|
14.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/11 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2023/C 95/06)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jeħtieġ li dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi jridu jirrapportaw, qabel l-1 ta' Settembru 2022 jew fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema tkun l-aktar tard, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni tal-UE li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali biex tali informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 (5).
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) ĠU L 75 I, 14.3.2023, p. 134
(4) ĠU L 75 I, 14.3.2023, p. 1.
(5) L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq EUR-Lex — 02014R0269–20230208 — MT — EUR-Lex (europa.eu).