|
27.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/10 |
Lista tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom rigward l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online
(2023/C 224/06)
Il-pubblikazzjoni ta’ din il-lista hija f’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online (1). L-awtoritajiet kompetenti ġew innotifikati f’konformità mal-artikoli li ġejjin ta’ dak ir-Regolament:
TAQSIMA IV
L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U L-KOOPERAZZJONI
Artikolu 12 (2)
Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti biex:
|
a. |
jinħarġu ordnijiet ta’ tneħħija skont l-Artikolu 3; |
|
b. |
jiġu skrutinizzati ordnijiet ta’ tneħħija skont l-Artikolu 4; |
|
c. |
tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 5; |
|
d. |
jiġu imposti penali skont l-Artikolu 18. |
3. Sas-7 ta’ Ġunju 2022, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u dwar kwalunkwe modifika fir-rigward tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifika u kwalunkwe modifika tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
Stat Membru |
Awtoritajiet kompetenti |
|
L-Awstrija |
|
|
Il-Belġju |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Federali (Federaal parket/parquet federal) (L-Artikolu 12(1)(a) u (b)), fi kwistjonijiet ta’ urġenza, id-Direttorat tas-Sezzjoni I2-IRU għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Serja u Organizzata (DJSOC) (L-Artikolu 12(1)(a)) |
|
Il-Bulgarija |
Il-Ministeru tal-Intern - Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d)) |
|
Il-Kroazja |
Ministeru għall-Affarijiet Interni (ministarstvo unutarnjih poslova) (L-Artikolu 12(1)(a) u (b)) L-awtorità Regolatorja Kroata għall-Industriji tan-Networks (Hrvatska regulatorna agencija za mrežne djelatnosti) (L-Artikolu 12(1)(c)) Il-Qorti Muniċipali ta’ Reati Reati f’Zagreb (Općinski prekršajni sud u Zagrebu) (L-Artikolu 12(1)(d)) |
|
Ċipru |
Il-pulizija ta’ Ċipru (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d)) |
|
Iċ-Ċekja |
L-Aġenzija Nazzjonali għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, l-Estremiżmu u ċ-Ċiberkriminalità, il-Pulizija Kriminali u s-Servizz tal-Investigazzjoni, il-Pulizija tar-Repubblika Ċeka (L-Artikolu 12(1)(a)) Il-Ministeru tal-Intern tar-Repubblika Ċeka (L-Artikolu 12(1)(b)) L-Uffiċċju Ċek tat-Telekomunikazzjoni (L-Artikolu 12(1)(c) u (d)) |
|
Id-Danimarka |
Il-pulizija Nazzjonali Daniża u l-Qrati tad-Danimarka (L-Artikolu 12(1)(a)) Il-Pulizija Nazzjonali Daniża (Artikolu 12(1)(b) u (c)) Is-servizz tal-Prosekuzzjoni u l-Qrati tad-Danimarka (L-Artikolu 12(1)(d)) |
|
L-Estonja |
Is-Servizz Estonjan għas-Sigurtà Interna (L-Artikolu 12(1)(a) u (b)) L-Awtorità ta’ Sorveljanza Teknika Estonjana (L-Artikolu 12(1)(c) u (d)) |
|
Il-Finlandja |
Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni (L-Artikolu 12(1)(a) u (b)) L-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Traficom (L-Artikolu 12(1)(c)) Il-Bord tas-Sanzjonijiet fil-Bord tal-Pulizija Nazzjonali tal-Finlandja (L-Artikolu 12(1)(d)) |
|
Franza |
L-Uffiċċju Ċentrali għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (L’Office central de lutte contre la criminalité liée aux technologies de l’information et de la communication) (OCLCTIC) (L-Artikolu 12(1)(a)) L-Awtorità Regolatorja għall-Komunikazzjoni Awdjoviżiva u Diġitali (L-Autorité de régulation de la communication audiovisuelle et numérique) (ARCOM), personnalite-qualifiee@arcom.fr (L-Artikolu 12(1)(b) u (c)) Il-Qorti ordinarja (Le juge judiciaire) għal sanzjonijiet penali u l-Awtorità Regolatorja għall-Komunikazzjoni Awdjoviżiva u Diġitali (l-Autorité de régulation de la communication audiovisuelle et numérique) (ARCOM) għal sanzjonijiet amministrattivi (L-Artikolu 12(1)(d)) |
|
Il-Ġermanja |
L-Uffiċċju Federali tal-Pulizija Kriminali (Bundeskriminalamt) (L-Artikolu 12(1)(a) u (b)) L-Aġenzija tan-Networks Federali (Bundesnetzagentur) (L-Artikolu 12(1)(c) u (d)) |
|
Il-Greċja |
|
|
L-Ungerija |
L-Awtorità Nazzjonali tal-Media u l-Infokomunikazzjoni (Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság) (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d)) |
|
L-Irlanda |
Il-Garda Síochána (An Garda Síochána) (Artikolu 12(1)(a)) |
|
L-Italja |
|
|
Il-Latvja |
Is-Servizz tas-Sigurtà tal-Istat (l-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d)) |
|
Il-Litwanja |
|
|
Il-Lussemburgu |
Il-Pulizija tal-Gran Dukat – Il-Ministeru tas-Sigurtà Interna (Police grand-ducale – Ministère de la Sécurité intérieure) (L-Artikolu 12(1)(a) u (b)) Il-Kummissjoni Għolja għall-Protezzjoni Nazzjonali – L-Aġenzija Nazzjonali għaċ-Ċibersigurtà (Haut-Commissariat à la Protection nationale – Agence nationale de la sécurité des systèmes d’information) (L-Artikolu 12(1)(c)) |
|
Malta |
Il-Qorti tal-Ġustizzja bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali (L-Artikolu 12(1)(a), (b) u (d)) Il-pulizija li taġixxi fuq il-parir tal-Unità għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni (L-Artikolu 12(1)(c)) |
|
In-Netherlands |
|
|
Il-Polonja |
|
|
Il-Portugall |
|
|
Ir-Rumanija |
Autoritatea Națională pentru Administrare și Reglementare în Comunicații (ANCOM) (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d)) Serviciul Român de Informații (L-Artikolu 12(c), jappoġġa lill-ANCOM fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament) Ministerul Afacerilor Interne — Inspectoratul General al Poliției Române (fuq talba tal-ANCOM, jipparteċipa fil-verifika tal-konformità mill-fornituri ta’ hosting mal-obbligi skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6 tar-Regolament) |
|
Is-Slovakkja |
Forza tal-Pulizija tar-Repubblika Slovakka (Artikolu 12(1)(a) u (b)) Kunsill għas-Servizzi tal-Midja (L-Artikolu 12(1)(c) u (d)) |
|
Is-Slovenja |
|
|
Spanja |
Iċ-Ċentru għall-Intelligence kontra t-Terroriżmu u l-Kriminalità Organizzata (CITCO), is-Segretarjat tal-Istat għas-Sigurtà tal-Ministeru tal-Intern (L-Artikolu 12(1)(a), (b) u (c)) Is-Segretarju tal-Istat għas-Sigurtà, kompetenti biex jimponi penali għal ksur minuri u serju, u Ministru tal-Intern, kompetenti biex jimponi sanzjonijiet għal reati serji ħafna (L-Artikolu 12(1)(d)) |
|
L-Iżvezja |
L-Awtorità tal-Pulizija Żvediża (Polismyndigheten) (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d)) |
(1) ĠU L 172, 17.05.2021, p. 79.
(2) Għat-test sħiħ tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/784 jekk jogħġbok irreferi għall-ĠU L 172, 17.5.2021, p. 79.