Brussell, 28.11.2023

COM(2023) 754 final

2023/0438(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, u dwar it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    KUNTEST TAL-PROPOSTA

   Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti hija attività kriminali li ma tirrispettax il-ħajja tal-bniedem u tneżża’ lin-nies mid-dinjità fl-insegwiment tal-profitt, filwaqt li tikser id-drittijiet fundamentali tan-nies u ddgħajjef l-objettivi tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-UE.

Il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin u l-prevenzjoni tagħhom hija waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea u kruċjali sabiex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari b’mod komprensiv. In-networks kriminali jieħdu vantaġġ mid-disprament tan-nies u jużaw ir-rotot tal-art, tal-baħar u tal-ajru sabiex jiffaċilitaw il-migrazzjoni irregolari, ipoġġu l-ħajja tan-nies f’riskju u jfittxu b’kull mod li jimmassimizzaw il-profitti tagħhom.

Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tat-13 ta’ Settembru 2023, il-President von der Leyen talbet it-tisħiħ tal-għodod kollha għad-dispożizzjoni tal-Unjoni sabiex tiġi miġġielda b’mod effettiv il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, billi jiġi aġġornat il-qafas leġiżlattiv kurrenti, qafas leġiżlattiv li f’partijiet minnu hu eqdem minn 20 sena, jissaħħu l-governanza dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u r-rwol tal-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari tal-Europol, u tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni, l-Istati Membri kif ukoll mal-pajjiżi sħab sabiex din il-kwistjoni tiġi indirizzata globalment. Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa li ssir ħidma mas-sħab sabiex tiġi indirizzata din l-isfida globali, li hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni qiegħda torganizza Konferenza Internazzjonali, filwaqt li toħloq Alleanza Globali b’Sejħa għal Azzjoni sabiex tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni.

Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti lejn u fi ħdan l-UE qiegħda tilħaq l-ogħla livelli li qatt dehru, xprunata minn żieda fid-domanda minħabba kriżijiet emerġenti u li qegħdin ikomplu jaggravaw, b’mod partikolari r-riċessjonijiet ekonomiċi, l-emerġenzi ambjentali kkawżati mit-tibdil fil-klima, kif ukoll il-kunflitti u l-pressjoni demografika f’ħafna pajjiżi terzi. Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti tixpruna ż-żieda ta’ wasliet irregolari fl-UE: fl-2022, ġew identifikati madwar 331 000 dħul irregolari fil-fruntieri esterni tal-UE, l-ogħla livell mill-2016, li jirrappreżentaw żieda ta’ 66 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel 1 . Fl-2023, sal-aħħar ta’ Settembru, ġew identifikati madwar 281 000 qsim mhux awtorizzat fil-fruntieri esterni tal-UE, li jirrappreżentaw żieda ta’ 18 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022. Dan jikkoinċidi ma’ żieda fl-attivitajiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, murija minn rekord ġdid b’aktar minn 15 000 persuna li tiffaċilita d-dħul klandestin ta’ persuni rrapportati lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) fl-2022 2 . Filwaqt li titqies iż-żieda fil-wasliet irregolari u d-diversi kriżijiet madwar id-dinja f’firxa ta’ pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, jistgħu jkunu mistennijin flussi migratorji konsistentement għoljin u possibbilment dejjem akbar lejn l-Ewropa u attivitajiet kriminali relatati ta’ kuntrabandu.

Huwa stmat li aktar minn 90 % tal-migranti irregolari li jaslu fl-UE jagħmlu użu minn persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta’ persuni, l-aktar organizzati fi gruppi kriminali. Madankollu, in-networks tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti jagħmlu profitti sostanzjali mill-attivitajiet kriminali tagħhom, li jvarjaw bejn EUR 4,7-6 biljun fis-sena madwar id-dinja 3 . Għalhekk, l-għoti ta’ rispons b’saħħtu u sod għall-attivitajiet tal-persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta’ persuni huwa ta’ importanza primarja għat-tnaqqis tal-migrazzjoni irregolari. Huwa stmat li l-attivitajiet tal-persuni mingħajr ħniena li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta’ persuni, speċjalment fuq il-baħar, irriżultaw f’numru xokkanti ta’ mwiet ta’ aktar minn 28 000 persuna 4 sa mill-2014.

Madwar nofs in-networks tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huma involuti wkoll f’reati oħrajn 5 , bħat-traffikar ta’ bnedmin, tad-droga u l-kuntrabandu tal-armi tan-nar, filwaqt li jiffaċilitaw ukoll movimenti mhux awtorizzati fi ħdan l-UE. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji qegħdin jiffaċċjaw sfidi multipli u li jevolvu b’mod kostanti: il-modi operandi li jinbidlu u jadattaw malajr tal-persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin; l-użu akbar ta’ theddid u ta’ vjolenza vis-à-vis il-migranti kif ukoll l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi 6 ; id-diffikultajiet sabiex jinstabu u jiġu arrestati l-persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin li jinħbew f’pajjiżi barra mill-UE; l-użu ta’ varjetà wiesgħa ta’ mezzi tat-trasport, inklużi bastimenti mhux tajbin għall-baħar u aktar diffiċli sabiex jiġu identifikati (bħad-dgħajjes tas-sajd u d-dgħajjes tal-metall magħmula ta’ malajr), vetturi tat-triq li fihom il-migranti jkunu moħbijin b’mod perikoluż, kif ukoll titjiriet kummerċjali u noleġġati li qegħdin jintużaw dejjem aktar sabiex il-migranti jinġiebu f’pajjiżi qrib jew li jmissu mal-UE, minn fejn il-migranti mbagħad ifittxu li jidħlu b’mod irregolari fl-UE 7 ; l-użu ta’ għodod diġitali fl-istadji kollha tal-proċess, bir-reklamar online ta’ servizzi ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, tar-rotot u tal-prezzijiet kif ukoll għall-falsifikazzjoni tad-dokumenti; l-użu ta’ kriptovaluti, ta’ flus diġitali jew ta’ forom ta’ ħlas oħrajn mhux uffiċjali (eż. hawala) 8 .

L-indirizzar tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huwa essenzjali sabiex jitkssru n-networks tal-kriminalità organizzata li jwasslu għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u għall-mewt, u sabiex tiġi miġġielda ż-żieda fil-migrazzjoni irregolari lejn l-UE. Approċċ komprensiv u sostenibbli għall-migrazzjoni jeħtieġ taħlita ta’ azzjonijiet robusti u effiċjenti li jikkomplementaw sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, li jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u b’mod partikolari l-migrazzjoni irregolari, u fl-istess ħin il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata inklużi l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin. Il-Patt il-Ġdid tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil1 ipoġġi l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti fiċ-ċentru tal-approċċ komprensiv tiegħu għall-migrazzjoni.

Din il-proposta għal Regolament hija parti minn pakkett ta’ miżuri li għandhom l-għan li jimmodernizzaw u jsaħħu l-qafas legali eżistenti u jipprovdu lill-Unjoni b’regoli li huma adatti għall-iskop tagħhom. Hija akkumpanjata minn proposta għal Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul, ta’ tranżitu u ta’ soġġorn mhux awtorizzati. Dik il-proposta tintroduċi strument modern tad-dritt kriminali tal-UE li jiddefinixxi b’mod ċar u jissanzjona b’mod effettiv in-networks tal-kriminalità organizzata responsabbli għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, jarmonizza l-pieni li jqisu s-serjetà tar-reat, itejjeb l-ilħuq ġuriżdizzjonali, isaħħaħ ir-riżorsi tal-Istati Membri sabiex jindirizzaw u jipprevjenu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u jtejjeb il-ġbir u r-rapportar tad-data.

Dan il-pakkett jiġi ppreżentat dakinhar tal-Konferenza Internazzjonali li tniedi “Alleanza Globali għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti”. B’din il-Konferenza, il-Kummissjoni qiegħda toħloq qafas għal kooperazzjoni politika b’saħħitha mas-sħab internazzjonali billi tappella għal impenji u għal azzjonijiet kondiviżi sabiex tiġi miġġielda b’mod konġunt il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti globalment.

Dawn it-tliet inizjattivi jikklomplementaw l-inizjattivi eżistenti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni mġedded tal-UE kontra t-traffikar (2021-2025) billi jaġġornaw il-qafas legali eżistenti tal-UE għas-sanzjonar tal-persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta’ migranti li jaġixxu fuq ir-rotot migratorji u jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni ġdid, modern, legali operazzjonali u internazzjonali kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti għas-snin li ġejjin.

Din il-proposta għal Regolament tifforma parti minn pakkett koerenti li jinkludi wkoll il-proposta msemmija hawn fuq għal Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul, ta’ tranżitu u ta’ soġġorn mhux awtorizzati. Flimkien, dawn il-proposti jfittxu li jimmodernizzaw il-qafas legali għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, sabiex jiżguraw li jkollna l-għodod legali u operazzjonali neċessarji sabiex inwieġbu għall-modus operandi l-ġdid tal-persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin, kif ippreżentat fil-programm ta’ ħidma tal-2024 tal-Kummissjoni mħabbar fis-17 ta’ Ottubru 2023.

Objettiv tal-proposta

L-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta huwa li jissaħħaħ ir-rwol tal-Europol fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin, u, b’mod partikolari, ir-rwol taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti.

Sabiex jissaħħu l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, din il-proposta ssegwi l-objettivi speċifiċi li ġejjin.

(1)It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin

Sabiex jiġu ffaċilitati koordinazzjoni u skambju aktar effettivi, f’waqthom u sistematiċi ta’ informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin bejn l-aġenziji tal-Unjoni, iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti fil-Europol se jkun magħmul minn persunal tal-Europol u minn esperti nazzjonali sekondati u jinvolvi lill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri, tal-Eurojust u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li għandhom ikunu stazzjonati b’mod permanenti mal-Europol sabiex jiġu żgurati skambju regolari ta’ informazzjoni u kooperazzjoni u koordinazzjoni operazzjonali. Sadanittant, l-Aġenziji tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni għandhom l-opportunità li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fuq il-bażi tal-mandati rispettivi tagħhom u jottimizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin. Il-Eurojust hija attur ewlieni fit-tisħiħ tar-rispons ġudizzjarju għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u ssostni każijiet kumplessi li jinvolvu koordinazzjoni ġudizzjarja transfruntiera u Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta b’rabta ma’ investigazzjonijiet kriminali dwar każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

(2)It-tisħiħ tad-direzzjoni u tal-koordinazzjoni fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin fil-livell tal-UE

Sabiex jiġu indirizzati analiżi strateġika, koordinazzjoni u tmexxija insuffiċjenti fil-livell tal-UE, il-proposta tistabbilixxi kompiti strateġiċi speċifiċi taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti bil-ħsieb li tipprovdi qafas għall-implimentazzjoni ta’ prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni billi jiġu mmonitorjati x-xejriet fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u fit-traffikar ta’ bnedmin, jiġu pprovduti rapporti annwali, analiżijiet strateġiċi, valutazzjonijiet tat-theddid u aġġornamenti tas-sitwazzjoni dwar ir-rotot migratorji, kif ukoll azzjoni investigattiva u operazzjonali. Fir-rigward tal-kompiti strateġiċi tiegħu, iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jiltaqa’ tal-anqas darbtejn fis-sena ma’ rappreżentanti ta’ kull Stat Membru, tal-Eurojust, tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) u tal-Kummissjoni sabiex jiżgura tmexxija u koordinazzjoni effettivi. Barra minn hekk, iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti se jsostni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol fit-talba għall-bidu ta’ investigazzjonijiet kriminali.

(3)It-titjib tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin

Ir-regolament propost isaħħaħ l-obbligi tal-Istati Membri li jaqsmu informazzjoni, inkluża l-bijometrija, dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin mal-Europol, inkluż permezz tal-ħtieġa li jiġu stabbiliti konnessjonijiet diretti għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom u għall-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni mal-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA) tal-Europol. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tqabbad liċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jidentifika każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti jew ta’ traffikar ta’ bnedmin li jistgħu jeħtieġu kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, inkluż bl-iskambju ta’ data personali; dan għandu l-għan li jsostni lid-Direttur Eżekuttiv fid-deċiżjoni dwar it-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi fuq bażi ta’ każ b’każ f’konformità mal-Artikolu 25(5) tar-Regolament Europol.

(4)It-tisħiħ tar-riżorsi tal-Istati Membri għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin

Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjunin jiġġieldu b’mod effettiv il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u jiskambjaw informazzjoni rilevanti mal-Europol, qiegħed jiġi propost li dawn jaħtru servizzi speċjalizzati għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin, jipprovdu għall-provvista ta’ riżorsi adegwati lil dawn is-servizzi, iqabbdu lil dawn is-servizzi mas-SIENA, u jagħtu kompiti liċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti sabiex jaġixxi bħala network ta’ servizzi speċjalizzati.

(5)It-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin permezz ta’ task forces operazzjonali u l-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali

Huwa propost li l-kunċett tat-task forces operazzjonali jiġi kkodifikat u żviluppat aktar u li tiġi stabbilita għodda ġdida fil-forma ta’ skjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali, bħala għodod avvanzati għall-koordinazzjoni u għas-sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku, u forensiku, fuq talba tal-Istati Membri jew fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol. Il-proposta tinkludi l-ħolqien ta’ grupp ta’ esperti li jaħdmu fl-Istati Membri tagħhom li jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni immedjata tal-Europol għall-iskjeramenti, u tistabbilixxi obbligi għall-Istati Membri sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn l-għodod. Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll f’task forces operazzjonali, u l-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali jistgħu jsiru f’pajjiżi terzi.

Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u umani tal-Europol sabiex twieġeb għall-ħtiġijiet operazzjonali u sabiex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati.

   Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti u li ġejjin fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, inkluża l-Europol. Il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi hija qasam ta’ kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri. F’dawn l-aħħar snin, sar progress sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-ispazju li fih joperaw it-terroristi u l-kriminali serji. Wara l-kriżi tal-migrazzjoni tal-2015, l-arkitettura ġenerali tas-sistemi ta’ informazzjoni u tal-bażijiet tad- tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni (ĠAI) ġiet rivoluzzjonata b’enfasi fuq l-interoperabbiltà. Il-qafas leġiżlattiv dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ssaħħaħ fl-2017, wara l-attakki terroristiċi fl-Ewropa. Bi tweġiba għall-ħtiġijiet operazzjonali urġenti sabiex jiġi indirizzat ix-xenarju tas-sigurtà li kien qiegħed jinbidel u s-sejħiet tal-koleġiżlaturi għal sostenn aktar b’saħħtu mill-Europol, ir-regolament dwar il-Europol issaħħaħ fl-2022. Il-mandat il-ġdid tal-Europol daħal fis-seħħ f’Ġunju 2022, u jippermetti lill-Europol iżżid l-għarfien espert u l-kapaċitajiet operazzjonali tagħha, biex issostni aħjar lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata u kontra t-terroriżmu. Il-mandat isaħħaħ ukoll il-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Europol u s-sorveljanza tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Il-proposta hija wkoll konformi mal-qafas leġiżlattiv eżistenti tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, magħruf ukoll bħala l-Pakkett dwar il-Faċilitaturi ta’ Dħul Klandestin, magħmul mid-Direttiva 2002/90/KE li tistabbilixxi definizzjoni komuni tar-reat ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul, ta’ tranżitu u ta’ residenza mhux awtorizzati2, u mid-Deċiżjoni Qafas 2002/946/ĠAI dwar it-tisħiħ tal-qafas penali għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, ta’ tranżitu u ta’ residenza mhux awtorizzati3. Hija koerenti wkoll mal-pjan ta’ azzjoni mġedded tal-UE kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin (2021-2025) li jitlob it-tisħiħ tal-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-UE, l-aġenziji rilevanti tal-UE, b’mod partikolari l-Europol, u l-pajjiżi sħab, fit-tkissir tan-networks kriminali tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti kif ukoll bis-Sett ta’ Għodod li jindirizza l-użu ta’ mezzi tat-trasport kummerċjali sabiex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni irregolari lejn l-UE. Is-Sħubijiet Operazzjonali Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ma’ pajjiżi ewlenin ta’ oriġini u ta’ tranżitu jiffurmaw parti integrali mis-sħubijiet komprensivi dwar il-migrazzjoni li l-UE qiegħda tiżviluppa ma’ pajjiżi sħab. It-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huwa interess konġunt, peress li l-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni jaqsmu l-għan komuni li jiġġieldu kontra n-networks kriminali u jipproteġu lin-nies minn abbużi u minn sfruttament possibbli. Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti għadha sfida serja li jeħtieġ li tiġi indirizzata ulterjorment b’mod kontinwu, konċertat u kollettiv.

Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huma objettiv ewlieni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, tal-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata u tal-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.

   Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Fir-rigward tas-sostenn tal-Europol lill-Istati Membri, din l-inizjattiva leġiżlattiva tqis il-politiki tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, b’mod partikolari r-rwol tal-Eurojust 9 fis-sostenn u fit-tisħiħ tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni fir-rigward tal-kriminalità serja, u l-kooperazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta 10 . L-inizjattiva leġiżlattiva tqis ukoll il-politiki esterni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-ħidma tad-delegazzjonijiet tal-UE u tal-esperti tas-sigurtà f’pajjiżi terzi u l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-politika komuni tas-sigurtà u tad-difiża.

Din l-inizjattiva leġiżlattiva tqis bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data (ara t-taqsima 3 hawn taħt dwar id-drittijiet fundamentali).

2.    BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

   Bażi legali

Il-bażijiet legali tal-inizjattiva leġiżlattiva huma l-Artikoli 85, 87 u 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Artikolu 85(1) tat-TFUE jipprovdi li l-missjoni tal-Eurojust għandha tkun li ssostni u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni fir-rigward tal-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, abbażi tal-operazzjonijiet imwettqin u tal-informazzjoni fornita mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-Europol. L-Artikolu 87(1) jistabbilixxi li l-Unjoni għandha tistabbilixxi koperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha, inklużi l-pulizija, is-servizzi tad-dwana u servizzi speċjalizzati oħrajn tal-infurzar tal-liġi fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni ta’ reati kriminali. L-Artikolu 88(2) tat-TFUE jistabbilixxi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, permezz ta’ regolamenti adottati f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jiddeterminaw l-istruttura, l-operat, il-qasam tal-azzjoni u l-kompiti tal-Europol. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu: (a) il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta’ informazzjoni, b’mod partikolari dik mibgħuta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew mill-korpi; u (b) il-koordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ azzjoni investigattiva u operazzjonali mwettqa b’mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fil-kuntest ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunta, meta xieraq f’kollegament mal-Eurojust.

   Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-TUE, azzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha tittieħed biss meta l-għanijiet previsti ma jkunux jistgħu jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u, għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, ikunu jistgħu jinkisbu aħjar mill-UE.

L-Istati Membri huma responsabbli għaż-żamma tal-liġi u tal-ordni u għas-salvagwardja tas-sigurtà interna 11 u l-Unjoni għandha tirrispetta l-funzjonijiet essenzjali tal-Istat tal-Istati Membri, inklużi ż-żamma tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali 12 . Peress li l-kriminalità serja u t-terroriżmu ta’ spiss ikunu ta’ natura tranżnazzjonali, l-azzjoni fil-livell nazzjonali biss ma tistax tiġġilidhom b’mod effettiv. B’mod partikolari, in-networks kriminali involuti fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huma kkaratterizzati min-natura globali, kollaborattiva u aġli tagħhom 13 . Din hija r-raġuni għaliex l-Istati Membri jagħżlu li jaħdmu mill-qrib flimkien fil-qafas tal-UE. Huma jfittxu li jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom ta’ infurzar tal-liġi u jikkooperaw fl-indirizzar ta’ sfidi ta’ sigurtà komuni. Huma jiddeċiedu li jiġbru flimkien ir-riżorsi fil-livell tal-UE u jaqsmu l-għarfien espert. Bħala l-aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, il-Europol hija espressjoni qawwija ta’ dan l-isforz mill-Istati Membri sabiex iżommu liċ-ċittadini tagħhom sikuri billi jaħdmu flimkien.

Il-Europol tipprovdi qafas robust u sett ta’ għodod sofistikat għall-ġlieda kontra l-kriminalità għall-Istati Membri sabiex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom għall-infurzar tal-liġi. B’mod partikolari, il-Europol isservi bħala ċ-ċentru ta’ informazzjoni kriminali tal-UE li jimminimizza l-lakuni fl-intelligence kriminali u jiffoka fuq id-data minn investigazzjonijiet f’ħin reali u kumplessi. Il-Europol tipprovdi sostenn operazzjonali aġli u f’ħin reali li jvarja minn analiżi operazzjonali sa koordinazzjoni operazzjonali u tiġbor flimkien lis-sħab rilevanti għal azzjoni konġunta. L-Istati Membri jużaw l-uffiċjali ta’ kollegament tagħhom fil-Europol u l-kanal ta’ skambju ta’ informazzjoni li tipprovdi l-aġenzija għall-iskambju ta’ informazzjoni u jikkooperaw fl-investigazzjonijiet kriminali tagħhom. L-Istati Membri jiġbru flimkien ir-riżorsi billi jagħtu l-kompitu lill-Europol sabiex tipproċessa l-informazzjoni tagħhom fil-bażijiet tad-data tagħha u tipprovdi analiżi konġunta. Dan poġġa lill-Europol fil-qalba tal-arkitettura tas-sigurtà Ewropea.

It-theddidiet għas-sigurtà li dejjem jevolvu, b’mod partikolari l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, jitolbu sostenn effettiv fil-livell tal-UE għall-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi. Filwaqt li hemm differenzi fil-mod kif l-Istati Membri jiġġieldu tipi speċifiċi ta’ kriminalità, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jistgħu jagħżlu fejn ifittxu sostenn fil-livell tal-UE mill-Europol u liema inizjattivi konġunti jipparteċipaw fihom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi madwar l-Istati Membri kollha jiffaċċjaw l-istess theddidiet għas-sigurtà li dejjem qegħdin jevolvu. Konsegwentement, hemm il-ħtieġa għal azzjoni tal-UE sabiex iżżid is-sostenn lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u kontra t-terroriżmu bl-għan li jżommu l-pass ma’ dawn it-theddidiet.

Konsegwentement, l-Istati Membri waħedhom ma jkunux kapaċi jittrattaw b’mod effettiv l-isfidi kollha indirizzati minn din il-proposta.

   Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 5(4) tat-TUE, jeħtieġ li n-natura u l-intensità ta’ miżura partikolari jkunu jaqblu mal-problema identifikata. Il-problemi kollha indirizzati f’din l-inizjattiva leġiżlattiva jitolbu, b’xi mod jew ieħor, sostenn fil-livell tal-UE għall-Istati Membri sabiex jindirizzaw dawn il-problemi b’mod effettiv:

Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji dwar il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin fil-livell tal-UE jeħtieġ li jissaħħu u jiġu intensifikati: Billi jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Eurojust, u billi jiġi stabbilit iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, u billi jistabbilixxu l-kompiti u l-kompożizzjoni tagħhom, l-aġenziji tal-UE jkunu f’pożizzjoni aħjar sabiex jiżguraw li l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin ikunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod aktar effettiv u effiċjenti fil-livell tal-UE milli fil-livell nazzjonali.

It-tmexxija strateġika u l-koordinazzjoni dwar dawn ir-reati fil-livell tal-UE jeħtieġ li jiġu intensifikati sabiex jippermettu analiżi strateġika, tmexxija, u koordinazzjoni mmirati tal-azzjoni investigattiva u operazzjonali fil-livell tal-UE u fost l-Istati Membri. L-istabbiliment taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, u l-istabbiliment tal-kompiti u tal-kompożizzjoni tiegħu, se jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin b’mod aktar effettiv u effiċjenti fil-livell tal-UE milli fil-livell nazzjonali.

Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin fost l-Istati Membri u mal-Europol, iżda wkoll ma’ pajjiżi terzi jeħtieġ li ssir aktar b’saħħitha u aktar sistematika sabiex jiġi żgurat li l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti tkun tista’ tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv u effiċjenti fil-livell tal-UE, b’mod partikolari, b’riferiment espliċitu għaż-żewġ reati f’dak li għandu x’jaqsam mal-obbligu ġenerali tal-Istati Membri dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, billi l-Europol tingħata l-kompitu li tipproċessa d-data bijometrika b’mod effettiv u effiċjenti b’sostenn tal-Istati Membri, f’konformità mas-salvagwardji eżistenti dwar l-ipproċessar tal-bijometrija, u billi tiġi stabbilita l-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA).

Fir-rigward tal-istrutturi nazzjonali għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, kif diġà ġie enfasizzat fil-pjan ta’ azzjoni mġedded tal-UE kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin (2021-2025), mhux l-Istati Membri kollha għandhom l-istrutturi neċessarji fil-livell nazzjonali sabiex jiġġieldu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u sabiex jikkooperaw b’mod effettiv mal-Europol. Din id-diskrepanza tista’ tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv u effiċjenti fil-livell tal-UE milli fil-livell nazzjonali, billi jiġi pprovdut li l-Istati Membri għandhom jaħtru servizzi speċjalizzati għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, il-konnessjoni ta’ dawn is-servizzi speċjalizzati mas-SIENA u billi ċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jingħata l-kompitu li jaġixxi bħala network ta’ servizzi speċjalizzati.

Is-sostenn prattiku tal-Europol lill-Istati Membri sabiex jiġġieldu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti jeħtieġ li jissaħħaħ. Din il-ħtieġa tista’ tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv u effiċjenti fil-livell tal-UE milli fil-livell nazzjonali, billi jiġu stabbiliti t-task forces operazzjonali u l-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali.

Bħala l-aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, il-Europol tinsab f’pożizzjoni tajba sabiex tipprovdi dan is-sostenn fil-livell tal-UE. Fil-fatt, il-Europol uriet li hija effettiva ħafna fl-għoti ta’ sostenn lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u kontra t-terroriżmu u, b’mod speċifiku, kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti. Hemm sinerġiji u ekonomiji ta’ skala ċari għall-Istati Membri li jirriżultaw, pereżempju, mill-użu tal-pula ta’ riżerva u mis-sostenn speċjalizzat ipprovdut mill-Europol, jew mill-għarfien espert li ċentru speċjalizzat bħaċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jista’ joffri lill-Istati Membri. L-Istati Membri jistennew, u jeħtieġu operazzjonalment, l-istess livell ta’ sostenn mill-Europol f’dak li għandu x’jaqsam mat-theddidiet għas-sigurtà li qed jevolvu, bħall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

Il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi fil-livell tal-UE permezz tal-Europol la tissostitwixxi politiki nazzjonali differenti dwar is-sigurtà interna u lanqas ma tissostitwixxi l-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi. Id-differenzi fl-ordinamenti ġuridiċi u fit-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri, kif rikonoxxuti mit-Trattati 14 , jibqgħu mhux affettwati minn dan is-sostenn fil-livell tal-UE.

   Għażla tal-istrument

Skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u minħabba li l-mandat tal-Europol huwa stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/794, it-tisħiħ tal-mandat tal-Europol – li huwa parti minn din il-proposta – għandu jieħu l-forma ta’ regolament. 

3.    RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti tippreżenta sfidi għall-infurzar tal-liġi, b’mod partikolari minħabba l-aġilità u l-kumplessità tan-networks kriminali involuti u l-adattament tagħhom għall-bidliet fid-dinamika tal-migrazzjoni irregolari u għar-rispons tal-infurzar tal-liġi. Dawn l-isfidi ġew identifikati sew mill-Europol u mill-Istati Membri u ġew diskussi fil-laqgħat tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni u tal-Kunsill Ewropew. Ir-rwol tal-Europol fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti ġie diskuss kemm fil-Kunsill kif ukoll fil-Europol, inkluż mill-Bord ta’ Amministrazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-2021 dwar l-appoġġ tal-Europol fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti identifika l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-Europol fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, b’mod partikolari sabiex il-Europol tkun tista’ tuża s-sorsi esterni rilevanti kollha ta’ informazzjoni, inkluża data bijometrika, u sabiex ittejjeb l-iskambju tad-data mas-sħab tagħha 15 .

Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni ġabru l-input u l-fehmiet neċessarji dwar ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE ta’ din l-inizjattiva leġiżlattiva permezz ta’ kwestjonarju mxerred lill-Istati Membri sabiex jidentifikaw il-ħtiġijiet u d-diskrepanzi operazzjonali fir-rigward tas-sostenn tal-Europol kif ukoll ta’ ħtiġijiet u ta’ opportunitajiet oħrajn fir-rigward tat-tisħiħ tal-mandat tal-Europol. Barra minn hekk, wara d-diskussjonijiet fil-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Infurzar tal-Liġi, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw lill-Istati Membri fil-livell tal-esperti, permezz ta’ workshop virtwali dedikat fl-14 ta’ Novembru 2023. L-Istati Membri b’mod ġenerali taw is-sostenn tagħhom għat-tisħiħ tal-mandat legali tal-Europol fil-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u fil-ġlieda kontra dawn.

Il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati identifika li hemm ħames oqsma li fihom hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE, jiġifieri: a) il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, b) it-tmexxija strateġika u l-koordinazzjoni fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, c) il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, d) l-istrutturi nazzjonali speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u e) is-sostenn operazzjonali tal-Europol fil-prattika.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni ġew inkorporati matul it-tħejjija tal-inizjattiva leġiżlattiva.

   Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta leġiżlattiva ma hijiex sostnuta minn Valutazzjoni tal-Impatt li tqis li l-Kummissjoni kellha ftit għażliet jew l-ebda għażla disponibbli, b’mod partikolari minħabba l-ħtiġijiet operazzjonali urġenti li jittejjeb is-sostenn tal-Europol lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti. Madankollu, din il-proposta tibni fuq l-evidenza miġbura mir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-2021 dwar l-appoġġ tal-Europol fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u l-feedback riċevut matul il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.

   Drittijiet fundamentali

Il-proċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi b’mod ġenerali, u għas-sostenn ipprovdut mill-Europol b’mod partikolari jirrikjedi l-iżgurar ta’ konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u b’mod partikolari d-drittijiet għall-protezzjoni tad-data personali 16 u għar-rispett għall-ħajja privata 17 . Din il-proposta tqis dawn ir-rekwiżiti legali bis-sħiħ.

4.    IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din l-inizjattiva leġiżlattiva jkollha impatt fuq il-baġit u fuq il-ħtiġijiet tal-persunal tal-Europol. Huwa stmat 18 li jkun meħtieġ baġit addizzjonali ta’ madwar EUR 50 miljun u madwar 50 kariga addizzjonali għall-perjodu ġenerali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kurrenti 2021-2027. Dan jiżgura li l-Europol ikollha r-riżorsi neċessarji sabiex twettaq b’mod sħiħ u effiċjenti l-kompiti l-ġodda deskritti fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll il-mandat rivedut tagħha. Għalhekk, il-kompiti l-ġodda tal-Europol f’din il-proposta leġiżlattiva jkunu jeħtieġu żidiet finanzjarji u umani addizzjonali meta mqabblin mar-riżorsi allokati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, li ppreveda żieda ta’ 160 Aġent Temporanju b’kost assoċjat ta’ EUR 114-il miljun u b’kontribuzzjoni addizzjonali totali tal-UE ta’ EUR 178 miljun għall-baġit tal-Europol. Din l-inizjattiva leġiżlattiva tiftaħ ukoll il-possibbiltà għall-Istati Membri li jikkontribwixxu direttament għall-baġit tal-Europol, meta dan ikun neċessarju u meħtieġ minn kompiti eżistenti jew ġodda.

5.    ELEMENTI OĦRA

   Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-mandat imsaħħaħ tal-Europol jitwettqu fil-biċċa l-kbira mill-mekkaniżmi applikabbli skont ir-Regolament Europol eżistenti. L-Artikolu 68 jipprevedi evalwazzjoni li tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Europol u tal-prattiki ta’ ħidma tagħha u jista’ jindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġu mmodifikati l-istruttura, l-operat, il-qasam ta’ azzjoni u l-kompiti tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din. Wara din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tiġbor id-data permezz tar-rappreżentanza tagħha fil-laqgħat tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol u permezz tas-superviżjoni tagħha, flimkien mal-Istati Membri, tal-ħidma tal-Europol (Artikolu 11).    

   Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din l-inizjattiva leġiżlattiva tipproponi dan li ġej:

·L-istabbiliment fil-liġi taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti fi ħdan il-Europol u ta’ qafas ta’ governanza sabiex jiġu rregolati u sostnuti l-attivitajiet tiegħu: l-inizjattiva leġiżlattiva tistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti bħala ċentru tal-Unjoni ta’ għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin. Iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti għandu jkun il-punt fokali sabiex isostni lill-Istati Membri fil-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u fil-ġlieda kontra dawn u, f’dan il-kuntest, għandu jwettaq kompiti strateġiċi u operazzjonali speċifiċi. [Artikolu 3]

·Il-provvediment għall-kompożizzjoni taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti: l-inizjattiva leġiżlattiva tipprevedi l-kompożizzjoni taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti u tal-entitajiet speċifiċi li għandhom ikunu involuti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, kemm għall-fini ta’ analiżi strateġika, kif ukoll għall-fini ta’ sostenn operazzjonali u tekniku għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin. Iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti għandu jkun sostnut mill-istrutturi interni rilevanti l-oħrajn kollha tal-Europol. [Artikolu 4]

·Id-definizzjoni tal-kompiti strateġiċi u operazzjonali taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti: l-inizjattiva leġiżlattiva tipprevedi l-kompiti dettaljati taċ-Ċentru għall-finijiet ta’ analiżi strateġika kif ukoll sostenn operazzjonali u tekniku għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u għall-ġlieda kontra dawn. Fil-livell strateġiku, dawn il-kompiti jinkludu l-għoti ta’ analiżijiet strateġiċi u ta’ valutazzjonijiet tat-theddidiet, l-għoti ta’ sostenn għall-implimentazzjoni operazzjonali tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali, is-sostenn għall-koordinazzjoni, għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni, il-monitoraġġ tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, u t-tħejjija ta’ rapport annwali. F’dan il-kuntest, iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti se jorganizza wkoll laqgħa tal-entitajiet irrappreżentati fiċ-ċentru tal-anqas darbtejn fis-sena sabiex jiżgura tmexxija u koordinazzjoni effettivi fil-livell tal-Unjoni. Fil-livell operazzjonali, il-kompiti taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jinkludu l-koordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet investigattivi u operazzjonali sabiex jiġu sostnuti u jissaħħu l-azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jiġu sostnuti l-attivitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni, l-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, kif ukoll l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunta u t-task forces operazzjonali, u jiġu identifikati l-każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ta’ traffikar ta’ bnedmin li jistgħu jeħtieġu sostenn operazzjonali avvanzat. [l-Artikoli 5, 6]

·L-għoti tal-possibbiltà tal-ħatra ta’ servizzi speċjalizzati fl-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jipprevjenu u jiġġieldu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin: l-inizjattiva leġiżlattiva tipprevedi li kull Stat Membru għandu jaħtar servizz speċjalizzat wieħed jew aktar għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u għall-ġlieda kontra dawn, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet kriminali, u jiżgura li dawn is-servizzi jiġbru u jaqsmu l-informazzjoni rilevanti kollha mill-aktar fis possibbli permezz tas-SIENA mal-Europol u ma’ Stati Membri oħrajn. [Artikolu 8]

·L-għoti lill-Europol tal-għodod avvanzati neċessarji sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u reati oħrajn li jaqgħu taħt l-ambitu tal-objettivi tal-Europol: l-inizjattiva leġiżlattiva tistabbilixxi task forces operazzjonali bħala mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri bis-sostenn tal-Europol sabiex iwettqu attivitajiet u investigazzjonijiet konġunti, koordinati u prijoritizzati tal-intelligence kriminali b’mod partikolari dwar networks u gruppi kriminali u atturi kriminali individwali. L-inizjattiva leġiżlattiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi li jikkonċernaw l-involviment attiv u f’waqtu tal-Istati Membri, bħall-provvista tal-informazzjoni rilevanti kollha lill-Europol, u li l-Europol għandha tagħmel disponibbli s-sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku, forensiku u finanzjarju avvanzat tagħha lil dawn l-Istati Membri. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll fit-task forces operazzjonali. [Artikolu 9]

·L-għoti tal-possibbiltà lill-Europol sabiex tkun tista’ tiskjera uffiċjali fit-territorju ta’ Stat Membru, fuq talba ta’ dak l-Istat Membru, bl-għan li tipprovdi sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku u forensiku f’kollegament u bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru: l-Istat Membru ospitanti għandu jkun jista’ jiżgura sett minimu ta’ rekwiżiti bħall-provvista tal-informazzjoni rilevanti kollha lill-Europol. Il-Europol għandha tkun tista’ tiskjera malajr, speċjalment f’każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza. Il-persunal u l-esperti skjerati mill-Europol għandhom ikunu jistgħu jwettqu miżuri investigattivi mhux koerċittivi li jkunu relatati mal-proċessar tad-data f’kollegament u bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mar-Regolament Europol u mad-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Europol għandha tistabbilixxi grupp ta’ riżerva ta’ esperti fl-infurzar tal-liġi mill-Istati Membri bi kwalifiki għoljin u bi profili speċjalizzati li jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni immedjata tal-Europol għall-iskjerament operazzjonali sabiex jiġi pprovdut sostenn speċjalizzat. Il-Europol għandha tkun tista’ wkoll tiskjera persunal u esperti nazzjonali sekondati f’pajjiżi terzi li magħhom tikkoopera fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, u ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, jew ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Europol u dak il-pajjiż terz konkluż qabel l-1 ta’ Mejju 2017. [Artikolu 9]

·Il-kjarifika tan-natura tas-sostenn operazzjonali li l-persunal tal-Europol jista’ jipprovdi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri fuq il-post fl-operazzjonijiet u fl-investigazzjonijiet: l-inizjattiva leġiżlattiva tiċċara li l-persunal tal-Europol jista’ jipprovdi sostenn operazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri matul l-eżekuzzjoni ta’ miżuri investigattivi, fuq talba tagħhom u f’konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, inkluż fil-kuntest tal-implimentazzjoni tat-task forces operazzjonali u tal-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali. Il-persunal tal-Europol għandu jkun jista’ jwettaq miżuri investigattivi mhux koerċittivi f’kollegament u bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, u f’konformità mar-Regolament Europol u mad-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, meta jintalab hekk minn Stat Membru f’konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu u jiġi awtorizzat mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol. [Artikolu 9]

·It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-Europol u pajjiżi terzi: l-inizjattiva leġiżlattiva tistabbilixxi regoli sabiex tinvolvi aħjar lill-uffiċjali ta’ kollegament dwar il-migrazzjoni tal-Istati Membri skjerati f’pajjiżi terzi fit-tisħiħ tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni minn pajjiżi terzi sabiex tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u sabiex din l-informazzjoni tiġi pprovduta lill-Europol, direttament jew permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol, bl-użu tas-SIENA. [Artikolu 8]

·L-identifikazzjoni ta’ każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti li jeħtieġu kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi li jistgħu jeħtieġu trasferimenti ta’ data personali f’każijiet individwali għall-fini tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali: l-inizjattiva leġiżlattiva tagħti kompiti liċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti sabiex jidentifika każijiet bħal dawn. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza jew ta’ salvagwardji adegwati jew xierqa għall-protezzjoni tad-data, it-trasferimenti ta’ data personali mill-Europol lil pajjiżi terzi f’dawn il-każijiet jistgħu jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794. [Artikolu 6]

·It-tisħiħ tar-rwol tal-Europol fil-ġlieda kontra reati kriminali relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni: l-inizjattiva leġiżlattiva tinkludi dawn ir-reati fost il-forom ta’ kriminalità elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/794. F’dak li ma għandux x’jaqsam mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u mat-traffikar ta’ bnedmin, ir-Regolament propost jestendi l-lista ta’ reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol billi jinkludi fl-Anness I tar-Regolament Europol il-“ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni”. Dan iwieġeb għat-talbiet mill-Istati Membri sabiex il-Europol tkun tista’ ssostnihom fil-ġlieda kontra l-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, li bħalissa huwa possibbli biss meta ksur bħal dan ikun jikkostitwixxi wkoll forma oħra ta’ reat li jinsab fl-Anness I tar-Regolament Europol, pereżempju l-ħasil tal-flus. Madankollu, mhux kull ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jaqa’ fost ir-reati attwalment stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament Europol. L-inklużjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni fl-Anness I tar-Regolament Europol tkun tikkomplementa d-Direttiva proposta dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ pieni għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni. 19 [Artikolu 9]




2023/0438 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, u dwar it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 85(1), l-Artikolu 87(2), u l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) twaqqfet permezz tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 sabiex issostni u ssaħħaħ l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar, kontra t-terroriżmu u kontra forom oħrajn ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni.

(2)Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huwa attività kriminali li ma tirrispettax il-ħajja tal-bniedem u d-dinjità tal-persuni fl-insegwiment tal-profitt, filwaqt li ddgħajjef id-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati kif ukoll l-objettivi ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Frar 2023, tenna l-importanza tal-ġlieda kontra l-persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin u afferma r-rieda li jsaħħaħ l-azzjoni tiegħu sabiex jiġu evitati tluq irregolari u telf ta’ ħajja, anki billi tiġi intensifikata l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu. Għal dan l-għan, huwa importanti wkoll li tissaħħaħ ir-reazzjoni tal-infurzar tal-liġi għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u għat-traffikar ta’ bnedmin billi jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Europol, u b’mod partikolari taċ-ċentru tal-Unjoni tagħha ta’ għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin.

(3)Fl-2016 il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol ħoloq “Ċentru Ewropew dwar il-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti” f’konformità mal-Artikolu 11(1), il-punt (s), tar-Regolament (UE) 2016/794 bħala ċentru tal-Unjoni ta’ għarfien espert speċjalizzat bħal dan. Dan evolva kontinwament mill-bidu tiegħu u espanda l-firxa ta’ attivitajiet tiegħu sabiex jipprovdi l-aħjar sostenn lill-Istati Membri bħala pjattaforma dinamika għall-kooperazzjoni operazzjonali, għall-iskambju ta’ informazzjoni, u għall-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u s-sħab involuti fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin. Iż-żidiet fil-wasliet irregolari fl-Unjoni u f’movimenti mhux awtorizzati fl-Unjoni, l-adattabilità rapida ta’ gruppi tal-kriminalità organizzata, l-iżvilupp ta’ modi operandi ġodda u ta’ metodi sofistikati jirrikjedu b’urġenza tisħiħ sinifikanti tar-rwol taċ-ċentru tal-Unjoni tal-Europol ta’ għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin billi jiġi stabbilit bħala struttura permanenti fi ħdan il-Europol u billi jissaħħaħ il-livell tal-involviment tiegħu fis-sostenn lill-Istati Membri fil-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u fil-ġlieda kontra dawn. Ismu jenħtieġ li jkun iċ-“Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti”.

(4)Iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jenħtieġ li jipprovdi sostenn strateġiku, operazzjonali u tekniku lill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u għall-ġlieda kontra dawn. Bħala parti mill-kompiti strateġiċi tiegħu, jenħtieġ li jipprovdi qafas għall-implimentazzjoni ta’ prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni billi jimmonitorja x-xejriet fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u fit-traffikar ta’ bnedmin. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jipprovdi rapporti annwali, analiżijiet strateġiċi, valutazzjonijiet tat-theddidiet u aġġornamenti tas-sitwazzjoni dwar ir-rotot migratorji u l-modi operandi, filwaqt li jinkludi indikazzjonijiet li partijiet privati jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u għat-traffikar ta’ bnedmin. Fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kompiti strateġiċi u operazzjonali tiegħu, iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jenħtieġ li jikkoopera mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-missjonijiet u mal-operazzjonijiet tal-Politika tas-Sigurtà u tad-Difiża Komuni, meta xieraq u rilevanti, f’konformità mal-mandati u mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, kif ukoll f’konformità mal-mandat tal-Europol.

(5)Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jenħtieġ li jipprovdi mezz sabiex jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Europol u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, f’konformità mal-oqfsa legali rispettivi tagħhom, inkluż permezz ta’ arranġamenti ta’ ħidma bejn l-aġenziji tal-Unjoni.

(6)Sabiex isostni l-analiżi strateġika tiegħu fil-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u fil-ġlieda kontra dawn, jenħtieġ li, għal kompiti strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jiġi sostnut minn qafas ta’ kooperazzjoni msawwar mill-persunal tal-Europol u jinvolvi rappreżentanti tal-Kummissjoni, tas-servizzi speċjalizzati tal-Istati Membri, tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jorganizza wkoll laqgħa tal-entitajiet irrappreżentati fiċ-ċentru tal-anqas darbtejn fis-sena sabiex jiżgura tmexxija u koordinazzjoni effettivi fil-livell tal-Unjoni. Sabiex dak iċ-ċentru jkun jista’ jeżegwixxi l-kompiti tiegħu, jenħtieġ li strutturi interni rilevanti oħrajn tal-Europol jipprovdulu s-sostenn neċessarju kollu. Sabiex tiġi mmassimizzata l-effettività taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tistieden, b’mod partikolari, lill-atturi ewlenin tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (“EMPACT”) kif ukoll lil korpi jew lil aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni meta jkun meħtieġ.

(7)Bħala parti mis-sostenn operazzjonali u tekniku lill-Istati Membri, jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti jiżgura l-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet investigattivi u operazzjonali tal-Istati Membri, inkluż permezz tas-sostenn għall-iskambju ta’ informazzjoni, għall-operazzjonijiet u għall-investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qafas tal-EMPACT, inkluż billi jipprovdi sostenn operazzjonali, tekniku, forensiku u finanzjarju. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Europol tipprovdi sostenn lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ta’ traffikar ta’ bnedmin meta jkun meħtieġ li jinbdew investigazzjonijiet, meta jkun hemm bżonn f’kollegament mal-Eurojust, f’każijiet li jeħtieġu l-istabbiliment ta’ task forces operazzjonali jew l-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali, u f’każijiet li jistgħu jeħtieġu kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, inkluż permezz tal-iskambju ta’ data personali.

(8)Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza jew ta’ salvagwardji adegwati jew xierqa għall-protezzjoni tad-data, it-trasferiment ta’ data personali mill-Europol lil pajjiżi terzi jista’ jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794. B’mod partikolari, każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti identifikati miċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti li jeħtieġu kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jistgħu jeħtieġu trasferimenti ta’ data personali f’każijiet individwali għall-fini ta’ prevenzjoni, ta’ investigazzjoni, ta’ detezzjoni jew ta’ prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew ta’ eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali.

(9)Għall-fini tat-tisħiħ tas-sostenn operazzjonali u tekniku għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u għall-ġlieda kontra dawn, jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, għal kompiti operazzjonali, jinvolvi lill-uffiċjali ta’ kollegament mill-Istati Membri, mill-Eurojust u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex jiżguraw koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni effettivi, f’waqthom u sistematiċi dwar il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-aġenziji fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u mal-Istati Membri. Jenħtieġ li strutturi interni rilevanti oħrajn tal-Europol jipprovdu wkoll is-sostenn neċessarju kollu. L-uffiċjali ta’ kollegament mill-Eurojust u l-uffiċjali ta’ kollegament mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jkunu stazzjonati bħala rappreżentanti permanenti għall-Europol għal dan l-għan. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tinvolvi korpi jew aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni sabiex jużaw l-għarfien espert li jaqa’ fi ħdan il-kompetenzi tagħhom, meta rilevanti.

(10)L-EMPACT tiġbor flimkien firxa wiesgħa ta’ awtoritajiet kompetenti f’approċċ ta’ sħubija u tikkostitwixxi kemm il-qafas għal rispons koordinat kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata u serja kif ukoll katalizzatur sabiex jiġu operazzjonalizzati l-politiki u l-istrateġiji tas-sigurtà tal-Unjoni. Sabiex jiżdied rispons multidixxiplinari, olistiku u konsistenti għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, kif ukoll reati relatati u fatturi abilitanti, u għall-ġlieda kontra dawn, jenħtieġ li l-Europol u l-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha jżidu l-konnessjonijiet tagħhom fi ħdan l-EMPACT u s-sostenn operazzjonali għall-attivitajiet żviluppati minn dik il-pjattaforma.

(11)Sabiex jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-awtoritajiet ġudizzjarji f’investigazzjonijiet kriminali għal reati relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u mat-traffikar ta’ bnedmin, il-ħtieġa li jissaħħaħ il-mandat tal-Eurojust fir-rigward tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u fir-rigward tal-emendi fil-mandat tal-Europol jenħtieġ li tiġi evalwata bħala parti mill-evalwazzjoni f’konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) 2018/1727.

(12)Jenħtieġ li l-Europol tkun il-hub ta’ informazzjoni kriminali tal-Unjoni u taġixxi bħala fornitur ta’ servizzi, b’mod partikolari billi tipprovdi network sigur għall-iskambju ta’ data, bħall-applikazzjoni ta’ network għall-iskambju sikur ta’ informazzjoni (SIENA), bl-għan li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, korpi oħrajn tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Jenħtieġ li s-SIENA tippermetti komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni u intelligence operazzjonali u strateġiċi relatati mal-kriminalità rapidi, siguri u faċli għall-utent u li jkollha enfasi kbira fuq l-interoperabilità ma’ sistemi oħrajn fil-Europol u fi stati u f’organizzazzjonijiet oħrajn li jikkooperaw.

(13)L-involviment attiv tal-Istati Membri u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal-Europol huma kruċjali sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv u koordinat tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti. Bil-ħsieb li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru servizzi speċjalizzati għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, filwaqt li jiżguraw li jkollhom riżorsi adegwati sabiex jipprevjenu u jiġġieldu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u li jkunu jistgħu jaqsmu informazzjoni dwar investigazzjonijiet kriminali mal-Europol b’mod effiċjenti u effettiv. Sabiex tiġi armonizzata l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Europol dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li s-servizzi deżinjati tagħhom għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti jkunu direttament konnessi mas-SIENA sabiex jiffaċilitaw il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni. Dan huwa allinjat mad-Direttiva (UE) 2023/977 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI. Jenħtieġ li l-uffiċjali ta’ kollegament dwar l-immigrazzjoni tal-Istati Membri ppostjati f’pajjiżi terzi jikkondividu wkoll informazzjoni mal-Europol; għal dan l-għan, jenħtieġ li jkunu konnessi wkoll mas-SIENA sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jwettqu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mod effiċjenti u effettiv.

(14)Sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni effiċjenti ta’ informazzjoni relatata mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti fost l-Istati Membri u mal-Europol, speċjalment fil-każ ta’ networks kriminali kbar li jinvolvu diversi persuni suspettati, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-aktar għodod ta’ sostenn xierqa pprovduti mill-Europol bħal karigaturi apposta ta’ data. Min-naħa l-oħra, u sabiex jaċċessaw u jagħmlu l-aħjar użu mill-informazzjoni u mill-intelligence kollha disponibbli fil-livell tal-Unjoni dwar il-każijiet korrispondenti, u b’rispett sħiħ tas-salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni jikkonsultaw sistematikament l-informazzjoni tal-Europol matul l-investigazzjonijiet li għaddejjin relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, inkluż billi jużaw l-għodod hit/no hit ipprovduti mill-Europol bħall-interfaċċa tas-sistema teknika tal-Querying Europol Systems (QUEST+).

(15)Għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni u għall-investigazzjoni tal-kriminalità organizzata serja transfruntiera u tat-terroriżmu, huma neċessarji koordinazzjoni u azzjoni miftiehma. Minbarra l-possibbiltà li l-Istat Membru jistabbilixxi skwadra ta’ investigazzjoni konġunta f’konformità mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu task force operazzjonali sabiex isaħħu l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi bis-sostenn tal-Europol. Dan il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni fost l-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istati Membri u servizzi oħrajn tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li, bis-sostenn tal-Europol, jippermettilhom iwettqu attivitajiet u investigazzjonijiet konġunti, koordinati u prijoritizzati ta’ intelligence kriminali, b’mod partikolari dwar networks u gruppi kriminali kif ukoll atturi kriminali individwali, inklużi persuni li l-attivitajiet kriminali tagħhom jaqgħu taħt il-forom ta’ reati li għalihom hija kompetenti l-Europol u li jikkostitwixxu riskju għoli għas-sigurtà. Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament tajjeb u l-effettività ta’ dak il-mekkaniżmu, jenħtieġ li l-Istati Membri li jistabbilixxu task force operazzjonali, jipparteċipaw fiha, jew isostnuta jkunu jistgħu jiżguraw sett minimu ta’ rekwiżiti dwar l-involviment attiv u f’waqtu tagħhom, bħall-għoti tal-informazzjoni rilevanti kollha lill-Europol, u jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tagħmel disponibbli s-sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku, forensiku u finanzjarju avvanzat tagħha lil dawk l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jipparteċipaw f’task force operazzjonali jew isostnuha.

(16)Meta l-attivitajiet ta’ intelligence kriminali mwettqin f’task force operazzjonali jirriżultaw fil-ftuħ ta’ investigazzjonijiet kriminali fi Stat Membru wieħed jew aktar li jistgħu jibbenefikaw mill-istabbiliment ta’ skwadra ta’ investigazzjoni konġunta, jew meta l-investigazzjonijiet kriminali sostnuti minn task force operazzjonali jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istabbiliment ta’ skwadra ta’ investigazzjoni konġunta, jenħtieġ li l-Europol tipproponi l-istabbiliment ta’ skwadra ta’ investigazzjoni konġunta lill-Istati Membri kkonċernati u tieħu miżuri sabiex tgħinhom f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/794. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-Europol tikkoordina mill-qrib mal-Eurojust, meta jkun xieraq.

(17)Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tiskjera persunal li jinkludi esperti nazzjonali sekondati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 fit-territorju ta’ Stat Membru fuq talba ta’ dak l-Istat Membru, sabiex jipprovdi sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku u forensiku flimkien u bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li dawn l-iskjeramenti jsiru b’mod partikolari fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kumplessi, fuq skala kbira u ta’ profil għoli, inkluż fil-kuntest ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunta flimkien mal-Eurojust meta jkun xieraq, jew ma’ task forces operazzjonali. Jenħtieġ li dawn l-iskjeramenti jsostnu wkoll aktar kontrolli tas-sigurtà ma’ bażijiet tad-data tal-Europol jew nazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju rapidu ta’ informazzjoni sabiex jissaħħu l-kontrolli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni (kontrolli tas-sigurtà sekondarji), jew skwadri ta’ sostenn għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 . Jenħtieġ li l-Europol tagħmel użu wkoll minn dawn l-allokazzjonijiet sabiex issostni lill-Istati Membri fir-rigward ta’ avvenimenti internazzjonali ewlenin. Il-Europol għandha tkun tista’ wkoll tiskjera persunal u esperti nazzjonali sekondati f’pajjiżi terzi li magħhom tikkoopera fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, ta’ ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, jew ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Europol u dak il-pajjiż terz konkluż qabel l-1 ta’ Mejju 2017.

(18)Sabiex jiġi żgurat li l-Europol tkun tista’ tipprovdi sostenn effettiv permezz tal-iskjerament, jenħtieġ li l-Istat Membru ospitanti jkun jista’ jiżgura sett minimu ta’ rekwiżiti bħall-għoti tal-informazzjoni rilevanti kollha lill-Europol. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ tiskjera persunal u esperti nazzjonali sekondati rapidament, anke f’każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza. Jenħtieġ li l-persunal tal-Europol u l-esperti nazzjonali sekondati skjerati jkunu jistgħu jwettqu miżuri investigattivi mhux koerċittivi li jkunu relatati mal-proċessar ta’ data flimkien u bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u mad-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.

(19)Barra minn hekk, fil-kuntest tal-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali, jenħtieġ li l-Europol tistabbilixxi grupp ta’ riżerva ta’ esperti fl-infurzar tal-liġi mill-Istati Membri bi kwalifiki għoljin u bi profili speċjalizzati li jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni immedjata tal-Europol għall-iskjerament operazzjonali sabiex jiġi pprovdut sostenn speċjalizzat. Jenħtieġ li l-grupp ta’ riżerva ta’ esperti jinkludi speċjalisti fl-analiżi kriminali, fil-forensika, fl-investigazzjoni, fil-lingwi u fil-koordinazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-esperti tagħhom ikunu disponibbli sabiex jieħdu sehem, bħala esperti nazzjonali sekondati, fl-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali, fuq talba tal-Europol. Jenħtieġ li dak l-obbligu ma japplikax għal pajjiżi terzi fejn il-Europol tiskjera persunal u esperti nazzjonali sekondati għal sostenn operazzjonali.

(20)It-tisħiħ tal-qafas legali tal-Europol jipprovdi opportunità sabiex jiġi ċċarat li jenħtieġ li l-objettivi tal-Europol ikopru wkoll b’mod espliċitu l-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Il-miżuri restrittivi tal-Unjoni huma għodda essenzjali għas-salvagwardja tal-valuri, tas-sigurtà, tal-indipendenza u tal-integrità tal-Unjoni, għall-konsolidazzjoni u għas-sostenn tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali u għaż-żamma tal-paċi internazzjonali, għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali f’konformità mal-għanijiet u mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Għalhekk, ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jikkostitwixxi forma ta’ reat li jaffettwa interess komuni kopert mill-politika tal-Unjoni, u li fir-rigward tiegħu jenħtieġ li l-Europol ikollha l-kompetenza li taġixxi sabiex issostni u ssaħħaħ l-azzjoni mill-Istati Membri.

(21)[F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.] JEW

(22)[F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma hijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.]

(23)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(24)[Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat, f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , u ta opinjoni nhar […] 23 .

(25)Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament għat-tisħiħ tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom minħabba n-natura transfruntiera ta’ dawn ir-reati, iżda minflok, minħabba l-effetti tal-kooperazzjoni u tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(26)Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali kif previsti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(27)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/794 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli sabiex jissaħħu l-kooperazzjoni tal-pulizija u s-sostenn tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin, billi:

(a)    jiġu stabbiliti Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti fi ħdan il-Europol u qafas ta’ governanza sabiex jiġu rregolati u sostnuti l-attivitajiet tiegħu;

(b)    jittejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol u aġenziji oħrajn tal-Unjoni;

(c)    jissaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Europol;

(d)    il-Europol tiġi pprovduta bl-għodod neċessarji sabiex issostni u ssaħħaħ l-azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra reati kriminali li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Europol;

(e)    tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Europol u pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)    “faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti” tfisser kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva [XXX] [ li tistabbilixxi regoli minimi għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, ta’ tranżitu u ta’ soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni, u għall-ġlieda kontra din, u li tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946 ĠAI] 24 ;

(2)    “traffikar ta’ bnedmin” tfisser kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmijin fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 ;    

(4)    “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/794;

(5)    “uffiċjal ta’ kollegament tal-immigrazzjoni” tfisser uffiċjal ta’ kollegament ippostjat f’pajjiż terz mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, f’konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu, sabiex jittratta kwistjonijiet relatati mal-immigrazzjoni, inkluż meta dawk il-kwistjonijiet ikunu biss parti mid-dmirijiet tal-uffiċjal ta’ kollegament.    

Kapitolu II

QAFAS TA’ GOVERNANZA TAĊ-ĊENTRU EWROPEW KONTRA L-FAĊILITAZZJONI TA’ DĦUL KLANDESTIN TA’ MIGRANTI

Artikolu 3

Iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti

Iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti huwa stabbilit fi ħdan il-Europol bħala ċentru tal-Unjoni ta’ għarfien espert speċjalizzat kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (l), tar-Regolament (UE) 2016/794. Għandu jsostni lill-Istati Membri fil-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u fil-ġlieda kontra dawn u għandu jwettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6.

 

Artikolu 4

Kompożizzjoni taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti

1.    Iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti għandu jkun magħmul mill-persunal tal-Europol u jinvolvi rappreżentanti tal-entitajiet li ġejjin fit-twettiq tal-kompiti strateġiċi msemmijin fl-Artikolu 5:

(a)rappreżentant ta’ kull Stat Membru, minn servizz speċjalizzat nazzjonali msemmi fl-Artikolu 7;

(b)rappreżentant tal-Eurojust;

(c)rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(d)fid-diskrezzjoni tal-Europol u, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, rappreżentant wieħed jew aktar involut fl-implimentazzjoni operazzjonali tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, b’mod partikolari fil-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT).

Iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti għandu jorganizza laqgħa tal-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-anqas darbtejn fis-sena u l-Kummissjoni għandha tipparteċipa f’tali laqgħa.

Il-Europol tista’ tistieden lil entitajiet oħrajn sabiex ikunu involuti fit-twettiq tal-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 5, inklużi korpi jew aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni.

2.    Iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti għandu jkun magħmul mill-persunal tal-Europol u jinvolvi rappreżentanti tal-entitajiet li ġejjin fit-twettiq tal-kompiti operazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6:

(a)    għal kull Stat Membru, uffiċjal ta’ kollegament imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/794 speċifikament maħtur sabiex jittratta l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti;

(b)    uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurojust bħala rappreżentant permanenti fil-Europol;

(c)    uffiċjal ta’ kollegament tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala rappreżentant permanenti fil-Europol.

   Il-Europol tista’ tistieden lil entitajiet oħrajn sabiex ikunu involuti fit-twettiq tal-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 6, inklużi korpi jew aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni.

3.    Għall-fini tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 , il-Eurojust għandha tibgħat uffiċjal ta’ kollegament, li jaġixxi f’konformità ma’ dak ir-Regolament, liċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti.

4.    Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikolu 68(1), il-punt (b), tal-Artikolu 87(1), il-punt (d) u tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2019/1896, u f’konformità mal-Artikolu 68(2) u (5) ta’ dak ir-Regolament, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiskjera uffiċjal ta’ kollegament, li jaġixxi f’konformità ma’ dak ir-Regolament, liċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti.

5.    Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, u sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti strateġiċi u operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti għandu jiġi pprovdut bis-sostenn neċessarju mill-partijiet rilevanti l-oħrajn kollha tal-istrutturi interni tal-Europol.

Artikolu 5

Kompiti strateġiċi taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti

Il-kompiti strateġiċi taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)jipprovdi analiżijiet strateġiċi u valutazzjonijiet tat-theddid sabiex jassisti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-istabbiliment ta’ prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u għall-ġlieda kontra dawn, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2016/794;

(b)jipprovdi qafas sabiex isostni l-implimentazzjoni operazzjonali tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u għall-ġlieda kontra dawn, b’mod partikolari fil-qafas tal-EMPACT, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2016/794;

(c)isostni l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-aġenziji tal-Unjoni dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, b’mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, mal-Eurojust u, meta xieraq, ma’ korpi jew ma’ aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ arranġamenti ta’ ħidma bejniethom, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2016/794;

(d)jimmonitorja l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin li jseħħu fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, mal-korpi jew mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u, meta xieraq, ma’ pajjiżi terzi, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2016/794, u jipprovdi regolarment informazzjoni lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, inkluża data statistika aggregata u aġġornamenti tas-sitwazzjoni derivati minn informazzjoni kondiviża mill-Istati Membri;

(e)jipprovdi analiżijiet strateġiċi u valutazzjonijiet tat-theddid sabiex isostni l-implimentazzjoni tat-task forces operazzjonali msemmijin fl-Artikolu 5a tar-Regolament (UE) 2016/794 u l-iskjeramenti tal-Europol għas-sostenn operazzjonali msemmi fl-Artikolu 5b tar-Regolament (UE) 2016/794, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2016/794;

(f)jipprovdi analiżijiet strateġiċi u valutazzjonijiet tat-theddid sabiex isostni l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/794 dwar it-talba għall-bidu ta’ investigazzjoni kriminali dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2016/794;

(g)l-għoti ta’ analiżijiet strateġiċi u ta’ valutazzjonijiet tat-theddid lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-aġenziji u lill-korpi relevanti tal-Unjoni, fejn xieraq, dwar rotot u modi operandi tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, inkluż dwar indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw partijiet privati għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u għat-traffikar ta’ bnedmin, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (f) tar-Regolament (UE) 2016/794;

(h)jipprovdi analiżijiet strateġiċi u valutazzjonijiet tat-theddid lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kif ukoll lil aġenziji u lil korpi relevanti tal-Unjoni, fejn xieraq, dwar il-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u l-ġlieda kontra dawn, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2016/794;

(i)iħejji rapport annwali dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u dwar it-traffikar ta’ bnedmin, filwaqt li jidentifika l-prijoritajiet operazzjonali ewlenin u l-azzjonijiet relatati possibbli fil-livell tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2016/794.

Artikolu 6

Kompiti operazzjonali taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti

Il-kompiti operazzjonali taċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)    jikkoordina, jorganizza u jimplimenta azzjonijiet investigattivi u operazzjonali sabiex isostni u jsaħħaħ l-azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u fil-ġlieda kontra dawn, inkluż meta dawn ir-reati jiġu ffaċilitati, promossi jew jitwettqu bl-użu tal-internet, inkluża l-media soċjali, u inkluż fil-kuntest tal-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punti (c) u (m), tar-Regolament (UE) 2016/794;

(b)    isostni l-attivitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni, l-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, kif ukoll l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti u t-task forces operazzjonali, dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, inkluż billi jipprovdi sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku, forensiku u finanzjarju, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2016/794;

(c)    jipprovdi sostenn amministrattiv, loġistiku, finanzjarju u operazzjonali għal attivitajiet operazzjonali mmexxijin mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qafas tal-EMPACT, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2016/794;

(d)    isostni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol fl-evalwazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 5b(3) tar-Regolament (UE) 2016/794, ta’ talbiet magħmulin mill-Istati Membri għall-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali relatat mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u mat-traffikar ta’ bnedmin, inkluż fil-prijoritizzazzjoni ta’ talbiet bħal dawn ibbażati fuq ħtiġijiet operazzjonali;

(e)    jidentifika każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ta’ traffikar ta’ bnedmin li jistgħu jeħtieġu l-istabbiliment ta’ task force operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5a tar-Regolament (UE) 2016/794, u jinforma lid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol dwar każijiet bħal dawn;

(f)    jidentifika każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ta’ traffikar ta’ bnedmin li jistgħu jeħtieġu skjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5b tar-Regolament (UE) 2016/794, u jinforma lid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol dwar każijiet bħal dawn;

(g)    jidentifika każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ta’ traffikar ta’ bnedmin li jistgħu jeħtieġu l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/794 dwar talbiet mill-Europol għall-bidu ta’ investigazzjoni kriminali u jinforma lid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol dwar każijiet bħal dawn;

(h)    jidentifika każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ta’ traffikar ta’ bnedmin li jistgħu jeħtieġu kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, inkluż bl-iskambju ta’ data personali.

Kapitolu III

KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-EUROPOL DWAR IL-PREVENZJONI TAL-FAĊILITAZZJONI TA’ DĦUL KLANDESTIN TA’ MIGRANTI U TAT-TRAFFIKAR TA’ BNEDMIN U L-ĠLIEDA KONTRA DAWN

Artikolu 7

Servizzi nazzjonali speċjalizzati għall-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin u għall-ġlieda kontra dawn

1.    Kull Stat Membru għandu jaħtar, sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, servizz speċjalizzat wieħed jew aktar fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, f’konformità mad-dritt nazzjonali, sabiex jipprevjeni u jiġġieled il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet kriminali. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b’din il-ħatra minnufih.

2.    Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-servizzi speċjalizzati tiegħu maħturin f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġbru l-informazzjoni rilevanti kollha dwar u li tirriżulta minn investigazzjonijiet kriminali dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin u jaqsmu informazzjoni bħal din mill-aktar fis possibbli mal-Europol u ma’ Stati Membri oħrajn f’konformità mal-Artikolu 8.

3.    Kull Stat Membru għandu jikkollega, sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, is-servizzi speċjalizzati tiegħu maħturin f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu direttament mal-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA) tal-Europol imsemmija fl-Artikolu 2, il-punt (w), tar-Regolament (UE) 2016/794. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan il-kollegament minnufih.

4.    Kull Stat Membru għandu jipprovdi s-servizzi speċjalizzati tiegħu maħturin f’konformità mal-paragrafu 1 b’riżorsi adegwati sabiex jiġi żgurat li dawk is-servizzi speċjalizzati jkunu mgħammrin sabiex jipprevjenu u jiġġieldu b’mod effettiv il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, u sabiex jiġbru u jikkondividu l-informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2 b’mod effettiv u effiċjenti.

5.    Kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli numru xieraq ta’ membri tal-persunal tas-servizzi speċjalizzati maħturin f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-grupp ta’ riżerva msemmi fl-Artikolu 5b(6) tar-Regolament (UE) 2016/794, sabiex dawk il-membri tal-persunal ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali bħala esperti nazzjonali sekondati.

Artikolu 8

Il-provvista ta’ informazzjoni rigward reati kriminali dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin lill-Europol u lill-Istati Membri

1.    Kull Stat Membru għandu, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, jipprovdi lill-Europol b’informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu u relatata ma’ reati kriminali dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin.

2.    Kull Stat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-Europol fil-ħin.

3.    Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħrajn u, fl-istess ħin, lill-Europol b’informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu u relatata ma’ reati kriminali dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi għaliex wieħed jemmen li tali informazzjoni tista’ tkun rilevanti għal dawk l-Istati Membri l-oħrajn għall-fini tal-prevenzjoni, tal-identifikazzjoni jew tal-investigazzjoni ta’ tali reati kriminali f’dawk l-Istati Membri.

4.    Kull Stat Membru għandu juża s-SIENA sabiex jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu lil Stati Membri oħrajn u lill-Europol, f’konformità mal-Artikolu 8(4) u mal-Artikolu 18(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2016/794.

5.    Kull Stat Membru għandu jikkollega lill-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni tiegħu mas-SIENA. Meta ma jkunx possibbli li uffiċjal ta’ kollegament tal-immigrazzjoni jiġi kkollegat mas-SIENA minħabba raġunijiet tekniċi imperattivi relatati mas-sitwazzjoni fil-pajjiż terz tal-iskjerament, dak l-uffiċjal ta’ kollegament tal-immigrazzjoni għandu jissottometti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lil awtorità kompetenti nazzjonali permezz ta’ mezzi siguri oħrajn. Dik l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-Europol, direttament jew permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol, bl-użu tas-SIENA.

Kapitolu IV

IT-TISĦIĦ TAS-SOSTENN TAL-EUROPOL GĦALL-ĠLIEDA KONTRA L-FAĊILITAZZJONI TA’ DĦUL KLANDESTIN TA’ MIGRANTI U KONTRA T-TRAFFIKAR TA’ BNEDMIN

Artikolu 9

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/794

Ir-Regolament (UE) 2016/794 huwa emendat kif ġej:

(1)    fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (w), (x) u (y) li ġejjin:

“(w)    “SIENA” tfisser l-applikazzjoni ta’ network għall-iskambju sikur ta’ informazzjoni, ġestita mill-Europol, immirata sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni;

(x)    “Task Force operazzjonali” tfisser mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni stabbilit mill-Istati Membri fost l-awtoritajiet kompetenti tagħhom bis-sostenn tal-Europol sabiex iwettaq attivitajiet u investigazzjonijiet konġunti, koordinati u prijoritizzati ta’ intelligence kriminali dwar reat li jaqa’ taħt l-ambitu tal-objettivi tal-Europol li jirrikjedi azzjoni koordinata u miftiehma;

(y)    “skjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali” tfisser l-iskjerament ta’ persunal tal-Europol jew ta’ esperti nazzjonali sekondati fit-territorju ta’ Stat Membru, fuq talba ta’ dak l-Istat Membru, sabiex jipprovdi sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku u forensiku flimkien u bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.”;

(2)    L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

   (a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

   (i) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)    tikkoordina, torganizza u timplimenta azzjonijiet investigattivi u operazzjonali sabiex issostni u ssaħħaħ azzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri, li jitwettqu:

(i) b’mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(ii) fil-kuntest ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti, f’konformità mal-Artikolu 5 u, meta xieraq, f’kollegament mal-Eurojust;

(iii) fil-kuntest tat-task forces operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5a;

(iv) fil-kuntest tal-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 5b;”;

   (ii) il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)    issostni l-attivitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni, l-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, kif ukoll l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti u t-task forces operazzjonali, inkluż billi tipprovdi sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku, forensiku u finanzjarju;”;

   (iii) il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l)    tiżviluppa ċentri tal-Unjoni ta’ għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra ċerti tipi ta’ kriminalità li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol, inklużi ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità u, f’konformità mar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ir-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti], iċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti;

_________

* Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, u dwar it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 (ĠU L …, ELI: …)”;

   (iv) il-punt (s) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(s) tiffaċilita attivitajiet u investigazzjonijiet konġunti, koordinati u prijoritizzati ta’ intelligence kriminali, inkluż fir-rigward tal-persuni msemmijin fil-punt (r), u inkluż permezz ta’ task forces operazzjonali u l-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali;”;

   (v) jiżdied il-punt (za) li ġej:

“(za)    issostni lill-Istati Membri bil-proċessar effettiv u effiċjenti ta’ data bijometrika.”;

   (b) il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5. Il-Europol ma għandhiex tapplika miżuri koerċittivi fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

Il-persunal tal-Europol jista’ jipprovdi sostenn operazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri matul l-eżekuzzjoni ta’ miżuri investigattivi minn dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom u f’konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, inkluż fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ task forces operazzjonali u tal-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali, b’mod partikolari billi jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni transfruntiera, billi jipprovdi sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku u forensiku, u billi jkun preżenti matul l-eżekuzzjoni ta’ dawk il-miżuri.

Il-persunal tal-Europol għandu jkollu s-setgħa li jeżegwixxi miżuri investigattivi mhux koerċittivi huwa stess dment li l-Europol tkun intalbet tagħmel dan minn Stat Membru f’konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu u d-Direttur Eżekuttiv ikun awtorizza lill-persunal tal-Europol sabiex iwettaq il-miżuri investigattivi mhux koerċittivi mitlubin.

Il-persunal tal-Europol għandu jwettaq miżuri investigattivi mhux koerċittivi bħal dawn flimkien u bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, u f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.”;

(3)    jiddaħħlu l-Artikoli 5a u 5b li ġejjin:

“Artikolu 5a

Task forces operazzjonali

1.    L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu task force operazzjonali għad-durata ta’ ċerti attivitajiet jew investigazzjonijiet dedikati ta’ intelligence kriminali. Il-Europol għandha tiffaċilita l-istabbiliment u s-sostenn tal-implimentazzjoni ta’ task force operazzjonali.

2.    L-Istati Membri li jistabbilixxu task force operazzjonali għandhom jaqblu mal-Europol dwar l-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ intelligence kriminali u l-investigazzjonijiet tat-task force operazzjonali.

3.    L-Istati Membri li jistabbilixxu task force operazzjonali għandhom jiżguraw koerenza u sinerġiji mal-qafas tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT).

4.    L-Istati Membri li jistabbilixxu task force operazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jistiednu Stati Membri oħrajn, lil pajjiżi terzi u lil sħab oħrajn imsemmija fl-Artikolu 23 sabiex jipparteċipaw fit-task force operazzjonali jew isostnuha. Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi u ta’ sħab oħrajn fit-task force operazzjonali għandha sseħħ f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

5.    Sabiex issostni l-implimentazzjoni ta’ task force operazzjonali, il-Europol għandha tagħmel disponibbli s-sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku, forensiku u finanzjarju previst minn dan ir-Regolament, f’konformità mal-paragrafu 2.

6.    Kull Stat Membru li jistabbilixxi task force operazzjonali, jew li jipparteċipa fiha, jew li jsostniha, għandu, f’konformità mal-ippjanar, mal-koordinazzjoni u mal-implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 2:

(a)    jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha mingħajr dewmien lill-Europol u lill-Istati Membri l-oħra li jistabbilixxu t-task force operazzjonali, jipparteċipaw fiha, jew isostnuha, bl-użu tas-SIENA u, meta xieraq, jagħmel l-informazzjoni direttament aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 20(2a);

(b)    jagħmel użu mis-sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku, forensiku u finanzjarju pprovdut mill-Europol;

(c)    iniedi ċerti attivitajiet u investigazzjonijiet dedikati ta’ intelligence kriminali f’konformità mad-dritt nazzjonali meta jkunu meħtieġa sabiex jiġi indirizzat ir-reat li miegħu tkun relatata t-task force operazzjonali;

(d)    iniedi investigazzjonijiet finanzjarji paralleli f’konformità mad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni sabiex jidentifika u jissekwestra assi kriminali;

(e)    jinvolvi lill-uffiċjali ta’ kollegament tiegħu skjerati f’pajjiżi terzi fejn l-attivitajiet kriminali jiġu investigati fil-kuntest tat-task force operazzjonali sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, u jipprovdi lill-Europol bl-informazzjoni miksuba, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u ma’ dak nazzjonali.

7.    Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipproponi t-twaqqif ta’ task force operazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom meta d-Direttur Eżekuttiv iqis li din tkun iżżid il-valur għall-ġlieda kontra reat li jaqa’ fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol.

8.    Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni għat-twaqqif u għall-implimentazzjoni ta’ task forces operazzjonali.

Artikolu 5b

L-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali

1.    Stat Membru jista’ jitlob, f’konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu, l-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali fit-territorju tiegħu sabiex jagħmel użu mis-sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku, forensiku u finanzjarju pprovdut mill-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Europol.

2.    L-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali għandu jsir fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet kumplessi u fuq skala kbira li jeħtieġu s-sostenn tal-Europol, inkluż fil-kuntest ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti jew ta’ task forces operazzjonali, jew sabiex jiġu sostnuti kontrolli kontra bażijiet tad-data rilevanti sabiex jissaħħu l-kontrolli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni, jew skwadri ta’ sostenn għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew sabiex jingħata sostenn lill-Istati Membri f’avvenimenti internazzjonali ewlenin.

3.    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa t-talba magħmula minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 u jista’ japprova l-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali għal perjodu ta’ żmien limitat li jista’ jiġġedded, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet operazzjonali u r-riżorsi disponibbli tiegħu. Id-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju.

4.    Ladarba d-Direttur Eżekuttiv ikun approva t-talba magħmula minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1, dak l-Istat Membru u l-Europol għandhom jaqblu b’mod konġunt dwar il-modalitajiet tal-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali. Il-persunal tal-Europol u l-esperti nazzjonali sekondati skjerati fl-Istat Membru għandhom joperaw f’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikolu 4(5), u f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jseħħ l-iskjerament.

5.    F’każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza li jeħtieġu skjerament immedjat tal-Europol għal sostenn operazzjonali fit-territorju ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jiżguraw li l-passi stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 4 iseħħu f’perjodu ta’ 72 siegħa.

6.    Il-Europol għandha tistabbilixxi grupp ta’ riżerva ta’ esperti tal-Istati Membri għall-fini tal-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali. Il-ġabra ta’ riżerva għandha tikkostitwixxi riżerva ta’ esperti li jaħdmu fl-Istati Membri tagħhom li tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni immedjata tal-Europol għal dak l-għan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti tagħhom ikunu disponibbli sabiex jieħdu sehem, bħala esperti nazzjonali sekondati, fl-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali, fuq talba tal-Europol.

7.    L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jseħħ l-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali għandu, f’konformità mal-modalitajiet miftehmin imsemmijin fil-paragrafu 4:

(a)    jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha mingħajr dewmien lill-Europol, meta jkun possibbli billi jagħmel l-informazzjoni fil-bażijiet tad-data nazzjonali direttament aċċessibbli għall-persunal tal-Europol u għall-esperti nazzjonali sekondati skjerati fit-territorju tiegħu f’konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu;

(b)    jagħmel użu mis-sostenn analitiku, operazzjonali, tekniku u forensiku pprovdut mill-persunal tal-Europol ippostjat fit-territorju tiegħu;

(c)    jippermetti li l-persunal tal-Europol u l-esperti nazzjonali sekondati skjerati fit-territorju tiegħu jkunu preżenti matul l-eżekuzzjoni ta’ miżuri investigattivi.

8.    Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipproponi l-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali fit-territorju ta’ Stat Membru lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru permezz tal-unità nazzjonali tiegħu meta d-Direttur Eżekuttiv iqis li dan iżid il-valur għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra reat li jaqa’ fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol.

9.    Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali, inkluż dwar in-numru u l-profili ta’ esperti li għandhom jiġu inklużi fil-grupp ta’ riżerva u kwalunkwe bidla sussegwenti fih.

10.    Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis meta l-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali jseħħ f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c).

___________

* Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1896/oj ).”;

(5) fl-Artikolu 18(2), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)    faċilitazzjoni, inkluż permezz tas-SIENA, tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, korpi oħrajn tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati;”;

(6)    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

   (a) is-sitt inċiż (“faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni”) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“- faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti”;

   (b) jiżdied l-inċiż li ġej:

“- ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni”.

Kapitolu V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “AĠENZIJI”

1.FRAMEWORK OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

1.1.Title of the proposal/initiative

1.2.Policy area(s) concerned

1.3.The proposal relates to

1.4.Objective(s)

1.4.1.General objective(s)

1.4.2.Specific objective(s)

1.4.3.Expected result(s) and impact

1.4.4.Indicators of performance

1.5.Grounds for the proposal/initiative

1.5.1.Requirement(s) to be met in the short or long term including a detailed timeline for roll-out of the implementation of the initiative

1.5.2.Added value of Union involvement (it may result from different factors, e.g. coordination gains, legal certainty, greater effectiveness or complementarities). For the purposes of this point 'added value of Union involvement' is the value resulting from Union intervention which is additional to the value that would have been otherwise created by Member States alone.

1.5.3.Lessons learned from similar experiences in the past

1.5.4.Compatibility with the Multiannual Financial Framework and possible synergies with other appropriate instruments

1.5.5.Assessment of the different available financing options, including scope for redeployment

1.6.Duration and financial impact of the proposal/initiative

1.7.Management mode(s) planned

2.MANAGEMENT MEASURES

2.1.Monitoring and reporting rules

2.2.Management and control system(s)

2.2.1.Justification of the management mode(s), the funding implementation mechanism(s), the payment modalities and the control strategy proposed

2.2.2.Information concerning the risks identified and the internal control system(s) set up to mitigate them

2.2.3.Estimation and justification of the cost-effectiveness of the controls (ratio of "control costs ÷ value of the related funds managed"), and assessment of the expected levels of risk of error (at payment & at closure)

2.3.Measures to prevent fraud and irregularities

3.ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

3.1.Heading(s) of the multiannual financial framework and expenditure budget line(s) affected

3.2.Estimated impact on expenditure

3.2.1.Summary of estimated impact on expenditure

3.2.2.Estimated impact on [body]'s appropriations

3.2.3.Estimated impact on [body]'s human resources

3.2.4.Compatibility with the current multiannual financial framework

3.2.5.Third-party contributions

3.3.Estimated impact on revenue




DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “AĠENZIJI”

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin, u dwar it-tisħiħ tas-sostenn tal-Europol għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra reati bħal dawn, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794

Din il-proposta għal Regolament dwar il-ġlieda kontra l-Faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin tifforma parti minn pakkett koerenti li jinkludi wkoll proposta għal Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, ta’ tranżitu u ta’ soġġorn mhux awtorizzati u l-ġlieda kontra dawn. Flimkien, dawn il-proposti jfittxu “biex [jaġġornaw] il-qafas legali għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, biex jiġi żgurat li jkollna l-għodod legali u operazzjonali neċessarji biex nirrispondu għall-modus operandi l-ġdid tal-faċilitaturi”, kif stabbilit fil-programm ta’ ħidma tal-2024 tal-Kummissjoni mħabbar l-aħħar fis-17 ta’ Ottubru.

 

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Qasam ta’ politika: Affarijiet Interni

Attività: Sigurtà

12 10 01 : Europol

1.3.Il-proposta hija relatata ma’ 

 azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 27  

l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali 

Bi tweġiba għall-ħtiġijiet operazzjonali urġenti u għall-identifikazzjoni tal-lakuni fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2024 ħabbar li hija se “tipproponi wkoll biex jiġi aġġornat il-qafas legali għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, biex jiġi żgurat li jkollna l-għodod legali u operazzjonali neċessarji biex nirrispondu għall-modus operandi l-ġdid tal-faċilitaturi” (ara COM(2023) 638 final). Dan ta segwitu għat-tħabbiriet relatati magħmulin mill-President von der Leyen fl-Istat tal-Unjoni 2023. L-inizjattiva leġiżlattiva hija mistennija ttejjeb il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra t-traffikar ta’ bnedmin, b’mod partikolari billi ttejjeb is-sostenn tal-Europol sabiex tgħin lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, kontra t-traffikar ta’ bnedmin u kontra forom relatati oħrajn ta’ reati li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol.

L-objettivi ġenerali ta’ din l-inizjattiva leġiżlattiva jirriżultaw mill-għanijiet ibbażati fuq it-Trattat:

1. li l-Europol issostni u ssaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni tal-kriminalità serja li taffettwa lil żewġ Stati Membri jew aktar, tat-terroriżmu u ta’ forom oħrajn ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, u fil-ġlieda kontra dawn 28 .

2. Li tistabbilixxi koperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri, inkluża l-pulizija, is-servizzi tad-dwana u servizzi oħrajn tal-infurzar tal-liġi speċjalizzati fl-oqsma tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni ta’ reati kriminali 29 .

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi 

L-objettivi speċifiċi jirriżultaw mill-objettivi ġenerali deskritti aktar ’il fuq u jirriflettu s-suġġett u l-ambitu kif deskritti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament:

Objettiv speċifiku nru 1: it-tisħiħ tal-Europol u taċ-Ċentru Ewropew tagħha Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti bħala ċ-Ċentru ta’ gravità għall-azzjoni investigattiva u operazzjonali fil-livell tal-UE kif ukoll għall-analiżi strateġika;

Objettiv speċifiku nru 2: it-titjib tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol u aġenziji oħrajn tal-Unjoni;

Objettiv speċifiku nru 3: it-tisħiħ tal-Europol bħala l-hub ta’ informazzjoni kriminali tal-UE dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin u l-iżvilupp sħiħ tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, aġenziji oħrajn tal-UE kif ukoll pajjiżi terzi;

Objettiv speċifiku nru 4: il-Europol tiġi pprovduta bl-għodod neċessarji għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra reati oħrajn li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol.

Objettiv speċifiku nru 1: it-tisħiħ tal-Europol u taċ-Ċentru Ewropew tagħha Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti (EMSC) bħala ċ-Ċentru ta’ gravità għal azzjoni investigattiva u operazzjonali fil-livell tal-UE kif ukoll għall-analiżi strateġika

L-għan huwa li l-Europol u l-EMSC tagħha jissaħħu bħala ċ-Ċentru ta’ gravità għall-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet strateġiċi u operazzjonali fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti. Analiżi strateġika u valutazzjonijiet tat-theddid madwar l-UE kollha bil-parteċipazzjoni ta’ aġenziji oħrajn tal-UE inklużi l-Frontex u l-Eurojust jgħinu sabiex isostnu b’mod aktar effiċjenti l-prijoritajiet tal-Kunsill u tal-Aġenziji f’dak il-qasam, b’mod partikolari fil-qafas tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT), filwaqt li l-azzjonijiet investigattivi u operazzjonali mmexxijin mill-Istati Membri jibbenefikaw minn analiżi reġjonali u mmirata bbażata fuq aktar informazzjoni u intelligence mill-kontributi tal-Istati Membri u tal-Aġenziji.

Taħt dan l-objettiv, huma meħtieġa riżorsi addizzjonali sabiex jiġu ssodisfati l-kompiti strateġiċi u operazzjonali l-ġodda msemmijin rispettivament fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament:

Sabiex jiżdied in-numru ta’ speċjalisti investigattivi u ta’ analisti tad-data, b’mod partikolari, fiċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti sabiex jiżdied in-numru ta’ Task Forces Operazzjonali Sostnuti mill-Europol (OTFs) 30 u investigazzjonijiet oħrajn dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-THB organizzati u r-reati aċċessorji u predikati relatati, kif ukoll servizzi ta’ sostenn operazzjonali fuq il-post fil-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni. Investigazzjonijiet kumplessi kontra n-networks tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-THB iridu jkopru l-aspetti kollha tal-attivitajiet kriminali: l-aspett loġistiku, finanzjarju jew diġitali. Jenħtieġ li l-Europol tqarreb ukoll is-servizzi operazzjonali tagħha għall-iskwadri investigattivi nazzjonali u tiżgura li jkollha l-kapaċitajiet li ssostni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fuq il-post matul l-implimentazzjoni ta’ miżuri investigattivi.

Sabiex jiżdied in-numru ta’ Speċjalisti tal-Monitoraġġ tal-OSINT/tal-Media Soċjali bl-għan li jipprovdu monitoraġġ tal-media soċjali u ta’ sors miftuħ, analiżi tan-networks soċjali u servizzi ta’ esperti operazzjonali relatati sabiex isostnu l-investigazzjonijiet tal-Istati Membri u l-miżuri preventivi dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-THB organizzati li jaffettwaw il-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u/jew ta’ destinazzjoni. Jenħtieġ li l-Europol ikollha l-kapaċitajiet li tippromwovi l-proċessar f’ħin reali u ta’ kwalità għolja tal-informazzjoni online miġbura matul l-implimentazzjoni tal-miżuri investigattivi tal-Istati Membri.

Sabiex jiżdied in-numru ta’ Speċjalisti tal-Forensika, tad-Dekriptaġġ u tad-Data sabiex jiġu żgurati l-estrazzjoni u l-proċessar ta’ settijiet ta’ data kbar u kumplessi miġburin mill-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni, inklużi kemm l-Istati Membri kif ukoll Pajjiżi Terzi. L-aċċess u l-proċessar tad-data f’ħin reali u ta’ kwalità għolja kif ukoll l-għarfien espert relatat fix-xjenza tad-data jeħtieġ li jiġu żgurati sabiex jiġi żgurat l-użu tad-data bijometrika miġbura legalment u sabiex jinħolqu mudelli ġodda għall-analiżi ta’ data kumplessa, li aktar minn qatt qabel qiegħda toriġina minn barra l-UE. Jenħtieġ li l-Europol tqarreb ukoll dawn is-servizzi operazzjonali għall-iskwadri investigattivi nazzjonali u tiżgura li jkollha l-kapaċitajiet li ssostni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri bi Speċjalisti tal-Forensika, tad-Dekriptaġġ u tad-Data matul l-implimentazzjoni ta’ miżuri investigattivi.

 Objettiv speċifiku nru 2: it-titjib tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol u aġenziji oħrajn tal-Unjoni

B’reazzjoni għad-diskrepanzi identifikati fil-kooperazzjoni insuffiċjenti bejn l-aġenziji u fid-direzzjoni u fil-koordinazzjoni insuffiċjenti b’rabta mal-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti fil-livell tal-UE, l-għan huwa li tiġi stabbilita struttura ta’ governanza għal kooperazzjoni, għal orjentazzjoni u għal koordinazzjoni effettivi bejn l-aġenziji, kemm fil-livell strateġiku kif ukoll f’dak operazzjonali. Billi l-każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ta’ THB huma ta’ natura primarjament transfruntiera u huma sostnuti b’mod partikolari minn tipi oħrajn ta’ reati serji bħall-ħasil tal-flus jew il-falsifikazzjoni tad-dokumenti, il-kapaċità unika tal-Europol li tarrikkixxi l-istampa kriminali permezz ta’ kontroverifika tal-informazzjoni u tal-intelligence eżistenti li tasal mingħand l-Istati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, jew aġenziji oħrahb tal-UE f’isem l-Istati Membri, se tissaħħaħ, sabiex issostni aħjar l-isforz tal-Istati Membri kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

Taħt dan l-objettiv, huma meħtieġa riżorsi addizzjonali sabiex jiġu ssodisfati l-kompiti strateġiċi u operazzjonali l-ġodda msemmijin rispettivament fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament:

Speċjalisti u analisti tat-traċċar tal-assi u tal-investigazzjoni finanzjarja: sabiex jiġu pprovduti servizzi ta’ traċċar tal-assi, ta’ għarfien espert finanzjarju u servizzi relatati ta’ analiżi sabiex jiġu sostnuti l-investigazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin organizzati u reati relatati u sabiex jittejbu s-sekwestru u l-konfiska tar-rikavati tal-kriminalità fil-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni, inklużi kemm l-Istati Membri kif ukoll partijiet terzi 31 .

Analisti Strateġiċi u Speċjalisti tad-Data: sabiex jiġu sostnuti l-investigazzjonijiet tal-Istati Membri, il-prijoritizzazzjoni strateġika u operazzjonali, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-monitoraġġ tat-tendenzi tal-kriminalità li jikkonċernaw il-faċilitazzjoni organizzata ta’ dħul klandestin ta’ migranti u reati relatati billi jiġu pprovduti servizzi ta’ analiżi strateġika li jkopru l-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni, inklużi kemm l-Istati Membri kif ukoll Pajjiżi Terzi. Jenħtieġ li l-Europol ikollha l-kapaċitajiet li ssostni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri b’Valutazzjonijiet tat-Theddid, b’Detezzjoni ta’ Twissija Bikrija u b’Analiżi tas-sinjali u tad-detezzjoni, b’Valutazzjonijiet tar-Riskju u b’rapporti ta’ analiżi strateġika oħrajn.

Objettiv speċifiku nru 3: it-tisħiħ tal-Europol bħala l-hub ta’ informazzjoni kriminali tal-UE dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-THB u l-iżvilupp sħiħ tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, aġenziji oħrajn tal-UE kif ukoll pajjiżi terzi.

B’reazzjoni għal-lakuna identifikata fil-kondiviżjoni insuffiċjenti ta’ informazzjoni dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti bejn l-SM u l-Europol, l-għan huwa li l-Europol tissaħħaħ bħala l-hub ta’ informazzjoni kriminali tal-UE dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti. B’dak il-mod u f’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/977 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI, il-Europol se tipprovdi sostenn tekniku effettiv lill-Istati Membri sabiex jużaw is-SIENA bħala l-mezz awtomatiku ta’ komunikazzjoni. Fi ħdan il-mandat tagħha u f’konformità mas-salvagwardji eżistenti kif ukoll fil-kuntest tal-qafas tal-interoperabbiltà tal-UE, il-Europol se tikkonsulta b’mod aktar konsistenti u eżawrjenti l-informazzjoni kemm miżmuma internament kif ukoll miżmuma f’bażijiet tad-data esterni, bħas-sistemi tal-IT fuq skala kbira mid-dominju tal-ĠAI. Il-koordinazzjoni u l-kontribut tal-Europol għall-operat tal-Istati Membri se jsiru aktar effiċjenti u mmirati billi jsir użu mill-informazzjoni bijometrika.

Sabiex issostni dan l-objettiv, il-Europol ikollha bżonn:

Fir-rigward tas-SIENA,

issostni l-implimentazzjoni tas-Servizzi tal-Web tas-SIENA fl-Istati Membri u fi sħab terzi operazzjonali rilevanti oħrajn ta’ kooperazzjoni; tiżgura disponibbiltà għolja (99,9 %) tas-servizzi tas-SIENA; 

issostni l-konsum u l-impatt fuq is-servizzi upstream (eż. it-traduzzjoni, l-estrazzjoni tal-entitajiet, is-servizzi f’Format Universali ta’ Messaġġ (UMF)) u s-servizzi downstream (eż. il-Pjattaforma għall-Analiżi tad-Data, il-Kunċett ta’ Analiżi Operazzjonali Konġunta);

 l-isfruttar ulterjuri tal-ilħiq tas-SIENA permezz tal-integrazzjoni f’arkitettura ta’ informazzjoni olistika (eż. sfruttar tad-data tas-SIENA fl-EIS (Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol) u l-provvista tal-għodod bijometriċi ta’ sostenn) u l-ħolqien ta’ sostenn dedikat għall-ħtiġijiet tal-komunità tal-utenti estiża (unitajiet nazzjonali responsabbli mill-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti) u l-offerta ta’ sostenn xieraq lill-SM u lil partijiet terzi operazzjonali rilevanti.

Għal dawn l-għanijiet, ikun meħtieġ persunal addizzjonali (inkluż numru limitat ta’ kuntratturi), b’mod partikolari sabiex jaħdem fuq ir-rekwiżiti, fuq l-arkitettura, fuq is-sigurtà, fuq il-protezzjoni tad-data, fuq l-iżvilupp, fuq il-ġestjoni tal-proġetti u fuq iż-żamma tal-kapaċitajiet il-ġodda.

Rigward il-Bijometrija,

L-aġġornament/akkwist sinifikanti ta’ Sistema Awtomatizzata ġdida għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba’ (AFIS) (prestazzjoni, funzjonalitajiet, skalabbiltà) b’sostenn tal-inizjattiva dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-THB (minbarra l-Interoperabbiltà tal-UE);

it-titjib fil-prestazzjoni u fil-funzjonalità f’soluzzjoni ġdida ta’ rikonoxximent tal-wiċċ (FACE), l-integrazzjoni sħiħa tal-AFIS u tal-FACE l-ġdida fil-flussi tax-xogħol tal-ġestjoni tad-data tal-Europol;

it-titjib tal-flussi tax-xogħol bijometriċi eżistenti sabiex isir użu sħiħ mid-data bijometrika u jitnaqqas ix-xogħol manwali;

l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ pproċessar tal-profili tad-DNA;

 ir-reviżjoni tal-funzjonalitajiet tal-EIS, tas-SIENA u tat-tidħil tad-data dwar id-data bijometrika;

l-iżvilupp tal-funzjonalitajiet għat-tiftix ta’ data bijometrika fl-EIS u permezz ta’ Tiftix fis-sistemi tal-Europol (QUEST);

l-aġġornar tal-Portal tal-Analiżi tad-Data (DAP) għad-data bijometrika; ir-reviżjoni/l-inklużjoni tar-rekwiżiti tar-rieżami tad-data u taż-żamma tad-data dwar id-data bijometrika fis-soluzzjonijiet kollha.

Għal dawn l-għanijiet,

huwa neċessarju persunal addizzjonali, b’mod partikolari sabiex jaħdem fuq ir-rekwiżiti, fuq l-arkitettura, fuq is-sigurtà, fuq il-protezzjoni tad-data, fuq l-iżvilupp, fuq il-ġestjoni u fuq il-manutenzjoni tal-proġetti (kemm funzjonali kif ukoll infrastrutturali) tal-kapaċitajiet il-ġodda.

Il-finanzjament (approprjazzjonijiet baġitarji) huwa neċessarju sabiex jiffinanzja l-akkwist ta’ hardware u ta’ software u r-reklutaġġ ta’ numru limitat ta’ kuntratturi kif relatat mal-aġġornament tas-SIENA u mal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet bijometriċi; wara l-iżvilupp, huwa meħtieġ baġit ta’ manutenzjoni għaż-żamma tal-infrastruttura u tas-software (eż. liċenzji) u għas-sostenn ta’ kuntratturi esperti speċjalment fil-qasam tal-prestazzjoni bijometrika li għandha tinżamm maż-żmien.

Finanzjament (approprjazzjonijiet baġitarji) sabiex jiġi pprovdut sostenn finanzjarju lill-SM għall-konnessjoni/għall-integrazzjoni tas-servizzi tal-web tas-SIENA.

Objettiv speċifiku nru 4: l-Istati Membri jiġu pprovduti bl-għodod neċessarji għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra reati oħrajn li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol.

L-għan huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Europol li tipprovdi sostenn immedjat u operazzjonali, inkluż tekniku, lill-Istati Membri sabiex jiġġieldu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-THB. B’dak il-mod, l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-kunċetti li għadhom kif ġew stabbiliti tat-Task Forces Operazzjonali, tal-iskjerament tal-Europol għal sostenn operazzjonali kif ukoll għal sostenn tekniku, forensiku u finanzjarju pprovdut mill-Europol.

Sabiex jiġi sostnut dan l-objettiv, huma meħtieġa riżorsi addizzjonali sabiex

jippermettu r-reklutaġġ ta’ Esperti Nazzjonali Sekondati għal terminu qasir 32 sabiex isostnu l-investigazzjonijiet tal-Istati Membri fil-qafas tal-OTFs dwar il-faċilitazzjoni organizzata ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u reati relatati mill-Kwartieri Ġenerali tal-Europol u fil-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni, inklużi kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Pajjiżi Terzi.

Iż-żieda tal-baġit tal-iskjerament sabiex tippermetti l-iskjerament tal-persunal tal-Europol u tal-Uffiċjali Mistednin għas-sostenn operazzjonali.

Iż-żieda tal-baġit tal-Għotjiet tal-OTF 33 .

Iż-żieda tal-baġit tal-EMPACT, fi ħdan il-baġit tal-Europol, sabiex tippermetti sostenn imsaħħaħ magħmul disponibbli permezz ta’ Għotjiet ta’ Valur Għoli (HVG), Għotjiet ta’ Valur Baxx (LVG) 34 u l-finanzjament ta’ laqgħat strateġiċi u operazzjonali relatati ma’ attivitajiet imwettqin taħt il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Operazzjonali (OAPs) tal-EMPACT adottati mill-Kunsill sabiex jiġu miġġielda u skoraġġuti networks kriminali (ta’ riskju għoli) involuti fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u fit-traffikar ta’ bnedmin, u f’oqsma ta’ kriminalità rilevanti oħrajn u f’reati abilitanti.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Billi tikkontribwixxi għat-tfixkil tan-negozji kriminali u tal-istrutturi tal-kriminalità organizzata, din il-proposta se tipprevjeni t-telf tal-ħajja tal-migranti, tnaqqas il-migrazzjoni mhux sikura u irregolari u se tiffaċilita l-istabbiliment ta’ politika sostenibbli tal-UE dwar il-migrazzjoni, kif ukoll tipprevjeni l-isfruttament tan-nies.

Il-proposta se tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-individwi u għas-soċjetà inġenerali billi ttejjeb il-kapaċità tal-Europol li ssostni lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità u fil-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE.

Il-proposta se toħloq ekonomiji ta’ skala għall-amministrazzjonijiet peress li se tbiddel l-implikazzjonijiet tar-riżorsi tal-attivitajiet immirati mil-livell nazzjonali għal-livell tal-UE. L-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri se jibbenefikaw direttament mill-proposta bis-saħħa tal-ekonomiji ta’ skala li jwasslu għall-iffrankar tal-kostijiet amministrattivi.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni 

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Objettiv speċifiku nru 1: it-tisħiħ tal-Europol u taċ-Ċentru Ewropew tagħha Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti bħala ċ-Ċentru ta’ gravità għal azzjoni investigattiva u operazzjonali fil-livell tal-UE kif ukoll għall-analiżi strateġika:

Numru/Proporzjon ta’ rapporti strateġiċi konġunti dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti ma’ aġenziji oħrajn tal-UE [mira 90 %]

Numru/proporzjon ta’ rapporti operazzjonali konġunti dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, ma’ aġenziji oħrajn tal-UE [mira 70 %]

Numru ta’ Rapporti Operazzjonali pprovduti mill-EMSC

Numru ta’ operazzjonijiet sostnuti mill-EMSC

Objettiv speċifiku nru 2: it-titjib tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol u aġenziji oħrajn tal-Unjoni

Numru ta’ investigazzjonijiet dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti li għalihom ġiet sostnuta investigazzjoni finanzjarja parallela mill-Europol

Numru ta’ Notifiki ta’ twissija bikrija fir-rigward tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

Numru ta’ investigazzjonijiet dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti kkoordinati mill-Eurojust li fihom ikunu saru tfittxijiet mill-Eurojust f’informazzjoni tal-Europol meta dan ikun legalment possibbli [xenarju ta’ referenza 0, mira 100 %]

Proporzjon ta’ investigazzjonijiet dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti kkoordinati mill-Europol li fihom ikunu saru tfittxijiet mill-Europol f’informazzjoni pprovduta lill-Eurojust, meta jkun legalment possibbli [xenarju ta’ referenza 0, mira 100 %]

Numru ta’ messaġġi tas-SIENA skambjati bejn il-Europol u l-Frontex relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

Numru ta’ messaġġi tas-SIENA skambjati bejn il-Europol u l-Eurojust relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

Numru ta’ JITs ġodda dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti sostnuti mill-Europol    

Objettiv speċifiku nru 3: it-tisħiħ tal-Europol bħala l-hub ta’ informazzjoni kriminali tal-UE dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u l-iżvilupp sħiħ tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, aġenziji oħrajn tal-UE kif ukoll pajjiżi terzi

Numru ta’ servizzi nazzjonali speċjalizzati kollegati mas-SIENA [mira 27]

Proporzjon ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni f’pajjiżi terzi kollegati mas-SIENA [ mira 100 %]

Proporzjon ta’ messaġġi tas-SIENA riċevuti minn uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni f’pajjiżi terzi c [mira 100 %]

Proporzjon ta’ messaġġi tas-SIENA relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ma’ entitajiet personali li għalihom hija assoċjata data bijometrika [l-ebda mira]

Proporzjon ta’ messaġġi tas-SIENA bejn l-Istati Membri relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti meta l-Europol ġiet ipprovduta b’kopja tagħhom [xenarju ta’ referenza 2019: 48 %, mira: 90 %]

Proporzjon ta’ messaġġi tas-SIENA bejn l-Istati Membri riċevuti mill-Europol relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti li ġew kontroverifikati mill-Europol [mira 100 %]

Proporzjon ta’ messaġġi tas-SIENA bejn l-Istati Membri riċevuti mill-Europol relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti li ġew kontroverifikati mill-Europol u li wasslu sabiex tiġi stabbilita assoċjazzjoni. [l-ebda mira]

Proporzjon ta’ messaġġi tas-SIENA bejn l-Istati Membri riċevuti mill-Europol relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti li fihom informazzjoni bijometrika li ntużat mill-Europol għall-kontroverifiki [mira 100 %]

Proporzjon ta’ messaġġi tas-SIENA bejn l-Istati Membri riċevuti mill-Europol relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti li fihom informazzjoni bijometrika li ntużat mill-Europol għal kontroverifiki u li wasslu sabiex tiġi stabbilita assoċjazzjoni [l-ebda mira]

Numru ta’ entitajiet personali ġodda relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti karigati mill-Istati Membri fi ħdan is-sistema ta’ informazzjoni tal-Europol. Sehem ta’ dawk l-entitajiet personali karigati b’informazzjoni bijometrika.

Numru ta’ każijiet ġodda ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti [xenarju ta’ referenza 2022: 4889; l-ebda mira]

Numru ta’ persuni ġodda suspettati b’faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti [xenarju ta’ referenza 2019: 10989; l-ebda mira]

Numru ta’ talbiet mill-Europol sabiex tinbeda investigazzjoni dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti [l-ebda mira]

Objettiv speċifiku nru 4: L-Istati Membri jiġu pprovduti bl-għodod neċessarji għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra reati oħrajn li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol

Numru ta’ Jiem ta’ Azzjoni (Konġunta) koordinati/sostnuti mill-EMSC

Numru ta’ task forces operazzjonali stabbiliti relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

Numru ta’ task forces operazzjonali stabbiliti relatati mat-THB

Numru ta’ HVT attivi identifikati [xenarju ta’ referenza 2022: 24; l-ebda mira]/ Numruta’ HVT arrestati jew imfixklin, għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u għat-traffikar ta’ bnedmin

Numru ta’ Stati Membri li jieħdu sehem f’task force dedikata għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti jew għat-THB

Numru ta’ skjeramenti ta’ Uffiċjali Mistednin (Numru ta’ xhur ta’ skjerament)

Numru ta’ SNEs għal terminu qasir magħżulin

Numru ta’ talbiet u numru ta’ skjeramenti ta’ sostenn operazzjonali b’rabta mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u mat-THB

Volum ta’ kontenut ivvalutat mill-IRU tal-UE b’rabta mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, mat-THB u ma’ reati relatati oħrajn

Numru ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet tal-OTF riċevuti għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u għat-traffikar ta’ bnedmin

Numru ta’ azzjonijiet operazzjonali (OAs) żviluppati u sostnuti fil-qafas tal-pjanijiet ta’ azzjoni operazzjonali rilevanti (OAPs) tal-EMPACT

Numru ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet tal-EMPACT (HVG u LVG) sottomessi, ipproċessati u mogħtijin, bid-dettall tal-ammont impenjat fil-qasam tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin

F’konformità mal-Artikolu 28 tal-FFR u sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda, il-Europol diġà timmonitorja l-progress fil-kisba tal-objettivi tagħha b’indikaturi tal-prestazzjoni. L-aġenzija bħalissa għandha 18-il Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni, ikkomplementati ulterjorment minn 56 Indikatur tal-Prestazzjoni Korporattiva. Dawn l-indikaturi huma rrapportati fir-Rapport Annwali ta’ Attività Konsolidat tal-Europol, li jinkludi monitoraġġ ċar tal-mira sal-aħħar tas-sena kif ukoll tqabbil mas-sena ta’ qabel. Dawn l-indikaturi se jiġu adattati kif meħtieġ wara l-adozzjoni tal-proposta.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

It-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva leġiżlattiva, b’mod partikolari dwar l-objettiv speċifiku nru 3, teħtieġ miżuri tekniċi u proċedurali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, li jenħtieġ li jibdew meta tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni riveduta:

 
(i)
sat-12 ta’ Diċembru 2024 l-Istati Membri għandhom ikunu ssodisfaw l-obbligi stabbiliti skont id-Direttiva dwar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-interoperabbiltà sħiħa tal-pjattaformi ta’ skambju ta’ informazzjoni kriminali tagħhom imsejsin madwar il-Punt Uniku ta’ Kuntatt (SPOCs) nazzjonali tagħhom u l-operat bla xkiel tas-Sistemi ta’ ġestjoni tal-każijiet (CMS) tagħhom

(ii) Matul il-perjodu 2025-2027, l-Istati Membri se jaġġornaw b’mod progressiv il-proċessi operazzjonali interni tagħhom, u skont dan jimplimentaw mezzi ta’ komunikazzjoni (kollegamenti mas-SIENA) u għodod (karigaturi ta’ data u l-għodda QUEST) kemm fil-livell ċentrali (SPOC, unitajiet speċjalizzati nazzjonali) kif ukoll fuq il-post (uffiċjali tal-immigrazzjoni f’pajjiżi terzi) sabiex itejbu l-effiċjenza tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u l-kapaċità li tiġi pprovduta informazzjoni kemm bl-ingrossa kif ukoll matul investigazzjoni li tkun għaddejja lill-Europol, u jikkonsultaw l-informazzjoni tal-Europol f’dik il-kwistjoni. Aġġornamenti u titjib bħal dawn jiffokaw b’mod aktar speċifiku fuq id-data bijometrika.

Il-Europol għandha taġġorna l-kapaċitajiet tekniċi tagħha fiż-żewġ oqsma tal-bijometrija u tal-iskambju ta’ informazzjoni (ara l-azzjonijiet speċifiċi taħt l-SO nru 3 )

(iii) sal-2026: aġġornament tal-AFIS u tal-kapaċitajiet tal-FACE u tad-DNA

(iv) sal-2027: flussi tax-xogħol bijometriċi awtomatizzati, it-tidħil ta’ data bijometrika inkluż permezz tas-SIENA, tad-DAP u tal-QUEST

Ir-riżorsi rilevanti – b’mod partikolari r-riżorsi umani – jenħtieġ li jiżdiedu maż-żmien f’konformità maż-żieda fid-domanda għas-servizzi tal-Europol.

Wara d-dħul fis-seħħ, l-implimentazzjoni tal-attivitajiet titnieda b’mod gradwali maż-żmien, sabiex issegwi ż-żieda gradwali mistennija tad-domanda għas-servizzi u għall-attivitajiet tal-Europol, kif ukoll iż-żmien neċessarju għall-assorbiment ta’ riżorsi ġodda.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

L-istrutturi tal-kriminalità organizzata li kapaċi jwettqu operazzjonijiet sofistikati li jkopru l-firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ta’ THB jikkostitwixxu riskju għoli għas-sigurtà tal-Ewropa. Skont il-Valutazzjoni mill-UE tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (EU SOCTA), madwar 50 % tan-networks involuti fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huma polikriminali, involuti wkoll fit-traffikar ta’ bnedmin, fit-traffikar tad-droga, fil-frodi tas-sisa, fit-traffikar tal-armi tan-nar u fil-ħasil tal-flus. U dawn l-attivitajiet kriminali huma ta’ natura tranżnazzjonali. Għalhekk, l-azzjoni fil-livell nazzjonali waħedha ma tistax tirribattihom b’mod effettiv. Din hija r-raġuni għaliex l-Istati Membri jagħżlu li jaħdmu flimkien fi ħdan il-qafas tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) 35 , sabiex jindirizzaw it-theddid maħluq minn dawn il-forom ta’ kriminalità serja.

Barra minn hekk, it-theddidiet għas-sigurtà li dejjem jevolvu, xprunati mill-modi kif dawn il-kriminali jisfruttaw il-vantaġġi li jġibu t-trasformazzjoni diġitali, il-globalizzazzjoni u l-mobilità, jitolbu wkoll sostenn effettiv fil-livell tal-UE għall-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi. L-azzjoni tal-UE tipprevedi mod effettiv u effiċjenti sabiex jiżdied is-sostenn lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti li tibqa’ sfida serja li jeħtieġ li tiġi indirizzata aktar kontinwament, b’mod miftiehem u kollettiv.

Il-proposta se toħloq ekonomiji ta’ skala sinifikanti fil-livell tal-UE, peress li se ċċaqlaq il-kompiti u s-servizzi, li jistgħu jitwettqu b’mod aktar effiċjenti fil-livell tal-UE, mil-livell nazzjonali għall-Europol. Għalhekk, il-proposta tipprovdi għal soluzzjonijiet effiċjenti għall-isfidi li ma jistgħux jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali fid-dawl tan-natura tranżnazzjonali tagħhom.

 

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-proposta tibni fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti bħala attività kriminali dinamika, aġli u dejjem aktar kumplessa li taffettwa s-sigurtà interna tal-UE.

Is-suq għas-servizzi ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti lejn l-UE u fi ħdan l-UE qiegħed jilħaq livelli ġodda, xprunat minn kriżijiet emerġenti u li qegħdin jaggravaw, b’mod partikolari riċessjonijiet ekonomiċi, emerġenzi ambjentali kkawżati mit-tibdil fil-klima, kif ukoll kunflitti u l-pressjoni demografika f’ħafna pajjiżi ta’ oriġini.

Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huwa reat dinji li jpoġġi f’riskju l-ħajja tal-migranti u li jhedded l-integrità tal-fruntieri internazzjonali. Dan huwa tip ta’ attività kriminali profittabbli għall-gruppi kriminali organizzati u ħoloq sfida umanitarja u tas-sigurtà kbira għall-UE f’dawn l-aħħar snin.

Dawn it-theddidiet għas-sigurtà li qegħdin jevolvu jitolbu sostenn effettiv fil-livell tal-UE għall-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi.

Din il-proposta tibni wkoll fuq it-tagħlimiet meħuda u fuq il-progress miksub mill-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti (2021-2025) li jsaħħaħ aktar il-kooperazzjoni operazzjonali u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-UE sabiex jinvestigaw u jieħdu passi kontra networks ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

Barra minn hekk, il-proposta tqis ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rapport speċjali tagħha tal-2021 dwar “Is-sostenn tal-Europol għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti”.

Ir-rieżamijiet preċedenti tal-mandat tal-Europol u d-domanda dejjem akbar għas-servizzi mill-Istati Membri kif ukoll ir-rwol ċentrali moqdi mill-Europol fl-arkitettura tas-sigurtà interna tal-UE wrew ukoll b’mod ċar li l-kompiti tal-Europol jeħtieġ li jkunu sostnuti minn riżorsi finanzjarji u umani adegwati.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta twieġeb għax-xenarju tas-sigurtà li qed jinbidel malajr peress li se tipprovdi lill-Europol bil-kapaċitajiet u bl-għodod neċessarji sabiex issostni lill-Istati Membri b’mod effettiv fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, kontra t-Traffikar ta’ Bnedmin kif ukoll kontra forom oħrajn ta’ kriminalità serja. Il-proposta hija kompletament konformi ma’ dak li tħabbar mill-President von der Leyen fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tagħha tal-2023 “leġiżlazzjoni ġdida u struttura ta’ governanza ġdida” għall-ġlieda kontra l-persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta’ migranti. Hija wkoll kompletament konformi mal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2024 li ħabbar inizjattiva leġiżlattiva sa tmiem l-2023 “biex jiġi aġġornat il-qafas legali għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, biex jiġi żgurat li jkollna l-għodod legali u operazzjonali neċessarji biex nirrispondu għall-modus operandi l-ġdid tal-faċilitaturi”. Fl-aħħar mill-aħħar hija konformi bis-sħiħ mal-ittra mibgħuta lill-Kapijiet ta’ Stat jew tal-Gvern kollha qabel il-Kunsill Ewropew (is-26-27 ta’ Ottubru) li fiha l-President von der Leyen ħabbret li “il-Kummissjoni se tagħmel proposti fl-aħħar tax-xahar li ġej [Novembru] sabiex taġġorna l-qafas leġiżlattiv tagħna bl-għan li ssaħħaħ l-azzjoni kollettiva tagħna dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, b’enfasi qawwija fuq il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-Europol”.

Din il-proposta hija wkoll kompletament konformi mal-QFP billi ssostni xi attivitajiet kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ippjanati fil-Programm ta’ Ħidma tal-Faċilità Tematika taħt il-Fond għas-Sigurtà Interna għall-2023, għall-2024 u għall-2025. Fl-2025, il-Kummissjoni se tniedi sejħa bl-għan li ttejjeb il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti billi tistabbilixxi Sħubijiet Operazzjonali Komuni. Din l-attività se ssaħħaħ il-kooperazzjoni strutturata bejn l-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet ġudizzjarji u servizzi rilevanti oħrajn tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi parteċipanti.

Billi tikkontribwixxi għat-tfixkil tan-negozji kriminali, din il-proposta ssostni wkoll l-objettivi tal-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE, kif ukoll l-Istrateġiji tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 u dwar il-Ġlieda Kontra t-Traffikar ta’ Bnedmin 2021-2025 li se jiġu implimentati f’sinerġija sħiħa.

It-twassil ta’ rispons Ewropew b’saħħtu għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali ġewwa u barra l-UE huwa wkoll parti essenzjali mill-approċċ komprensiv għall-migrazzjoni, stabbilit fil-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.

Il-proposta se toħloq ukoll sinerġiji mal-attivitajiet tal-aġenziji tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, mal-Eurojust u, meta xieraq, ma’ korpi jew aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, filwaqt li ssaħħaħ il-kooperazzjoni ġenerali mal-Europol, f’konformità mal-mandati u mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Mill-2022 u mill-aħħar reviżjoni tal-mandat tal-Europol, ix-xejra kienet lejn tkabbir esponenzjali tal-flussi tad-data tal-aġenzija u tad-domanda għas-servizzi tagħha, b’mod partikolari dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, li wasslet għal żidiet fil-baġit annwali u fil-persunal lil hinn mil-livelli inizjalment ipprogrammati. Għalhekk, peress li l-proposta se tintroduċi kompiti importanti ġodda fir-Regolament dwar il-Europol u se tiċċara, tikkodifika u tagħti dettalji dwar kompiti u għodod oħrajn, u b’hekk testendi l-kapaċitajiet tal-Europol fil-kuntest tat-trattati, din ma tistax tiġi koperta b’livell stabbli ta’ riżorsi. Il-proposta teħtieġ li tkun sostnuta minn żidiet fir-riżorsi finanzjarji u umani.

L-impatt baġitarju tar-riżorsi finanzjarji addizzjonali se jitqiegħed għad-dispożizzjoni parzjalment permezz tal-marġni u permezz ta’ tpaċija baġitarja kontra l-programmi tal-BMVI u tal-ISF.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2025 sal-2027,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 36   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

 lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmijin fl-Artikoli 70 u 71;

 lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

 lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-proposta se jsegwu l-prinċipji deskritti fir-Regolament Europol 37 , fir-Regolament Finanzjarju 38 u f’konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati 39 .

Il-Europol jeħtiġilha b’mod partikolari tibgħat kull sena lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni li jkun fih programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali u programmazzjoni tar-riżorsi. Id-Dokument jistabbilixxi l-objettivi, ir-riżultati mistennijin u l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi u tar-riżultati. Il-Europol jeħtiġilha tippreżenta wkoll Rapport Annwali Konsolidat tal-Attività lill-bord ta’ amministrazzjoni. Dan ir-rapport jinkludi b’mod partikolari informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi u tar-riżultati stabbiliti fid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni. Ir-rapport irid jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Barra minn hekk, kif spjegat fl-Artikolu 68 tar-Regolament Europol, il-Kummissjoni jeħtiġilha tagħmel evalwazzjoni tal-Europol sad-29 ta’ Ġunju 2027 u kull ħames snin wara din id-data. Din l-evalwazzjoni tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Europol u tal-prattiki ta’ ħidma tagħha. Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni jridu jiġu ppreżentati lill-Grupp ta’ Skrutinju Parlamentari Konġunt speċjalizzat, li jissorvelja politikament l-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tal-missjoni tagħha, inkluż fir-rigward tal-impatt ta’ dawk l-attivitajiet fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi. Ir-rapporti jiġu ppreżentati wkoll lill-Kunsill, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol. Meta jkun xieraq, is-sejbiet ewlenin tar-rapporti ta’ evalwazzjoni jsiru pubbliċi.

Sabiex tissorvelja regolarment il-provvista ta’ informazzjoni mill-Istati Membri, kull sena l-Europol se tirrapporta wkoll lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali dwar l-informazzjoni pprovduta minn kull Stat Membru fir-rigward tal-informazzjoni li l-Europol teħtieġ sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, li tinkludi informazzjoni relatata ma’ forom ta’ reati li l-prevenzjoni tagħhom jew il-ġlieda kontrihom titqies bħala prijorità mill-Unjoni. Ir-rapporti jitfasslu fuq il-bażi tal-kriterji kwantitattivi u kwalitattivi ta’ evalwazzjoni ddefiniti mill-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Billi l-proposta tħalli impatt fuq il-kontribuzzjoni annwali tal-UE lill-Europol, il-baġit tal-UE se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni indiretta.

Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-Europol għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti80. Għalhekk, il-Europol hija marbuta li timplimenta strateġija ta’ kontroll xierqa kkoordinata fost l-atturi xierqa involuti fil-katina ta’ kontroll.

Fir-rigward tal-kontrolli ex post, il-Europol, bħala aġenzija deċentralizzata, hija soġġetta b’mod partikolari għal:

- awditu intern mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

- rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li fihom tipprovdi dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti

- il-kwittanza annwali mogħtija mill-Parlament Ewropew

- l-investigazzjonijiet possibbli mwettqin mill-OLAF sabiex jiġi żgurat, b’mod partikolari, li r-riżorsi allokati lill-aġenziji jintużaw kif suppost.

Bħala DĠ sieħeb għall-Europol, id-DĠ HOME se jimplimenta l-Istrateġija ta’ Kontroll tiegħu fuq l-aġenziji deċentralizzati sabiex jiżgura rapportar affidabbli fil-qafas tar-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) tiegħu. Filwaqt li l-aġenziji deċentralizzati għandhom responsabbiltà sħiħa għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom, id-DĠ HOME huwa responsabbli għall-ħlas regolari tal-kontribuzzjonijiet annwali stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja.

Fl-aħħar nett, l-Ombudsman Ewropew jipprovdi saff ieħor ta’ kontroll u ta’ akkontabilità fil-Europol.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ġew identifikati r-riskji li ġejjin:

- riżorsi operazzjonali taħt pressjoni kbira minħabba ż-żieda fil-ħtiġijiet operazzjonali mill-Istati Membri u l-attivitajiet kriminali li jevolvu b’mod kostanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tat-traffikar ta’ bnedmin

- il-frammentazzjoni tal-attivitajiet ewlenin tal-Europol minħabba l-multiplikazzjoni tal-kompiti u tat-talbiet

- in-nuqqas ta’ livelli adegwati ta’ riżorsi finanzjarji u umani sabiex ilaħħqu mal-ħtiġijiet operazzjonali

in-nuqqas ta’ riżorsi tal-ICT, li jirriżulta f’dewmien fl-iżviluppi u fl-aġġornamenti neċessarji tas-sistema ewlenija;

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-proporzjon tal-“kostijiet ta’ kontroll/pagamenti magħmulin fir-rigward ta’ Entitajiet Fdati ta’ Ġestjoni Indiretta u ta’ Aġenziji Deċentralizzati, inkluża l-Europol” huwa rrapportat mill-Kummissjoni u huwa ta’ 0,12 % għall-2022.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonfermat il-legalità u r-regolarità tal-kontijiet annwali tal-Europol għall-2022, li jimplika rata ta’ żball ta’ anqas minn 2 %. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-rata ta’ żball se tmur għall-agħar fis-snin li ġejjin.

Barra minn hekk, l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju tal-Europol jipprevedi l-possibbiltà li l-aġenzija taqsam kapaċità tal-awditjar intern ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni li jaħdmu fl-istess qasam ta’ politika jekk il-kapaċità tal-awditjar intern ta’ korp uniku tal-Unjoni ma tkunx kosteffettiva.


2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-miżuri relatati mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra huma deskritti, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 66 tar-Regolament tal-Europol u taħt it-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju tal-Europol.

Il-Europol għandha tipparteċipa b’mod partikolari f’attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi u tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta’ frodi preżunta u ta’ irregolaritajiet finanzjarji preżunti oħrajn – f’konformità mal-istrateġija interna tagħha kontra l-frodi.

L-MB approva l-Istrateġija riveduta tal-Europol Kontra l-Frodi għall-perjodu 2022-2024, fil-laqgħa tiegħu f’Marzu 2022.

Barra minn hekk, bħala DĠ sieħeb, id-DĠ HOME żviluppa u implimenta l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi fuq il-bażi tal-metodoloġija pprovduta mill-OLAF. L-aġenziji deċentralizzati, inkluża l-Europol, jaqgħu fl-ambitu tal-istrateġija.

Id-DĠ HOME ilu li żviluppa u implimenta l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi mill-2013, fuq il-bażi tal-metodoloġija li pprovda l-OLAF.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-RAA 2022 tad-DĠ HOME ikkonkluda li l-miżuri kontra l-frodi fis-seħħ huma effettivi b’mod ġenerali.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 40

mill-pajjiżi tal-EFTA 41

minn pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali 42

Minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

5

12 10 01

Diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

5

Sigurtà u Difiża

Europol

 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-Europol

Impenji

-

15,758

19,678

13,457

48,892

Pagamenti

-

15,758

19,678

13,457

48,892

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

Nefqa amministrattiva

DĠ HOME

 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

 Riżorsi Umani

-

0,132

0,435

0,606

1,173

 Nefqa amministrattiva oħra

0,002

0,002

0,002

0,002

0,008

TOTAL TAD-DĠ HOME

Approprjazzjonijiet

0,002

0,134

0,437

0,608

1,181

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,002

0,134

0,437

0,608

1,181

 

 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

0,002

15,892

20,115

14,065

50,073

Pagamenti

0,002

15,892

20,115

14,065

50,073

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-Europol 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

                                   Ammonti f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Indika l-objettivi u l-outputs

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Tip

Kost

Kost

Kost

Kost

Kost

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 1: it-tisħiħ tal-Europol u taċ-Ċentru Ewropew tagħha Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti bħala ċ-Ċentru ta’ gravità għal azzjoni investigattiva u operazzjonali fil-livell tal-UE kif ukoll għal analiżi strateġika

Output

It-tisħiħ tal-ESMC u tal-entitajiet l-oħrajn relatati mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

-

1,186

2,628

2,673

6,487

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

-

1,186

2,628

2,673

6,487

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 2: it-titjib tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol u aġenziji oħrajn tal-Unjoni

Output

L-istabbiliment ta’ struttura ta’ governanza għal kooperazzjoni, għal orjentazzjoni u għal koordinazzjoni effettivi bejn l-aġenziji

-

0,075

0,242

0,410

0,727

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

-

0,075

0,242

0,410

0,727

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 3: it-tisħiħ tal-Europol bħala l-hub ta’ informazzjoni kriminali tal-UE dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-THB u l-iżvilupp sħiħ tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, aġenziji oħrajn tal-UE kif ukoll pajjiżi terzi

- Output

Bijometrija - l-iżvilupp ta’ sistemi u l-aġġornament tas-SIENA (hardware, software, konsulenza)

-

8,765

9,526

3,372

21,662

- Output

Integrazzjonijiet tas-SIENA (Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni)

-

1,137

1,345

0,876

3,358

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 3

-

9,902

10,871

4,248

25,021

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 4: il-Europol tiġi pprovduta bl-għodod neċessarji għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u kontra reati oħrajn li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol

- Output

Għotja tal-EMPACT - faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u reati relatati

-

2,000

2,000

2,000

6,000

- Output

Għotja tal-OTF

-

2,000

3,000

3,000

8,000

- Output

sabiex jiġu sostnuti l-OTFs dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

-

0,595

0,938

1,125

2,658

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 4

-

4,595

5,938

6,125

16,658

TOTAL għall-objettivi nri 1 sa 4

-

15,758

19,678

13,457

48,892

Meta applikabbli, l-ammonti jirriflettu s-somma tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-aġenzija u dħul ieħor tal-aġenzija (tariffi u imposti).

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-Europol 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali) Meta applikabbli, l-ammonti jirriflettu t-total tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-aġenzija u dħul ieħor tal-aġenzija (tariffi u imposti).

 

2025

2026

2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

0,298

1,014

1,759

3,072

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

0

0

0

0

Persunal bil-Kuntratt

0,265

1,026

1,872

3,162

Esperti Nazzjonali Sekondati

0,595

0,938

1,125

2,658

TOTAL 43

1,158

2,978

4,757

8,892

Rekwiżiti tal-persunal (FTE): 44

 

2025

2026

2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

3

7

10

10

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

0

0

0

0

Persunal bil-Kuntratt

5

14

20

20

Esperti Nazzjonali Sekondati

11

17

20

20

TOTAL

19

38

50

50

Dettalji taż-żieda fil-persunal:

Objettiv speċifiku

Persunal addizzjonali

Allokazzjoni fil-Europol

Objettiv speċifiku Nru 1

Persunal addizzjonali meħtieġ sabiex isostni liċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin u sabiex jiżdied in-numru ta’ Task Forces Operazzjonali (OTFs) sostnuti mill-Europol u investigazzjonijiet oħrajn dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti organizzati u reati relatati, sabiex tiġi koperta d-dimensjoni online dwar l-investigazzjonijiet u sabiex ikun jista’ jiġi pprovdut sostenn tekniku u forensiku billi jiġu żgurati l-estrazzjoni u l-proċessar ta’ settijiet ta’ data kbar u kumplessi miġburin mill-Istati Membri u minn Pajjiżi Terzi.

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jinħatru kull sena (mhux kumulattivi):

Speċjalisti investigattivi u analisti tad-data:

2025: +3; 2026: +4; 2027: +4

Speċjalisti tal-monitoraġġ tal-OSINT/tal-media: 2025: +1; 2026: +2; 2027: +2

Speċjalisti forensiċi, tad-dekriptaġġ u tad-data:

2025: +1; 2026: +2; 2027: +1

Direttorat tal-Operazzjonijiet

Objettiv speċifiku Nru 2

Persunal addizzjonali sabiex jipprovdi servizzi ta’ traċċar tal-assi, ta’ għarfien espert finanzjarju u ta’ analiżi relatata sabiex isostni l-investigazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin organizzati u reati relatati. Kif ukoll sabiex jiġu sostnuti l-investigazzjonijiet tal-Istati Membri, il-prijoritizzazzjoni strateġika u operazzjonali, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-monitoraġġ tax-xejriet tal-kriminalità fir-rigward tal-faċilitazzjoni organizzata ta’ dħul klandestin ta’ migranti u ta’ reati relatati billi jiġu pprovduti servizzi ta’ analiżi strateġika

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jinħatru kull sena (mhux kumulattivi):

Speċjalisti u analisti tat-Traċċar tal-assi u tal-Investigazzjoni Finanzjarja:

2025: +1; 2026: +1; 2027: +1

Speċjalisti tal-analiżi strateġika u tad-data:

2025: +1; 2026: +2; 2027: +1

Direttorat tal-Operazzjonijiet

Objettiv speċifiku Nru 3

Persunal addizzjonali sabiex jipprovdi assistenza teknika effettiva lill-Istati Membri sabiex jużaw is-SIENA bħala l-mezz awtomatiku ta’ komunikazzjoni

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jinħatru kull sena (mhux kumulattivi):

2025: 0; 2026: +1; 2027: 0

persunal addizzjonali sabiex jaħdem fuq ir-rekwiżiti, fuq l-arkitettura, fuq is-sigurtà, fuq il-protezzjoni tad-data, fuq l-iżvilupp, fuq il-ġestjoni u fuq il-manutenzjoni tal-proġetti (kemm funzjonali kif ukoll infrastrutturali) tal-kapaċitajiet bijometriċi l-ġodda.

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jinħatru kull sena (mhux kumulattivi):

2025: +1; 2026: +1; 2027: 0

Direttorat tal-Kapaċitajiet

Objettiv speċifiku nru 4

Persunal addizzjonali (SNEs ikkostjati b’terminu qasir) sabiex isostni l-investigazzjonijiet tal-Istati Membri fil-qafas tal-OTFs b’mod partikolari dwar il-faċilitazzjoni organizzata ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u reati relatati mill-Kwartieri Ġenerali tal-Europol u fil-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni, inklużi kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Pajjiżi Terzi.

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jinħatru kull sena (mhux kumulattivi):

2025: +11; 2026: +6; 2027: +3

Direttorat tal-Operazzjonijiet

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar għal pożizzjoni deċimali waħda)

 

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 u 20 01 02 02 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1

3

3

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)  45

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

1

1

1

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

 

 

 

 

TOTAL

2

4

4

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

-Sabiex jiġu implimentati l-miżuri l-ġodda mmirati lejn il-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, inkluż id-djalogu msaħħaħ mal-entitajiet legali ssuspettati li jintużaw għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, kif previst mill-proposta għal Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, ta’ tranżitu u ta’ soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni u l-ġlieda kontra dawn.

-Sabiex jiġi żgurat is-servizz tal-qafas ta’ governanza l-ġdid stabbilit fiċ-Ċentru Ewropew Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, kif previst mill-proposta għal Regolament dwar il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

-Sabiex jittejbu l-monitoraġġ, il-ġbir, l-analiżi u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u ta’ data dwar il-prevenzjoni, ir-rispons ġudizzjarju u tal-infurzar tal-liġi dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, sabiex jiġi pprovdut kontribut għat-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza, kif previst mill-proposta għal Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, ta’ tranżitu u ta’ soġġorn mhux awtorizzati fl-Unjoni u l-ġlieda kontra dawn u mir-Regolament dwar il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

Persunal estern

Sabiex jiġi sostnut il-qafas operazzjonali msaħħaħ tal-Europol b’sostenn għall-Istati Membri dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, l-organizzazzjoni u t-tmexxija ta’ Task Forces Operazzjonali rilevanti, l-iskjeramenti tal-Europol għal sostenn operazzjonali, attivitajiet taħt l-EMPACT, kif previst mill-proposta għal Regolament dwar il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

L-impatt baġitarju tar-riżorsi finanzjarji addizzjonali se jitqiegħed għad-dispożizzjoni parzjalment permezz tal-marġni (EUR 20 miljun) u permezz ta’ tpaċija baġitarja kontra l-programmi tal-BMVI u tal-ISF.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 46 .

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

(1)    Analiżi tar-Riskju tal-Frontex 2023/2024.
(2)    Analiżi tar-Riskju tal-Frontex għall-2023/2024.
(3)    Global study on smuggling of migrants (L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità, 2018).
(4)    IOM, Missing migrants project, https://missingmigrants.iom.int/region/mediterranean.
(5)    Estimi mill-Europol.
(6)    Europol Spotlight (2023) Criminal Networks in Migrant Smuggling.
(7)    Analiżi tar-Riskju tal-Frontex għall-2023/2024
(8)    Europol Spotlight (2023), Criminal Networks in Migrant Smuggling
(9)

   Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI, PE/37/2018/REV/1, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138–183. 

(10)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti, ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1–3. 
(11)    L-Artikolu 72 TFUE.
(12)    L-Artikolu 4(2) TFUE.
(13)

   Europol (2023), Criminal networks in migrant smuggling, Europol Spotlight Report series, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Il-Lussemburgu.

(14)    L-Artikolu 67(1) tat-TFUE.
(15)    L-appoġġ tal-Europol fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti: sieħeb apprezzat, iżda b’użu insuffiċjenti ta’ sorsi ta’ data u kejl tar-riżultati. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, 2021.
(16)    L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Karta”).
(17)    L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Karta”).
(18)    Fuq il-bażi tat-Tabella tal-Persunal tal-Europol għall-2023 u tal-allokazzjoni tar-riżorsi għal kull attività fid-Dokument ta’ programmazzjoni tal-Europol għall-2023-2025
(19)    COM(2022) 684 final (2.12.2022).
(20)    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135 24.5.2016, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/794/oj .
(21)        Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1896/oj ).
(22)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj ).
(23)    ĠU C …
(24)    [jekk jogħġbok żid it-titolu u r-referenza tal-pubblikazzjoni]
(25)    Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2011/36/oj ).
(26)    Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1727/oj ).
(27)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(28)    L-Artikolu 88 TFUE
(29)    L-Artikolu 87 TFUE
(30)    Fl-2022, il-Europol sostniet total ta’ 195 investigazzjoni ta’ prijorità dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, inklużi 9 Task Forces Operazzjonali. Is-servizzi relatati kienu pprovduti prinċipalment minn 34 persunal tal-EMSC, li ħadmu primarjament fil-Kwartieri Ġenerali tal-aġenzija. Huma meħtieġa riżorsi addizzjonali sabiex jippermettu ż-żieda fin-numru ta’ investigazzjonijiet sostnuti dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, inklużi l-OTFs reġjonali. Minn perspettiva ġenerali, l-OTFs huma strument flessibbli u d-durata u d-daqs tagħhom ivarjaw b’mod konsiderevoli. L-OTFs huma involviment dejjiemi u intensiv fl-użu tar-riżorsi (li jvarjaw minn 4 membri sa 150 membru tal-persunal involuti, soġġetti għal kundizzjonijiet u għal theddid speċifiċi għall-każ (eż. reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ theddida għall-ħajja).
(31)    -    Bħalissa, anqas minn 2 % tar-rikavat tal-kriminalità jiġi kkonfiskat fl-UE u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti qiegħda ssir waħda mill-aktar attivitajiet illegali li jħallu qligħ għall-gruppi tal-kriminalità organizzata. Jenħtieġ li l-investigazzjonijiet finanzjarji paralleli jsiru r-regola minflok eċċezzjoni fl-investigazzjoni tal-kriminalità organizzata. Għalhekk, jenħtieġ li l-Europol ikollha l-kapaċitajiet li ssostni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri b’servizzi ta’ traċċar tal-assi u ta’ investigazzjoni finanzjarja matul l-implimentazzjoni ta’ miżuri investigattivi.
(32)    Il-kompiti tal-esperti nazzjonali jiddependu fuq il-ħtiġijiet operazzjonali u huma ddefiniti fil-Pjanijiet Operazzjonali. Madankollu, dawn jistgħu jinkludu għarfien espert fil-lingwi rilevanti, fl-analiżi strateġika u operazzjonali, fil-monitoraġġ tal-OSINT, fit-traċċar tal-assi/fl-investigazzjonijiet finanzjarji, fiċ-ċiberkriminalità, fil-forensika tal-IT, fl-operazzjonijiet ta’ sorveljanza u ta’ ħidma pajżana, fil-frodi tad-dokumenti u f’oqsma speċifikati oħrajn li jitqiesu rilevanti għall-iskwadri investigattivi nazzjonali u sabiex isostnu lill-awtoritajiet tal-Istati Membri matul l-implimentazzjoni ta’ miżuri investigattivi fuq il-post jew fil-Kwartieri Ġenerali tal-Europol.
(33)    B’unitajiet speċjalizzati kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti f’kull SM u b’konnessjonijiet diretti mas-SIENA, huwa mistenni li l-volum ta’ kontributi jista’ jkun aktar mid-doppju u hekk ukoll in-numru ta’ operazzjonijiet u ta’ OTFs.
(34)    Sabiex tissaħħaħ il-flessibbiltà tal-assistenza lill-Istati Membri fi ħdan l-EMPACT, il-Europol introduċiet skema ta’ finanzjament ibbażata fuq żewġ tipi ta’ għotjiet. (I) Għotjiet ta’ Valur Għoli (HVGs) jingħataw wara sejħa tradizzjonali għal proposti bi skadenza fissa għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament ta’ attivitajiet immirati kif stabbilit fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Operazzjonali (OAPs) u (II) Għotjiet ta’ Valur Baxx (LVGs) bi proċedura miftuħa sabiex jiġi pprovdut finanzjament għal terminu iqsar għall-attivitajiet tal-OAPs li jkunu ta’ natura operazzjonali b’mod distint. Matul dawn l-aħħar snin, l-għotjiet tal-EMPACT saru popolari ħafna, u l-Istati Membri rrikorrew dejjem aktar għalihom, filwaqt li faħħru l-utilità tagħhom sabiex isostnu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u sabiex jiksbu r-riżultati. Is-sena l-oħra, il-pakkett tal-LVG ġie eżawrit f’Novembru 2022, u din is-sena diġà ġie eżawrit f’Settembru 2023, u fiż-żewġ każijiet ħoloq vojt u għamel ħsara lill-kapaċità tal-Europol sabiex issostni lill-Istati Membri u lil dawn tal-aħħar sabiex iwettqu l-investigazzjonijiet tagħhom.
(35)     https://www.europol.europa.eu/crime-areas-and-statistics/empact  
(36)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(37)    Ir-Regolament (UE) 2016/794
(38)     https://www.europol.europa.eu/sites/default/files/documents/decision_of_the_europol_management_board_on_the_adoption_of_the_financial_regulation_applicable_to_europol_.pdf
(39)     https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_mt.pdf
(40)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(41)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(42)    Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.
(43)    Il-livelli tal-persunal ikkalkolati fuq il-bażi tal-kostijiet unitarji medji tal-persunal li għandhom jintużaw għal-LFS, indiċjati għall-koeffiċjent tal-korrezzjoni għan-Netherlands (111,8 %).
(44)    Iż-żieda fil-persunal tal-Europol imsemmija fil-proposta se tiġi kkumpensata bi tnaqqis tat-tisħiħ futur fil-persunal tal-FRONTEX. Iż-żewġ aġenziji se jiftiehmu dwar il-modalitajiet konkreti għat-trasferiment, fir-rigward tal-kriterji u tal-iskeda ta’ żmien stabbiliti mill-koleġiżlaturi.
(45)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(46)    Ara l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.