat mill-parteċipazzjoni tiegħu fis-Sistemi tal-Informazzjoni Ewropej 83 .

Id-Deċiżjoni Nru 3/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-VAT u l-Irkupru tat-Taxxi u d-Dazji li ġie stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tad-19 ta’ Ottubru 2023, li tistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal dispożizzjonijiet b’rabta mal-assistenza reċiproka tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru tat-talbiet 84 .

Id-Deċiżjoni Nru 4/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-VAT u l-Irkupru tat-Taxxi u d-Dazji li ġie stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tad-19 ta’ Ottubru 2023, dwar il-formoli standard għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tad-data statistika, it-trażmissjoni tal-informazzjoni permezz tan-Network Komuni ta’ Komunikazzjoni u l-arranġamenti prattiċi għall-organizzazzjoni tal-kuntatti bejn l-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament u d-dipartimenti ta’ kollegament 85 .

Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar l-adattament tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-takografu intelliġenti 2 86 .

Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd stabbilit bl-Artikolu 8(1)(q) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-24.07.2023 fir-rigward tal-allinjament taż-żoni ta’ ġestjoni għall-lingwata ħalqha żgħir, għall-barbun ilsien il-kelb, għall-barbun imperjali u għall-barbun lixx 87 .

Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kunsill ta’ Sħubija stabbilita mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra tal-21 ta’ Diċembru 2023 fir-rigward tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għal akkumulaturi elettriċi u vetturi elettrifikati 88 .

(1)

Id-Dikjarazzjoni Politika ta’ Windsor mill-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern ta’

Ir-Renju Unit: https://commission.europa.eu/system/files/2023-02/political%20declaration.pdf  

(2)

 Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A22021A0430%2801%29  

(3)

 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L149/2) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32021D0689&from=MT ) 

(4)

Laqgħat tal-Kunsill ta’ Sħubija bejn l-UE u r-Renju Unit u tal-Kumitati Speċjalizzati skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni: https://ec.europa.eu/info/strategy/relations-non-eu-countries/relations-united-kingdom/eu-uk-trade-and-cooperation-agreement/meetings-eu-uk-partnership-council-and-specialised-committees-under-trade-and-cooperation-agreement_en .

(5)

Aġendi tal-laqgħat: https://www.europarl.europa.eu/delegations/en/d-uk/home  

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni dwar l-isforz komuni bejn l-UE u r-Renju Unit biex tiġi appoġġata l-Ukrajna u kooperazzjoni effettiva

rigward is-sanzjonijiet: https://www.europarl.europa.eu/cmsdata/273042/3rd%20PPA%20-%20recommendation%20on%20common%20support%20to%20Ukraine.pdf  

(7)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-PPA, 4-5 ta’ Diċembru 2023: Skemi ta’ mobilità taż-żgħażagħ, skambji ta’ studenti, vjaġġi

skolastiċi, u artisti li jivvjaġġaw: https://www.europarl.europa.eu/cmsdata/279312/Final%20Recommendation%20-%204th%20EU_UK%20PPA.pdf  

(8)

Il-minuti tal-laqgħat: https://www.eesc.europa.eu/mt/sections-other-bodies/other/eu-domestic-advisory-group-under-eu-uk-tca/events

(9)

It-Tracker dwar Kwistjonijiet ta’ Relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit: https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/eu-uk_relations_issues_tracker_december_2022_january_update_0.pdf  

(10)

L-aġenda tal-laqgħa: https://policy.trade.ec.europa.eu/events/second-eu-uk-trade-and-cooperation-agreement-civil-society-forum-2023-11-07_en

(11)

 Ir-Regolament (UE) 2023/657 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32023R0657 .

(12)

 Il-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU C 384I, 12.11.2019, p. 01). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A12019W%2FTXT%2802%29 .  

(13)

 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2023/1479 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.L_.2023.182.01.0086.01.ENG&toc=OJ%3AL%3A2023%3A182%3ATOC .  

(14)

L-Artikolu 749(4) tal-FKK

(15)

L-Artikolu 374(3) tal-FKK

(16)

 Id-Deċiżjoni Nru 3/2022 tal-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra tal-21 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ tribunal tal-arbitraġġ skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:22022D2550  

(17)

  https://commission.europa.eu/system/files/2023-04/Letter%20to%20Secretary%20of%20State%20Rt%20Hon%20James%20Cleverly%20MP.pdf  

(18)

  https://ec.europa.eu/assets/sg/complaint_eu_uk_tca/complaints_en/ and https://trade.ec.europa.eu/access-to-markets/en/content/single-entry-point-0  

(19)

Dawn is-sottomissjonijiet kienu jikkonċernaw ir-regoli tal-immigrazzjoni għas-sidien tad-djar, ir-rikonoxximent ta’ ċertu taħriġ mediku, il-kontrolli tal-flus kontanti fil-fruntiera, il-protezzjoni tad-data fil-proċessi tal-viża, u l-mobbiltà tal-istudenti.

(20)

Id-data tkopri s-sena 2022.

(21)

Ir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-preferenzi tirrifletti s-sehem tal-importazzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet li jidħlu taħt preferenzi kummerċjali bħala sehem tal-valur totali tal-importazzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet eliġibbli għal preferenzi skont il-pajjiż sieħeb.

(22)

Għad-dettalji ara r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Politika Kummerċjali tal-UE: https://policy.trade.ec.europa.eu/enforcement-and-protection/implementing-and-enforcing-eu-trade-agreements_en  

(23)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2719 tas-6 ta’ Diċembru 2023 dwar il-konferma tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza fir-rigward tal-prodotti organiċi kif previst fl-Anness 14 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2023/2719 .  

(24)

 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L149/2) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32021D0689&from=MT ) 

(25)

  https://www.gov.uk/government/publications/organic-registers-lists-of-third-countries-or-territories-control-bodies-and-control-authorities  

(26)

Ara l-Anness 3 għad-dettalji.

(27)

 Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kunsill ta’ Sħubija fir-rigward tar-regoli tranżitorji speċifiċi għall-prodotti dwar l-akkumulaturi elettriċi u l-vetturi elettriċi:  https://commission.europa.eu/publications/decision-no-12023-partnership-council-regards-transitional-product-specific-rules-electric_mt .  

(28)

  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_23_6707  

(29)

Il-Mudell Operattiv fil-Mira tal-Fruntiera: Abbozz għal Feedback: https://www.gov.uk/government/publications/the-border-target-operating-model-draft-for-feedback .  

(30)

Il-Mudell Operattiv fil-Mira tal-Fruntiera: https://www.gov.uk/government/publications/the-border-target-operating-model-august-2023 .

(31)

Il-Gvern tar-Renju Unit stima li l-kontrolli l-ġodda fil-fruntieri fuq il-prodotti tal-annimali u tal-pjanti importati mill-UE jiswew lin-negozji madwar GBP 330 miljun fis-sena f’kostijiet amministrattivi addizzjonali: https://www.ft.com/content/015e1f25-0725-49f1-9a7d-bf9ec0dc4678 .  

(32)

  https://www.gov.uk/government/news/uk-government-announces-extension-of-ce-mark-recognition-for-businesses?utm_medium=email&utm_campaign=govuk-notifications-topic&utm_source=16bd8618-3575-44cc-b015-b8fa30cc34c5&utm_content=immediately .  

(33)

Iċ-ċifri kollha huma bbażati fuq id-data tal-Eurostat.

(34)

Fl-2019, id-data dwar il-kummerċ mar-Renju Unit kienet ibbażata fuq kunċetti statistiċi applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE. Minn Jannar 2021, id-data dwar il-kummerċ mar-Renju Unit aggregat il-kummerċ tal-UE mar-Renju Unit bl-esklużjoni tal-Irlanda ta’ Fuq, bl-użu tal-istess kunċetti statistiċi bħal dawk għall-kummerċ ma’ pajjiż sieħeb mhux tal-UE, u d-data dwar il-kummerċ tal-UE mal-Irlanda ta’ Fuq li tuża l-istess kunċetti statistiċi bħal dawk għall-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-kummerċ fil-merkanzija mar-Renju Unit jiġi ppubblikat mill-Eurostat fis-settijiet tad-data tal-UE għall-kummerċ ma’ pajjiżi mhux tal-UE (data “barra mill-UE”).

(35)

Għal aktar dettalji, ara t-Taqsima 3.2. tat-tieni rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-FKK: https://commission.europa.eu/system/files/2023-03/COM_2023_118_en.PDF .  

(36)

Iċ-ċifri kollha huma bbażati fuq id-data tal-Eurostat.

(37)

It-tipi ta’ servizzi inklużi taħt “Oħrajn” huma: SA - servizzi ta’ manifattura fuq inputs fiżiċi proprjetà ta’ oħrajn, SB - servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija, SE – kostruzzjoni, SK - servizzi personali, kulturali u rikreattivi, SL – oġġetti u servizzi tal-gvern mhux allokati.

(38)

Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32023L2413&qid=1699364355105 .

(39)

Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni): https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1695186598766&uri=OJ%3AJOL_2023_231_R_0001 .  

(40)

 Memorandum ta’ qbil dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta bejn il-parteċipanti tal-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana (NSEC), minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra: https://energy.ec.europa.eu/system/files/2022-12/NSEC%20UK%20MoU%20signed.pdf .  

(41)

In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku u n-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass fl-UE u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass fir-Renju Unit.

(42)

L-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u l-awtorità regolatorja fir-Renju Unit.

(43)

L-Istati Membri li ġejjin iffirmaw ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Iżvezja.

(44)

 Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bit-Triq stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar l-adattament tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-takografu intelliġenti 2: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2024/293/oj .  

(45)

L-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 kif emendat bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1228 [2] u (UE) 2023/980: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A32023R0980 .  

(46)

 Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lir-Repubblika Franċiża biex tinnegozja, tiffirma u tikkonkludi Ftehim internazzjonali dwar ir-rekwiżiti għas-sikurezza u l-interoperabbiltà fil-Kollegament Fiss tal-Kanal: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52023PC0328 .

(47)

Ir-Regolamenti tal-2022 dwar is-Sigħat tas-Sewwieqa, it-Takografi, it-Trasport Internazzjonali bit-Triq u l-Liċenzjar tal-Operaturi (Emenda): https://www.legislation.gov.uk/uksi/2022/1260/contents/made .  

(48)

Ara l-Anness 3 għad-dettalji.

(49)

Ara l-Anness 3 għad-dettalji.

(50)

L-Awstrija, il-Belġju, iċ-Ċekja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja u l-Iżvezja

(51)

Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Litwanja, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, ir-Rumanija u l-Iżvezja.

(52)

 Id-Deċiżjoni Nru 2/2022 tal-Kunsill ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-21 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tat-tieni u l-aħħar estensjoni tal-perjodu interim li matulu r-Renju Unit jista’ jidderoga mill-obbligu li jħassar id-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-passiġġieri wara t-tluq tagħhom mir-Renju Unit, https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2022/2549/oj .  

(53)

 Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat stabbilit bl-Artikolu 8(1)(r) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tad-19 ta’ Ġunju 2023 li tistabbilixxi formola standard għat-talbiet għal assistenza reċiproka: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.L_.2023.199.01.0103.01.ENG&toc=OJ%3AL%3A2023%3A199%3AFULL .  

(54)

L-Att tal-2023 dwar id-Dritt Miżmum tal-UE (Revoka u Riforma): https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2023/28/contents/enacted .

(55)

Id-dritt miżmum tal-UE huwa l-ġabra tad-dritt tal-UE li r-Renju Unit ittrasferixxa fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni (il-31 ta’ Diċembru 2020) biex jevita preċipizju regolatorju.

(56)

F’dan ir-rigward, il-qrati tar-Renju Unit għandhom jirrispettaw it-Taqsima 29 tal-Att tal-2020 dwar l-Unjoni Ewropea (Relazzjoni Futura) li jirrikjedi li l-liġi domestika tinqara b’tali modifiki li jkunu meħtieġa għall-konformità mal-FKK.

(57)

L-Att tal-2023 dwar id-Dritt Miżmum tal-UE (Revoka u Riforma): https://www.gov.uk/government/collections/illegal-migration-bill .  

(58)

Safety of Rwanda (Asylum and Immigration) Bill: https://bills.parliament.uk/bills/3540/publications .  

(59)

Ara n-noti ta’ spjegazzjoni:dwar is-Safety of Rwanda (Asylum and Immigration) Bill: https://publications.parliament.uk/pa/bills/cbill/58-04/0038/230038.pdf .  

(60)

L-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Informazzjoni Diġitali: https://bills.parliament.uk/bills/3430 .  

(61)

L-Abbozz ta’ Liġi dwar is-Swieq Diġitali, il-Kompetizzjoni u l-Konsumaturi: https://bills.parliament.uk/bills/3453 .  

(62)

L-Abbozz ta’ Liġi dwar id-Drittijiet: https://bills.parliament.uk/bills/3227 .  

(63)

L-Att tal-2022 dwar il-Kontroll tas-Sussidji: Rotot Simplifikati: https://www.gov.uk/government/publications/subsidy-control-act-2022-streamlined-routes .  

(64)

L-Att tal-2022 dwar il-Kontroll tas-Sussidji: https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2022/23/enacted .  

(65)

Supercharger tal-Industrija Brittanika: Konsultazzjoni dwar il-Kapaċità tas-Suq u rispons tal-gvern tal-EIIs: https://www.gov.uk/government/consultations/british-industry-supercharger-capacity-market-consultation-and-eiis-government-response .  

(66)

L-Att tal-2023 dwar l-Istrajks (Livelli Minimi ta’ Servizz): https://www.legislation.gov.uk/ukpga/2023/39/enacted .  

(67)

 Is-sottomissjoni tat-TUC lill-kumitat ta’ esperti tal-ILO: https://www.tuc.org.uk/sites/default/files/2022-09/ILOsubmission2022.pdf .  

(68)

Reġistru tal-Proċedimenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol: https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_norm/---relconf/documents/meetingdocument/wcms_888016.pdf .  

(69)

Il-Każ Nru: CO/3337/2022 CO/3346/2022 CO/3532/2022: https://www.judiciary.uk/wp-content/uploads/2023/07/ASLEF-v-Secretary-of-State-for-Business-and-Trade-judgment-130723.pdf .

(70)

Ir-Regolamenti tal-2023 dwar l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra (Emenda): https://www.legislation.gov.uk/uksi/2023/994/contents/made .  

(71)

Ir-Rapport tal-2023 lill-Parlament dwar il-progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet: https://www.theccc.org.uk/wp-content/uploads/2023/06/Progress-in-reducing-UK-emissions-2023-Report-to-Parliament-1.pdf .

(72)

Il-Valutazzjoni tas-CCC tal-avviżi u l-iżviluppi reċenti dwar l-Emissjonijiet Żero Netti: https://www.theccc.org.uk/2023/10/12/ccc-assessment-of-recent-announcements-and-developments-on-net-zero/ .  

(73)

Ir-Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: https://commission.europa.eu/publications/annual-report-implementation-and-application-trade-and-cooperation-agreement-between-european-union_en .

(74)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:22023D0425  

(75)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32023L0958  

(76)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:22023D0698  

(77)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:22023D1460  

(78)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.L_.2023.198.01.0039.01.MLT  

(79)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.L_.2023.198.01.0041.01.MLT  

(80)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.L_.2023.198.01.0044.01.MLT  

(81)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=OJ:L_202400626  

(82)

  https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2023/2472/oj?locale=mt  

(83)

  https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2023/2473  

(84)

  https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2023/2474/oj  

(85)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:L_202302475  

(86)

  https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2024/293/oj?locale=mt  

(87)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:22023D2731  

(88)

  EUR-Lex - 22023D2891 - MT - EUR-Lex (europa.eu)