6.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/21


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2023/C 198/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

Dealurile Olteniei

PGI-RO-A1095-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 16 ta’ Marzu 2023

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Inklużjoni ta’ muniċipalitajiet ġodda fiż-żona ġeografika demarkata tal-IĠP

Nitolbu l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex tiġi estiża ż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-inbejjed bla gass bl-indikazzjoni ġeografika Dealurile Olteniei għall-muniċipalità/raħal ta’ Ișalnița, li jinsab fil-Kontea ta’ Dolj.

Il-muniċipalità ta’ Ișalnița - magħmula mir-raħal ta’ Ișalnița - tinsab fit-territorju amministrattiv u fil-viċinanza immedjata ta’ diversi bliet u rħula li huma parti miż-żona tal-IĠP, fejn bħalissa qed jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità. Għalhekk, hija tgawdi kundizzjonijiet ekopedoklimatiċi li huma adatti għat-tkabbir tad-dwieli u li huma simili għal dawk taż-żona tal-IĠP Dealurile Olteniei.

Il-muniċipalità ta’ Ișalnița tmiss mal-muniċipalità ta’ Almăj fit-Tramuntana, mal-muniċipalità ta’ Șimnicu de Sus fil-Lvant, mal-muniċipalità ta’ Breasta u l-belt ta’ Craiova fin-Nofsinhar, u mal-muniċipalità ta’ Coțofenii din Dos fil-Punent, li kollha huma parti miż-żona ġeografika demarkata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠP Dealurile Olteniei.

Il-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 6 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

2.   Korrezzjoni tal-isem ta’ varjetà ta’ għeneb tal-inbid

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata biex jiġi kkoreġut l-isem ta’ varjetà ta’ għeneb tal-inbid u biex jiġi indikat b’mod akkurat kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

L-emenda saret biex jiġi indikat l-isem tal-varjetà tal-produzzjoni tal-inbid Saint Emilion kif stabbilit fl-Ordni Nru 273/2020 tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali li tapprova l-lista ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu u jitlaqqmu fir-Rumanija għall-finijiet tal-produzzjoni tal-inbid.

Il-Kapitoli IV, V u VI tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Dealurile Olteniei

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi - inbejjed bojod/rożè

DESKRIZZJONI QASIRA

Inbejjed bojod

Dehra viżiva: ivarjaw minn aħdar kważi bla kulur sa isfar lewn it-tiben, isfar jagħti fl-aħdar, u abjad jagħti fl-isfar bi sfumaturi ħodor.

Riħa: frott eżotiku b’noti minerali, tal-vanilla u tal-butir

Togħma: robusta, vivaċi u rifreskanti, b’aċidità medja.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15,00

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,00

Aċidità totali minima

4,00 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

2.   Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi - inbejjed ħomor

DESKRIZZJONI QASIRA

Inbejjed ħomor

Dehra viżiva: ivarjaw minn aħmar rubin sa aħmar skur, minn aħmar rubin ċar sa aħmar rubin skur.

Riħa: irwejjaħ li jvarjaw minn frott aħmar għal aromi veġetali, b’noti ta’ vanilla, ċikkulata, u ħwawar.

Togħma: robusta, ibbilanċjata u tannika.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15,00

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,00

Aċidità totali minima

4,00 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattiki enoloġiċi

Metodu ta’ kultivazzjoni

Id-densità tat-tħawwil hija ta’ mill-inqas 3 000 pjanta għal kull ettaru.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Merlot, Băbească Neagră, Burgund Mare

17 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

Il-varejetajiet Pinot gris, Riesling Italian, Riesling de Rhin, Fetească albă, Fetească regală, Crâmpoșie selecționată, u Saint Emilion

15 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

3.

Cabernet Sauvignon, Novac, Negru de Drăgăşani, Dornfelder, Marcelan

15 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.

Chardonnay, Sauvignon, Sangiovese, Pinot Noir, Syrah, Zinfandel

13 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

5.

Muscat Ottonel, Tămâioasă Românească, Tămâioasă roză, Fetească Neagră

12 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.

Viognier, Touriga Nacional, Touriga Franca, Cabernet Franc

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

7.

Merlot, Băbească Neagră, Burgund Mare

125 ettolitru għal kull ettaru

8.

Pinot gris, Riesling Italian, Riesling de Rhin, Fetească albă, Fetească regală, Crâmpoșie selecționată

110 ettolitru għal kull ettaru

9.

Cabernet Sauvignon, Novac, Negru de Drăgăşani, Dornfelder, Marcelan

110 ettolitru għal kull ettaru

10.

Chardonnay, Sauvignon, Saint Emilion

97 ettolitru għal kull ettaru

11.

Sangiovese, Pinot Noir, Syrah, Zinfandel

95 ettolitru għal kull ettaru

12.

Fetească Neagră

90 ettolitru għal kull ettaru

13.

Muscat Ottonel, Tămâioasă Românească, Tămâioasă roză

87 ettolitru għal kull ettaru

14.

Viognier, Touriga Nacional, Touriga Franca, Cabernet Franc

65 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

IŻ-ŻONA TAL-VITIKULTURA CI

Il-kontea ta’ Olt

Il-muniċipalità ta’ Iancu Jianu - ir-raħal ta’ Iancu Jianu

Il-muniċipalità ta’ Oboga - ir-raħal ta’ Oboga

Il-muniċipalità ta’ Strejeşti - l-irħula ta’ Strejeştii de Sus, Colibaşi

Il-muniċipalità ta’ Cârlogani - ir-raħal ta’ Cârlogani

Il-muniċipalità ta’ Pleşoiu, - ir-raħal ta’ Schitu din Deal

Il-Belt ta’ Piatra-Olt

Il-muniċipalità ta’ Bistriţa Nouă - ir-raħal ta’ Bistriţa Nouă

Il-kontea ta’ Vâlcea

Il-muniċipalità ta’ Drăgăşani - il-bliet: Drăgăşani, Zlătărei, Zărneni, Valea Caselor; Bârsanu, Capu Dealului

Il-muniċipalità ta’ Suteşti - l-irħula ta’ Suteşti, Mitrofani, Verdea, Racu, Izvoraşu, Măzili, Boroşeşti

Il-muniċipalità ta’ Ştefăneşti - l-irħula ta’ Dobruşa, Condoieşti, Şerbăneşti, Ştefăneşti

Il-muniċipalità ta’ Prundeni - l-irħula ta’ Prundeni, Călina, Zăvideni

Il-muniċipalità ta’ Lungeşti - l-irħula ta’ Lungeşti, Carcadieşti, Fumureni, Stăneşti-Lunca

Il-muniċipalità ta’ Orleşti - l-irħula ta’ Procopoaia, Scaioşi, Orleşti, Silea

Il-muniċipalità ta’ Scundu - l-irħula ta’ Scundu, Avrămeşti, Blejani, Crângu

Il-muniċipalità ta’ Olanu - l-irħula ta’ Olanu, Casa Veche, Cioboţi

Il-muniċipalità ta’ Ioneşti - l-irħula ta’ Fişcălia, Ioneşti

Il-muniċipalità ta’ Creţeni - l-irħula ta’ Creţeni, Mreneşti, Streminoasa, Izvoru

Il-muniċipalità ta’ Guşoeni - l-irħula ta’ Guşoeni, Măgureni, Spârleni, Guşoianca, Burdăleşti

Il-muniċipalità ta’ Amărăşti - l-irħula ta’ Nemoiu, Padina, Amărăşti, Palanga, Mereşeşti, Teiul

Il-muniċipalità ta’ Glăvile - l-irħula ta’ Glăvile, Olteanca, Jaroştea, Voiculeasa, Aninoasa

Il-muniċipalità ta’ Şuşani - l-irħula ta’ Şuşani, Uşurei, Stoiculeşti, Sârbi, Râmeşti

Il-muniċipalità ta’ Mădulari - l-irħula ta’ Mădulari, Bănţeşti, Bălşoara, Mamu, Dimuleşti

Il-muniċipalità ta’ Tetoiu - l-irħula ta’ Tetoiu, Ţepeşti

Il-muniċipalità ta’ Stăneşti - l-irħula ta’ Stăneşti, Linia Dealului

Il-muniċipalità ta’ Fârtăţeşti - l-irħula ta’ Fârtăţeşti, Giuleşti, Dejoi, Seciu, Becşani

Il-muniċipalità ta’ Măciuca - l-irħula ta’ Oveselu, Bocşa, Zăvoieni, Măciuceni, Botorani, Măldăreşti

Il-muniċipalità ta’ Valea Mare - l-irħula ta’ Valea Mare, Pietroasa, Delureni, Mărgineni

Il-muniċipalità ta’ Făureşti - ir-raħal ta’ Budeşti

Il-muniċipalità ta’ Laloşu - l-irħula ta’ Laloşu, Bălceşti, Goruneşti

Il-muniċipalità ta’ Zătreni - l-irħula ta’ Zătreni, Lăcusteni

Il-muniċipalità ta’ Iancu Jianu - ir-raħal ta’ Iancu Jianu

Il-muniċipalità ta’ Oboga - ir-raħal ta’ Oboga

Il-muniċipalità ta’ Strejeşti - l-irħula ta’ Strejeştii de Sus, Colibaşi

Il-muniċipalità ta’ Cârlogani - ir-raħal ta’ Cârlogani

Il-muniċipalità ta’ Pleşoiu, - ir-raħal ta’ Schitu din Deal

Il-kontea ta’ Dolj

Il-belt: Craiova - Il-muniċipalità ta’ Șimnicu de Jos

Il-muniċipalità ta’ Şimnicu de Sus - l-irħula ta’ Şimnicu de Sus, Duțulești

Il-muniċipalità ta’ Coşoveni - l-irħula ta’ Coşoveni, Cârcea

Il-muniċipalità ta’ Leu - ir-raħal ta’ Leu

Il-muniċipalità ta’ Dioşti - l-irħula ta’ Dioşti, Ciocăneşti

Il-muniċipalità ta’ Scăeşti - ir-raħal ta’ Valea lui Pătru

Il-muniċipalità ta’ Coţofenii din Dos - ir-raħal ta’ Mihăiţa

Il-muniċipalità ta’ Almăj - l-irħula ta’ Almăj, Coţofenii din Faţă

Il-muniċipalità ta’ Brădeşti - ir-raħal ta’ Brădeşti

Il-muniċipalità ta’ Ișalnița - ir-raħal ta’ Ișalnița

Il-muniċipalità ta’ Melineşti - l-irħula ta’ Melineşti, Negoieşti, Bodăieşti

Il-muniċipalità ta’ Goieşti - ir-raħal ta’ Goieşti

Il-muniċipalità ta’ Secu - ir-raħal ta’ Secu

Il-muniċipalità ta’ Seaca de Pădure - l-irħula ta’ Seaca de Pădure, Veleni

Il-muniċipalità ta’ Predeşti - l-irħula ta’ Predeşti, Pleşoi

Il-muniċipalità ta’ Breasta - l-irħula ta’ Breasta, Valea Lungului

Il-muniċipalità ta’ Gogoşu - l-irħula ta’ Gogoşu, Ştefănel

Il-muniċipalità ta’ Botoşeşti Paia - ir-raħal ta’ Botoşeşti Paia

Il-muniċipalità ta’ Brabova - ir-raħal ta’ Brabova

Il-muniċipalità ta’ Greceşti - l-irħula ta’ Greceşti, Bărboi

Il-muniċipalità ta’ Cernăteşti - ir-raħal ta’ Cernăteşti

Il-muniċipalità ta’ Argetoaia - l-irħula ta’ Argetoaia, Băranu, Leordoasa, Piria, Malumnic, Iordăchești, Berbeșu

Il-belt: Segarcea

Il-muniċipalità ta’ Segarcea

Il-muniċipalità ta’ Podari - l-irħula ta’ Podari, Livezi

Il-muniċipalità ta’ Calopăr - l-irħula ta’ Calopăr, Belcinu

Il-muniċipalità ta’ Drănic - l-irħula ta’ Drănic, Padea

Il-muniċipalità ta’ Lipovu - l-irħula ta’ Lipovu u Lipovu de Sus

Il-muniċipalità ta’ Valea Stanciului - ir-raħal ta’ Valea Stanciului

Il-muniċipalità ta’ Cerăt - l-irħula ta’ Cerăt, Malaica

IŻ-ŻONA TAL-VITIKULTURA CII

Il-kontea ta’ Mehedinți

Il-belt: Drobeta Turnu Severin

Il-muniċipalità ta’ Şimian - l-irħula ta’ Poroina, Ergheviţa, Cerneţi

Il-muniċipalità ta’ Izvoru Bârzii - l-irħula ta’ Izvoru Bârzii, Halânga

Il-muniċipalità ta’ Malovăţ - l-irħula ta’ Malovăţ, Colibaşi, Lazu, Negreşti

Il-muniċipalità ta’ Brezniţa-Ocol - l-irħula ta’ Brezniţa-Ocol, Şuşiţa

Il-muniċipalità ta’ Prunişor - ir-raħal ta’ Prunişor

Il-muniċipalità ta’ Corcova - l-irħula ta’ Corcova, Pârvuleşti, Gârbovăţu de Jos, Imoasa, Jirov

Il-muniċipalità ta’ Broşteni - l-irħula ta’ Broşteni, Căpăţâneşti, Lupşa de Jos, Meriş

Il-muniċipalità ta’ Floreşti - ir-raħal ta’ Floreşti

Il-muniċipalità ta’ Căzăneşti - l-irħula ta’ Căzăneşti, Severineşti, Valea Coșuștei, Valea Alunului

Il-muniċipalità ta’ Şişeşti - ir-raħal ta’ Şişeşti

Il-muniċipalità ta’ Ilovăţ - ir-raħal ta’ Ilovăţ

Il-muniċipalità ta’ Greci - ir-raħal ta’ Greci

Il-muniċipalità ta’ Oprişor - l-irħula ta’ Oprişor, Prisăceaua

Il-muniċipalità ta’ Punghina - l-irħula ta’ Punghina, Drincea, Satu Nou

Il-muniċipalità ta’ Bălăciţa - l-irħula ta’ Bălăciţa, Dobra, Gvardiniţa

Il-muniċipalità ta’ Bâcleş - ir-raħal ta’ Bâcleş

Il-muniċipalità ta’ Dumbrava - ir-raħal ta’ Dumbrava de Jos

Il-muniċipalità ta’ Dârvari - ir-raħal ta’ Dârvari

Il-muniċipalità ta’ Obârşia de Câmp - l-irħula ta’ Obârşia de Câmp, Izimşa

Il-muniċipalità ta’ Cujmir - ir-raħal ta’ Cujmir

Il-muniċipalità ta’ Vânători - ir-raħal ta’ Vânători

Il-muniċipalità ta’ Vlădaia - l-irħula ta’ Vlădaia, Scorila, Almăjel, Ştircoviţa

Il-muniċipalità ta’ Pădina - ir-raħal ta’ Pădina Mare

Il-muniċipalità ta’ Corlăţel - l-irħula ta’ Corlăţel, Valea Anilor

Il-belt ta’ Vânju Mare - l-irħula ta’ Vânju Mare, Nicolae Bălcescu, Oreviţa Mare, Bucura, Traian

Il-muniċipalità ta’ Livezile - l-irħula ta’ Livezile, Valea Izvorului, Izvorul Aneştilor

Il-muniċipalità ta’ Rogova - l-irħula ta’ Rogova, Poroiniţa

Il-muniċipalità ta’ Vânjuleţ - l-irħula ta’ Vânjuleţ, Hotărani

Il-muniċipalità ta’ Devesel - ir-raħal ta’ Scăpău

Il-muniċipalità ta’ Poroina Mare - l-irħula ta’ Poroina Mare, Fântânile Negre, Şipotu

Il-kontea ta’ Dolj

Il-muniċipalità ta’ Plenița - ir-raħal ta’ Plenița

Il-muniċipalità ta’ Caraula - ir-raħal ta’ Caraula

Il-muniċipalità ta’ Vârtop - ir-raħal ta’ Vârtop

Il-muniċipalità ta’ Izvoare - ir-raħal ta’ Izvoare

Il-muniċipalità ta’ Perişor - ir-raħal ta’ Perişor

Il-muniċipalità ta’ Giubega - ir-raħal ta’ Giubega

Il-muniċipalità ta’ Vela - l-irħula ta’ Vela, Gubaucea, Bucovicior

Il-muniċipalità ta’ Radovan - ir-raħal ta’ Radovan

Il-muniċipalità ta’ Orodel - l-irħula ta’ Orodel, Cornu, Teiu

Il-muniċipalità ta’ Cetate - ir-raħal ta’ Cetate

Il-muniċipalità ta’ Unirea - ir-raħal ta’ Unirea

Il-muniċipalità ta’ Moţăţei - l-irħula ta’ Moţăţei, Dobridor

Il-muniċipalità ta’ Maglavit - l-irħula ta’ Maglavit, Hunia

Il-muniċipalità ta’ Galicea Mare - ir-raħal ta’ Galicea Mare

Il-muniċipalità ta’ Afumaţi - l-irħula ta’ Afumaţi, Boureni

Il-kontea ta’ Gorj

Il-muniċipalità ta’ Scoarţa - l-irħula ta’ Scoarţa, Pişteştii din Deal, Bobu

Il-muniċipalità ta’ Runcu - l-irħula ta’ Dobriţa, Bâltişoara, Bâlta, Valea Mare

Il-muniċipalità ta’ Bălăneşti - l-irħula ta’ Bălăneşti, Glodeni, Voiteştii din Deal

Il-muniċipalità ta’ Cruşeţ - l-irħula ta’ Cruşeţ, Slămneşti, Văluţa, Slăvuţa

Il-muniċipalità ta’ Turburea - l-irħula ta’ Poiana, Cocorova, Şipotu

Il-muniċipalità ta’ Stoina - l-irħula ta’ Stoina, Ciorari, Mieluşei

Il-muniċipalità ta’ Căpreni - l-irħula ta’ Căpreni, Dealu Spirei

Il-muniċipalità ta’ Stejari - l-irħula ta’ Stejari, Băceşti, Dealu Leului, Piscoiu

Il-muniċipalità ta’ Hurezani - l-irħula ta’ Hurezani, Busuioci

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Băbească neagră N - Grossmuttertraube, Hexentraube, Crăcana, Rară neagră, Căldărușă, Serecsia

Cabernet Franc N

Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Bourdeos tinto

Chardonnay B - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay

Crâmpoşie selecţionată B

Dornfelder N

Fetească albă B - Păsărească albă, Poama fetei, Mädchentraube, Leanyka, Leanka

Fetească neagră N - Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii

Fetească regală B - Königliche Mädchentraube, Königsast, Kiralyleanka, Dănășană, Galbenă de Ardeal

Marcelan N

Muscat Ottonel B - Muscat Ottonel blanc

Negru de Drăgășani N

Novac N

Pinot Gris G - Affumé, Grauer Burgunder, Grauburgunder, Grauer Mönch, Pinot cendré, Pinot Grigio, Ruländer

Riesling de Rhin B - Weisser Riesling, White Riesling, Riesling Renano, Rheinriesling

Riesling Italian B - Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling

Saint Emilion B - Trebbiano Toscano, Ugni blanc, Trebbiano

Sangiovese N - Brunello di Montalcino, Morellino

Sauvignon B - Sauvignon Blanc

Syrah N - Shiraz, Petit Syrah

Touriga Franca R - Touriga Francesca

Touriga Nacional R

Tămâioasă românească B - Busuioacă de Moldova, Muscat blanc à petit grains

Tămâioasă românească B - Rumänische Weihrauchtraube, Tamianka, Tămâioasă albă de Drăgășani

Tămâioasă roză Rs - Muscat rouge de Frontignan

Viognier B - Petit Vionnier, Viogne, Galopine, Vugava bijela

Zinfandel N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Dettalji taż-żona ġeografika

Minħabba l-prossimità tax-xmara Danubju, l-istrixxa tal-art li tinsab bejn ix-xmara u l-Muntanji Karpazji tagħti karatteristiċi uniċi lill-inbejjed prodotti fiż-żona demarkata tal-indikazzjoni ġeografika Dealurile Olteniei.

Minn perspettiva meteoroloġika, iż-żona tgawdi radjazzjoni solari għolja, riżorsi eljotermali tajbin, u l-inqas livell medju ta’ preċipitazzjoni fil-pajjiż.

Ix-xita hija moderata, u flimkien mal-perjodi twal ta’ xemx u t-temperaturi għoljin, tiżgura bijosinteżi tajba tal-antoċjanini u l-aromi fil-qoxra tal-għeneb ta’ varjetajiet ħomor jew aromatiċi stabbiliti sew.

L-art fiż-żona tal-IĠP Dealurile Olteniei, li tinsab fuq ħamrija zonali kannella lewn is-sadid, hija estremament varjata: f’termini ġeopedoloġiċi, is-saffi huma magħmula l-aktar minn ħamrija kannella ħamranija, ħamrija litika ħamra u kannella ewmeżobażika, litosoli, u regosoli.

Il-ħamrija tal-vinji taż-żona tal-IĠP Dealurle Olteniei hija favorevoli ħafna għat-tkabbir tad-dwieli, u tissodisfa l-ħtiġijiet kollha tad-dwieli f’termini tal-ilma u n-nutrijenti fil-biċċa l-kbira tas-snin.

Il-kundizzjonijiet tal-klima u tal-ħamrija huma ideali għat-tkabbir tal-varjetajiet tal-għeneb maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor b’indikazzjoni ġeografika. Il-kwalità innegabbli tal-inbejjed ħomor hija dovuta, bl-istess importanza, għall-varjetajiet tad-dwieli u għall-ambjent naturali, b’mod partikolari l-inklinazzjonijiet esposti tajjeb.

Fl-1900, G.N. Nicoleanu esprima l-fehma li l-vinji Severin u Drîncei kienu l-aktar postijiet famużi fil-pajjiż għall-inbejjed ħomor eċċellenti prodotti mill-għeneb Pinot Noir u Merlot. Id-data statistika maħruġa fl-1899 tindika li l-ħames kontej ta’ Oltenia (Dolj, Mehedinți, Romanați, Vâlcea u Gorj) kienu jkopru 30 % taż-żona tal-vitikultura tar-Rumanija, li hija magħmula minn 32 kontea, u li Dolj, Mehedinti u Romanați waħedhom kienu jammontaw għal 34 % tal-produzzjoni totali tal-inbid aħmar.

Il-ħamrija hija permeabbli, taflija u ramlija, filwaqt li s-sottoswol huwa tafli u ħamrani, b’partikuli d-daqs tax-xaħx, u dan joħloq kundizzjonijiet eċċellenti biex id-dwieli jikbru u jrendu l-frott. Il-migrazzjoni tal-ħadid u tal-manganiż lejn il-pjanta tinfluwenza konsiderevolment l-akkumulazzjoni ta’ sustanzi koloranti (Dinu, 1998).

Il-kundizzjonijiet kollha tal-ħamrija u tal-klima jiffavorixxu l-kultivazzjoni tad-dwieli u l-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità għolja tipiċi taż-żona Dealurile Olteniei. L-għeneb miksub minn dwieli ppożizzjonati b’attenzjoni skont il-“potenzjal” tal-art jista’ jwassal għal riżultati eċċellenti fil-produzzjoni ta’ nbejjed b’indikazzjoni ġeografika.

8.2.   Rabta kawżali bejn iż-żona u l-prodott

Il-vinji jitħawlu fuq inklinazzjonijiet kbar u mingħajr ostakli li jħarsu lejn in-Nofsinhar, il-Lvant jew il-Punent. Hemm medja ta’ 1 550 siegħa ta’ xemx fis-sena u t-temperaturi ta’ kuljum minn April sa Settembru jammontaw għal medja ta’ 3 340 °C.

Il-ħamrija fuq il-pjattaforma hija kkaratterizzata mill-preżenza ta’ luvisoli bojod, planosoli u ħamrija podżolika kannella. Hemm ħamrija taflija illuvjali kannella fuq l-inklinazzjonijiet u t-terrazzi dojoq u bi skular tajjeb li jinsabu fl-għoli, u ħamrija kannella u ewmożobażika u regosoli fuq l-inklinazzjonijiet, u ħamrija kannella ħamranija fuq it-terrazzi.

It-temperatura medja annwali u t-temperatura medja tal-aktar xhur sħan tas-sajf (Lulju u Awwissu) huma riflessi b’indiċi eljotermali għoli. Grazzi għat-temperaturi ta’ Awwissu u Settembru, l-għeneb jista’ jsir perfettament u jiżviluppa kontenut konsiderevoli ta’ zokkor, speċjalment jekk jinħasad f’punti estremi ta’ sajran jew meta jibda jipproduċi ż-żbib.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni

Qafas legali:

fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-ebda dispożizzjoni addizzjonali

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_sarcini_vin_ig_dl_olteniei_modif_cf_cererii_902_04.05.2022_no_track_changes.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.