Brussell, 7.12.2023

COM(2023) 770 final

2023/0448(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 397 final} - {SWD(2023) 399 final} - {SWD(2023) 401 final} - {SWD(2023) 402 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Raġunijiet

Fil-kuntest tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt 1 , il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tirrevedi l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali, inkluż dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport. Din ir-reviżjoni hija parti mill-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 2 . Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali ilha tiżviluppa mill-1974, bl-objettivi li jittejjeb il-benesseri tal-annimali u li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Il-leġiżlazzjoni attwali dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport ġiet adottata fl-2004 (ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 3 , “ir-Regolament dwar it-Trasport”).

Il-Kummissjoni wettqet Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali 4 , li ġie ffinalizzat fl-2022. Dan wera li l-opportunitajiet ipprovduti minn żviluppi sinifikanti fix-xjenza u fit-teknoloġija, il-bidliet fil-preferenzi tas-soċjetà u l-isfidi dejjem akbar għas-sostenibbiltà, ma humiex riflessi fir-regolament attwali. Barra minn hekk, ir-regoli attwali huma diffiċli sabiex jiġu implimentati u infurzati, li jwassal għal livell frammentat u subottimali tal-benesseri tal-annimali matul it-trasport u għal kundizzjonijiet mhux ekwi fis-suq intern tal-UE. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali (2012-2015) 5 sabet ukoll li għad hemm xi riskji ta’ konformità relatati mat-trasport tal-annimali.

Diversi Konklużjonijiet tal-Kunsill enfasizzaw b’mod konsistenti l-ħtieġa għal standards ogħla ta’ benesseri tal-annimali meta l-annimali jitmexxew fil-kuntest ta’ attività ekonomika 6 . B’mod partikolari, il-Konklużjonijiet dwar il-benesseri tal-annimali 7 tas-16 ta’ Diċembru 2019 jenfasizzaw li l-benesseri tal-annimali għandu jiġi żgurat matul it-trasport internazzjonali fuq distanzi twal ta’ annimali ħajjin inkluż lejn pajjiżi terzi.

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt 8 , il-Parlament Ewropew enfasizza “l-importanza li [jitqiesu] l-aħħar avvanzi fix-xjenza tal-benesseri tal-annimali u [tingħata reazzjoni] għal talbiet pubbliċi, politiċi u tas-suq għal standards ogħla tal-benesseri tal-annimali”. Barra minn hekk, fl-2022, wara r-rapport mill-kumitat ta’ inkjesta tal-PE dwar it-trasport tal-annimali (il-kumitat ANIT), il-Parlament Ewropew adotta r-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport b’rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni tar-Regolament dwar it-Trasport 9

Fir- Rapport Speċjali tagħha tal- 2018 10 , il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) sabet li għad hemm dgħufijiet matul it-trasport. F’Jannar 2023, il-QEA ppubblikat Rapport Analitiku dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport 11 li fih tqajjem tħassib simili.

Objettivi

Din ir-reviżjoni tfittex li tikkontribwixxi għall-produzzjoni agrikola u tal-ikel sostenibbli billi tiżgura livell ogħla ta’ benesseri tal-annimali, u tevita distorsjonijiet fis-suq intern, u b’hekk tikkontribwixxi għal bidla lejn sistema tal-ikel ekonomikament, ambjentalment, u soċjalment sostenibbli, kif stabbilit fl-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt”. Għal din ir-raġuni, din il-proposta tintroduċi miżuri li jiffavorixxu l-iskarnar tal-annimali lokalment, u b’hekk tissostitwixxi t-trasport ta’ annimali ħajjin bit-trasport ta’ karkassi u ta’ laħam. B’dan il-mod, dawn il-miżuri jgħinu fit-tisħiħ tal-prinċipju ta’ ktajjen tal-provvista qosra filwaqt li jipproteġu lill-annimali billi jipprevjenu trasport fit-tul għall-iskarnar.

It-trasport għal skopijiet oħrajn minbarra l-iskarnar għandu jkun limitat ukoll bl-intenzjoni li eventwalment jiġi ssostitwit kemm jista’ jkun bit-trasport ta’ embrijuni, ta’ semen u ta’ oħrajn simili li huwa ħafna aktar effiċjenti f’termini tan-numri ta’ annimali ttrasportati, kif ukoll ekoloġiku u joħloq anqas spejjeż.

L-objettivi ġenerali tal-proposta huma li:

tikkontribwixxi għal produzzjoni agrikola u tal-ikel sostenibbli;

tiżgura livell ogħla ta’ benesseri tal-annimali;

iġġib ir-rekwiżiti dwar il-benesseri tal-annimali eqreb lejn l-aħħar evidenza xjentifika;

tindirizza d-domandi tas-soċjetà;

tagħmel ir-regoli aktar faċli sabiex jiġu infurzati (inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni);

tiżgura funzjonament bla xkiel tas-suq intern, kemm għall-annimali mrobbijin kif ukoll għall-annimali ttrasportati għal skopijiet ekonomiċi oħrajn.

B’mod aktar speċifiku, l-objettivi speċifiċi ta’ din ir-reviżjoni huma, fost l-oħrajn, li:

tnaqqas il-problemi tal-benesseri tal-annimali marbutin ma’ vjaġġi twal u ma’ ħatt u tagħbija mill-ġdid ripetittivi marbutin ma’ diversi perjodi ta’ mistrieħ;

tiżgura li l-annimali jkollhom aktar spazju meta jiġu ttrasportati;

ittejjeb il-kundizzjonijiet tat-trasport ta’ annimali vulnerabbli;

tevita l-esponiment tal-annimali għal temperaturi estremi;

tiffaċilita l-infurzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-annimali, inkluż permezz tad-diġitalizzazzjoni;

tipproteġi aħjar lill-annimali esportati lejn pajjiżi terzi;

tipproteġi aħjar lill-qtates u lill-klieb ittrasportati b’rabta ma’ attività ekonomika.

Din il-proposta leġiżlattiva hija adottata fl-istess ħin ma’ proposta leġiżlattiva dwar il-benesseri tal-klieb u tal-qtates u t-traċċabilità tagħhom. Iż-żewġ proposti huma koerenti ma’ xulxin.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti mar-regoli tal-UE dwar il-kontrolli uffiċjali fil-katina agroalimentari 12 . Il-proposta hija wkoll koerenti mal-proposta tal-Kummissjoni li jiġu stabbiliti regoli għall-benesseri tal-klieb u tal-qtates imrobbijin u miżmumin fi stabbilimenti u li tittejjeb it-traċċabilità tal-klieb u tal-qtates imqegħdin fis-suq u forniti fl-Unjoni.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt.

Il-proposta hija maħsuba sabiex taħdem f’sinerġija ma’ inizjattivi u ma’ politiki oħrajn tal-UE li jaffettwaw kemm l-annimali ħajjin kif ukoll it-trasport, b’mod partikolari l-politika tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali 13 , ir-regoli tal-UE dwar il-ħinijiet tas-sewqan, il-pawżi u l-perjodi ta’ mistrieħ għas-sewwieqa tat-trakkijiet 14 , u r-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għal skopijiet xjentifiċi 15 .

Il-politika kummerċjali tal-UE għandha wkoll rwol fil-promozzjoni ta’ standards ogħla tal-benesseri. Il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet ġodda u aktar ċari dwar ir-regoli dwar il-benesseri tal-annimali applikabbli għat-trasport ta’ annimali ħajjin minn pajjiż terz lejn l-Unjoni, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar ir-regoli dwar il-benesseri tal-annimali applikabbli għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-Unjoni lejn pajjiż terz tad-destinazzjoni. Fiż-żewġ każijiet (importazzjonijiet u esportazzjonijiet), l-operaturi għandhom jiżguraw li r-regoli tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali jiġu rrispettati mill-punt tat-tluq sal-punt tad-destinazzjoni. Fiż-żewġ każijiet huwa pprovdut perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin li jippermetti lill-operaturi jadattaw.

Fl-aħħar nett, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data (b’mod partikolari, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) japplikaw għad-dispożizzjonijiet dwar it-traċċar f’ħin reali tal-vetturi.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika tal-proposta hija l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) peress li huwa neċessarju li jiġu eliminati l-ostakli għat-trasport ta’ annimali ħajjin li jaffettwaw is-suq intern tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-benesseri tal-annimali.

Il-proposta hija bbażata wkoll fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE billi l-proposta għandha wkoll l-għan li tiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, mhux biss għall-annimali koperti fil-qafas tal-PAK iżda wkoll għal annimali oħrajn, bħall-qtates u l-klieb, l-annimali għall-fer, ċerti tipi ta’ annimali selvaġġi, u l-annimali użati għal skopijiet xjentifiċi, u b’hekk tmur lil hinn mill-agrikoltura u mill-produzzjoni tal-ikel.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-annimali spiss jiġu ttrasportati bejn il-fruntieri u kull sena jiġu ttrasportati 1.4 biljun annimal terrestri bejn l-Istati Membri tal-UE. Il-problemi identifikati fit-trattament xieraq tal-annimali, inklużi l-fatturi sottostanti tagħhom, iseħħu madwar l-UE, għalkemm fi gradi differenti fi Stati Membri differenti. Fl-aħħar nett, il-problemi identifikati fil-benesseri tal-annimali għandhom konsegwenzi transfruntiera inkluż theddid għas-saħħa pubblika, bħar-reżistenza għall-antimikrobiċi. Tabilħaqq, kif stabbilit mill-EFSA 16 , it-trasport tal-annimali jżid ir-riskju ta’ trażmissjoni ta’ batterji reżistenti għall-antimikrobiċi bejn l-annimali (minħabba diversi fatturi ta’ riskju, bħall-kuntatt bejn l-annimali, id-durata tat-trasport, it-trażmissjoni fl-ajru fil-vettura, kundizzjonijiet ambjentali avversi bħat-temperatura). Din iż-żieda fit-tixrid tal-AMR fost l-annimali għandha konsegwenzi indiretti għall-AMR li taffettwa lill-bniedem.

L-azzjoni meħuda fil-livell nazzjonali ma hijiex mistennija twassal għal titjib konsiderevoli fil-benesseri tal-annimali u tkun biss parzjalment kapaċi tissodisfa t-tħassib taċ-ċittadini. Għalkemm il-qasam diġà huwa rregolat bir-Regolament 1/2005, li b’hekk jillimita l-marġni tal-Istati Membri sabiex jadottaw regoli nazzjonali, għad hemm diverġenzi importanti fir-regoli nazzjonali f’aspetti ewlenin (eż. il-kundizzjonijiet għat-trasport ta’ annimali vulnerabbli fi Stat Membru, ir-rekwiżiti għall-esportazzjoni tal-annimali, ir-rekwiżiti għat-trasport tal-annimali bil-baħar), li jaffettwaw b’mod negattiv il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u l-kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi. Azzjoni kontinwa fil-livell nazzjonali tkun twassal għal aktar frammentazzjoni tar-rekwiżiti u għal żieda fid-differenzi fil-livelli tal-benesseri tal-annimali bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri japplikaw ukoll ċerti dispożizzjonijiet u jinfurzaw ir-regoli b’mod differenti, u b’hekk joħolqu wkoll ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Barra minn hekk, ir-regoli nazzjonali ma jistgħux japplikaw għat-trasport transfruntier minn Stati Membri oħrajn u, għalhekk, il-movimenti transfruntiera jsiru xprunatur ta’ standards inferjuri tal-benesseri tal-annimali.

Ir-rekwiżiti dwar il-benesseri tal-annimali marbutin mat-trasport fil-livell tal-UE jeħtieġu approċċ armonizzat u, għalhekk, jistgħu jiġu rregolati b’mod effettiv fil-livell tal-UE. B’sett omoġenu ta’ regoli, din il-proposta se twassal għal rekwiżiti uniformi u aktar ċari għat-trasport tal-annimali u għal użu aħjar tat-teknoloġiji disponibbli. Għalhekk, ir-reviżjoni se tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi fi ħdan is-suq intern, tiffaċilita l-kummerċ intra-UE tal-annimali u tipprovdi sorveljanza regolatorja aktar effiċjenti.

Meta wieħed iqis dawn l-elementi, l-azzjoni tal-UE hija ġustifikata: tkun tikseb approċċ konsistenti b’mod aktar effettiv u effiċjenti milli jekk l-Istati Membri jaġixxu individwalment u b’mod indipendenti.

Proporzjonalità

Il-miżuri proposti jissieltu sabiex jintlaħaq bilanċ bejn livell għoli ta’ benesseri tal-annimali u l-impatt fuq l-operaturi kkonċernati. Kundizzjonijiet ulterjuri dwar l-esportazzjoni tal-annimali lejn pajjiżi terzi jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sal-punt tad-destinazzjoni fil-pajjiż terz, u b’hekk jikkodifikaw il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward. Minħabba li l-alternattiva li jiġu pprojbiti l-esportazzjonijiet ta’ annimali ħajjin lejn pajjiżi barra mill-UE jkollha effetti detrimentali fuq is-settur, il-kundizzjonijiet aktar stretti għall-esportazzjoni għandhom l-għan li jtejbu l-benesseri tagħhom filwaqt li jżommu l-operazzjonijiet ekonomikament fattibbli. Bl-istess mod, il-miżuri dwar il-ħinijiet massimi tal-vjaġġi huma mfasslin sabiex il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet ma jiġux affettwati.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati li għandhom jiġu applikati meta l-annimali jiġu ttrasportati f’temperaturi għoljin jew baxxi se jippermettu t-trasport mingħajr ma jixxekkel il-benesseri tal-annimali ttrasportati.

Din il-proposta tipprevedi perjodi ta’ tranżizzjoni sabiex l-atturi jkunu jistgħu jadattaw gradwalment. Għar-regoli l-ġodda dwar il-ħinijiet massimi tal-vjaġġi, inklużi l-ħinijiet massimi tal-vjaġġi għall-għoġġiela mhux miftumin, l-allokazzjonijiet tal-ispazju, l-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet, l-età u l-piż minimi tal-għoġġiela mhux miftumin, u t-trekkjar f’ħin reali, il-perjodu ta’ tranżizzjoni huwa stabbilit għal 5 snin. Għar-regoli l-ġodda dwar it-trasport tal-qtates u tal-klieb, il-perjodu ta’ tranżizzjoni huwa ta’ 3 snin.

Għażla tal-istrument

Minħabba li d-dispożizzjonijiet attwali huma stabbiliti f’Regolament, l-istrument xieraq sabiex tiġi indirizzata din l-emenda huwa Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali kienet soġġetta għal Kontroll tal-Idoneità, inkluż dwar it-trasport ta’ annimali ħajjin.

Il-Kontroll tal-Idoneità stabbilixxa li hemm livell subottimali ta’ trattament xieraq tal-annimali fl-UE, u ċerti distorsjonijiet tas-suq intern għall-bdiewa u għal operaturi oħrajn ta’ negozju tal-ikel. Għad hemm sfidi assoċjati ma’ vjaġġi twal, mat-trasport f’temperaturi estremi u mat-trasport ta’ annimali vulnerabbli, bħall-għoġġiela mhux miftumin u l-annimali tqal. Barra minn hekk, hemm diffikultajiet prattiċi għar-rikonċiljazzjoni tal-ħinijiet tal-vjaġġ speċifiċi għall-ispeċijiet għall-annimali fir-Regolament dwar it-Trasport u l-ħinijiet tas-sewqan skont ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 dwar ċerti regoli soċjali relatati mat-trasport bit-triq 17 . Barra minn hekk, l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u l-isfidi futuri għas-sostenibbiltà ma humiex indirizzati kif xieraq mir-regoli attwali.

F’Mejju 2022, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva dwar il-Kontroll tal-Idoneità, b’ċerti rakkomandazzjonijiet.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni

F’Lulju 2021, il-Kummissjoni ppubblikat Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu 18 li fiha ppreżentat l-għażliet ta’ politika li għandhom jiġu indirizzati fil-valutazzjoni tal-impatt. Wara li ġew analizzati d-983 kontribut riċevuti, ġew identifikati erba’ kampanji u tqiesu 525 kontribut individwali rilevanti għall-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport.

Konsultazzjoni Pubblika 19 minn Ottubru 2021 sa Jannar 2022 irċiviet kważi 60 000 tweġiba dwar l-idoneità tar-regoli attwali u dwar kif jistgħu jittejbu.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni organizzat konferenza ta’ ġurnata tal-partijiet ikkonċernati 20 dwar il-benesseri tal-annimali fid-9 ta’ Diċembru 2021 bi kważi 500 parteċipant.

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu, il-konsultazzjoni pubblika u l-konferenza tal-partijiet ikkonċernati koprew aspetti differenti tar-reviżjoni li għaddejja tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali, inkluż fir-rigward tar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport.

Fl-istudju estern li appoġġa l-valutazzjoni tal-impatt, twettqu attivitajiet ta’ konsultazzjoni mmirati, inklużi disa’ intervisti esploratorji, stħarriġ immirat bi 68 tweġiba analizzati, 43 intervista għal studji tal-każ u kontributi ulterjuri permezz ta’ żewġ grupp fokali u workshop.

Fl-aħħar nett, u fil-qafas tal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, inħoloq sottogrupp dwar it-trasport tal-annimali, magħmul minn esperti mill-Istati Membri, minn organizzazzjonijiet tan-negozju, minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minn espert indipendenti wieħed. Il-Kummissjoni organizzat għaxar laqgħat sabiex tiddiskuti l-għażliet ta’ politika ewlenin li qegħdin jiġu kkunsidrati għall-proposta, li l-minuti tagħhom huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Pajjiżi terzi b’esperjenza fit-trasport tal-bhejjem ikkontribwew għal dawn il-konsultazzjonijiet.

L-eżiti ewlenin tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni

Ċittadini

Iċ-ċittadini jappoġġaw il-limitazzjoni tal-ħinijiet tal-vjaġġ u l-projbizzjoni tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, speċjalment jekk l-annimali jkunu maħsubin għall-iskarnar. Fir-rigward ta’ annimali vulnerabbli, b’mod partikolari dawk mhux miftumin, iċ-ċittadini jippreferu jipprojbixxu t-trasport tagħhom.

Iċ-ċittadini jappoġġaw ukoll rekwiżiti speċifiċi għall-ispeċijiet.

NGOs għall-benesseri tal-annimali

B’mod simili, l-organizzazzjonijiet għall-benesseri tal-annimali jixtiequ limitu fil-ħinijiet tal-vjaġġ u projbizzjoni tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Xi organizzazzjonijiet jixtiequ projbizzjoni totali fuq it-trasport. Fil-fehma tagħhom, l-annimali vulnerabbli ma għandhomx jiġu ttrasportati.

Għal kategoriji oħrajn ta’ annimali, huma jappoġġaw rekwiżiti speċifiċi għall-ispeċijiet u titjib fl-użu tal-mezzi teknoloġiċi sabiex jinkiseb infurzar aħjar. L-organizzazzjonijiet għall-benesseri tal-annimali jixtiequ wkoll armonizzazzjoni tal-penali.

Operaturi ta’ negozju

L-operaturi ta’ negozju (b’mod partikolari l-produtturi) juru l-anqas appoġġ għal-limitazzjoni tal-ħinijiet tal-vjaġġi. Il-biċċa l-kbira tal-operaturi ta’ negozju huma favur rekwiżiti speċifiċi għall-ispeċijiet aktar milli projbizzjoni fuq it-trasport ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali.

L-operaturi jenfasizzaw il-ħtieġa għal infurzar aħjar minflok regoli ġodda u jappoġġaw l-użu ta’ teknoloġiji ġodda għal dan l-għan.

Awtoritajiet nazzjonali

Ġeneralment, l-awtoritajiet nazzjonali ma humiex favur projbizzjoni totali tal-esportazzjonijiet ta’ annimali ħajjin, iżda hemm appoġġ mifrux għall-introduzzjoni ta’ miżuri aktar stretti fir-rigward ta’ annimali mhux miftumin u ta’ annimali vulnerabbli oħrajn, kif ukoll għall-introduzzjoni ta’ ħinijiet massimi tal-vjaġġ.

Fir-rigward ta’ teknoloġiji ġodda, l-introduzzjoni ta’ applikazzjoni diġitali fil-livell tal-UE sabiex jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri kienet ġeneralment appoġġata mill-awtoritajiet nazzjonali.

Kunsiderazzjoni tar-riżultati mill-Kummissjoni

Ir-riżultati mill-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ntużaw sabiex jinformaw l-isfidi ffaċċjati bl-implimentazzjoni attwali tar-Regolament, iżda wkoll sabiex jinformaw l-għażliet ta’ politika u jiġu vvalutati l-impatti tagħhom, pereżempju fir-rigward tal-impatt fuq l-operaturi jew sa liema punt jiġi indirizzat it-tħassib taċ-ċittadini.

L-evidenza miġbura mingħand il-partijiet ikkonċernati kkontribwiet ukoll għad-definizzjoni tal-perjodi ta’ tranżizzjoni u għall-iżgurar tal-proporzjonalità tal-miżuri.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-metodoloġija użata

Il-Kummissjoni fittxet l-għarfien espert tal-EFSA, li fl-2022 ħarġet ħames opinjonijiet xjentifiċi (ara l-premessa 4 tal-proposta) dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport fuq l-ekwidi, fuq il-bovini, fuq ir-ruminanti żgħar, fuq il-ħnieżer, fuq l-għasafar domestiċi u fuq il-fniek.

Il-proposta qieset ukoll l-istandards internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport bil-baħar, bit-triq u bl-ajru adottati mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali 21 .

Ir-rapporti tal-awditjar rilevanti kollha mwettqin mis-servizzi tal-Kummissjoni ntużaw u hekk ukoll sorsi statistiċi jew bażijiet tad-data rilevanti (il-Eurostat, is-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES), eċċ.).

Twettaq studju estern 22 li jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport. Dan l-istudju ġabar informazzjoni u data dwar l-impatti u l-kostijiet għall-partijiet ikkonċernati tal-miżuri u tal-għażliet proposti inizjalment.  

Barra minn hekk, twettaq studju 23 dwar il-valutazzjoni tal-impatti kumulattivi taż-żewġ pakketti proposti ta’ miżuri u ta’ għażliet. Dan l-istudju jippreżenta r-riżultati ta’ analiżi tal-katina tal-provvista (imwettqa minn espert estern), u mmudellar (imwettaq miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni) tal-impatti tal-bidliet fil-kostijiet tal-input, kif identifikati f’din l-analiżi tal-katina tal-provvista, fuq il-livelli tal-produzzjoni, fuq il-prezzijiet bl-imnut, fuq l-esportazzjonijiet u fuq l-importazzjonijiet. L-istudju fih valutazzjoni tal-impatti taż-żewġ pakketti fuq is-sigurtà tal-ikel u fuq l-affordabbiltà tal-ikel (imwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni).  

Barra minn hekk, ġew ikkunsidrati l-istudji minn żewġ proġetti pilota, ikkummissjonati mill-Kummissjoni fuq talba tal-Parlament Ewropew, dwar it-trasport ta’ għoġġiela tal-ħalib mhux miftumin 24 u ta’ baqar tal-ħalib fi tmiem il-karriera 25 . Barra minn hekk, ġie kkunsidrat ir-rapport analitiku tal-Qorti tal-Awdituri 26 dwar it-trasport ta’ annimali ħajjin fl-UE.

Fl-aħħar nett, fl-2022 u fl-2023, il-Kummissjoni kkonsultat is-sottogrupp dwar it-trasport skont il-Pjattaforma tal-UE dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-Kummissjoni organizzat ukoll numru ta’ laqgħat konsultattivi ma’ diversi partijiet ikkonċernati affettwati mir-reviżjoni.

Sommarju tal-pariri riċevuti u użati

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-EFSA tqiesu fil-proposta, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

il-limitazzjoni tal-ħinijiet tal-vjaġġi,

iż-żieda tal-allokazzjonijiet tal-ispazju,

l-istabbiliment tat-temperaturi kritiċi superjuri matul it-trasport.

Ir-rakkomandazzjonijiet ġew modulati fil-proposta sabiex tiġi żgurata l-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-bidliet proposti.

Rapporti tal-awditjar u konsultazzjonijiet mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għat-trasport tal-annimali pprovdew għal informazzjoni u għall-aħjar prattiki.

Mezzi użati sabiex l-għarfien espert jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku

L-opinjonijiet tal-EFSA, ir-rakkomandazzjonijiet internazzjonali, ir-rapporti tal-awditjar u l-minuti tad-diskussjonijiet mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali, u mas-sottogrupp tal-Pjattaforma dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali fuq it-trasport, lkoll huma disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet. Iż-żewġ studji esterni li jappoġġaw il-valutazzjoni tal-impatt ġew ippubblikati wkoll mill-Kummissjoni Ewropea.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt tindirizza sitt miżuri: il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-allokazzjoni tal-ispazju, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, it-trasport ta’ annimali vulnerabbli, it-trasport f’temperaturi sħan, teknoloġiji ġodda għall-monitoraġġ u għall-kontrolli, u t-trasport ta’ qtates u ta’ klieb.

Il-miżuri jissodisfaw il-prinċipju ta’ ebda ħsara sinifikanti billi l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha magħżulin (il-limitazzjoni tad-durati tal-vjaġġ iżda ż-żieda tal-allokazzjoni tal-ispazju għall-annimali fit-trakkijiet) b’mod ġenerali jkunu jirrappreżentaw impatt negliġibbli fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG).

Barra minn hekk, il-proposta tissodisfa l-prinċipju diġitali b’mod awtomatiku billi għandha l-għan li tiddiġitalizza ċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet li skont ir-Regolament attwali jiġu stampati.

Il-ħinijiet massimi tal-vjaġġ u l-allokazzjonijiet tal-ispazju matul it-trasport

L-għażliet ivvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt huma:

1.il-ħinijiet massimi tal-vjaġġ ta’ 12-il siegħa għall-annimali kollha, u r-reviżjoni tar-regoli dwar l-allokazzjoni tal-ispazju f’konformità mal-EFSA, jew

2.ħinijiet massimi tal-vjaġġ ta’ 9 sigħat għall-annimali għall-iskarnar, u 21 siegħa (b’minimu ta’ siegħa mistrieħ wara 10 sigħat) + waqfa ta’ 24 siegħa bil-ħatt + 21 siegħa (b’minimu ta’ siegħa mistrieħ wara 10 sigħat) għal annimali oħrajn, u r-reviżjoni tar-regoli dwar l-allokazzjoni tal-ispazju f’konformità mal-EFSA.

Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li t-tieni għażla hija ppreferuta. Din l-għażla hija espressa sew mar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet soċjali tas-sewwieqa 27 . Din il-proposta tirrifletti din l-għażla ppreferuta, u tipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin għal dawn il-miżuri.

Il-limitazzjoni tal-ħinijiet tal-vjaġġ se jkollha impatt pożittiv kbir fuq il-benesseri tal-annimali, għall-annimali ttrasportati kemm għall-iskarnar kif ukoll għal raġunijiet oħrajn. Dan mhux biss minħabba l-limitazzjoni tat-tul tal-vjaġġ, iżda wkoll minħabba l-limitazzjoni tal-frekwenza tal-ħatt u tat-tagħbija mill-ġdid, li hija assoċjata ma’ problemi relatati mal-istress u mal-benesseri (filwaqt li llum ma hemm l-ebda limitazzjoni fin-numru ta’ drabi ta’ ħatt għal mistrieħ ta’ 24 siegħa, ir-regoli l-ġodda mhux se jippermettuh fil-każ ta’ annimali għall-iskarnar u se jippermettu biss perjodu ta’ mistrieħ wieħed bħal dan għall-ħatt għall-annimali ttrasportati għal skopijiet oħrajn). Kull sena, 2,6 miljun annimal jiġu ttrasportati għal durata ta’ aktar minn 9 sigħat għall-iskarnar, u kull sena miljun jiġu ttrasportati għal aktar minn 42 siegħa għal tipi oħrajn ta’ vjaġġi bejn l-Istati Membri.

Fir-rigward tal-annimali ttrasportati għall-iskarnar, l-għażla ma hijiex mistennija jkollha impatti ekonomiċi kbar peress li fl-UE jitwettqu relattivament ftit vjaġġi ta’ aktar minn 9 sigħat (bejn 0,3 % u 3,4 % tal-annimali ttrasportati għall-iskarnar madwar l-Istati Membri, skont l-ispeċi).

Fi ħdan l-UE, il-ħinijiet tal-vjaġġ proposti għall-annimali ttrasportati għas-simna u għall-produzzjoni jkollhom impatt fuq 1,4 % tal-bovini u fuq 0,2 % tal-ħnieżer. Il-ħinijiet tal-vjaġġ proposti għall-annimali ttrasportati għat-tnissil ikollhom impatt fuq bejn 9 % u 16 % tal-baqar, tal-mogħoż, tal-ħnieżer u tan-nagħaġ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, dan huwa mistenni wkoll jkollu impatti ekonomiċi limitati fuq l-operaturi.

Flimkien ma’ żieda fl-allokazzjonijiet tal-ispazju, fit-trakkijiet, allinjata mal-opinjoni tal-EFSA, dan huwa mistenni jġib benefiċċji sinifikanti għall-benesseri tal-annimali, kif ukoll kostijiet addizzjonali għat-trasportaturi minħabba n-neċessità li jixtru trakkijiet addizzjonali, billi r-regoli l-ġodda huma mistennijin jirriżultaw f’żieda fin-numru ta’ sigħat u fil-kostijiet tat-trasport.

Fil-livell tal-UE, il-kostijiet aggregati netti annwali jvarjaw skont l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali ttrasportati, li jvarjaw minn EUR 35 miljun għat-trasport tat-tiġieġ tal-bajd sa EUR 1 069 miljun għat-trasport tal-frat taċ-ċanga. Il-maġġoranza ta’ dawn il-kostijiet ġejja minn żieda fl-allokazzjoni tal-ispazju, u taqa’ fuq it-trasportaturi. Din id-data aggregata hija marbuta mal-kwantitajiet kbar ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali prodott fl-UE (u għalhekk, man-numru kbir ta’ annimali ttrasportati). Bħala medja, dan jikkorrispondi għal żieda fil-kostijiet tal-input ta’ 1,4 ċenteżmu tal-euro għal kull kilo laħam, ħalib, jew bajd prodott. L-impatt fuq il-prezzijiet bl-imnut, kif deskritt hawn taħt taħt “valutazzjoni ġenerali”, jikkorrispondi għal titjib fil-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali matul it-trasport li fil-biċċa l-kbira jwieġeb għat-talba taċ-ċittadini tal-Unjoni, kif muri mir-riżultati tal-Ewrobarometru tal-2023 li fih 83 % talbu titjib fit-tali kundizzjonijiet.

F’termini ta’ impatti soċjali, żieda fil-vjaġġi tat-trasport meħtieġa żżid il-ħtieġa għas-sewwieqa. F’termini ta’ impatti ambjentali, filwaqt li t-tnaqqis tal-ħinijiet tal-vjaġġ inaqqas l-emissjonijiet, iż-żidiet fl-allokazzjoni tal-ispazju jwasslu għal żieda fl-emissjonijiet. Il-valutazzjoni tal-impatt turi li l-effett kombinat ta’ dawn il-miżuri huwa żieda marġinali fl-emissjonijiet.

Esportazzjoni ta’ annimali ħajjin

L-għażliet ivvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt huma:

1.projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet ta’ ruminanti; jew

2.regoli msaħħin ġodda dwar l-importazzjoni, inklużi regoli sabiex jiġi żgurat li l-miżuri dwar il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-allokazzjoni tal-ispazju jiġu applikati sal-post tad-destinazzjoni, uffiċjal tal-benesseri tal-annimali abbord il-bastimenti, u l-ħtieġa li l-bastimenti jtajru bandiera bajda jew griża skont ir-regoli dwar is-sikurezza marittima.

Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li t-tieni għażla hija ppreferuta. Din il-proposta tirrifletti din l-għażla ppreferuta, u tipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin għal dawn il-miżuri.

L-esportazzjoni taħt kundizzjonijiet aktar stretti (inklużi regoli dwar il-ħinijiet massimi tal-vjaġġi għat-trasport bit-triq u rekwiżiti aktar stretti ta’ sikurezza marittima għall-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem) tkun tfisser titjib sinifikanti għall-benesseri tal-annimali.

Għat-trasport bit-triq, filwaqt li n-numru ta’ kilometri vvjaġġati jista’ jitnaqqas, l-operaturi se jkollhom bżonn jaġġornaw it-trakkijiet sabiex iżidu l-allokazzjoni tal-ispazju.

Fir-rigward tat-trasport marittimu, il-kost medju tat-taħriġ ta’ uffiċjal tal-benesseri tal-annimali għal kull persuna fis-sena huwa stmat għal EUR 241. Tista’ tkun mistennija żieda fil-kostijiet tal-infurzar assoċjati mal-għażla ta’ titjib tal-istandards għall-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem.

L-emissjonijiet mit-trakkijiet u mill-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem ma humiex mistennijin ivarjaw b’mod sinifikanti, billi n-numru ta’ annimali ttrasportati ma huwiex mistenni jvarja b’mod sinifikanti.

It-trasport ta’ għoġġiela mhux miftumin

L-għażla eżaminata fil-valutazzjoni tal-impatt tikkonsisti f’żewġ miżuri għall-għoġġiela mhux miftumin:

1.il-ħinijiet massimi tal-vjaġġ ta’ 19-il siegħa għall-għoġġiela mhux miftumin (9 sigħat + siegħa mistrieħ + 9 sigħat), sakemm teżisti sistema effiċjenti ta’ għalf (perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin); u

2.età minima ta’ 5 ġimgħat u piż minimu ta’ 50 kg għat-trasport ta’ għoġġiela mhux miftumin (perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn).

Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonferma dawn iż-żewġ miżuri fl-għażla ppreferuta. Din il-proposta leġiżlattiva tiddevja minn din il-konklużjoni dwar id-durata tal-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-età u għall-piż minimi tal-għoġġiela mhux miftumin li għandhom jiġu ttrasportati, u tipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin f’dan il-każ ukoll. Dan sabiex jittaffew l-impatti fuq il-bdiewa li jrabbu bhejjem li jipproduċu l-ħalib li se jkollhom bżonn jadattaw sabiex l-għoġġiela jinżammu għal aktar żmien fil-farm.

Il-ħinijiet massimi tal-vjaġġ u l-età u l-piż minimi tal-annimali ttrasportati jtejbu l-benesseri tal-għoġġiela mhux miftumin, meqjusa bħala annimali vulnerabbli partikolarment esposti għar-riskji relatati mal-benesseri u mas-saħħa matul it-trasport.

L-iżviluppi teknoloġiċi fl-istabbiliment ta’ sistema effettiva għat-tmigħ tal-għoġġiela fuq it-trakkijiet huma avvanzati sew, iżda għadhom ma jintużawx b’mod ġenerali, u jkunu jippermettu t-trasport ta’ għoġġiela sa 19-il siegħa (sewqan ta’ 9 sigħat, mistrieħ ta’ siegħa u ta’ tmigħ, sewqan ta’ 9 sigħat). Dan itaffi l-impatti ekonomiċi negattivi ta’ ħinijiet massimi tal-vjaġġ ta’ 8 sigħat f’każ li ma tkun fis-seħħ l-ebda sistema effettiva ta’ tmigħ, għalkemm it-tliet stati Baltiċi xorta waħda jkunu affettwati, billi bħalissa huma l-punt tat-tluq ta’ vjaġġi twal għal għoġġiela mhux miftumin li jaqbżu d-19-il siegħa. Qiegħed jiġi propost perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin, peress li l-Istati Membri affettwati minn din il-miżura jeħtieġu ż-żmien sabiex jirristrutturaw is-settur tagħhom. Filwaqt li l-intervall tat-tmigħ ikun ta’ 9 sigħat fil-każijiet kollha, meta l-għoġġiela jiġu ttrasportati minn bastimenti tal-kontejners/tal-merkanzija ro-ro (eż. mill-Irlanda għall-kontinent), il-parti tal-vjaġġ imqatta’ fuq il-bastiment tal-kontejners/tal-merkanzija ro-ro ma tingħaddx fil-ħin massimu tal-vjaġġ imsemmi hawn fuq.

Il-kost għall-installazzjoni ta’ sistema tat-tmigħ fi trakk eżistenti huwa stmat li jkun bejn EUR 25 000 – EUR 30 000, filwaqt li trakk ġdid mgħammar b’sistema tat-tmigħ bħal din huwa stmat li jiswa madwar EUR 500 000. Minħabba l-età akbar tal-għoġġiela, it-trakkijiet attwali bi tliet sulari jkollhom bżonn jiġu ttrasformati fi trakkijiet b’żewġ sulari, li jġarrbu kostijiet limitati għat-trasportaturi.

Ir-rekwiżiti l-ġodda huma stmati li jżidu l-kost għall-bdiewa li jrabbu annimali li jipproduċu l-ħalib sabiex iżommu l-annimali għal aktar żmien fil-farms. Madankollu, il-prezz tal-bejgħ tal-għoġġiela jkun ogħla billi jsiru aktar b’saħħithom. Status aħjar tas-saħħa u mortalità mnaqqsa tal-għoġġiela mal-wasla minħabba reżiljenza akbar huma ta’ benefiċċju għall-farms tat-tismin ukoll. Għalhekk, b’mod ġenerali, l-impatt għall-biċċa l-kbira tal-bdiewa huwa mistenni jkun pożittiv.

L-għażla jkollha impatt ambjentali pożittiv, billi ħinijiet massimi tal-vjaġġ aktar limitati jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mat-trasport.

It-trasport f’temperaturi sħan

L-għażla eżaminata fil-valutazzjoni tal-impatt tikkonsisti f’approvazzjoni tat-trasport għal vjaġġi twal soġġetti għal previżjonijiet tat-temp. Jekk il-previżjoni tat-temp tkun ta’ bejn 25°C u 30°C, vjaġġi qosra biss (massimu ta’ 9 sigħat) ikunu permessi binhar, b’aċċess għall-ilma għall-annimali.  Jekk il-previżjoni tat-temp tkun ogħla minn 30°C, ikun permess biss it-trasport tal-annimali billejl (jiġifieri bejn id-21h00 u l-10h00). Huwa previst perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin. Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonferma dan bħala l-għażla ppreferuta, li hija riflessa wkoll f’din il-proposta.

L-għażla ttejjeb il-benesseri tal-annimali peress li tippermettilhom jevitaw l-istress mis-sħana.

Ħafna Stati Membri llum ma japprovawx vjaġġi twal meta jkunu previsti temperaturi ogħla minn 30°C, b’mod addizzjonali għar-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni. Għalhekk, l-impatti ekonomiċi ta’ din il-miżura jistgħu jkunu mistennijin li se jkunu marbutin l-aktar mal-isfida loġistika tat-trasport tal-annimali billejl meta t-temperatura ta’ binhar tkun prevista għal aktar minn 30° C, iżda se jipprovdu regoli uniformi għal każijiet bħal dawn fl-UE. It-trasportaturi se jaraw żieda fil-kostijiet tagħhom minħabba pagi ogħla għas-sewqan billejl iżda wkoll kostijiet amministrattivi ogħla meta l-ispezzjonijiet u l-kontrolli jkollhom jitwettqu matul il-lejl. Huwa mistenni wkoll impatt limitat fuq il-bdiewa u fuq il-biċċeriji.

Ma huwa mistenni l-ebda impatt ambjentali. Fir-rigward tal-impatt soċjali, il-ħaddiema fis-setturi, speċifikament is-sewwieqa, il-persunal tal-biċċeriji, il-veterinarji uffiċjali, jista’ jkollhom bżonn iwettqu numru akbar ta’ xiftijiet ta’ bil-lejl li jista’ jkollu impatt addizzjonali fuq il-ħtiġijiet ta’ ħaddiema.

Teknoloġiji ġodda

Fil-valutazzjoni tal-impatt ġew ivvalutati żewġ għażliet. L-ewwel għażla hija magħmula minn dawn iż-żewġ miżuri:

1.Il-pożizzjonament f’ħin reali tat-trakkijiet; u

2.Bażi tad-data ċentrali u applikazzjoni diġitali.

It-tieni għażla kienet tikkonsisti f’kontrolli retroattivi bbażati fuq trakografi, flimkien mal-bażi tad-data ċentrali u mal-applikazzjoni diġitali msemmija hawn fuq.

Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li l-ewwel għażla hija l-għażla ppreferuta, li hija riflessa f’din il-proposta. Tipprevedi li d-data tal-GPS tat-trakkijiet tkun qiegħda tikkomunika ma’ sistema awtomatizzata (il-bażi tad-data ċentrali tal-UE), li tkun konnessa ma’ TRACES sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ taċċessa informazzjoni dwar il-ħin li fih it-trakk ikun laħaq ċerti punti (il-post tat-tluq, il-post ta’ kontroll, il-punti tal-qsim tal-fruntieri bejn l-Istati Membri, il-post tad-destinazzjoni) sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu kontrolli uffiċjali bbażati fuq informazzjoni bħal din. Peress li t-tnaqqis tal-ħinijiet massimi tal-vjaġġ huwa waħda mill-miżuri ewlenin sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-politika dwar il-benesseri tal-annimali, dan huwa neċessarju sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jingħataw għodod bl-għan li jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali b’mod effettiv.

Is-sistemi ta’ trekkjar f’ħin reali jagħmluha possibbli li jiġu mmirati aħjar il-kontrolli uffiċjali u li dawn jitwettqu b’mod aktar effiċjenti bl-għajnuna tal-bażi tad-data ċentrali tal-UE, li jirriżulta f’titjib fil-benesseri tal-annimali.

Peress li aktar minn 77 % tat-trakkijiet tat-trasport attwali diġà huma mgħammrin b’sistema ta’ trekkjar, il-kostijiet tal-operaturi sabiex jissodisfaw l-istandards il-ġodda jkunu marġinali.

Il-piż amministrattiv għat-trasportaturi huwa mistenni jonqos sostanzjalment bl-użu ta’ sistema ta’ trekkjar awtomatizzata u ta’ pjattaforma tal-IT.

Il-kots ewlieni, għalkemm limitat, ikun assoċjat mal-Kummissjoni sabiex tiżviluppa moduli fis-sistema TRACES eżistenti (ara d-Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva). L-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jġarrbu kostijiet limitati relatati mat-taħriġ tal-persunal.

Għalkemm id-diġitalizzazzjoni, li tnaqqas l-użu tal-karti, hija mistennija tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-karta, hija mistennija żieda żgħira fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-użu akbar tal-enerġija.

Huwa mistenni impatt soċjali pożittiv żgħir. Filwaqt li jista’ jkun meħtieġ anqas persunal amministrattiv fost l-operaturi ta’ negozju, in-numru ta’ persunal meħtieġ fl-amministrazzjoni pubblika għall-ipproċessar tad-data miġbura jista’ jiżdied. Għall-operaturi, is-simplifikazzjoni bis-saħħa tad-diġitalizzazzjoni tfisser kundizzjonijiet tax-xogħol imtejbin.

Protezzjoni aħjar tal-qtates u tal-klieb ittrasportati għal skopijiet kummerċjali

L-għażliet ivvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt huma:

1.rekwiżiti aġġornati u aktar speċifiċi għat-trasport tal-qtates u tal-klieb għal skopijiet ekonomiċi, inklużi l-kundizzjonijiet tat-temperatura u età minima ta’ 15-il ġimgħa għat-trasport; jew

2.rekwiżiti aġġornati u aktar speċifiċi għall-qtates u għall-klieb iżda b’età minima ta’ 12-il ġimgħa għat-trasport.

Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li t-tieni għażla hija dik preferuta, u dan huwa rifless f’din il-proposta leġiżlattiva, b’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 3 snin.

Il-miżura ttejjeb il-benesseri tal-qtates u tal-klieb ittrasportati fil-kuntest ta’ attività ekonomika, li għaliha fil-preżent fil-biċċa l-kbira hemm nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi. Pereżempju, età minima għat-trasport tippermetti żvilupp aħjar tal-immunità kontra l-mard infettiv.

Fir-rigward tal-impatti ekonomiċi, il-kontrolli veterinarji addizzjonali tas-saħħa tal-qtates u tal-klieb jistgħu jiswew bejn EUR 10 u EUR 40 għal kull annimal. L-impatt ekonomiku tar-rekwiżiti l-ġodda għat-tmigħ u għat-tisqija huwa mistenni jkun limitat, billi diġà japplikaw regoli relattivament simili. Jistgħu jkunu mistennijin ukoll kostijiet addizzjonali għat-trasportaturi, relatati mat-titjib jew mas-sostituzzjoni tal-vetturi attwali tagħhom sabiex jissodisfaw l-istandards il-ġodda. Trejler ġdid tal-klieb disponibbli kummerċjalment mingħajr arja kondizzjonata iżda mfassal kif suppost huwa stmat li jiswa bejn EUR 1 000 u EUR 3 000 għal żewġ sa erbat iklieb.

Ma huwa mistenni l-ebda impatt ambjentali sinifikanti. Meta jitqiesu l-impatti soċjali, inkluż fuq is-saħħa tal-bniedem, ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ tilqim u l-età ogħla fit-trasport proposti f’din il-miżura jistgħu jirriżultaw f’anqas annimali morda wara l-wasla, li jkollhom impatt pożittiv ukoll fuq is-saħħa tal-bniedem.

Valutazzjoni ġenerali

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt jippreżenta wkoll l-impatti kumulattivi mistennijin ta’ żewġ pakketti ta’ għażliet, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività internazzjonali, fuq is-sigurtà tal-ikel, fuq l-affordabbiltà tal-ikel u fuq l-effetti distributtivi. Dan wera li, għal miżuri li jikkonċernaw il-ħinijiet tal-vjaġġ, l-allokazzjoni tal-ispazju, it-trasport ta’ għoġġiela mhux miftumin, it-temperaturi sħan u t-teknoloġiji l-ġodda, l-impatt kumulattiv fuq il-kostijiet tal-input għall-pakkett preferut (pakkett 2) jirrappreżenta fil-livell tal-UE bħala medja żieda fil-kostijiet tal-input ta’ 1,4 ċenteżmu tal-euro għal kull kilo laħam, ħalib jew bajd fis-sena. Din iż-żieda fil-kost hija mistennija sseħħ matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin. L-immudellar imwettaq wera li l-impatti ta’ din iż-żieda limitata fil-kost tal-input fuq il-livelli tal-produzzjoni, fuq il-livelli tal-importazzjonijiet, tal-esportazzjonijiet, kif ukoll fuq il-prezzijiet bl-imnut huma limitati. Konsegwentement, il-miżuri huma mistennijin ikollhom impatti limitati ħafna fuq il-kompetittività internazzjonali tas-settur tal-bhejjem tal-UE. B’mod simili, ma ġie identifikat l-ebda impatt sinifikanti dwar id-dimensjoni tad-disponibbiltà tas-sigurtà tal-ikel (bi tnaqqis marġinali biss fil-konsum tal-pollam). Fir-rigward tal-affordabbiltà tal-ikel, l-immudellar juri impatti fuq il-prezzijiet bl-imnut ta’ bejn 0,06 % u 4,37 % skont il-komodità. Dan jirrappreżenta nefqa addizzjonali li tvarja minn EUR 2,81 sa EUR 14,09 għal kull persuna fis-sena, skont id-dieta u l-introjtu.

Il-valutazzjoni tal-impatt turi li din il-proposta tikkontribwixxi għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs): se tikkontribwixxi għall-SDG 3 “Saħħa u benesseri tajbin” peress li t-titjib tal-benesseri tal-annimali matul it-trasport jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-AMR kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali; tikkontribwixxi wkoll għall-SDG 12 “Konsum u produzzjoni responsabbli” peress li l-produzzjoni tal-ikel bi standards ogħla ta’ trattament xieraq tal-annimali tfisser sistema ta’ produzzjoni aktar responsabbli.

Opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju dwar il-valutazzjoni tal-impatt:

Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet sottomessa lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju għall-approvazzjoni fit-30 ta’ Ottubru 2023, u rċiviet opinjoni pożittiva b’riżervi fis-17 ta’ Novembru 2023. L-opinjoni tal-RSB talbet li tippreżenta l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji b’mod aktar ċar, sabiex tikkomplementa l-analiżi tal-impatti fuq il-kompetittività, l-impatti distributtivi fil-katina tal-provvista, u sabiex tiċċara t-tqabbil tal-għażliet. Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet riveduta sabiex tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-RSB. B’mod partikolari, l-analiżi tal-katina tal-provvista ġiet aġġornata sabiex issir aktar komprensiva u tirrifletti aħjar l-impatti fuq il-produtturi, u ġiet ċċarata r-relazzjoni bejn l-analiżi tal-katina tal-provvista u l-analiżi tal-impatti fuq il-kompetittività.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-provvista ta’ rekwiżiti aktar uniformi – bħal regoli komuni dwar il-ħinijiet massimi tal-vjaġġ – iġġib simplifikazzjoni għall-operaturi, kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti, meta mqabbla mar-regoli attwali li jvarjaw għal kull speċi u għal kull kategorija ta’ annimali. Barra minn hekk, definizzjonijiet aktar ċari u anqas użu ta’ normi miftuħin jagħmlu l-leġiżlazzjoni aktar effiċjenti u aktar faċli sabiex tikkonforma magħhom, peress li l-operaturi ta’ negozju ma għandhomx għalfejn jagħmlu l-valutazzjonijiet tagħhom stess sabiex jiddeċiedu dwar il-limiti li għandhom jintużaw sabiex japplikaw dispożizzjonijiet differenti.

Użu akbar ta’ għodod diġitali jissimplifika l-komunikazzjoni bejn in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi. It-trekkjar f’ħin reali tal-vetturi jippermetti ppjanar aħjar, immirar aħjar u simplifikazzjoni tal-kontrolli uffiċjali kollha fuq it-trasport tal-annimali.

Ma hija prevista l-ebda deroga għall-SMEs peress li dawn jirrappreżentaw kważi l-operaturi ta’ negozju milqutin kollha u, għalhekk, il-partikolaritajiet tagħhom diġà jitqiesu għall-għażla tal-miżuri u għad-definizzjoni tal-perjodi ta’ tranżizzjoni.

Drittijiet fundamentali

Id-dispożizzjonijiet dwar il-pożizzjonament f’ħin reali tal-vetturi tfasslu sabiex jiżguraw li l-protezzjoni tad-data personali tiġi ssalvagwardjata, f’konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta għandha l-implikazzjonijiet baġitarji li ġejjin għall-baġit tal-UE matul il-perjodu 2022-2027 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-UE. Id-dettalji huma pprovduti fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma’ din il-proposta.

Ir-riżorsi umani għall-implimentazzjoni tal-proposta, tal-istudji, tal-awditi, tal-leġiżlazzjoni terzjarja u tal-attivitajiet internazzjonali: 6,5 ekwivalenti għall-full time (FTE) fis-sena mill-2026.

Taħt l-intestatura 1 “Kontribut għal livell għoli ta’ saħħa u ta’ benessri għall-bnedmin, għall-annimali u għall-pjanti” tal-qafas finanzjarju pluriennali: EUR 2,4 miljun għall-perjodu 2024-2027.

Dan ikopri:

Kostijiet ta’ darba: Studju dwar il-modalitajiet għall-użu ta’ teknoloġiji ġodda u tad-diġitalizzazzjoni sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport: EUR 250.000.

Kostijiet ta’ darba: l-iżvilupp ta’ modulu fi TRACES: EUR 1.400.000.

Kostijiet rikorrenti: Manutenzjoni ta’ TRACES: EUR 450.000 fis-sena.

Kost ta’ darba: Żvilupp tal-applikazzjoni diġitali: EUR 300.000

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni tawditja regolarment lill-Istati Membri sabiex timmonitorja sa liema punt huma jikkonformaw mad-dritt tal-UE 28 . Il-proposta fiha artikolu dwar in-network ta’ korpi ta’ kollegament fl-Istati Membri għall-benesseri tal-annimali matul it-trasport. Dan in-network se jkollu rwol importanti sabiex jippromwovi implimentazzjoni uniformi tar-Regolament il-ġdid madwar l-Unjoni.

Il-Kummissjoni ddeżinjat ċentri ta’ referenza tal-UE għall-benesseri tal-annimali li jipprovdu assistenza teknika għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali, inkluż dwar it-trasport. Il-Kummissjoni tappoġġa wkoll taħriġ kontinwu 29 li jkopri l-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport fi ħdan il-programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel. L-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda se tiġi diskussa wkoll fil-Pjattaforma tal-UE dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Dawn l-attivitajiet kollha se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ din ir-reviżjoni. Barra minn hekk, il-livell ta’ implimentazzjoni se jkun viżibbli permezz ta’ rekwiżiti ġodda għall-monitoraġġ u għar-rapportar dwar l-indikaturi, primarjament bl-użu ta’ data ta’ TRACES f’ħin reali flimkien ma’ rapporti mill-awtoritajiet kompetenti. Rapport ta’ monitoraġġ bħal dan dwar l-istat tal-benesseri tal-annimali fl-Unjoni fir-rigward tat-trasport għandu jiġi ppreżentat 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid, u tal-anqas kull 5 snin minn hemm ’il quddiem.

Sabiex tkun tista’ tinġabar evidenza robusta wara l-perjodi ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin, għandu jiġi ppreżentat rapport ta’ evalwazzjoni 10 snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Kapitolu I: Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni, definizzjonijiet, u dispożizzjonijiet ġenerali

Dan il-kapitolu jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta, jipprevedi definizzjonijiet, u jinkludi rekwiżiti ġenerali applikabbli għall-operazzjonijiet kollha tat-trasport.

Kapitolu II: Awtorizzazzjonijiet tal-organizzaturi u tat-trasportaturi

Dan il-kapitolu jistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-organizzaturi sabiex jorganizzaw it-trasport tal-annimali u għall-awtorizzazzjoni tat-trasportaturi għat-trasport tal-annimali.

Kapitolu III: Mezz tat-trasport

Dan il-kapitolu jipprevedi l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-vetturi tat-triq għat-trasport tal-annimali, li diġà jeżistu fil-leġiżlazzjoni attwali. It-trasport bl-ajru jrid jitwettaq minn trasportaturi li huma membri tal-IATA.

Kapitolu IV: Obbligi qabel it-tluq

Dan il-kapitolu jeħtieġ logs tal-vjaġġ kemm għal vjaġġi twal kif ukoll għal vjaġġi qosra. L-indokraturi għandhom ikunu responsabbli għall-idoneità għat-trasport tal-annimali mgħobbijin.

Kapitolu V: Obbligi matul it-trasport u fil-post tad-destinazzjoni

Dan il-kapitolu jindirizza l-obbligi għat-trasportaturi matul il-vjaġġ. Iċ-ċentri ta’ assemblaġġ huma koperti wkoll.

Dan il-kapitolu jipprevedi l-obbligu ta’ trekkjar f’ħin reali tal-vetturi tat-triq.

It-trasportaturi huma obbligati wkoll jiġbru informazzjoni fuq il-bażi ta’ ċerti indikaturi, janalizzawhom u jieħdu miżuri korrettivi sabiex itejbu l-benesseri tal-annimali ttrasportati.

Kapitolu VI: Kundizzjonijiet għat-trasport ta’ annimali terrestri

Dan il-kapitolu jipprevedi l-ħinijiet massimi tal-vjaġġi kemm għall-annimali għall-iskarnar kif ukoll għall-annimali ttrasportati għal skopijiet oħrajn. Il-ħinijiet massimi speċifiċi tal-vjaġġi huma stabbiliti wkoll għat-trasport ta’ annimali mhux miftumin.

Il-vjaġġi f’temperaturi estremi huma limitati fil-ħin b’kundizzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati.

Kapitolu VII: Trasport lejn pajjiżi terzi u minnhom

Dan il-kapitolu jinkludi regoli ġodda għat-trasport ta’ annimali lejn pajjiżi terzi, bħaċ-ċertifikazzjoni għall-organizzaturi u attestazzjonijiet iffirmati minn awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi qabel vjaġġ minn bastiment għall-ġarr tal-bhejjem.

Il-postijiet ta’ kontroll f’pajjiżi terzi jridu jikkonformaw ma’ standards ekwivalenti għal dawk applikabbli fl-Unjoni.

Kapitolu VIII: Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti

Dan il-kapitolu fih dispożizzjonijiet dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-operaturi kif ukoll ir-rekwiżit li jiġu ddeżinjati punti ta’ ħruġ. Il-kapitolu jinkludi wkoll regoli dwar il-korpi nazzjonali ta’ kollegament għat-trasport tal-annimali, kif ukoll dwar analiżi tad-data miġbura fuq il-bażi tal-indikaturi msemmijin fil-Kapitolu V.

Kapitolu IX Sanzjonijiet

Dan il-kapitolu fih dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet għal ksur tar-Regolament, inkluż b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur serju.

Kapitolu X: Dispożizzjonijiet proċedurali

Kapitolu XI: Dispożizzjonijiet oħra

Dan il-kapitolu fih dispożizzjonijiet dwar miżuri nazzjonali aktar stretti, il-ħolqien ta’ applikazzjoni diġitali sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament, kif ukoll deroga fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi.

Kapitolu XII: Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali.

Dan il-kapitolu jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 dwar il-postijiet ta’ kontroll, filwaqt li jeħtieġ li jkunu mgħammrin b’mod adegwat għall-ispeċijiet u għall-kategoriji rilevanti ta’ annimali u li jkollhom sistema ta’ prenotazzjoni disponibbli għall-organizzaturi.

2023/0448 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 43(2) u 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 30 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 31 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 32 stabbilixxa regoli minimi komuni għall-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport. Minn mindu ġie adottat, ix-xjenza u t-teknoloġija evolvew. Hemm fehim aħjar tar-rekwiżiti dwar l-allokazzjoni tal-ispazju u tal-ħtiġijiet tal-annimali matul it-trasport, b’mod partikolari dawk tal-annimali mhux miftumin u akkwatiċi. Kien hemm żviluppi sinifikanti fid-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-passi amministrattivi involuti fit-trasport tal-annimali. B’sensibilizzazzjoni u tħassib dejjem akbar taċ-ċittadini dwar il-benesseri tal-annimali u x-xejra lejn metodi ta’ produzzjoni aktar sostenibbli, ħafna Stati Membri qegħdin jirrevedu jew jadottaw regoli nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali 33 , żvela, fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, diffikultajiet fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-infurzar ta’ ċerti dispożizzjonijiet, u b’hekk ikkontribwixxa għal kundizzjonijiet mhux ekwi għall-atturi differenti. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu rriveduti r-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport sabiex jiġu allinjati mal-aħħar xjenza u teknoloġija, kif ukoll sabiex dawn isiru aktar faċli sabiex jiġu applikati u infurzati.

(2)It-trattament xieraq tal-annimali huwa valur tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE)”. Barra minn hekk, l-Unjoni u diversi Stati Membri huma firmatarji tal-Konvenzjoni Ewropea riveduta għall-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport internazzjonali 34 .

(3) It-trasport ta’ annimali ħajjin huwa parti importanti mill-katina agroalimentari. Il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport hija kwistjoni ta’ tħassib pubbliku li taffettwa l-attitudnijiet tal-konsumaturi lejn il-prodotti agrikoli. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jissimplifika l-proċeduri, inaqqas il-piż amministrattiv u jiffaċilita l-infurzar eħfef tar-regoli armonizzati, filwaqt li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-annimali matul it-trasport. L-iżgurar tal-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport għandu impatt pożittiv fuq is-saħħa u fuq il-benesseri tal-annimali u jikkontribwixxi għal kwalità aħjar tal-prodotti tal-annimali. 

(4)Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, inkluż għall-annimali li ma jintużawx għall-produzzjoni tal-ikel, bħall-qtates u l-klieb, l-annimali għall-fer, ċerti tipi ta’ annimali selvaġġi, u l-annimali użati għal skopijiet xjentifiċi.

(5)Fl-2022, il-Parlament Ewropew adotta rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport fuq il-bażi tar-rapport tal-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-Protezzjoni tal-Annimali waqt it-Trasport fl-Unjoni u barra minnha (il-Kumitat tal-ANIT). Ir-rakkomandazzjonijiet jitolbu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jirrevedu bir-reqqa l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fuq il-bażi ta’ investigazzjoni xjentifika rigoruża dwar l-impatt tat-trasport fuq l-annimali tal-ispeċijiet u tal-etajiet kollha u ta’ valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomika, ambjentali u tas-saħħa fil-fond li tqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet ġeografiċi u tal-ispeċifiċitajiet, u l-mudelli tal-biedja madwar l-Unjoni. Ir-rapport tal-Kumitat tal-ANIT indika wkoll in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni eżistenti madwar l-Unjoni u rrakkomanda miżuri bħar-restrizzjoni tal-ħinijiet tal-vjaġġ, il-projbizzjoni tat-trasport f’temperaturi estremi, filwaqt li jiġi żgurat li t-trasport tal-annimali lejn pajjiżi terzi jsir b’rispett għall-prinċipji ta’ protezzjoni tal-annimali matul il-vjaġġ sakemm jaslu fid-destinazzjonijiet tagħhom f’pajjiżi terzi. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew indika l-ħtieġa li t-trasport ta’ annimali ħajjin jiġi ssostitwit b’sistema etika aktar effiċjenti li tiffavorixxi t-trasport ta’ semen jew ta’ embrijuni minflok l-istokk tat-tnissil, u ta’ karkassi u ta’ laħam minflok l-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati għall-iskarnar.

(6)F’Settembru 2022, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) ippubblikat ħames opinjonijiet xjentifiċi relatati ma’ diversi konsegwenzi u ma’ perikli tal-benesseri li jinħolqu matul it-trasport ta’ ruminanti żgħar 35 (nagħaġ u mogħoż), ta’ ekwidi 36 (żwiemel u ħmir), ta’ bovini 37 (frat u għoġġiela), ta’ ħnieżer 38 u ta’ annimali f’kontejners 39 , inklużi għasafar domestiċi (tiġieġ, tiġieġ tal-bajd, dundjani, eċċ.), u fniek (“opinjonijiet tal-EFSA”). L-opinjonijiet tal-EFSA jikkonkludu b’mod wiesa’ li l-għoti ta’ aktar spazju, it-tnaqqis tat-temperaturi massimi u ż-żamma tal-ħinijiet tal-vjaġġ għal minimu, ilkoll huma meħtieġa sabiex tittejjeb il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 jenħtieġ li jiġi ssostitwit b’Regolament ġdid li jkun konformi mal-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku f’dan il-qasam u mad-domandi tal-konsumaturi, filwaqt li jiġu evitati l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u għall-kummerċ f’annimali ħajjin u tiġi żgurata l-infurzabbiltà tar-regoli l-ġodda.

(7)Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni fid-dawl tal-prinċipju bażiku tiegħu, li skont dan l-annimali ma jistgħux jiġu ttrasportati b’mod li x’aktarx jikkawża korriment jew tbatija bla bżonn lilhom, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ispeċijiet differenti li jinħolqu fir-rigward tad-diversi tipi ta’ trasport. Dispożizzjonijiet dettaljati bħal dawn jenħtieġ li jiġu interpretati u applikati f’konformità mal-prinċipju msemmi hawn fuq u jenħtieġ li jiġu aġġornati fil-ħin, b’mod partikolari fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku ġdid, filwaqt li jitqiesu opinjonijiet ġodda tal-EFSA.

(8)It-teknoloġija għas-sistemi tan-navigazzjoni u għall-bażijiet tad-data elettroniċi avvanzat b’mod konsiderevoli sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. Dan jagħmilha possibbli li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jissaħħu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport, u b’hekk iwassal għal infurzar aħjar tar-regoli tal-Unjoni. Għalhekk, huwa importanti li jsir użu minn teknoloġiji ġodda u li jiġu estiżi l-possibbiltajiet ipprovduti mis-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES-NT), il-pjattaforma ta’ ċertifikazzjoni u ta’ ġestjoni diġitali għar-rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji kollha, li hija inkorporata fis-Sistema Integrata ta’ Ġestjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC) 40 .

(9)Dan ir-Regolament jipprevedi regoli sabiex il-bażi tad-data TRACES tkun tista’ tinkorpora awtorizzazzjonijiet diġitali, ċertifikati ta’ approvazzjoni, ċertifikati ta’ kompetenza, ġurnali tal-vjaġġ, trekkjar dirett tal-vetturi tat-triq u previżjonijiet tat-temperatura. TRACES jenħtieġ li jkun fiha wkoll listi ta’ postijiet ta’ kontroll f’pajjiżi terzi u ta’ punti ta’ ħruġ tal-UE. Tippermetti wkoll ippjanar aktar realistiku tal-vjaġġi, traċċabilità effiċjenti, monitoraġġ aħjar tal-operazzjonijiet u tal-indikaturi tal-benesseri tal-annimali, miżuri ta’ emerġenza f’waqthom u analiżi sħiħa tad-data, bl-objettiv ġenerali li tiġi żgurata applikazzjoni aktar effettiva u infurzar aħjar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport, kif ukoll it-tnaqqis b’mod konsiderevoli tal-piż amministrattiv.

(10)L-obbligu tal-operaturi tal-Unjoni li jipproteġu l-annimali matul it-trasport ma jintemmx fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. L-organizzaturi tat-trasport ta’ annimali mill-Unjoni lejn post tad-destinazzjoni f’pajjiż terz jeħtiġilhom jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport ukoll matul l-istadji tal-vjaġġ li jseħħu barra mill-Unjoni, u sakemm l-annimali jaslu fil-post finali tad-destinazzjoni fil-pajjiż terz. Dan huwa koerenti mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fil-Kawża C-424/13 41 . Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għat-trasport ta’ annimali li għalihom il-post tat-tluq ikun fit-territorju tal-Unjoni u irrispettivament minn jekk il-post tad-destinazzjoni jkunx fit-territorju tal-Unjoni jew f’pajjiż terz.

(11)It-trasport ta’ annimali ħajjin minn pajjiżi terzi lejn it-territorju tal-Unjoni jikkonċerna prinċipalment ċerti speċijiet ta’ annimali u normalment jitwettaq permezz ta’ rotot diretti. Meta jiġu importati annimali ħajjin fl-Unjoni, l-operaturi li jittrasportaw it-tali annimali minn pajjiż terz lejn post tad-destinazzjoni fl-Unjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-annimali jkunu protetti tal-anqas b’mod ekwivalenti għall-annimali ttrasportati fit-territorju tal-Unjoni, u dan mill-mument meta l-annimali jitgħabbew fuq il-mezz tat-trasport fil-pajjiż terz sal-post tad-destinazzjoni fl-Unjoni. Dan huwa neċessarju fid-dawl tat-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni relatat mal-benesseri tal-annimali matul it-trasport, li jestendi għall-annimali kollha ttrasportati lejn l-Unjoni, minnha jew fiha. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għat-trasport ta’ annimali li għalihom il-post tat-tluq ikun fit-territorju ta’ pajjiż terz u l-post tad-destinazzjoni jkun fit-territorju tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tar-rekwiżiti għal tali trasport fil-post tat-tluq, huwa neċessarju li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tivverifika l-ippjanar tal-vjaġġ ikkonċernat, u li jiċċertifika fiċ-ċertifikat uffiċjali tas-saħħa għall-importazzjonijiet tal-annimali fl-Unjoni u permezz tal-approvazzjoni tiegħu tal-ġurnal tal-vjaġġ, li l-ippjanar tal-vjaġġ ikun sar f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jew ma’ rekwiżiti ekwivalenti. It-trasportatur tal-annimali jenħtieġ li jkun responsabbli sabiex jiżgura li dan l-ippjanar jiġi rispettat sal-punt tad-destinazzjoni u jenħtieġ li jikkonforma mal-obbligu li jimla l-ġurnal tal-vjaġġ.

(12)Għat-tranżitu ta’ annimali minn pajjiż terz lejn pajjiż terz ieħor jew lejn l-istess pajjiż terz mit-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li japplikaw regoli tal-Unjoni matul il-parti tal-vjaġġ li sseħħ fit-territorju tal-Unjoni. Għalkemm la l-post tal-oriġini u lanqas il-post tad-destinazzjoni ta’ dak it-trasport ma jinsab fl-Unjoni, għall-benefiċċju tal-annimali u fid-dawl tat-tħassib taċ-ċittadini, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-parti tal-vjaġġ li sseħħ fit-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-trasportaturi jiżguraw li l-annimali jiġu ttrasportati f’kundizzjonijiet li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-allokazzjonijiet tal-ispazju, tat-tmigħ u tat-tisqija, billi dawn huma essenzjali għall-benesseri tal-annimali ttrasportati fit-territorju tal-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-konformità mar-regoli dwar il-ħinijiet tal-vjaġġ ma tkunx meħtieġa f’każijiet bħal dawn, peress li din tista’ twassal għal vjaġġi saħansitra itwal għall-annimali kkonċernati billi tirrikjedi li l-operaturi ta’ pajjiżi terzi jevitaw it-territorju tal-Unjoni permezz ta’ rotot itwal, li potenzjalment ikollu impatt agħar fuq il-benesseri tal-annimali.

(13)Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri 42 tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) fih linji gwida li jistabbilixxu standards minimi fil-livell globali fir-rigward tal-imġiba tal-annimali, tar-responsabbiltajiet u tal-livelli ta’ kompetenza tal-atturi differenti involuti fit-trasport tal-annimali, tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta, tal-ippjanar tal-vjaġġi, u tal-azzjonijiet fil-każ ta’ rifjut tal-annimali, fost l-oħrajn. Dan ir-Regolament iqis dawk il-linji gwida.

(14)L-esperjenza fl-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE bħal fil-Kawża C-301/14 43 juru li l-attività ekonomika fir-rigward tat-trasport tal-annimali jenħtieġ li tiġi interpretata f’sens wiesa’. Jenħtieġ li t-trasport tal-annimali b’rabta ma’ attività ekonomika ma jitqiesx bħala limitat għal każijiet li jinvolvu skambju immedjat ta’ flus, ta’ oġġetti jew ta’ servizzi jew meta t-trasport jitwettaq bl-intenzjoni li jsir profitt. Jekk trasport jifforma parti minn offerta ta’ oġġetti jew ta’ servizzi f’suq partikolari, jenħtieġ li jitqies bħala trasport b’rabta mal-attività ekonomika.

(15)L-ispeċijiet ewlenin ta’ annimali ttrasportati fl-Unjoni u mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi għal skopijiet ekonomiċi huma annimali vertebrati li jinkludu ruminanti żgħar, ekwidi, bovini, ħnieżer, għasafar domestiċi, fniek, u annimali akkwatiċi, jiġifieri ħut, ċefalopodi, u dekapodi. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jkun limitat għal dawk l-ispeċijiet.

(16)Il-ħut ornamentali normalment jiġi ttrasportat f’kaxxi żgħar permezz ta’ kurrieri express f’boroż tal-ilma adattati b’mod speċjali għall-ħtiġijiet tagħhom u d-durata tal-vjaġġ normalment tkun ta’ anqas minn 24 siegħa. Għalhekk, it-trasport ta’ ħut ornamentali rari jirrappreżenta riskju kbir għall-benesseri tal-annimali u jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(17)Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 tirregola l-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi. Minħabba r-rekwiżiti stretti dwar il-kwalità tal-annimali meħtieġa għar-riċerka u għall-ittestjar, kwalunkwe kompromess għall-istat tas-saħħa jew tal-benesseri tal-annimali mal-wasla fil-post tad-destinazzjoni tagħhom għandu impatt dirett fuq il-possibbiltà li jintużaw għal dawk l-għanijiet. Barra minn hekk, il-proċeduri xjentifiċi jistgħu jirrikjedu l-użu ta’ annimali li jistgħu potenzjalment jitqiesu mhux tajbin għat-trasport skont dan ir-Regolament bħal xi annimali ġenetikament modifikati u annimali li sarulhom proċeduri kirurġiċi għall-fini tal-proġetti f’konformità mad-Direttiva 2010/63/UE. It-trasport ta’ annimali ħajjin għal skopijiet xjentifiċi jitwettaq minn operaturi speċjalizzati b’vetturi mfasslin apposta mgħammrin sabiex jiżguraw is-saħħa u l-benesseri tal-annimali matul il-vjaġġi ppjanati. Filwaqt li tista’ ssir distinzjoni fir-rigward tal-iskop li għalih jiġu ttrasportati dawn l-annimali, jenħtieġ li jiġi ggarantit il-benesseri tagħhom. Madankollu, la jkun koerenti u lanqas aċċettabbli li jiġu inklużi kompletament fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li r-regoli speċifiċi għall-ispeċijiet relatati mal-idoneità għat-trasport, mal-intervalli għat-tisqija u għat-tmigħ u ċerti dispożizzjonijiet dwar il-ħinijiet tal-vjaġġ, it-temperaturi u l-perjodi ta’ mistrieħ ma japplikawx għat-trasport ta’ annimali użati jew maħsubin sabiex jintużaw għal skopijiet xjentifiċi fi proġett awtorizzat skont id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(18)L-esperjenza bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 turi li l-operaturi spiss idewmu l-vjaġġi lil hinn mil-limiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti billi jittrasportaw annimali minn azjenda għal diversi ċentri tal-assemblaġġ b’mod konsekuttiv. L-annimali jinġabru flimkien ma’ annimali minn azjendi oħrajn f’dawn iċ-ċentri ta’ assemblaġġ u l-aħħar ċentru ta’ assemblaġġ biss jiġi rreġistrat bħala l-post tat-tluq. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi impost soġġorn obbligatorju tal-annimali kemm fil-post tat-tluq kif ukoll fid-destinazzjoni u jenħtieġ li ċ-ċentri tal-assemblaġġ jitħallew ikunu biss postijiet tat-tluq jekk ikunu jinsabu f’post lokali, bl-għan li tiġi evitata l-prattika ta’ “bdil minn ċentru tal-assemblaġġ għal ieħor”.

(19)L-organizzaturi tat-trasport tal-annimali li għandhom il-mezzi sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament biss jenħtieġ li jitħallew jittrasportaw annimali għal vjaġġi twal. Għalhekk, xieraq li tiġi stabbilita sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-organizzaturi. Jenħtieġ li l-organizzaturi jkunu responsabbli sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni mill-post tat-tluq sal-post tad-destinazzjoni. Jistgħu jissottokuntrattaw it-trasport tal-annimali lil trasportatur u jenħtieġ li jibqgħu responsabbli sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni minn dak it-trasportatur u minn kwalunkwe persuna oħra involuta f’dak it-trasport. Jenħtieġ li l-organizzatur jipprovdi prova lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-kapaċità tagħhom li jiżguraw li r-regoli tal-Unjoni dwar it-trasport jintlaħqu sal-wasla tal-annimali fil-post tad-destinazzjoni.

(20)It-trasportaturi u l-persunal tagħhom għandhom rwol ċentrali fit-trasport tal-annimali li jinfluwenza b’mod sinifikanti l-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali ttrasportati. Il-kundizzjonijiet tal-benesseri tal-annimali matul it-trasport huma affettwati b’mod sinifikanti mill-kondotta ta’ kuljum tat-trasportaturi. Jenħtieġ li jkollhom il-kompetenza neċessarja sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-konformità mill-persunal tagħhom, u l-approvazzjoni neċessarja tal-mezzi tat-trasport użati, flimkien ma’ pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex jiġu indirizzati l-emerġenzi. Għalhekk, xieraq li jkun hemm sistema ta’ awtorizzazzjoni għat-trasportaturi. Jenħtieġ li jkunu akkontabbli u trasparenti rigward l-istatus u l-operazzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, jenħtieġ li jirrapportaw kwalunkwe diffikultà u jżommu rekords preċiżi tal-azzjonijiet tagħhom u tar-riżultati.

(21)Jenħtieġ li l-mezzi tat-trasport jitfasslu sabiex jevitaw korriment jew tbatija għall-annimali. Għalhekk, xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati sabiex mezz tat-trasport jiġi approvat u jitqiesu l-ħtiġijiet tal-ispeċijiet speċifiċi u tal-kategoriji ta’ annimali abbord.

(22)It-trasport tal-annimali bl-ajru huwa ferm anqas komuni meta mqabbel mat-trasport bit-triq u bil-baħar. Minħabba l-kostijiet assoċjati ma’ dan it-tip ta’ trasport, fil-maġġoranza tal-każijiet, l-annimali ttrasportati bl-ajru huma annimali domestiċi u annimali ta’ valur għoli maħsubin għal attivitajiet ta’ tnissil jew ta’ sport. It-trasport bl-ajru tal-annimali jitwettaq f’konformità mar-regoli tekniċi tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) stabbiliti fir-Regolamenti dwar l-Annimali Ħajjin (LAR), iddisinjati u aġġornati kull sena mill-Bord dwar l-Annimali Ħajjin u l-Prodotti li Jitħassru Malajr (LAPB) sabiex jiġu bbilanċjati l-prinċipji tal-protezzjoni tal-benesseri tal-annimali u tas-sikurezza abbord l-inġenji tal-ajru, kif ukoll jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-limitazzjonijiet tat-trasport bl-ajru. It-trasportaturi li huma membri tal-IATA huma obbligati jsegwu l-istandards fir-regolamenti fit-twettiq tal-operazzjonijiet tat-trasport, kif ukoll fl-attrezzar tal-inġenji tal-ajru tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li t-trasport tal-annimali bl-ajru jkun permess biss f’inġenji tal-ajru li jappartjenu għal trasportaturi li huma membri tal-IATA.

(23)Kif muri mill-awditi tal-Kummissjoni u mill-ispezzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti, numru sinifikanti ta’ bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem li bħalissa joperaw fl-Unjoni ma jissodisfawx l-istandards xierqa tas-sikurezza marittima u joħolqu riskju kemm għall-annimali kif ukoll għall-ekwipaġġ. Sabiex jiġu żgurati l-konformità ta’ dawn il-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem ma’ standards tas-sikurezza u l-funzjonament xieraq ta’ sistemi essenzjali bħall-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-istabbiltà, il-ventilazzjoni, is-sistemi ta’ desalinizzazzjoni tal-ilma u tad-drenaġġ, il-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem li jtajru l-bnadar identifikati bħala bojod jew griżi skont il-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port 45 biss jenħtieġ li jiġu approvati għat-trasport tal-annimali mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fl-Istat Membru. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jippermettu biss it-tagħbija tal-annimali fuq dawn il-bastimenti jekk il-profil tar-riskju tal-bastimenti tagħhom jiġi identifikat bħala riskju baxx jew riskju standard skont il-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port.

(24)Ir-rekords għall-approvazzjonijiet tal-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem bħalissa jinżammu fis-sistema ta’ informazzjoni li tappoġġa r-Reġim il-Ġdid ta’ Spezzjoni li jirriżulta mid-Direttiva (UE) 2009/16/KE dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port 46 . Is-Sistema Ewropea Ibrida ta’ Mmirar u ta’ Spezzjoni (THETIS) hija bażi tad-data li tiffaċilita l-kontrolli uffiċjali tal-bastimenti tal-baħar fl-Unjoni, inklużi l-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem. Din il-bażi tad-data tinkludi modulu speċifiku għall-kontrolli uffiċjali li jiffoka fuq ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tal-annimali. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem awtorizzati tkun disponibbli wkoll fi TRACES, sabiex tippermetti li jinħolqu, jiġu aġġornati u jimtlew il-ġurnali tal-vjaġġ fi TRACES. Jenħtieġ li l-Awtoritajiet kompetenti jkunu responsabbli għall-aġġornament regolari ta’ din l-informazzjoni.

(25)F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/372, 47 wara l-approvazzjoni u qabel kwalunkwe tiġdid tal-approvazzjoni ta’ bastiment għall-ġarr tal-bhejjem, jenħtieġ li veterinarju uffiċjali jakkumpanja l-kunsinna ta’ annimali għall-ewwel vjaġġ. Dan jippermetti lill-veterinarju jwettaq kontrolli uffiċjali matul dak l-ewwel vjaġġ sabiex jivverifika li s-sistemi mekkaniċi u ta’ ġestjoni tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem ma jkunux ta’ detriment għall-benesseri tal-annimali abbord matul il-vjaġġ.

(26)Il-ġurnali tal-vjaġġ huma għodod importanti li jippermettu lill-atturi kollha involuti fit-trasport tal-annimali, u lill-awtoritajiet kompetenti, ikunu konxji tar-rotta ppjanata u taż-żmien tal-vjaġġ, u jivverifikaw jekk ir-rotta ppjanata tiġix segwita fil-prattika, u b’hekk jiffaċilitaw l-infurzar. Jenħtieġ li jitfasslu elementi speċifiċi tal-ġurnal tal-vjaġġ sabiex jiġi żgurat infurzar aħjar tal-istandards tal-benesseri tal-annimali, b’mod partikolari billi jiżdiedu t-traċċabilità u t-trasparenza tal-operazzjonijiet tat-trasport. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri japprovaw il-ġurnali tal-vjaġġi għal vjaġġi twal kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi, u għal vjaġġi qosra lejn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-użu tal-ġurnali tal-vjaġġi jiġi ddiġitalizzat bis-sħiħ billi jintużaw u jiġu estiżi l-possibbiltajiet ipprovduti minn TRACES. Id-diġitalizzazzjoni tal-ġurnal tal-vjaġġi se ttejjeb il-ġbir tad-data u tippermetti analiżi u identifikazzjoni aħjar tar-riskju.

(27)Sabiex jiġi żgurat li l-vjaġġi ma jaqbżux it-tul ippjanat u sabiex tiġi prevista traċċabilità aħjar, jenħtieġ li jiġi introdott ġurnal tal-vjaġġi simplifikat għal vjaġġi qosra fl-Unjoni. Dawn il-ġurnali tal-vjaġġ, mimlijin mill-organizzatur u mingħajr ir-rekwiżit għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-prestazzjoni tal-operaturi matul l-ispezzjonijiet u l-kontrolli. Barra minn hekk, dawn jippermettu kemm lill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll lill-Kummissjoni jkollhom informazzjoni dwar l-operazzjonijiet kollha tat-trasport.

(28)L-annimali tqal huma partikolarment vulnerabbli matul it-trasport. Peress li mhux dejjem ikun possibbli għat-trasportatur li jivvaluta l-istadju tat-tqala ta’ dawn l-annimali, jenħtieġ li l-indokratur ikun responsabbli sabiex jipprovdi informazzjoni lit-trasportatur dwar l-istadju tat-tqala jew id-data tal-inseminazzjoni, meta applikabbli.

(29)L-iskarsezza ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fid-dritt tal-Unjoni dwar it-trasport ta’ qtates u ta’ klieb, b’mod partikolari ta’ ġriewi u ta’ frieħ tal-qtates ta’ diversi razez, kif ukoll interpretazzjoni u infurzar diverġenti tar-regoli eżistenti tal-Unjoni mill-Istati Membri, wasslu għat-trasport frekwenti ta’ dawn l-annimali f’ċirkostanzi li joħolqu riskji għall-benesseri tagħhom u jwasslu għal kundizzjonijiet mhux ekwi għall-operaturi. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu ddefiniti aħjar ir-regoli speċifiċi dwar l-età minima tal-qtates u tal-klieb ittrasportati u l-intervalli tat-tmigħ matul il-vjaġġ, li jkunu meħtieġa trattamenti veterinarji preventivi sabiex jiġu evitati mard relatat mal-istress u mard speċifiku għall-ispeċijiet, u b’hekk jiġu estiżi r-regoli speċifiċi u armonizzati dwar it-trasport kummerċjali tal-qtates u tal-klieb. Għal dak l-istess għan, huwa neċessarju li jiġu previsti regoli, bħal dwar ir-rekwiżiti tat-temperatura u tal-umdità u n-neċessità ta’ ġurnal tal-vjaġġ għal vjaġġi twal.

(30) Il-linji gwida tad-WOAH dwar il-benesseri tal-ħut imrobbi matul it-trasport jistabbilixxu l-istandards minimi għall-konformità fil-livell internazzjonali u jinkludu rakkomandazzjonijiet rigward ir-responsabbiltajiet, l-ippjanar, id-disinn tal-vetturi, it-tagħmir, l-immaniġġjar, l-ilma, it-tħejjija, il-kwistjonijiet speċifiċi għall-ispeċijiet, l-ippjanar ta’ kontinġenza, id-dokumentazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt. Fuq il-bażi ta’ dawn il-linji gwida, jenħtieġ li jiġu stabbiliti u aġġornati dispożizzjonijiet speċifiċi għall-annimali akkwatiċi fuq il-bażi ta’ xjenza ġdida meta jkunu disponibbli l-opinjonijiet rilevanti tal-EFSA. Element importanti għall-benesseri tal-annimali ttrasportati huwa l-ispazju allokat lilhom abbord il-mezz tat-trasport, li jiddependi fuq l-ispeċijiet, il-kategoriji u d-daqs tagħhom. Fl-opinjonijiet tal-EFSA, huwa rrakkomandat li, filwaqt li jkunu abbord, jenħtieġ li l-annimali jkollhom biżżejjed spazju sabiex ibiddlu l-pożizzjoni, jixorbu u jistrieħu. Għalhekk, jenħtieġ li jiżdiedu r-rekwiżiti tal-allokazzjonijiet tal-ispazju stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1/2005 f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-EFSA.

(31)Il-pożizzjonijiet f’ħin reali tal-inġenji tal-ajru, tal-bastimenti tal-baħar u tal-ferroviji attwalment huma disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli għal raġunijiet ta’ sikurezza u ta’ informazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-vetturi tat-triq diġà huma mgħammrin b’sistema ta’ navigazzjoni satellitari li żżomm rekords tar-rotta realment segwita u tat-tul tal-vjaġġ. Din l-informazzjoni hija ta’ importanza kruċjali għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jimplimentaw il-kontrolli uffiċjali tagħhom u jimmirawhom aħjar fuq bażi ta’ riskju. Madankollu, din l-informazzjoni fir-rigward tal-vetturi tat-triq ma hijiex disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

(32)Il-limitazzjoni tat-tul tal-vjaġġ għandha rwol fundamentali fil-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport. Hemm evidenza li fil-prattika d-durata stmata tal-ħinijiet tal-vjaġġ fl-ippjanar inizjali spiss tinqabeż, li jista’ jkollha effetti detrimentali serji fuq il-benesseri tal-annimali ttrasportati. Bħalissa, ma hemm l-ebda mezz sabiex l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-post tal-kunsinni matul il-vjaġġ sabiex jimmiraw il-kontrolli u l-ispezzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-ħinijiet tal-vjaġġ u tal-mistrieħ, imwettqin f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625. Dan jagħmilha diffiċli għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jikkontrollaw li d-durata attwali tal-vjaġġ tikkorrispondi għal dik iddikjarata. Ħafna minn dawn l-isfidi jiġu solvuti b’informazzjoni miġbura permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni li tuża għodod għall-pożizzjonament f’ħin reali.

(33)L-aċċess għal informazzjoni dwar il-ħin li fih il-vetturi tat-triq ikunu laħqu ċerti punti ewlenin fil-vjaġġ, bħal postijiet ta’ kontroll jew post tad-destinazzjoni, jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jsaħħu u jippjanaw u jimmiraw aħjar il-kontrolli tagħhom. B’mod partikolari, ikunu jistgħu jidentifikaw aħjar trasport li jaqbeż il-ħinijiet massimi tal-vjaġġ, u b’hekk jidentifikaw trasport li jkun aktar probabbli li jintemm bl-annimali fi stat kompromess ta’ benesseri. Għalhekk, jenħtieġ li l-vetturi kollha tat-triq ikollhom sistema ta’ pożizzjonament f’ħin reali li tkun kapaċi tikkomunika l-post tagħhom matul il-vjaġġ u wara li l-vjaġġ ikun tlesta f’sistema ta’ informazzjoni konnessa ma’ TRACES.

(34)Jenħtieġ li d-data dwar it-tul tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ tiġi rreġistrata u tinżamm għall-vjaġġi kollha, għall-fini tal-ipproċessar tal-informazzjoni biss għall-kontroll uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħrajn marbutin ma’ dawk il-kontrolli uffiċjali. Il-perjodu ta’ żamma ta’ din id-data jenħtieġ li jkun ta’ 6 snin sabiex din id-data tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari bl-għan li jiġi vverifikat jekk l-organizzatur jew it-trasportatur jissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jikseb tiġdid ta’ awtorizzazzjoni wara li jiskadi l-perjodu ta’ validità ta’ 5 snin. Id-data dwar il-pożizzjonament irreġistrata fis-sistema ta’ informazzjoni konnessa ma’ TRACES jenħtieġ li tiġi rreġistrata u tinżamm biss għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħrajn marbutin ma’ dawk il-kontrolli. Il-perjodu ta’ żamma ta’ din id-data jenħtieġ li jkun ta’ 6 snin ukoll.

(35)Minbarra r-Regolament (UE) 2016/679 48 u r-Regolament (UE) 2018/1725, 49  u sabiex jiġu pprovduti garanziji adegwati speċifiċi rigward il-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar u l-kontroll tad-data stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715 50 dwar il-bażi tad-data fejn se tinħażen din id-data.

(36)Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti fil-post tat-tluq ikunu konxji tal-idoneità tal-annimali mal-wasla fil-post tad-destinazzjoni. Jenħtieġ li ż-żewġ sewwieqa, jew meta jkun rilevanti, l-attendenti, u l-indokraturi fil-post tad-destinazzjoni jiddikjaraw il-kundizzjoni tal-annimali li jaslu fil-post tad-destinazzjoni fi TRACES, inkluża informazzjoni dwar l-indikaturi tal-benesseri tal-annimali. Il-verżjoni elettronika tal-ġurnal tal-vjaġġ se tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti kemm fil-post tat-tluq kif ukoll fil-post tad-destinazzjoni jirċievu din l-informazzjoni, filwaqt li tippermettilhom jieħdu azzjoni meta l-kundizzjoni tal-annimali ma tkunx adegwata jew ikun hemm diskrepanza bejn l-informazzjoni pprovduta mill-indokraturi, mis-sewwieqa jew mill-attendenti.

(37)B’mod ġenerali, l-evidenza xjentifika tissuġġerixxi li vjaġġi itwal jaffettwaw il-benesseri tal-annimali b’mod aktar negattiv minn vjaġġi iqsar. Fid-dawl tad-distribuzzjoni attwali tal-biċċeriji fl-Istati Membri, l-aħħar opinjoni xjentifika dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport u bl-intenzjoni li l-vjaġġi jinżammu qosra kemm jista’ jkun, jenħtieġ li l-vjaġġi għall-iskarnar ma jdumux aktar minn 9 sigħat. B’mod ġenerali, il-biċċeriji li qegħdin jintużaw bħalissa huma teknoloġikament adattati għall-ispeċijiet u għall-kategoriji ta’ annimali li jiskarnaw. Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni li fiha l-iskarnar ma jkunx possibbli minħabba li ma jkun hemm l-ebda biċċerija mgħammra kif xieraq fi ħdan iż-żona tat-trasport ta’ 9 sigħat, jenħtieġ li tiġi prevista eżenzjoni għal-limitu ta’ 9 sigħat sabiex b’mod eċċezzjonali l-vjaġġi twal jitħallew f’biċċeriji mgħammrin kif xieraq, dment li dan ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti.

(38)L-opinjonijiet tal-EFSA kkonfermaw li wisq waqfiet b’ħatt u b’tagħbija fil-postijiet ta’ kontroll matul il-vjaġġ huma ta’ detriment għall-benesseri tal-annimali, billi jwasslu għal trattament addizzjonali tal-annimali, bi stress addizzjonali konsegwenti u b’riskju akbar ta’ esponiment għal korriment u għal infezzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li vjaġġi twal ma jinkludux aktar minn perjodu ta’ mistrieħ wieħed b’ħatt u b’tagħbija. Għal vjaġġi bit-triq jew bil-ferrovija li jkunu itwal minn 9 sigħat għal skopijiet oħra għajr għall-iskarnar, minbarra l-aħħar parir xjentifiku mill-EFSA, il-perjodi massimi ta’ sewqan u l-perjodi minimi ta’ mistrieħ għas-sewwieqa fit-toroq previsti fir-Regolament (KE) Nru 561/2006 51 jenħtieġ li jitqiesu sabiex ikun hemm koordinazzjoni aħjar mal-ħinijiet tal-vjaġġ u mal-perjodi ta’ mistrieħ tal-annimali ttrasportati.

(39)L-annimali mhux miftumin huma partikolarment vulnerabbli matul it-trasport u jenħtieġ li jiġi żgurat it-tmigħ tagħhom abbord f’konformità mal-ħtiġijiet tagħhom. Skont il-parir xjentifiku tal-EFSA, l-età u l-piż minimi ta’ dawn l-annimali qabel ma jkunu jistgħu jiġu ttrasportati jenħtieġ li jiżdiedu sabiex ikunu aktar reżiljenti u idonei għat-trasport. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawn l-annimali jiġu ttrasportati għal perjodu massimu ta’ 8 sigħat sakemm ma tkunx fis-seħħ sistema abbord il-mezz tat-trasport li tippermetti li l-annimali mhux miftumin jintemgħu b’mod effettiv b’ħalib jew b’sostitut tal-ħalib fit-temperatura tal-ġisem fil-kundizzjonijiet xierqa.

(40)L-esperjenza bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 turi li t-tmigħ adegwat għal annimali mhux miftumin huwa rekwiżit impenjattiv. L-annimali mhux miftumin iridu jintemgħu ħalib jew sostitut xieraq għall-ħalib speċifiku għall-ispeċi f’temperatura tal-ġisem f’kundizzjonijiet simili għat-tmigħ bil-ħalib naturali u b’intervalli li jipprevjenu l-bidu tal-ġuħ fit-tul. Jenħtieġ li s-sistemi ta’ tmigħ jitfasslu sabiex jippermettu l-kunsinna tal-ħalib jew tas-sostitut tal-ħalib lil kull annimal abbord, bi ħtieġa minima għal intervent mill-attendenti jew mis-sewwieqa. Jenħtieġ li l-manutenzjoni tippermetti tindif u diżinfezzjoni xierqa sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ħalib. Jenħtieġ li s-sistema tat-tmigħ tiġi adattata għaċ-ċirkostanzi u għat-tip ta’ trasport li fih tkun maħsuba li tintuża. B’mod partikolari, meta l-annimali jiġu ttrasportati permezz ta’ bastiment ro-ro, jenħtieġ li jitqiesu l-ispazju limitat madwar il-mezz tat-trasport u l-moviment tal-bastiment. Sabiex jiġi evitat l-iżvilupp ta’ inkonsistenzi fis-sistemi ta’ tmigħ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova dawn is-sistemi fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika u teknika tal-effettività tagħhom tal-użu maħsub u tal-konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi megħjuna wkoll f’dan il-kompitu mill-EFSA.

(41)Filwaqt li l-opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA jidentifikaw l-istress fuq il-moviment bħala riskju importanti għall-benesseri tal-annimali ttrasportati f’vetturi tat-triq, dawn ma jilħqux l-istess konklużjoni fir-rigward tal-istress fuq il-moviment fil-mezzi tat-trasport fuq il-baħar. Il-ħinijiet tal-vjaġġ fuq il-mezzi tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija huma limitati u huma meħtieġa perjodi ta’ mistrieħ bl-għan li jittaffew l-effetti tal-istress tal-moviment fuq il-benesseri tal-annimali ttrasportati. L-annimali ttrasportati bil-baħar ma humiex esposti għall-istess tip ta’ moviment bħall-annimali ttrasportati bit-triq jew bil-ferrovija. Il-moviment fuq il-bastimenti ma jaffettwax l-istabbiltà tal-annimali bl-istess mod bħall-moviment fuq il-vetturi tat-triq, fejn ikunu soġġetti għal movimenti ripetuti u mhux mistennijin f’daqqa. Konsegwentement, l-impatt tat-trasport bil-baħar fuq l-annimali huwa anqas ta’ ħsara għall-benesseri tagħhom. Dment li l-annimali abbord bastimenti tal-baħar bħal bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem, bastimenti tal-kontejners u bastimenti ro-ro jkollhom biżżejjed spazju sabiex ikunu jistgħu jimteddu u jistrieħu, ikollhom għalf u ilma f’ammonti suffiċjenti u f’intervalli xierqa, jenħtieġ li ż-żmien imqatta’ fuq il-baħar ma jingħaddx bħala żmien tal-vjaġġ.

(42)It-temperatura esperjenzata mill-annimali matul it-trasport hija fattur importanti li għandu impatt fuq il-benesseri tagħhom. Il-kejl tat-temperaturi ta’ ġewwa waqt it-trasport bit-triq wera li huwa diffiċli u ma jippermettix faċilment li jittieħdu azzjonijiet ta’ rimedju. Iż-żamma tal-limiti tat-temperatura fi ħdan vettura hija diffiċli peress li tiddependi fuq ħafna fatturi, inklużi l-umdità u l-ispazju pprovdut abbord. It-trasport ta’ annimali fi trakkijiet mgħammrin bl-arja kondizzjonata jiswa l-flus u x’aktarx ma jkunx sostenibbli. Għalhekk, huwa xieraq li l-ħinijiet tal-vjaġġi jiġu limitati matul temperaturi estremi sabiex jitnaqqas l-esponiment tal-annimali għal dawn u, fl-aktar każijiet estremi, li l-annimali jitħallew jinġarru biss matul il-lejl. Barra minn hekk, jenħtieġ li jittieħdu wkoll miżuri li jtaffu l-effetti negattivi potenzjali tat-temperatura abbord, bħall-ftuħ tal-ventijiet tat-trakkijiet u l-għoti ta’ aktar spazju lill-annimali.

(43)L-organizzaturi li jittrasportaw l-annimali lejn post tad-destinazzjoni f’pajjiż terz jeħtiġilhom jagħmlu evalwazzjoni tal-ewwel vjaġġ minn korp ta’ ċertifikazzjoni sabiex jiddeterminaw il-kapaċità tal-organizzatur li jiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament sal-wasla tal-annimali fil-post tad-destinazzjoni fil-pajjiż terz. Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tissospendi l-awtorizzazzjoni tal-organizzatur fir-rigward tat-trasport lejn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-korp taċ-ċertifikazzjoni jevalwa regolarment il-vjaġġi lejn pajjiżi terzi organizzati mill-organizzatur bl-għan li jiddetermina li jibqa’ jkollu l-mezzi sabiex jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkollhom l-għarfien u l-kwalifiki meħtieġa, jipprovdu garanziji ta’ indipendenza kontinwa mill-organizzaturi, mit-trasportaturi u minn kwalunkwe persuna jew entità oħra involuta fit-trasport jew fl-immaniġġjar tal-annimali matul it-trasport u jenħtieġ li jiġu akkreditati mill-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 52 .

(44)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 53 jistabbilixxi rekwiżiti għall-postijiet ta’ kontroll u dwar l-użu ta’ dawn il-postijiet ta’ kontroll fl-Unjoni. Sabiex jiżguraw li t-trasport ta’ annimali mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi jikkonforma ma’ dan ir-Regolament b’mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet tal-vjaġġ, il-perjodi ta’ mistrieħ u l-kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni tal-annimali matul il-perjodi ta’ mistrieħ, jenħtieġ li l-postijiet ta’ kontroll f’pajjiżi terzi jissodisfaw standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97.

(45)L-operaturi ta’ postijiet ta’ kontroll f’pajjiżi terzi jew l-organizzaturi jistgħu jitolbu l-inklużjoni tagħhom f’lista li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni dment li juru konformità mar-rekwiżiti tal-anqas ekwivalenti għar-regoli tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1255/97. Għal dan l-għan, il-postijiet ta’ kontroll f’pajjiżi terzi jistgħu jipprovdu prova taċ-ċertifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 minn korp ta’ ċertifikazzjoni. Jenħtieġ li l-lista ta’ postijiet ta’ kontroll approvati f’pajjiżi terzi tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

(46)Sabiex jiġi żgurat aħjar li l-postijiet ta’ kontroll jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-annimali li jkunu qegħdin jistrieħu fil-bini tagħhom, jenħtieġ li dawn jiġu adattati għall-ispeċijiet u għall-kategoriji rilevanti. Jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta’ prenotazzjoni sabiex jiġi evitat dewmien jew prenotazzjonijiet eċċessi f’xulxin tal-postijiet ta’ kontroll. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1255/97 jiġi emendat kif xieraq.

(47)L-esperjenza turi li d-deżinjazzjoni ta’ punt ta’ ħruġ fl-Unjoni hija importanti sabiex jiġi żgurat it-trasport bla xkiel ta’ annimali ħajjin mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-annimali jitilqu mill-Unjoni permezz ta’ punti ta’ ħruġ deżinjati li jissodisfaw ir-rekwiżiti neċessarji għall-kontrolli tal-benesseri tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 21(2), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2017/625 u li 54   jkunu kapaċi jiżguraw komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet tat-tluq, fiċ-ċentri ta’ assemblaġġ, fil-postijiet ta’ kontroll u fl-istabbilimenti ta’ destinazzjoni f’dan ir-rigward. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jirreġistraw dawn id-deżinjazzjonijiet fi TRACES.

(48)L-esperjenza wriet li hemm riskju li l-kunsinni ta’ annimali ttrasportati bil-baħar jistgħu jiġu rrifjutati mill-pajjiż tad-destinazzjoni fuq il-bażi tad-dokumenti ppreżentati, pereżempju, ċertifikati tas-saħħa. F’ċerti każijiet, dan jista’ jaffettwa l-benesseri tal-annimali, peress li ma jkunux jistgħu jiġu rritornati fil-post tat-tluq għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fil-post tat-tluq japprovaw ġurnal tal-vjaġġ biss meta l-operaturi jipprovdulhom attestazzjoni ta’ aċċettazzjoni tad-dokumentazzjoni għat-trasport internazzjonali ta’ annimali ħajjin bil-baħar iffirmata mill-awtorità kompetenti tal-port tal-pajjiż tad-destinazzjoni finali. Għaldaqstant, xieraq li jiġi stabbilit mudell ta’ attestazzjoni.

(49)Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu applikati. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu evitati livelli differenti ta’ infurzar u li s-severità differenti tal-penali applikati għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament fi Stati Membri differenti twassal sabiex l-operazzjonijiet tat-trasport jiġu ppjanati f’konformità mal-anqas severità tal-penali imposti f’ċerti Stati Membri. Huwa xieraq li jiġi identifikat dak il-ksur ta’ dan ir-Regolament li jikkawża riskji sinifikanti għall-benesseri tal-annimali u li jiġu stabbiliti livelli minimi ta’ penali finanzjarji fir-rigward tal-valur tal-kunsinni tal-annimali f’każijiet bħal dawn. Il-grad ta’ frekwenza tal-okkorrenza tal-ksur jenħtieġ li jkun ukoll fattur u ksur ripetut jenħtieġ li jitqies bħala aktar serju. Dan jenħtieġ li jiskoraġġixxi ksur fil-futur u jtejjeb l-infurzar tar-Regolament. 

(50)Il-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali wera diffikultajiet fil-valutazzjoni tal-effettività tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 fit-titjib tal-benesseri tal-annimali minħabba n-nuqqas ta’ indikaturi previsti f’dak ir-Regolament. Huwa xieraq li tinħoloq sistema ta’ monitoraġġ tal-indikaturi tal-benesseri tal-annimali.

(51)Jenħtieġ li t-trasportaturi u l-indokraturi jkunu meħtieġa jiġbru data abbażi ta’ indikaturi tal-benesseri tal-annimali rilevanti għall-attivitajiet tat-trasport tagħhom. L-analiżi tad-data tippermetti lit-trasportaturi u lill-indokraturi jidentifikaw in-nuqqasijiet fir-rigward tal-benesseri tal-annimali u jistabbilixxu miżuri korrettivi xierqa meta jkunu meħtieġa. Jenħtieġ li d-data dwar l-indikaturi tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet kompetenti u għall-Kummissjoni fi TRACES.

(52)Sabiex jiġu aġġornati r-regoli tekniċi fil-Kapitoli I, II, V u VII tal-Anness I u l-Anness II, sabiex dawn ir-regoli jiġu allinjati mal-aħħar għarfien xjentifiku u tekniku meta dawn ikunu disponibbli, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni, f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, ta’ atti sabiex jiġu aġġornati l-mudell tal-ġurnal tal-vjaġġi fl-Anness III u l-mudell tal-attestazzjoni fl-Anness IV tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 55 . B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċivuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(53)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi elementi ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza u l-mudelli tagħhom, regoli tekniċi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem, l-elementi tekniċi meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti r-reġistrazzjonijiet tas-sistema ta’ navigazzjoni ta’ trekkjar dirett, l-approvazzjoni ta’ sistemi ta’ tagħlif għall-annimali mhux miftumin abbord, il-kontenut tal-evalwazzjonijiet meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tal-organizzaturi li jittrasportaw annimali lejn pajjiżi terzi u l-frekwenza li biha huma meħtieġa, il-listi tal-postijiet ta’ kontroll li jissodisfaw standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 u d-definizzjonijiet ta’ indikaturi tal-benesseri u l-metodi għall-monitoraġġ tagħhom, u regoli tekniċi dwar l-użu ta’ TRACES, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 .

(54)Huwa importanti li jiġi żgurat li r-regoli nazzjonali ma jintużawx mill-Istati Membri b’mod li tiġi ppreġudikata l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew li jiġi affettwat il-funzjonament tas-suq intern. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe regoli nazzjonali bħal dawn. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn dwar dawn. Meta r-regoli nazzjonali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li dawn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni f’konformità ma’ dik id-Direttiva.

(55)Il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa sabiex jitħejja dan ir-Regolament tindika li xi wħud mir-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament jitolbu ppjanar u investiment mill-operaturi affettwati minnhom. Regoli ġodda dwar il-ħinijiet tal-vjaġġ u t-tmigħ tal-annimali mhux miftumin matul it-trasport jeħtieġu bidliet fix-xejriet tat-trasport, u investimenti fi trakkijiet ġodda sabiex jipprovdu aktar spazju għall-annimali u possibbilment għal sistemi ġodda ta’ tmigħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa sabiex iqis iż-żmien neċessarju sabiex l-operaturi kkonċernati jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(56)Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat approċċ armonizzat fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, pjuttost, minħabba l-iskala, l-effetti, u l-karattru transfruntier u internazzjonali tat-trasport, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(57)“Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fi [JJ/XX/SSSS].”

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport b’rabta ma’ attività ekonomika.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport tal-annimali:

fl-Unjoni;

minn post tat-tluq f’pajjiż terz għal post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni;

minn post tat-tluq fl-Unjoni għal post ta’ destinazzjoni f’pajjiż terz; u

minn Post ta’ Kontroll fuq il-Fruntiera tad-dħul fl-Unjoni sa punt ta’ ħruġ mill-Unjoni, meta t-trasport tal-annimali jgħaddi mit-territorju tal-Unjoni.

2.It-trasport għall-finijiet li ġejjin għandu jkun soġġett biss għall-Artikolu 4:

(a)it-trasport mill-bdiewa tal-annimali tagħhom stess bl-użu tal-mezzi tat-trasport tagħhom stess għall-fini ta’ transumanza staġonali;

(b)it-trasport mill-bdiewa tal-annimali tagħhom stess bl-użu tal-mezzi tat-trasport tagħhom stess għal skopijiet oħrajn għajr it-transumanza, għal distanza ta’ mhux aktar minn 50 km mill-azjenda li fiha jinżammu.

(c)it-trasport ta’ annimali għall-finijiet ta’ parteċipazzjoni f’taħriġ, f’esibizzjonijiet, f’kompetizzjonijiet, f’avvenimenti kulturali, f’ċirkli, u f’attivitajiet tal-isport u tad-divertiment ekwestri;

3.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tipi ta’ trasport li ġejjin:

(a)it-trasport ta’ annimali li ma jseħħx b’rabta ma’ attività ekonomika;

(b)it-trasport ta’ annimali direttament lejn jew minn prattiki jew minn kliniki veterinarji;

(c)it-trasport ta’ speċijiet protetti, skont il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) 57 ;

(d)it-trasport ta’ annimali bejn zoos kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE 58 .

(e)it-trasport ta’ ħut ornamentali;

(f)kunsinni diretti ta’ annimali akkwatiċi f’negozji tal-ikel li jfornu lill-konsumatur finali.

4.L-Artikoli 4(2)(b), 20, 26, il-Kapitoli I u V tal-Anness I u l-punt 4 tal-Anness II ma għandhomx japplikaw għat-trasport ta’ annimali għall-finijiet ta’ proġett awtorizzat skont id-Direttiva 2010/63/UE 59 .

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.“annimali” tfisser annimali vertebrati ħajjin, ċefalopodi u dekapodi;

2.“post tat-tluq” tfisser:

(a)il-post fejn annimal ikun ġie akkomodat għal tal-anqas ġimgħa qabel it-tluq u fejn ikun tgħabba għall-ewwel darba fuq mezz tat-trasport; jew

(b)ċentru tal-assemblaġġ jekk l-annimal ikun inġabar f’distanza ta’ mhux aktar minn 100 km;

3.“post tad-destinazzjoni” tfisser biċċerija jew kwalunkwe post ieħor fejn annimal jinħatt minn mezz tat-trasport u jiġi akkomodat għal tal-anqas ġimgħa qabel il-ħin ta’ kwalunkwe tluq sussegwenti;

4.“vjaġġ” tfisser il-moviment ta’ annimali li jsir b’mezz wieħed jew aktar tat-trasport li jibda bit-tagħbija tal-ewwel annimal fuq l-ewwel mezz tat-trasport fil-post tat-tluq u jintemm bil-ħatt tal-aħħar annimal fil-post tad-destinazzjoni, u l-operazzjonijiet relatati li jinkludu l-perjodi ta’ mistrieħ u t-trasferiment minn mezz tat-trasport għal ieħor;

5.“mezz tat-trasport” tfisser vetturi tat-triq jew fuq il-ferrovija, bastimenti u inġenji tal-ajru użati għat-trasport tal-annimali;

6.“annimali akkwatiċi” tfisser ħut, ċefalopodi u dekapodi;

7.“organizzatur” tfisser:

(a)trasportatur li jittrasporta jew li jkun issottokuntratta t-trasport tal-annimali għall-vjaġġ kollu jew għal parti mill-vjaġġ għal tal-anqas trasportatur wieħed ieħor; jew

(b)persuna fiżika jew ġuridika li tkun ikkuntrattat it-trasport tal-annimali lil trasportatur; jew

(c)persuna li ffirmat it-Taqsima 1 tal-ġurnal tal-vjaġġ fi TRACES kif stabbilit fl-Anness III.

8.“vjaġġ twil” tfisser vjaġġ li jaqbeż id-9 sigħat;

9.“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/625;

10.“TRACES” tfisser is-sistema kompjuterizzata għall-finijiet tal-iskambju ta’ data, ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti msemmija fl-Artikoli 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625;

11.“trasportatur” tfisser operatur li l-attività ekonomika tiegħu tikkonsisti fit-trasport ta’ annimali f’ismu stess, jew f’isem parti terza;

12.“vjaġġ qasir” tfisser vjaġġ li ma jaqbiżx id-9 sigħat;

13.“inkarigat” tfisser persuna direttament inkarigata mill-benesseri tal-annimali ttrasportati li takkumpanjahom matul vjaġġ bit-trasport bit-triq jew bil-ferrovija;

14.“vettura” tfisser mezz tat-trasport mgħammar b’roti li jitmexxa bi propulsjoni jew jiġi rmunkat;

15.“Uffiċjal tal-benesseri tal-annimali” tfisser persuna direttament responsabbli għall-benesseri tal-annimali ttrasportati minn bastiment għall-ġarr tal-bhejjem għad-durata tal-vjaġġ fuq il-baħar;

16.“bastiment għall-ġarr tal-bhejjem” tfisser bastiment tal-baħar li nbena jew ġie adattat sabiex jintuża għat-trasport ta’ annimali terrestri, għajr għasafar domestiċi jew fniek;

17.“kontenitur” tfisser kwalunkwe ċestun, kaxxa, reċipjent jew struttura riġida oħra użata għat-trasport tal-annimali jew tal-bajd, li ma hijiex mezz tat-trasport;

18.“bastiment tal-kontejners” tfisser bastiment li jġorr annimali terrestri, minbarra għasafar domestiċi jew fniek f’kontejners mobbli;

19.“annimali terrestri” tfisser ekwidi miżmumin, u annimali tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini, ċervidi, fniek u għasafar domestiċi, inkluż pollam;

20.“bastiment ro-ro” tfisser bastiment b’faċilitajiet li jippermettu lill-vetturi tat-triq jew ferrovjarji jirrolljaw sabiex jitilgħu fuq il-bastiment jew jinżlu minnu;

21.“kontenitur għal annimali kbar” tfisser kontenitur użat għat-trasport ta’ annimali terrestri għajr għasafar u fniek domestiċi fuq mezzi tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija jew b’bastimenti tal-kontejners;

22.“veterinarju uffiċjali” tfisser veterinarju uffiċjali kif definit fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (UE) 2017/625;

23.“ċentru ta’ assemblaġġ” tfisser stabbiliment għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 fejn annimali tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini, ekwini jew porċini li joriġinaw minn aktar minn azjenda waħda jinġabru flimkien temporanjament sabiex jiffurmaw kunsinna;

24.“postijiet ta’ kontroll” tfisser postijiet ta’ kontroll kif definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/97;

25.“ħin tal-vjaġġ” tfisser il-perjodu ta’ żmien li matulu l-annimali jitmexxew permezz tat-trasport, inkluż il-ħin għat-tagħbija u għall-ħatt tal-annimali;

26.“indokratur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, ħlief trasportatur, inkarigata minn jew li timmaniġġja annimali kemm jekk fuq bażi permanenti kif ukoll jekk temporanja;

27.“punt ta’ ħruġ” tfisser punt ta’ ħruġ kif definit fl-Artikolu 3(39) tar-Regolament (UE) 2017/625;

28.“post ta’ kontroll fuq il-fruntiera” tfisser post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif definit fl-Artikolu 3(38) tar-Regolament (UE) 2017/625.

29.“sistemi ta’ pożizzjonament” tfisser sistemi ta’ infrastrutturi li jipprovdu s-servizzi ta’ twaqqit u ta’ pożizzjonament globali, kontinwi, akkurati u garantiti meħtieġa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

30.“perjodu ta’ mistrieħ” tfisser perjodu kontinwu matul vjaġġ li matulu l-annimali ma jitmexxewx b’mezz tat-trasport;

31.“trasport bijosigur” tfisser it-trasport tal-annimali għall-finijiet tad-Direttiva 2010/63/UE li jipprovdi ostaklu fiżiku li jipproteġi lill-annimali mit-trasferiment ta’ kontaminanti mikrobiċi u jiżgura l-benesseri tagħhom permezz tal-provvista ta’ kundizzjonijiet tat-tmigħ, tal-ilma u ambjentali xierqa għall-ispeċi u għall-istadju tal-iżvilupp tagħhom, inkluż biżżejjed spazju sabiex jistrieħu u jimteddu;

32.“korp ta’ ċertifikazzjoni” tfisser entità ġuridika akkreditata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u li topera f’konformità mal-ISO/IEC/17065 għall-Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi;

33.“annimal ekwin mhux imrażżan” tfisser annimal ekwin li ma jistax jintrabat jew jinġibed b’kappestru mingħajr ma jiġi kkawżat eċitament, uġigħ jew tbatija evitabbli.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport tal-annimali

1.L-ebda persuna ma għandha tittrasporta annimali jew tikkawża li l-annimali jiġu ttrasportati b’mod li jikkawża jew li x’aktarx jikkawżalhom tbatija bla bżonn.

2.Kwalunkwe persuna li tittrasporta l-annimali jew li tikkawża t-trasport tal-annimali għandha tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)ikunu saru l-arranġamenti neċessarji kollha minn qabel sabiex tiġi mminimizzata d-durata tal-vjaġġ sabiex il-perikli l-aktar komuni għall-benesseri tal-annimali, inkluża t-tbatija mill-ġuħ, mill-għatx, mill-għeja, mill-korrimenti jew mill-iskumdità termali tiġi mminimizzata;

(b)l-annimali jkunu idonei għall-vjaġġ kollu;

(c)il-mezzi tat-trasport ikunu ddisinjati, mibnijin, miżmumin u operati b’mod sabiex jiġu evitat korriment jew tbatija bla bżonn u sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-annimali;

(d)il-faċilitajiet tat-tagħbija u tal-ħatt ikunu ddisinjati, mibnijin, miżmumin u mħaddmin b’mod adegwat sabiex jiġu evitati korriment u tbatija bla bżonn u sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-annimali;

(e)kwalunkwe persuna fiżika responsabbli għall-annimali fi kwalunkwe stadju tat-trasport tagħhom tkun kompetenti għal dan l-għan u għall-immaniġġjar tal-annimali ttrasportati, u twettaq il-kompiti tagħha mingħajr ma tuża vjolenza jew kwalunkwe metodu li x’aktarx jikkawża korriment jew tbatija bla bżonn lill-annimali;

(f)it-trasport jitwettaq mingħajr dewmien żejjed;

(g)il-kundizzjoni tal-benesseri tal-annimali tiġi vverifikata regolarment u tinżamm kif xieraq;

(h)l-erja tal-art u l-għoli tal-mezz tat-trasport u l-faċilitajiet tal-ħatt u tat-tagħbija huma adattati għall-ispeċi, għad-daqs, għall-kategorija tal-annimali kkonċernati u għall-vjaġġ ippjanat;

(i)l-ilma, l-għalf u l-mistrieħ jiġu offruti lill-annimali f’intervalli regolari matul il-vjaġġ u huma adattati fil-kwalità u fil-kwantità għall-ispeċi tal-annimal u għall-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tagħhom;

(j)l-annimali akkwatiċi jiġu pprovduti b’ilma f’volum u ta’ kwalità suffiċjenti.

KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORGANIZZATURI U TAT-TRASPORTATURI

Artikolu 5

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzatur għal vjaġġi twal

1.L-organizzaturi jistgħu jagħmlu arranġamenti għat-trasport tal-annimali għal vjaġġi twal biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-Artikolu 6.

2.L-organizzatur għandu jissottometti applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-trasport ta’ annimali għal vjaġġi twal lill-awtorità kompetenti fi TRACES billi juża l-formola fit-Taqsima 1 tal-Anness V. L-applikazzjoni għandha tispeċifika jekk l-organizzatur għandux l-intenzjoni li jorganizza t-trasport tal-annimali lejn pajjiżi terzi jew le.

3.L-organizzaturi għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni ma’ mhux aktar minn awtorita kompetenti waħda, f’mhux aktar minn Stat Membru wieħed.

4.L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun fiha evidenza li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-organizzatur ikun stabbilit, jew, fil-każ ta’ organizzatur stabbilit f’pajjiż terz, ikun irrappreżentat, fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rispettiva;

(b)l-organizzatur ikollu l-kapaċità li jikkonforma mal-Artikolu 14.

Artikolu 6

L-għoti, it-tiġdid, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet tal-organizzaturi

1.L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 fi TRACES billi tuża l-formola fit-Taqsima 1 tal-Anness V, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4).

2.L-awtorizzazzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-ispeċi u l-kategoriji ta’ annimali u t-tip(i) ta’ trasport kopert(i) u jekk din tkoprix it-trasport ta’ annimali lejn pajjiżi terzi jew le.

L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin mid-data tal-ħruġ.

3.Xahar qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni, l-organizzatur jista’ japplika għal tiġdid fi TRACES. Applikazzjoni għat-tiġdid għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) huma ssodisfati, iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 33 meta rilevanti, u analiżi dokumentata tal-monitoraġġ tal-indikaturi għall-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni preċedenti u, meta xieraq, evidenza dokumentata tal-miżuri stabbiliti jekk il-valuri li jikkwantifikaw l-indikaturi jaqbżu l-limiti previsti fl-Artikolu 26(3). L-awtorità kompetenti għandha tagħti jew tirrifjuta l-applikazzjoni għal tiġdid u tirreġistra t-tiġdid jew ir-rifjut fi TRACES u, f’każ ta’ rifjut, ir-raġunijiet għalih.

4.Jekk l-organizzatur ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(4) jew fl-Artikolu 33(6), l-awtorità kompetenti għandha tordna s-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 138(2), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2017/625 u għandha tirreġistra s-sospensjoni fi TRACES mingħajr dewmien. Meta rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi l-parti tal-awtorizzazzjoni li tkopri t-trasport lejn pajjiż terz.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-organizzatur b’dikjarazzjoni bil-miktub li tindika r-raġunijiet għas-sospensjoni u r-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet misjubin.

L-awtorità kompetenti għandha tneħħi s-sospensjoni jekk l-organizzatur jipprovdi evidenza li jkun ikkoreġa n-nuqqasijiet li fuqhom tkun ibbażata s-sospensjoni tal-applikazzjoni tiegħu.

Għat-trasport fl-Unjoni, jekk l-organizzatur ma jkunx irrimedja n-nuqqasijiet fi żmien xahar mis-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni.

Għat-trasport lejn pajjiż terz, jekk l-organizzatur ma jkunx ikkoreġa n-nuqqasijiet fi żmien 3 xhur mis-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 7

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ trasportatur għal vjaġġi qosra

1.It-trasportaturi jistgħu jittrasportaw annimali biss għal vjaġġi qosra jekk ikollhom:

(a)awtorizzazzjoni għal vjaġġi qosra mogħtija f’konformità mal-Artikolu 9(1) għall-ispeċi u għall-kategoriji kkonċernati; jew

(b)awtorizzazzjoni għal vjaġġi twal mogħtija f’konformità mal-Artikolu 9(1) għall-ispeċi u għall-kategoriji kkonċernati.

2.It-trasportatur għandu jissottometti applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-trasport tal-annimali għal vjaġġi qosra lill-awtorità kompetenti fi TRACES billi juża l-formola fit-Taqsima 2 tal-Anness V. L-applikazzjoni għandu jkun fiha evidenza li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(a)it-trasportatur ikun stabbilit, jew, fil-każ ta’ trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, ikun irrappreżentat, fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rispettiva;

(b)it-trasportatur ikollu persunal u tagħmir suffiċjenti u xierqa u jkollu struzzjonijiet bil-miktub għall-persunal fir-rigward tat-tisqija, tat-tmigħ u tal-kura tal-annimali u proċeduri operazzjonali fis-seħħ sabiex il-persunal tiegħu jkun jista’ jikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(c)is-sewwieqa u l-attendenti impjegati minn jew li jipprovdu servizzi lit-trasportatur segwew il-korsijiet ta’ taħriġ rilevanti u għandhom ċertifikati ta’ kompetenza kif previst fl-Artikolu 38;

(d)la t-trasportatur u lanqas ir-rappreżentanti tiegħu fl-Istat Membru fejn tiġi sottomessa l-applikazzjoni ma jkunu wettqu ksur serju kif previst fl-Artikolu 44 fil-5 snin ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (d), jekk it-trasportatur jew ir-rappreżentanti tiegħu jkun wettaq ksur serju matul dak il-perjodu, huwa għandu juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jkun ħa l-miżuri neċessarji kollha sabiex jevita aktar ksur.

Artikolu 8

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ trasportatur għal vjaġġi twal

1.It-trasportaturi jistgħu jittrasportaw annimali għal vjaġġi twal biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-Artikolu 9(1). Awtorizzazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu validi wkoll għal vjaġġi qosra.

2.It-trasportatur għandu jissottometti applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-trasport ta’ annimali għal vjaġġi twal lill-awtorità kompetenti fi TRACES billi juża l-formola fit-Taqsima 3 tal-Anness V. It-trasportaturi għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni ma’ mhux aktar minn awtorità kompetenti waħda, f’mhux aktar minn Stat Membru wieħed.

3.L-applikazzjoni prevista fil-paragrafu 2 għandu jkun fiha evidenza li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(a)it-trasportatur jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2); u

(b)it-trasportatur ikollu d-dokumenti li ġejjin:

i.ċertifikati validi ta’ approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 12 jew 13 għall-mezzi tat-trasport li għandhom jintużaw mit-trasportatur għall-vjaġġ twil ikkonċernat;

ii.dokument li jistabbilixxi fid-dettall il-proċeduri li jippermettu lit-trasportatur jittraċċa u jirreġistra l-movimenti tal-vetturi u tal-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u l-proċeduri sabiex jikkuntattja lis-sewwieqa kkonċernati fi kwalunkwe ħin matul vjaġġi twal;

iii.pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ emerġenzi matul it-trasport maħsub.

4.Sabiex tiġi żgurata l-preżentazzjoni uniformi tal-pjanijiet ta’ kontinġenza fil-każ ta’ emerġenzi matul vjaġġi twal previsti fil-paragrafu (b), il-punt (iii), il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49 sabiex tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-pjan ta’ kontinġenza, għal tipi differenti ta’ vjaġġi, u tistabbilixxi u taġġorna kif neċessarju l-mudelli tal-formoli standard għas-sottomissjoni ta’ dawk il-pjanijiet ta’ kontinġenza.

Artikolu 9

L-għoti, it-tiġdid, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet tat-trasportaturi

1.L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni lil trasportatur għal vjaġġi qosra jew twal kif meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(1) fi TRACES billi tuża l-formoli fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Anness V rispettivament, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 8(2) rispettivament.

2.L-awtorizzazzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-ispeċi u l-kategoriji tal-annimali u t-tip ta’ trasport kopert u jekk din tkoprix vjaġġi twal jew qosra.

L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin mid-data tal-ħruġ.

3.Xahar qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għal vjaġġi qosra jew twal, it-trasportatur jista’ japplika għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni fi TRACES. Applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkun fiha d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(2) jew l-Artikolu 8(2) u analiżi dokumentata tal-monitoraġġ tal-indikaturi għall-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni preċedenti u, meta xieraq, evidenza dokumentata tal-miżuri stabbiliti jekk il-valuri li jikkwantifikaw l-indikaturi jaqbżu l-limiti previsti fl-Artikolu 26(3).

4.L-awtorità kompetenti għandha tagħti jew tirrifjuta l-applikazzjoni għal tiġdid u tirreġistra t-tiġdid jew ir-rifjut fi TRACES u, f’każ ta’ rifjut, ir-raġunijiet għar-rifjut.

5.It-trasportatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti bi kwalunkwe bidla fid-dokumenti msemmijin fl-Artikoli 7(2) u 8(2) mhux aktar tard minn 5 ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tkun seħħet il-bidla.

6.Jekk it-trasportatur ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(2) jew fl-Artikolu 8(2), l-awtorità kompetenti għandha tordna s-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 138(2), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2017/625 u għandha tirreġistra s-sospensjoni fi TRACES mingħajr dewmien.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lit-rasportatur b’dikjarazzjoni bil-miktub li tindika r-raġunijiet għas-sospensjoni u r-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet misjubin.

L-awtorità kompetenti għandha tneħħi s-sospensjoni meta t-trasportatur jipprovdi evidenza li jkun ikkoreġa n-nuqqasijiet li fuqhom tkun ibbażata s-sospensjoni tal-applikazzjoni tiegħu.

Jekk it-trasportatur ma jkunx ikkoreġa n-nuqqasijiet fi żmien xahar mis-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 10

Taħriġ ta’ sewwieqa, ta’ attendenti u ta’ uffiċjali għall-benesseri tal-annimali

It-trasportatur għandu jagħmel arranġamenti sabiex is-sewwieqa, l-attendenti, u l-uffiċjali għall-benesseri tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 21 isegwu wieħed mill-korsijiet approvati ta’ taħriġ dwar il-benesseri tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 37(1)(b). Dan it-taħriġ għandu jkun rilevanti għall-kompiti tagħhom, għall-ispeċijiet, għall-kategoriji tal-annimali li jimmaniġġjaw, u għall-mezzi tat-trasport użati.

KAPITOLU III
MEZZI TAT-TRASPORT

Artikolu 11

Regoli ġenerali dwar il-mezzi tat-trasport

1.L-ebda persuna ma għandha tittrasporta annimali bit-triq jew bil-ferrovija għal vjaġġ twil sakemm il-mezzi tat-trasport ma jiġux spezzjonati u approvati f’konformità mal-Artikolu 12.

2.L-ebda persuna ma għandha tittrasporta annimali minn bastiment għall-ġarr tal-bhejjem għal aktar minn għaxar mili nawtiċi minn port tal-Unjoni sakemm il-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem ma jkunx ġie spezzjonat u approvat f’konformità mal-Artikolu 13.

3.Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-kontenituri użati fit-trasport bit-triq, bil-ferrovija jew fil-bastiment tal-kontejners ta’ annimali terrestri għajr għasafar u fniek domestiċi.

4.    L-annimali jistgħu jiġu ttrasportati biss minn inġenji tal-ajru li jappartjenu lil trasportaturi li huma membri tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru.

5.    L-annimali jistgħu jiġu ttrasportati biss permezz ta’ bastiment ro-ro jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Kapitolu II tal-Anness 1.

Artikolu 12

Ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ mezzi tat-trasport bit-triq jew bil-ferrovija u ta’ kontejners għal annimali kbar

1.It-trasportatur għandu jissottometti applikazzjoni għal ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ mezz tat-trasport tal-annimali bit-triq jew bil-ferrovija għal vjaġġi twal jew ta’ kontejners għal annimali kbar, lill-awtorità kompetenti fi TRACES billi juża l-formola stabbilita fit-Taqsima 5 tal-Anness V.

2. L-awtorità kompetenti għandha tagħti ċertifikat tal-approvazzjoni tal-mezz tat-trasport lit-trasportatur fi TRACES billi tuża l-formola stabbilita fit-Taqsima 5 tal-Anness V, dment li dan jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-mezz tat-trasport ma huwiex is-suġġett ta’ applikazzjoni sottomessa lil awtorità kompetenti oħra fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor, jew ċertifikat ta’ approvazzjoni mogħti minnha, jew ir-rifjut ta’ applikazzjoni deċiża minnha;

(b)il-mezz tat-trasport ġie spezzjonat mill-awtorità kompetenti u nstab li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u VI tal-Anness I applikabbli għad-disinn, għall-kostruzzjoni u għall-manutenzjoni ta’ mezzi tat-trasport bit-triq użati għal vjaġġi twal.

3.L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra kwalunkwe rifjut ta’ applikazzjoni għal ċertifikat ta’ approvazzjoni fi TRACES u r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni għandu jkun validu għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin mid-data tal-ħruġ.

4.Xahar qabel l-iskadenza taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni previst fil-paragrafu 2, it-trasportatur jista’ japplika għal tiġdid fi TRACES f’konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2.

5.It-trasportatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe modifika, bini mill-ġdid jew ħsara tal-mezzi tat-trasport li tista’ taffettwa l-benesseri tal-annimali ttrasportati fi żmien 5 ijiem minn tali modifika, bini mill-ġdid jew ħsara.

6.Jekk mezz tat-trasport ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tordna s-sospensjoni taċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 138(2), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2017/625 u tirreġistra s-sospensjoni fi TRACES.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lit-rasportatur b’dikjarazzjoni bil-miktub li tindika r-raġunijiet għas-sospensjoni u r-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet misjubin.

L-awtorità kompetenti għandha tneħħi s-sospensjoni jekk it-trasportatur jipprovdi evidenza li jkun ikkoreġa n-nuqqasijiet li fuqhom tkun ibbażata s-sospensjoni taċ-ċertifikat tiegħu.

Jekk it-trasportatur ma jkunx ikkoreġa n-nuqqasijiet fi żmien xahar mis-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tirtira ċ-ċertifikat.

Artikolu 13

Ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem

1.It-trasportatur għandu jissottometti applikazzjoni għal ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ bastiment għall-ġarr tal-bhejjem għat-trasport tal-annimali lill-awtorità kompetenti fi TRACES billi juża l-formola stabbilita fit-Taqsima 6 tal-Anness V. L-applikazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti li ġejjin:

(a)dokument li jkun fih id-dettalji tal-applikant u tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem, inklużi d-data tal-konverżjoni meta applikabbli, pjan tal-bastiment bit-tifsila tal-mandretti, u s-sistemi tat-tidwil, tad-drenaġġ tal-ilma, tat-tifi tan-nar u tal-ventilazzjoni;

(b)dokument li jiddeskrivi kif joperaw is-sistemi elenkati fil-punt (a) u kif is-sorsi tal-enerġija huma kapaċi jipprovdu biżżejjed enerġija sabiex jappoġġaw dawk is-sistemi.

2.L-awtorità kompetenti għandha tagħti ċertifikat tal-approvazzjoni tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem fi TRACES billi tuża l-formola stabbilita fit-Taqsima 6 tal-Anness V, dment li dan jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-bastiment se jopera l-ewwel vjaġġ tiegħu mill-Istat Membru fejn tiġi sottomessa l-applikazzjoni;

(b)il-bastiment ma huwiex is-suġġett ta’ applikazzjoni sottomessa lil awtorità kompetenti oħra fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor, jew ċertifikat ta’ approvazzjoni mogħti minnha, jew ir-rifjut ta’ applikazzjoni deċiża minnha;

(c)il-bastiment ġie spezzjonat mill-awtorità kompetenti u nstab li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II u tal-Kapitolu IV tal-Anness I applikabbli għall-kostruzzjoni u għat-tagħmir għall-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem;

(d)il-bastiment itajjar bandiera bi klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-bandiera bajda jew griża skont il-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port.

L-approvazzjoni tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem għandha tiġi sospiża sakemm veterinarju uffiċjali ma jkunx wettaq kontrolli uffiċjali abbord il-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem matul l-ewwel vjaġġ kollu tal-bastiment wara l-approvazzjoni u qabel it-tiġdid ta’ tali approvazzjoni, u dawk il-kontrolli wrew li l-kostruzzjoni u t-tagħmir tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem ma jkunux ta’ detriment għall-benesseri tal-annimali abbord, jew ittieħdu miżuri korrettivi effettivi.

3.L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra kwalunkwe rifjut ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni fi TRACES u r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni għandu jkun validu għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin mid-data tal-ħruġ.

4.Xahar qabel l-iskadenza taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem previst fil-paragrafu 2, it-trasportatur jista’ japplika għal tiġdid taċ-ċertifikat fi TRACES f’konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2.

5.It-trasportatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti bi kwalunkwe modifika, bini mill-ġdid jew ħsara tal-bastiment li tista’ taffettwa l-benesseri tal-annimali ttrasportati fi żmien 5 ijiem minn tali modifika, bini mill-ġdid jew ħsara jew jekk ir-rekwiżit fil-paragrafu 2, il-punt (d) ma jibqax issodisfat.

6.Jekk il-bastiment ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tordna s-sospensjoni taċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 138(2), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2017/625 u tirreġistra s-sospensjoni fi TRACES.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lit-rasportatur b’dikjarazzjoni bil-miktub li tindika r-raġunijiet għas-sospensjoni u r-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet misjubin.

L-awtorità kompetenti għandha tneħħi s-sospensjoni jekk it-trasportatur jipprovdi evidenza li jkun ikkoreġa n-nuqqasijiet li fuqhom tkun ibbażata s-sospensjoni taċ-ċertifikat tiegħu.

Jekk it-trasportatur ma jkunx ikkoreġa n-nuqqasijiet fi żmien xahar mis-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tirtira ċ-ċertifikat.

7.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49 fir-rigward ta’:

(a)l-istabbiliment ta’ bażi tad-data elettronika għar-reġistrazzjoni ta’ spezzjonijiet fuq bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u għall-kontrolli uffiċjali mwettqin skont ir-Regolament (UE) 2017/625;

(b)il-kompożizzjoni tat-timijiet ta’ spetturi sabiex iwettqu l-ispezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1;

(c)regoli dettaljati dwar il-preżenza ta’ veterinarju uffiċjali abbord għall-fini tal-approvazzjoni ta’ bastiment għall-ġarr tal-bhejjem.

IL-KAPITOLU IV
OBBLIGI QABEL IT-TLUQ

Artikolu 14

Obbligi għall-organizzaturi

1.L-organizzaturi għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw li l-vjaġġ kollu mill-post tat-tluq sal-post tad-destinazzjoni fl-Unjoni jew f’pajjiż terz jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

2.L-organizzaturi għandhom ikunu responsabbli għall-ippjanar tal-vjaġġ mill-post tat-tluq sal-post tad-destinazzjoni. L-organizzatur għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet relatati mal-ġurnal tal-vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 15 u għandu jiffirma t-taqsima 1 tal-ġurnal tal-vjaġġ fi TRACES kif stabbilit fil-punti 1 u 2 tal-Anness III. 

3.L-organizzaturi għandhom jiżguraw li għal kull vjaġġ:

a)l-annimali li għandhom jiġu ttrasportati jkunu akkomodati fil-post tat-tluq għal tal-anqas ġimgħa qabel it-tluq;

b)il-komponenti differenti tal-vjaġġ ikunu koordinati, speċjalment meta jitwettqu minn operaturi differenti, b’mod li l-benesseri tal-annimali ma jkunx kompromess minn koordinazzjoni insuffiċjenti bejn partijiet differenti tal-vjaġġ jew operaturi differenti;

c)l-organizzazzjoni tal-vjaġġ tqis il-previżjoni tat-temperatura meta tkun rilevanti għall-ispeċi u għall-kategoriji ta’ annimali kkonċernati f’konformità mal-Artikolu 31 u mal-Kapitolu V tal-Anness I;

d)jinħatar individwu sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-ippjanar, l-eżekuzzjoni, u t-tlestija tal-vjaġġ lill-awtoritajiet kompetenti fil-post tat-tluq, fiċ-ċentri tal-assemblaġġ, fil-postijiet ta’ kontroll u fl-istabbilimenti tad-destinazzjoni fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 15

Ġurnal tal-vjaġġ għall-vjaġġi twal u għall-vjaġġi qosra kollha lejn pajjiżi terzi

1.Għal vjaġġi twal u għal vjaġġi qosra lejn pajjiżi terzi, l-organizzaturi għandhom jimlew fi TRACES it-taqsima 1 tal-ġurnal tal-vjaġġ qabel il-vjaġġ, kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III.

2.Meta l-ġurnal tal-vjaġġ ikun jikkonċerna vjaġġ twil jew vjaġġ qasir lejn pajjiż terz, l-organizzatur għandu jissottometti fi TRACES il-ġurnal tal-vjaġġ għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-post tat-tluq tal-anqas jumejn, iżda mhux qabel 5 ijiem, qabel id-data tat-tluq ippjanata. Il-vjaġġ ma jistax jibda qabel ma l-awtorità kompetenti tkun approvat il-ġurnal tal-vjaġġ f’konformità mal-paragrafu 4.

3.Il-ġurnal tal-vjaġġ għandu jinkludi konferma ta’ riżerva f’post ta’ kontroll meta, skont l-ippjanar tal-vjaġġ, il-ħin tal-vjaġġ x’aktarx jaqbeż il-21 siegħa.

4.L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-ġurnal tal-vjaġġ fi TRACES dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-ġurnal tal-vjaġġ ikun realistiku u jindika konformità ma’ dan ir-Regolament;

(b)it-trasportaturi indikati fil-ġurnal tal-vjaġġ ikollhom l-awtorizzazzjonijiet validi korrispondenti tat-trasportatur, iċ-ċertifikati validi ta’ approvazzjoni għall-mezzi tat-trasport u ċ-ċertifikati validi tal-kompetenza għas-sewwieqa u għall-attendenti.

5.Jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 4 ma jiġux issodisfati, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-organizzatur ibiddel l-arranġamenti għall-vjaġġ maħsub sabiex jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

6.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ġurnali tal-vjaġġ għal vjaġġi twal u għal vjaġġi qosra lejn pajjiżi terzi jinżammu fi TRACES għal perjodu massimu ta’ 6 snin għal kontrolli uffiċjali sussegwenti f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 16

Ġurnal tal-vjaġġi għal vjaġġi qosra fl-Unjoni

1.Għal vjaġġi qosra fl-Unjoni, l-organizzaturi għandhom jimlew fi TRACES il-ġurnal tal-vjaġġi kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness III.

2.Il-ġurnali tal-vjaġġi għal vjaġġi qosra fl-Unjoni għandhom jinżammu fi TRACES għal perjodu ta’ 6 snin għal kontrolli uffiċjali sussegwenti f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 17

Obbligi għall-indokraturi qabel il-vjaġġ

1.L-indokraturi fil-post tat-tluq għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw li l-annimali li għandhom jitgħabbew fuq il-mezz tat-trasport ikunu idonei għat-trasport.

Għall-annimali tqal, l-indokratur fil-post tat-tluq għandu jindika fil-ġurnal tal-vjaġġi d-data tal-inseminazzjoni jew id-data preżunta tas-servizz naturali.

2. It-tagħbija tal-annimali fuq il-mezzi tat-trasport għandha tiġi ssorveljata minn veterinarju.

KAPITOLU V
OBBLIGI MATUL IT-TRASPORT U FIL-POST TAD-DESTINAZZJONI

Artikolu 18

Obbligi ġenerali għat-trasportaturi

1.It-trasportatur għandu jittrasporta l-annimali f’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari mar-regoli rilevanti għall-ispeċijiet ittrasportati stabbiliti fl-Anness I għall-annimali terrestri u fl-Anness II għall-annimali akkwatiċi, sal-wasla fil-post tad-destinazzjoni fl-Unjoni jew f’pajjiż terz.

2.It-trasportatur għandu jkun responsabbli għall-idoneità għat-trasport tal-annimali mit-tagħbija tal-annimali fil-post tat-tluq sal-ħatt tal-annimali fil-post tad-destinazzjoni.

3.Għat-trasport bit-triq jew bil-ferrovija, it-trasportatur għandu jassenja l-immaniġġjar tal-annimali lis-sewwieqa u lill-attendenti li jkollhom iċ-ċertifikat ta’ kompetenza msemmi fl-Artikolu 38.

4.Għat-trasport bit-triq jew bil-ferrovija, it-trasportatur għandu jiżgura li attendent jakkumpanja l-kunsinni kollha tal-annimali ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(a)meta l-annimali jiġu ttrasportati f’kontenituri li huma siguri, ventilati b’mod adegwat u, meta neċessarju, ikun fihom biżżejjed ikel u ilma, fi ħwat li ma jistgħux jinqalbu, għal vjaġġ li jkun twil id-doppju ta’ dak antiċipat;

(b)meta x-xufier iwettaq il-funzjonijiet ta’ attendent.

5.Għat-trasport bit-triq jew bil-ferrovija li għalih parti mill-vjaġġ tinkludi t-trasport minn bastiment ro-ro, it-trasportatur u l-persuna responsabbli għat-tagħbija tal-vetturi fuq il-bastiment għandhom jiżguraw li l-bastiment jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Kapitolu II tal-Anness 1.

Artikolu 19

Obbligi għall-organizzaturi, għat-trasportaturi, għas-sewwieqa u għall-attendenti matul it-trasport bit-triq jew bil-ferrovija

1.Is-sewwieq jew l-attendent għandu jivverifika l-annimali tal-anqas kull 4,5 sigħat sabiex jivvaluta l-benesseri u l-idoneità tagħhom għat-trasport.

2.Is-sewwieq u l-attendent għandhom jinnotifikaw minnufih lit-trasportatur u lill-organizzatur f’konformità mal-proċeduri definiti fil-pjan ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 8 bi kwalunkwe avveniment serju li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-benesseri tal-annimali. L-organizzatur għandu jibgħat l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti.

3.It-trasportatur għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe annimal li ma jibqax idoneu għat-trasport matul il-vjaġġ minħabba t-twettiq mhux xieraq mill-attendent jew mis-sewwieq tal-kompiti tiegħu.

4.Matul trasferimenti minn mezz wieħed tat-trasport għal ieħor, is-sewwieq jew l-attendent tiegħu għandu jiżgura l-konformità mar-regoli tekniċi stabbiliti fil-Kapitoli I u III tal-Anness I fir-rigward tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati.

Artikolu 20

Obbligi għall-indokraturi f’ċentri ta’ assemblaġġ, f’postijiet ta’ kontroll u f’postijiet ta’ destinazzjoni

1.L-indokraturi tal-annimali miżmumin f’ċentri ta’ assemblaġġ, f’postijiet ta’ kontroll u f’postijiet ta’ destinazzjoni għandhom jiżguraw il-konformità mar-regoli tekniċi stabbiliti fil-Punti 1 sa 3 tal-Kapitolu I tal-Anness I u fil-Punt 4 tal-Anness II meta applikabbli.

2.L-indokraturi fiċ-ċentri ta’ assemblaġġ jew fil-postijiet ta’ kontroll għandhom jirreġistraw il-kundizzjoni li fiha jkunu waslu l-annimali u għandhom jimlew u jiffirmaw fi TRACES it-taqsima 3 tal-ġurnal tal-vjaġġi kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III.

Artikolu 21

Uffiċjal għall-benesseri tal-annimali fuq bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem

1.Għal vjaġġ minn bastiment għall-ġarr tal-bhejjem, it-trasportatur għandu jiddeżinja uffiċjal għall-benesseri tal-annimali li jkun imħarreġ u li jkollu ċertifikat ta’ kompetenza f’konformità mal-Artikolu 38.

2.L-uffiċjal għall-benesseri tal-annimali għandu jirrapporta għand it-trasportatur u jopera taħt l-awtorità diretta tiegħu u għandu jirrapporta direttament għandu u għand l-organizzatur dwar kwistjonijiet relatati mal-benesseri tal-annimali.

3.L-uffiċjal għall-benesseri tal-annimali għandu jkun responsabbli għal dawn:

(a)l-indukrar tal-annimali u l-verifika tagħhom tal-anqas darbtejn kuljum sabiex jivvaluta l-benesseri u l-idoneità tagħhom għat-trasport, u jieħu miżura xierqa sabiex iżomm il-benesseri tagħhom;

(b)in-notifika lill-awtorità kompetenti fil-post tat-tluq u lill-organizzatur f’konformità mal-proċeduri definiti fil-pjan ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 8, il-punt (3)(b)(iii), dwar kwalunkwe avveniment serju li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-benesseri tal-annimali;

(c)l-iżgurar tal-konformità mar-Regolament Nru 1099/2009, meta l-annimali jinqatlu matul il-vjaġġ fuq il-baħar sabiex tintemm it-tbatija tagħhom.

4.L-organizzatur għandu jinforma lill-kaptan tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem bir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tat-trasport għall-benesseri tal-annimali stabbiliti fil-paragrafu 3.

Artikolu 22

Ċentri ta’ assemblaġġ

1.L-operaturi taċ-ċentri ta’ assemblaġġ għandhom jipprovdu lill-persunal tagħhom b’korsijiet ta’ taħriġ dwar ir-regoli tekniċi stabbiliti fil-Punt 1 tal-Kapitoli I u III tal-Anness I.

2.L-operaturi taċ-ċentri ta’ assemblaġġ għandhom:

(a)jassenjaw l-immaniġġjar tal-annimali biss lil persunal li lesta korsijiet ta’ taħriġ dwar ir-regoli tekniċi rilevanti stabbiliti fl-Anness I;

(b)jinfurmaw regolarment lill-persunal u lil nies oħrajn ammessi fiċ-ċentru ta’ assemblaġġ bid-dmirijiet u bl-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u dwar il-penali għal kull ksur ta’ dan ir-Regolament;

(c)jagħmlu disponibbli b’mod permanenti għall-persunal u għal persuni oħrajn ammessi fiċ-ċentru ta’ assemblaġġ id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti li lilha għandu jiġi nnotifikat kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament;

(d)f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament minn kwalunkwe persuna preżenti f’ċentru ta’ assemblaġġ, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jirrimedjaw il-ksur u jipprevjenu r-rikorrenza tiegħu, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti;

(e)jadottaw, jimmonitoraw u jinforzaw ir-regoli interni neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità mal-punti (a) sa (d).

3.Ċentru ta’ assemblaġġ ma għandux ikun indikat bħala l-post tad-destinazzjoni fil-ġurnal tal-vjaġġ imsemmi fl-Artikoli 15 u 16.

Artikolu 23

Dewmien matul it-trasport

1.L-organizzaturi u, meta rilevanti, l-awtorità kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jipprevjenu jew inaqqsu għal minimu kwalunkwe dewmien matul it-trasport.

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jsiru arranġamenti speċjali fil-postijiet tat-tluq, fiċ-ċentri ta’ assemblaġġ, fil-postijiet ta’ kontroll, fl-istabbilimenti tad-destinazzjoni, fil-punti tal-ħruġ u fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera sabiex jagħtu prijorità lit-trasport tal-annimali, inkluż il-forniment ta’ korsiji rapidi sabiex l-annimali jiġu spezzjonati meta jkun meħtieġ, mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 24

Sistemi ta’ pożizzjonament tal-mezzi tat-trasport

1.Il-mezzi tat-trasport bit-triq għandhom ikunu mgħammrin b’sistema ta’ pożizzjonament li tikkomunika mas-sistema ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 fuq il-bażi tar-rekwiżiti tekniċi msemmijin fil-paragrafu 8.

2.Is-sistema ta’ pożizzjonament imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tirreġistra l-pożizzjoni tal-vetturi tat-triq f’intervalli qosra u tkun operazzjonali matul il-vjaġġ mill-post tat-tluq sal-wasla fil-post tad-destinazzjoni.

3.Ir-rekords miksubin mis-sistemi ta’ pożizzjonament tal-mezz tat-trasport għandhom jinżammu f’sistema ta’ informazzjoni aċċessibbli għal TRACES, stabbilita mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 7.

4. Meta jimlew it-taqsima 1 tal-ġurnal tal-vjaġġ kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III, l-organizzaturi għandhom jistabbilixxu l-postijiet ta’ fejn jinsabu l-punti tal-vjaġġ li ġejjin:

(a) il-post tat-tluq;

(b) il-postijiet ta’ kontroll;

(c) il-punt ta’ ħruġ mill-Unjoni u l-qsim tal-fruntieri bejn l-Istati Membri; u

(d) il-post tad-destinazzjoni.

5.Wara li jitlesta l-vjaġġ, TRACES għandha ssib id-data mis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 dwar il-ħin meta l-mezzi tat-trasport ikunu laħqu l-postijiet kif stabbilit fil-paragrafu 4. Din l-informazzjoni tinħażen fi TRACES għall-fini ta’ kontrolli uffiċjali, inkluż għall-analiżi tal-vjaġġi kompluti.

6.Il-Kummissjoni tista’ tuża l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għall-fini tat-tħejjija tar-rapporti annwali msemmijin fl-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) 2017/625, wara l-anonimizzazzjoni tad-data personali, u għall-fini tal-organizzazzjoni tal-awditi fl-Istati Membri.

7.Sa [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tiżviluppa s-sistema ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

8.Sa [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-protokolli tekniċi neċessarji sabiex is-sistemi ta’ pożizzjonament imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jikkomunikaw il-pożizzjoni tal-vettura bi preċiżjoni definita tal-pożizzjoni ġeografika tagħha lis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, għall-użu tas-sistema ta’ informazzjoni u tal-protokolli għas-sejbien tal-informazzjoni meħtieġa mis-sistema ta’ informazzjoni minn TRACES.

Artikolu 25

Obbligi fil-post tad-destinazzjoni

1.Is-sewwieq jew l-attendent, u l-indokratur fil-post tad-destinazzjoni għandhom jirreġistraw fi TRACES id-data u l-ħin tal-wasla tal-annimali u l-kundizzjoni tagħhom, billi jimlew u jiffirmaw it-taqsima 3 tal-ġurnal tal-vjaġġ kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III.

F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-kundizzjoni li fiha l-annimali jkunu waslu fil-post tad-destinazzjoni bejn is-sewwieq jew l-attendent u l-indokratur fil-post tad-destinazzjoni, jew meta l-ġurnal tal-vjaġġ jindika li l-annimali jkunu waslu f’kundizzjoni ħażina, l-indokratur u s-sewwieq jew l-attendent għandhom jirreġistraw l-anomaliji li jiltaqgħu magħhom fit-taqsima 5 tal-ġurnal tal-vjaġġ kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III.

2.B’deroga mill-paragrafu 1, is-sewwieq jew l-attendent li jittrasporta l-annimali għall-finijiet ta’ proġett awtorizzat skont id-Direttiva 2010/63/UE għandhom jirreġistraw biss fi TRACES id-data u l-ħin tal-wasla.

3.Il-ħatt għandu jiġi ssorveljat minn veterinarju.

Artikolu 26

Monitoraġġ tal-indikaturi

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 25(1), is-sewwieq jew l-attendent u l-indokratur fil-post tad-destinazzjoni għandhom jivvalutaw il-kundizzjoni tal-annimali terrestri mal-wasla billi jużaw l-indikaturi li ġejjin:

(a)in-numru totali ta’ annimali;

(b)in-numru ta’ annimali mejtin mal-wasla f’kull kunsinna;

(c)in-numru ta’ annimali li jkorru matul it-trasport f’kull kunsinna;

(d)problemi tas-saħħa u problemi fiżiċi għajr korrimenti, inklużi meta rilevanti, stress tas-sħana jew tal-kesħa, għatx fit-tul, u ġuħ f’kunsinna, osservati fl-annimali.

2.L-indokratur għandu jirreġistra s-sejbiet rigward l-indikaturi previsti fil-paragrafu 1 fit-taqsima 3 tal-ġurnal tal-vjaġġ fi TRACES.

3.L-organizzatur u t-trasportatur għandhom jimmonitorjaw l-indikaturi msemmijin fil-paragrafu 1 u janalizzaw l-informazzjoni miġbura mat-tlestija tat-trasport tagħhom. Meta r-riżultati tal-analiżi jindikaw li r-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ma jkunux ġew issodisfati jew meta l-valuri li jikkwantifikaw l-indikaturi jaqbżu l-limiti stabbiliti mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 5, huma għandhom jieħdu azzjonijiet korrettivi.

4.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49 li jistabbilixxu l-kwistjonijiet tas-saħħa u dawk fiżiċi li għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (d), kif ukoll il-metodi li għandhom jintużaw meta jiġu kkwantifikati l-indikaturi msemmijin fil-paragrafu 1.

5.Il-Kummissjoni tista’, fuq il-bażi tal-parir mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”), tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48 li jistabbilixxu l-limiti li jirrikjedu li jittieħdu azzjonijiet korrettivi.

KAPITOLU VI
KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TRASPORT TA’ ANNIMALI TERRESTRI

Artikolu 27

Il-ħinijiet tal-vjaġġ, il-perjodi ta’ mistrieħ, l-intervalli tat-tmigħ u tat-tisqija matul it-trasport ta’ annimali adulti terrestri bit-triq u bil-ferrovija għal vjaġġi twal

1.Mingħajr preġudizzju għal regoli aktar stretti dwar il-ħinijiet tal-vjaġġ stabbiliti f’dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu V tal-Anness I, vjaġġi twal għat-trasport bit-triq jew bil-ferrovija ta’ annimali terrestri minbarra għasafar u fniek domestiċi, għal skop ieħor għajr l-iskarnar, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-vjaġġ jikkonsisti f’massimu ta’ żewġ partijiet, kull waħda minnhom ma taqbiżx il-21 siegħa, u wara dan il-ħin l-annimali għandhom jaslu fil-post tad-destinazzjoni;

(b)wara l-ewwel 21 siegħa mill-bidu tal-vjaġġ, u jekk l-annimali jkunu għadhom ma waslux fil-post tad-destinazzjoni, jinħattu għal perjodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas 24 siegħa f’post ta’ kontroll qabel ma jkun jista’ jkompli t-trasport;

(c)iż-żewġ partijiet tal-vjaġġ imsemmijin fil-punt (a) jinkludu perjodi ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas siegħa wara massimu ta’ 10 sigħat; matul il-perjodu ta’ mistrieħ, l-annimali għandhom jibqgħu fuq il-mezz tat-trasport stazzjonarju;

2.Għal vjaġġi twal, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu VI tal-Anness I.

3.It-trasport bit-triq ta’ għasafar u ta’ fniek domestiċi għal skop ieħor għajr l-iskarnar għandu jsegwi r-regoli speċifiċi stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V tal-Anness I.

4.L-annimali terrestri, għajr l-għasafar u l-fniek domestiċi, għandhom jiġu offruti ilma u għalf f’intervalli regolari, kif stabbilit fil-Kapitolu V tal-Anness I.

5.Għat-trasport bil-ferrovija, il-paragrafu (1), il-punt (c) ma għandux japplika.

6.Il-paragrafi (1) sa (5) ma għandhomx japplikaw għal annimali ttrasportati fi trasport bijosigur għall-finijiet ta’ proġett awtorizzat jew għat-tnissil skont id-Direttiva 2010/63/UE.

Artikolu 28

Il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ għat-trasport bit-triq jew bil-ferrovija ta’ annimali terrestri għall-iskarnar

1.It-trasport ta’ annimali terrestri għajr għasafar u fniek domestiċi, għall-iskarnar, għandu jsir biss fi vjaġġi qosra.

2.Meta, fl-Unjoni, ma tkun tista’ tintlaħaq l-ebda biċċerija adattata għall-iskarnar tal-ispeċi u tal-kategoriji ta’ annimali msemmijin fil-paragrafu 1 fi vjaġġ qasir għal post speċifiku ta’ tluq, l-awtoritajiet kompetenti fil-post tat-tluq jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni għal vjaġġ twil sal-eqreb biċċerija adattata għall-ispeċi ttrasportata.

3.It-trasport tal-fniek u tal-pollam għall-iskarnar għandu jsegwi r-regoli speċifiċi għal dawn l-ispeċijiet stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V tal-Anness I.

Artikolu 29

Il-ħinijiet tal-vjaġġ, il-perjodi ta’ mistrieħ, it-tmigħ u t-tisqija ta’ għoġġiela mhux miftumin, ta’ ħrejjef, ta’ gidien u ta’ mħor

1.Il-ħin tal-vjaġġ għat-trasport bit-triq ta’ għoġġiela mhux miftumin, ta’ ħrejjef, ta’ gidien u ta’ mħor ma għandux jaqbeż it-8 sigħat.

2.B’deroga mill-paragrafu 1, dment li l-mezz tat-trasport ikun mgħammar b’sistema ta’ tmigħ approvata f’konformità mal-paragrafu 5, l-għoġġiela mhux miftumin, il-ħrejjef, il-gidien, id-driefeġ u l-imħor jistgħu jiġu ttrasportati għal massimu ta’ 9 sigħat, li warajh għandu jingħata perjodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas siegħa mingħajr ħatt qabel ma jkompli l-vjaġġ għal massimu ta’ 9 sigħat oħrajn.

3.Meta l-partijiet ta’ vjaġġ għat-trasport ta’ għoġġiela mhux miftumin, ta’ ħrejjef, ta’ gidien, ta’ driefeġ u ta’ mħor isiru fuq il-baħar, dik il-parti tal-vjaġġ ma għandhiex titqies bħala parti mill-ħin tal-vjaġġ.

4.L-għoġġiela mhux miftumin, il-ħrejjef, il-gidien, id-driefeġ u l-imħor għandhom jiġu pprovduti b’ilma ad libitum u għandhom jintemgħu ħalib speċifiku għall-ispeċi jew sostitut xieraq tal-ħalib f’intervalli ta’ 9 sigħat li jibdew mill-bidu tal-vjaġġ u irrispettivament mill-mezz tat-trasport li fih ikunu qegħdin jiġu ttrasportati.

5.Manifattur ta’ sistema ta’ tmigħ imsemmija fil-paragrafu 2, stabbilit fl-Unjoni jew, jekk stabbilit f’pajjiż terz, irrappreżentat fl-Unjoni, jista’ jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tas-sistema ta’ tmigħ.

6.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49, tapprova s-sistema ta’ tmigħ imsemmija fil-paragrafu 2, dment li jkun hemm evidenza xjentifika u teknika li s-sistema ta’ tmigħ tippermetti li l-għoġġiela mhux miftumin, il-ħrejjef, il-gidien, id-driefeġ u l-imħor abbord kollha jintemgħu, matul il-vjaġġ, ħalib jew sostituti tal-ħalib b’temperatura li taqbel mat-temperatura tal-ġisem u fil-livell xieraq ta’ iġjene.

Artikolu 30

Il-vjaġġi bit-triq lejn u minn bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem u bastimenti ro-ro għat-trasport ta’ annimali terrestri għajr għasafar u fniek domestiċi

1.Il-ħinijiet tal-vjaġġi għat-trasport ta’ annimali terrestri minbarra għasafar u fniek domestiċi li jinkludu parti mill-vjaġġ fuq il-baħar fejn jiġu ttrasportati kunsinni minn postijiet ta’ oriġini differenti, għandhom jingħaddu mit-tagħbija tal-annimali fil-post tat-tluq l-aktar imbiegħed f’ħin tas-sewqan mill-port tat-tagħbija. L-għadd tal-ħin tal-vjaġġ għandu jiġi sospiż mill-mument li l-aħħar annimal jitgħabba fuq il-bastiment sal-mument li l-ewwel annimal jinħatt fil-port tal-wasla.

2.Il-ħinijiet tat-tmigħ abbord għandhom isegwu r-regoli speċifiċi stabbiliti fil-punt 1 tal-Kapitolu V tal-Anness I.

Artikolu 31

Il-ħinijiet u l-kundizzjonijiet tal-vjaġġ għat-trasport ta’ annimali terrestri għajr għasafar u fniek domestiċi bit-triq u bil-ferrovija f’temperaturi estremi

1.L-organizzatur, meta jissottometti l-ġurnal tal-vjaġġ fi TRACES, u l-awtorità kompetenti meta tapprova l-ġurnal tal-vjaġġ, għandhom iqisu l-previżjoni tat-temperatura fil-post tat-tluq, fil-post tad-destinazzjoni u, meta rilevanti, fil-post ta’ kontroll, fil-ħin li l-annimali jkunu mistennijin ikunu f’dawk il-postijiet. Għal kunsinni ttrasportati lejn pajjiżi terzi, l-organizzatur għandu jqis ukoll il-previżjoni tat-temperatura fil-punt tal-ħruġ jew fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-pajjiż terz.

2.Għat-trasport ta’ annimali terrestri bit-triq, ħlief għall-klieb u għall-qtates:

(a)meta l-previżjoni tat-temperatura tindika temperaturi taħt iż-0°C, il-vetturi tat-triq għandhom ikunu koperti u ċ-ċirkolazzjoni tal-arja fil-kompartiment tal-annimali għandha tiġi kkontrollata sabiex l-annimali jiġu protetti mill-esponiment għat-temperatura kiesħa matul il-vjaġġ;

(b)meta l-previżjoni tat-temperatura tindika temperaturi taħt -5°C, minbarra l-miżuri fil-punt (a), il-ħin tal-vjaġġ ma għandux jaqbeż id-9 sigħat;

(c)meta l-previżjoni tat-temperatura tindika temperaturi ta’ bejn 25°C u 30°C, il-ħin tal-vjaġġ matul il-perjodu ta’ bejn l-10h00 u d-21h00 ma għandux jaqbeż id-9 sigħat;

(d)meta l-previżjoni tat-temperatura tindika temperaturi ogħla minn 30°C, għandhom ikunu permessi biss vjaġġi kompluti bejn id-21h00 u l-10h00.

(e)meta l-previżjoni tat-temperatura tindika temperaturi ogħla minn 30°C bejn id-21h00 u l-10h00, l-allokazzjoni tal-ispazju għall-annimali għandha tiżdied b’20 %.

3.Il-klieb u l-qtates għandhom jiġu ttrasportati f’kompartiment b’temperatura ambjentali li tvarja bejn 20 u 25 °C u b’umdità ta’ bejn 30 u 70 %.

4.Il-paragrafi (1) sa (3) ma għandhomx japplikaw għal annimali ttrasportati fi trasport bijosigur għall-finijiet ta’ proġett awtorizzat jew għat-tnissil skont id-Direttiva 2010/63/UE.

5.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jinkludu l-link għall-korp deżinjat tagħhom għall-previżjoni tat-temperatura fi TRACES sabiex jaqsmu l-previżjoni tat-temperatura mal-awtoritajiet kompetenti u mal-operaturi kollha.

Għat-trasport tal-annimali lejn pajjiż terz, it-temperaturi mistennijin f’postijiet f’pajjiżi terzi għandhom jiġu ddeterminati bl-użu tal-korp għall-previżjoni tat-temperatura deżinjat tal-post tat-tluq.

KAPITOLU VII
TRASPORT LEJN U MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 32

Obbligi li jikkonċernaw it-trasport ta’ annimali lejn pajjiżi terzi

1.L-organizzaturi jistgħu jagħmlu arranġamenti biss għat-trasport tal-annimali lejn pajjiżi terzi jekk ikollhom awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-Artikolu 5.

2.L-organizzaturi għandhom jimlew it-taqsima 1 tal-ġurnal tal-vjaġġ kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III f’konformità mal-Artikolu 15 kemm għal vjaġġi qosra kif ukoll għal vjaġġi twal u jiżguraw li t-trasportaturi u l-indokraturi fil-post tad-destinazzjoni jimlew it-taqsimiet tal-ġurnal tal-vjaġġ li jikkonċernawhom.

3.Għall-vjaġġi li jinkludu t-trasport minn bastiment għall-ġarr tal-bhejjem, l-organizzatur għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni tkun meliet, iffirmat u ttimbrat l-attestazzjoni stabbilita fl-Anness IV u bagħtitha lill-awtorità kompetenti fil-post tat-tluq. L-awtorità kompetenti ma għandhiex tapprova l-ġurnal tal-vjaġġ jekk din l-attestazzjoni ma tiġix ipprovduta.

4.Il-kunsinni tal-annimali għandhom jitilqu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni mill-punti ta’ ħruġ deżinjati kif imsemmi fl-Artikolu 39.

Artikolu 33

Ċertifikat għat-trasport ta’ annimali lejn pajjiżi terzi

1.L-organizzatur għandu jorganizza korp taċ-ċertifikazzjoni sabiex jevalwa l-ewwel vjaġġ lejn post tad-destinazzjoni f’pajjiż terz organizzat mill-organizzatur.

2.Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jevalwa jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ġewx issodisfati matul l-ewwel vjaġġ imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)il-vetturi u l-bastimenti jikkonformaw mar-regoli rilevanti tal-Anness I;

(b)il-ħinijiet massimi tal-vjaġġ, il-kundizzjonijiet speċjali għat-trasport f’temperaturi estremi, u l-perjodi ta’ mistrieħ stabbiliti minn dan ir-Regolament iseħħu kif iddikjarat fil-ġurnal tal-vjaġġ;

(c)l-allokazzjonijiet tal-ispazju jikkonformaw mal-Kapitolu VII tal-Anness I;

(d)l-annimali jibqgħu fil-post tad-destinazzjoni ddikjarat tal-anqas 7 ijiem jew jiġu skarnati;

(e)l-iskop tal-vjaġġ ikun konformi ma’ dak iddikjarat fil-ġurnal tal-vjaġġ;

(f)għal vjaġġi b’komponent minnhom fuq bastiment għall-ġarr tal-bhejjem, l-annimali jaslu f’kundizzjoni tajba fil-port tal-wasla;

(g)l-annimali jiġu mmaniġġjati f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(h)jekk rilevanti, il-postijiet ta’ kontroll użati huma elenkati kif imsemmi fl-Artikolu 34(3);

(i)għat-trasport ta’ annimali akkwatiċi, il-vetturi u l-operazzjonijiet tat-trasport jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Anness II.

3.Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu joħroġ ċertifikat għat-trasport tal-annimali lejn pajjiżi terzi lill-organizzatur. Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal 5 snin.

4.L-organizzatur għandu jibgħat iċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.

5.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw organizzaturi ċċertifikati fi TRACES.

6.Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jiġux issodisfati, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jinforma lill-organizzatur u lill-awtorità kompetenti, li għandhom jissospendu l-awtorizzazzjoni tal-organizzatur għat-trasport lejn pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 6(4).

7.Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni għandhom iwettqu tal-anqas żewġ evalwazzjonijiet mhux imħabbrin ta’ vjaġġi mwettqin mill-organizzatur fi żmien 5 snin mill-validità taċ-ċertifikat, sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2.

8.Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jibgħat ir-rapporti tal-evalwazzjonijiet mhux imħabbrin lill-organizzatur u lill-awtorità kompetenti u jinnotifikahom b’nuqqasijiet serji ta’ konformità wara spezzjonijiet mhux imħabbrin. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi l-awtorizzazzjoni tal-organizzatur għat-trasport lejn pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 6(4). Dawn l-evalwazzjonijiet mhux imħabbrin għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontrolli uffiċjali mwettqin skont ir-Regolament (UE) 2017/625.

9.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49 sabiex tistabbilixxi ulterjorment l-elementi li għandhom jiġu vverifikati mill-evalwazzjonijiet u l-frekwenza tal-evalwazzjonijiet.

Artikolu 34

Postijiet ta’ kontroll f’pajjiżi terzi

1.Il-perjodi ta’ mistrieħ għall-annimali f’pajjiżi terzi għandhom isiru biss f’postijiet ta’ kontroll li jissodisfaw rekwiżiti tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1255/97 u li huma inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

2.Il-postijiet ta’ kontroll f’pajjiżi terzi għandhom jiġu inklużi biss fil-lista prevista fil-paragrafu 3 jekk ikunu ċċertifikati minn korp ta’ ċertifikazzjoni bħala li jkollhom il-mezzi sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1255/97. Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal 5 snin. L-operatur tal-post ta’ kontroll jew l-organizzatur jista’ jitlob lill-Kummissjoni tinkludi l-post ta’ kontroll fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

3.Il-Kummissjoni għandha tapprova, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49, lista ta’ postijiet ta’ kontroll li jissodisfaw l-istandards li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1255/97. Din il-lista għandha tkun disponibbli fi TRACES.

4.Il-Kummissjoni għandha tneħħi post ta’ kontroll mil-lista msemmija fil-paragrafu 3 meta, wara evalwazzjoni mill-korp ta’ ċertifikazzjoni jew wara awditu mill-Kummissjoni, ikun hemm evidenza li l-post ta’ kontroll ma għadux jissodisfa standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1255/97. Għandha tkun tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 49.

Artikolu 35

Annimali li jidħlu fl-Unjoni

1.It-trasportaturi li jittrasportaw l-annimali lejn l-Unjoni għandhom:

(a)jiżguraw li l-annimali jiġu ttrasportati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jew f’kundizzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, mill-post tat-tluq fil-pajjiż terz sal-post tad-destinazzjoni fl-Unjoni;

(b)jimlew il-ġurnal tal-vjaġġ fi TRACES, kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III, filwaqt li jispeċifikaw b’mod partikolari l-post, id-data u l-ħin tat-tluq fil-pajjiż terz.

2.Iċ-ċertifikat uffiċjali tas-saħħa li jakkumpanja l-annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi u minn territorji terzi għandu jkun fih attestazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-post tat-tluq li tiċċertifika li l-ippjanar tal-vjaġġ jikkonforma ma’ rekwiżiti tal-anqas ekwivalenti għal dawk ta’ dan ir-Regolament.

3.Għal vjaġġi twal, l-awtorità kompetenti fil-post tat-tluq fil-pajjiż terz għandha tirrieżamina u tapprova l-ġurnal tal-vjaġġ qabel it-tluq, fi TRACES.

Artikolu 36

Annimali li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni

Meta l-annimali jiġu ttrasportati minn post ta’ oriġini f’pajjiż terz lejn post ta’ destinazzjoni fl-istess pajjiż terz jew f’pajjiż terz ieħor u jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni, l-operaturi għandhom jiżguraw li r-regoli ta’ dan ir-Regolament jiġu rrispettati matul il-parti tal-vjaġġ li sseħħ fit-territorju tal-Unjoni, ħlief għad-dispożizzjonijiet dwar il-ħinijiet massimi tal-vjaġġ stabbiliti fl-Artikolu 27, il-paragrafi (1), (2) u (3), fl-Artikolu 28, fl-Artikolu 29, il-paragrafi (1) u (2), u fil-punt 2.2 tal-Kapitolu V tal-Anness I.

KAPITOLU VIII
OBBLIGI TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 37

Taħriġ

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti responsabbli sabiex:

(a)tiżgura li jkunu disponibbli korsijiet ta’ taħriġ għas-sewwieqa, għall-attendenti u għall-uffiċjali għall-benesseri tal-annimali involuti fit-trasport ta’ annimali rilevanti għall-ispeċijiet u għall-kategoriji ta’ annimali kkonċernati;

(b)iżżomm lista ta’ korsijiet ta’ taħriġ approvati disponibbli għas-sewwieqa, għall-attendenti u għall-uffiċjali għall-benesseri tal-annimali responsabbli għall-benesseri tal-annimali matul it-trasport;

(c)torganizza eżami finali indipendenti sabiex tittestja l-għarfien tas-sewwieqa, tal-attendenti u tal-uffiċjali għall-benesseri tal-annimali, li l-kontenut tiegħu għandu jkun rilevanti għall-kategoriji tal-annimal ikkonċernat u għandu jikkorrispondi għall-istadju tat-trasport ikkonċernat;

(d)tqassam ċertifikati ta’ kompetenza li jattestaw li wieħed ikun għadda b’suċċess mill-eżami finali indipendenti;

(e)tiddetermina l-kontenut tal-korsijiet ta’ taħriġ imsemmijin fil-punt (a) u l-modalitajiet tal-eżami msemmi fil-punt (b).

2.Il-korsijiet ta’ taħriġ imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikopru tal-anqas il-kompetenzi, l-għarfien u l-ħiliet li ġejjin:

(a)l-obbligi dwar il-benesseri tal-annimali, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Annessi I u II;

(b)l-imġiba speċifika għall-ispeċi tal-annimali u l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi u etoloġiċi tagħhom matul vjaġġ;

(c)modi kif jitnaqqsu r-riskji għall-benesseri tal-annimali matul vjaġġ;

(d)ir-rikonoxximent tal-emozzjonijiet pożittivi u negattivi tal-espressjonijiet tal-annimali, inkluż kwalunkwe sinjal ta’ tbatija matul il-vjaġġ;

(e)l-użu u l-manutenzjoni tat-tagħmir użat għall-annimali akkomodati fil-mezz tat-trasport;

(f)il-metodi għall-indikaturi ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 26; u

(g)il-pjanijiet ta’ kontinġenza fl-Artikolu 8.

Artikolu 38

Ċertifikat ta’ kompetenza

1.L-awtorità kompetenti għandha tagħti ċertifikat ta’ kompetenza fi TRACES dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-applikant ikun għadda b’suċċess mill-eżami finali msemmi fl-Artikolu 37(1), il-punt (c);

(b)l-applikant ikun ipprovda dikjarazzjoni bil-miktub li tiddikjara li ma jkunx wettaq ksur serju kif previst fl-Artikolu 44 fit-3 snin ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat.

2.L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti ċ-ċertifikat ta’ kompetenza jekk awtorità kompetenti oħra tkun ipprojbiet lill-applikant milli jimmaniġġja l-annimali.

3.Iċ-ċertifikat ta’ kompetenza għandu jinkludi l-informazzjoni stabbilita fit-Taqsima 4 tal-Anness V. Dan għandu jkun validu għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin mid-data tal-ħruġ.

4.L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta’ kompetenza mogħtijin fi Stat Membru ieħor.

5.L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-kwalifiki miksubin għal għanijiet oħrajn bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati ta’ kompetenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dment li jkunu nkisbu f’kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan l-Artikolu. Permezz tal-Internet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli u jżommu aġġornata, lista ta’ kwalifiki rikonoxxuti bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza.

6.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw fi TRACES ċertifikat ta’ kompetenza mogħti skont dan ir-Regolament meta l-persuna li jkollha dak iċ-ċertifikat ma tibqax turi kompetenza, għarfien jew sensibilizzazzjoni suffiċjenti dwar il-kompiti tagħha.

Artikolu 39

Deżinjazzjoni tal-punti ta’ ħruġ

L-Istati Membri għandhom:

(a)jiddeżinjaw il-punti ta’ ħruġ li minnhom jista’ jsir it-trasport ta’ annimali lejn pajjiżi terzi;

(b)jirreġistraw il-punti ta’ ħruġ deżinjati fit-territorju tagħhom fi TRACES u jaġġornaw regolarment din l-informazzjoni.

Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fi TRACES.

Artikolu 40

Spezzjoni ta’ bastiment għall-ġarr tal-bhejjem waqt it-tagħbija u l-ħatt

1.Qabel ma l-annimali jitgħabbew fuq bastiment għall-ġarr tal-bhejjem, l-awtorità kompetenti għandha tispezzjona l-bastiment sabiex tivverifika b’mod partikolari li:

(a)il-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem ikun mibni u attrezzat għan-numru u għat-tip ta’ annimali li għandhom jiġu trasportati;

(b)il-kompartimenti fejn l-annimali għandhom jiġu akkomodati jkunu għadhom fi stat tajjeb ta’ tiswija;

(c)it-tagħmir imsemmi fil-Kapitolu IV tal-Anness I ikunu għadhom f’kundizzjoni operattiva tajba;

(d)il-klassifikazzjoni tal-profil tar-riskju tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem tkun ta’ riskju standard jew riskju baxx skont il-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port.

2.Qabel ma l-annimali jitgħabbew fuq bastiment għall-ġarr tal-bhejjem jew jinħattu minnu, l-awtorità kompetenti għandha tispezzjona l-bastiment sabiex tivverifika li:

(a)l-annimali jkunu idonei sabiex ikomplu l-vjaġġ;

(b)l-operazzjonijiet tat-tagħbija/tal-ħatt jitwettqu f’konformità mal-punt 2 tal-Kapitolu III tal-Anness I;

(c)l-arranġamenti dwar l-għalf u l-ilma jkunu f’konformità mal-punt 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness I.

Artikolu 41

Korpi ta’ Kollegament dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport

1.Il-korpi ta’ kollegament dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport, iddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, għandhom, minbarra l-kompiti u r-responsabbiltajiet previsti fir-Regolament (UE) 2017/625, ikollhom il-kompiti li ġejjin:

(a)l-għoti ta’ assistenza reċiproka sabiex tiġi ffaċilitata applikazzjoni bla xkiel ta’ dan ir-Regolament, inkluż id-dewmien fit-trasport jew ir-rifjut ta’ kunsinni minn pajjiżi terzi ta’ annimali ttrasportati bit-triq, bil-ferrovija jew bil-bastiment;

(b)l-iskambju ta’ pariri u l-aħjar prattiki rigward il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat regolari tan-network ta’ korpi ta’ kollegament imsemmijin fil-paragrafu 1, bl-għan li tiffaċilita infurzar uniformi ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni.

KAPITOLU IX
SANZJONIJIET

Artikolu 42

Miżuri u sanzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-konformità

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar miżuri u sanzjonijiet kontra l-persuna fiżika li tkun wettqet ksur ta’ dan ir-Regolament, jew il-persuna ġuridika miżmuma responsabbli għalih. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom sistematikament:

(a)jinvestigaw ksur suspettat sabiex jikkonfermaw jew jeliminaw is-suspett;

(b)jieħdu miżuri xierqa, meta jiġi identifikat ksur, inkluż sabiex jintemm il-ksur; u

(c)japplikaw sanzjonijiet f’konformità ma’ dan il-Kapitolu u mar-Regolament (UE) 2017/625 kontra l-persuna fiżika li tkun wettqet jew il-persuna ġuridika miżmuma responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 43

Sanzjonijiet għall-ksur ta’ dan ir-Regolament

1.Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna fiżika li tkun wettqet jew persuna ġuridika miżmuma responsabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament tkun soġġetta għal sanzjonijiet amministrattivi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u mad-dritt nazzjonali. Inkella, l-Istati Membri jistgħu japplikaw sanzjonijiet kriminali.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet applikati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali jkunu proporzjonati għas-serjetà tal-ksur u adegwati fis-severità sabiex jiġi ppenalizzat u skoraġġut b’mod effettiv ksur ulterjuri.

3.Meta jiddeterminaw is-sanzjonijiet, inkluż meta jistabbilixxu l-ammont ta’ penali finanzjarji f’konformità mal-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom iqisu n-natura, il-gravità u l-firxa tal-ksur, inkluża l-ħsara għall-benesseri tal-annimali kkonċernati, in-numru, it-tip, l-età jew il-vulnerabbiltà tagħhom, id-durata tal-ksur, ir-ripetizzjoni tiegħu, u l-akkumulazzjoni ta’ ksur simultanju u jekk il-ksur twettaqx deliberatament jew b’negliġenza.

4.Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti:

(a)ksur imwettaq permezz ta’ prattiki frawdolenti jew qarrieqa, jew bl-użu ta’ dokumenti/ċertifikati li jkunu ffalsifikati jew magħrufin bħala invalidi;

(b)dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa b’mod deliberat fil-ġurnali tal-vjaġġ.

5.Fil-każ ta’ ksur serju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur serju jkun punibbli b’penali finanzjarja amministrattiva li l-minimu tagħha għandu jkun tal-anqas daqs il-valur tal-kunsinna. Fil-każ ta’ ksur serju ripetut f’perjodu ta’ 3 snin, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur serju jkun punibbli b’penali finanzjarji amministrattivi, li l-minimu tagħhom għandu jkun tal-anqas id-doppju tal-valur tal-kunsinna.

L-Istati Membri jistgħu jqisu s-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur jew il-persuna ġuridika miżmuma responsabbli għall-ksur sabiex jiżguraw id-deterrenza tas-sanzjonijiet. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu, f’konformità mad-dritt nazzjonali, japplikaw sistema li biha tiġi imposta penali finanzjarja li tiġi kkalkolata bħala perċentwal tal-fatturat tal-operatur li jinżamm responsabbli għall-ksur.

Artikolu 44

Ksur serju

Il-ksur li ġej għandu jitqies bħala serju meta jitwettaq deliberatament jew b’negliġenza:

(a)jiġu ttrasportati annimali b’feriti miftuħin serji, bi prolassi u b’saqajn miksurin;

(b)l-annimali jiġu ttrasportati qabel l-età minima għat-trasport;

(c)l-għoli vertikali pprovdut lill-annimali ttrasportati jkun anqas minn 80 % tar-rekwiżiti għall-għoli vertikali stabbiliti fil-punt 6 tal-Kapitolu III tal-Anness I;

(d)l-allokazzjoni tal-ispazju għall-annimali ttrasportati tkun anqas minn 80 % tar-rekwiżiti għall-allokazzjonijiet tal-ispazju stabbiliti fil-Kapitolu VII tal-Anness I;

(e)il-ħin tal-vjaġġ jaqbeż il-ħin massimu tal-vjaġġ bi 30 %, minbarra l-perjodi ta’ mistrieħ;

(f)l-annimali akkwatiċi jiġu ttrasportati mingħajr monitoraġġ tal-parametri tal-ilma f’konformità mal-Anness II;

(g)l-annimali jiġu ttrasportati għal vjaġġi twal mingħajr awtorizzazzjoni tal-organizzatur, awtorizzazzjoni tat-trasportatur, ċertifikat ta’ approvazzjoni għal mezz tat-trasport, jew ċertifikat ta’ kompetenza tas-sewwieq jew tal-attendent;

(h)l-annimali jiġu ttrasportati għal vjaġġi twal mingħajr approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-ġurnal tal-vjaġġ;

(i)l-annimali jiġu ttrasportati b’destinazzjoni f’pajjiż terz mingħajr ċertifikat validu għat-trasport ta’ annimali lejn pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 33.

Artikolu 45

Sanzjonijiet oħrajn

1.Is-sanzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu huma mingħajr preġudizzju għal sanzjonijiet oħrajn li jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ ksur stabbilit, b’mod partikolari:

(a)l-immobilizzazzjoni tal-vettura jew tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem involut fil-ksur;

(b)il-konfiska tal-vettura jew tal-bastiment għall-ġarr tal-bhejjem jew tal-annimali ttrasportati;

(c)is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-organizzatur jew tat-trasportatur;

(d)is-sospensjoni jew il-waqfien tal-attivitajiet ekonomiċi kollha tal-operatur relatati mat-trasport tal-annimali jew ta’ parti minnhom.

2.L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-durata tas-sanzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 46

Rapport dwar l-istat tal-benesseri tal-annimali fit-trasport

1.Fuq il-bażi tad-data rreġistrata fi TRACES f’konformità mal-Artikolu 26 u ta’ kwalunkwe data rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha tippubblika sa [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull 5 snin wara dan, rapport ta’ monitoraġġ dwar l-istat tal-benesseri tal-annimali fir-rigward tat-trasport fl-Unjoni.

2.Għall-finijiet tar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport.

Artikolu 47

Emenda tal-Annessi

1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48 sabiex taġġorna r-regoli tekniċi li jinsabu fl-Anness I, il-Kapitoli I, II, V u VII, u fl-Anness II sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-iżviluppi xjentifiċi meta disponibbli, inklużi l-opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA, u tal-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali, fir-rigward ta’ dawn:

(a)id-disinn u l-manutenzjoni tal-mezzi tat-trasport;

(b)it-tagħmir tal-immaniġġjar;

(c)ir-rekwiżiti tal-ilma, inklużi l-parametri tal-livelli massimi għall-ilma, u r-rekwiżiti tal-monitoraġġ tal-ilma;

(d)ir-rekwiżiti tat-tmigħ;

(e)l-idoneità għat-trasport;

(f)il-prattiki ta’ tagħbija u ta’ ħatt;

(g)l-immaniġġjar matul u wara l-attivitajiet tat-trasport;

(h)il-kundizzjonijiet abbord il-bastimenti ro-ro u t-trasport bl-ajru;

(i)il-prattiki tat-trasport;

(j)ir-rekwiżiti tal-allokazzjoni tal-ispazju u tad-densità ta’ bhejjem.

2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49 sabiex taġġorna l-mudelli għall-ġurnali tal-vjaġġi fl-Anness III u l-mudell tal-attestazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 48

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont il-paragrafi 2 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 49

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 50

Setgħat ta’ implimentazzjoni dwar id-dokumenti

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 6, 9, 12, 13 u 38 dwar ir-regoli għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet, ta’ ċertifikati u ta’ ġurnali tal-vjaġġ elettroniċi u għall-użu tal-firma elettronika.

KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 51

Il-protezzjoni tad-data fil-kuntest ta’ awtorizzazzjonijiet, ta’ ġurnali tal-vjaġġ, ta’ sistemi ta’ pożizzjonament ta’ trekkjar f’ħin reali u ta’ ċertifikati

1. Għall-awtorizzazzjonijiet imsemmijin fil-Kapitolu II, il-ġurnali tal-vjaġġ imsemmijin fil-Kapitolu IV u ċ-ċertifikati msemmijin fil-Kapitolu VIII, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu kontrolluri konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/679, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715.

2.Għall-finijiet tas-sistemi ta’ pożizzjonament ta’ trekkjar f’ħin reali msemmijin fl-Artikolu 24, il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

3.Id-data rreġistrata fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3) għandha tkun aċċessibbli biss għall-Kummissjoni, għall-fini li tiġi rkuprata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(5) fi TRACES.

4.Minbarra l-kategoriji ta’ data pproċessati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715, id-data miġbura permezz tas-sistema ta’ pożizzjonament f’ħin reali msemmija fl-Artikolu 24 u d-data fil-ġurnal tal-vjaġġ relatata mal-isem u man-numru tat-telefon tas-sewwieq għandha tiġi pproċessata wkoll għall-iskop uniku li jitwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/625.

5.Ir-reġistrazzjoni ta’ data dwar il-pożizzjoni f’intervalli ta’ perjodu qasir għandha tinżamm fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3) għal perjodu ta’ 6 snin.

6.Id-data personali relatata mal-awtorizzazzjonijiet imsemmijin fil-Kapitolu II u maċ-ċertifikati msemmijin fil-Kapitolu VIII għandha tinżamm minn TRACES matul il-validità ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati u għal perjodu ta’ 6 snin wara li jiskadu jew jiġu rtirati.

Artikolu 52

Miżuri nazzjonali aktar stretti

Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri nazzjonali aktar stretti mmirati lejn it-titjib tal-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport li jseħħ kompletament fit-territorju ta’ Stat Membru, jew matul it-trasport li jsir esklużivament bejn post tat-tluq fit-territorju ta’ Stat Membru u post tad-destinazzjoni f’pajjiż terz, dment li dawk il-miżuri ma jfixklux il-funzjonament xieraq tas-suq intern.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar regoli nazzjonali bħal dawn qabel jadottawhom. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn dwar dawn.

Artikolu 53

Applikazzjoni għall-apparati mobbli

1.    Sa [5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti applikazzjoni għall-apparati mobbli li tippermetti t-twettiq ta’ kompiti amministrattivi fir-rigward tat-trasport tal-annimali. L-applikazzjoni għandu jkollha tal-anqas il-funzjonalitajiet li ġejjin konnessi ma’ TRACES:

(a)il-ħolqien u l-aġġornament ta’ sezzjonijiet ta’ ġurnal tal-vjaġġ minn utenti reġistrati ta’ TRACES;

(b)is-sottomissjoni ta’ ġurnal tal-vjaġġ għall-approvazzjoni;

(c)il-kalkolu tal-allokazzjoni tal-ispazju meħtieġa;

(d)l-għodod għall-kontroll tal-idoneità għat-trasport;

(e)l-għodod sabiex tiġi vverifikata l-previżjoni tat-temp.

2.Sa [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet dettaljati għall-iżvilupp tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 54

Rapportar u evalwazzjoni

1.Sa [10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolamen u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

2.Għall-finijiet tar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport.

Artikolu 55

Deroga

B’deroga minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-disposizzjonijiet nazzjonali attwali dwar it-trasport tal-annimali fir-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom, li joriġinaw minn dawn ir-reġjuni jew li jaslu fihom. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

KAPITOLU XII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 56

Tħassir

1.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 huwa mħassar.

2.Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 57

Emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(e)ikunu mgħammrin għall-ispeċijiet u għall-kategoriji ta’ annimali li jakkomodaw;

(f)ikunu ta’ daqs suffiċjenti sabiex jakkomodaw tal-anqas tagħbija ta’ trakk mimli annimali filwaqt li jirrispettaw l-allokazzjonijiet tal-ispazju stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 2008/119/KE 60 u 2008/120/KE 61 .”

Fl-Artikolu 5, jiżdied il-punt li ġej:

“(j)li jżommu sistema ta’ prenotazzjoni fi TRACES li tippermetti lill-organizzaturi jaraw u jipprenotaw l-islots disponibbli.”

Artikolu 58

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Il-punt (2)(e) tal-Kapitolu I tal-Anness I, il-Kapitolu V tal-Anness I, il-punt 3.1. tal-Kapitolu VI tal-Anness I u l-Kapitolu VII tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 għandhom ikomplu japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tal-punt 1(h) tal-Kapitolu I tal-Anness I, l-Artikoli 27 sa 30 u l-Kapitolu VII tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.Għandu japplika minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-paragrafi 3 u 4.

3.L-Artikolu 13(2), il-punt (d), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 44, il-punt 10 tal-Kapitolu I tal-Anness I, il-punt 2.5. tal-Kapitolu II tal-Anness I u l-punt 3.3 tal-Kapitolu V tal-Anness I għandhom japplikaw minn 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.L-Artikolu 24, il-paragrafi 1 sa 4, l-Artikolu 51, l-Artikoli 27 sa 30, il-Kapitolu VII, il-Punt 1(h) tal-Kapitolu I tal-Anness I, u l-Kapitolu VII tal-Anness I għandhom japplikaw minn 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Intestatura 1: Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 62  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport, billi tikkontribwixxi kemm għal benesseri aħjar kif ukoll għal produzzjoni tal-ikel aktar sostenibbli.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru

Li jiġu aġġornati l-kundizzjonijiet attwali għat-trasport tal-annimali fid-dawl tal-aħħar progress xjentifiku u teknoloġiku sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ benesseri u kwalità aħjar tal-ikel li joriġina mill-annimali.

Li jingħata kontribut għal infurzar aħjar u armonizzat tar-regoli dwar it-trasport tal-annimali fil-livell tal-UE, jissaħħu l-kontrolli uffiċjali relatati mal-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport u jiġi ddiġitalizzat il-proċess kollu għat-trasport tal-annimali sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Objettiv speċifiku 1

-Ħinijiet tal-vjaġġ imnaqqsin

-Approċċ armonizzat u unifikat aħjar għall-kalkolu tal-ħinijiet tal-vjaġġ għall-annimali għall-iskarnar u għall-ħames speċijiet ewlenin ta’ annimali mrobbijin

-Żieda tal-allokazzjoni tal-ispazju

-Kundizzjonijiet aktar ċari u aktar speċifiċi għal speċijiet u għal kategoriji differenti ta’ annimali

-Kundizzjonijiet imtejbin għat-trasport ta’ kategoriji vulnerabbli ta’ annimali bħal annimali tqal, għoġġiela mhux miftumin jew tiġieġ tal-bajd fl-aħħar tal-indukrar

-Titjib tal-kundizzjonijiet tal-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem

-Ċertifikazzjoni esterna dwar il-konformità lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni

-Kundizzjonijiet aktar stretti għall-esportazzjoni ta’ annimali mill-UE lejn pajjiżi terzi

- Rekwiżiti ġodda u aktar speċifiċi għat-trasport ta’ klieb u ta’ qtates u ta’ annimali akkwatiċi

- Regoli aktar ċari għat-tnaqqis tal-esponiment tal-annimali matul it-trasport għal temperaturi estremi (jiġifieri baxxi ħafna jew estremament għoljin)

Objettiv speċifiku 2

-Tnaqqis tad-distorsjonijiet fis-suq intern

-Modernizzazzjoni tal-għodod għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni

-Diġitalizzazzjoni tal-proċess kollu u tnaqqis tal-burokrazija u tal-piż amministrattiv

-Approċċ armonizzat għas-sistema ta’ sanzjonar u fehim komuni tal-livell ta’ severità tan-nuqqasijiet ta’ konformità

-Sistema ta’ trekkjar f’ħin reali li tiżgura rispons aħjar f’każ ta’ inċidenti matul it-trasport

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Objettiv speċifiku 1:

-Durata tal-ħinijiet tal-vjaġġ

-Numru u perċentwal ta’ annimali li jkorru matul it-trasport

-Numru u perċentwal ta’ annimali bi problemi relatati mas-saħħa u mal-istat fiżiku (stress tas-sħana jew tal-kesħa, għatx u ġuħ għal żmien estiż)

- Numru u perċentwal ta’ annimali mejtin mal-wasla

- Numru ta’ trasport tal-annimali

-Anqas nuqqasijiet ta’ konformità

Objettiv speċifiku 2:

-Użu ta’ applikazzjoni diġitali bbażata fuq TRACES li trid tiġi żviluppata.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-benesseri tal-annimali u tiffaċilita livell armonizzat ta’ infurzar u ta’ konformità. Il-proposta taġġorna r-regoli dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport f’konformità mal-aħħar progress xjentifiku u teknoloġiku bl-għan li ttejjeb il-benesseri tal-annimali u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta għall-operaturi ta’ negozju. TRACES tkompli tiġi żviluppata sabiex jiġu indirizzati ċ-ċertifikazzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-approvazzjonijiet kollha b’mod elettroniku, u b’hekk l-awtoritajiet kompetenti kollha fl-UE jkunu jistgħu jaċċessaw id-data rilevanti għat-trasport tal-annimali. Barra minn hekk, it-trekkjar f’ħin reali tal-vetturi tat-triq se jkun disponibbli fi TRACES sabiex jiġi mmonitorjat aħjar li l-ħinijiet tal-vjaġġ jiġu rrispettati.

Il-ħtieġa għal riżorsi finanzjarji tibda fl-2024 bi studju dwar il-modalitajiet għall-użu ta’ teknoloġiji ġodda u tad-diġitalizzazzjoni sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport. Is-snin ta’ wara jkunu ddedikati għat-tfassil ta’ dawn l-għodod u għall-manutenzjoni tagħhom.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Mill-adozzjoni tar-Regolament dwar it-Trasport, ix-xjenza evolviet, it-teknoloġija tippermetti implimentazzjoni aktar effiċjenti tar-regoli u ċ-ċittadini tal-UE qegħdin jagħtu aktar attenzjoni lill-benesseri tal-annimali. L-Istati Membri spiss ikollhom sfidi bl-interpretazzjonijiet tal-istess dispożizzjonijiet, li spiss iwasslu għal livell differenti ta’ infurzar tar-regoli tat-trasport madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Istati Membri adottaw ir-regoli tagħhom stess dwar il-benesseri li jqabblu r-rekwiżiti l-ġodda tagħhom mal-aħħar xjenza disponibbli. Dan jimplika distorsjonijiet fis-suq intern u kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha involuti.

Din il-proposta ġġib għat-trasport l-aktar parir xjentifiku riċenti, tikkontribwixxi għall-kummerċ kemm tal-annimali kif ukoll tal-ikel li joriġina mill-annimali b’rispett tal-kundizzjonijiet ekwi u ttejjeb il-benesseri tal-bhejjem madwar l-UE. Is-suq intern jittejjeb, u l-valuri għoljin tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali jkunu promossi aktar faċilment fil-livell globali.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-kontroll tal-idoneità (evalwazzjoni) imwettaq fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali juri li żviluppi sinifikanti fix-xjenza u fit-teknoloġija, xejriet soċjetali ġodda u sfidi ta’ sostenibbiltà ma humiex riflessi bis-sħiħ fir-regolament attwali. L-Istati Membri indirizzaw dawn id-disparitajiet fix-xjenza permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, u dan ikkontribwixxa għal kundizzjonijiet mhux ekwi madwar l-Unjoni.

Barra minn hekk, ir-regoli attwali tat-trasport urew li huma diffiċli sabiex jiġu implimentati u infurzati, u dan wassal għal livell frammentat ta’ benesseri tal-annimali u għal kundizzjonijiet mhux ekwi fis-suq tal-UE.

L-iskambji mal-awtoritajiet kompetenti jiffurmaw l-Istati Membri, partijiet ikkonċernati differenti, ir-riżultati mill-awditi tal-Kummissjoni u prattiki aħjar identifikati mill-esperti nazzjonali juru li huma meħtieġa regoli u responsabbiltajiet aktar ċari sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni u infurzar armonizzati madwar l-Unjoni.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Ir-Regolament għandu jkun parti mill-Fergħa tal-Ikel tal-Programm għas-Suq Uniku u se jaħdem f’sinerġija mal-Politika Agrikola Komuni. Filwaqt li din il-proposta se jkollha t-tendenza li tippromwovi l-benesseri tal-annimali permezz tad-domanda tal-konsumaturi, il-PAK għandha diversi strumenti sabiex ittejjeb il-benesseri tal-annimali tal-annimali li jipproduċu l-ikel permezz ta’ sussidji lill-produtturi (ekokimiċi, miżuri ta’ żvilupp rurali dwar il-benesseri tal-annimali, investimenti, taħriġ, servizzi konsultattivi, skemi tal-kwalità, eċċ.).

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-kostijiet se jiġu appoġġati mill-Programm tas-Suq Uniku - Fergħa tal-Ikel minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-regolament jikkontribwixxu għal wieħed mill-objettivi ewlenin tal-programm, jiġifieri l-Produzzjoni sostenibbli u reżiljenti tal-ikel u għall-miri tal-UE ta’ “Mill-Għalqa sal-Platt”.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2024 sal-2027,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 63   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi deżinjati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi rregolati tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

[…]

[…]

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet għall-ġbir ta’ data u ta’ indikaturi annwali tal-benesseri tal-annimali.

Ir-Regolament jeħtieġ li l-Istati Membri u l-operaturi jdaħħlu l-informazzjoni kollha fi TRACES u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni d-data għall-finijiet ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

F’konformità mad-dikjarazzjoni ta’ governanza tal-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari (SANTE) iwettaq l-operazzjonijiet tiegħu f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti applikabbli, filwaqt li jaħdem b’mod miftuħ u trasparenti u jissodisfa l-livell għoli mistenni ta’ standards professjonali u etiċi.

L-azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport se jiġu implimentati permezz ta’ ġestjoni diretta, bl-użu tal-modi ta’ implimentazzjoni offruti mir-Regolament Finanzjarju: il-ġestjoni diretta tippermetti li jiġu stabbiliti ftehimiet/kuntratti ta’ għotja ma’ benefiċjarji/kuntratturi involuti direttament f’attivitajiet li jaqdu l-politiki tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tiżgura monitoraġġ dirett tal-eżitu tal-azzjonijiet iffinanzjati. Il-modalitajiet tal-pagament tal-azzjonijiet iffinanzjati se jiġu adattati għar-riskji li jikkonċernaw it-tranżazzjonijiet finanzjarji.

Sabiex jiġu żgurati l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-kontrolli tal-Kummissjoni, l-istrateġija ta’ kontroll tkun orjentata lejn bilanċ bejn il-kontrolli ex ante u ex post u tiffoka fuq tliet stadji ewlenin ta’ implimentazzjoni tal-għotjiet/tal-kuntratti, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju:

L-għażla tal-proposti/offerti li jaqblu mal-objettivi politiċi tar-Regolament;

Il-kontrolli operazzjonali, ta’ monitoraġġ u ex ante li jkopru l-implimentazzjoni tal-proġett, l-akkwist pubbliku, il-prefinanzjament, il-pagamenti interim u finali;

Se jitwettqu wkoll kontrolli ex ante fis-siti tal-benefiċjarji, tipikament fuq kampjun ibbażat fuq ir-riskju ta’ tranżazzjonijiet minħabba kunsiderazzjonijiet relatati mal-effiċjenza.

Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (DĠ SANTE) huwa soġġett għal kontrolli amministrattivi inklużi l-kontroll baġitarju, ir-rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, il-kwittanza annwali għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE u l-investigazzjonijiet possibbli mwettqin mill-OLAF sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi allokati jintużaw kif suppost.

F’konformità mal-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni 64 , id-DĠ SANTE elabora strateġija ta’ kontroll intern li tiffoka fuq il-ġestjoni finanzjarja u fuq il-konformità tiegħu mar-Regolament Finanzjarju, speċjalment fir-rigward tal-ħames objettivi ta’ kontroll 65 u tal-prinċipji ewlenin ta’ kontrolli kosteffiċjenti u effettivi u tal-miżuri kontra l-frodi. L-istrateġija hija dokument li jevolvi u li jiġi aġġornat regolarment u hija adottata mill-Bord tat-Tmexxija tad-DĠ SANTE.

Id-Direttur inkarigat mill-Ġestjoni tar-Riskju u l-Kontroll Intern (RMIC) tad-DĠ SANTE huwa responsabbli għall-koordinazzjoni tal-abbozzar, tal-aġġornament u tal-komunikazzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll għall-persunal kollu kkonċernat. Għal dan l-għan, id-Direttur ta’ kull sena jniedi valutazzjoni annwali tas-sistema ta’ kontroll intern li tikkontribwixxi għar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ SANTE.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-ġestjoni tar-riskju hija integrata bis-sħiħ fiċ-ċiklu ta’ ppjanar u kontroll tad-DĠ SANTE. L-aktar riskji importanti huma identifikati fl-eżerċizzju annwali tal-valutazzjoni tar-riskju. L-enfasi hija fuq l-iskopertura għar-riskju residwu filwaqt li jitqiesu l-miżuri kollha li diġà ttieħdu sabiex jittaffa r-riskju. L-eżerċizzju jagħlaq b’diskussjonijiet fil-livell ta’ maniġment superjuri ppreseduti mid-Direttur Ġenerali. L-hekk imsejħin “riskji kritiċi” huma rrapportati lill-Kummissarju flimkien ma’ pjan ta’ azzjoni sabiex dawn jitnaqqsu għal livell aċċettabbli. Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni, jitħejja u jiġi kkomunikat rapport ta’ progress lill-Kummissarju fil-kuntest tar-rapport ta’ nofs it-terminu.

Id-DĠ SANTE integra l-ġestjoni tar-riskju fil-proċessi ta’ implimentazzjoni tal-baġit tiegħu. Ir-riskji, il-kwistjonijiet jew il-problemi potenzjali jiġu identifikati f’kull pass tal-proċess ta’ ġestjoni finanzjarja.

L-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid tiffoka fuq l-attribuzzjoni tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku kif ukoll ta’ fuq numru ta’ għotjiet għal attivitajiet u għal organizzazzjonijiet speċifiċi.

Il-kuntratti ta’ akkwist pubbliku se jiġu konklużi prinċipalment f’oqsma bħall-iżvilupp ta’ prodotti tal-IT u l-appoġġ u l-istudji.

Ir-riskji ewlenin huma dawn li ġejjin:

Ir-riskju li l-objettivi tar-Regolament ma jintlaħqux għalkollox minħabba użu jew kwalità insuffiċjenti/dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti jew il-kuntratti magħżulin;

Riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtijin, kemm għall-għotjiet (il-kumplessità tar-regoli ta’ finanzjament) kif ukoll għall-akkwist (numru limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jwassal għal possibbiltajiet insuffiċjenti sabiex jitqabblu l-offerti tal-prezzijiet f’xi setturi);

• Ir-riskju għar-reputazzjoni għall-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti frodi jew attivitajiet kriminali; tista’ tinkiseb biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-partijiet terzi billi l-kuntratturi u l-benefiċjarji lkoll qegħdin joperaw is-sistema ta’ kontroll tagħhom stess.

Il-Kummissjoni stabbiliet proċeduri interni bil-għan li jkopru r-riskji identifikati hawn fuq. Il-proċeduri interni huma konformi għalkollox mar-Regolament Finanzjarju u jinkludu miżuri kontra l-frodi u kunsiderazzjonijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji. F’dan il-qafas, il-Kummissjoni tkompli tesplora l-possibbiltajiet sabiex ittejjeb il-ġestjoni u sabiex tikseb titjib fl-effiċjenza. Il-karatteristiċi ewlenin tal-qafas ta’ kontroll huma dawn li ġejjin:

Kontrolli qabel u matul l-implimentazzjoni tal-proġetti:

• Se tiġi stabbilita sistema xierqa ta’ ġestjoni tal-proġetti li tiffoka fuq il-kontribuzzjonijiet tal-proġetti u tal-kuntratti lejn l-objettivi ta’ politika, li tiżgura involviment sistematiku tal-atturi kollha, li tistabbilixxi rapportar regolari tal-ġestjoni tal-proġetti kkomplementat bi żjarat fuq il-post fuq bażi ta’ każ b’każ, u li tinkludi rapporti tar-riskju lill-maniġment superjuri kif ukoll iż-żamma ta’ flessibbiltà baġitarja xierqa.

• Il-mudelli tal-ftehimiet ta’ għotjiet u tal-kuntratti ta’ servizzi użati huma żviluppati fi ħdan il-Kummissjoni. Dawn jipprevedu għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-kontroll fosthom ċertifikati tal-awditjar, garanziji finanzjarji, awditjar fuq il-post u spezzjonijiet mill-OLAF. Ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tal-kostijiet qegħdin jiġu ssimplifikati, pereżempju bl-użu ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa, kontribuzzjonijiet li ma humiex marbuta mal-kostijiet u possibbiltajiet oħrajn offruti mir-Regolament Finanzjarju. Dan se jnaqqas il-kost tal-kontrolli u jagħmel enfasi fuq verifiki u kontrolli f’żoni b’riskju għoli.

• Il-persunal kollu jiffirma l-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba. Il-persunal involut fil-proċedura tal-għażla jew fil-ġestjoni tal-ftehimiet/tal-kuntratti ta’ għotjiet jiffirma (wkoll) dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess. Il-persunal jitħarreġ regolarment u juża networks għall-iskambju tal-aħjar prattiki.

• L-implimentazzjoni teknika ta’ proġett tiġi ċċekkjata f’intervalli regolari fl-uffiċċju abbażi ta’ rapporti ta’ progress tekniċi tal-kuntratturi u tal-benefiċjarji u dan apparti li huma previsti abbażi tal-każijiet individwali laqgħat tal-kuntratturi/benefiċjarji u żjarat fuq il-post.

Kontrolli fl-aħħar tal-proġett: L-awditi ex post isiru fuq kampjun ta’ tranżazzjonijiet sabiex jivverifikaw fuq il-post l-eliġibbiltà tad-dikjarazzjonijiet tal-kostijiet. L-għan ta’ dawn il-kontrolli huwa li jevitaw, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji materjali relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji. Bl-għan li jinkiseb impatt ta’ kontroll għoli, l-għażla tal-benefiċjarji li għandhom jiġu awditjati tista’ tikkombina għażla bbażata fuq ir-riskju ma’ kampjunar aleatorju. L-attenzjoni għall-aspetti operazzjonali tingħata kull meta jkun possibbli matul l-awditu fuq il-post.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

L-istrateġiji ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni u tad-DĠ SANTE jqisu l-fatturi ewlenin tal-kost, u l-isforzi li diġà ttieħdu matul diversi snin sabiex jitnaqqas il-kost tal-kontrolli, mingħajr ma tiġi kompromessa l-effettività tal-kontrolli. Is-sistemi ta’ kontroll eżistenti urew li kapaċi jipprevjenu u/jew jidentifikaw erruri u/jew irregolaritajiet, u fil-każ ta’ erruri jew ta’ irregolaritajiet, kapaċi jikkoreġuhom.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

L-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikjedi li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiġġieldu l-frodi u kull attività illegali oħra li tista’ taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Skont l-Artikolu 317 tat-TFUE u l-Artikolu 36 tar-Regolament Finanzjarju 66 , il-Kummissjoni tal-UE timplimenta l-baġit tal-UE, f’konformità ma’ prinċipji sodi ta’ ġestjoni finanzjarja, bl-applikazzjoni ta’ kontroll intern effettiv u effiċjenti 67 , li jinkludi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu tal-frodi u l-irregolaritajiet.

Fir-rigward tal-attivitajiet tagħha b’ġestjoni diretta u indiretta, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kull attività illegali oħra, b’kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti xi irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, b’penali effettivi, proporzjonali u deterrenti. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni adottat strateġija kontra l-frodi, l-aħħar aġġornament ta’ April 2019 (COM(2019) 196) bil-Pjan ta’ Azzjoni rivedut ta’ Lulju 2023 (COM(2023) 405). Id-DĠ u aġenziji eżekuttivi żviluppaw u implimentaw l-istrateġiji tagħhom stess ta’ kontra l-frodi abbażi tal-metodoloġija li pprovda l-OLAF. B’mod ġenerali, dawn jiġu aġġornati kull 3 snin u l-implimentazzjoni tagħhom tiġi mmonitorjata u rrapportata lill-maniġment fuq bażi regolari.

Għall-implimentazzjoni tal-baġit taħt ġestjoni diretta, il-Kummissjoni timplimenta wkoll serje ta’ miżuri bħal:

- deċiżjonijet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż lill-OLAF, u lill-Qorti tal-Awdituri sabiex iwettqu awditi, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post u sabiex jirkupraw l-ammonti mħallsin bi żball u, fejn xieraq, jimponu sanzjonijiet amministrattivi;

waqt il-fażi ta’ valutazzjoni ta’ sejħa għal proposti/offerti, l-applikanti u l-offerenti jiġu vverifikati skont il-kriterji ta’ esklużjoni ppubblikati abbażi tad-dikjarazzjonijiet u tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES);

- ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tal-kostijiet se jiġu ssimplifikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju;

- se jingħata taħriġ regolari u sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati ma’ frodi u ma’ irregolaritajiet lill-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-kuntratti kif ukoll lill-awdituri u lill-kontrolluri li jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji fuq il-post.

Il-proċess tal-bini tal-assigurazzjoni tal-Uffiċjal Awtorizzanti b’Delega (AOD) huwa bbażat fuq il-kapaċità tas-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ sabiex jiġu identifikati nuqqasijiet sinifikanti u/jew ripetittivi. Is-sistemi ta’ kontroll huma magħmula minn elementi differenti: is-superviżjoni u l-verifika tal-operazzjonijiet, il-verifiki ex ante, il-kontrolli ex post u l-awditi tas-Servizz tal-Awditjar Intern u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll l-awditi tas-saħħa u tal-ikel imwettqa mid-DĠ SANTE fl-Istati Membri tal-UE u f’pajjiżi terzi. L-atturi kollha involuti għandhom rwol essenzjali fil-prevenzjoni u fid-detezzjoni tal-frodi.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 68

mill-pajjiżi tal-EFTA 69

minn pajjiżi kandidati jew minn kandidati potenzjali 70

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

03.02.06 - Kontribut għal livell għoli ta’ saħħa u benessri tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti

Diff

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

DĠ SANTE

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027 et seqq

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

03.02 06 Kontribut għal livell għoli ta’ saħħa u benessri tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti

Impenji

(1a)

0,250

0,850

0,800

0,500

2,400

Pagamenti

(1b)

0,050

0,245

0,490

1,615

2,400

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

Linja baġitarja

(3)

0

0

0

0

0

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għad-DĠ SANTE

Impenji

=1a+3

0,250

0,850

0,800

0,500

2,400

Pagamenti

=1b

+3

0,050

0,245

0,490

1,615

2,400



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

-4

0,250

0,850

0,800

0,500

2,400

Pagamenti

-5

0,050

0,245

0,490

1,615

2,400

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

-6

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 1
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,250

0,850

0,800

0,500

2,400

Pagamenti

=5+ 6

0,050

0,850

0,490

1,615

2,400

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,250

0,850

0,800

0,500

2,400

Pagamenti

(5)

0,050

0,245

0,490

1,615

2,400

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 6
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

0,250

0,850

0,800

0,500

2,400

Pagamenti

=5+ 6

0,050

0,245

0,490

1,615

2,400





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena

2024

Sena

2025

Sena

2026

Sena

2027 et seqq

TOTAL

DĠ SANTE

□ Riżorsi umani

0,599

0,610

1,180

1,252

3,640

□ Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL TAD-DĠ SANTE

Approprjazzjonijiet

0,599

0,610

1,180

1,252

3,640

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,599

0,610

1,180

1,252

3,640

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena

2024

Sena

2025

Sena

2026

Sena

2027 et seqq

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0,849

1,460

1,980

1,752

6,040

Pagamenti

0,649

0,855

1,670

2,867

6,040

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

 

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL

 

2024

2025

2026

2027 et seqq

OUTPUTS

 

Tip[1]

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

 

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2

 

- Output

Studju dwar il-modalitajiet għall-użu ta’ teknoloġiji ġodda u tad-diġitalizzazzjoni sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali matul it-trasport.

 

 

0,250

 

 

 

 

 

 

 

0,250

- Output

Żvilupp tas-sistema fi TRACES

 

 

 

 

0,800

 

0,600

 

 

 

1,400

- Output

Manutenzjoni ta’ TRACES

 

 

 

 

 0,050

 

0,200 

 

0,200

 

0,450

- Output

Żvilupp tal-applikazzjoni diġitali

 

 

 

 

 

 

 

 

0,300

 

0,300

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru2

 

0,250

 

0,850

 

0,800

 

0,500

 

2,400

Totali

 

 

0,250

 

0,850

 

0,800

 

0,500

 

2,400

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL

2024

2025

2026

2027 et seqq

INTESTATURA 7

 

 

 

 

 

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani 71

0,599

0,610

1,180

1,252

3,640

Nefqa amministrattiva oħra

0

0,000

0,000

0,000

0

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,599

0,610

1,180

1,252

3,640

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7[2]

 

 

 

 

 

tal-qafas finanzjarju pluriennali

 

Riżorsi umani

 

 

 

 

 

Nefqiet oħrajn

 

 

 

 

 

ta’ natura amministrattiva

Subtotal

 

 

 

 

 

barra mill-INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,599

0,610

1,180

1,252

3,640

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2024

Sena
2025

Sena 2026

Sena 2027 et seq

□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

3,5

3,5

6,5

6,5

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full-Time: FTE) 72

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   73

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

3,5

3,5

6,5

6,5

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti parzjalment mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

AD se twettaq il-kompiti kollha li jinvolvu r-relazzjoni mal-Istati Membri,, maċ-ċentri ta’ referenza, mal-partijiet ikkonċernati kif ukoll kwalunkwe tħejjija ta’ leġiżlazzjoni.

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Iż-EUR 2,400 miljun ta’ spejjeż operazzjonali taħt il-linja baġitarja 03.02.06 fis-snin 2024 sa 2027 se jkunu koperti minn riallokazzjoni interna fi ħdan il-linja baġitarja.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 74

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 75

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)     Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent”, COM(2020)381 final.  
(2)    Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 Unjoni soda u magħquda, COM(2022) 548 final
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 ĠU L3 5.1.2005, p. 1–44
(4)    Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Kontroll tal-Idoneità tal-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, SWD(2022)328 final
(5)     SWD(2021) 77 final  
(6)    Il-Kunsill tal-UE,  Konklużjonijiet dwar tikketta dwar it-trattament xieraq tal-annimali fl-UE kollha , il-15 ta’ Diċembru 2020 (Ref 14047/20); Il-Kunsill tal-UE, Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trattament xieraq tal-annimali matul it-trasport bil-baħar fuq distanzi twal lejn pajjiżi terz , it-28 ta’ Ġunju 2021 (Ref 10235/21).
(7)     Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trattament xieraq tal-annimali - parti integrali mill-produzzjoni sostenibbli tal-annimali – Konklużjonijiet tal-Kunsill (is-16 ta’ Diċembru 2019)
(8)     Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (2020/2260(INI)
(9)     Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2022 lil Kunsill u lil Kummissjoni wara l-investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjonijiet u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha (2021/2736(RSP))
(10)     Il-benessri tal-annimali fl-UE: tnaqqis tad-distakk bejn għanijiet ambizzjużi u implimentazzjoni prattika, Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, 2018.
(11)     It-trasport ta’ annimali ħajjin fl-UE: sfidi u opportunitajiet, Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, 202 3
(12)    Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali), ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142.
(13)    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.
(14)    Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq, ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.
(15)    Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi, ĠU L 276 20.10.2010, p. 33.
(16)    Il-Bord tal-EFSA dwar il-Perikli Bijoloġiċi (BIOHAZ), Koutsoumanis, K. et al., “Transmission of antimicrobial resistance (AMR) during animal transport”, EFSA Journal, Vol. 20, Ħarġa 10 (e07586), Wiley, 2022, pp. 1-93. 10.2903/j.efsa.2022.7586
(17)    Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq, ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1
(18)    Disponibbli fuq il-pjattaforma Semma’ Leħnek tal-Kummissjoni Ewropea: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12950-Animal-welfare-revision-of-EU-legislation_mt  
(19)    Disponibbli fuq il-pjattaforma Semma’ Leħnek tal-Kummissjoni Ewropea: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12950-Animal-welfare-revision-of-EU-legislation/public-consultation_mt  
(20)    EU Animal welfare today & tomorrow, an opportunity for stakeholders to validate the preliminary findings of the Fitness Check of the current EU animal welfare legislation. https://commission.europa.eu/events/eu-animal-welfare-today-tomorrow-2021-12-09_mt  
(21)     L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, Animal welfare standards during transport  
(22)    Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Study supporting the Impact Assessment accompanying the revision of the EU legislation on the welfare of animals during transport, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023, it-taqsima 5.2.1., doi: 10.2875/110728. (Studju dwar it-trasport).
(23)    Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Modelling of policy options to support the Impact Assessment accompanying the revision of the EU legislation on the welfare of animals during transport, 2023, doi: 10.2875/061480
(24)    Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Study on shifting from transport of unweaned male dairy calves over long distance to local rearing and fattening: final report, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022
(25)    Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Study on economic models to prevent the transport of unfit end-of-career dairy cows: final report, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022
(26)    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Analitiku 03/2023 “It-trasport ta’ annimali ħajjin fl-UE: sfidi u opportunitajiet”. https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/RV-2023-03/RV-2023-03_MT.pdf
(27)    Il-kejl tal-ħinijiet massimi tal-vjaġġ ta’ 9 sigħat għall-annimali għall-iskarnar huwa konformi mar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet soċjali tas-sewwieqa, li jipprevedu massimu ta’ 9 sigħat meta jkun hemm biss sewwieq wieħed. Il-miżura għall-annimali ttrasportati għal skopijiet oħrajn tippermetti wkoll allinjament mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet soċjali tas-sewwieqa, fil-każ li fih ikun hemm żewġ sewwieqa. Fil-fatt, għal żewġ sewwieqa, il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet soċjali tas-sewwieqa tipprevedi massimu ta’ 19-il siegħa sewqan. Peress li l-ħinijiet tal-vjaġġ f’din il-proposta jinkludu t-tagħbija u l-ħatt tal-annimali (filwaqt li jiġu stmati siegħa għat-tagħbija tal-annimali u siegħa għall-ħatt), dan jikkorrispondi għall-ħin massimu tal-vjaġġ ta’ 21 siegħa.
(28)    L-awditi jistgħu jiġu kkonsultati fuq: https://ec.europa.eu/food/audits-analysis/audit-report
(29)     https://food.ec.europa.eu/horizontal-topics/official-controls-and-enforcement/legislation-official controls/better-training-safer-food_mt
(30)    ĠU C , , p. .
(31)    ĠU C , , p. .
(32)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1–44.
(33)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni’, Kontroll tal-Idoneità tal-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, SWD(2022) 328 final, 4.10.2022
(34)    Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tal-Annimali waqt it-Trasport Internazzjonali, il-Kunsill tal-Ewropa, Chişinau, 6.XI.2003, is-Serje tat-Trattati tal-Kunsill tal-Ewropa-Nru 193.
(35)    L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-AHAW (il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali) dwar it-trattament xiearq ta’ ruminanti żgħar matul it-trasport. EFSA Journal 2022; 20(9):7404, 101 pp
(36)    L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-AHAW (il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali) dwar il-benesseri tal-ekwidi matul it-trasport. EFSA Journal 2022; 20(9):7444, 113 pp.
(37)    L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-AHAW (il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali) dwar it-trattament xiearq ta’ ruminanti żgħar matul it-trasport. EFSA Journal 2022; 20(9):7404, 101 pp.
(38)    L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-AHAW (il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali) dwar il-benesseri tal-ħnieżer matul it-trasport. EFSA Journal 2022; 20(9):7445, 108 pp.
(39)    L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-AHAW (il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali) dwar il-benesseri tal-għasafar u tal-fniek domestiċi ttrasportati f’kontejners. EFSA Journal 2022; 20(9):7441, 188 pp.
(40)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC), C/2019/7005, ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37–96.
(41)    Is-sentenza tat-23 ta’ April 2015, Zuchtvieh-Export GmbH, C-424/13, ECLI:EU:C:2015:259, il-punt 56
(42)

   WOAH Terrestrial Animal Health Code, 2023, Terrestrial Code Online Access - WOAH - L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali .

(43)    Is-sentenza tat-3 ta’ Diċembru 2015,
(44)    Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
(45)    https://www.parismou.org/
(46)    Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57–100.
(47)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/372 tas-17 ta’ Frar 2023 li jistabbilixxi regoli dwar ir-reġistrazzjoni, il-ħżin u l-kondiviżjoni ta’ rekords bil-miktub tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq bastimenti tal-bhejjem, dwar pjanijiet ta’ kontinġenza għall-bastimenti tal-bhejjem fil-każ ta’ emerġenzi, dwar l-approvazzjoni ta’ bastimenti tal-bhejjem u dwar ir-rekwiżiti minimi applikabbli għall-punti ta’ ħruġ. ĠU L 51, 20.2.2023, p. 32–39.
(48)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data); ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1–88.
(49)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE; ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39–98.
(50)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) C/2019/7005, ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37–96.
(51)    Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1–14.
(52)    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93, ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30–47
(53)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/EEC, ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1–6.
(54)    Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142 
(55)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14
(56)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13–18.
(57)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta’ Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), ĠU L 75, 19.3.2015, p. 1–3.
(58)    Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta’ Marzu 1999 dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-żoo, ĠU L 94, 9.4.1999, p. 24–26.
(59)    Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi, ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33–79.
(60)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela, ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7.
(61)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali, ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5.
(62)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(63)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(64)    C(2017) 2373 tad-19/04/2017
(65)    Skont il-mudell tas-COSO adottat mill-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni fl-aħħar verżjoni tiegħu: C(2017) 2373 tad-19/04/2017 3 Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-Qafas ta’ Kontroll Intern (C(2017) 2373 tad-19/04/2017) li jissostitwixxi l-Istandards ta’ Kontroll Intern stabbiliti f’SEC(2001)2037 u rriveduti b’SEC(2007)1341.
(66)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(67)    Il-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Qafas ta’ Kontroll Intern C(2017)2373 adottata fid-19/04/2017 (Prinċipju 8, Karatteristika 8.2).
(68)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(69)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(70)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(71)    AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD= Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(72)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(73)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(74)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 7.12.2023

COM(2023) 770 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005

{SEC(2023) 397 final} - {SWD(2023) 399 final} - {SWD(2023) 401 final} - {SWD(2023) 402 final}


ANNESS I

REGOLI TEKNIĊI GĦALL-ANNIMALI TERRESTRI

kif imsemmi fl-Artikoli 2, 12, 13, 18, 19, 20, 22, 27, 28, 30, 33, 40, 44 u 47

KAPITOLU I
IDONEITÀ GĦAT-TRASPORT

1.L-annimali terrestri ma għandhomx jitqiesu tajbin għat-trasport jekk:

(a)ikunu feruti jew morda;

(b)juru dgħufijiet fiżjoloġiċi jew proċessi patoloġiċi;

(c)ma jkunux kapaċi jimxu waħedhom mingħajr uġigħ jew jimxu bla għanjuna;

(d)ikunu kaketiċi jew deidrati b’mod sever;

(e)ikollhom ferita severa miftuħa, jew prolass;

(f)ikunu annimali nisa tqal li għalihom diġà għadda 80 % jew aktar tal-perjodu ta’ ġestazzjoni mistenni, jew annimali nisa li jkunu welldu fis-7 ijiem ta’ qabel;

(g)ikunu mammiferi tat-twelid li żokrithom tkun għadha ma’ fiqitx kompletament;

(h)ikunu għoġġiela ta’ inqas minn 5 ġimgħat u jiżnu inqas minn 50 kg, ħnienes, ħrief jew gidien ta’ inqas minn 3 ġimgħat, sakemm ma jiġux ittrasportati inqas minn 100 km;

(i)ikunu klieb u qtates ta’ inqas minn 12-il ġimgħa;

(j)ikunu fniek ta’ inqas minn 48 siegħa.

(k)ikunu annimali ċervidi f’perjodu ta’ bellus.

2.Ħlief jekk ikunu akkumpanjati minn ommhom, l-annimali li ġejjin ma għandhomx jitqiesu tajbin għal vjaġġi twal:

(a)annimali ekwini, jekk ikollhom inqas minn 4 xhur;

(b)ħnienes, jekk il-piż ta’ ġisimhom ikun inqas minn 10 kg.

3.B’deroga mill-punt 1(a) u (b), l-annimali jistgħu jitqiesu tajbin għat-trasport jekk ikunu:

(a)kemxejn feruti jew morda, u t-trasport ma jikkawżax tbatija addizzjonali;

(b)ittrasportati taħt superviżjoni veterinarja għal trattament jew dijanjożi veterinarja jew wara, u ma tiġi kkawżata l-ebda tbatija jew ma jiġi kkawżat l-ebda trattament ħażin bla bżonn lill-annimali kkonċernati;

(c)annimali li jkunu ġew sottomessi għal proċeduri kirurġiċi veterinarji, sakemm il-feriti ma jkunux qed inixxu d-demm u jittieħdu miżuri biex jiġi minimizzat il-kuntatt fiżiku mal-ferita.

Għall-finijiet tal-punt (a), f’każijiet ta’ dubju, għandu jintalab parir veterinarju.

4.L-annimali ekwini mhux immansati ma għandhomx jitqiesu tajbin għat-trasport fi vjaġġi twal.

7.Meta annimali jimirdu jew iweġġgħu matul it-trasport, għandhom jiġu separati mill-oħrajn u jirċievu trattament tal-ewwel għajnuna mill-aktar fis possibbli. Għandhom jingħataw trattament veterinarju xieraq immedjatament u jekk meħtieġ, jiġu maqtula f’emerġenza b’mod li ma jikkawżalhomx tbatija żejda.

8.Is-sedattivi ma għandhomx jintużaw fuq annimali li jkunu se jiġu ttrasportati sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex tiġi żgurata l-benessri tal-annimali u s-sikurezza tal-operaturi u għandhom jintużaw biss taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju.

9.L-annimali nisa li jreddgħu ta’ speċi bovina, ovina u kaprina mhux akkumpanjati miż-żgħar tagħhom għandhom jiġu maħluba f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il siegħa.

10.Il-klieb u l-qtates għandhom jitqiesu tajbin għat-trasport meta jkunu lestew it-trattamenti veterinarji preventivi meħtieġa biex jipprevjenu mard relatat mal-istress u mard speċifiku għall-ispeċijiet.

KAPITOLU II
MEZZI TAT-TRASPORT

1.Dispożizzjonijiet għall-mezzi kollha tat-trasport u kontenituri

1.1.Mezzi tat-trasport, kontenituri u l-fittings tagħhom għandhom ikunu ddiżinjati, mibnija, miżmuma u operati b’mod li:

(a)jiġu evitati korriment u tbatija u biex tkun żgurata s-sikurezza tal-annimali;

(b)l-annimali jkunu protetti minn temp ħażin, temperaturi estremi u tibdil negattiv fil-kondizzjonijiet klimatiċi;

(c)jkunu mnaddfa u diżinfettati;

(d)jiġi evitat li l-annimali jaħarbu jew jaqgħu barra u jkunu kapaċi jiffaċċjaw it-tensjonijiet taċ-ċaqliq;

(e)jiġi żgurat li l-kwalità u l-kwantità tal-arja xierqa għall-ispeċijiet ittrasportati tkun tista’ tinżamm;

(f)jipprovdu aċċess għall-annimali sabiex ikunu jistgħu jiġu spezzjonati, mitmugħa u kkurati;

(g)ikollhom art li ma tiżloqx;

(h)ikollhom art li timminimizza t-tnixxija tal-awrina jew tar-rawt meta jkun rilevanti għall-ispeċijiet ittrasportati;

(i)ikollhom mezz ta’ dawl suffiċjenti għall-ispezzjoni u għall-kura tal-annimali matul it-trasport.

1.2.Għandu jiġi pprovdut spazju biżżejjed fil-kompartiment tal-annimali u f’kull livell tiegħu biex ikun żgurat li hemm ventilazzjoni effettiva fuq l-annimali meta jkunu f’pożizzjoni naturali bilwieqfa jew bilqiegħda, mingħajr ma jkun imfixkel il-moviment naturali tagħhom bl-ebda mod.

1.3.Għall-annimali selvaġġi, id-dokumenti li ġejjin għandhom jakkumpanjaw l-annimali:

(a)avviż li jindika li l-annimali huma selvaġġi, timidi jew perikolużi;

(b)struzzjonijiet bil-miktub dwar it-tmigħ, it-tisqija u kwalunkwe kura speċjali meħtieġa.

1.4.Id-diviżjonijiet għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu l-piż tal-annimali. Il-fittings għandhom ikunu ddiżinjati biex jitħaddmu malajr u b’mod faċli.

1.5.Ħnienes ta’ anqas minn 10 kg, ħrief ta’ anqas minn 20 kg, għoġġiela ta’ anqas minn 6 xhur u mohrien ta’ anqas minn 4 xhur għandu jkollhom materjal tal-marqad jew materjal ekwivalenti li jiggarantixxi l-kumdità tagħhom skont l-ispeċi, in-numru tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati, il-ħin tal-vjaġġ, u t-temp. Dan il-materjal għandu jiżgura assorbiment adegwat tal-awrina u tar-rawt sabiex l-annimali jibqgħu nodfa u xotti matul il-vjaġġ kollu.

2.Dispożizzjonijiet addizzjonali għat-trasport bit-triq jew bil-ferrovija ta’ annimali ekwini, bovini, ovini, kaprini u porċini

2.1.Vetturi li fihom jiġu ttrasportati l-annimali għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u viżibbli b’mod li jindika l-preżenza ta’ annimali ħajjin, ħlief meta l-annimali jkunu qed jiġu trasportati f’kontenituri mmarkati f’konformità mal-punt 4.1.

2.2.Vetturi tat-triq għandhom iġorru tagħmir xieraq għat-tagħbija u għall-ħatt tal-annimali.

2.3.Waqt l-assemblaġġ ta’ ferrovija u matul il-moviment l-ieħor kollu ta’ vaguni ferrovjarji għandha tittieħed kull prekawzjoni sabiex ikun evitat li vagun ferrovjarju li jkun fih l-annimali jiskossja.

2.4.Meta t-trasport bil-ferrovija jdum aktar minn 3 sigħat, għandu jkun hemm disponibbli mezz ta’ qtil adattat għall-ispeċi bi struzzjonijiet bil-miktub biex jintuża għall-annimali ttrasportati u b’lingwa li jifhmuha l-attendenti.

2.5.Il-vetturi li jittrasportaw il-qtates u l-klieb għandhom ikunu mgħammra b’sensuri tat-temperatura u tal-umdità li jiffunzjonaw.

3.Dispożizzjonijiet addizzjonali għat-trasport fuq bastimenti ro-ro

3.1.Qabel it-tagħbija fuq bastiment ro-ro, il-kaptan għandu jiżgura li:

(a)fuq gverti magħluqa, il-bastiment ikun mgħammar b’sistemi ta’ ventilazzjoni b’fann furzat u jkollu sistema ta’ allarm u sors sekondarju ta’ enerġija f’każ ta’ ħsara;

(b)il-vetturi jitgħabbew biss fi gverti magħluqa jekk is-sistemi ta’ ventilazzjoni b’fann furzat u s-sistema tal-allarm ikunu f’kundizzjoni tajba ta’ tħaddim;

(c)tiġi pprovduta protezzjoni adegwata mill-ilma baħar fuq gverti miftuħa.

3.2.Huwa biss jekk ikunu mgħammra b’għadd suffiċjenti ta’ punti ta’ rbit iddisinjati, ippożizzjonati u miżmuma b’mod adegwat li jkunu jistgħu jintrabtu b’mod sigur mal-bastiment li l-vetturi tat-triq u l-vaguni ferrovjarji jistgħu jitgħabbew fuq il-bastimenti. Vetturi tat-triq u vaguni ferrovjarji għandhom ikunu marbutin mal-bastiment qabel ma jibda l-vjaġġ bil-baħar sabiex ikun evitat li jiġu spostati mill-moviment tal-bastiment.

3.3.Il-kaptan għandu jiżgura li:

(a)il-vetturi jitgħabbew b’tali mod li jipprovdu spazju vojt ta’ mill-inqas metru fuq iż-żewġ naħat tal-vetturi;

(b)is-sewwieqa u l-attendenti għandhom aċċess għall-gverta tal-vetturi biex iwettqu kontrolli, għalf u manutenzjoni tal-annimali.

4.Dispożizzjonijiet addizzjonali għat-trasport f’kontenituri

4.1.Kontenitur li fihom jiġu ttrasportati l-annimali għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u viżibbli, li jindika l-preżenza ta’ annimali ħajjin u b’nota li tindika n-naħa ta’ fuq tal-kontenitur.

4.2.Matul it-trasport u t-tqandil, il-kontenituri għandhom dejjem jinżammu wieqfa u skossi u ċaqliq qawwija għandhom jiġu minimizzati. Il-kontenituri għandhom jintrabtu qabel ma jibda l-vjaġġ sabiex ikun evitat spostament minħabba l-moviment tal-mezzi tat-trasport.

4.3.Kontenituri ta’ aktar minn 50 kg għandhom ikunu mgħammra b’għadd suffiċjenti ta’ punti ta’ rbit iddisinjati, ippożizzjonati u miżmuma b’mod adegwat biex ikunu jistgħu jintrabtu tajjeb mal-mezzi tat-trasport fejn ikunu se jiġu mgħobbija.

KAPITOLU III
PRATTIKI TAT-TRASPORT

1.Dispożizzjonijiet ġenerali

1.1.Għandha tingħata attenzjoni għall-bżonn ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali, bħalma huma annimali selvaġġi, sabiex jidraw il-mod ta’ trasport qabel il-vjaġġ propost.

1.2.Meta l-operazzjonijiet ta’ tagħbija jew ħatt idumu għal aktar minn 4 sigħat, ħlief għat-tjur, għandhom ikunu disponibbli faċilitajiet għaż-żamma, għall-ikel u għax-xorb tal-annimali barra mill-mezz tat-trasport mingħajr ma jkunu marbuta.

2.Tagħbija u ħatt

2.1.Il-faċilitajiet għat-tagħbija u l-ħatt, inkluż il-pavimentar, għandhom jiġu ddiżinjati, mibnija, miżmuma u operati sabiex:

(a)jiġu evitati korriment u tbatija u jiġi minimizzat l-eċċitament u d-distress matul il-movimenti tal-annimali kif ukoll biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-annimali;

(b)jiżguraw li l-uċuħ ma jkunux jiżolqu u li jiġu pprovduti protezzjonijiet laterali biex l-annimali ma jitħallewx jaħarbu;

(c)jiżguraw li jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati.

2.2.Ir-rampi tat-tagħbija ma għandhomx ikunu aktar wieqfa minn angolu ta’:

(a)20 grad, (36,4 % mal-orizzontali) għall-ħnieżer, għall-għoġġiela u għaż-żwiemel;

(b)26 grad 35 minuta, (50 % mal-orizzontali) għan-nagħaġ, għall-mogħoż u għall-frat għajr għall-għoġġiela.

Ir-rampi għandhom ikunu mgħammra b’pavimentar li ma jiżloqx, twavel għas-saqajn u protezzjoni laterali.

2.3.Il-pjattaformi tal-irfigħ u s-sulari ta’ fuq għandu jkollhom barrieri tas-sikurezza biex jevitaw li l-annimali jaqgħu jew jaħarbu matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt.

2.4.L-oġġetti li jkunu qed jiġu ttrasportati fl-istess mezz tat-trasport mal-annimali għandhom jitqiegħdu b’mod li ma jikkawżawx tbatija għall-annimali.

2.5.Għandu jiġi pprovdut dawl xieraq matul it-tagħbija u l-ħatt biex jiġi evitat li l-annimali jieqfu u ma jimxux u biex l-indokraturi jkunu jistgħu jidentifikaw problemi possibbli għall-benessri tal-annimali bħalma huma z-zappip, il-korrimenti, iż-żliq jew il-waqgħat tal-annimali jew il-biċċiet ta’ tagħmir difettużi.

2.6.Meta l-kontenituri mgħobbija b’annimali jitqiegħdu fuq xulxin fuq il-mezzi tat-trasport, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa:

(a)biex jiġu evitati, jew f’każ ta’ tjur, fniek u annimali bil-fer, biex jiġi limitat li l-awrina u r-rawt jaqgħu fuq l-annimali mqiegħda taħt;

(b)biex tiġi żgurata l-istabilità tal-kontenituri;

(c)biex jiġi żgurat li l-ventilazzjoni ma tkunx imfixkla.

3.Trattament

3.1.Għandu jkun ipprojbit li:

(a)l-annimali jiġu msawta jew mogħtija bis-sieq;

(b)tiġi applikata pressjoni fuq kwalunkwe parti tal-ġisem b’mod li tikkawżalhom tbatija bla bżonn;

(c)l-annimali nfushom jiddendlu b’mezzi mekkaniċi;

(d)l-annimali jintrefgħu jew jinġibdu mis-saqajn (ħlief għat-tjur u l-fniek), mir-ras, mil-widnejn, mil-qrejjen, mid-denb jew mis-suf;

(e)jintużaw niggieża elettriċi jew oġġetti oħra li jispiċċaw bil-ponta;

(f)jiġi ostakolat kwalunkwe annimal li jkun qed jinstaq jew jitmexxa minn kwalunkwe parti fejn l-annimali jiġu ttrattati.

3.2.L-użu ta’ strumenti li jagħtu xokkijiet elettriċi għandu jkun ipprojbit meta l-annimali jiċċaqilqu fi grupp. Dan għandu jkun permess biss:

(a)fuq annimali bovini jew ħnieżer ta’ aktar minn 80 kg piż ħaj, u

(b)meta annimal jirrifjuta li jiċċaqlaq mingħajr ebda raġuni viżibbli.

Ix-xokkijiet ma għandhomx jintużaw aktar minn darbtejn, ma għandhomx idumu aktar minn sekonda u għandhom jiġu applikati biss fuq il-muskoli tar-robbu ta’ wara.

3.3.Iċ-ċentri tal-assemblaġġ u l-postijiet ta’ kontroll għandhom jipprovdu tagħmir għall-irbit tal-annimali meta jkun meħtieġ. L-annimali li ma humiex imdorrija jintrabtu għandhom jitħallew mhux marbuta.

3.4.L-annimali m’għandhomx jintrabtu mill-qrun, mill-qrun imsaġġra, mill-ħoloq tal-imnieħer u lanqas mis-saqajn marbutin flimkien. L-għoġġiela u l-klieb ma għandhomx ikollhom sarima. L-annimali ekwini ta’ aktar minn 8 xhur għandhom jitlibbsu kappestru matul it-trasport ħlief għal annimali ekwini mhux immansati.

3.5Meta jkun meħtieġ li l-annimali jintrabtu, il-ħbula, sarimi jew mezzi oħra użati għandhom ikunu:

(a)b’saħħithom biżżejjed sabiex ma jitqattgħux matul kundizzjonijiet tat-trasport normali;

(b)b’mod li jippermettu lill-annimali, jekk ikun hemm il-bżonn, sabiex jimteddu u jieklu u jixorbu;

(c)iddiżinjati b’tali mod sabiex jiġi eliminat kwalunkwe periklu ta’ fgar jew korriment, u sabiex l-annimali jkunu jistgħu jinħelsu malajr;

(d)twal biżżejjed u użati b’tali mod li jippermettu lill-annimali ekwini jbaxxu rashom taħt l-għoli tal-gerista tagħhom.

3.6.Meta jitgħabbew jew jinħattu l-għasafar, għandhom isiru arranġamenti biex titnaqqas id-durata tat-trattament tal-għasafar invertita.

3.7.L-għasafar u l-fniek għandhom jinqabdu, jintrefgħu u jinġarru minn żewġ saqajn, bl-użu ta’ sdieri fil-gaġeġ jew fuq ir-riġel tal-operatur bħala appoġġ għal sider l-għasfur. Jistgħu jinġarru massimu ta’ tliet għasafar f’kull id.

4.Separazzjoni

4.1.Dawn li ġejjin għandhom jiġu ttrattati u ttrasportati separatament:

(a)annimali ta’ speċijiet differenti;

(b)annimali ta’ qisien jew ta’ etajiet differenti b’mod sinifikanti;

(c) ifħla jew stalluni adulti użati għat-tnissil;

(d)maskili maturi sesswalment minn femminili;

(e)annimali bil-qrun minn annimali mingħajr qrun;

(f)annimali ostili għal xulxin;

(g)annimali marbuta minn annimali mhux marbuta.

4.2.Il-punti 4.1 (a), (b), (c) u (e) ma għandhomx japplikaw meta l-annimali kienu mrobbija fi gruppi kompatibbli, imdorrijin b’xulxin, fejn is-separazzjoni tikkawża distress jew fejn l-annimali nisa huma akkumpanjati miż-żgħar li huma dipendenti.

5.Matul it-trasport

5.1.L-ispazji permessi fir-rigward tal-ispeċijiet tal-annimali u l-mezzi tat-trasport għandhom jikkonformaw tal-anqas maċ-ċifri stabbiliti fil-Kapitolu VII.

5.2.L-annimali ekwini ma għandhomx jiġu ttrasportati f’vetturi multi-deck ħlief jekk l-annimali huma mgħobbija fuq il-livell ta’ isfel nett mingħajr annimali fil-livelli ta’ fuq.

5.3.L-annimali ekwini mhux immansati ma għandhomx jiġu ttrasportati fi gruppi ta’ aktar minn erba’ individwi.

5.4.Għandha tiġi pprovduta ventilazzjoni suffiċjenti biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-annimali jiġu ssodisfati b’mod sħiħ billi jitqies b’mod partikolari n-numru u t-tip tal-annimali li se jiġu ttrasportati u l-kundizzjonijiet tat-temp li huma mistennija matul il-vjaġġ. Il-kontenituri għandhom ikunu mqiegħda b’mod li ma jfixkilx il-ventilazzjoni tagħhom.

5.5.L-annimali għandhom jiġu offruti ilma, għalf u l-opportunità li jistrieħu kif xieraq għall-ispeċi u l-età tagħhom, f’intervalli xierqa u b’mod partikolari kif imsemmi fil-Kapitolu V.

6.Għoli vertikali minimu

6.1.Għall-frat u għall-għoġġiela mhux miftuma, l-għoli vertikali minimu matul it-trasport għandu jikkorrispondi għall-formula li ġejja:

H = W x 1,17 + 20

fejn H = għoli vertikali minimu, u W = għoli tal-gerista tal-ogħla annimal fil-kompartiment.

6.2.Għan-nagħaġ, l-ispazju ’l fuq mill-ogħla punt tal-ogħla annimal għandu jkun mill-anqas 15-il cm f’vetturi b’ventilazzjoni mekkanika u 30 cm f’vetturi ventilati b’mod naturali.

6.3.Għall-annimali ekwini, l-għoli intern minimu ta’ kompartiment għandu jkun ta’ mill-anqas 75 cm mill-gerista tal-ogħla annimal.

6.4.Għall-għasafar domestiċi, l-għoli tal-kontenitur għandu jkun tali li l-għalla jew ir-ras ma tmissx mas-saqaf meta l-għasafar joqogħdu b’rashom u b’għonqhom f’pożizzjoni naturali jew meta jibdlu l-pożizzjoni.

6.5.Għall-fniek għall-qatla, l-għoli tal-kontenitur għandu jkun biżżejjed biex jiżgura li l-fniek ikunu jistgħu joqogħdu bilqiegħda b’widnejhom estiżi.

KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI GĦAL BASTIMENTI UŻATI GĦALL-ĠARR TAL-BHEJJEM U GĦAL BASTIMENTI UŻATI GĦALL-ĠARR TAL-KONTENITURI

1.Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u t-tagħmir għal bastimenti użati għall-ġarr tal-bhejjem

1.1.Is-saħħa tal-ilqugħ tal-imqajjel u tal-gverti għandha tkun xierqa sabiex jiġu trasportati annimali. Il-kalkoli tas-saħħa tal-ilqugħ tal-imqajjel u tal-gverti għandha tiġi vverifikata matul il-kostruzzjoni jew il-konverżjoni tal-bastiment użat għall-ġarr tal-bhejjem minn soċjetà tal-klassifikazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti.

1.2.Il-kompartimenti fejn għandhom jiġu ttrasportati l-annimali għandhom jiġu mgħammra b’sistema ta’ ventilazzjoni furzata li hija kapaċi biżżejjed sabiex tibdel il-volum tal-arja kollu kif ġej:

(a)40 bdil tal-arja kull siegħa jekk il-kompartiment huwa magħluq kompletament u l-għoli liberu huwa ta’ anqas jew daqs 2,30 metri;

(b)30 bdil tal-arja kull siegħa jekk il-kompartiment huwa magħluq kompletament u l-għoli liberu huwa ta’ aktar minn 2,30 metri;

(c)75 % tal-kapaċita’ rilevanti ta’ hawn fuq jekk il-kompartiment huwa parzjalment magħluq.

1.3.Il-kapaċità tal-ħżin jew tal-produzzjoni ta’ ilma frisk għandha tkun xierqa sabiex tissodisfa r-rekwiżit tal-ilma stabbilit fil-Kapitolu VI meta jitqies in-numru massimu u t-tip tal-annimali li jkunu se jiġu ttrasportati kif ukoll it-tul massimu tal-vjaġġi maħsuba.

1.4.Is-sistema tal-ilma frisk għandha tkun kapaċi tissupplixxi ilma frisk kontinwament f’kull żona tal-bhejjem u għandu jkun hemm biżżejjed reċipjenti biex ikun żgurat li l-annimali kollha jkollhom aċċess faċli u kostanti għal ilma frisk. It-tagħmir tal-ippumpjar alternattiv għandu jkun disponibbli biex jiżgura l-provvista tal-ilma fil-każ li tieqaf is-sistema primarja tal-ippumpjar.

1.5.Is-sistema tad-drenaġġ għandha tkun ta’ kapaċità xierqa sabiex likwidi joħorġu mill-imqajjel u l-gverti f’kull kundizzjoni. Katusi tad-drenaġġ u kanali għandhom jiġbru l-likwidi f’imħażen jew f’tankijiet minn fejn id-drenaġġ jista’ jitneħħa permezz ta’ pompi jew mezzi ta’ tneħħija. It-tagħmir tal-ippumpjar alternattiv għandu jkun disponibbli biex jiżgura d-drenaġġ fil-każ li tieqaf is-sistema primarja tal-ippumpjar.

1.6.Żoni tal-bhejjem, passaġġi u rampi lejn żoni tal-bhejjem għandhom ikunu mdawla b’mod suffiċjenti. Id-dawl ta’ emerġenza għandu jkun disponibbli fil-każ li tieqaf l-installazzjoni elettrika prinċipali. Għandu jkun hemm biżżejjed dawl li jista’ jinġarr sabiex l-attendent ikun jista’ jagħmel spezzjoni adegwata u jikkura l-annimali.

1.7.Għandha tiġi installata kif xieraq sistema tat-tifi tan-nar fiż-żoni kollha tal-bhejjem u l-apparat tat-tifi tan-nar fiż-żoni tal-bhejjem għandu jikkonforma mal-istandards l-aktar reċenti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) rigward protezzjoni min-nar, detezzjoni tan-nar u tifi tan-nar.

1.8.Is-sistemi għall-bhejjem li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ, kontroll u allarm fil-post tal-kenn tat-tmunier:

(a)ventilazzjoni;

(b)provvista ta’ ilma frisk u drenaġġ;

(c) dawl;

(d)produzzjoni ta’ ilma ħelu jekk meħtieġ.

1.9.Sors primarju tal-enerġija għandu jkun biżżejjed sabiex iforni enerġija kontinwa għas-sistemi tal-bhejjem msemmija fil-punti 1.2, 1.4, 1.5 u 1.6 taħt l-operat normali tal-bastimenti użati għall-ġarr tal-bhejjem. Sors sekondarju tal-enerġija għandu jkun biżżejjed sabiex jibdel is-sors primarju tal-enerġija għal perjodu kontinwu ta’ 3 ijiem.

1.10.Il-bastimenti użati għall-ġarr tal-bhejjem għandhom ikunu mgħammra b’mezz ta’ qtil adattat għall-ispeċijiet ittrasportati bi struzzjonijiet bil-miktub f’lingwa li jifhmu l-attendenti.

2.    Provvista ta’ għalf u ilma fuq bastimenti użati għall-ġarr tal-bhejjem jew bastimenti li jittrasportaw kontenituri għal annimali kbar.

Bastimenti użati għall-ġarr tal-bhejjem jew bastimenti li jittrasportaw annimali f’kontenituri għal annimali kbar, għandhom iġorru mill-ħin tat-tluq biżżejjed marqad kif ukoll għalf u ilma suffiċjenti biex ikopri r-rekwiżiti minimi tal-provvista tal-għalf u tal-ilma ta’ kuljum stabbiliti fit-Tabella 1 għall-vjaġġ maħsub flimkien ma’ mill-inqas 7 ijiem ta’ provvista żejda ta’ marqad, għalf u ilma.

Tabella

Provvista minima ta’ għalf u ilma ta’ kuljum fuq bastimenti użati għall-ġarr tal-bhejjem jew bastimenti użati għall-ġarr tal-kontenituri

Kategorija

Għalf

(f’% ta’ piż ħaj tal-annimali)

Ilma ħelu

(f’% ta’ piż ħaj tal-annimali)

Magħlef

Għalf konċentrat

Frat u annimali ekwini

2

1,6

10

Nagħaġ

2

1,8

Ħnieżer

3

Il-magħlef jista’ jiġi sostitwit b’għalf konċentrat u viċi versa. Madankollu, għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-ħtieġa ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali, li jidraw il-bidla fl-għalf minħabba l-bżonnijiet tal-metaboliżmu tagħhom.

KAPITOLU V
IL-ĦINIJIET TAL-VJAĠĠ, IT-TEMPERATURI, IL-PERJODI TA’ MISTRIEĦ U L-INTERVALLI TAX-XORB U TAL-GĦALF

1.Annimali ta’ speċijiet ekwini, bovini, ovini, kaprini, u porċini

1.1.L-attendenti jew is-sewwieqa għandhom jipprovdu lill-annimali ekwini b’għalf u b’ilma ad libitum jew tal-anqas f’intervalli regolari ta’ mhux aktar minn 4,5 sigħat għal perjodu ta’ 30 minuta waqt li l-vettura tkun wieqfa. L-istess reġim ta’ tisqija u tmigħ għandu jinżamm matul it-trasport bil-baħar.

1.2.L-attendenti jew is-sewwieqa għandhom jipprovdu lill-annimali tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini u porċini bl-ilma ad libitum matul il-vjaġġ jew matul il-perjodi ta’ mistrieħ stabbiliti fl-Artikolu 27. L-għalf għandu jiġi offrut lill-annimali matul il-perjodi ta’ mistrieħ waqt li l-vettura tkun wieqfa u meta l-annimali jinħattu. L-istess reġim ta’ tisqija u tmigħ għandu jinżamm matul it-trasport bil-baħar.

2.Għasafar u fniek domestiċi ttrasportati f’kontenituri

2.1.Għall-għasafar u l-fniek domestiċi, l-għalf u l-ilma xierqa għandhom ikunu disponibbli fi kwantitajiet adegwati.

2.2.Il-ħinijiet massimi tal-vjaġġ huma definiti kif ġej:

(a)12-il siegħa inkluż il-ħin tat-tagħbija u tal-ħatt għall-vjaġġi inklużi dawk lejn biċċerija; jew

(b)24 siegħa għal flieles tal-ispeċijiet kollha tal-għasafar domestiċi, ladarba jseħħ fi żmien 48 siegħa minn meta jofsqu;

(c)24 siegħa għall-fniek adulti tat-tnissil jekk ikollhom aċċess permanenti għall-għalf u l-idratazzjoni;

(d)10 sigħat għat-tiġieġ fi tmiem il-perjodu li jbidu, inkluż il-ħin tat-tagħbija u tal-ħatt.

2.3.Il-kumdità termali għandha tiġi pprovduta kif ġej:

(a)meta t-temperatura prevista fil-post tat-tluq u fil-post tad-destinazzjoni fil-ħin li l-annimali jkunu mistennija li jkunu f’dawk il-postijiet tkun anqas minn 10°C, il-fniek u l-għasafar domestiċi għajr it-tiġieġ fi tmiem il-perjodu li jbidu għandhom jiġu ttrasportati biss f’vetturi bi protezzjoni kontra t-tiksiħ tar-riħ.

(b)it-tiġieġ fi tmiem il-perjodu li jbidu ma għandhomx jiġu ttrasportati jekk ma jkunux jistgħu jiġu żgurati temperaturi ġewwa l-vetturi ta’ mill-anqas 15°C.

3.Klieb u qtates

3.1.Klieb u qtates adulti li jkunu qed jiġu ttrasportati għandhom jiġu mitmugħa f’intervalli ta’ mhux aktar minn 24 siegħa. Il-ġriewi u l-frieħ tal-qtates sal-età ta’ 6 xhur għandhom jiġu mitmugħa f’intervalli ta’ mhux aktar minn 8 sigħat. L-ilma għandu jkun disponibbli ad libitum jew f’intervalli ta’ mhux aktar minn 4 sigħat.

3.2.Għandu jkun hemm struzzjonijiet bil-miktub b’lingwa li l-attendent jifhem dwar l-għalf u l-ilma disponibbli abbord.

3.3.It-temperaturi għandhom jiġu adattati f’każ ta’ trasport ta’ razez jew tipi brakjoċefaliċi u ta’ klieb u qtates bil-pil estrem, bħal fil-każ ta’ razez b’ħafna suf ta’ taħt iż-żaqq u razez mhux miksija bis-suf.

4.Speċijiet oħra

Speċijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punti 1 sa 3 għandhom jiġu ttrasportati skont l-istruzzjonijiet bil-miktub dwar l-ikel u x-xorb u billi titqies kwalunkwe kura speċjali meħtieġa.

KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI GĦAL VJAĠĠI TWAL TA’ EKWIDI DOMESTIĊI U ANNIMALI DOMESTIĊI TA’ SPEĊIJIET BOVINI, OVINI, KAPRINI, PORĊINI, QTATES U KLIEB

1.Saqaf

Il-mezzi tat-trasport għandhom ikunu mgħammra b’saqaf ta’ kulur ċar u għandhom ikunu insulati b’mod xieraq.

2.Art u Marqad

L-annimali għandhom jiġi pprovduti b’marqad xieraq jew b’materjal ekwivalenti li jiggarantixxi l-kumdità tagħhom xierqa għall-ispeċi, in-numru tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati, il-ħin tal-vjaġġ, u t-temp. Dan il-materjal għandu jiżgura l-assorbiment tal-awrina u tar-rawt sabiex l-annimali jibqgħu nodfa u xotti matul il-vjaġġ kollu.

3.Għalf

3.1.Il-mezz tat-trasport għandu jkollu kwantità suffiċjenti ta’ għalf xieraq sabiex l-annimali ma jurux sinjal ta’ ġuħ jew għeja. L-ikel għandu jkun protett mit-temp u minn kontaminati bħalma huma t-trab, il-fjuwil, il-gassijiet tal-egżost u l-awrina u r-rawt tal-annimali.

3.2.Meta l-annimali jkollhom bżonn jiġu mitmugħin b’tagħmir speċifiku, dak it-tagħmir għandu jiġi ttrasportat fil-mezz tat-trasport.

3.3.Fejn jintuża tagħmir tal-ikel kif imsemmi fil-punt 3.2., dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li, jekk meħtieġ, jitwaħħal mal-mezz tat-trasport sabiex jiġi evitat li jinqaleb. Meta l-mezz tat-trasport ikun miexi u meta t-tagħmir ma jkunx qed jintuża, għandu jiġi maħżun separat mill-annimali.

4.Diviżjonijiet

4.1.Il-mezz tat-trasport għandu jkollu diviżjonijiet iffittjati fih sabiex ikunu jistgħu jinħolqu kompartimenti separati, filwaqt li l-annimali kollha jkollhom aċċess liberu għall-ilma.

4.2.Id-diviżjonijiet għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu mqiegħda f’pożizzjonijiet differenti sabiex il-qies tal-kompartiment ikun jista’ jiġi adattat għal rekwiżiti speċifiċi, u għat-tip, il-qies u n-numru tal-annimali.

5.Il-provvista tal-ilma għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija jew f’kontenituri għal annimali kbar

5.1.Il-mezzi tat-trasport u l-kontenituri għal annimali kbar għandhom jiġu mgħammra bi provvista tal-ilma li tagħmilha possibbli li l-attendent jipprovdi ilma mill-ewwel meta jkun meħtieġ matul il-vjaġġ, sabiex kull annimal ikollu aċċess għall-ilma.

5.2.L-apparat tal-ilma għandu jkun jaħdem sew u jkun iddisinjat u mpoġġi kif xieraq għall-kategoriji tal-annimali li jiġu misqija abbord il-vettura.

5.3.Il-kapaċità totali tat-tankijiet tal-ilma għal kull mezz tat-trasport għandha tkun mill-inqas daqs 1,5 % tat-tagħbija utli massima tiegħu. It-tankijiet tal-ilma għandhom ikunu ddisinjati sabiex ikunu jistgħu jitbattlu u jitnaddfu wara kull vjaġġ u għandu jkollhom sistema li tippermetti li l-livell tal-ilma tagħhom jiġi ċċekkjat. Għandhom ikunu konnessi ma’ apparat tax-xorb fil-kompartimenti u miżmuma f’kundizzjoni tajba.

5.4.Tista’ tapplika deroga mill-punt 5.3. għall-kontenituri għal annimali kbar użati esklussivament fuq bastimenti li jipprovdulhom ilma mit-tankijiet tal-ilma tal-bastiment stess.

6.Sistemi ta’ ventilazzjoni għall-mezzi tat-trasport bit-triq

6.1.Is-sistemi ta’ ventilazzjoni fuq il-mezzi tat-trasport bit-triq għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u miżmuma b’tali mod li, fi kwalunkwe ħin matul il-vjaġġ, kemm jekk il-mezz tat-trasport ikun wieqaf kif ukoll jekk ikun qed jiċċaqlaq, ikunu kapaċi joperaw għal mill-inqas 6 sigħat.

6.2.Is-sistema ta’ ventilazzjoni għandha tkun kapaċi tiżgura distribuzzjoni uniformi fil-vettura kollha.

KAPITOLU VII
SPAZJU PERMESS GĦAT-TRASPORT BIT-TRIQ, BIL-FERROVIJA JEW BIL-BAĦAR

1.L-ispazju permess għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, jew bil-baħar, inkluż it-trasport f’kontenituri tiġi kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni allumetrika li ġejja:

A = kW(2/3),

fejn: A=erja għal kull annimal [m2 jew cm2 għat-trasport ta’ għasafar u fniek f’kontenituri], W=piż ħaj [kg], k= valur k (speċifiku għal speċi/kategorija, kif stabbilit fit-tabelli ta’ hawn taħt).

2.L-ispazju permess f’erja għal kull annimal [m2] matul it-trasport bit-triq, bil-ferrovija, jew bil-baħar, għandu jikkonforma tal-anqas maċ-ċifri ta’ hawn taħt:

 

A

B

C

D

Medja

Ħnieżer

Ekwidi

Annimali bovini

Nagħaġ u mogħoż

piż ħaj [kg]

k=0,027

k=0,029

k=0,034

k=0,037

25

0,23

 

0,32

50

0,37

0,40

0,46

0,50

75

0,48

0,52

0,60

0,66

100

0,58

0,63

0,73

0,80

125

0,68

0,73

0,85

 

150

0,76

0,82

0,96

175

0,84

0,91

1,06

200

0,92

1,00

1,16

225

1,00

1,08

1,26

250

1,07

1,16

1,35

275

1,14

1,23

1,44

300

1,21

1,31

1,52

325

1,28

1,38

1,61

350

1,34

1,45

1,69

375

1,40

1,52

1,77

400

1,47

1,59

1,85

450

 

1,71

2,00

500

1,84

2,14

550

1,96

2,28

600

2,08

2,42

650

2,19

2,55

700

2,30

2,68

750

2,41

2,81

800

2,52

2,93

850

 

3,05

900

3,17

950

3,29

1000

3,40

3.L-ispazju permess f’erja għal kull annimal [cm2] għat-tjur u l-fniek ittrasportati f’kontenituri għandu jikkonforma tal-anqas maċ-ċifri ta’ hawn taħt:

 

E

F

bejn wieħed u ieħor

pollam

fniek

piż ħaj

k=290

k=270

1

290

270

1,5

380

354

2

460

429

2,5

534

497

3

603

562

3,5

669

622

4

731

680

4,5

790

736

5

848

789

4.L-annimali ekwini għajr żwiemel mhux immansati u dwieb bil-mohrien tagħhom għandhom jiġu ttrasportati fi stalel individwali.

It-tul tal-istalla individwali għandu jkun mill-inqas 40 cm akbar mit-tul tal-annimal ekwin imkejjel mid-denb sal-imnieħer filwaqt li bl-għonq ikun parallel mal-art, u 50 cm addizzjonali akbar jekk l-għalf f’xibka tal-ħuxlief jiġi pprovdut fi tranżitu.

Il-wisa’ tal-istalla individwali għandu jkun b’kollox mill-inqas 40 cm akbar mill-wisa’ tal-annimal fil-punt l-aktar wiesa’ tiegħu.

ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAT-TRASPORT TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI

Kif imsemmija fl-Artikoli 2, 18, 33, 44 u 47

1.Id-disinn u l-manutenzjoni tal-mezzi tat-trasport

1.1Il-mezzi tat-trasport u l-kontenituri użati għat-trasport ta’ annimali akkwatiċi għandhom ikunu xierqa għall-ispeċi, għad-daqs, għall-piż u għall-għadd ta’ annimali li għandhom jiġu ttrasportati.

1.2Il-mezzi tat-trasport u l-kontenituri għandhom jinżammu f’kundizzjoni mekkanika u strutturali tajba biex jiġu evitati ħsarat fil-vettura li jistgħu jaffettwaw direttament jew indirettament il-benessri tal-annimali akkwatiċi ttrasportati.

1.3Il-mezzi tat-trasport u l-kontenituri għandhom jiżguraw ċirkolazzjoni adegwata tal-ilma u tat-tagħmir għall-ossiġenazzjoni kif meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-varjazzjonijiet fil-kundizzjonijiet matul il-vjaġġ u l-ħtiġijiet tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati, inkluż l-għeluq ta’ valvi f’dgħajjes barrada għal raġunijiet ta’ bijosigurtà.

1.4L-annimali akkwatiċi għandhom ikunu aċċessibbli għall-ispezzjoni matul il-vjaġġ sabiex jiġi żgurat li l-benessri tagħhom ikun jista’ jiġi vvalutat.

1.5Il-mezzi tat-trasport u l-kontenituri għandhom jippermettu l-ispezzjoni u l-monitoraġġ tal-parametri rilevanti u jieħdu miżuri korrettivi meta jkun meħtieġ.

2.Trattament

2.1L-annimali akkwatiċi ma għandhomx jintrefgħu mill-garġi tagħhom.

2.2It-tagħmir tat-trattament għandu jkun iddisinjat, mibni u miżmum biex jimminimizza l-korrimenti fiżiċi.

3.Ilma

3.1L-operaturi għandhom jiżguraw kwalità tal-ilma li tkun xierqa għall-ispeċijiet li jkunu qed jiġu ttrasportati u għall-metodu tat-trasport.

3.2L-operaturi għandhom jiżguraw il-monitoraġġ u l-manutenzjoni tal-parametri tal-ilma li ġejjin fil-limiti skont il-ħtiġijiet speċifiċi għall-ispeċijiet matul il-vjaġġ kollu:

(a)Ossiġenu;

(b)Diossidu tal-karbonju;

(c)Livell tal-ammonijaka;

(d)Temperatura.

4.Idoneità għat-trasport

4.1.Il-kapaċità tal-annimali akkwatiċi li jlaħħqu mal-istress tat-trasport għandha tiġi vvalutata abbażi tal-istat tas-saħħa, it-trattament preċedenti, u l-istorja riċenti tat-trasport.

4.2.Ir-raġunijiet prinċipali biex l-annimali akkwatiċi jitqiesu bħala mhux tajbin għat-trasport huma:

(a)juru sinjali kliniċi ta’ mard;

(b)korrimenti fiżiċi sinifikanti jew imġiba anormali;

(c)esponiment reċenti għal fatturi ta’ stress li jaffettwaw b’mod negattiv l-imġiba jew l-istat fiżjoloġiku (pereżempju temperaturi estremi, aġenti kimiċi);

(d)tul insuffiċjenti jew eċċessiv ta’ sawm.

5.Prattiki tat-tagħbija

5.1.L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw kwalunkwe korriment u stress bla bżonn għall-annimali akkwatiċi matul it-tagħbija.

5.2.Mat-tagħbija, għandu jiġi vvalutat dan li ġej:

(a)il-proċedura ta’ ffullar qabel it-tagħbija;

(b)tagħmir mibni jew operat b’mod mhux xieraq;

(c)bidliet sinifikanti fil-kwalità tal-ilma bħal temperatura differenti jew parametri oħra tal-ilma.

5.3.L-operaturi għandhom jiżguraw li d-densità tal-annimali akkwatiċi f’ vettura u/jew f’ kontenitur tinżamm fil-limiti xierqa filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi għall-ispeċijiet u d-data xjentifika disponibbli.

5.4.It-tagħbija għandha ssir minn operaturi b’għarfien u b’esperjenza tal-imġiba u ta’ karatteristiċi oħra tal-annimali akkwatiċi bil-għan li jiġi żgurat il-benessri tagħhom.

6.Matul it-trasport

6.1.Għandhom isiru spezzjonijiet perjodiċi matul it-trasport biex jiġi vverifikat li qed jinżamm benessri aċċettabbli.

6.2.Is-sewwieqa jew l-attendenti għandhom jimmonitorjaw il-kwalità tal-ilma u jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa biex jiżguraw li l-parametri enumerati fil-punt 3.2 jinżammu fil-limiti xierqa filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi għall-ispeċijiet.

6.3.Is-sewwieqa għandhom jivvjaġġaw b’mod li jimminimizza movimenti mhux ikkontrollati tal-annimali akkwatiċi li jistgħu jwasslu għal stress u jikkawżaw korriment.

6.4.F’każ ta’ emerġenza tas-saħħa waqt it-trasport, is-sewwieq jew attendent għandhom jibdew il-pjan ta’ kontinġenza.

6.5.Jekk matul it-trasport, ikun meħtieġ il-qtil ta’ annimali akkwatiċi, is-sewwieq jew l-attendent għandhom jiġu mħarrġa u għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-qtil bi sturdament minn qabel sabiex l-annimali jibqgħu mitlufin minn sensihom sal-mewt.

7.Prattiki tal-ħatt

7.1.Il-prinċipji ta’ trattament tajjeb waqt it-tagħbija japplikaw bl-istess mod waqt il-ħatt.

7.2.L-operaturi għandhom iħottu l-annimali akkwatiċi mill-aktar fis possibbli wara l-wasla fid-destinazzjoni, u jippermettu biżżejjed ħin biex jiġi evitat li ssir kwalunkwe ħsara lill-annimali.

7.3.L-operaturi għandhom iħallu biżżejjed żmien biex xi speċijiet jidraw skont il-ħtiġijiet tagħhom u qabel ma jinħattu fl-ilma ta’ kwalità differenti b’mod sinifikanti (bħat-temperatura, is-salinità, il-pH).

7.4.L-operaturi għandhom ineħħu annimali akkwatiċi moribondi jew feruti serjament u joqtluhom bl-użu ta’ metodu xieraq għall-ispeċi u d-daqs tal-annimal u billi jipprevjenu tbatija bla bżonn.

8.Prattiki ta’ wara t-trasport

8.1.L-operatur responsabbli biex jirċievi l-annimali akkwatiċi għandu josservahom mill-qrib matul il-perjodu ta’ wara t-trasport u jżomm rekords xierqa.

8.2.L-annimali akkwatiċi li juru sinjali kliniċi anormali għandhom jew jiġu iżolati u eżaminati minn veterinarju, li jista’ jirrakkomanda t-trattament, jew jinqatlu bl-użu ta’ metodu adattat għall-ispeċi u d-daqs tal-annimal u li jipprevjeni tbatija bla bżonn.

8.3.L-operaturi għandhom jevalwaw il-problemi sinifikanti assoċjati mat-trasport u jieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni biex jipprevjenu r-rikorrenza tagħhom.

ANNESS III

Mudelli kif imsemmija fl-Artikoli 14, 15, 16, 20, 25, 32, 38 u 47

1.Mudell għar-reġistru tal-vjaġġ għall-vjaġġi twal kollha u għal vjaġġi qosra lejn postijiet ta’ destinazzjoni f’pajjiż terz

TAQSIMA 1 – IPPJANAR

1. ORGANIZZATUR(1) 

1.1. Numru tal-awtorizzazzjoni tal-organizzatur

1.2. Isem u indirizz

1.3. Isem il-persuna responsabbli għall-vjaġġ

1.4. Telefown

1.5. Indirizz tal-posta elettronika

2. TRASPORTATUR(I)(1)

2.1. Trasport bit-triq

Isem

Isem il-persuna inkarigata

Indirizz

Telefown

Posta elettronika

Nru tal-Awtorizzazzjoni

2.2. Trasport bil-baħar

Isem

Isem il-persuna inkarigata

Indirizz

Telefown

Posta elettronika

Nru tal-Awtorizzazzjoni

2.3. Trasport bil-ferrovija

Isem

Isem il-persuna inkarigata

Indirizz

Telefown

Posta elettronika

Nru tal-Awtorizzazzjoni

2.4. Trasport bl-ajru

Isem

Isem il-persuna inkarigata

Indirizz

Telefown

Posta elettronika

Nru tal-Awtorizzazzjoni

3. PJAN TAL-VJAĠĠ(1)

3.1. Post u pajjiż tat-TLUQ

3.4. Post u pajjiż tad-DESTINAZZJONI

3.2. Data

3.5. Data

3.3. Ħin

3.6. Ħin

3.7. Tul ta’ żmien totali mistenni (sigħat/jiem)

3.8. Speċijiet/ numru

3.9. Kategoriji/ numru

Annimali mhux miftuma

Piż:

Età:

Annimali tqal

Stadju tat-tqala:

Data tal-inseminazzjoni:

Oħrajn:

Għadd totali ta’ annimali

3.11. Numru(i) taċ-ċertifikat(i) veterinarju/i

3.12. Piż totali stmat tal-kunsinna (f’kg):

3.13. Spazju totali pprovdut għall-kunsinna (f’m2):

3.14. LISTA TA’ MISTRIEĦ SKEDAT, TRASFERIMENT JEW PUNTI TAL-ĦRUĠ

3.14.1. Ċentru ta’ Ġbir f’Daqqa

Indirizz

Data/ ħin mistenni tal-wasla

Tul (f’sigħat)

3.14.2. Post tal-kontroll

Indirizz

Data/ ħin mistenni tal-wasla

Tul (f’sigħat)

3.14.3. Punt ta’ ħruġ

Indirizz

Ħin mistenni tal-wasla

Tul (f’sigħat)

3.14.4. Bidliet fl-ilma għat-trasport ta’ speċijiet akkwatiċi

4. DIKJARAZZJONI MILL-ORGANIZZATUR

Jiena, l-organizzatur, bil-preżenti niddikjara li jiena responsabbli għall-organizzazzjoni tal-vjaġġ imsemmi hawn fuq u għamilt l-arranġamenti xierqa sabiex il-benessri tal-annimali jiġi mħares matul il-vjaġġ kollu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2023/XX.

Validazzjoni mill-organizzatur

5. AWTORITÀ LI TAPPROVA R-REĠISTRU TAL-VJAĠĠ(2)

5.1. Isem u indirizz tal-awtorità

5.2. Telefown

5.3. Posta elettronika

5.4. Timbru uffiċjali

5.5. Isem u firma tal-uffiċjal

6. DEĊIŻJONI(2)

□ APPROVATA        Data

□ MIĊĦUDA            Data                Ġustifikazzjoni

(1) Jimtela mill-organizzatur

(2) Jimtela mill-awtorità kompetenti

TAQSIMA 2 - POST TAT-TLUQ

1.INDOKRATUR FIL-POST TAT-TLUQ(3)

1.1.Isem u indirizz

1.2.Isem il-persuna inkarigata

1.3.Telefown

1.4.Indirizz tal-posta elettronika

2.TAGĦBIJA(3)

2.1. Post u Stat Membru/pajjiż tat-tluq

2.2. Data u ħin tal-ewwel tagħbija tal-annimali

2.3. Għadd ta’ annimali mgħobbija skont l-ispeċi

2.4. Numru ta’ annimali mgħobbija skont il-kategorija:

   Annimali tqal            Stadju tat-tqala/data tal-inseminazzjoni

   Annimali mhux miftuma

2.5. Għadd Totali ta’ annimali

3.DIKJARAZZJONI TAL-INDOKRATUR

3.1. Jiena, l-indokratur tal-annimali fil-post tat-tluq, hawn niddikjara li kont preżenti waqt it-tagħbija tal-annimali. Skont l-għarfien tiegħi fil-ħin tat-tagħbija, l-annimali msemmija hawn fuq kienu tajba għat-trasport u l-faċilitajiet u l-proċeduri għat-trattament tal-annimali kienu f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/XX dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport u operazzjonijiet relatati

Validazzjoni mill-indokratur fil-post tat-tluq(3)

4.DIKJARAZZJONI TAS-SEWWIEQ

4.1. Jiena, is-sewwieq tal-annimali, bil-preżenti niddikjara li kont preżenti waqt it-tagħbija tal-annimali. Skont l-għarfien tiegħi fil-ħin tat-tagħbija, l-ebda annimal mgħobbi fuq il-mezz tat-trasport ma kien viżibbilment mhux tajjeb għat-trasport, il-faċilitajiet u l-proċeduri għat-trattament tal-annimali kienu f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/XX dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport u operazzjonijiet relatati.

Validazzjoni mis-sewwieq fil-post tat-tluq(4)

(3) Mimlija mill-indokratur fil-post tat-tluq

(4) Mimlija mis-sewwieq

TAQSIMA 3 – POST TAD-DESTINAZZJONI

1. INDOKRATUR FIL-POST TAD-DESTINAZZJONI(5)

1.1.Isem u indirizz

1.2.Isem il-persuna inkarigata

1.3.Telefown

1.4.Indirizz tal-posta elettronika

2. SEWWIEQ/ATTENDENT(4)

3. VETERINARJU UFFIĊJALI (jekk preżenti)(6)

4. DATA U ĦIN TAL-WASLA(4)(5)

5. KONTROLLI MWETTQA(5),(6)

Kontrolli

Eżitu tal-kontrolli

Konformità

Nuqqas ta’ konformità

Numru tal-Awtorizzazzjoni tat-Trasportatur

Sewwieq

Numru taċ-ċertifikat ta’ kompetenza

Identifikazzjoni tal-Mezz tat-Trasport

Spazji permessi Spazju medju/annimal f’m²

Rekords tar-reġistru tal-vjaġġ u limiti tal-ħin tal-vjaġġ

5. INDIKATURI(4)(5)

5.1 Nru totali ta’ annimali

5.3 Nru totali ta’ feruti waqt it-trasport

5.2 Nru totali ta’ mejtin mal-wasla

5.4. Preżenza ta’ stress minħabba sħana/kesħa, ġuħ jew għatx    iva/le

6. DIKJARAZZJONI TAL-INDOKRATUR

Jiena, l-indokratur tal-annimali fil-post tad-destinazzjoni, bil-preżenti niddikjara li jiena spezzjonajt din il-kunsinna ta’ annimali. Skont l-għarfien tiegħi fil-ħin tal-verifika, is-sejbiet imsemmija hawn fuq ġew irreġistrati.

Validazzjoni mill-indokratur fil-post tat-tluq(5)

7. DIKJARAZZJONI TAS-SEWWIEQ

Jiena, is-sewwieq tal-annimali, hawn niddikjara li kont preżenti waqt il-ħatt tal-annimali. Naqbel mar-riżultati tal-valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-annimali rreġistrati f’din it-taqsima tar-reġistru tal-vjaġġ.

Validazzjoni mis-sewwieq fil-post tat-tluq(4)

(5) Mimlija mill-indokratur fil-post tad-destinazzjoni

(6) Mimlija minn veterinarju uffiċjali jekk ikun preżenti fuq il-post

TAQSIMA 4 - DIKJARAZZJONI MINN TRASPORTATUR(4)

Itinerarju proprju - Mistrieħ, trasferiment jew punti tal-ħruġ

Post u indirizz

Wasla

Tluq

Tul tal-pawża

Raġuni

Data

Ħin

Data

Ħin

TAQSIMA 5 - RAPPORT DWAR L-ANOMALIJA(4),(5),(6)

għandu jimtela mis-sewwieqa/mill-attendenti, mill-indokraturi jew mill-veterinarji uffiċjali – jistgħu jsiru diversi rapporti

1. Isem, titlu u indirizz tad-DIKJARANT

2. Post u Stat Membru fejn ġiet osservata l-anomalija

3. Data u ħin meta ġiet osservata l-anomalija

4. TIP TA’ ANOMALIJA/I skont ir-Regolament (UE) 2023/XX

4.1. Idoneità għat-trasport (1)

   4.1.2 annimali li jzappu li ma jistgħux jiċċaqilqu b’mod indipendenti

   4.1.3 annimali korruti;

   4.1.4 tqal f’aktar minn 80 %

   4.1.5 annimali tat-twelid b’żokkra li ma tkunx imfejqa kompletament;

   4.1.6 ħnieżer ta’ inqas minn 3 ġimgħat;

   4.1.7 ħrief ta’ inqas minn 10 ijiem;

   4.1.8 għoġġiela mhux miftuma ta’ anqas minn 5 ġimgħat

   4.1.9 għoġġiela mhux miftuma b’piż ta’ anqas minn 50 kg

   4.1.10 klieb u qtates b’età ta’ anqas minn 12-il ġimgħa

   4.1.11 annimali ċervidi fil-bellus

   4.1.12 oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

4.2. Mezz tat-trasport

4.3. Prattiki tat-trasport

4.4. Limiti taż-żmien tal-vjaġġ

4.5. Perjodi ta’ serħan

4.6. Spazji permessi

4.7. Awtorizzazzjoni tat-trasportatur

4.8. Ċertifikat ta’ kompetenza tas-sewwieq

4.9. Rekords tar-reġistru tal-vjaġġ

4.10. Dispożizzjonijiet addizzjonali għal vjaġġi twal

4.10. Oħra

4.11. Kummenti:

5. Jiena bil-preżenti niddikjara li jiena spezzjonajt il-kunsinna tal-annimali msemmija hawn fuq u esprimejt ir-riżervi dettaljati f’dan ir-rapport dwar il-konformità mar-Regolament (UE) 2023/XX dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport u operazzjonijiet relatati

7. Validazzjoni tad-dikjarant

2.Mudell għar-Reġistru tal-vjaġġ għal vjaġġi qosra

REĠISTRU TAL-VJAĠĠ GĦAL VJAĠĠI QOSRA

1.ORGANIZZATUR

1.1. Isem u indirizz (a)(b)

1.2. Isem il-persuna responsabbli għall-vjaġġ

1.3. Telefown

1.4. Indirizz tal-posta elettronika

2.TRASPORTATUR(I)

2.1.Trasport bit-triq

Isem

Isem il-persuna inkarigata

Indirizz

Telefown

Posta elettronika

Nru tal-Awtorizzazzjoni

2.2. Trasport bil-baħar

Isem

Isem il-persuna inkarigata

Indirizz

Telefown

Posta elettronika

Nru tal-Awtorizzazzjoni

2.3. Trasport bil-ferrovija

Isem

Isem il-persuna inkarigata

Indirizz

Telefown

Posta elettronika

Nru tal-Awtorizzazzjoni

2.4. Trasport bl-ajru

Isem

Isem il-persuna inkarigata

Indirizz

Telefown

Posta elettronika

Nru tal-Awtorizzazzjoni

3.PJAN TAL-VJAĠĠ

3.1. Post u pajjiż tat-TLUQ

3.4. Post u pajjiż tad-DESTINAZZJONI

ÿBiċċerija

ÿOħra

3.2. Data

3.5. Data

3.3. Ħin

3.6. Ħin

3.7. Durata totali mistennija (sigħat)

3.8. Speċijiet/ numru

3.9. Kategoriji/ numru

Annimali mhux miftuma

Piż:

Età:

Annimali tqal

Stadju tat-tqala:

Data tal-inseminazzjoni:

Oħrajn:

Għadd totali ta’ annimali

3.11. Numru(i) taċ-ċertifikat(i) veterinarju/i

3.12. Piż totali stmat tal-kunsinna (f’kg):

3.13. Spazju totali pprovdut għall-kunsinna (f’m2):

4.DIKJARAZZJONI MILL-ORGANIZZATUR

Jiena, l-organizzatur, bil-preżenti niddikjara li jiena responsabbli għall-organizzazzjoni tal-vjaġġ imsemmi hawn fuq u għamilt l-arranġamenti xierqa sabiex jiġi mħares il-benessri tal-annimali matul il-vjaġġ kollu f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/XX.

Validazzjoni tal-organizzatur

ANNESS IV

Attestazzjoni tal-mudell kif imsemmi fl-Artikoli 32 u 47

Attestazzjoni li tikkonċerna l-aċċettazzjoni ta’ dokumentazzjoni għat-trasport ta’ annimali lejn pajjiż terz

1. Awtorità li tiffirma l-attestazzjoni (isem l-awtorità kompetenti u l-pajjiż):

Identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport

Pajjiż tal-approvazzjoni/ tat-tiġdid tal-approvazzjoni:

Data tal-approvazzjoni/ tat-tiġdid tal-approvazzjoni:

Isem il-kaptan/sewwieq:

Numru taċ-Ċertifikat tal-approvazzjoni:

2. Tluq u Destinazzjoni

2.1. Punt ta’ ħruġ u pajjiż tat-TLUQ:

2.2. Post u pajjiż ta’ DESTINAZZJONI:

2.1.1. Data

2.1.2. Ħin

2.2.1. Data

2.2.1. Ħin

2.1.3. Speċijiet u kategoriji

2.1.4. Għadd ta’ annimali skont l-ispeċi

3. Attestazzjoni

Il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat tal-awtorità kompetenti fil-port tad-destinazzjoni jiddikjara li d-dokumentazzjoni ppreżentata mill-organizzatur tal-UE, inkluż b’mod partikolari:

- mudell taċ-ċertifikat(i) tas-saħħa tal-annimali maħsub(a) biex jakkumpanja(w) il-kunsinni;

- kwalunkwe dettall addizzjonali li jikkonċerna l-attestazzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li se jiġu pprovduti fiċ-ċertifikat(i) tas-saħħa tal-annimali finali li jakkumpanjaw il-kunsinni (bħar-riżultati tat-testijiet għal ċertu mard, id-dettalji tar-reġjun li minnu joriġinaw l-annimali);

- fejn applikabbli kopja tal-liċenzja tal-importazzjoni;

- dokumentazzjoni li tiddikjara l-isem tal-esportatur, l-isem tal-bastiment, il-port tat-tagħbija, il-port tad-destinazzjoni, id-data stmata tal-wasla fil-port tad-destinazzjoni, l-għadd ta’ annimali li se jiġu ttrasportati fil-bastiment użat għall-ġarr tal-bhejjem, l-ispeċijiet ta’ dawk l-annimali, il-ġeneru tagħhom, u l-iskop maħsub għalihom;

tipprovdi garanziji adegwati tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali u tikkonforma mar-rekwiżiti [tal-importazzjoni] applikabbli għall-importazzjoni fil-pajjiż tad-destinazzjoni msemmi hawn fuq.

 

4. Awtorità

4.1. Isem l-Awtorità

4.2. Indirizz tal-Awtorità

4.3. Telefown tal-Awtorità

4.4. Email tal-Awtorità

4.5. Data

4.6. Post

4.8. Timbru

ANNESS V

Formoli kif imsemmija fl-Artikoli 5, 6, 7, 8, 9, 12 u 13

1.Taqsima 1: Awtorizzazzjoni tal-Organizzatur kif imsemmija fl-Artikoli 5 u 6

1. NRU TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-ORGANIZZATUR(1)

2. IDENTIFIKAZZJONI TAL-ORGANIZZATUR(2)

2.1. Isem il-kumpanija, jekk applikabbli

2.2. Isem min hu responsabbli

2.2. Indirizz

2.3. Belt

2.4. Kodiċi postali

2.5. Stat Membru

2.6. Telefown

2.8. Posta elettronika

3. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-AWTORIZZAZZJONI(2) 

Speċi ta’ annimali:

Kategoriji ta’ annimali:

Tip ta’ trasport: bit-triq – bil-ferrovija – bil-baħar – bl-ajru

Trasport lejn: Pajjiżi tal-UE - mhux tal-UE

4. AWTORITÀ LI TOĦROĠ L-AWTORIZZAZZJONI(1)

4.1. Isem u indirizz tal-awtorità

4.2. Telefown

4.4. Posta elettronika

4.5. Timbru uffiċjali

4.8. Isem u firma tal-uffiċjal

5. DEĊIŻJONI(1)

5.1. Awtorizzazzjoni

□ Mogħtija            Data tal-awtorizzazzjoni        Data tal-iskadenza

□ Miċħuda            Data                Ġustifikazzjoni

□ Sospiża            Data                Ġustifikazzjoni

□ Irtirata            Data                Ġustifikazzjoni

5.2. Ċertifikazzjoni għat-trasport lejn pajjiżi mhux tal-UE

□ Ċertifikata            Data                Data ta’ skadenza

Nru taċ-ċertifikat:                        Korp taċ-ċertifikazzjoni:

□ Sospiża            Data                Ġustifikazzjoni

□ Irtirata            Data                Ġustifikazzjoni

(1) It-Taqsimiet 1, 4 u 5 għandhom jimtlew mill-Awtorità kompetenti

(2) It-Taqsimiet 2 u 3 jimtlew mill-applikant

2.Taqsima 2: Awtorizzazzjoni tat-trasportatur kif imsemmi fl-Artikolu 7,
8 u 9

1. NRU TAL-AWTORIZZAZZJONI TAT-TRASPORTATUR(3)

TIP 1: MHUX VALIDA GĦAL VJAĠĠI TWAL

2. IDENTIFIKAZZJONI TAT-TRASPORTATUR(4)

2.1. Isem il-kumpanija

2.2. Isem min hu responsabbli

2.2. Indirizz

2.3. Belt

2.4. Kodiċi postali

2.5. Stat Membru

2.6. Telefown

2.8. Posta elettronika

3. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-AWTORIZZAZZJONI(4)

Speċi ta’ annimali:

Kategoriji ta’ annimali:

Tip ta’ trasport: bit-triq – bil-ferrovija – bil-baħar – bl-ajru

4. AWTORITÀ LI TOĦROĠ L-AWTORIZZAZZJONI(3)

4.1. Isem u indirizz tal-awtorità

4.2. Telefown

4.4. Posta elettronika

4.5. Timbru uffiċjali

4.8. Isem u firma tal-uffiċjal

5. DEĊIŻJONI(3)

5.1. Awtorizzazzjoni

□ Mogħtija            Data tal-awtorizzazzjoni        Data tal-iskadenza

□ Miċħuda            Data                Ġustifikazzjoni

□ Sospiża            Data                Ġustifikazzjoni

□ Irtirata            Data                Ġustifikazzjoni

(3)It-Taqsimiet 1, 4 u 5 għandhom jimtlew mill-Awtorità kompetenti

(4)It-Taqsimiet 2 u 3 mimlija mill-applikant

3.Taqsima 3: Awtorizzazzjoni tat-trasportatur kif imsemmi fl-Artikoli 8 u 9

1. NRU TAL-AWTORIZZAZZJONI TAT-TRASPORTATUR(5)

TIP 2: VALIDA GĦAT-TIPI KOLLHA TA’ VJAĠĠI

2. IDENTIFIKAZZJONI TAT-TRASPORTATUR(6)

2.1. Isem il-kumpanija

2.2. Isem il-persuna responsabbli

2.3. Indirizz tat-triq

2.4. Belt

2.5. Kodiċi postali

2.6. Stat Membru

2.7. Telefown

2.8. Posta elettronika

3. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-AWTORIZZAZZJONI(6)

3.1. Speċi ta’ annimali:

3.2. Kategoriji ta’ annimali:

3.3. Tip ta’ trasport: bit-triq – bil-ferrovija – bil-baħar – bl-ajru

4. AWTORITÀ LI TOĦROĠ L-AWTORIZZAZZJONI(5)

4.1. Isem u indirizz tal-awtorità

4.2. Telefown

4.4. Posta elettronika

4.5. Timbru uffiċjali

4.8. Isem u firma tal-uffiċjal

5. DEĊIŻJONI(5)

5.1. Awtorizzazzjoni

□ Mogħtija            Data tal-awtorizzazzjoni        Data tal-iskadenza

□ Miċħuda            Data                Ġustifikazzjoni

□ Sospiża            Data                Ġustifikazzjoni

□ Irtirata            Data                Ġustifikazzjoni

(5)It-Taqsimiet 1, 4 u 5 għandhom jimtlew mill-Awtorità kompetenti

(6)It-Taqsimiet 2 u 3 mimlija mill-applikant

4.Taqsima 4: Ċertifikat ta’ kompetenza għas-sewwieqa, għall-attendenti u għall-uffiċjali tal-benessri tal-annimali msemmija fl-Artikolu 38(7)

1. IDENTIFIKAZZJONI TAS-SEWWIQ/TAL-ATTENDENT

1.1.Kunjom(ijiet)

1.2.Isem/ismijiet

1.3.Data tat-twelid

1.4.Post u pajjiż tat-twelid

1.5.Nazzjonalità

2. AWTORITÀ LI TOĦROĠ IĊ-ĊERTIFIKAT

2.1. Isem u indirizz tal-korp li joħroġ iċ-ċertifikat

2.2. Telefown

2.3. Posta elettronika

3.4. Isem u firma tal-uffiċjal

3.5. Timbru uffiċjali

4. EŻAMI

4.1. Limitazzjonijiet: Speċijiet/kategoriji tal-annimali

4.2. Data tal-eżami

4.3. Għadda / ma għaddiex

5. AWTORIZZAZZJONI

□ Mogħtija            Data tal-awtorizzazzjoni        Data tal-iskadenza

□ Miċħuda            Data                Ġustifikazzjoni

□ Sospiża            Data                Ġustifikazzjoni

□ Irtirata            Data                Ġustifikazzjoni

(7) Mimlija mill-Awtorità kompetenti

5.Taqsima 5: Ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ mezzi tat-trasport bit-triq għal vjaġġi twal kif imsemmi fl-Artikolu 12

1. NUMRU TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI(8)

2. IDENTIFIKAZZJONI TAS-SID(9)

2.1. Isem il-kumpanija

2.2. Isem il-persuna responsabbli

2.3. Indirizz tat-triq

2.4. Belt

2.5. Kodiċi postali

2.6. Stat Membru/Pajjiż

2.7. Telefown

2.8. Posta elettronika

3. IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA(9)

3.1. Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

3.2. Numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni

3.4. Numru massimu ta’ gverti

3.5. Wiċċ massimu

3.6. Manifattur

3.7. Speċijiet/kategoriji li għandhom jiġu ttrasportati

4. AWTORITÀ LI TOĦROĠ L-AWTORIZZAZZJONI(8)

4.1. Isem u indirizz tal-awtorità

4.2. Telefown

4.4. Posta elettronika

4.5. Timbru uffiċjali

5. SPEZZJONI TAL-MEZZ TAT-TRASPORT(8)

Data:                            Korp li jwettaq spezzjoni:

Mezz tat-trasport konformi: IVA / LE

6. DEĊIŻJONI(8)

6.1. Approvazzjoni taċ-Ċertifikat

□ Mogħtija            Data tal-awtorizzazzjoni        Data tal-iskadenza

□ Miċħuda            Data                Ġustifikazzjoni

□ Sospiża            Data                Ġustifikazzjoni

□ Irtirata            Data                Ġustifikazzjoni

6.2. Limitazzjonijiet tal-approvazzjoni

(8) It-Taqsimiet 1, 4, 5, u 6 għandhom jimtlew mill-Awtorità kompetenti

(9) It-Taqsimiet 2 u 3 għandhom jimtlew mill-applikant

6.Taqsima 6: Ċertifikat ta’ approvazzjoni tal-bastimenti użati għall-ġarr tal-bhejjem imsemmija fl-Artikolu 13

1. NUMRU TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI(10)

2. IDENTIFIKAZZJONI TAS-SID(11)

2.1. Isem il-kumpanija

2.2. Isem il-persuna responsabbli

2.3. Indirizz tat-triq

2.4. Belt

2.5. Kodiċi postali

2.6. Stat Membru/Pajjiż

2.7. Telefown

2.8. Posta elettronika

3. IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT(11)

3.1. Numru tal-OMI

3.2. Stat tal-Bandiera

3.4. Numru massimu ta’ gverti

3.5. Wiċċ massimu

3.6. Nru tal-ID ta’ THETIS

3.7. Speċijiet/kategoriji li għandhom jiġu ttrasportati

4. AWTORITÀ LI TOĦROĠ L-AWTORIZZAZZJONI(10)

4.1. Isem u indirizz tal-awtorità

4.2. Telefown

4.4. Posta elettronika

4.5. Timbru uffiċjali

5. SPEZZJONI TAL-BASTIMENT(11)

Data:                            Korp li jwettaq spezzjoni:

Bastiment konformi: IVA / LE

6. DEĊIŻJONI(11)

6.1. Approvazzjoni taċ-Ċertifikat

□ Mogħtija            Data tal-awtorizzazzjoni        Data tal-iskadenza

□ Miċħuda            Data                Ġustifikazzjoni

□ Sospiża            Data                Ġustifikazzjoni

□ Irtirata            Data                Ġustifikazzjoni

(10) It-Taqsimiet 1, 4, 5, u 6 għandhom jimtlew mill-Awtorità kompetenti

(11) It-Taqsimiet 2 u 3 għandhom jimtlew mill-applikant

ANNESS VI

Kif imsemmi fl-Artikolu 56

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 47

Artikolu 1(4)

Artikolu 2(6)

Artikolu 1(5)

Artikolu 2(3)(a) u (b)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

-

Artikolu 5(1)

-

Artikolu 5(2)

-

Artikolu 5(3)(a) u (b)

Artikolu 14(3)(b) u (d)

Artikolu 5(4)

Artikolu 15

Artikolu 6(1)

Artikoli 7(1) u 8(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 9(5)

Artikolu 6(3)

Artikolu 18(1)

Artikolu 6(4)

Artikoli 10 u 18(3)

Artikolu 6(5)

Artikolu 18(3)

Artikolu 6(6)

Artikolu 18(4)

Artikolu 6(7)

-

Artikolu 6(9)

Artikolu 24

Artikolu 7

Artikolu 110

Artikolu 8

Artikoli 17, 20 u 25

Artikolu 9

Artikolu 22

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11(1) u (3)

Artikolu 9

Artikolu 11(2)

Artikolu 24

Artikolu 12

Artikolu 8(2)

Artikolu 13

Artikolu 9

Artikolu 17

Artikoli 10, 22 u 37

Artikolu 18

Artikolu 12

Artikolu 19

Artikolu 13

Artikolu 20

Artikolu 40

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 25

Artikoli 42 sa 45

Artikolu 29

-

Artikolu 30(1)

Artikoli 47 u 48

Artikolu 30(2)

Artikolu 13(8)

Artikolu 30(3)

-

Artikolu 30(4)

-

Artikolu 30(5)

-

Artikolu 30(6)

-

Artikolu 30(7)

Artikolu 55

Artikolu 30(8)

-

Artikolu 31

Artikolu 49

Artikolu 32

Artikolu 54

Anness I

Anness I

Anness II

Artikolu 15 u Anness III

Anness III

Anness V

Anness IV

Artikolu 37

Anness V

-

Anness VI

Artikolu 11(4)