Brussell, 29.11.2023

COM(2023) 905 final

2023/0435(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva (UE) 2015/2302 biex il-protezzjoni tal-vjaġġaturi ssir aktar effettiva u biex jiġu ssimplifikati u ċċarati ċerti aspetti tad-Direttiva

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 540 final} - {SWD(2023) 905 final} - {SWD(2023) 906 final} - {SWD(2023) 907 final} - {SWD(2023) 908 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

It-turiżmu għandu rwol importanti fl-ekonomija globali, u jammonta għal aktar minn 10 % tal-prodott domestiku gross globali direttament u indirettament. Minħabba ż-żieda fid-dħul, it-tnaqqis fil-kostijiet relatati mal-ivvjaġġar u firxa dejjem akbar ta’ attivitajiet tat-turiżmu disponibbli, l-għadd globali ta’ turisti żdied minn 680 miljun fl-2000 għal aktar minn 1,5 biljun fl-2019. L-Unjoni Ewropea hija d-destinazzjoni turistika numru wieħed tad-dinja, fejn irċeviet madwar żewġ terzi tal-wasliet internazzjonali kollha tat-turisti fl-2022. L-industrija tat-turiżmu għandha rwol ewlieni fl-ekonomija tal-UE, b’madwar 2,3 miljun negozju tat-turiżmu u b’10,9 miljun persuna li kienu qed jaħdmu fl-industrija fl-2020. 1  

Il-konsumaturi Ewropej jużaw firxa ta’ modi biex jipprenotaw is-servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza. Pereżempju, dawn jistgħu jagħmlu prenotazzjonijiet separati għat-trasport u/jew għall-akkomodazzjoni, kemm direttament ma’ fornituri ta’ servizzi differenti jew permezz ta’ intermedjarji. Dawn jistgħu jixtru pakketti online, offline, prestabbiliti jew personalizzati li jikkombinaw tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar. Il-pakketti jistgħu jiġu offruti minn operaturi tat-tours, mill-aġenziji tal-ivvjaġġar, mit-trasportaturi u minn atturi oħrajn.

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta (“id-Direttiva” jew “il-PTD”) 2 immodernizzat il-qafas legali għall-pakketti tal-ivvjaġġar biex jirrifletti l-iżviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi. Din kellha l-għan li tkopri modi ġodda ta’ prenotazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li kienu ħarġu, inklużi kombinazzjonijiet personalizzati ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, li ma kinux koperti mid-Direttiva 90/314/KEE 3 jew li kienu f’żona griża legali, u saħħet id-drittijiet ta’ vjaġġaturi b’diversi modi. Din kellha wkoll l-għan li tiżgura kompetizzjoni aktar ġusta bejn tipi differenti ta’ negozji tal-ivvjaġġar attivi fis-suq tal-pakketti tal-ivvjaġġar.

It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal kanċellazzjonijiet tal-massa ta’ pakketti tal-vaganzi, filwaqt li ma sarux prenotazzjonijiet ġodda għal ċertu perjodu ta’ żmien. Minħabba l-problemi ta’ likwidità li rriżultaw għal organizzaturi tal-pakketti, ħafna vjaġġaturi ma rċevewx rifużjonijiet jew irċevewhom biss konsiderevolment aktar tard mill-14-il jum kif meħtieġ fid-Direttiva. Fir-Rakkomandazzjoni tagħha 2020/648 ta’ Mejju 2020 (ir-“Rakkomandazzjoni tal-2020”), 4 il-Kummissjoni stabbiliet prinċipji dwar l-użu volontarju tal-vawċers u modi kif dawn isiru aktar attraenti għall-vjaġġaturi, inkluż billi tipproteġihom kontra l-insolvenza tal-organizzatur. L-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni varjat fost l-Istati Membri. Diversi Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni li tiddevja mid-Direttiva, li testendi l-perjodi għar-rifużjonijiet jew li tagħmel il-vawċers obbligatorji għall-vjaġġaturi, li rriżultat bil-Kummissjoni tiftaħ proċedimenti ta’ ksur kontra 11-il Stat Membru.

Ir-rapport tal-Kummissjoni ppubblikat fis-26 ta’ Frar 2021 (“ir-Rapport dwar l-Applikazzjoni tal-PTD”) 5 jipprovdi ħarsa ġenerali lejn kif id-Direttiva ġiet trasposta mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali u kif ġiet applikata minn Lulju 2018. Dan jenfasizza diversi sfidi, inklużi dawk li ħarġu mill-falliment ta’ Thomas Cook fl-2019 u mill-pandemija tal-COVID-19. Id-diffikultajiet fl-applikazzjoni tad-Direttiva enfasizzati fir-rapport jinkludu l-kumplessità u l-inċertezza kkawżati mid-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, id-diffikultajiet fil-ħruġ ta’ rifużjonijiet u l-protezzjoni effettiva kontra l-insolvenza fi kriżi kbira, inkluż in-nuqqas ta’ regoli dwar il-vawċers u l-inċertezza dwar l-ambitu tal-kopertura tal-protezzjoni kontra l-insolvenza.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (“il-Qorti”) ħarġet rapport speċjali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru matul il-COVID-19. 6 Fir-rakkomandazzjonijiet tagħha, il-Qorti talbet lill-Kummissjoni teżamina kif, possibbilment permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, id-drittijiet tal-passiġġieri u tal-vjaġġaturi bl-ajru jistgħu jissaħħu, inkluż fi kriżi, biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tar-rifużjonijiet għal vjaġġi kkanċellati u l-insolvenza tal-operaturi.

Fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Marzu 2022, il-Pjattaforma Fit for Future (F4F) identifikat ħames problemi fid-Direttiva u għamlet suġġerimenti f’dan ir-rigward. 7

L-evalwazzjoni u r-rieżami tad-Direttiva huma msemmija fl-Aġenda tal-Konsumatur Ġdida tat-13 ta’ Novembru 2020. 8 Il-Kummissjoni ħabbret li sal-2022 se twettaq “analiżi aktar profonda dwar jekk il-qafas regolatorju attwali għall-pakkett tal-ivvjaġġar, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni mill-insolvenza, huwiex kapaċi bis-sħiħ jiżgura protezzjoni robusta u komprensiva tal-konsumatur f’kull ħin, filwaqt li jitqiesu wkoll l-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri.”

L-għan ġenerali tar-reviżjoni tad-Direttiva huwa li jissaħħaħ il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur, f’kull ħin, inkluż fil-każ ta’ kriżi kbira, filwaqt li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern fis-settur tal-pakketti tal-ivvjaġġar. Dan huwa konformi mal-objettivi oriġinali tad-Direttiva. B’mod ġenerali, id-Direttiva fiha regoli sodi li jirregolaw il-pakketti tal-ivvjaġġar u ġabet benefiċċji sinifikanti f’termini ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-funzjonament tas-suq intern. Madankollu, l-evalwazzjoni wriet li hija biss parzjalment effettiva biex jintlaħqu l-objettivi tagħha u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi u tan-negozjanti u li hemm lok għal titjib u simplifikazzjoni. Identifikat punti dgħajfa f’termini ta’ lakuni, inċertezza legali u kumplessità eċċessiva li jeħtieġu azzjoni mmirata. L-indirizzar ta’ dawn in-nuqqasijiet, pereżempju, permezz ta’ bidliet f’xi wħud mid-definizzjonijiet kif ukoll iż-żieda ta’ dispożizzjonijiet dwar il-pagamenti bil-quddiem u l-vawċers, waqt li jiġu speċifikati ċerti elementi rigward il-kanċellazzjoni ta’ pakketti minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji u dwar il-protezzjoni kontra l-insolvenza, għalhekk se jkun ta’ benefiċċju għat-tħejjija għal kriżijiet futuri u għall-applikazzjoni tad-Direttiva fi żminijiet normali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ politika

Id-Direttiva hija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur (“ir-Regolament CPC”) u d-Direttiva dwar l-Azzjonijiet Rappreżentattivi (“RAD”), li jikkontribwixxu għall-infurzar effettiv tagħha. Ir-Regolament CPC jipprevedi azzjoni konġunta ta’ infurzar kontra negozjanti mhux konformi. L-RAD tapplika minn Ġunju 2023 u żżid il-livell ta’ protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-vjaġġaturi u tal-konsumaturi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak transfruntier, pereżempju billi tfittex miżuri ta’ inġunzjoni u ta’ rimedju.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-UE

Wara l-adozzjoni tal-ewwel Direttiva dwar Pakketti tal-Ivvjaġġar fl-1990, ġew adottati ħames regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri f’modi differenti ta’ trasport fil-livell tal-UE. Pereżempju, ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 (ir-“Regolament dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru” jew l-“APRR”) jistabbilixxi d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fir-rigward tal-kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet, l-imbark miċħud jew id-dewmien. Dak ir-Regolament huwa komplementari għad-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar. Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ atti legali hija koperta f’dispożizzjonijiet differenti tal-PTD u l-APRR, bl-għan li tinkiseb koerenza bejn iż-żewġ strumenti.

Il-Kummissjoni qiegħda tirrieżamina wkoll il-qafas regolatorju tad-drittijiet tal-passiġġieri taħt l-inizjattiva “Vjaġġar – protezzjoni aħjar għall-passiġġieri u għad-drittijiet tagħhom”. Ir-rieżami tal-APRR jinkludi rimborżi għal titjiriet ikkanċellati pprenotati permezz ta’ intermedjarji. 9 Barra minn hekk, huwa ppjanat li jħares lejn il-protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ insolvenza tat-trasportaturi tal-ajru u kriżi kbira fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (Ir-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru). 10

Ir-reviżjoni għandha l-għan li ttejjeb ulterjorment il-koerenza bejn il-PTD u l-APRR, pereżempju billi ddaħħal regoli dwar il-vawċers u regoli dwar ir-rifużjonijiet minn negozju għal negozju. Ir-regoli dwar il-pagamenti bil-quddiem 11 u l-protezzjoni kontra l-insolvenza, li huma parti mir-reviżjoni proposta, iqisu s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal azzjoni tal-UE hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), li jipprevedi li “l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom […] jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet […] li li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.” L-Artikolu 114(3) jispeċifika li “l-Kummissjoni, fil-proposti tagħha kif maħsuba [...] li jikkonċerna [...] l-protezzjoni tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni fl-għola livell, waqt li tieħu kont partikolarment ta’ kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi.” Barra minn hekk, l-Artikolu 169(1) u l-Artikolu 169(2)(a) tat-TFUE jipprevedu li l-UE trid tikkontribwixxi biex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi jiġu adottati miżuri skont l-Artikolu 114 tat-TFUE.

F’konformità mal-Artikolu 26(2) tat-TFUE, is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-prodotti u s-servizzi jiċċaqilqu liberament u n-negozji għandhom il-libertà ta’ stabbiliment. L-armonizzazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi rigward il-pakketti tal-ivvjaġġar hija meħtieġa biex jiġi żviluppat suq intern reali fit-turiżmu u se tgħin biex jinżamm u jiżdied livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

Sussidjarjetà

Din il-proposta, bħad-Direttiva (UE) 2015/2302, hija strument ta’ armonizzazzjoni sħiħa peress li l-kwistjonijiet li tirregola jistgħu jiġu solvuti b’mod adegwat biss fil-livell tal-UE. L-iżgurar li ċ-ċittadini kollha tal-UE jgawdu d-drittijiet previsti mid-Direttiva, inkluż fi kriżi, ma jistax jinkiseb jekk l-Istati Membri jaġixxu waħedhom.

Il-pakketti tal-ivvjaġġar huma settur transfruntier, mhux biss fis-sens ta’ vjaġġaturi li jmorru barra mill-pajjiż, iżda anke f’termini ta’ pakketti tal-vaganzi mibjugħa lil vjaġġaturi minn organizzaturi bbażati f’pajjiżi oħrajn. Ir-reviżjoni tal-PTD għandha l-għan li timmodernizza r-regoli kurrenti u li tindirizza l-problemi mmarkati fl-evalwazzjoni. Iż-żewġ objettivi ġenerali tal-PTD għadhom rilevanti, jiġifieri, biex jiġi żgurat li l-vjaġġaturi kollha fl-UE jkollhom livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni u l-kontribut għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.

Azzjoni fil-livell tal-UE biex jitneħħew il-problemi identifikati, jingħalqu l-lakuni, jiġu ċċarati u ssimplifikati r-regoli tad-Direttiva se tagħti fiduċja akbar lill-vjaġġaturi u lill-kummerċjanti fix-xiri u fil-bejgħ ta’ pakketti, inkluż bejn il-fruntieri u ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Pereżempju, l-istabbiliment ta’ regoli dwar il-vawċers, regoli komuni dwar il-kapparri u speċifikazzjonijiet ulterjuri dwar il-protezzjoni kontra l-insolvenza se jiżguraw aktar uniformità fl-applikazzjoni tad-Direttiva. Jekk l-Istati Membri jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b’mod mhux ikkoordinat, dan iżid il-frammentazzjoni fis-suq intern.

Proporzjonalità

Ir-reviżjoni proposta tal-PTD hija bbilanċjata u tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità skont l-Artikolu 5(3) tat-TFUE. Kif spjegat fit-Taqsima 3.3 tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt, dan ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi peress li r-reviżjoni hija limitata għal aspetti tal-liġi tal-ivvjaġġar li għalihom hija meħtieġa azzjoni tal-UE.

Kif deskritt fit-Taqsima 5.3 tar-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt, ġew ivvalutati tliet għażliet ta’ politika, anki fid-dawl tal-proporzjonalità antiċipata tal-miżuri fl-indirizzar tal-problemi identifikati.

Fl-aħħar, ir-reviżjoni proposta tal-PTD hija bbażata fuq għażla fil-valutazzjoni tal-impatt li fiha miżuri li huma anqas intervenzjonisti minn dawk li jinsabu fl-għażliet l-oħrajn u li huma proporzjonati kemm bil-ħsieb ta’ tħejjija għall-kriżijiet kif ukoll barra minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi (Taqsima 6.1 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt). Għalhekk, din l-inizjattiva żżomm il-bilanċ bejn l-objettiv, il-mezzi u l-konsegwenzi tal-azzjoni, u hija, għalhekk, proporzjonata (it-Taqsima 7.4 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt). Id-dispożizzjonijiet il-ġodda huma mfassla għall-ħtiġijiet li jindirizzaw u huma ta’ natura mmirata, ikkalibrati bir-reqqa f’termini ta’ ambitu u intensità.

Għażla tal-istrument

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt isib li miżuri mhux leġiżlattivi, bħal rakkomandazzjonijiet jew linji gwida, ma jistgħux jilħqu l-objettivi tal-inizjattiva (it-Taqsima 5.2.1 tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt).

Direttiva tistabbilixxi sett koerenti ta’ drittijiet u obbligi, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri jintegraw dawn ir-regoli fil-liġi kuntrattwali nazzjonali tagħhom. Dan jippermetti wkoll lill-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-aħjar mod kif jinfurzaw id-Direttiva u s-sanzjonijiet għall-ksur tar-regoli tagħha. Fl-aħħar, din il-proposta se temenda biss strument legali eżistenti.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet /kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2019, il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel rapport dwar id-dispożizzjonijiet tal-PTD li japplikaw għall-prenotazzjonijiet online magħmula f’punti differenti ta’ bejgħ. 12 Ir-rapport wera sfidi, b’mod partikolari relatati ma’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, bħan-nuqqas ta’ ċarezza tal-kunċett u d-diffikultà li ssir distinzjoni bejn il-pakketti u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta. 

Fl-2021, il-Kummissjoni ħarġet rapport komprensiv dwar l-applikazzjoni tal-PTD kif stabbilit fl-Artikolu 26 tad-Direttiva. 13 Ir-rapport żvela ċerti sfidi fl-applikazzjoni tad-Direttiva matul żminijiet normali u matul kriżi, b’mod partikolari għar-rifużjonijiet matul kriżi kbira, bħall-pandemija tal-COVID-19.

Kif imħabbar fl-Aġenda l-Ġdida għall-Konsumatur tagħha ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni wara valutazzjoni tal-impatt tal-PTD. 14

L-evalwazzjoni kkonkludiet li d-Direttiva għad għandha valur miżjud tal-UE. Din ikkonkludiet li l-objettivi tagħha kienu konformi mal-ħtiġijiet mistennija tal-vjaġġaturi u tal-organizzaturi/bejjiegħa bl-imnut tal-pakketti tal-ivvjaġġar meta ġiet adottata d-Direttiva u li għadhom rilevanti. Madankollu, l-iżviluppi fis-suq (l-aktar minħabba ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u l-bidliet fil-prattiki tan-negozju), l-esperjenza prattika fl-applikazzjoni tad-Direttiva u l-problemi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, żvelaw li d-Direttiva ma tissodisfax bis-sħiħ xi ħtiġijiet tal-konsumatur (il-protezzjoni u r-rifużjonijiet tal-pagamenti bil-quddiem, il-kumplessità ta’ xi regoli, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni). Din sabet li kienet meħtieġa aktar azzjoni. Għalhekk, l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-PTD kienet biss parzjalment effettiva fil-kontribut għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u fil-kisba ta’ livell għoli u uniformi kemm jista’ jkun ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

L-isfidi identifikati mill-evalwazzjoni jistgħu jinġabru fi tliet problemi ewlenin.

L-ewwel problema hija l-isfidi b’rifużjonijiet għal pakketti tal-ivvjaġġar ikkanċellati, b’mod partikolari matul kriżi kbira. L-ixprunaturi ewlenin huma l-prattika ta’ pagamenti bil-quddiem, in-nuqqas ta’ likwidità tal-organizzaturi meta jiffaċċjaw ħafna talbiet ta’ rimborż konkurrenti u inċertezza legali fir-rigward tal-użu ta’ vawċers. Peress li l-organizzaturi jużaw kapparri li jirċievu mingħand il-vjaġġaturi biex iħallsu bil-quddiem għal ċerti servizzi inklużi f’pakkett, dawn jiddependu fuq rifużjonijiet mill-fornituri tas-servizzi sabiex ikunu jistgħu jirrimborżaw lill-vjaġġaturi jekk il-pakkett jiġi kkanċellat.

Matul il-pandemija, ħafna organizzaturi ma rċevewx rifużjonijiet (rapidi) mill-fornituri tas-servizzi (eżempju linji tal-ajru u lukandi) u għalhekk ma setgħux jirrimborżaw lill-vjaġġaturi fil-perjodu obbligatorju ta’ 14-il jum. Il-PTD ma fihiex regoli minn negozju għal negozju dwar ir-rifużjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjonijiet. Hija nieqsa wkoll minn regoli li jirregolaw l-użu ta’ vawċers. Fil-fatt, matul il-pandemija, l-organizzaturi spiss imponew vawċers fuq il-vjaġġaturi minflok rifużjoni għal pakketti kkanċellati, u d-drittijiet tal-vjaġġaturi fir-rigward tal-vawċers ma kinux ċari. Diversi Stati Membri saħansitra adottaw regoli temporanji li jippermettu lill-organizzaturi joħorġu vawċers mingħajr qbil mal-vjaġġaturi jew issospendew id-dritt tagħhom għal rifużjoni skont il-PTD, li wasslu għal proċedimenti ta’ ksur. F’Mejju 2020, il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni dwar il-vawċers volontarji maħruġa matul il-pandemija. 15 L-użu tar-rakkomandazzjoni fl-Istati Membri kien imħallat.

It-tieni problema hija li l-pagamenti bil-quddiem magħmula mill-vjaġġaturi ma humiex protetti biżżejjed kontra l-insolvenza tal-organizzatur. Il-protezzjoni kontra l-insolvenza għall-vawċers u d-drittijiet ta’ rifużjoni li jirriżultaw minn kanċellazzjoni jvarjaw fl-Istati Membri. 16 Hemm ukoll differenzi sinifikanti bejn is-sistemi nazzjonali ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza. 17 F’xi Stati Membri, l-organizzaturi tal-pakketti jsibuha diffiċli li jiksbu protezzjoni kontra l-insolvenza jew soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni jistgħu jkunu għaljin, speċjalment matul kriżi. 18 , 19  

It-tielet problema hija relatata mad-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-PTD. Ċerti dispożizzjonijiet ma humiex ċari biżżejjed, fihom lakuni jew huma kumplessi wisq, u b’hekk jikkontribwixxu għal livelli diverġenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur fil-prattika u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Pereżempju, dan japplika għall-kunċett ta’ “pakketti click-through” 20 u d-dispożizzjonijiet dwar arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, il-kopertura ta’ talbiet għal rifużjoni u vawċers permezz ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza u r-regoli dwar kanċellazzjonijiet fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji. Barra minn hekk, il-vjaġġaturi mhux dejjem ikunu ċari dwar ir-rwol li għandhom partijiet differenti (organizzaturi, bejjiegħa bl-imnut u fornituri ta’ servizzi), inkluż fir-rigward tar-rifużjonijiet. Fl-aħħar, il-formoli ta’ informazzjoni standard huma kumplessi biex jintużaw u jistgħu jkunu aktar faċli għall-utent.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni wettqet diversi attivitajiet ta’ konsultazzjoni, inklużi konsultazzjonijiet pubbliċi u mmirati mal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjonijiet kienu wesgħin kemm jista’ jkun biex jinġabru l-input, l-evidenza u l-ispjegazzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati, (eżempju vjaġġaturi/konsumaturi, operaturi tal-vjaġġi, aġenziji tal-ivvjaġġar fiżiċi u online, trasportaturi, awtoritajiet nazzjonali, fondi għall-protezzjoni kontra l-insolvenza, konsumaturi u assoċjazzjonijiet tan-negozju, akkademiċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi). Id-diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati ffokaw fuq it-tliet objettivi speċifiċi li ġejjin:

- Titjib tal-protezzjoni tal-pagamenti bil-quddiem tal-vjaġġaturi u d-dritt tagħhom għal rifużjoni rapida tal-pagamenti li diġà saru fil-każ ta’ kanċellazzjonijiet, inkluż fi żminijiet ta’ kriżi kbira, filwaqt li tinżamm il-likwidità tal-organizzaturi tal-pakkett (li jindirizzaw il-Problema 1).

- It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-vjaġġaturi kontra l-insolvenza tal-organizzatur, inkluż fil-każ ta’ kriżi kbira, filwaqt li jiġu żgurati wkoll kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern (li jindirizzaw il-Problema 2).

- Żieda fiċ-ċertezza legali u fl-infurzabbiltà tal-PTD billi jiġu ċċarati u/jew issimplifikati ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva li jistgħu jiġu interpretati b’mod differenti jew li l-partijiet ikkonċernati jsibuha diffiċli li japplikaw fil-prattika (li tindirizza l-Problema 3).

Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, li beda bil-pubblikazzjoni ta’ sejħa għall-evidenza f’Awwissu 2021 u kompla sa Mejju 2023, il-Kummissjoni użat firxa ta’ metodi u forom ta’ konsultazzjoni. Dawn kienu jinkludu:

konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu u konsultazzjoni pubblika miftuħa għal 13-il ġimgħa, li talbet fehmiet mill-partijiet interessati kollha. 21

Konsultazzjonijiet immirati ta’ partijiet ikkonċernati differenti (awtoritajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, assoċjazzjonijiet tan-negozju), l-aktar bħala segwitu għal diversi workshops u laqgħat.

Workshops tematiċi mmirati online, inklużi laqgħat tal-grupp ta’ esperti tal-partijiet ikkonċernati biex jappoġġaw l-applikazzjoni tal-PTD. 22 Intbagħtu kwestjonarji u dokumenti ta’ diskussjoni minn qabel għat-tħejjija tal-laqgħat ospitati mill-Kummissjoni.

Workshops online organizzati mill-konsulent estern bil-għan li jiġu aġġornati l-parteċipanti (assoċjazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji individwali, inklużi kumpaniji tas-settur tal-ivvjaġġar, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u Ċentri Ewropej tal-Konsumatur) dwar il-progress tal-istudju u l-ġbir ta’ informazzjoni f’format interattiv dwar is-sejbiet ewlenin.

Il-workshops organizzati mill-partijiet ikkonċernati (eżempju l-Assoċjazzjoni tal-Fondi Ewropej ta’ Garanzija għall-Ivvjaġġar u t-Turiżmu, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar u l-Operaturi tal-Vjaġġi) offrew l-opportunità li tinġabar mill-partijiet ikkonċernati dwar il-protezzjoni kontra l-insolvenza fis-settur tal-ivvjaġġar u dwar il-pagamenti bil-quddiem.

Stħarriġ immirat imwettaq mill-konsulent estern biex tinġabar informazzjoni dwar il-fehmiet u l-esperjenzi tal-partijiet ikkonċernati rigward ix-xejriet kurrenti tas-suq fil-pakketti tal-ivvjaġġar inklużi d-drittijiet ta’ kanċellazzjoni, l-użu ta’ vawċers u r-rifużjonijiet. L-għan kien ukoll li jiġu identifikati l-isfidi ewlenin tal-leġiżlazzjoni kurrenti, il-kostijiet u l-benefiċċji primarji.

Intervisti mwettqa mill-konsulent estern f’żewġ stadji li jinkludu sett ta’ intervisti dwar l-ambitu u intervisti fuq skala sħiħa mal-partijiet ikkonċernati.

Laqgħat fil-livell tekniku jew politiku. Ir-rieżami tal-PTD tqajjem ukoll fil-livell politiku, b’mod partikolari, f’laqgħat ministerjali informali matul presidenzi differenti tal-Kunsill.

Laqgħat bilaterali online ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. 

Dokumenti ta’ pożizzjoni mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, mill-assoċjazzjonijiet tan-negozju u mill-awtoritajiet nazzjonali.

L-opinjoni tal-Pjattaforma Fit for Future (F4F) tat-22 ta’ Marzu 2022. 23 Fl-opinjoni tagħha dwar il-PTD, il-Pjattaforma F4F identifikat ħames problemi u għamlet ħames suġġerimenti relatati.

Il-feedback għall-attivitajiet ta’ konsultazzjoni wera li:

Il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet ikkonċernati kkonfermaw li l-vjaġġaturi mill-Istati Membri kollha ffaċċjaw diffikultajiet kbar fl-irkupru tal-pagamenti bil-quddiem għall-pakketti kkanċellati fi żmien 14-il jum matul il-pandemija tal-COVID-19. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ħafna awtoritajiet nazzjonali qiesu li l-protezzjoni tal-pagamenti bil-quddiem magħmula mill-vjaġġaturi għandha tiżdied.

Fl-istess ħin, l-organizzaturi ddeskrivew id-diffikultajiet fl-irkupru tal-pagamenti magħmula lill-fornituri tas-servizzi. Xi fornituri, b’mod partikolari l-linji tal-ajru, jitolbu pagament sħiħ bil-quddiem. Il-biċċa l-kbira tan-negozji indikaw li kieku jilqgħu regola ġdida tal-UE li tirrikjedi li l-fornituri tas-servizzi jħallsu lura lill-organizzaturi, fi żmien speċifiku, iqsar minn 14-il jum. 

Il-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-awtoritajiet pubbliċi qiesu li s-sistemi differenti ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza madwar l-UE wasslu għal livell ogħla ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza tal-organizzaturi f’xi Stati Membri u protezzjoni insuffiċjenti tal-vjaġġaturi fi Stati Membri oħrajn. Madankollu, ma ġie pprovdut l-ebda eżempju konkret biex jappoġġa din il-fehma.

F’xi Stati Membri, l-organizzaturi allegatament sabu li huwa diffiċli li jiksbu protezzjoni kontra l-insolvenza biex ikopru l-pagamenti bil-quddiem u r-ripatrijazzjoni. Dan huwa dovut għal soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni insuffiċjenti fis-suq jew soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni offruti biss bi prezzijiet projbittivi, b’mod partikolari matul kriżi. Hemm ukoll prattiki diverġenti fir-rigward tal-kopertura tat-talbiet għal rifużjoni u tal-vawċers fejn pakkett jiġi kkanċellat qabel ma organizzatur isir insolventi.

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati ffaċċjaw diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-PTD fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-infurzar tal-kunċetti ta’ “pakkett click-through” u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, fl-implimentazzjoni ta’ ċerti obbligi ta’ informazzjoni u fl-aċċertar ta’ jekk il-kanċellazzjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar kinitx iġġustifikata minn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji. Dawn id-diffikultajiet saru evidenti matul il-COVID-19.

L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi talbu għal aktar ċarezza dwar il-ħin it-tajjeb biex jikkanċellaw il-kuntratt minħabba “ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” kif ukoll dwar ir-rilevanza, l-evidenza u l-valur legali tat-twissijiet uffiċjali tal-ivvjaġġar. Il-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti talbu għal kjarifiki dwar ir-regoli li jirregolaw il-kanċellazzjonijiet tal-vjaġġi.Il-vjaġġaturi u n-negozji qiesu li n-nuqqas ta’ regoli dwar “twissijiet tal-ivvjaġġar” jimmina l-effettività tad-definizzjoni ta’ “ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji”.

Il-Kummissjoni qieset il-feedback kollu meta ddeċidiet liema għażliet għandhom jingħataw preferenza. Aktar informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet tista’ tinstab fl-Anness 3 tal-valutazzjoni tal-impatt.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni kkuntrattat esperti esterni biex jipproduċu studju li jiġbor evidenza li ntużat biex issostni l-valutazzjoni tal-impatt u biex tħejji din il-proposta. Ir-riżultat kien l-“Istudju biex tiġi appoġġata t-tħejjija ta’ evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar wara valutazzjoni tal-impatt dwar ir-reviżjoni potenzjali tagħha”. 24

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni bbażat ukoll fuq il-letteratura akkademika rilevanti u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt 25 ġiet diskussa mal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fil-5 ta’ Lulju 2023. Il-Bord ħareġ opinjoni negattiva fis-7 ta’ Lulju 2023, li tiddikjara li r-rapport ma kienx ċar biżżejjed dwar l-iskala tal-problemi, il-fallimenti sottostanti tas-suq u l-objettivi speċifiċi tal-inizjattiva, u li l-analiżi tal-impatt ma kinitx proporzjonata għad-daqs tal-problema. Barra minn hekk, ir-rapport instab li ma jidentifikax il-kombinazzjonijiet rilevanti kollha tal-għażliet bil-quddiem u li ma jipprovdix tqabbil konsistenti tal-għażliet. B’riżultat ta’ dan, ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ġie abbozzat mill-ġdid b’mod sostanzjali. L-iskala tal-problemi, il-fallimenti sottostanti tas-suq jew regolatorji u l-objettivi speċifiċi ta’ din l-inizjattiva ġew deskritti u kkwantifikati aħjar kemm jista’ jkun. Ir-rapport rivedut ta wkoll deskrizzjoni aktar ċara tal-għażliet ta’ politika kollha u qabbilhom f’termini ta’ effettività, effiċjenza, koerenza u proporzjonalità. L-analiżi tal-impatt issaħħet b’diversi modi, inkluż billi ġiet estiża l-kwantifikazzjoni tal-impatti potenzjali u billi ġiet ipprovduta analiżi tas-sensittività li tkompli għaddejja. Ir-rapport elabora ulterjorment ukoll fuq l-impatti fuq l-SMEs u l-ambitu għat-tnaqqis tal-kostijiet.

Ir-rapport rivedut tal-valutazzjoni tal-impatt intbagħat lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-6 ta’ Settembru 2023. Fit-28 ta’ Settembru 2023, il-Bord ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi 26 , filwaqt li nnota li r-rapport ma kienx ċar biżżejjed dwar l-impatt ġenerali fuq il-konsumaturi u li l-analiżi kwalitattiva għandha tissaħħaħ biex jintwera aħjar ir-raġunament għall-intervent. Ir-riżervi tal-Bord ġew indirizzati. Dan kien jinvolvi deskrizzjoni aktar prominenti u ċara tal-istimi tal-linja bażi u l-impatt ġenerali fuq il-konsumaturi. Barra minn hekk, l-analiżi kwalitattiva kompliet tittejjeb biex turi aħjar ir-raġunament għall-azzjoni. Fl-aħħar, l-impatt potenzjali fuq il-kompetittività internazzjonali ġie deskritt f’aktar dettall.

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat diversi miżuri leġiżlattivi li jistgħu, billi jemendaw il-PTD, jindirizzaw il-problemi identifikati bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tar-rieżami. Il-miżuri ġew raggruppati fi tliet għażliet ta’ politika li jieħdu approċċi differenti: soluzzjonijiet aktar flessibbli u kostijiet minimi (għażla A), miżuri aktar riġidi (għażla B) jew effettività massima f’sitwazzjoni ta’ kriżi b’kostijiet ogħla (għażla C).

L-għażla A hija li jsiru emendi mmirati għall-PTD biex din tiġi ċċarata u ssimplifikata u ssir aktar effettiva, inkluż fi kriżi. Din tinkludi regoli dwar il-vawċers volontarji, dritt ta’ rifużjoni minn negozju għal negozju fejn is-servizzi jiġu kkanċellati u limitazzjoni flessibbli ta’ kapparri għal 25 %, li tista’ tiżdied jekk dan ikun meħtieġ biex ikunu żgurati l-organizzazzjoni u l-prestazzjoni tal-pakkett. Din għandha wkoll l-għan li ssaħħaħ il-protezzjoni kontra l-insolvenza, filwaqt li tiċċara li l-vawċers u t-talbiet għal rifużjoni huma koperti minn protezzjoni kontra l-insolvenza. Madankollu, din ma tobbligax lill-Istati Membri joħolqu fond ta’ riżerva għall-protezzjoni kontra l-insolvenza jew fond ta’ kriżi li jiggarantixxi rifużjonijiet rapidi lill-vjaġġaturi fil-każ ta’ kriżi kbira.

L-għażla B tinkludi miżuri aktar riġidi li jżidu l-kostijiet għal kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati (kemm in-negozji kif ukoll il-vjaġġaturi). Pereżempju, din tistabbilixxi limitu strett għall-kapparri għal 20 % għall-organizzaturi tal-pakkett u vawċers obbligatorji f’każ ta’ kriżi kbira.

L-għażla C tinkludi miżuri li għandhom l-għan li jiksbu l-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tar-rifużjonijiet għal pakketti kkanċellati u l-protezzjoni kontra l-insolvenza, b’mod partikolari fi kriżi, iżda b’kostijiet għoljin. Din tinkludi limitu strett ta’ kapparri għal 20 % kemm għall-organizzaturi kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi kif ukoll il-ħolqien obbligatorju ta’ fond ta’ kriżi.

B’mod ġenerali, l-għażla A taħdem l-aħjar. Filwaqt li ma fihiex l-aktar miżuri effettivi biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati f’kull aspett u ma hijiex massimalista f’termini ta’ protezzjoni tal-konsumatur, din twassal għal benefiċċji sinifikanti għall-vjaġġaturi u n-negozji, inkluż f’termini ta’ tħejjija għal kriżi futura, u bl-anqas kostijiet. L-għażla A hija l-aktar effiċjenti u koerenti mit-tliet għażliet ivvalutati.

B’riżultat ta’ dan, l-għażla ppreferuta tillimita l-kapparri għal 25 % tal-prezz totali tal-pakkett, u dan jippermetti lill-organizzatur jitlob il-pagament li jifdal 4 ġimgħat qabel il-bidu tal-pakkett tal-vaganza. Madankollu, l-organizzaturi jżommu l-flessibbiltà li jitolbu kapparri ogħla fil-pagamenti jekk dan ikun iġġustifikat mill-ħtieġa li jagħmlu pagamenti bil-quddiem ogħla lill-fornituri tas-servizzi jew li jkopru kostijiet oħrajn relatati speċifikament mal-organizzazzjoni u mal-prestazzjoni tal-pakkett sa fejn ikun meħtieġ li jiġu koperti dawk il-kostijiet fil-ħin tal-prenotazzjoni. 27 B’mod ġenerali, il-piż fuq il-kumpaniji jibqa’ limitat u jistgħu jkunu mistennija biss żidiet żgħar fil-prezzijiet għall-vjaġġaturi.

Barra minn hekk, iġġib id-dritt għal rifużjoni minn negozju għal negozju meta s-servizz rilevanti ma jiġix ipprovdut. F’każ bħal dan, l-organizzatur ikun intitolat għal rifużjoni tal-pagamenti magħmula lill-fornitur(i) tas-servizz, eżempju linji tal-ajru u lukandi, fi żmien 7 ijiem minn meta s-servizz jiġi kkanċellat jew ma jsirx. Dan jippermetti lill-organizzaturi jagħmlu rifużjonijiet lill-vjaġġaturi fi żmien l-iskadenza ta’ rifużjoni ta’ 14-il jum stabbilita fid-Direttiva, filwaqt li jżommu l-likwidità tagħhom. Meta fornitur ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jikkanċella jew inkella ma jipprovdix servizz li jkun jinsab f’pakkett iżda fejn il-kuntratt tal-pakkett tal-ivvjaġġar jibqa’ jeżisti, id-dritt għal rifużjoni fi żmien 7 ijiem għandu jippermetti lill-organizzaturi jagħmlu arranġamenti alternattivi għall-vjaġġaturi. Barra minn hekk, l-organizzaturi jkunu jistgħu joffru vawċers bħala alternattiva għal rifużjoni, soġġett għall-konformità ma’ garanziji speċifiċi introdotti li huma fil-biċċa l-kbira konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2020.

Fl-aħħar, huwa konċepibbli li l-Istati Membri jipprevedu mekkaniżmi li jiżguraw ir-rifużjonijiet lill-vjaġġaturi skont ir-rekwiżiti legali, pereżempju, f’każijiet fejn il-pakketti jiġu kkanċellati minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji u fejn l-organizzaturi ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-obbligi ta’ rifużjoni tagħhom. Meta l-Istati Membri jintroduċu jew iżommu dawn il-mekkaniżmi, dawn se jkunu obbligati jinformaw lill-Kummissjoni u lill-punti ta’ kuntatt ċentrali tal-Istati Membri l-oħrajn b’dawn il-mekkaniżmi. Dawn il-mekkaniżmi normalment jiġu ffinanzjati esklussivament permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-organizzaturi. F’ċirkostanzi eċċezzjonali biss, dawn il-mekkaniżmi jistgħu jiġu kkofinanzjati mill-Istati Membri, u l-introduzzjoni tagħhom tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Din id-dispożizzjoni tkun newtrali f’termini ta’ kost fit-tul. B’mod ġenerali, dawn il-miżuri se jtejbu l-protezzjoni tal-konsumatur b’kostijiet limitati ħafna biss għan-negozji (organizzaturi tal-pakketti tal-ivvjaġġar u fornituri tas-servizzi).

Sabiex il-vjaġġaturi jiġu protetti aħjar kontra l-insolvenza tal-organizzaturi, il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ ir-regoli ta’ insolvenza tal-PTD. L-Istati Membri se jkomplu jiddeċiedu huma stess kif l-aħjar jimplimentaw sistema effettiva ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza, iżda l-proposta fiha speċifikazzjonijiet addizzjonali. L-Istati Membri se jkunu obbligati jissorveljaw arranġamenti ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza tal-organizzaturi u jimmonitorjaw is-suq għall-provvista ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza, u, jekk ikun meħtieġ, jistgħu jirrikjedu livell addizzjonali ta’ protezzjoni, bħal fond ta’ riżerva. Peress li l-PTD diġà tirrikjedi ċertu livell ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza u peress li l-għażla ppreferuta tispeċifika biss kif jista’ jintlaħaq dan l-objettiv, din l-ispeċifikazzjoni x’aktarx li ma żżidx il-kostijiet. Il-proposta tiċċara wkoll li l-vawċers proposti minflok rifużjoni, u l-pretensjonijiet ta’ rifużjoni pendenti, huma koperti minn protezzjoni kontra l-insolvenza. Għalhekk, fil-prattika tista’ twassal għal kostijiet ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza kemxejn akbar għall-kumpaniji f’dawk l-Istati Membri fejn il-vawċers u l-pretensjonijiet ta’ rifużjoni bħalissa ma humiex koperti mill-protezzjoni kontra l-insolvenza. Dawn iż-żidiet fil-kostijiet jistgħu jiġu mgħoddija lill-vjaġġaturi. Fl-istess ħin, din il-miżura se tkun ta’ benefiċċju għall-organizzaturi peress li se tagħmel il-vawċers aktar attraenti għall-vjaġġaturi. B’mod ġenerali, kwalunkwe żieda fil-kostijiet li tirriżulta għalhekk x’aktarx li tkun limitata.

Fl-aħħar, il-proposta tħassar tip wieħed ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta (tip (a)) u tliet formoli ta’ informazzjoni mill-PTD. Din temenda d-definizzjoni ta’ pakkett click-through u ta’ pakkett b’punt uniku ta’ bejgħ. Dan iwassal għal simplifikazzjoni, regoli aktar ċari u infurzabbli, u informazzjoni aktar ċara għall-vjaġġaturi, kif mitlub minn ħafna partijiet ikkonċernati, filwaqt li jinżamm jew jiżdied il-livell kurrenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Ikun indikat li t-twissijiet uffiċjali tal-ivvjaġġar huma element importanti meta jiġi ddeterminat jekk pakkett jistax jitwettaq minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, filwaqt li għandu jinżamm il-prinċipju ta’ valutazzjoni każ b’każ. Huwa propost ukoll li jiġi speċifikat li ċ-ċirkostanzi fil-pajjiż tat-tluq, tar-residenza u tad-destinazzjoni jistgħu jitqiesu meta jiġi vvalutat id-dritt tal-vjaġġaturi li jikkanċellaw pakkett minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji. Fl-aħħar, il-proposta se tiċċara r-rwoli ta’ atturi differenti iżda l-obbligu legali għar-rifużjoni tal-pagamenti bil-quddiem se jibqa’ f’idejn l-organizzatur. Dawn il-bidliet se jipprovdu ċarezza akbar kemm għall-vjaġġaturi kif ukoll għall-organizzaturi tal-pakketti u għalhekk għandhom inaqqsu l-kostijiet amministrattivi għan-negozji u jnaqqsu d-detriment tal-konsumatur.

Skont l-għażla ppreferuta, il-konsumaturi se jibbenefikaw mill-fatt li regoli ssimplifikati u ċċarati se jnaqqsu l-ambitu għaċ-ċirkomvenzjoni u jiċċaraw l-informazzjoni disponibbli għall-vjaġġaturi, u b’hekk iwasslu għal anqas tilwim legali, u b’hekk jiffrankaw il-ħin, il-kostijiet u l-isforzi għall-partijiet ikkonċernati kollha. Bi skambju għal dawn il-benefiċċji għall-vjaġġaturi, huwa mistenni li jkun hemm żieda żgħira fil-prezzijiet tal-pakketti (jiġifieri 0,3 %), peress li l-organizzaturi (u l-fornituri tas-servizzi) huma mistennija jgħaddu kwalunkwe żieda potenzjali fil-kost fuq il-konsumaturi. Madankollu, din iż-żieda minuri fil-prezzijiet hija negliġibbli meta mqabbla ma’ fatturi oħrajn, inkluża l-inflazzjoni għolja ħafna li affettwat il-biċċa l-kbira tal-ekonomiji, inklużi l-Istati Membri tal-UE, matul l-aħħar sentejn. Barra minn hekk, hemm evidenza reċenti mill-istħarriġ tar-Renju Unit dwar ir-riforma tal-ATOL 28 u l-feedback mill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi tal-UE 29 , 30 li tindika li xi drabi l-vjaġġaturi jippreferu jħallsu sostanzjalment aktar biex igawdu protezzjoni ogħla. Għalhekk, il-miżuri inklużi fl-għażla ppreferuta ma humiex mistennija li jwasslu għal xi tnaqqis fil-konsum tal-pakketti mill-vjaġġaturi.  31  B’mod ġenerali, bħala riżultat tal-għażla ppreferuta, il-konsumaturi se jkunu f’pożizzjoni aħjar milli taħt l-istatus quo.

F’termini tal-impatti ambjentali, uħud mill-miżuri ta’ politika jistgħu jwasslu għal żidiet żgħar fil-prezzijiet għall-pakketti. Iż-żidiet fil-prezzijiet jistgħu potenzjalment jirriżultaw fil-bejgħ ta’ anqas pakketti. Madankollu, kwalunkwe żieda fil-prezz li tista’ tkun marbuta direttament mal-bidliet fid-Direttiva x’aktarx li ma twassalx għal tnaqqis fl-ivvjaġġar ġenerali u għalhekk, għal impronta tal-karbonju aktar baxxa tas-settur tal-ivvjaġġar, peress li l-konsumaturi jistgħu sempliċiment jirrikorru għal servizzi indipendenti. Il-miżuri ta’ politika proposti lanqas ma huma mistennija li jżidu impronta tal-karbonju tal-ivvjaġġar u għalhekk ma humiex mistennija li jkollhom impatt ambjentali sinifikanti. Għalhekk, il-proposta hija konsistenti mal-objettivi ambjentali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima u 32 mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. 33

Il-bidliet proposti fil-politika huma mistennija li jkollhom impatt newtrali fuq il-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”. F’termini ta’ impatti soċjali, kwalunkwe impatt fuq il-protezzjoni tal-konsumatur, fuq il-fiduċja tal-konsumatur u fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu huwa inkluż fl-impatti ekonomiċi fuq il-vjaġġaturi u n-negozji.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ir-reviżjoni tad-Direttiva ġġib benefiċċji għall-vjaġġaturi kif ukoll għan-negozji tal-ivvjaġġar. Din twassal ukoll għal xi kostijiet għan-negozji, li jistgħu jiġu mgħoddija lill-vjaġġaturi. Madankollu, huwa mistenni wkoll li tnaqqas il-piż fuq in-negozji, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ ċarezza u simplifikazzjoni legali akbar. Barra minn hekk, xi Stati Membri diġà adottaw diversi miżuri li jistgħu jwasslu għal żidiet moderati fil-kostijiet. Konsegwentement, f’dawk l-Istati Membri, in-negozji ma jiffaċċjawx kostijiet addizzjonali.

Fir-rigward tat-tnaqqis fil-piż għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-grad ogħla ta’ ċarezza legali u l-qafas regolatorju ssimplifikat huma mistennija li jżidu l-livell ta’ konformità, u li jagħmlu l-infurzar aktar effiċjenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw l-aħjar prattiki billi jħarsu lejn Stati Membri oħrajn li diġà implimentaw il-miżuri ppreżentati bħala volontarji skont l-għażla ppreferuta.

Skont l-evalwazzjoni, fl-2019, madwar 99 % tal-organizzaturi fl-UE kienu SMEs. 96 % tal-kumpaniji li wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika huma SMEs, li l-maġġoranza tagħhom huma mikrokumpaniji. Minħabba r-rappreżentanza b’saħħitha tal-SMEs u tal-mikrointrapriżi fis-settur, l-impatti limitati fuq il-kostijiet għan-negozji kollha jirriflettu wkoll is-sitwazzjoni tal-SMEs u tal-mikrointrapriżi. L-SMEs u l-mikrointrapriżi se jibbenefikaw minn ċerti miżuri, pereżempju, id-dritt il-ġdid ta’ rifużjoni bejn in-negozji u l-possibbiltà li jiġu offruti vawċers lill-vjaġġaturi minflok rifużjonijiet, bl-istess mod bħal kumpaniji akbar. Għalhekk, ma jkunx iġġustifikat li jiġu eżentati l-mikrointrapriżi jew li jiġu proposti perjodi ta’ tranżizzjoni. Il-Kummissjoni qieset il-fehmiet u l-ispeċifiċitajiet tal-mikrointrapriżi meta fasslet il-miżuri inklużi fir-reviżjoni tad-Direttiva.

L-użu ta’ mezzi online biex jiġu konklużi kuntratti ta’ pakketti tal-ivvjaġġar ilu jiżdied f’dawn l-aħħar snin. Ir-reviżjoni tal-PTD preċedenti fl-2015 diġà qieset din ix-xejra. Filwaqt li ċerti dispożizzjonijiet, eżempju dwar arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta u bidliet possibbli għalihom, jistgħu jkunu rilevanti għall-bejgħ online, il-miżuri ta’ politika vvalutati ma humiex mistennija li jkollhom xi impatt sinifikanti fuq id-diġitalizzazzjoni. Konsegwentement, ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva hija mistennija li jkollha impatt newtrali fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”.

Drittijiet fundamentali

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipproteġi firxa wiesgħa ta’ drittijiet fil-qasam tal-liġi tal-konsumatur u tas-suq intern.

Id-Direttiva proposta ma għandha l-ebda effett negattiv jew ma tillimita l-ebda dritt fundamentali. L-impatti pożittivi tat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern fis-settur tal-pakketti tal-ivvjaġġar x’aktarx li jippermettu lil aktar ċittadini tal-UE jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f’kundizzjonijiet aktar ċari. Barra minn hekk, il-PTD riveduta hija mistennija li tiffaċilita l-moviment liberu taċ-ċittadini kemm fl-UE kollha kif ukoll barra minnha, permezz ta’ leġiżlazzjoni aktar sempliċi u ċara relatata ma’ servizzi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar u drittijiet aktar b’saħħithom tal-vjaġġaturi relatati mar-rifużjonijiet fil-każ tal-insolvenza tal-organizzatur jew f’xi perjodi ta’ kriżi eċċezzjonali. Is-simplifikazzjonijiet u l-informazzjoni mtejba għall-vjaġġaturi proposti huma mistennija wkoll li jkollhom impatt pożittiv fuq il-persuni b’diżabilità.

Filwaqt li r-reviżjoni proposta tista’ żżid il-kostijiet tat-tranżazzjonijiet għal xi negozji, din se tnaqqas ukoll xi kostijiet, bis-saħħa tas-simplifikazzjoni u ċ-ċertezza legali mtejba miġjuba mir-reviżjoni. Aktar armonizzazzjoni hija mistennija li tibbilanċja l-kundizzjonijiet ekwi u b’hekk tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kummerċ u/jew servizzi transfruntieri fi ħdan l-UE għall-pakketti tal-ivvjaġġar.

B’mod ġenerali, il-kombinazzjoni ta’ miżuri ta’ politika li tinsab fid-Direttiva proposta tfittex li tilħaq bilanċ bejn id-drittijiet tal-konsumatur u d-dritt li twettaq negozju fis-settur tal-pakketti tal-ivvjaġġar.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma tirrikjedix riżorsi addizzjonali mill-baġit tal-Unjoni Ewropea.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-Istati Membri jridu jittrasponu d-Direttiva 18-il xahar wara li tidħol fis-seħħ u jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni permezz tat-Themis. Il-Kummissjoni tinsab lesta li tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva.

Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-implimentazzjoni tad-Direttiva 5 snin wara li tidħol fis-seħħ u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi emendi leġiżlattivi. Se timmonitorja l-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-inizjattiva billi ssegwi serje ta’ indikaturi ewlenin (elenkati fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt). Il-qafas ta’ monitoraġġ se jiġi aġġustat f’konformità mar-rekwiżiti legali u ta’ implimentazzjoni finali.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 ta’ din il-proposta jemenda d-Direttiva (UE) 2015/2302 kif ġej.

L-Artikolu 3(2) (Pakkett): Id-definizzjoni ta’ pakkett hija adattata biex tirrifletti li, meta s-servizzi jinxtraw minn negozjanti separati permezz ta’ proċessi ta’ prenotazzjoni online marbuta, dawn jitqiesu bħala pakkett meta d-dettalji personali tal-vjaġġatur jiġu ttrasferiti minn negozjant għal negozjant ieħor. Il-prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza f’punt wieħed ta’ bejgħ f’perjodu qasir ta’ żmien jitqiesu bħala pakketti bl-istess mod bħall-prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza f’punt wieħed ta’ bejgħ fejn is-servizzi jintgħażlu qabel ma l-vjaġġatur jikkonkludi l-ewwel kuntratt. Din tevita d-duplikazzjoni kurrenti fid-definizzjonijiet ta’ pakkett u ta’ arranġament tal-ivvjaġġar marbut kif iddefiniti fl-Artikolu 3(5)(a). Għaldaqstant, l-Artikolu 3(5)(a) jitħassar. Id-Direttiva riveduta tiċċara wkoll li kombinazzjoni ta’ tip wieħed jew aktar ta’ servizzi relatati mat-trasport, l-akkomodazzjoni jew il-kiri tal-karozzi ma’ servizz turistiku wieħed jew aktar li ma jirrappreżentawx aktar minn 25 % tal-valur tal-kombinazzjoni u li ma humiex irreklamati bħala karatteristika essenzjali tal-kombinazzjoni u ma jirrappreżentawx waħda, ma jikkostitwux pakkett. Ir-referenza għal 25 % hija meħuda mill-premessa 18 tad-Direttiva kurrenti u tissostitwixxi l-formulazzjoni “proporzjon sinifikanti”.

L-Artikolu 3(5) (Arranġament tal-Ivvjaġġar Marbut): Din id-definizzjoni hija ssimplifikata u ċċarata.

L-Artikolu 5(1) huwa emendat biex jispeċifika li l-informazzjoni dwar id-dritt tal-vjaġġatur li jittermina l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji ssir obbligatorja flimkien ma’ dritt ta’ kanċellazzjoni b’tariffa ta’ terminazzjoni.

L-Artikolu 5a ġdid (Pagamenti): Jiddaħħal artikolu ġdid dwar il-pagamenti. Dan l-artikolu jipprevedi li, fil-prinċipju, il-kapparri ma jistgħux jaqbżu l-25 % tal-prezz tal-pakkett u li l-pagamenti li jifdal ma jistgħux ikunu dovuti qabel 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett. Madankollu, jistgħu jintalbu kapparri ogħla meta dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-organizzazzjoni u l-prestazzjoni tal-pakkett. L-Artikolu 5a ma japplikax għall-pakketti pprenotati anqas minn 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett u għall-kaxxi tar-rigali ta’ pakketti tal-ivvjaġġar.

L-Artikolu 7(2) (Kontenut tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar u d-dokumenti li għandhom jiġu fornuti qabel il-bidu tal-pakkett): Il-kuntratt issa jrid jispeċifika li l-organizzatur huwa l-parti responsabbli għar-rifużjonijiet u li l-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lill-organizzaturi permezz tal-bejjiegħ bl-imnut, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali. Dan iżid li l-formola ta’ informazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva għandha tiġi mehmuża mal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar sabiex tibqa’ faċilment aċċessibbli għall-vjaġġaturi wara l-istadju prekuntrattwali.

L-Artikolu 12(2) (Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar u d-dritt ta’ rtirar qabel il-bidu tal-pakkett): Il-formulazzjoni l-ġdida ta’ dan il-paragrafu dwar it-terminazzjoni ta’ kuntratt minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji fiha aktar speċifikazzjonijiet biex jiġi ċċarat dan id-dritt ta’ kanċellazzjoni. Il-formulazzjoni l-ġdida tiċċara li dan id-dritt japplika fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew fil-viċinanza immedjata tagħha jew li jaffettwaw il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni iżda anke fil-post tar-residenza jew tat-tluq, fil-każijiet kollha li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-pakkett tal-ivvjaġġar. Il-formulazzjoni l-ġdida tiċċara wkoll li l-kuntratti jistgħu jiġu tterminati fejn jista’ jkun raġonevolment mistenni li l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar se tiġi affettwata b’mod sinifikanti minn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji.

L-Artikolu 12(3a) ġdid: Jiżdied paragrafu ġdid biex jiġi ċċarat li t-twissijiet uffiċjali tal-ivvjaġġar maħruġa mill-awtoritajiet jew restrizzjonijiet serji li jkopru d-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew wara r-ritorn minnha, hemm elementi importanti fil-valutazzjoni ta’ jekk inħolqux ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji u li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-eżekuzzjoni ta’ pakkett.

L-Artikolu 12(4): Dan il-paragrafu huwa emendat biex jiċċara li l-organizzatur huwa obbligat jagħti rifużjoni lill-vjaġġatur fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt skont l-Artikoli 12(2) jew 12(3), irrispettivament minn jekk il-vjaġġatur speċifikament jitlobx rifużjoni. Barra minn hekk, subparagrafu ġdid jipprevedi li, fejn l-Istati Membri jintroduċu jew ikollhom mekkaniżmi li għandhom l-għan li jiżguraw li r-rifużjonijiet lill-vjaġġaturi jsiru skont l-Artikolu 12(4), dawn iridu jinformaw lill-Kummissjoni u lill-punti ta’ kuntatt ċentrali tal-Istati Membri l-oħrajn dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti. Kwalunkwe kofinanzjament ta’ dawn il-mekkaniżmi mill-Istati Membri huwa possibbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati u jiddependi mill-approvazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-Artikolu 12a ġdid (Vawċers): Jiddaħħal artikolu ġdid dwar il-vawċers. Dan jispeċifika li meta kuntratt jiġi tterminat, l-organizzaturi jistgħu joħorġu vawċers lill-vjaġġaturi minflok rifużjoni fi flus, iżda qabel ma jaċċettawhom, il-vjaġġatur irid ikun informat li ma huwiex obbligat jaċċetta l-vawċer. Dawn il-vawċers għandhom ikunu validi għal 12-il xahar u t-tul ta’ żmien tagħhom jista’ jiġi estiż darba bl-approvazzjoni taż-żewġ partijiet. Il-valur tagħhom irid ikun mill-anqas daqs l-ammont tar-rifużjoni. Dawn iridu jkunu trasferibbli u koperti minn protezzjoni kontra l-insolvenza.

It-test il-ġdid propost tal-Artikolu 17 għandu l-għan li jagħmel il-protezzjoni kontra l-insolvenza aktar effettiva u uniformi fl-UE billi jżid xi kjarifiki u speċifikazzjonijiet, li wħud minnhom jirriżultaw mill-premessi tad-Direttiva (UE) 2015/2302. Xi paragrafi tal-Artikolu 17 jibqgħu l-istess.

L-Artikolu 17(1) (Effettività u ambitu tal-protezzjoni kontra l-insolvenza): Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 17(1) huwa ċċarat li l-pretensjonijiet għal rifużjoni u l-vawċers huma koperti wkoll minn protezzjoni kontra l-insolvenza.

L-Artikolu 17(2) huwa emendat biex jirrifletti li s-sigurtà għandha tkun biżżejjed biex tkopri l-kostijiet għar-rifużjonijiet u r-ripatrijazzjoni f’każijiet fejn isseħħ insolvenza fi żmien meta organizzatur ikollu l-ogħla somom f’sena ta’ negozju u li s-sigurtà għandha tqis il-bidliet fil-volum tal-pakketti mibjugħa u tar-ripatrijazzjonijiet meħtieġa li għandhom jiġu koperti meta mqabbla mal-volum antiċipat.

L-Artikolu 17(3): Dan jispeċifika li l-Istati Membri jissorveljaw l-arranġamenti ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza tal-organizzaturi, jimmonitorjaw is-suq għall-provvista ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza, u jistgħu jirrikjedu livell addizzjonali ta’ protezzjoni, bħal fond ta’ riżerva. Kwalunkwe kofinanzjament ta’ dawn ir-rekwiżiti mill-Istati Membri huwa possibbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati u jiddependi mill-approvazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-Artikolu 17(6): Il-formulazzjoni l-ġdida ta’ dan il-paragrafu tinkludi skadenza aktar speċifika għar-rifużjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni tal-pakkett bħala riżultat ta’ insolvenza, minbarra l-kriterju ġenerali “mingħajr dewmien żejjed”. Dan il-perjodu huwa ta’ 3 xhur wara li l-vjaġġatur ikun issottometta d-dokumenti meħtieġa biex tiġi eżaminata t-talba.

L-Artikolu 17(7) ġdid: Jiddaħħal paragrafu 6 ġdid li jippermetti lill-Istati Membri jobbligaw lill-bejjiegħa bl-imnut jieħdu protezzjoni kontra l-insolvenza, fejn dan ikun iġġustifikat fid-dawl tal-esponiment għar-riskju tal-vjaġġaturi, li jirrifletti l-formulazzjoni tal-premessa 41 tad-Direttiva (UE) 2015/2302.

L-Artikolu 18(2) (Rikonoxximent reċiproku ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza u kooperazzjoni amministrattiva): Dan il-paragrafu huwa emendat biex jiċċara li l-punti ta’ kuntatt ċentrali fl-Istati Membri għandhom jiskambjaw ukoll informazzjoni dwar il-protezzjoni kontra l-insolvenza u mistoqsijiet relatati, inklużi rifużjonijiet għal kuntratti ta’ pakketti tal-ivvjaġġar li jkunu ġew itterminati.

L-Artikolu 19 (Protezzjoni kontra l-insolvenza u rekwiżiti ta’ informazzjoni għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta): Dan l-artikolu huwa emendat biex jirrifletti l-kunċett issimplifikat ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta.

L-Artikolu 22 (Id-dritt ta’ rimedju u rifużjonijiet mill-fornituri ta’ servizzi lill-organizzaturi): Jiżdied paragrafu ġdid li jispeċifika li fejn il-fornituri tas-servizzi jikkanċellaw jew ma jipprovdux servizz li huwa parti mill-pakkett, dawn għandhom obbligu li jagħmlu rifużjoni lill-organizzatur tal-pagamenti riċevuti għas-servizz rilevanti fi żmien 7 ijiem.

L-Anness I tad-Direttiva (UE) 2015/2302 huwa ssostitwit sabiex jipprovdi lill-vjaġġaturi b’informazzjoni aktar ċara dwar id-drittijiet tagħhom.

L-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2302 huwa ssostitwit sabiex titqies is-simplifikazzjoni rigward il-kunċett ta’ arranġament tal-ivvjaġġar marbut u sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni ta’ dan il-kunċett.

L-Artikolu 2 ta’ din il-proposta jipprevedi li, 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, il-Kummissjoni trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, filwaqt li jitqies l-impatt fuq l-SMEs. L-Artikolu 3 ta’ din il-proposta jistabbilixxi li l-Istati Membri jridu jittrasponu d-Direttiva emendatorja fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tagħha. Ir-Regolament emendatorju se jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali. L-Istati Membri jkunu obbligati li jibdew japplikaw id-Direttiva 6 xhur mid-data tat-traspożizzjoni tagħha.

2023/0435 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva (UE) 2015/2302 biex il-protezzjoni tal-vjaġġaturi ssir aktar effettiva u biex jiġu ssimplifikati u ċċarati ċerti aspetti tad-Direttiva

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 34 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 35 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 immodernizzat il-qafas legali għall-pakketti tal-ivvjaġġar fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq u fit-teknoloġija. Dik id-Direttiva kellha l-għan li tkopri modi ġodda ta’ prenotazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li feġġew, inklużi kombinazzjonijiet personalizzati ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, li ma kinux koperti mid-Direttiva 90/314/KEE 37 jew li kienu f’żona ġuridika griża, u saħħet id-drittijiet ta’ vjaġġaturi b’diversi modi. Fl-istess waqt, din kellha l-għan li tiżgura kompetizzjoni aktar ġusta bejn tipi differenti ta’ negozji tal-ivvjaġġar attivi fis-suq tal-pakketti tal-ivvjaġġar.

(2)Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, id-Direttiva (UE) 2015/2302 wessgħet id-definizzjoni tat-terminu “pakkett” meta mqabbla mad-Direttiva 90/314/KEE. Id-Direttiva (UE) 2015/2302 speċifikat ulterjorment id-drittijiet eżistenti tal-vjaġġaturi u introduċiet oħrajn ġodda, bħad-dritt għall-vjaġġaturi li jitterminaw kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mingħajr tariffi ta’ terminazzjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji. Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2015/2302 ħolqot il-kunċett il-ġdid ta’ “arranġament tal-ivvjaġġar marbut”, li inkluda prenotazzjonijiet imwettqa f’punt wieħed ta’ bejgħ u prenotazzjonijiet f’punti differenti ta’ bejgħ li negozjant “jiffaċilita b’mod immirat”. L-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta huma fil-biċċa l-kbira ttrattati bħala servizzi awtonomi, iżda l-pagamenti riċevuti minn negozjant li jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut iridu jiġu protetti kontra l-insolvenza ta’ dan in-negozjant. Id-Direttiva (UE) 2015/2302 kellha l-għan li tiżgura t-trasparenza billi tobbliga lin-negozjanti jinformaw lill-vjaġġaturi dwar in-natura tal-prodott tal-ivvjaġġar offrut lilhom u dwar id-drittijiet assoċjati permezz ta’ formoli ta’ informazzjoni standard li jinsabu fl-Annessi I u II ta’ dik id-Direttiva.

(3)Filwaqt li, b’mod ġenerali, id-Direttiva (UE) 2015/2302 ħadmet tajjeb, tfaċċaw diversi sfidi mill-bidu tal-applikazzjoni tagħha fl-1 ta’ Lulju 2018. Il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri tal-gvern relatati kellhom impatt sinifikanti kemm fuq l-industrija tal-ivvjaġġar kif ukoll fuq il-vjaġġaturi u esponew ċerti dgħufijiet fil-mudelli kummerċjali prevalenti u wrew li dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva jistgħu jiġu ċċarati.

(4)Għalhekk, huwa meħtieġ li jingħalqu l-lakuni identifikati fir-regoli kurrenti, kif ukoll li jiġu ċċarati u ssimplifikati ċerti kunċetti u dispożizzjonijiet, u b’hekk tissaħħaħ l-effettività tad-Direttiva (UE) 2015/2302 għall-benefiċċju tal-vjaġġaturi u tan-negozji tal-ivvjaġġar, li fosthom hemm għadd kbir ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.

(5)Filwaqt li, b’mod ġenerali, id-definizzjoni ta’ “pakkett” titqies li kienet effettiva, id-definizzjoni ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta u r-regoli dwarhom, kif ukoll id-delimitazzjoni tagħhom mill-pakketti, jenħtieġ li jiġu ċċarati u ssimplifikati. Din il-kjarifika u din is-simplifikazzjoni tad-definizzjonijiet u tal-kunċetti “pakkett” u “arranġament tal-ivvjaġġar marbut” jenħtieġ li jżidu ċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha, filwaqt li jagħmlu l-protezzjoni tal-vjaġġaturi aktar effettiva u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għan-negozjanti. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jitnaqqas l-għadd ta’ formoli ta’ informazzjoni li għandhom jintużaw min-negozjanti meta jinformaw lill-vjaġġaturi dwar id-drittijiet tagħhom.

(6)Il-prinċipju li fuqu hija bbażata d-definizzjoni ta’ “pakkett” jenħtieġ li jibqa’ jkun li hemm rabta mill-qrib bejn servizzi tal-ivvjaġġar differenti pprenotati għall-finijiet tal-istess vjaġġ jew vaganza. Sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni bejn id-definizzjoni ta’ “pakkett” u “arranġament tal-ivvjaġġar marbut” u biex jiġu eliminati d-diffikultajiet fid-distinzjoni bejn il-pakketti u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza f’punt wieħed ta’ bejgħ fejn is-servizzi tal-ivvjaġġar ikunu ntgħażlu qabel ma l-vjaġġatur jikkonkludi l-ewwel kuntratt jenħtieġ li jitqiesu bħala pakketti bl-istess mod bħas-servizzi tal-ivvjaġġar ipprenotati f’punt wieħed ta’ bejgħ fi żmien qasir. Fiż-żewġ każijiet, hemm rabta mill-qrib bejn il-prenotazzjonijiet tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ “pakkett”, jenħtieġ li tkopri ż-żewġ sitwazzjonijiet, filwaqt li l-prenotazzjonijiet magħmula fl-okkażjoni ta’ żjara waħda ta’ punt wieħed ta’ bejgħ jew kuntatt ma’ punt wieħed ta’ bejgħ jenħtieġ li jitneħħew mid-definizzjoni ta’ arranġament tal-ivvjaġġar marbut.

(7)Fil-kuntest tal-prenotazzjonijiet magħmula f’perjodu qasir ta’ żmien f’punt wieħed ta’ bejgħ, huwa xieraq li l-kriterju pjuttost vag ta’ “żjara jew kuntatt wieħed” jiġi sostitwit. Għalhekk, il-prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ ta’ vaganza li jsiru fi żmien 3 sigħat jenħtieġ li dejjem jitqiesu bħala pakketti. L-istess jenħtieġ li japplika fejn, qabel it-tlestija tal-ewwel prenotazzjoni, negozjant jistieden lil vjaġġatur biex jipprenota servizzi addizzjonali għall-istess vjaġġ jew vaganza wara li jlesti l-ewwel prenotazzjoni, u fejn prenotazzjonijiet sussegwenti jseħħu fi żmien 24 siegħa wara l-konklużjoni tal-ewwel kuntratt.

(8)Id-definizzjoni ta’ pakkett ifformat permezz ta’ proċessi ta’ prenotazzjoni online marbuta fl-Artikolu 3(2)(b)(v) tad-Direttiva (UE) 2015/2302, li kienet tirrikjedi li l-isem, id-dettalji tal-pagament u l-indirizz tal-posta elettronika tal-vjaġġatur kollha jiġu trażmessi minn negozjant għal negozjant ieħor, uriet li hija ristretta wisq. Għalhekk, huwa xieraq li jitqiesu bħala “pakkett” prenotazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza fejn in-negozjant li jkun parti għall-ewwel kuntratt jittrasferixxi lil negozjant li jkun parti għat-tieni kuntratt jew għal kuntratt ieħor alternattivament l-isem, id-dettalji tal-pagament, l-indirizz tal-posta elettronika tal-vjaġġatur jew kwalunkwe data personali oħra tal-vjaġġatur. Dan it-trasferiment ta’ data personali jindika rabta mill-qrib bejn il-prenotazzjonijiet/il-kuntratti sabiex il-kriterju ta’ 24 siegħa għat-tieni prenotazzjoni ma jkunx indispensabbli u jenħtieġ li jitneħħa.

(9)Id-definizzjoni ta’ “arranġament tal-ivvjaġġar marbut” jenħtieġ li tkopri sitwazzjonijiet fejn negozjant li jkun parti għall-ewwel kuntratt u jirċievi pagamenti minn jew f’isem il-vjaġġatur jistieden lil vjaġġatur biex jipprenota tipi addizzjonali ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-istess vjaġġ jew vaganza. F’dan il-kuntest, in-negozjant li jkun parti għall-ewwel kuntratt jenħtieġ li jikseb protezzjoni kontra l-insolvenza. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-vjaġġaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mir-regoli dwar il-protezzjoni kontra l-insolvenza u li n-negozjanti jkunu jafu li huma soġġetti għal dan l-obbligu, huwa xieraq li l-formoli ta’ informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta jirrakkomandaw lill-vjaġġaturi jirreġistraw l-istedina u l-prenotazzjoni addizzjonali, pereżempju permezz ta’ screenshots, u biex jinformaw lin-negozjant li miegħu ġie konkluż l-ewwel kuntratt li kuntratt dwar tip addizzjonali ta’ servizz tal-ivvjaġġar ġie konkluż għall-istess vjaġġ jew vaganza fi żmien 24 siegħa wara l-istedina min-negozjant. In-negozjant jenħtieġ li jkun obbligat li jagħmel disponibbli lill-vjaġġaturi faċilità, bħal indirizz elettroniku jew sit web, fejn il-vjaġġaturi jistgħu jirreġistraw din l-informazzjoni u għandu jirrikonoxxi li rċieva din l-informazzjoni.

(10)Fir-rigward ta’ pakketti fejn, pereżempju, l-akkomodazzjoni tkun ikkombinata ma’ servizzi turistiċi oħrajn, iżda li ma jkun fihom l-ebda trasportazzjoni ta’ passiġġieri, il-kriterju ġenerali ta’ “proporzjon sinifikanti” tal-valur tal-kombinazzjoni, li japplika għas-servizzi turistiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d), jenħtieġ li jiġi sostitwit bil-kriterju aktar speċifiku ta’ “mill-anqas 25 %” sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali.

(11)Kif muri, b’mod partikolari, matul il-pandemija tal-COVID-19, il-prattika kummerċjali prevalenti tal-pagamenti bil-quddiem, in-nuqqas ta’ regoli bejn in-negozji dwar ir-rifużjonijiet lill-organizzatur tal-pakketti għal servizzi kkanċellati jew mhux imwettqa mill-fornituri tas-servizzi, in-nuqqas ta’ regoli dwar il-vawċers, kif ukoll l-inċertezza dwar jekk il-pretensjonijiet għal rifużjoni u l-vawċers għal pakketti kkanċellati humiex koperti minn protezzjoni kontra l-insolvenza, jistgħu jikkawżaw diffikultajiet fir-rigward tar-rifużjonijiet lill-vjaġġaturi, b’mod partikolari, fejn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jwasslu għal diversi kanċellazzjonijiet u jaffettwaw ħafna destinazzjonijiet tal-ivvjaġġar. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst li l-pagamenti tal-vjaġġaturi jkunu protetti b’mod effettiv f’kull ħin, inkluż fi kriżi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sistemi nazzjonali ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza jkunu reżiljenti u jipprovdu protezzjoni aktar uniformi.

(12)Hemm ċerti riskji li huma inerenti fil-prattika tan-negozju li jirrikjedu pagamenti bil-quddiem, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-organizzaturi huma obbligati li jirrifondu ammonti sinifikanti lil vjaġġaturi għal vjaġġi kkanċellati f’perjodu ta’ żmien qasir. Għalhekk, jenħtieġ li jkun previst li l-kapparri, jiġifieri l-pagamenti mitluba lill-vjaġġaturi fil-ħin tal-prenotazzjoni jew ftit wara, jenħtieġ li ma jkunux ogħla minn 25 % tal-prezz totali tal-pakkett, u li l-organizzaturi jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħa bl-imnut jenħtieġ li jiġu pprevenuti milli jitolbu l-pagament tal-ammont li jifdal qabel 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett. Fl-istess ħin, l-organizzaturi u, fejn applikabbli, il-bejjiegħa bl-imnut jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu kapparri ogħla fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-organizzazzjoni u l-prestazzjoni xierqa tal-pakkett. Il-livell ta’ kapparri mitlub mill-organizzaturi jista’ jiġi ġġustifikat permezz ta’ pagamenti bil-quddiem lill-fornituri tas-servizzi, inkluż fejn ikunu jappartjenu għall-istess grupp ta’ kumpaniji bħall-organizzatur, jew il-ħtieġa li jiġu koperti l-kostijiet tal-organizzatur direttament relatati mal-organizzazzjoni u mal-eżekuzzjoni tal-pakkett fil-ħin tal-prenotazzjoni jew ftit wara. Dan jista’, fejn applikabbli, jinkludi kummissjonijiet mitluba mill-bejjiegħa bl-imnut.

(13)    Il-livell ta’ kapparri jenħtieġ li ma jirrikjedix kalkoli differenti għal kull pakkett iżda jista’ jiġi stabbilit għal gruppi ta’ pakketti li għandhom karatteristiċi simili fir-rigward tal-ħtieġa ta’ kapparra. L-organizzaturi u, fejn rilevanti, il-bejjiegħa bl-imnut jenħtieġ li jkomplu jkunu obbligati jinformaw lill-vjaġġaturi, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, dwar il-kapparri li jitolbu.

(14)    Peress li l-limitazzjoni tal-pagamenti bil-quddiem ma hijiex kompatibbli mal-kunċett ta’ gift boxes ta’ pakketti tal-ivvjaġġar kif imsemmi fl-Artikolu 3(5)(b)(iv) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 u pakketti pprenotati anqas minn 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett, dawn iż-żewġ tipi ta’ pakketti jenħtieġ li jiġu eżentati mil-limitazzjoni tal-pagamenti bil-quddiem introdotta minn din id-Direttiva.

(15)Meta servizz tal-ivvjaġġar li jkun jinsab f’pakkett jiġi kkanċellat jew ma jiġix eżegwit u jkunu saru pagamenti bil-quddiem lill-fornitur tas-servizz rispettiv, l-organizzaturi jenħtieġ li jkunu intitolati għal rifużjoni tal-pagamenti magħmula mingħand il-fornituri tas-servizzi fi żmien 7 ijiem. Dan id-dritt għar-rifużjoni jenħtieġ li jippermetti lill-organizzaturi jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jagħmlu rifużjoni lill-vjaġġaturi fi żmien 14-il jum f’każijiet fejn jiġi tterminat ukoll il-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar kollu kemm hu. Meta fornitur ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jikkanċella jew ma jipprovdix servizz li jkun jinsab f’pakkett iżda l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar jibqa’ jeżisti, id-dritt għal rifużjoni fi żmien 7 ijiem jenħtieġ li jippermetti lill-organizzaturi jagħmlu arranġamenti alternattivi.

(16)F’ċerti sitwazzjonijiet, il-vawċers volontarji lill-vjaġġaturi jistgħu jkunu alternattiva utli għar-rifużjonijiet. Il-vawċers jistgħu jagħtu aktar flessibbiltà lill-organizzaturi b’mod partikolari jekk ikunu qed jiffaċċjaw l-obbligu li jagħmlu ħafna rifużjonijiet f’perjodu ta’ żmien qasir. Fl-istess ħin, il-vawċers jistgħu jkunu aċċettabbli għal vjaġġaturi li ma jeħtiġux rifużjoni immedjata, sakemm ikun hemm garanziji legali speċifiċi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar il-vawċers li jipprovdu dawn il-garanziji. Dawk il-garanziji jenħtieġ li jinkludu t-trasparenza dwar in-natura volontarja u dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-vawċers, kif ukoll dwar id-drittijiet tal-vjaġġaturi fir-rigward tal-vawċers, pereżempju, il-fatt li huma protetti kontra l-insolvenza tal-organizzatur u li l-vjaġġaturi huma intitolati għal rifużjoni awtomatika meta vawċer ma jissarrafx matul il-perjodu ta’ validità tiegħu. L-organizzaturi jistgħu jagħmlu l-vawċers aktar attraenti, pereżempju, billi jżidu l-ammont tal-vawċer meta mqabbel mad-dritt ta’ rifużjoni tal-vjaġġatur. F’każijiet bħal dawn, il-protezzjoni kontra l-insolvenza jenħtieġ li tkun limitata għall-ammont ta’ pagamenti riċevuti mill-vjaġġatur.

(17)Huwa konċepibbli li l-Istati Membri jipprevedu mekkaniżmi li jiżguraw ir-rifużjonijiet lill-vjaġġaturi f’konformità mar-rekwiżiti legali, għal każijiet fejn il-pakketti jiġu kkanċellati minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji u fejn l-organizzaturi ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-obbligi ta’ rifużjoni tagħhom. Sabiex tiżdied it-trasparenza, l-Istati Membri li jintroduċu jew li jżommu dawn il-mekkaniżmi jenħtieġ li jkunu obbligati jinformaw lill-Kummissjoni u lill-punti ta’ kuntatt ċentrali tal-Istati Membri l-oħrajn b’dawn il-mekkaniżmi. Dawn il-mekkaniżmi normalment jiġu ffinanzjati esklussivament permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-organizzaturi. F’ċirkostanzi eċċezzjonali biss, dawn il-mekkaniżmi jistgħu jiġu kofinanzjati mill-Istati Membri, u l-introduzzjoni tagħhom tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

(18)L-għadd kbir ta’ sitwazzjonijiet konċepibbli li jistgħu jwasslu għat-terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-eżekuzzjoni ta’ pakkett jirrikjedu valutazzjoni każ b’każ, pereżempju, fid-dawl tan-natura u l-firxa ta’ dawn iċ-ċirkostanzi. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li t-terminazzjoni ta’ kuntratt hija possibbli jekk jista’ jkun raġonevolment mistenni li l-eżekuzzjoni tiegħu tkun affettwata b’mod sinifikanti minn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji.

(19)Matul il-pandemija tal-Covid-19, ħarġu interpretazzjonijiet differenti fir-rigward tad-drittijiet ta’ kanċellazzjoni minħabba “ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” inkluż fir-rigward tar-rilevanza tat-twissijiet tal-ivvjaġġar. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi speċifikat li t-twissijiet uffiċjali tal-ivvjaġġar għad-destinazzjoni tal-ivvjaġġar maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza jew tat-tluq jew tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-vjaġġatur, huma elementi importanti meta tiġi vvalutata l-ġustifikazzjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li restrizzjonijiet serji fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew li japplikaw wara r-ritorn mill-vjaġġ jew mill-vaganza, bħar-rekwiżiti ta’ kwarantina għal perjodu sinifikanti, huma rilevanti wkoll meta tiġi vvalutata l-ġustifikazzjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar.

(20)Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-perjodu ta’ rifużjoni ta’ 14-il jum, li jiġi skattat mit-terminazzjoni tal-kuntratt, japplika irrispettivament minn jekk il-vjaġġatur speċifikament jitlobx rifużjoni.

(21)Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u uniformi tal-vjaġġaturi u kundizzjonijiet ekwi għall-organizzaturi, jenħtieġ li jiġi previst li l-protezzjoni kontra l-insolvenza tal-organizzaturi tkopri l-pagamenti kollha magħmula minn jew f’isem il-vjaġġaturi fil-każ tal-insolvenza tal-organizzatur, inklużi każijiet fejn pakkett ma jkunx sar kompletament jew parzjalment bħala konsegwenza tal-insolvenza tal-organizzatur u każijiet fejn vjaġġatur kien intitolat għal rifużjoni jew kien irċieva vawċer mill-organizzatur qabel l-insolvenza tiegħu.

(22)Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-protezzjoni kontra l-insolvenza għall-vjaġġaturi f’kull ħin, jenħtieġ li jiġi pprovdut li s-sigurtà tkun biżżejjed biex tkopri l-kostijiet għar-rifużjonijiet u r-ripatrijazzjoni f’każijiet fejn isseħħ insolvenza fi żmien meta organizzatur jirċievi l-ogħla ammonti ta’ pagamenti. Jenħtieġ li titqies kwalunkwe żieda ta’ dawk l-ammonti minħabba volum antiċipat ogħla ta’ pakketti mibjugħa f’perjodu partikolari. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jenħtieġ li jissorveljaw il-protezzjoni kontra l-insolvenza tal-organizzaturi u jimmonitorjaw is-suq għall-provvista ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza. Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu livell addizzjonali ta’ protezzjoni, pereżempju fond ta’ riżerva. Dan jista’ jkun rilevanti, pereżempju, meta l-poloz tal-assigurazzjoni ma jipprovdux il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni. Dawn il-fondi ta’ riżerva normalment jenħtieġ li jiġu ffinanzjati esklussivament permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-organizzaturi. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li dawn il-miżuri jistgħu jiġu kofinanzjati mill-Istati Membri biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u mtenni li dawk id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat sa fejn dawn il-miżuri jinvolvu għajnuna mill-Istat.

(23)Fir-rigward tar-rifużjonijiet tal-pagamenti f’każ ta’ insolvenza ta’ organizzatur, il-perjodu għar-rifużjonijiet jenħtieġ li jiġi speċifikat ulterjorment, b’referenza għal 3 xhur wara li l-vjaġġatur ikun issottometta d-dokumenti meħtieġa biex tiġi eżaminata t-talba. Huwa xieraq ukoll li jiġi stabbilit f’dispożizzjoni li l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-bejjiegħa bl-imnut jissottoskrivu għal protezzjoni kontra l-insolvenza minbarra l-organizzaturi.

(24)Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-punti ta’ kuntatt ċentrali huma responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-protezzjoni kontra l-insolvenza u mistoqsijiet relatati, inkluż kwalunkwe mekkaniżmu biex jiġi żgurat li r-rifużjonijiet isiru f’waqthom għal kuntratti ta’ pakketti tal-ivvjaġġar li jkunu ġew itterminati.

(25)Huwa importanti li l-vjaġġaturi jkunu informati kif xieraq dwar id-drittijiet tagħhom, ikunu jistgħu jifhmu l-informazzjoni pprovduta lilhom u jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni meta jkollhom bżonnha. Għalhekk, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, il-kontenut ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar u l-formoli ta’ informazzjoni standard stabbiliti fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2015/2302. Pereżempju, il-formoli ta’ informazzjoni standard fl-Anness I jenħtieġ li jispeċifikaw in-negozjant responsabbli għar-rifużjonijiet għal pakketti kkanċellati. Id-dritt ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar mingħajr spiża minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jenħtieġ li jiġi ppreżentat ħdejn il-possibbiltà ta’ kanċellazzjoni ta’ pakkett soġġett għal spiża ta’ kanċellazzjoni. Barra minn hekk, l-organizzaturi jenħtieġ li jkunu obbligati jżidu l-formola ta’ informazzjoni standard mal-kuntratt sabiex din tkun disponibbli għall-vjaġġaturi wara l-konklużjoni tal-kuntratt, flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tan-negozjanti rilevanti.

(26)Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2015/2302 tiġi emendata skont dan.

(27)Billi l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern fir-rigward tal-pakketti tal-ivvjaġġar u għall-kisba ta’ livell għoli u kemm jista’ jkun uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur f’dan is-settur, ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri, iżda jista’ aktar, għal raġunijiet tal-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(28)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tirrispetta l-libertà tat-twettiq ta’ negozju stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta, filwaqt li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 38 tal-Karta.

(29)    Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien 5 snin mid-dħul fis-seħħ tagħha. Filwaqt li l-impatti ta’ din id-Direttiva fuq in-negozji tal-ivvjaġġar, inkluż fuq organizzaturi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ġew ivvalutati bir-reqqa, huwa xieraq li f’dan ir-rapport jitqies l-impatt tal-applikazzjoni tagħha fuq organizzaturi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport jenħtieġ li jkun akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/2302

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 hija emendata kif ġej:

(1)L-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta’ livell għoli u kemm jista’ jkun uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi jiġu approssimati ċerti aspetti tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward kuntratti bejn il-vjaġġaturi u n-negozjanti dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, kif ukoll ċerti aspetti ta’ kuntratti bejn organizzaturi ta’ pakketti u fornituri tas-servizz”.

(2)fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1. Din id-Direttiva tapplika għal pakketti offruti għal bejgħ jew li jinbiegħu min-negozjanti lill-vjaġġaturi u għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ffaċilitati minn negozjanti għal vjaġġaturi.

Din tapplika wkoll għad-drittijiet ta’ rifużjoni tal-organizzaturi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(8) fil-konfront ta’ fornituri ta’ servizzi tal-ivvjaġġar f’każ ta’ kanċellazzjoni jew nuqqas ta’ forniment ta’ servizz li huwa parti minn pakkett tal-ivvjaġġar.

(3)L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(2) ‘pakkett’ tfisser kombinazzjoni ta’ mill-anqas żewġ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, kif iddefiniti fil-punt 1, għall-iskop tal-istess vjaġġ jew vaganza, jekk:

(a)dawk is-servizzi jkunu kkombinati minn negozjant wieħed, inkluż fuq talba tal-vjaġġatur jew f’konformità mal-għażla tiegħu, qabel ma jiġi konkluż kuntratt uniku dwar is-servizzi kollha; jew

(b)irrispettivament minn jekk jiġux konklużi kuntratti separati ma’ fornituri ta’ servizzi tal-ivvjaġġar individwali, u:

(i) dawk is-servizzi jinxtraw minn punt uniku ta’ bejgħ u

- ikunu ntgħażlu qabel ma l-vjaġġatur jaqbel li jħallas, jew

- tipi oħrajn ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jiġu pprenotati fi żmien 3 sigħat wara li l-vjaġġatur ikun qabel li jħallas għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar, jew

- tipi oħrajn ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jiġu pprenotati fi żmien 24 siegħa wara li l-vjaġġatur ikun qabel li jħallas għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar u jekk, qabel ma l-vjaġġatur ikun qabel li jħallas għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar, in-negozjant stieden lill-vjaġġatur biex sussegwentement jipprenota tip addizzjonali wieħed jew aktar ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, jew

(ii) jiġu offruti, mibjugħa jew imħallsa bi prezz inklużiv jew totali, irrispettivament minn kwalunkwe kont separat, jew

(iii) jiġu rreklamati jew mibjugħa bit-terminu “pakkett” jew b’xi terminu simili, jew

(iv) jiġu kkombinati wara l-konklużjoni ta’ kuntratt li bih negozjant jintitola lill-vjaġġatur li jagħżel fost għażla ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, jew

(v) jinxtraw minn negozjanti separati permezz ta’ proċessi ta’ prenotazzjoni online marbuta fejn l-isem, id-dettalji tal-ħlas, l-indirizz tal-posta elettronika tal-vjaġġatur jew id-data personali l-oħra tal-vjaġġatur tiġi trażmessa min-negozjant li miegħu jiġi konkluż l-ewwel kuntratt lil negozjant ieħor jew lil negozjanti oħrajn.

Kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar fejn mhux aktar minn tip wieħed ta’ servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punti (a), (b), jew (c) tal-punt 1 jiġi kkombinat ma’ servizz turistiku wieħed jew iktar kif imsemmi fil-punt (d) tal-punt 1 ma jkunx pakkett jekk dawn is-servizzi tal-aħħar:

(a) ma jikkostitwux mill-anqas 25 % tal-valur tal-kombinazzjoni u ma humiex irreklamati bħala u ma jirrappreżentawx b’mod ieħor karatteristika essenzjali tal-kombinazzjoni; jew

(b) jintgħażlu u jinxtraw biss wara li tkun bdiet l-eżekuzzjoni ta’ servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (a), (b) jew (c) tal-punt 1;”.

(b)il-punt 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(5) arranġament tal-ivvjaġġar marbut” tfisser kombinazzjoni ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li ma taqax taħt id-definizzjoni ta’ pakkett fil-punt 2, fejn negozjant li jkun parti għal kuntratt dwar il-forniment ta’ servizz tal-ivvjaġġar u jirċievi pagamenti minn jew f’isem vjaġġatur jistieden lil vjaġġatur biex jipprenota tip addizzjonali ta’ servizz tal-ivvjaġġar minn negozjant ieħor għall-finijiet tal-istess vjaġġ jew vaganza u fejn kuntratt dwar il-forniment ta’ servizz tal-ivvjaġġar addizzjonali jiġi konkluż mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel kuntratt.

(4)l-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)    l-arranġamenti għall-pagament, inkluż kwalunkwe ammont jew perċentwal tal-prezz li għandu jitħallas bħala kapparra u l-iskeda ta’ żmien għall-pagament tal-bilanċ, f’konformità mal-Artikolu 5a, jew garanziji finanzjarji li għandhom jitħallsu jew jiġu pprovduti mill-vjaġġatur;”;

(b)il-punt (g) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“informazzjoni li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett b’pagament ta’ tariffa ta’ terminazzjoni xierqa u ġustifikabbli, jew, fejn applikabbli, it-tariffi ta’ terminazzjoni standardizzati mitluba mill-organizzatur, f’konformità mal-Artikolu 12(1), u li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt ta’ pakkett ta’ vjaġġar mingħajr ma jħallas l-ebda tariffa ta’ terminazzjoni minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji kif speċifikat fl-Artikolu 12(2);”.

(5)jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

Artikolu 5a

Pagamenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, ħlief għall-pakketti kif iddefiniti fl-Artikolu 3, il-punt (2)(b)(iv), u l-pakketti pprenotati anqas minn 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett, l-organizzatur jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut ma għandux jitlob kapparri li jaqbżu 25 % tal-prezz totali tal-pakkett u ma għandux jitlob il-pagament li jifdal qabel 28 jum qabel il-bidu tal-pakkett. L-organizzatur, jew fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut jista’ jitlob kapparri ogħla fejn dan ikun meħtieġ biex jiżgura l-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pakkett. Il-kapparri jistgħu jkopru l-pagamenti bil-quddiem lill-fornituri tas-servizzi inklużi fil-pakkett u l-kostijiet imġarrba mill-organizzatur, jew fejn applikabbli mill-bejjiegħ bl-imnut, speċifikament fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pakkett sa fejn ikun meħtieġ li jiġu koperti dawk il-kostijiet fiż-żmien tal-prenotazzjoni.”.

(6)l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b) informazzjoni:

(i) li l-organizzatur huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha inklużi fil-kuntratt f’konformità mal-Artikolu 13, għal kwalunkwe rifużjoni minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt jew bidliet fih, u għall-għoti ta’ assistenza jekk il-vjaġġatur ikun f’diffikultà f’konformità mal-Artikolu 16;

(ii)fejn applikabbli, li l-vjaġġatur jista’ wkoll jikkuntattja lill-organizzatur permezz tal-bejjiegħ bl-imnut.”

(b)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a. Il-formola ta’ informazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness I għandha tiġi mehmuża mal-kuntratt. Il-kuntratt għandu jkun fih referenza ċara għal dik il-formola ta’ informazzjoni.”.

(7)l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-vjaġġatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr ma jħallas l-ebda tariffa ta’ terminazzjoni fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jseħħu fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew fil-viċinanza immedjata tagħha, fil-post tar-residenza jew tat-tluq tal-vjaġġatur, jew li jaffettwaw il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni, fejn ċirkostanzi bħal dawn jaffettwaw b’mod sinifikanti l-eżekuzzjoni tal-pakkett. Il-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt meta jkun raġonevolment mistenni li l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar se tkun affettwata b’mod sinifikanti minn ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji. F’każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar f’konformità ma’ dan il-paragrafu, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal rifużjoni sħiħa ta’ kull pagament li sar għall-pakkett, iżda ma għandux ikun intitolat għal kumpens addizzjonali.”

(b)jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a. Twissijiet uffiċjali kontra l-ivvjaġġar lejn destinazzjoni partikolari maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tat-tluq jew tar-residenza tal-vjaġġatur jew il-pajjiż tad-destinazzjoni, jew il-fatt li l-vjaġġaturi se jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet serji fid-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew fl-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ tluq wara r-ritorn mill-vjaġġ jew mill-vaganza, għandhom ikunu elementi importanti li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ jekk terminazzjoni tal-kuntratt ibbażata fuq il-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, il-punt (b), hijiex iġġustifikata.”.

(c)il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4. L-organizzatur għandu jagħti kwalunkwe rifużjoni meħtieġa skont il-paragrafi 2 u 3 jew, fir-rigward tal-paragrafu 1, jirrimborża kwalunkwe pagament li jkun sar minn jew f’isem il-vjaġġatur għall-pakkett bit-tariffa ta’ terminazzjoni xierqa u ġustifikabbli mnaqqsa. L-organizzatur għandu jagħmel dawn ir-rifużjonijiet jew rimborżi lill-vjaġġatur mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jiġi tterminat il-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, irrispettivament minn jekk il-vjaġġatur speċifikament jitlobx rifużjoni.”

Meta l-Istati Membri jintroduċu jew iżommu mekkaniżmi li għandhom l-għan li jiżguraw li r-rifużjonijiet lill-vjaġġaturi jsiru fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu, wara t-terminazzjoni ta’ kuntratti ta’ pakketti tal-ivvjaġġar f’konformità mal-paragrafi 2 u 3, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-punti ta’ kuntatt ċentrali tal-Istati Membri l-oħrajn, imsemmija fl-Artikolu 18(2), dwar dawk il-mekkaniżmi. Kwalunkwe kofinanzjament ta’ dawn il-mekkaniżmi mill-Istati Membri huwa possibbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati u għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.”

(8)jiddaħħal l-Artikolu 12a li ġej:

“Artikolu 12a

Vawċers

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta kuntratt jiġi tterminat skont l-Artikoli 10, 11 jew 12, l-organizzatur jista’ jagħti lill-vjaġġatur l-għażla li jaċċetta vawċer li jista’ jintuża għal pakkett futur minflok rifużjoni.

2.    Qabel ma l-vjaġġatur jaċċetta l-vawċer, l-organizzatur għandu jinforma lill-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti bil-miktub dwar:

(a) il-fatt li l-vjaġġatur huwa intitolat għal rifużjoni fi żmien 14-il jum u ma huwiex obbligat jaċċetta vawċer,

(b) il-perjodu ta’ validità tal-vawċer u d-drittijiet tal-vjaġġaturi fir-rigward tal-vawċers kif stabbiliti f’dan l-Artikolu,

3.    Il-valur tal-vawċer offrut għandu jikkorrispondi tal-anqas mal-ammont tad-dritt ta’ rifużjoni tal-vjaġġatur. L-organizzatur jista’ joffri vawċer b’ammont ogħla.

4.    Il-vjaġġaturi għandhom jitilfu d-dritt tagħhom għal rifużjoni matul il-perjodu ta’ validità tal-vawċer biss jekk jaċċettaw il-vawċer minflok rifużjoni espliċitament u bil-miktub. Il-partijiet jistgħu fi kwalunkwe ħin jaqblu dwar rifużjoni sħiħa qabel ma vawċer jissarraf jew jiskadi.

5.    Il-vawċers għandu jkollhom perjodu ta’ validità ta’ massimu ta’ 12-il xahar mill-jum li fih il-vjaġġatur jaċċetta vawċer f’konformità mal-paragrafu 4. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż darba sa 12-il xahar bil-ftehim espliċitu u bil-miktub taż-żewġ partijiet.

7.    Jekk il-vawċer ma jissarrafx fi żmien il-perjodu ta’ validità tiegħu, l-organizzatur għandu jirrifondi l-ammont speċifikat fil-vawċer mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 14-il jum wara t-tmiem tal-perjodu ta’ validità mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwe talba minn qabel mill-vjaġġatur.

8.    Il-vawċers għandhom ikunu trasferibbli għal vjaġġatur ieħor mingħajr ebda kost addizzjonali.

9.    Il-vawċers għandhom ikunu koperti minn protezzjoni kontra l-insolvenza li għandha tiġi organizzata mill-organizzatur skont l-Artikolu 17 għall-ammont tal-pagamenti riċevuti mill-vjaġġatur.

(9)L-Artikolu 17 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 17

Effettività u ambitu ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha magħmula minn jew f’isem il-vjaġġaturi fil-każ ta’ insolvenza tal-organizzaturi. Dan għandu jinkludi l-protezzjoni tal-pagamenti magħmula meta pakkett ma jkunx eżegwit kompletament jew parzjalment bħala konsegwenza tal-insolvenza tal-organizzatur jew meta vjaġġatur kien intitolat għal rifużjoni jew kien irċieva vawċer mill-organizzatur qabel l-insolvenza tiegħu. Fir-rigward ta’ vawċers, is-sigurtà għandha tkun limitata għall-ammont ta’ pagamenti riċevuti mill-vjaġġatur. Jekk il-vjaġġ ta’ ritorn huwa inkluż fil-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, l-organizzaturi għandhom jipprovdu wkoll is-sigurtà għar-ripatrijazzjoni tal-vjaġġatur. Tista’ tiġi offruta l-kontinwazzjoni tal-pakkett.

L-organizzaturi li ma humiex stabbiliti fi Stat Membru, li jbigħu jew li joffru għall-bejgħ pakketti fi Stat Membru, jew li bi kwalunkwe mezz jidderieġu attivitajiet bħal dawn lejn Stat Membru, għandhom ikunu obbligati li jipprovdu s-sigurtà f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

2. Is-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u għandha tkopri l-kostijiet li huma raġonevolment prevedibbli. Din għandha tkopri l-ammonti ta’ pagamenti li jsiru minn jew f’isem il-vjaġġaturi fir-rigward tal-pakketti, filwaqt li jitqies it-tul tal-perjodu bejn meta jasal kwalunkwe pagament u t-tlestija tal-pakketti, kif ukoll il-kost stmat għar-ripatrijazzjonijiet fil-każ tal-insolvenza tal-organizzatur. Is-sigurtà għandha tkun biżżejjed biex tkopri l-kostijiet għar-rifużjonijiet u, fejn applikabbli, ir-ripatrijazzjoni u l-vawċers, f’kull ħin. Il-kopertura għandha tqis il-perjodi fejn l-organizzaturi jirċievu l-ogħla ammonti ta’ pagamenti u kwalunkwe bidla fil-volum tal-bejgħ tal-pakketti.

3. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-protezzjoni kontra l-insolvenza, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-arranġamenti ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza tal-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom, jimmonitorjaw is-suq għall-provvista ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza, u jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jirrikjedu livell addizzjonali ta’ protezzjoni. Kwalunkwe kofinanzjament mill-Istati Membri huwa possibbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati u għandu jkun bil-kundizzjoni ta’ approvazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.Il-protezzjoni kontra l-insolvenza ta’ organizzatur għandha tibbenefika lill-vjaġġaturi irrispettivament mill-post ta’ residenza tagħhom, mill-post tat-tluq jew fejn inbiegħ il-pakkett u irrispettivament mill-Istat Membru fejn tinsab l-entità responsabbli mill-protezzjoni kontra l-insolvenza.

5.Meta l-eżekuzzjoni tal-pakkett hija affettwata mill-insolvenza tal-organizzatur, din is-sigurtà għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas sabiex jiġu żgurati r-ripatrijazzjonijiet u, jekk meħtieġ, il-finanzjament tal-akkomodazzjoni qabel ir-ripatrijazzjoni.

6.Ir-rifużjonijiet tal-pagamenti affettwati mill-insolvenza tal-organizzatur għandhom jiġu pprovduti mingħajr dewmien żejjed wara t-talba tal-vjaġġatur u mhux aktar tard minn 3 xhur wara li l-vjaġġatur ikun issottometta d-dokumenti meħtieġa biex tiġi eżaminata t-talba.

7.Meta dan ikun iġġustifikat fid-dawl tal-pagamenti riċevuti mill-bejjiegħa bl-imnut, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-bejjiegħa bl-imnut jissottoskrivu għal protezzjoni kontra l-insolvenza, minbarra l-organizzaturi, irrispettivament mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1).”.

(10)fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2. L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt ċentrali biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tal-organizzaturi li joperaw fi Stati Membri differenti u biex jiskambjaw informazzjoni fir-rigward tal-protezzjoni kontra l-insolvenza u kwalunkwe mekkaniżmu stabbilit biex jiżgura l-effettività tar-rifużjonijiet għal kuntratti ta’ pakkett tal-ivvjaġġar li jkunu ġew itterminati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-kuntatt ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt lill-Istati Membri l-oħrajn kollha u lill-Kummissjoni.”

(11)L-Artikolu 19 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Protezzjoni kontra l-insolvenza u rekwiżiti ta’ informazzjoni għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta

1. Għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, kif iddefiniti fl-Artikolu 3(5), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozjanti li jistiednu lill-vjaġġaturi jikkonkludu kuntratt dwar tip differenti ta’ servizz tal-ivvjaġġar għandhom jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha li jirċievu mingħand il-vjaġġaturi. Jekk dawn in-negozjanti jkunu responsabbli għall-vjaġġ ta’ ritorn tal-vjaġġatur, is-sigurtà għandha tkopri wkoll ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġatur. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(1), l-Artikolu 17(2) sa (6) u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2. Meta jistieden lill-vjaġġatur jikkonkludi kuntratt dwar tip differenti ta’ servizz tal-ivvjaġġar, in-negozjant, inkluż meta dan ma jkunx stabbilit fi Stat Membru iżda, bi kwalunkwe mezz, jidderieġi dawn l-attivitajiet lejn Stat Membru, għandu jipprovdi lill-vjaġġatur bil-formola ta’ informazzjoni standard rilevanti stabbilita fl-Anness II, mimlija kif xieraq. Il-formola għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u prominenti.

3. Fejn in-negozjanti ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 9 u 12 u l-Kapitolu IV għandhom japplikaw fir-rigward ta’ servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fl-arranġament tal-ivvjaġġar marbut.

4. Meta jiġi fformat arranġament tal-ivvjaġġar marbut, in-negozjant li jikkonkludi kuntratt dwar tip differenti ta’ servizz tal-ivvjaġġar għandu jinforma lin-negozjant li stieden lill-vjaġġatur jikkonkludi dan il-kuntratt dwar dan il-fatt.

(12)L-Artikolu 22 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 22

Dritt ta’ rimedju u drittijiet ta’ rifużjoni tal-organizzaturi

(1) F’każijiet fejn organizzatur jew, f’konformità mal-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, jew l-Artikolu 20, bejjiegħ bl-imnut iħallas kumpens, jagħti tnaqqis fil-prezz jew jissodisfa l-obbligi l-oħrajn imposti fuqu skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu d-dritt li jfittex rimedju minn kwalunkwe parti terza li kkontribwiet għall-avveniment li kkawża kumpens, tnaqqis fil-prezz jew obbligi oħrajn.

(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta fornitur ta’ servizz jikkanċella servizz li jkun parti minn pakkett jew jonqos milli jipprovdih, dak il-fornitur ta’ servizz għandu jirrifondi lill-organizzatur kwalunkwe pagament li jsir mill-organizzatur għas-servizz fi żmien 7 ijiem. Il-perjodu ta’ 7 ijiem għandu jibda fil-jum ta’ wara l-kanċellazzjoni tas-servizz jew fil-jum meta s-servizz kellu jitwettaq, skont liema data tkun l-aktar kmieni.”

(13)L-Anness I huwa ssostitwit bit-test fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

(14)L-Anness II huwa ssostitwit bit-test fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Rapportar mill-Kummissjoni u rieżami

Sa mhux aktar tard minn [5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan ir-rapport se jqis ukoll l-impatt fuq l-organizzaturi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.

Ir-rapport se jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [6 xhur wara d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)     https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Tourism_industries_-_economic_analysis
(2)    Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1). Kwalunkwe referenza għal artikoli speċifiċi tad-Direttiva, hija referenza għad-Direttiva tal-2015.
(3)    Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59).
(4)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/648 tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar vouchers offruti lill-passiġġieri u lill-vjaġġaturi bħala alternattiva għar-rimborż ta’ pakketti tal-ivvjaġġar u servizzi tat-trasport ikkanċellati fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 151, 14.5.2020, p. 10).
(5)    Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, COM(2021) 90 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2021%3A90%3AFIN .
(6)    Ir-Rapport Speċjali 15/2021: Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru matul il-pandemija tal-COVID-19: Id-drittijiet ewlenin mhumiex protetti minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR21_15/SR_passenger-rights_covid_MT.pdf
(7)     https://commission.europa.eu/law/law-making-process/evaluating-and-improving-existing-laws/refit-making-eu-law-simpler-less-costly-and-future-proof/fit-future-platform-f4f/adopted-opinions_mt#adoptedopinions2022
(8)    COM/2020/696 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52020DC0696
(9)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13290-Travel-better-protection-for-passengers-and-their-rights_mt  
(10)    https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13255-Revision-of-the-Air-Services-Regulation_mt
(11)    Il-pagamenti bil-quddiem magħmula għall-pakketti qabel il-bidu tal-vjaġġ spiss jissejħu wkoll minn partijiet ikkonċernati bħala prepagamenti. Il-kapparri huma pagamenti bil-quddiem magħmula mill-vjaġġatur fil-ħin tal-prenotazzjoni tal-pakkett jew ftit wara.
(12)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2019:270:FIN
(13)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=COM:2021:90:FIN
(14)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52020DC0696
(15)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32020H0648
(16)    Il-prattika kurrenti fl-Istati Membri tvarja. Sitt Stati Membri li wieġbu għall-mistoqsijiet li saru mill-Kummissjoni fil-proċess ta’ konsultazzjoni diġà jkopru l-vawċers u/jew ir-rifużjoni tat-talbiet permezz ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza sa ċertu punt, filwaqt li sitta ma jagħmlux dan.
(17)    Il-PTD tħalli f’idejn l-Istati Membri biex jistabbilixxu d-dettalji tas-sistemi nazzjonali tagħhom ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza, dment li s-sistema tissodisfa l-kriterji skont l-Artikolu 17 u l-Premessi 39-40. Għalhekk, is-sistemi ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza jistgħu jkunu bbażati fuq fondi (pubbliċi jew privati), assigurazzjoni jew garanziji bankarji, li jwasslu għal pajsaġġ ta’ sistemi differenti ta’ protezzjoni kontra l-insolvenza fl-UE kollha.
(18)    Rapport mil-laqgħa tal-Punti ta’ Kuntatt Ċentrali tal-10 ta’ Novembru 2022, https://ec.europa.eu/transparency/expert-groups-register/screen/meetings/consult?lang=mt&meetingId=45937&fromExpertGroups=true
(19)    Stħarriġ immirat għall-NCA (Insolvenza), tweġibiet għal Q6, li jindikaw li l-prezzijiet ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-assigurazzjoni żdiedu.
(20)    Il-kunċett huwa ddefinit fl-Artikolu 3(2)(b)(v) kif ġej: “kombinazzjoni ta’ mill-anqas żewġ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-iskop tal-istess vjaġġ jew vaganza, jekk: [...] mixtrija mingħand kummerċjanti separati permezz ta’ proċessi marbuta ta’ prenotazzjoni online fejn l-isem, id-dettalji tal-ħlas u l-indirizz elettroniku tal-vjaġġatur jintbagħtu mingħand il-kummerċjant li miegħu jkun ġie konkluż l-ewwel kuntratt lill-kummerċjant jew kummerċjanti oħrajn u jiġi konkluż kuntratt mal-kummerċjant jew kummerċjanti tal-aħħar sa mhux aktar minn 24 siegħa wara l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar.”
(21)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13117-Package-travel-review-of-EU-rules_mt
(22)     https://ec.europa.eu/transparency/expert-groups-register/screen/expert-groups/consult?lang=mt&groupId=3617&fromMeetings=true&meetingId=45600
(23)     https://commission.europa.eu/law/law-making-process/evaluating-and-improving-existing-laws/refit-making-eu-law-simpler-less-costly-and-future-proof/fit-future-platform-f4f/adopted-opinions_mt#adoptedopinions2022
(24)    Pubblikazzjoni li ġejja.
(25)    SWD(2023) 906, pubblikazzjoni li ġejja.
(26)    SEC(2023) 540, pubblikazzjoni li ġejja.
(27)    Din il-miżura tkun konformi mal-prattika kurrenti fil-Ġermanja, fejn, abbażi tal-ġurisprudenza nazzjonali dwar termini kuntrattwali inġusti, il-kapparri huma limitati għal 20 % tal-pagament fil-ħin tal-prenotazzjoni, u l-bqija tkun dovuta mhux aktar minn 30 jum qabel il-bidu tal-vjaġġ. Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali, il-kapparra tista’ tkun ogħla minn 20 % f’ċirkostanzi fejn l-organizzatur debitament jiġġustifika dan, minħabba l-infiq preżenti fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt.
(28)     https://consultations.caa.co.uk/corporate-communications/atol-reform-request-for-further-information/user_uploads/atol-reform-request-for-further-information--cap2496-.pdf
(29)    It-tweġibiet tal-BEUC, tal-VZV u tad-DECO għal Q1 tal-OPC.
(30)    Dokument ta’ pożizzjoni tal-BEUC, p. 11, https://www.beuc.eu/sites/default/files/publications/beuc-x-2021-115_package_travel_directive_beuc_s_views_on_how_to_regain_consumer_trust_in_the_tourism_sector.pdf
(31)    Madankollu, ta’ min jinnota li fid-dawl tal-elastiċità għolja tal-prezzijiet tas-servizzi tal-ivvjaġġar, xi impatt fuq il-bejgħ lil vjaġġaturi b’baġit baxx ma jistax jiġi eskluż bis-sħiħ. Ara wkoll l-Anness 8.
(32)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119.
(33)    “La tagħmilx ħsara sinifikanti” tfisser li ma jiġux appoġġati jew imwettqa attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara sinifikanti lil kwalunkwe objettiv ambjentali, fejn rilevanti, fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.
(34)    ĠU C , , p. .
(35)    ĠU C , , p. .
(36)    Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).
(37)    Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż ( ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59 ).

Brussell, 29.11.2023

COM(2023) 905 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li temenda d-Direttiva (UE) 2015/2302 biex il-protezzjoni tal-vjaġġaturi ssir aktar effettiva u biex jiġu ssimplifikati u ċċarati ċerti aspetti tad-Direttiva



{SEC(2023) 540 final} - {SWD(2023) 905 final} - {SWD(2023) 906 final} - {SWD(2023) 907 final} - {SWD(2023) 908 final}


ANNESS I

Parti A

Formola ta’ informazzjoni standard għal kuntratti ta’ pakketti tal-ivvjaġġar fejn l-użu ta’ iperlinks huwa possibbli

ID-DRITTIJIET EWLENIN TIEGĦI BĦALA VJAĠĠATUR

Il-kombinament ta’ servizzi tal-ivvjaġġar offrut lilek huwa pakkett fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2302 dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar.

Għaldaqstant, inti tibbenifika mid-drittijiet kollha tal-UE li japplikaw għall-pakketti.

Il-kumpanija XY, bħala l-organizzatur ta’ dan il-pakkett, [fejn xieraq skont il-liġi nazzjonali applikabbli] [u l-kumpanija XZ, bħala bejjiegħ bl-imnut,] 1 hija [huma] responsabbli bis-sħiħ għall-eżekuzzjoni kif suppost tal-pakkett.

Barra minn hekk, kif meħtieġ mil-liġi, il-pagamenti tiegħek lill-kumpanija XY [(fejn xieraq) u lill-kumpanija YZ) 2 ] huma protetti u, fejn il-vjaġġ tar-ritorn huwa inkluż fil-pakkett, ir-ripatrijazzjoni tiegħek hija ggarantita jekk din il-kumpanija/dawn il-kumpaniji jsiru insolventi.

Aktar informazzjoni dwar id-drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302, inkluż dwar il-pagamenti, il-bidliet fil-kuntratti, il-kanċellazzjonijiet, ir-rifużjonijiet, ir-responsabbiltà għal eżekuzzjoni mhux xierqa u protezzjoni mill-insolvenza kif ukoll il-partijiet li għandhom jiġu kkuntattjati tista’ tinkiseb hawnhekk (li għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ iperlink).

Meta jsegwi l-iperlink il-vjaġġatur jirċievi l-informazzjoni li ġejja:

Drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302

Informazzjoni

   Il-vjaġġaturi jirċievu l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-pakkett qabel jikkonkludu l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar.

   Dan jinkludi informazzjoni dwar il-prezz u dwar il-pagamenti dovuti fiż-żmien tal-prenotazzjoni. Il-vjaġġaturi ma jistgħux, fil-prinċipju, jintalbu jħallsu aktar minn 25 % tal-prezz totali fil-ħin tal-prenotazzjoni (depożiti) u l-pagamenti li jifdal ma jistgħux jintalbu aktar minn 28 jum qabel it-tluq. Madankollu, l-organizzaturi jistgħu jitolbu depożiti ogħla minn 25 % meta dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pakkett.

   Wara l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, il-vjaġġaturi jirċievu l-kuntratt fuq mezz durabbli (pereżempju, fuq karta jew permezz ta’ email).

Negozjant responsabbli u punti ta’ kuntatt

   Dejjem ikun hemm mill-anqas negozjant wieħed li jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni kif suppost tas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha inklużi f’pakkett. Dan in-negozjant huwa l-organizzatur tal-pakkett kif identifikat mit-test fil-kaxxa ta’ hawn fuq u fil-kuntratt. Il-kuntratt irid ikun fih id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzatur.

   Meta pakkett jinbiegħ permezz ta’ bejjiegħ bl-imnut, il-vjaġġaturi dejjem jistgħu jikkuntattjaw ukoll lill-bejjiegħ bl-imnut jekk ikun hemm xi problemi jew biex jgħaddu messaġġi lill-organizzatur. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-bejjiegħ bl-imnut huma pprovduti wkoll fil-kuntratt. Skont il-liġi nazzjonali applikabbli, il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jkunu responsabbli wkoll għall-eżekuzzjoni tal-pakkett.

   Il-vjaġġaturi jingħataw numru tat-telefown ta’ emerġenza jew dettalji ta’ punt ta’ kuntatt fejn ikunu jistgħu jikkuntattjaw lill-organizzatur jew lill-bejjiegħ bl-imnut (aġent tal-ivvjaġġar) waqt li jkunu fuq il-vjaġġ jew il-vaganza tagħhom.

Trasferiment tal-kuntratt

   Il-vjaġġaturi jistgħu jittrasferixxu l-pakkett lil persuna oħra, possibbilment soġġett għal tariffa. Il-vjaġġatur jeħtieġlu jagħti avviż raġonevoli lill-organizzatur jew, fejn applikabbli, lill-bejjiegħ bl-imnut.

Żidiet fil-prezzijiet

   Il-prezz tal-pakkett jista’ jogħla biss jekk jogħlew kostijiet speċifiċi (pereżempju, prezzijiet tal-fjuwil) u jekk ikun espressament previst fil-kuntratt, u mhux aktar tard minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett. Jekk iż-żieda fil-prezz taqbeż it-8 % tal-prezz tal-pakkett, il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt u, f’dak il-każ, jieħdu flushom lura. Jekk fil-kuntratt l-organizzatur jirriżerva d-dritt ta’ żieda fil-prezz, il-vjaġġaturi għandhom dritt għal tnaqqis fil-prezz jekk ikun hemm roħs fil-kostijiet rilevanti.

Terminazzjoni tal-kuntratt qabel il-bidu ta’ pakkett

   Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta’ terminazzjoni u jiksbu rifużjoni sħiħa ta’ kwalunkwe pagament jekk xi wieħed mill-elementi essenzjali tal-pakkett jinbidel b’mod sinifikanti jew jekk ikun hemm żieda fil-prezz li taqbeż it-8 % tal-prezz tal-pakkett.

   Jekk qabel ma jibda l-pakkett in-negozjant responsabbli għall-pakkett jikkanċella l-pakkett, il-vjaġġaturi jkunu intitolati għal rifużjoni u għal kumpens fejn xieraq.

   Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu l-ebda tariffa ta’ terminazzjoni qabel il-bidu tal-pakkett jekk ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jaffettwaw b’mod sinifikanti l-vjaġġ jew il-vaganza. Eżempji ta’ ċirkostanzi straordinarji jinkludu diżastri naturali, problemi serji ta’ sigurtà jew riskji għas-saħħa pubblika li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jaffettwaw il-pakkett.

   Barra minn hekk, il-vjaġġaturi jistgħu fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett, jitterminaw il-kuntratt, inkluż għal raġunijiet personali, jekk iħallsu tariffa ta’ terminazzjoni xierqa u ġustifikabbli. Il-vjaġġaturi jeħtiġilhom jiġu informati dwar it-tariffi ta’ terminazzjoni applikabbli qabel ma jikkonkludu l-kuntratt u fil-kuntratt.

Rifużjonijiet

   Fil-każijiet kollha fejn l-organizzatur jew il-vjaġġatur jikkanċella l-pakkett, jeħtieġ li l-vjaġġaturi jingħataw rifużjoni tal-pagamenti tagħhom fi żmien 14-il jum (fejn xieraq, filwaqt li jitqiesu t-tariffi tat-terminazzjoni). L-organizzatur tal-pakkett huwa responsabbli għar-rifużjoni. Fejn ikun involut bejjiegħ bl-imnut u fejn dan ikun meħtieġ mil-liġi nazzjonali applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut ikun responsabbli wkoll għar-rifużjonijiet.

   Meta l-organizzatur joffri vawċer li għandu jintuża għal vjaġġ futur minflok rifużjoni fi żmien 14-il jum, il-vjaġġaturi jirċievu informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-vawċer u jistgħu jagħżlu li jaċċettawh jew le.

Problemi matul il-vjaġġ jew il-vaganza

   L-organizzatur huwa obbligat li jirrimedja l-problemi li jseħħu matul l-eżekuzzjoni tal-pakkett. Il-vjaġġaturi jeħtiġilhom jinformaw lill-organizzatur bil-problemi li jiltaqgħu magħhom.

   Jekk ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti elementi sinifikanti tal-pakkett kif miftiehem, jeħtieġ li l-organizzatur joffri arranġamenti alternattivi xierqa mingħajr ebda kost addizzjonali. Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu l-ebda tariffa, meta s-servizzi ma jitwettqux f’konformità mal-kuntratt, fejn dan jaffettwa sostanzjalment l-eżekuzzjoni tal-pakkett u l-organizzatur jonqos milli jagħti rimedju għall-problema.

   Il-vjaġġaturi huma intitolati wkoll għal tnaqqis fil-prezz u/jew għal kumpens għad-danni meta s-servizzi tal-ivvjaġġar ma jiġux eżegwiti jew ma jiġux eżegwiti kif xieraq skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/2302.

   L-organizzatur għandu jipprovdi assistenza jekk il-vjaġġatur ikun f’diffikultà, pereżempju billi jipprovdi informazzjoni dwar is-servizzi tas-saħħa, l-awtoritajiet lokali u l-assistenza konsulari u joffri l-possibbiltà li jsiru komunikazzjonijiet mill-bogħod.

Protezzjoni mill-insolvenza

   Jekk l-organizzatur isir insolventi, tingħata rifużjoni tal-pagamenti lill-vjaġġaturi. F’xi Stati Membri hemm ukoll protezzjoni mill-insolvenza għall-pagamenti lill-bejjiegħa bl-imnut. Jekk l-organizzatur jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, jisfa insolventi wara l-bidu tal-pakkett u jekk il-vjaġġ ta’ ritorn ikun inkluż fil-pakkett, ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi tkun żgurata. XY neħħiet il-protezzjoni mill-insolvenza ma’ YZ (l-entità responsabbli għall-protezzjoni mill-insolvenza, pereżempju fond ta’ garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni). Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, l-email u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta’ XY.



Parti B

Formola ta’ informazzjoni standard għal kuntratti ta’ pakketti tal-ivvjaġġar f’sitwazzjonijiet oħrajn għajr dawk koperti fil-Parti A

Il-kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar offruta lilek hija pakkett fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, inti tibbenifika mid-drittijiet kollha tal-UE li japplikaw għall-pakketti.

Il-kumpanija XY, bħala l-organizzatur ta’ dan il-pakkett, [fejn xieraq skont il-liġi nazzjonali applikabbli] [u l-kumpanija XZ, bħala bejjiegħ bl-imnut,] 3 hija [huma] responsabbli bis-sħiħ għall-eżekuzzjoni xierqa tal-pakkett. Barra minn hekk, kif meħtieġ mil-liġi, il-pagamenti tiegħek lill-kumpanija XY [(fejn xieraq) u lill-kumpanija YZ) 4 ] huma protetti u, fejn il-vjaġġ tar-ritorn huwa inkluż fil-pakkett, ir-ripatrijazzjoni tiegħek hija ggarantita jekk din il-kumpanija/dawn il-kumpaniji jsiru insolventi.

Aktar informazzjoni dwar id-drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302, inkluż dwar il-bidliet fil-kuntratti, il-kanċellazzjonijiet, ir-rifużjonijiet, ir-responsabbiltà għal eżekuzzjoni mhux xierqa u l-protezzjoni mill-insolvenza kif ukoll il-partijiet li għandhom jiġu kkuntattjati, hija ppreżentata hawn taħt.

Drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302

Informazzjoni

   Il-vjaġġaturi jirċievu l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-pakkett qabel jikkonkludu l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar.

   Dan jinkludi informazzjoni dwar il-prezz u dwar il-pagamenti dovuti fiż-żmien tal-prenotazzjoni. Il-vjaġġaturi ma jistgħux, fil-prinċipju, jintalbu jħallsu aktar minn 25 % tal-prezz totali fil-ħin tal-prenotazzjoni (depożiti) u l-pagamenti li jifdal ma jistgħux jintalbu aktar minn 28 jum qabel it-tluq. Madankollu, l-organizzaturi jistgħu jitolbu depożiti ogħla minn 25 % meta dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pakkett.

   Wara l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, il-vjaġġaturi jirċievu l-kuntratt fuq mezz durabbli (pereżempju, fuq karta jew permezz ta’ email).

Negozjant responsabbli u punti ta’ kuntatt

   Dejjem ikun hemm mill-anqas negozjant wieħed li jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni b’mod xieraq tas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha inklużi fil-kuntratt. Dan in-negozjant huwa l-organizzatur tal-pakkett kif identifikat mit-test fil-kaxxa ta’ hawn fuq u fil-kuntratt. Il-kuntratt irid ikun fih id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzatur.

     Meta pakkett jinbiegħ permezz ta’ bejjiegħ bl-imnut, il-vjaġġaturi dejjem jistgħu jikkuntattjaw ukoll lill-bejjiegħ bl-imnut jekk ikun hemm xi problemi jew biex jgħaddu messaġġi lill-organizzatur. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-bejjiegħ bl-imnut huma pprovduti wkoll fil-kuntratt. Skont il-liġi nazzjonali applikabbli, il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jkunu responsabbli wkoll għall-eżekuzzjoni tal-pakkett.

   Il-vjaġġaturi jingħataw numru tat-telefown ta’ emerġenza jew dettalji ta’ punt ta’ kuntatt fejn ikunu jistgħu jikkuntattjaw lill-organizzatur jew lill-bejjiegħ bl-imnut (aġent tal-ivvjaġġar) waqt li jkunu fuq il-vjaġġ jew il-vaganza tagħhom.

Trasferiment tal-kuntratt

   Il-vjaġġaturi jistgħu jittrasferixxu l-pakkett lil persuna oħra, possibbilment soġġett għal tariffa. Il-vjaġġatur jeħtieġlu jagħti avviż raġonevoli lill-organizzatur jew, fejn applikabbli, lill-bejjiegħ bl-imnut.

Żidiet fil-prezzijiet

   Il-prezz tal-pakkett jista’ jogħla biss jekk jogħlew kostijiet speċifiċi (pereżempju, prezzijiet tal-fjuwil) u jekk ikun espressament previst fil-kuntratt, u mhux aktar tard minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett. Jekk iż-żieda fil-prezz taqbeż it-8 % tal-prezz tal-pakkett, il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt. Jekk l-organizzatur jirriżerva d-dritt ta’ żieda fil-prezz, il-vjaġġaturi għandhom dritt għal tnaqqis fil-prezz jekk ikun hemm tnaqqis fil-kostijiet rilevanti.

Terminazzjoni tal-kuntratt qabel il-bidu ta’ pakkett

   Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta’ terminazzjoni u jiksbu rifużjoni sħiħa ta’ kwalunkwe pagament jekk xi wieħed mill-elementi essenzjali tal-pakkett jinbidel b’mod sinifikanti jew jekk ikun hemm żieda fil-prezz li taqbeż it-8 % tal-prezz tal-pakkett.

   Jekk qabel ma jibda l-pakkett in-negozjant responsabbli għall-pakkett jikkanċella l-pakkett, il-vjaġġaturi jkunu intitolati għal rifużjoni u għal kumpens fejn xieraq.

   Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta’ terminazzjoni qabel il-bidu tal-pakkett jekk ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jaffettwaw b’mod sinifikanti l-vjaġġ jew il-vaganza. Eżempji ta’ ċirkostanzi straordinarji jinkludu diżastri naturali, problemi serji ta’ sigurtà jew riskji għas-saħħa pubblika li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jaffettwaw il-pakkett.

   Barra minn hekk, il-vjaġġaturi jistgħu fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett, jitterminaw il-kuntratt, inkluż għal raġunijiet personali, jekk iħallsu tariffa ta’ terminazzjoni xierqa u ġustifikabbli. Il-vjaġġaturi jeħtiġilhom jiġu informati dwar it-tariffi ta’ terminazzjoni applikabbli qabel ma jikkonkludu l-kuntratt u fil-kuntratt.

Rifużjonijiet

   Fil-każijiet kollha fejn l-organizzatur jew il-vjaġġatur jikkanċella l-pakkett, jeħtieġ li l-vjaġġaturi jingħataw rifużjoni tal-pagamenti tagħhom fi żmien 14-il jum (fejn xieraq, filwaqt li jitqiesu t-tariffi tat-terminazzjoni). L-organizzatur tal-pakkett huwa responsabbli għar-rifużjoni. Meta jkun involut bejjiegħ bl-imnut u meta dan ikun meħtieġ mil-liġi nazzjonali applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut ikun responsabbli wkoll għar-rifużjonijiet.

   Meta l-organizzatur joffri vawċer li għandu jintuża għal vjaġġ futur minflok rifużjoni fi żmien 14-il jum, il-vjaġġaturi jirċievu informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-vawċer u jistgħu jagħżlu li jaċċettawh jew le.

Problemi matul il-vjaġġ jew il-vaganza

   L-organizzatur huwa obbligat li jirrimedja l-problemi li jseħħu matul l-eżekuzzjoni tal-pakkett. Il-vjaġġaturi jeħtiġilhom jinformaw lill-organizzatur bil-problemi li jiltaqgħu magħhom.

   Jekk ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti elementi sinifikanti tal-pakkett kif miftiehem, jeħtieġ li l-organizzatur joffri arranġamenti alternattivi xierqa mingħajr ebda kost addizzjonali. Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa, meta s-servizzi ma jitwettqux f’konformità mal-kuntratt, u dan jaffettwa sostanzjalment l-eżekuzzjoni tal-pakkett u l-organizzatur jonqos milli jagħti rimedju għall-problema.

   Il-vjaġġaturi huma intitolati għal tnaqqis fil-prezz u/jew kumpens għal danni fejn is-servizzi ta’ vjaġġar ma jiġux eżegwiti jew ma jiġux eżegwiti b’mod xieraq.

   L-organizzatur għandu jipprovdi assistenza jekk il-vjaġġatur ikun f’diffikultà, pereżempju billi jipprovdi informazzjoni dwar is-servizzi tas-saħħa, l-awtoritajiet lokali u l-assistenza konsulari u joffri l-possibbiltà li jsiru komunikazzjonijiet mill-bogħod.

Protezzjoni mill-insolvenza

   Jekk l-organizzatur isir insolventi, tingħata rifużjoni tal-pagamenti lill-vjaġġaturi. F’xi Stati Membri hemm ukoll protezzjoni mill-insolvenza għall-pagamenti lill-bejjiegħa bl-imnut. Jekk l-organizzatur jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, jisfa insolventi wara l-bidu tal-pakkett u jekk it-trasport ikun inkluż fil-pakkett, ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi tkun żgurata. XY ikkonkludiet protezzjoni mill-insolvenza ma’ YZ (l-entità responsabbli għall-protezzjoni mill-insolvenza, pereżempju fond ta’ garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni). Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, l-email u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta’ XY.

(Sit web fejn tista’ tinstab id-Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali.)



Parti C

Formola ta’ informazzjoni standard fejn l-organizzatur jittrażmetti data lil negozjant ieħor f’konformità mal-Artikolu 3, il-punt 2(b)(v)

Jekk tikkonkludi kuntratt ma’ kumpanija AB wara li tirċievi il-konferma tal-prenotazzjoni mingħand il-kumpanija XY, is-servizz tal-ivvjaġġar ipprovdut minn XY u AB jikkostitwixxi pakkett skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, inti tibbenifika mid-drittijiet kollha tal-UE li japplikaw għall-pakketti. Il-kumpanija XY se tkun responsabbli bis-sħiħ għall-eżekuzzjoni xierqa tal-pakkett.

Barra minn hekk, kif meħtieġ mil-liġi, il-kumpanija XY għandha protezzjoni fis-seħħ biex tirrifondi l-pagamenti tiegħek u, fejn it-trasport ikun inkluż fil-pakkett, biex tiżgura r-ripatrijazzjoni tiegħek f’każ li hija tisfa insolventi.

Aktar informazzjoni dwar id-drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302, inkluż dwar il-bidliet fil-kuntratti, il-kanċellazzjonijiet, ir-rifużjonijiet, ir-responsabbiltà għal eżekuzzjoni mhux xierqa u l-protezzjoni mill-insolvenza kif ukoll il-partijiet li għandhom jiġu kkuntattjati (għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ iperlink).

Meta jsegwi l-iperlink il-vjaġġatur jirċievi l-informazzjoni li ġejja:

Drittijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2015/2302

Informazzjoni

   Il-vjaġġaturi jirċievu l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-pakkett qabel jikkonkludu l-kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar.

   Dan jinkludi informazzjoni dwar il-prezz u dwar il-pagamenti dovuti fiż-żmien tal-prenotazzjoni. Il-vjaġġaturi ma jistgħux, fil-prinċipju, jintalbu jħallsu aktar minn 25 % tal-prezz totali fil-ħin tal-prenotazzjoni (depożiti) u l-pagamenti li jifdal ma jistgħux jintalbu aktar minn 28 jum qabel it-tluq. Madankollu, l-organizzaturi jistgħu jitolbu depożiti ogħla minn 25 % meta dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pakkett.

   Wara l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, il-vjaġġaturi jirċievu l-kuntratt fuq mezz durabbli (pereżempju, fuq karta jew permezz ta’ email).

Negozjant responsabbli u punti ta’ kuntatt

   Dejjem ikun hemm mill-anqas negozjant wieħed li jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni kif suppost tas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha inklużi f’pakkett. Dan in-negozjant huwa l-organizzatur tal-pakkett kif identifikat mit-test fil-kaxxa ta’ hawn fuq u fil-kuntratt. Il-kuntratt irid ikun fih id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzatur.

   Il-vjaġġaturi jingħataw numru tat-telefon ta’ emerġenza jew dettalji tal-punt ta’ kuntatt fejn jistgħu jikkuntattjaw lill-organizzatur jew lill-aġent tal-ivvjaġġar.

Trasferiment tal-kuntratt

   Il-vjaġġaturi jistgħu jittrasferixxu l-pakkett lil persuna oħra, possibbilment soġġett għal tariffa. Il-vjaġġatur jeħtieġlu jagħti avviż raġonevoli lill-organizzatur jew, fejn applikabbli, lill-bejjiegħ bl-imnut.

Żidiet fil-prezzijiet

   Il-prezz tal-pakkett jista’ jogħla biss jekk jogħlew kostijiet speċifiċi (pereżempju, prezzijiet tal-fjuwil) u jekk ikun espressament previst fil-kuntratt, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett. Jekk iż-żieda fil-prezz taqbeż it-8 % tal-prezz tal-pakkett, il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt. Jekk l-organizzatur jirriżerva d-dritt ta’ żieda fil-prezz, il-vjaġġaturi għandhom dritt għal tnaqqis fil-prezz jekk ikun hemm tnaqqis fil-kostijiet rilevanti.

Terminazzjoni tal-kuntratt qabel il-bidu ta’ pakkett

   Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta’ terminazzjoni u jiksbu rifużjoni sħiħa ta’ kwalunkwe pagament jekk xi wieħed mill-elementi essenzjali tal-pakkett jinbidel b’mod sinifikanti jew jekk ikun hemm żieda fil-prezz li taqbeż it-8 % tal-prezz tal-pakkett.

   Jekk qabel ma jibda l-pakkett in-negozjant responsabbli għall-pakkett jikkanċella l-pakkett, il-vjaġġaturi jkunu intitolati għal rifużjoni u għal kumpens fejn xieraq.

   Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa ta’ terminazzjoni qabel il-bidu tal-pakkett f’każ li ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jaffettwaw b’mod sinifikanti l-vjaġġ jew il-vaganza. Eżempji ta’ ċirkostanzi straordinarji jinkludu diżastri naturali, problemi serji ta’ sigurtà jew riskji għas-saħħa pubblika li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jaffettwaw il-pakkett.

   Barra minn hekk, il-vjaġġaturi jistgħu fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett, jitterminaw il-kuntratt, inkluż għal raġunijiet personali, jekk iħallsu tariffa ta’ terminazzjoni xierqa u ġustifikabbli. Il-vjaġġaturi jridu jiġu informati dwar dawn it-tariffi qabel ma jikkonkludu l-kuntratt u fil-kuntratt.

Rifużjonijiet

   Fil-każijiet kollha fejn l-organizzatur jew il-vjaġġatur jikkanċella l-pakkett, jeħtieġ li l-vjaġġaturi jingħataw rifużjoni tal-pagamenti tagħhom fi żmien 14-il jum (fejn xieraq, filwaqt li jitqiesu t-tariffi tat-terminazzjoni). L-organizzatur tal-pakkett huwa responsabbli għar-rifużjoni. Fejn ikun involut bejjiegħ bl-imnut u fejn dan ikun meħtieġ mil-liġi nazzjonali applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut ikun responsabbli wkoll għar-rifużjonijiet.

   Meta l-organizzatur joffri vawċer li għandu jintuża għal vjaġġ futur minflok rifużjoni fi żmien 14-il jum, il-vjaġġaturi jirċievu informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-vawċer u jistgħu jagħżlu li jaċċettawh jew le.

Problemi matul il-vjaġġ jew il-vaganza

   L-organizzatur huwa obbligat li jirrimedja l-problemi li jseħħu matul l-eżekuzzjoni tal-pakkett. Il-vjaġġaturi jeħtiġilhom jinformaw lill-organizzatur bil-problemi li jiltaqgħu magħhom.

   Jekk ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti elementi sinifikanti tal-pakkett kif miftiehem, jeħtieġ li l-organizzatur joffri arranġamenti alternattivi xierqa mingħajr ebda kost addizzjonali. Il-vjaġġaturi jistgħu jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jħallsu tariffa, meta s-servizzi ma jitwettqux f’konformità mal-kuntratt, u dan jaffettwa sostanzjalment l-eżekuzzjoni tal-pakkett u l-organizzatur jonqos milli jagħti rimedju għall-problema.

   Il-vjaġġaturi huma intitolati wkoll għal tnaqqis fil-prezz u/jew għal kumpens għad-danni meta s-servizzi tal-ivvjaġġar ma jiġux eżegwiti jew ma jiġux eżegwiti kif xieraq skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/2302.

   L-organizzatur għandu jipprovdi assistenza jekk il-vjaġġatur ikun f’diffikultà, pereżempju billi jipprovdi informazzjoni dwar is-servizzi tas-saħħa, l-awtoritajiet lokali u l-assistenza konsulari u joffri l-possibbiltà li jsiru komunikazzjonijiet mill-bogħod.

Protezzjoni mill-insolvenza

   Jekk l-organizzatur isir insolventi, tingħata rifużjoni tal-pagamenti lill-vjaġġaturi. F’xi Stati Membri hemm ukoll protezzjoni mill-insolvenza għall-pagamenti lill-bejjiegħa bl-imnut. Jekk l-organizzatur jew, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, jisfa insolventi wara l-bidu tal-pakkett u jekk it-trasport ikun inkluż fil-pakkett, ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi tkun żgurata. XY neħħiet il-protezzjoni mill-insolvenza ma’ YZ (l-entità responsabbli għall-protezzjoni mill-insolvenza, pereżempju fond ta’ garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni). Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, l-email u n-numru tat-telefon) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta’ XY.

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali (iperlink)



ANNESS II

Parti A

Formola ta’ informazzjoni standard fejn in-negozjant li jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut skont it-tifsira tal-punt 5 tal-Artikolu 3 huwa trasportatur responsabbli għall-vjaġġ ta’ ritorn tal-vjaġġatur

Jekk tagħmel prenotazzjoni ta’ tipi addizzjonali ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-vjaġġ jew vaganza tiegħek permezz ta’ din il-link/dawn il-links, inti MA TIBBENEFIKAX mid-drittijiet li japplikaw għall-pakketti tal-ivvjaġġar skont id-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, il-kumpanija tagħna/XY ma tkunx responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa ta’ dawk is-servizzi tal-ivvjaġġar addizzjonali. F’każ li jkun hemm xi problemi, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur tas-servizz rilevanti.

Madankollu, jekk inti tipprenota servizzi tal-ivvjaġġar addizzjonali permezz ta’ din il-link/dawn il-links fi żmien 24 siegħa minn meta tirċievi l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar, kif meħtieġ mil-liġi tal-UE, il-pagamenti tiegħek lil XY ikunu protetti fil-każ ta’ insolvenza ta’ XY. Fejn ikun meħtieġ, tiġi żgurata r-ripatrijazzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok innota li inti ma tingħatax rifużjoni jekk il-fornitur tas-servizz rilevanti jsir insolventi.

Sabiex tibbenefika minn din il-protezzjoni, inti rrakkomandat li tirreġistra l-istedina għall-prenotazzjoni ta’ servizz tal-ivvjaġġar addizzjonali u l-prenotazzjoni addizzjonali, pereżempju permezz ta’ screenshots, u tinforma lil XY dwar is-servizzi tal-ivvjaġġar addizzjonali li tkun ipprenotajt fi żmien 24 siegħa għall-vjaġġ jew għall-vaganza tiegħek f’dan l-indirizz tal-email jew fuq dan is-sit web: … [għandha timtela min-negozjant].

Aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni mill-insolvenza (tingħata f’forma ta’ iperlink)

Meta jsegwi l-iperlink il-vjaġġatur jirċievi l-informazzjoni li ġejja:

XY neħħiet il-protezzjoni mill-insolvenza ma’ YZ (l-entità responsabbli għall-protezzjoni mill-insolvenza, pereżempju fond ta’ garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni).

Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, email u numru tat-telefown) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta’ XY.

Nota: Din il-protezzjoni mill-insolvenza ma tkoprix kuntratti ma’ partijiet oħrajn għajr għal XY, li jistgħu jiġu eżegwiti minkejja l-insolvenza ta’ XY.

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali (iperlink)



Parti B

Formola ta’ informazzjoni standard fejn in-negozjant li jiffaċilita arranġament tal-ivvjaġġar marbut skont it-tifsira tal-punt 5 tal-Artikolu 3 huwa negozjant għajr trasportatur responsabbli għall-vjaġġ ta’ ritorn tal-vjaġġatur

Jekk tagħmel prenotazzjoni ta’ tipi addizzjonali ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-vjaġġ jew vaganza tiegħek permezz ta’ din il-link/dawn il-links, inti MA TIBBENEFIKAX mid-drittijiet li japplikaw għall-pakketti tal-ivvjaġġar skont id-Direttiva (UE) 2015/2302.

Għaldaqstant, il-kumpanija tagħna/XY ma tkunx responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa ta’ dawk is-servizzi tal-ivvjaġġar addizzjonali. F’każ li jkun hemm xi problemi, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur tas-servizz rilevanti.

Madankollu, jekk inti tipprenota servizzi tal-ivvjaġġar addizzjonali permezz ta’ din il-link/dawn il-links fi żmien 24 siegħa minn meta tirċievi l-konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar, kif meħtieġ mil-liġi tal-UE, il-pagamenti tiegħek lil XY jiġu protetti fil-każ ta’ insolvenza ta’ XY. Jekk jogħġbok innota li inti ma tingħatax rifużjoni jekk il-fornitur tas-servizz rilevanti jsir insolventi.

Sabiex tibbenefika minn din il-protezzjoni, inti rrakkomandat li tirreġistra l-istedina għall-prenotazzjoni ta’ servizz tal-ivvjaġġar addizzjonali u l-prenotazzjoni addizzjonali, pereżempju permezz ta’ screenshots, u tinforma lil XY dwar is-servizzi tal-ivvjaġġar addizzjonali li tkun ipprenotajt fi żmien 24 siegħa għall-vjaġġ jew għall-vaganza tiegħek f’dan l-indirizz tal-email jew fuq dan is-sit web: … [għandha timtela min-negozjant].

Aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni mill-insolvenza (tingħata f’forma ta’ iperlink)

Meta jsegwi l-iperlink il-vjaġġatur jirċievi l-informazzjoni li ġejja:

XY neħħiet il-protezzjoni mill-insolvenza ma’ YZ (l-entità responsabbli għall-protezzjoni mill-insolvenza, pereżempju fond ta’ garanzija jew kumpanija tal-assigurazzjoni).

Il-vjaġġaturi jistgħu jikkuntattjaw lil din l-entità jew, fejn applikabbli lill-awtorità kompetenti (dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-isem, l-indirizz ġeografiku, email u numru tat-telefown) jekk is-servizzi jiġu miċħuda minħabba l-insolvenza ta’ XY.

Nota: Din il-protezzjoni mill-insolvenza ma tkoprix kuntratti ma’ partijiet oħrajn għajr għal XY, li jistgħu jiġu eżegwiti minkejja l-insolvenza ta’ XY.

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 kif trasposta fil-liġi nazzjonali (iperlink)

(1)    L-alternattiva korretta għandha tintgħażel mill-Istati Membri fid-dawl tat-traspożizzjoni tagħhom tad-Direttiva.
(2)    Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(3)    L-alternattiva korretta għandha tintgħażel mill-Istati Membri fid-dawl tat-traspożizzjoni tagħhom tad-Direttiva.
(4)    Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.