2.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/22

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2023/C 40/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Vinohradnícka oblasť Tokaj”

PDO-SK-A0120-AM01

Data tal-komunikazzjoni: l-24 ta’ Ottubru 2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

Emenda standard

Il-karatteristika distintiva ewlenija tal-vinohradnícka oblasť Tokaj hija l-produzzjoni ta’ nbejjed ħelwin b’mod naturali (magħrufa bħala putňové vína), li tirrikjedi li jinqatgħu bl-idejn is-cibebas (għeneb imqadded bil-moffa tal-botrytis).

Peress li l-varjetajiet bażiċi mkabbra fil-vinohradnícka oblasť Tokaj irendu ħsad ta’ cibeba ekonomikament sinifikanti biss b’mod sporadiku fl-aktar snin favorevoli, in-nissiela qegħdin joffru lill-produtturi tal-inbid varjetajiet imkabbra ġodda li jrendu aktar cibebas u b’hekk jistabbilizzaw ukoll il-produzzjoni tal-putňové vína.

Il-varjetajiet ġodda ta’ għeneb Kabar, Kövérszőlő u Zéta tħawlu fiż-żona ġeografika definita u ddaħħlu fir-reġistru tad-dwieli miżmum mill-Istitut Ċentrali għall-Kontroll u l-Ittestjar Agrikolu fi Bratislava. Il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti tad-dwieli deskritti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott vinohradnícka oblasť Tokaj huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għall-ambjent ġeografiku partikolari u l-fatturi naturali u umani intrinsiċi għalih. L-inklużjoni tal-varjetajiet ta’ hawn fuq ma tinvalidax ir-rabta maż-żona ġeografika.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Vinohradnícka oblasť Tokaj

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

6.

Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

1.   Tokajské samorodné suché

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: isfar ċar għal isfar dehbi bi sfumatura kannella. Huma possibbli wkoll sfumaturi aktar ċari.

Aroma: qawwija, tipika għall-inbid Tokaj — frott misjur iżżejjed, ġewż.

Togħma: Togħma ħobżija tat-Tokaj, minn għasel għal karamella, frott misjur iżżejjed.

Karatteristiċi analitiċi:

kontenut ta’ zokkor residwu (glk + fru): sa 10 g/l

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 23 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

5,5

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

300

2.   Tokajské samorodné sladké

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: isfar ċar għal isfar dehbi bi sfumatura kannella. Huma possibbli wkoll sfumaturi aktar ċari.

Aroma: qawwija, tipika għall-inbid Tokaj — frott misjur iżżejjed, ġewż.

Togħma: Togħma ħobżija tat-Tokaj, minn għasel għal karamella, frott misjur iżżejjed.

Karatteristiċi analitiċi:

kontenut ta’ zokkor residwu (glk + fru): aktar minn 10 g/l

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 23 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

5,5

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

300

3.   Tokajský výber trojputňový

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: isfar għal ambra skur.

Aroma: qawwija, tipika għall-inbid Tokaj — għasel, frott misjur iżżejjed, ġewż.

Togħma: Togħma ħobżija tat-Tokaj, minn għasel għal karamella, frott misjur iżżejjed.

Karatteristiċi analitiċi:

kontenut ta’ zokkor residwu: 60 g/l

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 25 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

6

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

2,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

400

4.   Tokajský výber štvorputňový

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: isfar għal ambra skur.

Aroma: qawwija, tipika għall-inbid Tokaj — għasel, frott misjur iżżejjed, ġewż.

Togħma: Togħma ħobżija tat-Tokaj, minn għasel għal karamella, frott misjur iżżejjed.

Karatteristiċi analitiċi:

kontenut ta’ zokkor residwu: 90 g/l

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 30 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

6

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

2,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

400

5.   Tokajský výber päťputňový

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: isfar għal ambra skur.

Aroma: qawwija, tipika għall-inbid Tokaj — għasel, frott misjur iżżejjed, ġewż.

Togħma: Togħma ħobżija tat-Tokaj, minn għasel għal karamella, frott misjur iżżejjed.

Karatteristiċi analitiċi:

kontenut ta’ zokkor residwu: 120 g/l

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 35 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

6

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

2,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

400

6.   Tokajský výber šesťputňový

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: isfar għal ambra skur.

Aroma: qawwija, tipika għall-inbid Tokaj — għasel, frott misjur iżżejjed, ġewż.

Togħma: Togħma ħobżija tat-Tokaj, minn għasel għal karamella, frott misjur iżżejjed.

Karatteristiċi analitiċi:

kontenut ta’ zokkor residwu: 150 g/l

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 40 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

6

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

2,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

400

7.   Tokajský mášláš suchý

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: isfar għal isfar ambra skur.

Aroma: qawwija, tipika għall-inbid Tokaj — għasel, frott misjur iżżejjed, ġewż.

Togħma: Togħma ħobżija tat-Tokaj, minn għasel għal karamella, frott misjur iżżejjed.

Karatteristiċi analitiċi:

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 23 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

6

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,5

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

350

8.   Tokajský mášláš sladký

9.   Tokajský forditáš suchý

10.   Tokajský forditáš sladký

11.   Tokajská výberová esencia

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Dehra viżiva: isfar għal ambra skur.

Aroma: qawwija, tipika għall-inbid Tokaj — għasel, frott misjur iżżejjed, ġewż.

Togħma: Togħma ħobżija tat-Tokaj, minn għasel għal karamella, frott misjur iżżejjed.

Karatteristiċi analitiċi:

kontenut ta’ zokkor residwu: mhux inqas minn 180 g/l

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 45 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

6

Aċidità totali minima

6

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

2,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

400

12.   Tokajská esencia

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: isfar għal isfar ambra skur.

Aroma: qawwija, tipika għall-inbid Tokaj — għasel, frott misjur iżżejjed, ġewż.

Togħma: Togħma ħobżija tat-Tokaj, minn għasel għal karamella, frott misjur iżżejjed.

Karatteristiċi analitiċi:

qawwa alkoħolika proprja massima ta’ 8 % skont il-volum

kontenut ta’ zokkor residwu ta’ mhux aktar minn 450 g/l

estratt mingħajr zokkor ta’ mhux inqas minn 50 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

1,2

Aċidità totali minima

8

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

2,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

400

13.   Tokajský Furmint

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: minn aħdar ċar għal isfar ċar, kemxejn dehbi.

Aroma: aroma qawwija tipika għall-varjetà.

Togħma: tipika għall-varjetà, robusta, armonjuża.

Karatteristiċi analitiċi:

Diossidu tal-kubrit totali: mhux aktar minn 200 mg/l; jekk il-kontenut ta’ zokkor residwu jaqbeż 5 g/l, mhux aktar minn 250 mg/l.

3,5

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

250

14.   Tokajská Lipovina

15.   Tokajský Muškát žltý

16.   Akostné víno

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Ċarezza: ċar b’effervexxenza; jista’ jinkludi fibri individwali mill-materjal tal-filtrazzjoni, partiċelli individwali tas-sufra, kristalli fini ta’ tartru u, fl-inbejjed ħomor, preċipitazzjoni żgħira tal-pigment.

Kulur: aħdar ċar għal isfar ċar, lewn l-għasel dehbi; l-inbejjed bojod jista’ jkollhom sfumatura kemxejn safra tagħti fil-kannella jew roża.

Aroma: ġenwina, tipika u qawwija, li tikkorrispondi għall-varjetà jew għall-marka, iżda li jista’ jkollha aroma inqas qawwija.

Togħma: ġenwina, tipika, b’palat qawwi, armonjuża, friska, iżda jista’ jkollha devjazzjonijiet żgħar fil-milja u fil-karattru distintiv.

Karatteristiċi analitiċi:

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 16-il g/l

diossidu tal-kubrit totali: mhux aktar minn 200 mg/l; jekk il-kontenut ta’ zokkor residwu jaqbeż 5 g/l, mhux aktar minn 250 mg/l.

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

9,5

Aċidità totali minima

3,5

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

250

17.   Akostné víno s prívlastkom kabinetné

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Ċarezza: ċar b’effervexxenza; jista’ jinkludi kristalli fini ta’ tartru u, fl-inbejjed ħomor, preċipitazzjoni żgħira tal-pigment.

Kulur: abjad, aħdar ċar għal isfar ċar, lewn l-għasel dehbi li jikkorrispondi għall-varjetà, is-sena u l-attribut.

Aroma: ġenwina, tipika u qawwija, li tikkorrispondi għall-varjetà jew għall-marka.

Togħma: ġenwina, tipika, robusta, armonjuża.

Karatteristiċi analitiċi:

jekk il-kontenut ta’ zokkor residwu jaqbeż 5 g/l il-valur jiżdied b’50 mg/l

estratt mingħajr zokkor: mill-inqas 16,5-il g/l

aċidità totali: mill-inqas 3,5 g/l.

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

9,5

Aċidità totali minima

3,5

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

18.   Akostné víno s prívlastkom neskorý zber

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Ċarezza: ċar b’effervexxenza; jista’ jinkludi kristalli fini ta’ tartru u, fl-inbejjed ħomor, preċipitazzjoni żgħira tal-pigment.

Kulur: abjad, aħdar ċar għal isfar ċar, lewn l-għasel dehbi li jikkorrispondi għall-varjetà, is-sena u l-attribut.

Aroma: ġenwina, tipika u qawwija, li tikkorrispondi għall-varjetà jew għall-marka.

Togħma: ġenwina, tipika, robusta, armonjuża.

Karatteristiċi analitiċi:

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 16,5-il g/l

19.   Akostné víno s prívlastkom výber z hrozna

1,8

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

350

20.   Akostné víno s prívlastkom bobuľový výber

21.   Akostné víno s prívlastkom hrozienkový výber

22.   Akostné víno s prívlastkom cibébový/botrytický výber

23.   Akostné víno s prívlastkom ľadové víno

24.   Akostné víno s prívlastkom slamové víno

25.   Likérové víno

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: abjad għal ambra, li jikkorrispondi għad-denominazzjoni u s-sena.

Aroma: ġenwina, tipika u qawwija, li tikkorrispondi għall-varjetà jew għall-marka, iżda li jista’ jkollha aroma inqas qawwija.

Togħma: ġenwina, tipika, b’palat qawwi, armonjuża, qawwija, iżda jista’ jkollha devjazzjonijiet żgħar fil-milja u fil-karattru distintiv.

Karatteristiċi analitiċi:

qawwa alkoħolika totali: mhux inqas minn 17,5 % skont il-volum

diossidu tal-kubrit totali: mhux aktar minn 150 mg/l għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor residwu sa 5 g/l, mhux aktar minn 200 mg/l għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor residwu ta’ aktar minn 5 g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

3,5

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

26.   Sekt V.O.

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Karatteristiċi organolettiċi:

Kulur: abjad, rożè jew aħmar, li jikkorrispondi għad-denominazzjoni u l-vendemmja.

Aroma: ġenwina, tipika, qawwija u friska, li tikkorrispondi għall-varjetà jew għall-marka.

Bżieżaq: fini u jdumu

Togħma: qawwija, friska, armonjuża, ġenwina u robusta.

Karatteristiċi analitiċi:

qawwa alkoħolika totali: mhux inqas minn 10,0 % skont il-volum

estratt mingħajr zokkor: mhux inqas minn 16-il g/l

Għalkemm il-qawwa alkoħolika totali massima ma hijiex elenkata fit-tabella, l-ispeċifikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika totali minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

3,5

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

1,1

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

185

27.   Pestovateľský sekt

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattika enoloġika speċifika

1.   Vinohradnícka oblasť Tokaj

Prattika enoloġika speċifika

Dispożizzjonijiet komuni

L-għeneb kollu użat għall-produzzjoni tal-inbid irid jiġi mill-vinohradnícka oblasť Tokaj. L-inbid Tokaj jista’ jiġi prodott u bbottiljat biss f’din iż-żona.

2.   Tokajské samorodné víno

Prattika enoloġika speċifika

It-Tokajské samorodné víno huwa prodott bil-fermentazzjoni alkoħolika tal-varjetajiet tal-għeneb Tokaj, jekk il-kundizzjonijiet għall-formazzjoni tal-massa tas-cibebas ma jkunux favorevoli. Tokajské samorodné víno jimqasam fi:

(a)

Tokajské samorodné suché – jiġi prodott fi snin li ma humiex favorevoli għall-produzzjoni tas-cibebas jew mill-għeneb, li l-għenieqed tiegħu jkunu nqatgħu għall-ewwel darba għall-produzzjoni tal-inbejjed Tokaj “výberové”; l-għeneb miksub irid ikollu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 21 NM; il-kontenut ta’ zokkor naturali residwu tal-inbid prodott huwa sa 10 g/l,

(b)

Tokajské samorodné sladké – jiġi prodott mill-għeneb flimkien ma’ xi cibebas, li ma jitneħħewx minn mal-għeneb iżda jiġu pproċessati flimkien mal-bqija tal-għeneb, li jrid ikollu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 24 °NM; il-kontenut naturali taz-zokkor tal-inbid huwa aktar minn 10 g/l.

Tokajské samorodné suché u Tokajské samorodné sladké ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq qabel ma jkunu ġew immaturati għal mill-inqas sentejn, inkluża mill-inqas sena waħda fi btieti tal-injam.

3.   Tokajský výber

Prattika enoloġika speċifika

It-Tokajský výber huwa prodott bil-fermentazzjoni alkoħolika wara li s-cibebas jitferrgħu bil-most b’kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 21 oNM li jiġi mill-vinohradnícka oblasť Tokaj jew bi nbid li jkollu l-istess kwalità u l-istess sena li jiġi mill-vinohradnícka oblasť Tokaj. Skont l-ammont ta’ cibebas miżjuda, it-Tokajský výber jinqasam bejn 3 u 6 putňový. L-inbejjed Tokajský výber jimmaturaw għal mill-inqas 3 snin, inklużi mill-inqas sentejn fi btieti tal-injam.

4.   Tokajský mášláš

Prattika enoloġika speċifika

It-Tokajský mášláš huwa prodott bil-fermentazzjoni alkoħolika ta’ most jew inbid tal-istess sena mill-vinohradnícka oblasť Tokaj imferra’ fuq karfa tal-fermentazzjoni tas-Samorodné jew Výber. Jimmatura għal mill-inqas sena, inkluża mill-inqas sena waħda fi btieti tal-injam.

5.   Tokajský forditáš

Prattika enoloġika speċifika

Tokajský forditáš huwa prodott bil-fermentazzjoni alkoħolika ta’ most jew inbid tal-istess sena mill-vinohradnícka oblasť Tokaj imferra’ fuq residwu tal-għasra mis-cibebas. Jimmatura għal mill-inqas sena, inkluża mill-inqas sena waħda fi btieti tal-injam.

6.   Tokajská výberová esencia

Prattika enoloġika speċifika

It-Tokajská výberová esencia jiġi prodott bil-fermentazzjoni alkoħolika tas-cibebas. Matul il-ħsad, il-frott artab tal-għeneb jintgħażel separatament, u jitferra’ immedjatament wara l-ipproċessar b’most mill-vinja definita tal-vinohradnícka oblasť Tokaj jew bi nbid tal-istess sena li jkun fih mill-inqas 180 g/l ta’ zokkor naturali u 45 g/l ta’ estratt mingħajr zokkor. Jimmatura għal mill-inqas 3 snin, inklużi mill-inqas sentejn fi btieti tal-injam.

7.   Tokajská esencia

Prattika enoloġika speċifika

It-Tokajská esencia huwa prodott permezz ta’ fermentazzjoni bil-mod ta’ nbid li joħroġ waħdu (hekk imsejjaħ “free-run”) minn cibebas magħżula separatament. L-esencia fih mill-inqas 450 g/l ta’ zokkor naturali u 50 g/l ta’ estratt mingħajr zokkor. Jimmatura għal mill-inqas 3 snin, inklużi mill-inqas sentejn żewġ fi btieti tal-injam.

8.   Tokajský Furmint

Prattika enoloġika speċifika

L-inbid prodott bil-fermentazzjoni alkoħolika ta’ għeneb tal-varjetà Furmint b’taħlita tal-varjetajiet Lipovina u Muškát žltý (b’kollox mhux aktar minn 15 %) imkabbar fil-vinohradnícka oblasť Tokaj huwa kklassifikat bħala Tokajský Furmint.

9.   Tokajská Lipovina

Prattika enoloġika speċifika

L-inbid prodott bil-fermentazzjoni alkoħolika ta’ għeneb tal-varjetà Lipovina b’taħlita tal-varjetajiet Furmint u Muškát žltý (b’kollox mhux aktar minn 15 %) imkabbar fil-vinohradnícka oblasť Tokaj huwa kklassifikat bħala Tokajská Lipovina.

10.   Tokajský Muškát žltý

Prattika enoloġika speċifika

L-inbid prodott bil-fermentazzjoni alkoħolika ta’ għeneb tal-varjetà Muškát žltý b’taħlita tal-varjetajiet Furmint u Lipovina (b’kollox mhux aktar minn 15 %) imkabbar fil-vinohradnícka oblasť Tokaj huwa kklassifikat bħala Tokajský Muškát žltý.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

Tokajské samorodné suché

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

2.

Tokajské samorodné sladké

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

3.

Tokajský výber trojputňový

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

4.

Tokajský výber štvorputňový

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

5.

Tokajský výber päťputňový

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

6.

Tokajský výber šesťputňový

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

7.

Tokajská výberová esencia

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

8.

Tokajská esencia

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

9.

Tokajský Fordítáš

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

10.

Tokajský Mášláš

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

11.

Tokajský Furmint

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

12.

Tokajská Lipovina

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

13.

Tokajský Muškát žltý

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

14.

Akostné víno

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

15.

Akostné víno s prívlastkom kabinetné

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

16.

Akostné víno s prívlastkom neskorý zber

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

17.

Akostné víno s prívlastkom výber z hrozna

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

18.

Akostné víno s prívlastkom bobuľový výber

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

19.

Akostné víno s prívlastkom hrozienkový výber

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

20.

Akostné víno s prívlastkom cibébový/botrytický výber

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

21.

Akostné víno s prívlastkom ľadové víno

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

22.

Akostné víno s prívlastkom slamové víno

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

23.

Likérové víno

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

24.

Sekt V.O.

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

25.

Pestovateľský sekt

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Tokaj hija żona tal-vitikultura magħluqa demarkata bil-konfini taż-żoni katastali tal-muniċipalitajiet ta’ Tokaj li ġejjin: Čerhov, Veľká Tŕňa, Malá Tŕňa, Slovenské Nové Mesto, Bara, Černochov u Viničky.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Furmint

Kabar

Kövérszőlő — Tučné hrozno

Lipovina

Muškát žltý

Zéta — Zeta

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Vinohradnícka oblasť Tokaj

Il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid fiż-żona ġeografika ddefinita huma bbażati fuq il-kultivazzjoni tad-dwieli u t-tqaddim tal-inbid fuq il-ħamrija vulkanika unika tal-Muntanji Zemplín taħt kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi. It-topografija tal-Muntanji Zemplín hija minn ftit sa moderatament imħarbta u bl-għoljiet. Ir-reġjun huwa kkaratterizzat mill-kompożizzjoni vulkanika tal-ħamrija, li tirrappreżenta andesiti, rijoliti u tufi rijoliti, li huma l-bażi għal ħamrija b’ħafna trab ġulġlieni jew ta’ trab ġulġlieni tafli b’ħafna elementi minerali. Il-blat fil-ħamrija fuq l-għoljiet ta’ Zemplín huma fil-biċċa l-kbira aċidużi. Il-vinji huma mħawla f’altitudni ta’ 105-320 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Il-vinohradnícka oblasť Tokaj fiha biss inklinazzjonijiet li jħarsu lejn in-Nofsinhar, ix-Xlokk u l-Lbiċ. Din l-orjentazzjoni tal-inklinazzjonijiet tfisser li għall-ġurnata kollha d-dwieli huma esposti għas-sħana tax-xemx tal-ħarifa, li hija kapaċi tipproduċi kwantitajiet suffiċjenti ta’ zokkor naturali u sustanzi aromatiċi fil-frott artab tal-għeneb mill-elementi tal-art, l-ilma u l-arja. Il-ħamrija hija ta’ oriġini vulkanika u għandha karatteristika ġeblija mmarkata. Il-ħamrija għandha impatt deċiżiv fuq il-maturazzjoni tal-għeneb. Fil-ġranet twal xemxin fil-ħarifa, id-dawl tax-xemx jiġi assorbit mill-ħamrija u sussegwentement rilaxxat matul il-lejl, u b’hekk jittaffew id-differenzi bejn it-temperaturi ta’ binhar u ta’ billejl u jitħalla effett pożittiv fuq il-maturazzjoni tad-dwieli. Karatteristika distintiva tal-ħamrija fiż-żona ġeografika ddefinita hija li filgħodu xorta tkun is-sħana anke wara lejl kiesaħ tal-ħarifa.

Iż-żona ta’ Tokaj tinsab fiż-żona klimatika kontinentali, b’temperaturi annwali medji ta’ madwar 9,6 °C. Fl-istaġun tat-tkabbir, it-temperatura medja hija ta’ madwar 16-il °C, b’sa 1 075 siegħa ta’ xemx u temperatura tal-ħamrija ta’ 13,5 °C f’fond ta’ 50 cm. Il-preċipitazzjoni medja fiż-żona hija ta’ 608 mm, bl-ogħla ammont f’Ġunju u Lulju. B’kollox, il-preċipitazzjoni hija mqassma b’mod relattivament irregolari bejn ix-xitwa u r-rebbiegħa, bi preċipitazzjoni komparabbli fis-sajf u fil-ħarifa. Iż-żona hija kkaratterizzata minn ħarifa twila u xotta. Iċ-ċpar ta’ filgħodu li normalment jibda l-ġurnata fil-ħarifa jiffavorixxi l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ taħsir nobbli fil-frott artab tal-għeneb. Iċ-cibebas użati għall-produzzjoni tal-inbid huma frott artab żgħir tal-għeneb imqadded li fi snin favorevoli jiffurmaw fl-għenieqed tal-varjetajiet Tokaj ta’ Furmint, Lipovina u Muškát žltý affettwati mit-taħsir nobbli Botrytis cinerea Persoon. Il-produzzjoni ta’ nbid tal-ogħla kwalità hija marbuta ma’ teknoloġija speċjali biex jiżdied proporzjon eżatt ta’ cibebas ma’ kwantità speċifikata ta’ nbid u mal-inbejjed li jimmaturaw għal diversi snin fi btieti tal-ballut f’kantini tat-tufi.

Fit-Tramuntana, iż-żona hija protetta mill-Muntanji Zemplín. Fin-Nofsinhar, bis-saħħa tal-irjieħ tal-ħarifa tan-Nofsinhar, iż-żona hija xotta, u toffri kundizzjonijiet perfetti għall-iżvilupp tat-taħsir nobbli Botrytis cinerea u għall-formazzjoni tas-cibebas. Is-cibebas huma frott artab tal-għeneb sustanzjużi affettwati mit-taħsir nobbli Botrytis cinerea, li jagħmel ħsara lill-qoxra tal-frott artab u jwassal biex l-ilma jevapora u z-zokkor iżid il-konċentrazzjoni. Huma uniċi u jidhru biss f’din iż-żona. Il-ħamrija vulkanika tagħti lill-inbejjed aktar mineralità u milja, riflessi fl-estrazzjoni ogħla.

Il-klima tar-reġjun tikkontribwixxi għal aċidità ogħla u, skont is-sena, għall-formazzjoni tas-cibebas u l-kontenut taz-zokkor tal-għeneb waqt il-ħsad. Meta mqabbla ma’ reġjuni oħra tal-vitikultura fis-Slovakkja, l-estrazzjoni tal-inbejjed prodotti f’din iż-żona hija ogħla bi 1-3 g/l għall-kategoriji kollha tal-inbid, b’aċidità medja ta’ 12-14-il g/l fil-ħsad u 6-10 g/l fil-prodott finali.

L-ewwel rekords tal-kultivazzjoni tad-dwieli jmorru lura għall-Imperu Ruman (fit-2ni seklu). Aktar tard, stabbilew ruħhom hawn is-Slavi , li taw l-isem “Stokaj” lil-lokalità u għoljiet fil-konfluwenza tax-xmajjar Bodrog u Tisa. Fis-seklu 13, ir-Re Béla IV mela ż-żona b’Taljani mir-reġjun ta’ Bari, li importaw il-varjetà bażika tat-Tokaj ta’ Furmint. Matul il-gwerer mat-Torok u l-170 sena ta’ ħakma Torka nbnew kantini taħt l-art. Dawn il-kantini, imħaffra fit-tufu u li jżommu temperatura kostanti matul is-sena kollha, aktar tard bdew jintużaw għall-ħżin tal-inbid Tokaj. L-ewwel inbid Tokaj ta’ kwalità superjuri ġie prodott fl-1650. It-Tokaj gawda l-akbar popolarità tiegħu fis-sekli 17 u 18. Bis-saħħa ta’ Francis II Rákóczi, sab ruħu fil-palazz irjali Franċiż ta’ Louis XIV, fejn ingħata t-titlu “VINUM REGUM – REX VINORUM” — “L-inbid tar-rejiet — Ir-re tal-inbejjed”. L-inbid Tokaj kien wieħed mill-favoriti taz-Tsar Pietru l-Kbir u tas-suċċessura tiegħu Katarina. L-inbid Tokaj kien maħsub li kellu effetti terapewtiċi u kien jingħata bħala kura universali għal ħafna mard (“Universalis vera medicina”).

Il-kwalità tal-prodott hija dovuta għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħamrija u tal-klima, kif ukoll għall-ħila u l-esperjenza tal-produtturi. L-uniċità tal-inbid Tokaj ġiet rikonoxxuta legalment mill-Att tal-Kunsill Nazzjonali Slovakk Nru 4 tas-6 ta’ Marzu 1959, bl-inklużjoni tiegħu fir-reġistru nazzjonali, bl-inklużjoni tiegħu fir-reġistru tal-WIPO f’Ġinevra fl-1967, u bi ftehimiet bilaterali mal-Iżvizzera u l-Portugall.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli: (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Vinohradnícka oblasť Tokaj

Qafas ġuridiku

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

Skont l-Att Nru 182/2005 dwar il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid, kif emendat

Id-Digriet Nru 232/2005 tal-Ministeru għall-Agrikoltura tar-Repubblika Slovakka dwar il-vinohradnícka oblasť Tokaj.

Id-Digriet Nru 237/2005 tal-Ministeru għall-Agrikoltura tar-Repubblika Slovakka li jistabbilixxi dettalji dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ drittijiet ta’ tħawwil u li jimplimenta ċerti dispożizzjonijiet oħra tal-Att Nru 182/2005 dwar il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.upv.sk/swift_data/source/pdf/specifikacie_op_oz/tokaj-specifikacia.pdf

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.