7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/25


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-settur tal-inbid

(2023/C 317/14)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo

PGI-IT-02874

Data tal-applikazzjoni: 10.11.2022

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

8.

Inbid semispumanti

15.

Inbid minn għeneb imqadded

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Bianco [abjad] bl-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb abjad jew mingħajrha - Kategorija: Inbid

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Aroma: l-aktar aromi ta’ frott u ta’ fjuri ta’ intensità li tvarja skont il-varjetà ta’ għeneb, bi ħjiel ta’ frott bil-polpa bajda u frott tropikali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott li fil-biċċa l-kbira jkun ta’ polpa bajda u safra, xi kultant ta’ fjuri bojod u sofor, b’persistenza u korporatura tajbin;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Bianco Frizzante [abjad semispumanti] - Kategorija: Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI QASIRA

Ragħwa: fina u evanexxenti;

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Aroma: pjaċevoli ta’ frott, bi ħjiel ta’ tuffieħ u frott tropikali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, minerali, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott b’polpa bajda u tropikali, b’persistenza tajba;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Rosso [aħmar] bl-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb iswed jew mingħajrha - Kategorija: Inbid

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Aroma: l-aktar aromi ta’ frott ta’ intensità li tvarja skont il-varjetà ta’ għeneb, bi ħjiel ta’ ċiras Amarena u frott aħmar żgħir misjur, xi kultant b’noti veġetali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzana, kemxejn tannika, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq l-aktar ta’ frott aħmar misjur, b’korporatura u b’persistenza tajbin;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Rosso Frizzante [aħmar semispumanti] - Kategorija: Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI QASIRA

Ragħwa: fina u evanexxenti;

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Aroma: ta’ frott, bi ħjiel ta’ ċiras Amarena u frott aħmar żgħir misjur;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott aħmar u korporatura tajba;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Rosato [rożè] bl-indikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb Merlot, Sangiovese, Pinot Nero u Pinot Grigio jew mingħajrha - Kategorija: Inbid

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: roża b’intensità li tvarja;

Aroma: l-aktar aromi ta’ frott ta’ intensità li tvarja skont il-varjetà ta’ għeneb, pjaċevolmanet pikkanti, b’noti ħfief ta’ pjanti u frott tropikali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott u ħwawar, b’korporatura u b’persistenza tajbin;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Rosato Frizzante [rożè semispumanti] - Kategorija: Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI QASIRA

Ragħwa: fina u evanexxenti;

Kulur: roża b’intensità li tvarja;

Aroma: l-aktar aromi ta’ frott ta’ intensità li tvarja skont il-varjetà ta’ għeneb, pjaċevolmanet pikkanti, b’noti ħfief ta’ pjanti u frott tropikali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott u ħwawar, b’persistenza tajba;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

7.   Bianco Passito [abjad magħmul minn għeneb imqadded] - Kategorija: Inbid minn għeneb imqadded

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: isfar, li jqarreb lejn l-ambra maż-żmien;

Aroma: frott ħelu mqadded, ċedru, berquq u għasel;

Togħma: minn misjura sa ħelwa, b’noti ta’ frott imqadded;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 %; li minnha l-qawwa proprja hija mill-inqas 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

8.   Rosso Passito [aħmar magħmul minn għeneb imqadded] - Kategorija: Inbid minn għeneb imqadded

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar b’intensità li tvarja, li jqarreb lejn il-granata maż-żmien;

Aroma: frott aħmar misjur, ċiras Amarena, għanbaqar u ġamm;

Togħma: minn xotta sa ħelwa, bi struttura tajba u noti ta’ frott aħmar imqadded, persistenti;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 %; li minnha l-qawwa proprja hija mill-inqas 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

9.   Novello [ġdid] - Kategorija: Inbid

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubin, kultant bi ħjiel ta’ vjola;

Aroma: ta’ frott, bi ħjiel ta’ ċiras, tut tal-għollieq u tut iżraq;

Togħma: friska, togħmiet ta’ frott aħmar, tannini rotob u bellusin;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

1.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo Passito Bianco u Passito Rosso

Prattika enoloġika speċifika

L-għeneb li jkun se jintuża biex isiru nbejjed bl-indikazzjoni ġeografika protetta Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo Passito jista’ jitħalla jinxef fuq id-dielja jew, wara l-ħsad, jitnixxef bl-użu ta’ wieħed mill-metodi permessi mil-leġiżlazzjoni. Fi tmiem il-proċess ta’ tnixxif, l-għeneb irid ikollu qawwa alkoħolika naturali ta’ mhux inqas minn 16 % skont il-volum.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo Bianco, Bianco Frizzante u Passito Bianco

26 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

2.

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo Rosso, Rosato, Rosso Frizzante, Rosso Novello u Passito Rosso

24 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

3.

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo b’indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb abjad jew iswed

22 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

L-inbejjed eliġibbli biex ikollhom l-indikazzjoni ġeografika protetta Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo huma magħmula minn għeneb imkabbar f’żona ta’ produzzjoni li tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tar-Reġjun tal-Abruzzo.

7.   Varjetajiet jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Aglianico N.

Barbera N.

Barbera Bianca B.

Biancame B.

Bombino Bianco B.

Cabernet Volos N.

Cabernet Franc N. - Cabernet

Cabernet Sauvignon N. - Cabernet

Calabrese N.

Canaiolo Nero N. - Canaiolo

Cannonau N.

Chardonnay B.

Ciliegiolo N.

Cococciola B.

Dolcetto N.

Dorona B.

Falanghina B.

Fiano B.

Gaglioppo N.

Garganega B.

Grechetto B.

Greco B.

Incrocio Manzoni 2-3 B.

Kerner B.

Maiolica N.

Malbech N.

Malvasia Istriana B. - Malvasia

Malvasia Bianca Lunga B. - Malvasia

Malvasia Bianca di Candia B. - Malvoisie

Malvasia del Lazio B. - Malvasia

Marzemino N.

Merlot Kanthus N.

Merlot N.

Montepulciano N.

Montonico Bianco B. - Montonico

Moscato Bianco B. - Moscato

Mostosa B.

Nebbiolo N.

Palava B.

Passerina B.

Pecorino B.

Petit Manseng B.

Petit Verdot N

Pinot Bianco B. - Pinot

Pinot Grigio - Pinot

Pinot Nero N. - Pinot

Primitivo N.

Refosco Nostrano N. - Refosco

Riesling Italico B. - Riesling

Riesling Italico B. - Welschriesling

Sangiovese N.

Sauvignon B.

Sauvignon Kretos B.

Semillon B.

Sorèli B.

Sylvaner Verde B. - Silvaner

Syrah N.

Tannat N.

Terrano N.

Tocai Friulano B. - Friulano

Traminer Aromatico Rs

Trebbiano Abruzzese B. - Trebbiano

Trebbiano Toscano B. - Trebbiano

Veltliner B.

Verdicchio Bianco B. - Verdicchio

Vermentino B.

Viogner B.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategoriji kollha tal-inbid (inbid, inbid semispumanti, inbid minn għeneb imqadded)

Dettalji taż-żona ġeografika.

Fatturi naturali rilevanti għar-rabta:

Iż-żona tal-IĠP tkopri t-territorju tar-Reġjun tal-Abruzzo.

Il-Provinċja ta’ Chieti

Il-provinċja ta’ Chieti hija magħmula minn żona kostali wiesgħa bl-għoljiet, mix-xmara Foro sax-xmara Trigno, segwita mill-għoljiet interni u finalment l-għoljiet baxxi, li jestendu sal-qiegħ tal-massif ta’ Maiella u l-muntanji ta’ Frentani fil-Majjistral. Hemm ukoll żona interna, li tmiss mal-provinċja ta’ L’Aquila fit-Tramuntana u r-Reġjun tal-Molise fin-Nofsinhar, li tista’ titqies muntanjuża. Il-linja tal-għoljiet tat-tafal u xi pjanuri tal-għargħar imrammla u taflija ffurmati mix-xmajjar Foro, Sangro, Sinello u Trigno joħolqu pajsaġġ imserrep, b’għoljiet wesgħin, kważi ċatti, u inklinazzjonijiet li huma ħfief u għat-tond iżda ħafna drabi interrotti f’daqqa minn inklinazzjonijiet weqfin, saħansitra anki vertikali, ikkawżati minn erożjoni estrema (għamla ta’ kanali naturali). Il-ħamrija agrikola kważi dejjem għandha distribuzzjoni uniformi ta’ materjal, u tifforma ħamrija bi struttura taflija ramlija; normalment tkun maħlula b’fond li jvarja skont l-inklinazzjoni u l-esponiment. Iż-żamma tal-ilma hija minn medja sa baxxa b’livell baxx sa moderat ta’ nutrijenti u ħumus. Fuq art b’inklinazzjoni ta’ inqas minn 25 % u esponiment tajjeb, din il-ħamrija tintuża għall-vitikultura u t-tkabbir taż-żebbuġ, li huma modi komuni kif tiġi sfruttata l-ħamrija li jipproteġuha wkoll mill-erożjoni aċċellerata. Ix-xita medja annwali tvarja bejn 650 mm/sena fuq l-għoljiet kostali u aktar minn 800 mm/sena fuq l-għoljiet interni. Il-perjodu bl-aktar xita huwa bejn Ottubru u Diċembru (madwar 80 mm/xahar) filwaqt li x-xahar bil-minimu assolut ta’ xita huwa Lulju (bejn 30 mm u 40 mm). Il-klima hija moderata, b’tendenza li tkun moderatament sħuna fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi medji jvarjaw minn 13 °C f’April sa 15 °C f’Ottubru, bl-ogħla livelli ta’ 25 °C matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Hemm varjazzjonijiet konsiderevoli fit-temperatura bejn binhar u billejl, parzjalment minħabba l-prossimità tal-massif ta’ Maiella, li joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb u li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva. L-indiċi termali ta’ Winkler, jiġifieri t-temperatura attiva medja fil-perjodu minn April sa Ottubru, huwa bejn 1 700 grad-jum (żoni interni) u 2 300 grad-jum (għoljiet kostali), li joħloq kundizzjonijiet li jiżguraw is-sajran ottimali ta’ varjetajiet bikrija bħal Chardonnay, Pinot u Moscato, varjetajiet medji bħal Pecorino, Trebbiano u Malvasia, u varjetajiet aktar tardivi bħal Cococciola, Falanghina, Montepulciano u Montonico.

Il-Provinċja ta’ L’Aquila

Il-provinċja ta’ L’Aquila għandha l-morfoloġija tipika ta’ żona muntanjuża b’pajsaġġ pjuttost imħatteb u irregolari, b’mod partikolari fil-parti l-aktar interna ħdejn ix-xifer tal-Apennini, fejn hemm terrazzi u qigħan tax-xmajjar qodma u riċenti fluvjali/alluvjali. Il-muntanji tal-Abruzzo li jikkaratterizzaw il-provinċja ta’ L’Aquila huma parti mill-medda ċentrali u tan-Nofsinhar tal-Appennini u jiffurmaw is-sezzjoni fejn l-Appennini jilħqu l-akbar wisa’, altitudni u densità tagħhom. Id-densità u l-grandezza ta’ dawn il-muntanji huma dovuti għall-preżenza kbira u għall-ħxuna tal-blat kalkarju (b’mod partikolari l-blat kalkarju dens iżda wkoll il-blat kalkarju dolomitiku), b’karatteristiċi frekwenti ta’ karst, b’mod partikolari idrografija tal-wiċċ fejn il-flussi tal-ilma huma intermittenti jew assenti. Id-dwieli jitkabbru biss fi ftit żoni, b’mod partikolari fil-baċiri alluvjali interni bejn il-muntanji (Alto Tirino, Valle Peligna, Valle Subequana, Valle Roveto), fuq ħamrija bi skular u b’esponiment tajbin u b’kontenut suffiċjenti ta’ nutrijenti. Il-klima ġeneralment hija moderata, bi xtiewi pjuttost kesħin u twal. It-temperaturi medji annwali jvarjaw minn 10 °C sa 12 °C, bl-ogħla livelli ta’ 23-25 °C f’Lulju. Il-preċipitazzjoni annwali hija ta’ madwar 800 mm fis-sena u hija mifruxa b’mod uniformi matul is-sena (minn 40 mm f’Lulju u Awwissu għal 70 mm f’Novembru u Diċembru). L-indiċi termali ta’ Winkler, jiġifieri t-temperatura attiva medja fil-perjodu minn April sa Ottubru, huwa bejn 1 600 u 2 000 grad-jum, li joħloq kundizzjonijiet li jiżguraw il-maturazzjoni ottimali tal-varjetajiet imkabbra lokalment (kemm varjetajiet bikrija kif ukoll medji-tardivi).

8.2.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategoriji kollha tal-inbid (inbid, inbid semispumanti, inbid minn għeneb imqadded)

Dettalji taż-żona ġeografika.

Fatturi naturali rilevanti għar-rabta:

Il-Provinċja ta’ Pescara

Il-provinċja ta’ Pescara tista’ titqies muntanjuża, ħlief għal strixxa dejqa li tmiss mat-tliet provinċji l-oħrajn tar-reġjun. Din tikkonsisti f’żona kostali wiesgħa u vasta ta’ għoljiet, segwita mill-għoljiet interni u finalment l-għoljiet baxxi, li jestendu sal-qiegħ tal-massivi tal- Gran Sasso u Maiella. Il-ħamrija hija fil-biċċa l-kbira ħamrija kannella, ħamrija kalkarja kannella (regosols u vertisols) u ħamrija kannella tal-Mediterran. Fuq l-art li tħares lejn in-Nofsinhar b’inklinazzjoni ta’ inqas minn 25 %, din il-ħamrija tintuża għall-vitikultura u t-tkabbir taż-żebbuġ, li huma modi komuni kif tiġi sfruttata l-ħamrija li jipproteġuha wkoll mill-erożjoni aċċellerata. Ix-xita medja annwali tvarja bejn 600 mm/sena fuq l-għoljiet kostali u aktar minn 800 mm/sena fuq l-għoljiet interni. Il-perjodu bl-aktar xita huwa bejn Ottubru u Diċembru (madwar 80 mm/xahar) filwaqt li x-xahar bil-minimu assolut ta’ xita huwa Lulju (bejn 30 mm u 40 mm). Il-klima hija moderata, b’temperaturi medji li jvarjaw minn 13 °C f’April sa 15 °C f’Ottubru, bl-ogħla livelli ta’ 25 °C matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Hemm varjazzjonijiet konsiderevoli fit-temperatura bejn binhar u billejl, parzjalment minħabba l-prossimità tal-massivi tal-Gran Sasso u ta’ Maiella, u hemm ventilazzjoni tajba, u dawn joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet għas-saħħa tal-għeneb u għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb u li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva. L-indiċi termali ta’ Winkler, jiġifieri t-temperatura attiva medja fil-perjodu minn April sa Ottubru, huwa bejn 1 700 grad-jum (żoni interni) u 2 300 grad-jum (għoljiet kostali), li joħloq kundizzjonijiet li jiżguraw il-maturazzjoni ottimali ta’ varjetajiet bikrija bħal Chardonnay, Sauvignon, Moscato u Incrocio Manzoni, varjetajiet medji-tardivi bħal Pecorino, Malvasia u Trebbiano, u varjetajiet tardivi bħal Montepulciano.

Il-Provinċja ta’ Teramo

Il-provinċja ta’ Teramo hija magħmula minn żona kostali wiesgħa u vasta ta’ għoljiet, segwita mill-għoljiet interni u l-għoljiet baxxi, li jestendu sal-qiegħ tal-massif tal-Gran Sasso fil-parti ċentrali u tan-Nofsinhar, u l-Monti della Laga fil-parti tat-Tramuntana. Iż-żona għandha ħamrija ta’ trab tafli xaħxi b’saffi aktar maħlula fiż-żoni kostali u inklinazzjonijiet ġeneralment pjuttost ġentili b’esponiment tajjeb. Tintuża għall-vitikultura u għat-tkabbir taż-żebbuġ, li huma modi komuni kif tiġi sfruttata l-ħamrija li jipproteġuha wkoll mill-erożjoni aċċellerata. Ix-xita medja annwali tvarja bejn 600 mm/sena fuq l-għoljiet kostali u aktar minn 800 mm/sena fuq l-għoljiet interni. Ix-xita hija mqassma sew matul is-sena, b’perjodu meta tagħmel aktar xita bejn Ottubru u Diċembru (madwar 70 mm fix-xahar), filwaqt li x-xahar bl-inqas xita huwa Lulju (madwar 40 mm). Il-klima hija sħuna u moderata, b’temperaturi medji li jvarjaw minn 13 °C f’April sa 15 °C f’Ottubru, bl-ogħla livelli ta’ 24-25 °C matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Hemm varjazzjonijiet konsiderevoli fit-temperatura bejn binhar u billejl, parzjalment minħabba l-prossimità tal-massif tal-Gran Sasso u tal-Monti della Laga, u hemm ventilazzjoni tajba, li joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet għas-saħħa tal-għeneb u għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb u li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva. L-indiċi termali ta’ Winkler, jiġifieri t-temperatura attiva medja fil-perjodu minn April sa Ottubru, huwa bejn 1 800 grad-jum (żoni interni) u 2 200 grad-jum (għoljiet kostali), li jiżgura li l-varjetajiet tal-għeneb kollha mkabbra fiż-żona jsiru b’mod sħiħ u xieraq, mill-varjetajiet bikrin bħal Chardonnay u Sauvignon, sa varjetajiet medji bħal Trebbiano, Pecorino u Passerina, u dawk tardivi bħal Montonico u Montepulciano.

8.3.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategorija: Inbid

Informazzjoni dwar il-kwalitajiet speċifiċi tal-prodotti marbuta mal-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali maż-żona ġeografika:

Kemm l-inbejjed ħomor kif ukoll dawk rożè għandhom l-aromi tipiċi ta’ frott aħmar b’maturazzjoni li tvarja, bħaċ-ċiras u t-tut tal-għollieq, xi kultant ukoll b’noti veġetali u pikkanti. Huma nbejjed pjuttost kumplessi b’aċidità tajba u b’togħma li tvarja minn xotta sa xotta mezzana. Għandhom struttura tajba kkombinata ma’ eleganza u sottillezza kbar. L-inbejjed bojod huma friski u jfuħu, b’aromi ta’ frott b’polpa bajda u tropikali u ta’ fjuri. Huma nbejjed pjuttost kumplessi minn perspettiva olfattiva, b’persistenza tajba u togħma li tista’ tvarja minn xotta sa xotta mezzan, xi kultant b’noti melħin u minerali. Għandhom aċidità tajba, u eleganza u sottillezza kbar.

Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn l-inbejjed ġejjin mit-topografija partikolari taż-żona, ikkaratterizzata minn għoljiet kbar mimlijin xemx flimkien mal-preżenza tal-Baħar Adrijatiku fil-Lvant u l-massivi tal-Gran Sasso u ta’ Maiella fil-Majjistral u fil-Lbiċ rispettivament, li jrawmu l-formazzjoni ta’ flussi konsiderevoli ta’ arja (żiffiet). Dawn il-kundizzjonijiet huma ottimali għas-saħħa tal-għeneb u biex l-għeneb isir kif ukoll għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb, li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva.

Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-inbejjed huma ddeterminati mill-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi partikolari taż-żona tal-produzzjoni. Il-klima moderata, il-ħamrija bi skular tajjeb u b’disponibbiltà tajba ta’ ilma u l-varjazzjonijiet notevoli bejn it-temperaturi ta’ billejl u binhar hekk kif l-għeneb isir jiżguraw l-aħjar sajran tal-għenieqed tal-għeneb, li jirriżulta f’għeneb b’kontenut tajjeb ta’ zokkor u aċidu. Dawn il-parametri, flimkien mal-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetajiet imkabbra, jagħmluha possibbli li jinkisbu nbejjed ta’ kwalità għolja bi profili organolettiċi pjuttost kumplessi u karatteristiċi distintivi ħafna, li huma marbuta b’mod qawwi maż-żona tal-produzzjoni u mal-varjetà tal-għeneb li minnha huma magħmula.

8.4.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategorija: Inbid semispumanti

Informazzjoni dwar il-kwalitajiet speċifiċi tal-prodotti marbuta mal-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali maż-żona ġeografika:

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè semispumanti għandhom ragħwa fina u evanexxenti, noti tal-frott u tal-fjuri pjuttost persistenti u togħma li tvarja minn xotta sa xotta mezzan, bi struttura u b’kumplessità aċidużi tajbin. Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn l-inbejjed ġejjin mit-topografija partikolari taż-żona, ikkaratterizzata minn għoljiet kbar mimlijin xemx flimkien mal-preżenza tal-Baħar Adrijatiku fil-Lvant u l-massivi tal-Gran Sasso u ta’ Maiella fil-Majjistral u fil-Lbiċ rispettivament, li jrawmu l-formazzjoni ta’ flussi konsiderevoli ta’ arja (żiffiet). Dawn il-kundizzjonijiet huma ottimali għas-saħħa tal-għeneb kif ukoll għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb, li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva.

Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed semispumanti huma r-riżultat tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi fiż-żona tal-produzzjoni flimkien ma’ fatturi umani li kellhom impatt fuq il-potenzjal enoloġiku tal-għeneb u fuq it-teknoloġiji tal-ipproċessar. Għalhekk hemm rabta kawżali qawwija bejn il-kwalità speċifika tal-prodotti u l-oriġini ġeografika tagħhom.

8.5.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategorija: Inbid minn għeneb imqadded

Informazzjoni dwar il-kwalitajiet speċifiċi tal-prodotti marbuta mal-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali maż-żona ġeografika:

L-inbejjed bojod Passito huma magħmula prinċipalment minn għeneb lokali bħal Trebbiano Abruzzese u għeneb aromatiku tal-familji Moscato u Malvasia. Huma ta’ kulur isfar sa ambra, b’aroma qawwija ta’ frott misjur u għasel. It-togħma tista’ tvarja minn xotta sa ħelwa u hija persistenti ħafna. L-inbejjed ħomor Passito huma prodotti prinċipalment billi l-għeneb jitħalla jinxef fuq id-dielja (prinċipalment Montepulciano, waħdu jew flimkien ma’ varjetajiet internazzjonali bħal Merlot, Cabernet Sauvignon u Syrah). Huma għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin li jqarreb lejn il-granata. L-inbejjed jitqaddmu sew; għandhom struttura u korporatura tajbin, u kontenut għoli ta’ alkoħol. Dawn l-inbejjed jiġu prodotti biss fl-aktar żoni xemxija, bl-aħjar ventilazzjoni u l-aktar niexfa, li jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet biex jinkiseb għeneb f’saħħtu u misjur iżżejjed li huwa rikk fiz-zokkor iżda fuq kollox f’sustanzi aromatiċi li jesprimu ruħhom bl-aktar mod sħiħ fl-inbejjed li jirriżultaw.

Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

L-inbejjed Passito deskritti jiksbu n-natura pjaċevoli tagħhom mill-kwalità tal-għeneb, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima u t-topografija partikolari taż-żona tal-produzzjoni. B’mod partikolari, il-kisba ta’ tali materja prima tiddependi fuq il-varjazzjoni notevoli fit-temperaturi ta’ binhar u billejl matul is-sajran tal-għenieqed tal-għeneb. Flimkien mal-ventilazzjoni eċċellenti, dan jiżgura li jinħasad għeneb f’saħħtu bi profil aċiduż u aromatiku bbilanċjat.

Għal dawn l-inbejjed ukoll, għalhekk hemm rabta kawżali qawwija bejn il-kwalità speċifika tal-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

LINK GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/18784


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.