20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/6


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2023/C 62/05)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Haut-Médoc”

PDO-FR-A0710-AM05

Data tal-komunikazzjoni: 23.11.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali

Il-lista ta’ muniċipalitajiet inklużi fiż-żona ġeografika u fiż-żona fil-viċinanza immedjata ġew aġġornati abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2022.

Dan ibiddel biss il-formulazzjoni u ma għandu l-ebda impatt fuq iż-żona ġeografika.

Il-punti 6 u 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati f’konformità ma’ dawn il-bidliet.

2.   Varjetajiet għal skopijiet ta’ adattament

Mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott żdiedu l-varjetajiet Arinarnoa N, Castets N, Marselan N u Touriga Nacional N. Dawn huma varjetajiet bi ħsad tard, li jista’ jkun vantaġġ fil-kuntest tat-tisħin globali. Barra minn hekk, il-fatt li ma humiex suxxettibbli ħafna għat-taħsir, għall-moffa u għall-moffa żajbrija, huwa karatteristika pożittiva. Dawn l-erba’ varjetajiet huma kollha kapaċi jipproduċu nbejjed ta’ lewn intens, kumplessi, korpużi u strutturati, f’konformità mal-karatteristiċi tipiċi tal-inbejjed ħomor Médoc.

Dawn il-varjetajiet ma jistgħux jirrappreżentaw aktar minn 5 % tat-taħlita tal-varjetajiet u 10 % tat-taħlita.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

3.   Wisa’ bejn il-pjanti

Il-wisa’ minima bejn il-pjanti fl-istess flann tnaqqset minn 0,80 m għal 0,70 m.

Dan jippermetti li tiżdied id-densità tat-tħawwil, u b’hekk ikun hemm kompetizzjoni akbar bejn id-dwieli u l-għeneb ta’ kwalità aħjar.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

4.   Żbir

Ir-regoli dwar iż-żbir ġew adattati għall-vinji fejn il-wisa’ bejn il-pjanti hija ta’ bejn 0,70 m u 0,80 m.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

5.   Dispożizzjonijiet agroambjentali

Żdiedu diversi dispożizzjonijiet ambjentali:

Id-dwieli mejtin iridu jitneħħew mill-irqajja’ art u ma għandhomx jitħallew hemmhekk.

Qabel kull tħawwil ġdid, l-operaturi jeħtiġilhom iwettqu analiżi fiżika u kimika tal-ħamrija tar-roqgħa art bid-dwieli biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-potenzjal tagħha u dwar il-kundizzjonijiet tat-tkabbir tad-dwieli.

Sabiex jinżammu l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku, li huwa parti fundamentali miż-żona lokali:

il-kontroll tal-ħaxix ħażin bl-użu tas-sustanzi kimiċi fuq il-promontorji huwa pprojbit;

il-kontroll sħiħ tal-ħaxix ħażin bl-użu tas-sustanzi kimiċi fuq l-irqajja’ art huwa pprojbit;

l-operaturi jeħtiġilhom jikkalkulaw u jirreġistraw l-indiċi tal-frekwenza tat-trattament (TFI) tagħhom.

Dawn l-emendi huma maħsuba biex iqisu aħjar l-ambjent u d-domanda ġenerali biex jintużaw inqas prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

6.   Maturazzjoni

L-ewwel data tat-tmiem possibbli għall-proċess ta’ maturazzjoni tressqet ’il quddiem mill-31 ta’ Mejju għall-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-ħsad.

Il-possibbiltà ta’ perjodu iqsar ta’ maturazzjoni tagħmilha possibbli li toħroġ togħma aktar ta’ frott u li jiġu prodotti kemm inbejjed faċli biex jinxtorbu kif ukoll inbejjed aktar sofistikati adatti għat-tqaddim.

Dan jaffettwa wkoll id-data minn meta l-inbid jista’ jinbiegħ lill-konsumaturi.

Jeħtieġ ukoll emenda fir-rabta.

Il-punt 8 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

7.   Miżuri tranżizzjonali

Miżuri tranżizzjonali li ma għadhomx fis-seħħ tħassru.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

8.   Punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati

Il-volum addizzjonali għall-produtturi individwali żdied mal-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

9.   Referenza għall-korp ta’ spezzjoni

Ir-referenza għall-korp ta’ spezzjoni ġiet ifformulata mill-ġdid biex tiġi allinjata mal-formulazzjoni użata fi Speċifikazzjonijiet tal-Prodott oħrajn. Din hija emenda purament editorjali.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Haut-Médoc

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11 %.

Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx taqbeż it-13 %.

Kull lott ta’ nbid mibjugħ bl-ingrossa jew ippakkjat għandu kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 3 grammi għal kull litru jew inqas.

Kull lott ta’ nbid mibjugħ bl-ingrossa jew ippakkjat qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad ikollu kontenut ta’ aċidità volatili ta’ 12,25 milliekwivalenti għal kull litru (0,60 grammi għal kull litru espressi bħala H2SO4) jew inqas. Lil hinn minn dik id-data, il-kontenut tal-aċidità volatili ma jridx jaqbeż is-16,33 milliekwivalenti għal kull litru (0,80 grammi għal kull litru espressi bħala H2SO4).

Kull lott ta’ nbid mibjugħ bl-ingrossa għandu kontenut ta’ SO2 ta’ 0,140 milligrammi għal kull litru jew inqas.

Kull lott ta’ nbid mibjugħ bl-ingrossa jew ippakkjat għandu kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,20 grammi għal kull litru jew inqas.

Dawn huma nbejjed ħomor mhux frizzanti, b’kulur intens, tanniċi u li għandhom kapaċitajiet eċċellenti tat-tqaddim. Ġeneralment jinkisbu minn taħlitiet li fihom tintuża l-iktar il-varjetà ta’ għeneb Cabernet Sauvignon N. Din il-varjetà toffri lill-inbejjed noti ta’ ħwawar li jitħalltu ma’ noti ta’ vanilla fil-każ ta’ nbejjed imqaddma fil-btieti. Il-Merlot N jagħti lill-inbejjed volum, delikatezza u aromi ta’ frott aħmar, l-istruttura u l-kumplessità jissaħħu permezz tal-Cabernet Franc N jew tal-Petit Verdot N (il-Petit Verdot N iżid il-freskezza fi snin ta’ sajran tajjeb).

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.

Densità u distanza

Metodu tat-tkabbir

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 6 500 pjanta għal kull ettaru. Id-distanza bejn il-flanni ma għandhiex tkun aktar minn 1,80 metri u l-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann għandha tkun mill-inqas 0,70 metri.

2.

Regoli dwar iż-żbir

Metodu tat-tkabbir

Iż-żbir huwa obbligatorju. Dan isir mhux aktar tard mill-istadju tal-weraq miftuħ (stadju 9 ta’ Lorenz).

F’vinji fejn il-wisa’ bejn il-pjanti fi flann tkun ta’ aktar minn 0,80 m, jistgħu jintużaw il-metodi ta’ żbir li ġejjin:

żbir b’żewġ fergħat, Guyot doppju jew Médoc, b’mhux aktar minn ħames għejun f’kull fergħa;

Guyot sempliċi jew Guyot mħallat, b’massimu ta’ seba’ għejun għal kull dielja;

żbir b’fergħat qosra, f’forma ta’ mrewħa b’erba’ fergħat jew b’żewġt izkuk, b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull dielja, jew b’zokk wieħed b’mhux iktar minn seba’ għejun għal kull dielja.

F’vinji fejn il-wisa’ bejn il-pjanti fi flann tkun bejn 0,70 m u 0,80 m, huma permessi biss żbir b’zokk wieħed, f’forma ta’ mrewħa b’massimu ta’ erba’ fergħat u Guyot sempliċi. Dawn il-vinji huma wkoll soġġetti għal massimu ta’ seba’ għejun għal kull dielja.

3.

Arrikkiment

Prattika enoloġika speċifika

Il-metodi ta’ arrikkiment bit-tnaqqis huma permessi sa rata ta’ konċentrazzjoni ta’ 15 %.

Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 13 %.

5.2.   Rendimenti massimi

65 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, l-ipproċessar u l-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fil-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Gironde, fuq il-bażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022: Arcins, Arsac, Avensan, Blanquefort, Castelnau-de-Médoc, Cissac-Médoc, Cussac-Fort-Médoc, Labarde, Lamarque, Listrac-Médoc, Ludon-Médoc, Macau, Margaux-Cantenac, Moulis-en-Médoc, Parempuyre, Pauillac, Le Pian-Médoc, Saint-Aubin-de-Médoc, Saint-Estèphe, Saint-Julien-Beychevelle, Saint-Laurent-Médoc, Saint-Médard-en-Jalles, Saint-Sauveur, Saint-Seurin-de-Cadourne, Sainte-Hélène, Soussans, Le Taillan-Médoc u Vertheuil.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Cabernet Franc N

 

Cabernet Sauvignon N

 

Carmenère N

 

Cot N – Malbec

 

Merlot N

 

Petit Verdot N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Haut-Médoc tkopri x-xatt tax-xellug tal-Garonne u tal-Gironde u testendi tul il-konurbazzjoni ta’ Bordeaux. Minn Le Taillan-Médoc fin-Nofsinhar sa Saint-Seurin-de-Cadourne fit-Tramuntana, din iż-żona hija mifruxa fuq medda ta’ kważi 50 kilometru u madwar 12-il kilometru mil-Lvant għall-Punent. Iż-żona ġeografika għalhekk tikkorrispondi għal parti minn dik tad-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata ta’ Médoc u tikkonċerna l-muniċipalitajiet li jinsabu ’l fuq mill-estwarju ta’ Gironde, li jispjega l-isem ta’ din id-denominazzjoni. Iż-żona tikkonċerna 28 muniċipalità tad-département ta’ Gironde.

Minkejja li l-klima hija prevalentement Atlantika, ix-xtut tax-xmara tal-Haut-Médoc huma differenti mill-muniċipalitajiet tal-Médoc li jinsabu aktar fit-Tramuntana, minħabba li ċ-ċaqliq staġunali u x-xita huma iktar moderati. Dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli huma dovuti għall-preżenza tal-Oċean Atlantiku u tal-Gironde, li l-ilmijiet tagħhom għandhom l-effett li jirregolaw it-temperaturi.

Il-klima oċeanika, akkumpanjata f’ċerti snin minn perjodi ta’ xita jew pressjoni baxxa fil-ħarifa, jew inkella staġuni tardivi sħan u xemxin ħafna, toħloq effett ta’vendemmja sinifikanti. Iżda l-karatteristiċi ewlenin taż-żona huma assoċjati l-aktar mal-ġeoloġija tipika ta’ dan il-baċir sedimentarju, mal-istorja ġeoloġika oriġinali tal-ħamrija tagħha, mal-pajsaġġ u t-topografija, u mal-komponenti attwali tal-ħamrija tal-vinji tagħha.

L-inbejjed Médoc kisbu fama madwar id-dinja, bis-saħħa ta’ ġenerazzjonijiet ta’ vitikulturi li sfruttaw b’mod espert il-karatteristiċi speċjali tal-art. Matul iż-żmien, l-għarfien dettaljat tal-vitikulturi dwar il-ħamrija u l-użu espert ta’ tekniki ta’ skular biex itejbu aktar il-kwalità tagħhom ippermettewlhom jiżviluppaw l-aħjar metodi ta’ tkabbir possibbli għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor adatti għat-tqaddim. Il-progress fitosanitarju riċenti u l-mekkanizzazzjoni tal-vinji ma biddlux ir-rieda tal-vitikulturi li jżommu metodi tat-tkabbir konformi mal-għan li jipproduċu nbejjed ħomor b’tipiċità rikonoxxuta.

Storikament, il-Haut-Médoc dejjem sar minn varjetajiet diversi ta’ għeneb magħżula talli jkunu adatti biex jipproduċu nbejjed li jżommu tajjeb permezz ta’ taħlita bir-reqqa. B’hekk, il-vitikulturi tal-Médoc jirriżervaw varjetajiet speċifiċi ta’ dwieli għal tipi partikolari ta’ ħamrija: Merlot N għal ħamrija kolluvjali, Carmenère N għal ħamrija biż-żrar ta’ kwalità fqira u xotta, Cabernet Franc N għal ħamrija tal-ġir jew il-ħamrija ramlija u niexfa, ukoll adatta għall-varjetà Cot N, u l-Petit Verdot N fil-ħamrija magħquda sew. Il-Cabernet Sauvignon N, li hija l-varjetà prinċipali fit-taħlita, tikber l-aħjar f’ħamrija fonda biż-żrar.

Din id-diversità teħtieġ ġestjoni selettiva tal-vinja, f’terminu ta’ spazju limitat bejn il-flanni u l-monitoraġġ tat-tagħbija massima għal kull roqgħa art u għal kull pjanta.

Ir-reputazzjoni u l-fama tal-inbejjed Haut-Médoc huma essenzjalment marbuta ma’ klassifikazzjonijiet differenti li storikament ħolqu l-kunċetti ta’ “cru”, “Château” u ta’ ġerarkija kwalitattiva. Fl-1647, meta l-“Jurade de Bordeaux” ħareġ l-ewwel klassifikazzjoni tal-inbejjed ta’ Guyenne fl-istorja, l-inbejjed tal-parroċċi ta’ Médoc kienu diġà stabbilew ir-reputazzjoni tagħhom. Taħt Louis XV, din il-klassifikazzjoni ġiet imqassma skont ir-reġjuni, l-ewwel skont il-parroċċa, imbagħad skont il-“cru”. Fis-seklu 19, il-loġika tal-inbejjed cru f’Bordeaux ġiet ikkonfermata permezz tal-Klassifikazzjoni tal-Inbejjed ta’ Bordeaux fl-1855 fl-okkażjoni tal-Wirja Universali.

Ir-reputazzjoni tal-Haut-Médoc hija bbażata, fost affarijiet oħra, fuq il-preżenza ta’ ħames “crus kklassifikati” fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata.

Fis-seklu 20, il-klassifikazzjoni tal-“crus bourgeois du Médoc” fl-1932 kienet tkopri 444 crus li minnhom 153 jagħmlu parti mid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Haut-Médoc.

L-inbejjed Haut-Médoc huma nbejjed tanniċi ta’ kulur aħmar skur, li normalment isiru bit-taħlit ta’ bosta varjetajiet ta’ għeneb. Il-varjetà Cabernet Sauvignon N, li normalment tkun dik prinċipali, tagħti lill-inbid noti pikkanti li jitħalltu perfettament man-noti tal-vanilla li jirriżultaw mit-tqaddim fil-btieti – metodu aktar mifrux milli fid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata Médoc. Il-varjetà Merlot N tagħti lill-inbejjed milja, flessibbiltà u aromi ta’ frott aħmar. L-istruttura u l-kumplessità jistgħu jiġu miżjuda bil-varjetà Cabernet Franc N u l-varjetà Petit Verdot N, b’din tal-aħħar tipprovdi wkoll freskezza fis-snin ta’ sajran tajjeb.

Id-dwieli huma ġestiti b’mod li jippermetti li jinkiseb għeneb misjur ħafna u b’saħħtu, b’rendiment ikkontrollat. Perjodi ta’ maċerazzjoni fit-tul huma possibbli sabiex jinkisbu l-nbejjed aktar konċentrati. Għalhekk, għal togħma aktar delikata, it-tqaddim huwa essenzjali. L-inbejjed Haut-Médoc għandhom kapaċità eċċellenti għat-tqaddim.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit applikabbli:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita bid-deroga għall-produzzjoni tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département ta’ Gironde, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022: Bégadan, Blaignan-Prignac, Civrac-en-Médoc, Couquèques, Gaillan-en-Médoc, Jau-Dignac-et-Loirac, Lesparre-Médoc, Naujac-sur-Mer, Ordonnac, Queyrac, Saint-Christoly-Médoc, Saint-Germain-d’Esteuil, Saint-Vivien-de-Médoc, Saint-Yzans-de-Médoc, Valeyrac u Vensac.

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit applikabbli:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita bid-deroga għall-ipproċessar u t-tqaddim tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département ta’ Gironde, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2022: Abzac, Aillas, Ambarès-et-Lagrave, Ambès, Anglade, Arbanats, Les Artigues-de-Lussac, Artigues-près-Bordeaux, Arveyres, Asques, Aubiac, Auriolles, Auros, Ayguemorte-Les-Graves, Bagas, Baigneaux, Barie, Baron, Barsac, Bassanne, Bassens, Baurech, Bayas, Bayon-sur-Gironde, Bazas, Beautiran, Bégadan, Bègles, Béguey, Bellebat, Bellefond, Belvès-de-Castillon, Bernos-Beaulac, Berson, Berthez, Beychac-et-Caillau, Bieujac, Les Billaux, Birac, Blaignac, Blaignan-Prignac, Blasimon, Blaye, Blésignac, Bommes, Bonnetan, Bonzac, Bordeaux, Bossugan, Bouliac, Bourdelles, Bourg, Le Bouscat, Branne, Brannens, Braud-et-Saint-Louis, La Brède, Brouqueyran, Bruges, Budos, Cabanac-et-Villagrains, Cabara, Cadarsac, Cadaujac, Cadillac, Cadillac-en-Fronsadais, Camarsac, Cambes, Camblanes-et-Meynac, Camiac-et-Saint-Denis, Camiran, Camps-sur-l’Isle, Campugnan, Canéjan, Capian, Caplong, Carbon-Blanc, Cardan, Carignan-de-Bordeaux, Cars, Cartelègue, Casseuil, Castelmoron-d’Albret, Castelviel, Castets et Castillon, Castillon-la-Bataille, Castres-Gironde, Caudrot, Caumont, Cauvignac, Cavignac, Cazats, Cazaugitat, Cénac, Cenon, Cérons, Cessac, Cestas, Cézac, Chamadelle, Civrac-de-Blaye, Civrac-sur-Dordogne, Civrac-en-Médoc, Cleyrac, Coimères, Coirac, Comps, Coubeyrac, Couquèques, Courpiac, Cours-de-Monségur, Cours-les-Bains, Coutras, Coutures, Créon, Croignon, Cubnezais, Cubzac-les-Ponts, Cudos, Cursan, Daignac, Dardenac, Daubèze, Dieulivol, Donnezac, Donzac, Doulezon, Les Eglisottes-et-Chalaures, Escoussans, Espiet, Les Esseintes, Etauliers, Eynesse, Eyrans, Eysines, Faleyras, Fargues, Fargues-Saint-Hilaire, Le Fieu, Flaujagues, Floirac, Floudès, Fontet, Fossés-et-Baleyssac, Fours, Francs, Fronsac, Frontenac, Gabarnac, Gaillan-en-Médoc, Gajac, Galgon, Gans, Gardegan-et-Tourtirac, Gauriac, Gauriaguet, Générac, Génissac, Gensac, Gironde-sur-Dropt, Gornac, Gours, Gradignan, Grayan-et-l’Hôpital, Grézillac, Grignols, Guillac, Guillos, Guîtres, Le Haillan, Haux, Hure, Illats, Isle-Saint-Georges, Izon, Jau-Dignac-et-Loirac, Jugazan, Juillac, Labescau, Ladaux, Lados, Lagorce, Lalande-de-Pomerol, Lamothe-Landerron, La Lande-de-Fronsac, Landerrouat, Landerrouet-sur-Ségur, Landiras, Langoiran, Langon, Lansac, Lapouyade, Laroque, Laruscade, Latresne, Lavazan, Léogeats, Léognan, Lesparre-Médoc, Lestiac-sur-Garonne, Les Lèves-et-Thoumeyragues, Libourne, Lignan-de-Bazas, Lignan-de-Bordeaux, Ligueux, Listrac-de-Durèze, Lormont, Loubens, Loupes, Loupiac, Loupiac-de-la-Réole, Lugaignac, Lugasson, Lugon-et-l’Ile-du-Carnay, Lussac, Madirac, Maransin, Marcenais, Margueron, Marimbault, Marions, Marsas, Martignas-sur-Jalle, Martillac, Martres, Masseilles, Massugas, Mauriac, Mazères, Mazion, Mérignac, Mérignas, Mesterrieux, Mombrier, Mongauzy, Monprimblanc, Monségur, Montagne, Montagoudin, Montignac, Montussan, Morizès, Mouillac, Mouliets-et-Villemartin, Moulon, Mourens, Naujac-sur-Mer, Naujan-et-Postiac, Néac, Nérigean, Neuffons, Le Nizan, Noaillac, Noaillan, Omet, Ordonnac, Paillet, Les Peintures, Pellegrue, Périssac, Pessac, Pessac-sur-Dordogne, Petit-Palais-et-Cornemps, Peujard, Le Pian-sur-Garonne, Pineuilh, Plassac, Pleine-Selve, Podensac, Pomerol, Pompéjac, Pompignac, Pondaurat, Porchères, Porte-de-Benauge, Portets, Le Pout, Préchac, Preignac, Prignac-et-Marcamps, Pugnac, Puisseguin, Pujols, Pujols-sur-Ciron, Le Puy, Puybarban, Puynormand, Queyrac, Quinsac, Rauzan, Reignac, La Réole, Rimons, Riocaud, Rions, La Rivière, Roaillan, Romagne, Roquebrune, La Roquille, Ruch, Sablons, Sadirac, Saillans, Saint-Aignan, Saint-André-de-Cubzac, Saint-André-du-Bois, Saint-André-et-Appelles, Saint-Androny, Saint-Antoine-du-Queyret, Saint-Antoine-sur-l’Isle, Saint-Aubin-de-Blaye, Saint-Aubin-de-Branne, Saint-Avit-de-Soulège, Saint-Avit-Saint-Nazaire, Saint-Brice, Saint-Caprais-de-Bordeaux, Saint-Christoly-de-Blaye, Saint-Christoly-Médoc, Saint-Christophe-de-Double, Saint-Christophe-des-Bardes, Saint-Cibard, Saint-Ciers-d’Abzac, Saint-Ciers-de-Canesse, Saint-Ciers-sur-Gironde, Saint-Côme, Saint-Denis-de-Pile, Saint-Emilion, Saint-Etienne-de-Lisse, Saint-Exupéry, Saint-Félix-de-Foncaude, Saint-Ferme, Saint-Genès-de-Blaye, Saint-Genès-de-Castillon, Saint-Genès-de-Fronsac, Saint-Genès-de-Lombaud, Saint-Genis-du-Bois, Saint-Germain-de-Grave, Saint-Germain-de-la-Rivière, Saint-Germain-d’Esteuil, Saint-Germain-du-Puch, Saint-Gervais, Saint-Girons-d’Aiguevives, Saint-Hilaire-de-la-Noaille, Saint-Hilaire-du-Bois, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-de-Blaignac, Saint-Jean-d’Illac, Saint-Laurent-d’Arce, Saint-Laurent-des-Combes, Saint-Laurent-du-Bois, Saint-Laurent-du-Plan, Saint-Léon, Saint-Loubert, Saint-Loubès, Saint-Louis-de-Montferrand, Saint-Macaire, Saint-Magne-de-Castillon, Saint-Maixant, Saint-Mariens, Saint-Martial, Saint-Martin-de-Laye, Saint-Martin-de-Lerm, Saint-Martin-de-Sescas, Saint-Martin-du-Bois, Saint-Martin-du-Puy, Saint-Martin-Lacaussade, Saint-Médard-de-Guizières, Saint-Médard-d’Eyrans, Saint-Michel-de-Fronsac, Saint-Michel-de-Lapujade, Saint-Michel-de-Rieufret, Saint-Morillon, Saint-Palais, Saint-Pardon-de-Conques, Saint-Paul, Saint-Pey-d’Armens, Saint-Pey-de-Castets, Saint-Philippe-d’Aiguille, Saint-Philippe-du-Seignal, Saint-Pierre-d’Aurillac, Saint-Pierre-de-Bat, Saint-Pierre-de-Mons, Saint-Quentin-de-Baron, Saint-Quentin-de-Caplong, Saint-Romain-la-Virvée, Saint-Sauveur-de-Puynormand, Saint-Savin, Saint-Selve, Saint-Seurin-de-Bourg, Saint-Seurin-de-Cursac, Saint-Seurin-sur-l’Isle, Saint-Sève, Saint-Sulpice-de-Faleyrens, Saint-Sulpice-de-Guilleragues, Saint-Sulpice-de-Pommiers, Saint-Sulpice-et-Cameyrac, Saint-Trojan, Saint-Vincent-de-Paul, Saint-Vincent-de-Pertignas, Saint-Vivien-de-Blaye, Saint-Vivien-de-Médoc, Saint-Vivien-de-Monségur, Saint-Yzan-de-Soudiac, Saint-Yzans-de-Médoc, Sainte-Colombe, Sainte-Croix-du-Mont, Sainte-Eulalie, Sainte-Florence, Sainte-Foy-la-Grande, Sainte-Foy-la-Longue, Sainte-Gemme, Sainte-Radegonde, Sainte-Terre, Salaunes, Salleboeuf, Les Salles-de-Castillon, Samonac, Saucats, Saugon, Sauternes, La Sauve, Sauveterre-de-Guyenne, Sauviac, Savignac, Savignac-de-l’Isle, Semens, Sendets, Sigalens, Sillas, Soulac-sur-Mer, Soulignac, Soussac, Tabanac, Taillecavat, Talais, Talence, Targon, Tarnès, Tauriac, Tayac, Teuillac, Tizac-de-Curton, Tizac-de-Lapouyade, Toulenne, Le Tourne, Tresses, Uzeste, Val-de-Livenne, Val de Virvée, Valeyrac, Vayres, Vendays-Montalivet, Vensac, Vérac, Verdelais, Le Verdon-sur-Mer, Vignonet, Villandraut, Villegouge, Villenave-de-Rions, Villenave-d’Ornon, Villeneuve, Virelade, Virsac u Yvrac.

Unità ġeografika usa’

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit applikabbli:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa’ ta’ Vin de Bordeaux jew Grand Vin de Bordeaux.

Id-daqs tal-ittri użati ma jistax ikun akbar, la fl-għoli u lanqas fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-7d0de082-8fed-40e1-8ea7-5603f5525abd


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.