Brussell, 29.11.2023

COM(2023) 752 final

2023/0436(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 392 final} - {SWD(2023) 386 final} - {SWD(2023) 387 final} - {SWD(2023) 389 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti tikkonferma l-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li sal-2050 jinkiseb tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet tat-trasport 1 . Element importanti biex it-trasport isir aktar sostenibbli huwa l-kisba ta’ multimodalità effettiva, fejn il-passiġġieri li jixtiequ jivvjaġġaw distanzi twal jistgħu jagħmlu dan billi jikkombinaw diversi mezzi tat-trasport kollettiv, u b’hekk jużaw l-aktar mezz sostenibbli u effiċjenti għal kull parti tal-vjaġġ. Il-protezzjoni tal-passiġġieri tul it-triq, b’mod partikolari matul l-interruzzjonijiet fl-ivvjaġġar, hija kruċjali biex tittejjeb l-attraenza ta’ tali vjaġġi multimodali. Barra minn hekk, fin-nuqqas li tingħata tali protezzjoni dan jista’ jaffettwa t-tkabbir tas-suq għall-ivvjaġġar multimodali, fejn xi passiġġieri jagħżlu li jivvjaġġaw bil-karozza minflok bit-trasport kollettiv (minħabba li jqisu l-ivvjaġġar bil-karozza bħala kemm aktar konvenjenti kif ukoll aktar affidabbli).

Fl-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti ġew imħabbra miżuri biex jissaħħaħ il-qafas regolatorju għad-drittijiet tal-passiġġieri. F’dak il-kuntest, l-istrateġija osservat li d-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE għandhom jiġu implimentati aħjar u b’mod aktar ċar kemm għat-trasportaturi kif ukoll għall-passiġġieri u li dawn għandhom joffru assistenza adegwata, rimborż, possibbilment kumpens meta jkun hemm interruzzjonijiet, u sanzjonijiet xierqa jekk ir-regoli ma jiġux applikati kif suppost. Il-Kummissjoni ħabbret li se tikkunsidra għażliet u benefiċċji biex tkompli b’qafas multimodali għad-drittijiet tal-passiġġieri li jkun simplifikat, aktar konsistenti u armonizzat.

Il-vjaġġi multimodali jseħħu meta l-passiġġieri jikkombinaw mill-inqas żewġ mezzi tat-trasport kollettiv biex jilħqu d-destinazzjoni finali, bħal titjira ma’ servizz ferrovjarju, jew servizz ferrovjarju ma’ servizz tal-kowċ. L-ewwel nett, l-ivvjaġġar multimodali tipikament jinvolvi vjaġġar b’għadd ta’ biljetti separati li l-passiġġieri jixtru individwalment (biljetti tal-“kategorija C”). Barra minn hekk, xi intermedjarji jiġbru biljetti separati bħal dawn flimkien fi prodott multimodali fuq inizjattiva tagħhom stess u jbigħuh bħala tali lill-passiġġieri fi tranżazzjoni kummerċjali waħda (biljetti tal-“kategorija B”). Fl-aħħar nett, għadd limitat ta’ trasportaturi joffru wkoll vjaġġi multimodali bħala kuntratt ta’ ġarr uniku (biljett tal-“kategorija A”). Huwa stmat li fl-2019, 91 miljun passiġġier użaw vjaġġi multimodali, u dan l-għadd huwa mistenni li jikber għal 103,6 miljun fl-2030 u għal 150,9 miljun fl-2050. Espressi bħala sehem tal-għadd totali tal-passiġġieri, il-passiġġieri multimodali huma stmati li se jiżdiedu minn 0,7 % fl-2019 għal 0,8 % sal-2050.

Illum, filwaqt li l-passiġġieri li jivvjaġġaw b’mezz tat-trasport kollettiv wieħed biss (jiġifieri bl-ajru, bil-ferrovija, bix-xarabank jew bil-vapur biss) igawdu drittijiet f’każ ta’ interruzzjonijiet fl-ivvjaġġar 2 , mhumiex intitolati għall-istess drittijiet meta jaqilbu għal mezz ieħor bħala parti mill-vjaġġ tagħhom. Dan jimplika li lanqas ma hemm qafas ċar għad-determinazzjoni tal-obbligi u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-fornituri differenti tas-servizzi tal-ivvjaġġar involuti fi vjaġġ multimodali. L-oqfsa legali nazzjonali ġeneralment ma jinkludux dispożizzjonijiet li jkopru t-trasport multimodali, lanqas. Barra minn hekk, l-offerta attwali tal-assigurazzjonijiet tal-ivvjaġġar għall-vjaġġi multimodali għadha limitata. Għalhekk, id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest ta’ vjaġġi multimodali jiddependu fuq it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt(i) speċifiku/speċifiċi tat-trasport.

Konsegwentement, il-passiġġieri ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-estent tad-drittijiet tagħhom qabel u matul l-ivvjaġġar multimodali u ma jingħatawx informazzjoni fħin reali dwar l-interruzzjonijiet possibbli tal-ivvjaġġar u twissijiet ta’ sigurtà meta jkollhom bżonn jaqilbu bejn mezz u ieħor. Barra minn hekk, huma jistgħu jġarrbu trattament differenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet kuntrattwali u t-tariffi għall-vjaġġi multimodali abbażi tan-nazzjonalità tagħhom jew tal-post tal-istabbiliment tat-trasportatur jew tal-intermedjarju. Barra minn hekk, dawk il-passiġġieri ma jirċevux assistenza (eż. rimborż, ridirezzjonar tar-rotta, akkomodazzjoni, ikliet u xorb) matul il-vjaġġ tagħhom f’każ ta’ interruzzjoni fl-ivvjaġġar li sseħħ meta jaqilbu bejn il-mezzi tat-trasport. Barra minn hekk, il-passiġġieri isibu diffikultajiet biex jilmentaw mat-trasportaturi u ma’ atturi rilevanti possibbli oħra (eż. operaturi tat-terminals, bejjiegħa tal-biljetti) dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni jew ta’ assistenza, u lanqas ma għandhom ċarezza dwar liema awtorità nazzjonali għandhom jikkuntattjaw f’każijiet bħal dawn. Dan in-nuqqas ta’ awtorità nominata speċifikament iwassal ukoll għal inċertezza dwar l-infurzar tal-informazzjoni lill-passiġġieri u tal-assistenza tagħhom waqt l-ivvjaġġar multimodali. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ assistenza lill-passiġġieri meta jibdlu l-mezzi jinkludu t-telf tal-konnessjonijiet u tal-flus għaċ-ċittadini u deċiżjonijiet preġudikati miċ-ċittadini fir-rigward ta’ soluzzjonijiet inqas sostenibbli / favorevoli għall-klima u għall-ambjent.

In-nuqqas ta’ regoli għall-vjaġġi multimodali jfisser ukoll li l-persuni b’diżabilità u l-persuni b’mobilità mnaqqsa (PMM) ma jkunux intitolati għal kwalunkwe assistenza partikolari skont id-dritt tal-UE meta jaqilbu bejn il-mezzi tat-trasport, inkluż f’punti ta’ konnessjoni multimodali bħal ċentri tat-trasport bl-ajru u bil-ferrovija. Fin-nuqqas ta’ tali assistenza, ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza ta’ vvjaġġar bla xkiel bħal dik ta’ passiġġieri oħra.

Għalhekk, l-għanijiet ta’ din il-proposta huma li jiġu żgurati:

in-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport u l-forniment tal-biljetti;

l-informazzjoni minima u preċiża li għandha tingħata f’format aċċessibbli u f’waqtha lill-passiġġieri;

id-drittijiet tal-passiġġieri f’każ ta’ interruzzjoni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ konnessjoni mitlufa bejn mezzi differenti ta’ trasport;

in-nondiskriminazzjoni kontra l-persuni b’diżabilità u l-persuni b’mobilità mnaqqsa u l-assistenza għalihom;

id-definizzjoni u l-monitoraġġ tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi;

it-trattament tal-ilmenti;

ir-regoli ġenerali dwar l-infurzar.

Din l-inizjattiva hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-2023 tal-Kummissjoni skont l-Anness II (inizjattivi REFIT), taħt l-intestatura “Ekonomija għas-Servizz tan-Nies”. 

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Id-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri diġà jgħolli l-istandards tal-protezzjoni għall-passiġġieri meta jivvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija, bil-baħar u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, bix-xarabank u bil-kowċ. B’mod partikolari, dawn ir-Regolamenti jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni u l-assistenza għall-passiġġieri li japplikaw għal kull wieħed minn dawn il-mezzi tat-trasport meqjusa separatament. Din il-proposta għandha l-għan li tikkomplementa dawn ir-regoli eżistenti billi tiżgura li l-passiġġieri jgawdu minn livell simili ta’ protezzjoni meta jaqilbu bejn dawn il-mezzi tat-trasport matul vjaġġ.

Din il-proposta hija konsistenti mal-proposta li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (UE) Nru 1177/20, (UE) Nru 181/2011 u (UE) 2021/782 fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni 3 . Ir-regoli dwar l-applikazzjoni u l-infurzar aħjar tar-regoli tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri f’dan ir-Regolament huma allinjati bis-sħiħ ma’ dak ir-Regolament.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija konsistenti mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 dwar is-Servizzi ta’ Informazzjoni dwar l-Ivvjaġġar Multimodali (MMTIS) 4 . Dan ir-Regolament jirrikjedi li d-detenturi tad-data (eż. l-awtoritajiet tat-trasport, l-operaturi tat-trasport u l-maniġers tal-infrastruttura) jagħmlu d-data dwar in-networks tat-trasport (inkluża d-data dwar is-servizzi tat-trasport bħall-iskedi ta’ żmien u s-sigħat ta’ tħaddim) aċċessibbli għall-utenti tad-data, permezz tal-punti ta’ aċċess nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri, meta d-data tkun disponibbli f’format diġitali li jinqara mill-magni. Huwa konsistenti wkoll mal-proposta għar-reviżjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 5 . Din ir-reviżjoni testendi dan ir-rekwiżit billi żżid gradwalment, minn Diċembru 2025 sa Diċembru 2028, tipi ta’ data dinamika bħall-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq f’ħin reali. Dan huwa ta’ importanza essenzjali għal din il-proposta rigward l-informazzjoni f’ħin reali lill-passiġġieri dwar l-interruzzjonijiet fl-ivvjaġġar meta jaqilbu bejn il-mezzi. L-emenda proposta tad-Direttiva dwar l-ITS se sservi ta’ appoġġ ulterjuri. 6 Din l-emenda għandha tiżgura li l-applikazzjonijiet tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq jippermettu l-integrazzjoni bla xkiel ma’ mezzi oħra ta’ trasport, bħall-mobilità ferrovjarja jew il-mobilità attiva, u b’hekk jiffaċilitaw il-bidla għal dawk il-mezzi kull meta jkun possibbli, biex jittejbu l-effiċjenza u l-aċċessibbiltà.

Din il-proposta hija konsistenti wkoll mal-Komunikazzjoni dwar spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobilità (EMDS), li tiddeskrivi d-direzzjoni proposta għall-ħolqien ta’ spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobilità, inklużi l-objettivi, il-karatteristiċi ewlenin, il-miżuri ta’ appoġġ u l-istadji importanti tiegħu. L-objettiv tiegħu huwa li jiffaċilita l-aċċess, l-akkomunament u l-kondiviżjoni tad-data minn sorsi tad-data eżistenti u futuri dwar it-trasport u l-mobilità. 7 Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni f’ħin reali f’kuntest ta’ minn negozju għal negozju (B2B), din il-proposta hija rilevanti wkoll fil-kuntest tal-proposta għal Att dwar id-Data, li jindirizza aspetti importanti tal-kondiviżjoni tad-data, bħall-kumpens, is-soluzzjoni tat-tilwim jew il-miżuri tekniċi ta’ protezzjoni. 8 Il-proposta dwar l-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea jista’ jkollha wkoll rwol fejn tintroduċi l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali. 9 Fid-dawl tal-benefiċċji f’termini ta’ sigurtà, konvenjenza u aċċessibbiltà, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għall-identifikazzjoni u għall-awtentikazzjoni f’xenarji tat-trasport multimodali, b’mod partikolari b’għajnuna għall-persuni vulnerabbli jew għall-persuni b’diżabilità.

Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li r-regoli dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar skont id-Direttiva (UE) 2015/2302 10 u l-proposta għar-reviżjoni tagħha 11 , huma konsistenti wkoll ma’ din il-proposta: Għalkemm it-tnejn jittrattaw l-ivvjaġġar, dawn jikkonċernaw żewġt iswieq separati. Filwaqt li din il-proposta – f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u l-proposta biex dawn jiġu emendati 12 – tittratta esklużivament is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri (eż. kombinament ta’ servizz ferrovjarju u servizz bix-xarabank), ir-regoli dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar ikopru kombinament ta’ servizzi tal-ivvjaġġar differenti offruti minn organizzatur wieħed (eż. pakkett li jikkombina titjira u akkomodazzjoni f’lukanda). Din il-proposta tiċċara wkoll li meta jirriżulta dritt għal rimborż skont id-Direttiva (UE) 2015/2302, din għandha tapplika minflok dan ir-Regolament fir-rigward tal-kuntratti multimodali uniċi. Barra minn hekk, tispeċifika wkoll li din id-Direttiva għandha tapplika meta organizzatur jikkombina servizzi tat-trasport għall-fini ta’ vjaġġ multimodali bħala parti minn pakkett.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

L-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) iservi bħala l-bażi legali għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata ma’ politika komuni tat-trasport. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 100(2) tat-TFUE, il-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet xierqa għat-trasport bil-baħar u bl-ajru. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 100(2) tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Id-drittijiet tal-passiġġieri għall-ivvjaġġar bl-ajru, bil-ferrovija, bix-xarabank u bil-kowċ (għal vjaġġi fuq distanzi twal), bil-baħar u bil-passaġġi fuq l-ilma interni diġà huma minquxa fid-dritt tal-UE, 13 u huwa biss it-trasport urban / fuq distanzi qosra tal-passiġġieri li fil-biċċa l-kbira tħalla fil-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri. Il-proposta attwali tfittex li tindirizza n-nuqqas tad-drittijiet għall-passiġġieri li jivvjaġġaw bl-użu ta’ kombinament ta’ dawn il-mezzi. Mingħajr l-armonizzazzjoni tar-regoli li jipproteġu lill-passiġġieri matul tali vjaġġi, it-trasportaturi, l-intermedjarji u l-maniġers taċ-ċentri multimodali jkollhom jaħdmu skont reġimi differenti. Il-passiġġieri jkunu soġġetti għal regoli diversi u jsibuha diffiċli biex ikunu jafu u jinsistu fuq id-drittijiet tagħhom. Barra minn hekk, diversi reġimi jistgħu japplikaw għal kuntratti ta’ trasport għal vjaġġi multimodali bejn l-Istati Membri. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-regoli nazzjonali, anki jekk wieħed jassumi li dawn joffru livell għoli ta’ protezzjoni lill-passiġġieri, ma jiksbux l-objettivi essenzjali tal-Unjoni u jistgħu saħansitra jisfrattaw il-kisba tagħhom. Fi ftit kliem, din l-inizjattiva tfittex li tindirizza lakuna fil-leġiżlazzjoni tal-UE li, jekk titħalla fil-livell nazzjonali, tista’ toħloq ir-riskju ta’ distorsjonijiet jew ta’ effetti konsegwenzjali negattivi. 

Proporzjonalità

Kif spjegat fid-dettall fil-Kapitolu 7 tal-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta, l-ebda waħda mill-għażliet ta’ politika ma tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-politika.

Għażla tal-istrument

Il-valutazzjoni tal-impatt uriet li huma meħtieġa miżuri regolatorji biex jintlaħaq l-objettiv tal-inizjattiva, li l-objettiv ewlieni tagħha huwa li jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni tal-passiġġieri fil-kuntest tal-ivvjaġġar multimodali. Ir-regoli stabbiliti minn din il-proposta għandhom jiġu applikati b’mod uniformi u effettiv fl-Unjoni Ewropea kollha. Regolament li jkun direttament applikabbli jidher li huwa l-aktar strument xieraq biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koerenti tal-miżuri previsti fl-Istati Membri kollha tal-UE, filwaqt li jitnaqqas ir-riskju ta’ distorsjoni fis-suq uniku, li tista’ jirriżulta minn differenzi fil-mod kif l-Istati Membri tal-UE jittrasponu r-rekwiżiti fid-dritt nazzjonali. L-UE diġà għażlet Regolament bħala strument legali biex jipproteġi d-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija, bix-xarabank u bil-kowċ, bil-baħar u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, rispettivament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Peress li bħalissa ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni, ma saret l-ebda evalwazzjoni ex post jew kontroll tal-idoneità.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Għall-valutazzjoni tal-impatt, il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati nġabar b’diversi mezzi, inkluż permezz ta’ konsultazzjoni pubblika miftuħa (OPC) u ta’ konsultazzjonijiet immirati minn kuntrattur estern permezz ta’ kwestjonarji, intervisti u sessjonijiet ta’ ħidma online. Intalbu kemm kontributi kwalitattivi (opinjonijiet, fehmiet, suġġerimenti) kif ukoll informazzjoni kwantitattiva (data, statistika).

Fost il-partijiet ikkonċernati kien hemm parteċipanti mill-industrija, gruppi li jirrappreżentaw lill-passiġġieri/konsumaturi, persuni b’diżabilità u persuni b’mobilità mnaqqsa (PMM), u awtoritajiet pubbliċi, jiġifieri dawk milquta mill-politika, dawk li japplikawha u dawk b’interess qawwi fiha. 14

Aspetti problematiċi

“Il-passiġġieri mhumiex protetti mid-drittijiet eżistenti meta jaqilbu bejn il-mezzi tat-trasport”: 89 minn 145 rispondent għall-kwestjonarju mmirat jaqblu ħafna jew jaqblu kemxejn li l-problema hija importanti, filwaqt li 26 rispondent ma jaqblux kompletament jew kemxejn ma jaqblux. Dawn tal-aħħar huma prinċipalment trasportaturi (għall-mezzi kollha) u l-organizzazzjonijiet umbrella tagħhom, li waqt l-intervisti u s-sessjoni ta’ ħidma ddedikata argumentaw li għadu kmieni wisq biex is-settur jiġi rregolat, peress li qafas leġiżlattiv jista’ jfixkel din l-industrija li minkejja li għadha sottożviluppata, hija emerġenti. Fl-OPC, 70 % (117 minn 166) tar-rispondenti qablu kemxejn/kompletament li l-problema hija importanti. Bi tweġiba għas-sejħa għall-evidenza, organizzazzjoni tal-passiġġieri sostniet li ċ-ċertezza li wieħed jasal fid-destinazzjoni trid dejjem tiġi garantita, anki fil-każ ta’ dewmien serju u indipendentement mill-mezz(i) tal-ivvjaġġar użat(i).

“Il-persuni b’diżabilità jew b’mobilità mnaqqsa (PMM) ma jingħatawx assistenza meta jaqilbu bejn il-mezzi tat-trasport”: 50 % (69 minn 138) tar-rispondenti jaqblu li din hija problema importanti, filwaqt li 16 % (22 minn 138) ma jaqblu xejn jew kemxejn ma jaqblux, 14 % (19 minn 138) huma newtrali u 20 % (28 minn 138) ma esprimew l-ebda opinjoni. Fl-OPC, 57 % (95 minn 167) tar-rispondenti jqisuha bħala problema importanti.

Objettivi tal-politika

71 % (101 minn 143) tar-rispondenti għall-kwestjonarju mmirat jaqblu mal-objettiv li jiġi propost qafas adegwat ta’ regoli għall-protezzjoni tal-passiġġieri li jesperjenzaw interruzzjonijiet fl-ivvjaġġar meta jaqilbu minn mezz tat-trasport għal ieħor, filwaqt li 11 % (16 minn 143) ma jaqblux ma’ dan l-objettiv. Fl-OPC, 63 % (104 minn 165) tar-rispondenti jivvalutaw ir-rilevanza tal-objettiv bħala għolja jew medja-għolja, filwaqt li 16 % (26 minn 165) jemmnu li r-rilevanza tiegħu hija baxxa/medja-baxxa.

   Miżuri ta’ politika

Il-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li wieġbu għall-kwestjonarju mmirat esprimew appoġġ għal miżura leġiżlattiva biex jiġi żgurat li t-trasportaturi u l-bejjiegħa tal-biljetti jgħatu informazzjoni addizzjonali lill-passiġġieri multimodali. Il-linji tal-ajru u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom indikaw li ma setgħux jiġu marbuta legalment li jgħatu informazzjoni li spiss ma jkollhomx (ħinijiet ta’ konnessjoni u vjaġġi ta’ konnessjoni) u indikaw li l-għoti ta’ informazzjoni f’ħin reali dwar l-interruzzjoni tal-vjaġġ mhuwiex fattibbli jekk il-passiġġieri jkunu bbukkjaw permezz ta’ bejjiegħ tal-biljetti. L-organizzazzjonijiet umbrella spjegaw li din il-miżura żżid il-kostijiet operazzjonali prinċipalment minħabba l-aġġornamenti meħtieġa tas-sistemi tal-IT li jappoġġaw l-arranġamenti ta’ prenotazzjoni u r-riżorsi addizzjonali meħtieġa biex tiġi identifikata l-informazzjoni rilevanti. Il-bejjiegħa tal-biljetti kienu inqas favur l-għoti ta’ informazzjoni f’ħin reali u sostnew li tali soluzzjoni tkun fattibbli biss jekk it-trasportaturi jkunu obbligati jikkondividu l-informazzjoni mal-intermedjarji.

Fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ dritt għall-passiġġieri li jiġu rimborżati jew għal ridirezzjonar tar-rotta tagħhom f’każ ta’ interruzzjoni fl-ivvjaġġar, il-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet tal-passiġġieri li wieġbu għall-istħarriġ immirat iddikjaraw li l-miżura leġiżlattiva tagħti kontribut qawwi ħafna jew qawwi, filwaqt li maġġoranza żgħira tat-trasportaturi bil-ferrovija, fuq l-ilma, bix-xarabank u bil-kowċ, jemmnu li l-miżura leġiżlattiva jkollha kontribut moderat jew żgħir. Kważi l-intermedjarji kollha li wieġbu għall-istħarriġ immirat qablu li l-miżura proposta jista’ jkollha kontribut qawwi, jekk tiġi implimentata bħala miżura leġiżlattiva, u dment li jkun hemm ftehimiet B2B b’responsabbiltajiet rispettivi. Fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ punt uniku ta’ kuntatt (single point of contact - SPC) għall-PMM f’ċentri multimodali tal-passiġġieri, rappreżentant wieħed tal-PMM waqt is-sessjoni ta’ ħidma ddedikata enfasizza li, peress li l-PMM jeħtieġu tipi differenti ta’ assistenza, ikun hemm wisq kwistjonijiet x’jitqiesu fid-definizzjoni tar-rwol / tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-SPC u esprima tħassib dwar jekk il-miżura kinitx liġi mhux vinkolanti. Organizzazzjoni tal-PMM li ġiet intervistata rrimarkat li l-SPC ikun ta’ għajnuna konsiderevoli għall-PMM biex jiksbu l-assistenza u informazzjoni rilevanti.    10 minn 17-il linja tal-ajru ddikjaraw li l-miżura kienet se tagħti kontribut qawwi (ħafna). Waqt is-sessjoni ta’ ħidma, il-linji tal-ajru u l-organizzazzjoni umbrella tagħhom esprimew l-appoġġ tagħhom għal dan, filwaqt li saħqu fuq l-importanza li jiġu stabbiliti kanali ċari ta’ komunikazzjoni u li jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi li għandhom jingħataw. Waħda mill-organizzazzjonijiet tal-linji tal-ajru intervistati argumentat li l-SPC għandu jkun l-operatur tat-terminal, bħal fil-każ tat-trasport bl-ajru. 6 mill-11-il maniġer tal-infrastruttura u tat-terminals li wieġbu għall-istħarriġ immirat jemmnu li l-miżura tikkontribwixxi (ħafna) lejn l-objettiv tal-politika.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Studju esploratorju

Il-Kummissjoni wettqet studju esploratorju dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest multimodali, li ġie ppubblikat fl-2019. 15 Ir-riżultati ta’ dan l-istudju ġew meqjusa, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-lakuni legali u tad-daqs tas-suq multimodali tal-passiġġieri. L-istudju josserva li l-approċċ orjentat lejn il-mezzi applikat fil-ħames Regolamenti eżistenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri jista’ potenzjalment iwassal għal lakuni legali u, b’mod ġenerali, għal kopertura insuffiċjenti tad-drittijiet tal-passiġġieri f’kuntest multimodali. Id-disponibbiltà tad-data tikkostitwixxi wkoll limitazzjoni f’termini kemm tal-kamp ta’ applikazzjoni kif ukoll tad-dettall tal-analiżi.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt kienet ibbażata fuq ir-riċerka u fuq l-analiżijiet magħmulin mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kkuntrattat ukoll konsulent estern u indipendenti biex jassisti l-valutazzjoni tal-impatt f’kompiti speċifiċi, jiġifieri l-valutazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika miftuħa u l-konsultazzjoni mmirata (permezz ta’ intervisti u ta’ sessjonijiet ta’ ħidma). L-istudju ta’ appoġġ estern se jiġi ppubblikat flimkien ma’ din il-proposta.

Valutazzjoni tal-impatt

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt tressaq lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) fis-7 ta’ Ġunju 2023. Sussegwentement, fis-7 ta’ Lulju 2023 l-RSB esprima opinjoni pożittiva b’riżervi. B’mod partikolari, huwa identifika għadd ta’ nuqqasijiet fir-rapport li għandhom x’jaqsmu mad-deskrizzjoni tal-iskala tal-problema u mal-kobor tal-konsegwenzi tagħha; mad-deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-għażliet u mal-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-għażla ppreferuta; kif ukoll mad-deskrizzjoni ġenerali tal-kostijiet amministrattivi u ta’ aġġustament bħala parti mill-valutazzjoni ta’ One In, One Out 16 . Dawn in-nuqqasijiet kollha ġew indirizzati fir-rapport finali tal-valutazzjoni tal-impatt li huwa mressaq flimkien ma’ din il-proposta, b’mod partikolari permezz ta’ deskrizzjoni mtejba tad-daqs tas-suq multimodali u tal-falliment attwali tas-suq fil-mitigazzjoni tal-problema; il-kobor tal-konsegwenzi tal-problema f’termini tan-nuqqas ta’ informazzjoni u tal-assistenza matul l-ivvjaġġar multimodali; il-benefiċċji f’termini ta’ ffrankar tal-kostijiet tal-iskariġġ għall-konsumaturi, it-trasportaturi, l-intermedjarji u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali; it-tqabbil tal-għażliet, inkluż fir-rigward tal-proporzjonalità; u l-klassifikazzjoni ta’ kostijiet ta’ darba għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ informazzjoni f’ħin reali u l-integrazzjoni tas-sistemi ta’ komunikazzjoni għall-passiġġieri multimodali bħala kostijiet ta’ aġġustament aktar milli kostijiet amministrattivi.

Il-miżuri ta’ politika inklużi fit-tliet għażliet ta’ politika li jindirizzaw il-problema 2 ta’ din il-valutazzjoni tal-impatt (“Protezzjoni insuffiċjenti tal-passiġġieri waqt vjaġġi multimodali”) huma differenzjati bejn it-tliet kategoriji ta’ biljetti (A-B-C) ippreżentati hawn fuq. It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi ħarsa ġenerali lejn l-għażliet ta’ politika differenti, filwaqt li tqis dawn il-kategoriji differenti ta’ biljetti.



Kategorija A

(Kuntratt uniku)

Kategorija B

(Biljetti separati kkombinati u mibjugħa mill-bejjiegħ tal-biljetti)

Kategorija C

(Biljetti separati fuq inizjattiva proprja tal-passiġġier)

PO 2.1

Informazzjoni ta’ qabel ix-xiri

(PM B.1)

Sett bażiku ta’ drittijiet tal-passiġġieri (PM B.3a)

Trattament tal-ilmenti mill-industrija u mill-NEBs

(PM B.7 & B.8)

Informazzjoni ta’ qabel ix-xiri

(PM B.1)

Trattament tal-ilmenti mill-industrija u mill-NEBs

(PM B.7 & B.8)

Informazzjoni ta’ qabel ix-xiri

(PM B.1)

Trattament tal-ilmenti mill-industrija u mill-NEBs

(PM B.7 & B.8)

PO 2.2

Informazzjoni ta’ qabel ix-xiri

(PM B.1)

Informazzjoni f’ħin reali

(PM B.2)

Sett bażiku ta’ drittijiet tal-passiġġieri (PM B.3a)

Punt Uniku ta’ Kuntatt

(PM B.5 & B.6)

Trattament tal-ilmenti mill-industrija u mill-NEBs

(PM B.7 & B.8)

Informazzjoni ta’ qabel ix-xiri

(PM B.1)

Informazzjoni f’ħin reali

(PM B.2)

Informazzjoni dwar in-natura separata tal-biljetti

(PM B.4a)

Punt Uniku ta’ Kuntatt

(PM B.5 & B.6)

Trattament tal-ilmenti mill-industrija u mill-NEBs

(PM B.7 & B.8)

Informazzjoni ta’ qabel ix-xiri

(PM B.1)

Punt Uniku ta’ Kuntatt

(PM B.5 & B.6)

Trattament tal-ilmenti mill-industrija u mill-NEBs

(PM B.7 & B.8)

PO 2.3

Informazzjoni ta’ qabel ix-xiri

(PM B.1)

Informazzjoni f’ħin reali

(PM B.2)

Sett imsaħħaħ ta’ drittijiet tal-passiġġieri

(PM B.3b)

Punt Uniku ta’ Kuntatt

(PM B.5 & B.6)

Trattament tal-ilmenti mill-industrija u mill-NEBs

(PM B.7 & B.8)

Informazzjoni ta’ qabel ix-xiri

(PM B.1)

Informazzjoni f’ħin reali

(PM B.2)

Informazzjoni dwar in-natura separata tal-biljetti

(PM B.4b)

Punt Uniku ta’ Kuntatt

(PM B.5 & B.6)

Trattament tal-ilmenti mill-industrija u mill-NEBs (PM B.7 & B.8)

Informazzjoni ta’ qabel ix-xiri

(PM B.1)

Punt Uniku ta’ Kuntatt

(PM B.5 & B.6)

Trattament tal-ilmenti mill-industrija u mill-NEBs

(PM B.7 & B.8)

Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li l-għażla ta’ politika PO 2.2 hija l-għażla ppreferuta. Il-valutazzjoni tal-impatt sabet li hija l-aktar għażla ta’ politika effiċjenti u effettiva, peress li tiżgura bilanċ ġust bejn l-effettività tal-intervent fil-kisba tal-objettiv li tiżdied il-protezzjoni tal-passiġġieri (inkluż il-PMM) fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali minn naħa waħda, u l-effiċjenza f’termini tal-kostijiet għall-industrija, min-naħa l-oħra, minħabba li dan is-suq qed jiġi żviluppat. Instab li l-PO 2.2 kienet ukoll l-aktar miżura proporzjonata u l-aktar koerenti f’termini tal-koerenza interna u esterna wkoll.

Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

L-inizjattiva tikkontribwixxi għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) #10 Tnaqqis tal-inugwaljanza fi ħdan u bejn il-pajjiżi (fir-rigward tal-passiġġieri b’diżabilità u mobilità mnaqqsa), #13 Azzjoni klimatika (drittijiet imsaħħa tal-passiġġieri jistgħu jinċentivaw lin-nies biex jużaw aktar it-trasport pubbliku minflok il-karozzi privati), u #16 Aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd u bini ta’ istituzzjonijiet effettivi, responsabbli u inklużivi (mezzi ta’ rimedju mtejba u aċċessibbli għall-passiġġieri u għodod aħjar għall-infurzar għall-amministrazzjoni).



Kontroll tal-konsistenza klimatika

Il-proposta hija konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima u fil-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2050 u tikkontribwixxi għall-kisba tal-SDG #13 Azzjoni klimatika kif imsemmi hawn fuq.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din l-inizjattiva hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-2023 tal-Kummissjoni skont l-Anness II (inizjattivi REFIT), taħt l-intestatura “Ekonomija għas-Servizz tan-Nies”. Għandha dimensjoni REFIT importanti f’termini tas-simplifikazzjoni tar-regoli għall-passiġġieri li jivvjaġġaw f’kuntest multimodali.

B’mod partikolari, hemm potenzjal qawwi ta’ simplifikazzjoni fl-informazzjoni mtejba dwar it-tip ta’ biljett li l-passiġġieri jkunu qed jivvjaġġaw bih waqt vjaġġ multimodali. Bħalissa, ma jkollhomx aċċess faċli għal tali informazzjoni, jekk tkun disponibbli. Il-passiġġieri multimodali jkollhom ukoll għodod ta’ rimedju mtejba permezz ta’ proċeduri għat-trattament tal-ilmenti fil-livell kemm tal-industrija kif ukoll tal-awtoritajiet nazzjonali, li jagħmluha aktar faċli għalihom li jasserixxu d-drittijiet tagħhom. Flimkien ma’ aktar drittijiet f’każ ta’ konnessjonijiet mitlufa bejn is-servizzi tat-trasport (rimborż jew ridirezzjonar tar-rotta), dan ifisser ukoll potenzjal ta’ ffrankar tal-kostijiet għall-passiġġieri. Għall-PMM b’mod partikolari, hemm ukoll potenzjal importanti ta’ effiċjenza fejn mhux biss ikollhom id-dritt għal assistenza bla ħlas meta jivvjaġġaw b’kuntratt multimodali uniku, iżda jkollhom ukoll il-possibbiltà li jirċievu assistenza koordinata meta jkunu qed jittrasferixxu f’ċentri multimodali (Punti Uniċi ta’ Kuntatt), fejn bħalissa jkollhom iressqu diversi talbiet għal assistenza lit-trasportaturi u lill-operaturi tat-terminals.

Il-proposta neċessarjament timplika oneru regolatorju minħabba li bħalissa ma hemm l-ebda regola li tipproteġi lill-passiġġieri li jagħmlu vjaġġi multimodali. Madankollu, hemm fattur mitiganti sinifikanti f’dan il-kuntest, speċjalment għall-operaturi tat-trasport, fejn diġà japplikaw il-biċċa l-kbira tal-miżuri fil-kuntest ta’ vjaġġi b’mezz uniku ta’ trasport (eż. rimborż jew ridirezzjonar tar-rotta, kura, assistenza għall-PMM) – s’issa ma ġietx ikkunsidrata biss il-parti tal-vjaġġ meta l-passiġġier ikun qed jaqleb bejn il-mezzi tat-trasport. Barra minn hekk, it-trasportaturi u l-intermedjarji li jikkwalifikaw bħala SMEs ikunu eżentati mir-regoli proposti dwar l-għoti ta’ informazzjoni f’ħin reali (l-Artikoli 5 u 6 tal-proposta).

L-impatt fuq il-kompetittività jew il-kummerċ internazzjonali tal-UE huwa mistenni li jkun fil-biċċa l-kbira newtrali.

Il-proposta tqis l-ambjent diġitali, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni f’ħin reali dwar eż. interruzzjonijiet u dewmien – li idealment titwassal ukoll b’mezzi ta’ komunikazzjoni diġitali – u r-regoli ssuġġeriti dwar it-trattament tal-ilmenti, fejn kemm il-kumpaniji kif ukoll il-korpi nazzjonali tal-infurzar jeħtieġ li jiżguraw li l-passiġġieri jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti kemm offline kif ukoll online. Il-proposta tqis ukoll il-preżenza dejjem akbar ta’ aġenti tal-ivvjaġġar online li jkunu lesti li joffru kombinament ta’ servizzi tat-trasport lill-passiġġieri prospettivi. Dan mhuwiex rifless biss f’termini ta’ regoli dwar il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, iżda wkoll fir-rigward tar-responsabilità tal-intermedjarji li jbigħu kombinament ta’ biljetti għal servizzi tat-trasport differenti.

Drittijiet fundamentali

L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-politiki tal-Unjoni jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. L-Artikolu 26 tal-Karta jappella għall-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità u jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali tagħhom, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità. It-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw f’kuntest multimodali fl-UE se jkompli jżid il-livell għoli ġenerali ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

L-obbligu li d-data personali tal-passiġġieri tiġi kondiviża għandu impatt fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 8 tal-Karta. Dan l-obbligu huwa meħtieġ u proporzjonat fid-dawl tal-objettiv li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti b’mod effettiv f’konformità mal-Artikolu 38 tal-Karta. Barra minn hekk, biex jiġu mmitigati aktar l-effetti fuq il-protezzjoni tad-data, jiġu implimentati salvagwardji għall-protezzjoni tad-data, jiġifieri l-limitazzjoni tal-fini u perjodu ċar ta’ żamma tad-data. Id-dispożizzjonijiet ulterjuri tal-proposta dwar l-użu tad-dettalji tal-passiġġieri jikkontribwixxu għar-rispett tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 8 tal-Karta billi jistabbilixxu b’mod ċar liema data personali tista’ tintuża għal finijiet speċifiċi (għall-informazzjoni, għar-rimborż u għar-ridirezzjonar tar-rotta lill-passiġġier kif ukoll għar-raġunijiet ta’ sikurezza u ta’ sigurtà) u b’liema kundizzjonijiet.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ din l-inizjattiva abbażi tal-indikaturi tal-progress imsemmija fil-Kapitolu 9 tal-Valutazzjoni tal-Impatt. 5 snin wara li tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni proposta, il-Kummissjoni se tevalwa jekk l-objettivi tagħha ntlaħqux.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030 17 ”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrazzjonalizza u tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar mingħajr ma timmina l-objettivi ta’ politika relatati. Din il-proposta hija konformi ma’ dawk l-għanijiet. Għalkemm toħloq obbligu ġdid għat-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi biex kull sentejn jippubblikaw rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi tagħhom b’indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni relatati mad-drittijiet tal-passiġġieri (eż. konnessjonijiet mitlufa, trattament tal-ilmenti, kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-persuni b’diżabilità), dawn ir-rapporti huma assolutament meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri. Fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, it-trasportaturi indikaw li huma diġà jiġbru d-data inkwistjoni, u l-frekwenza tar-rapportar (kull sentejn biss) intgħażlet biex il-kostijiet tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri jinżammu baxxi. Minbarra li huma sors siewi ta’ informazzjoni għall-NEBs b’riżorsi limitati biex iwettqu l-kompiti tagħhom ta’ monitoraġġ u ta’ infurzar, dawn ir-rapporti se jippermettu lill-passiġġieri jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar liema trasportatur jagħżlu abbażi tal-kwalità tal-prestazzjoni tiegħu u jistgħu jinkoraġġixxu wkoll il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi abbażi tal-kwalità tal-prestazzjoni tagħhom. Bl-istess mod, l-obbligu għal rapportar biennali mill-NEBs dwar l-azzjonijiet meħuda biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-Regolament u tal-istatistika rilevanti dwar eż. l-ilmenti, jippermetti lill-Kummissjoni fil-kompitu tagħha li tivverifika l-implimentazzjoni tar-Regolament.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-istruttura tar-Regolament hija ispirata mir-Regolamenti eżistenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, u b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2021/782 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji. Se jkun jikkonsisti mill-kapitoli ewlenin li ġejjin:

Kapitolu I: Dispożizzjonijiet Ġenerali

Il-Kapitolu I fih id-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament li jispeċifikaw is-suġġett u l-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet. Barra minn hekk, hija deskritta wkoll in-natura komplementari tal-proposta għad-dritt eżistenti tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

Kapitolu II: Kuntratti tat-trasport u informazzjoni

Il-Kapitolu II fih dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti tat-trasport u l-informazzjoni lill-passiġġieri mit-trasportaturi, mill-intermedjarji u mill-maniġers taċ-ċentri multimodali. Il-Kapitolu jiddeskrivi l-informazzjoni li għandha tingħata lill-passiġġieri qabel u matul il-vjaġġ tagħhom (f’ħin reali), u l-modalitajiet għall-iskambju u għall-kooperazzjoni dwar il-kwistjoni bejn it-tipi differenti ta’ impriżi involuti.

Kapitolu III: Responsabilità fil-każ ta’ konnessjonijiet mitlufa

Il-Kapitolu III fih dispożizzjonijiet dwar l-assistenza tal-passiġġieri (rimborż, ridirezzjonar tar-rotta, kura) li jkollhom kuntratt multimodali uniku fil-każ ta’ konnessjoni mitlufa ta’ servizz ta’ trasport sussegwenti. Barra minn hekk, il-Kapitolu jispjega l-proċess ta’ rimborż fejn tali kuntratt ikun inkiseb permezz ta’ intermedjarju. Jiċċara wkoll ir-responsabilità tat-trasportaturi u tal-intermedjarji li joffru biljetti multimodali kkombinati. Fl-aħħar nett, jintroduċi formola komuni għal talbiet għal rimborż u kumpens.

Kapitolu IV: Persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa

Il-Kapitolu IV jiddeskrivi r-regoli għall-protezzjoni u għall-assistenza tal-persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa (PMM) fil-kuntest tal-ivvjaġġar multimodali. Minbarra li jagħti dettalji dwar id-dritt għat-trasport u l-assistenza tal-PMM li jkollhom kuntratt multimodali uniku, il-Kapitolu jintroduċi l-istabbiliment ta’ Punti Uniċi ta’ Kuntatt fiċ-ċentri multimodali tal-passiġġieri. Dawn iċ-ċentri jikkorrispondu għaċ-ċentri multimodali tal-passiġġieri li jridu jiġu żviluppati f’kull nodu urban tan-network TEN-T sal-2030 skont il-proposta għal Regolament dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport. 18

Kapitolu V: Kwalità tas-servizzi u lmenti

Il-Kapitolu V fih regoli dwar il-kwalità tas-servizzi u dwar it-trattament tal-ilmenti mit-trasportaturi, mill-intermedjarji u mill-maniġers taċ-ċentri multimodali.

Kapitolu VI: Informazzjoni u infurzar

Il-Kapitolu VI fih dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom kif ukoll l-infurzar tar-Regolament. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, dan jinkludi regoli dwar in-nomina ta’ korp nazzjonali tal-infurzar, l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mill-impriżi rilevanti mal-korpi nazzjonali tal-infurzar u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Kapitolu VII: Dispożizzjonijiet finali

Il-Kapitolu VII fih dispożizzjonijiet fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar u l-proċedura tal-kumitat.

Annessi

L-Anness I jistabbilixxi l-lista ta’ nodi urbani fejn jeħtieġ li jiġu stabbiliti u operati ċ-ċentri multimodali tal-passiġġieri u l-Punti Uniċi ta’ Kuntatt korrispondenti.

L-Anness II fih l-istandards minimi tal-kwalità tas-servizzi li t-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi u l-maniġers taċ-ċentri multimodali jeħtieġ li jirrispettaw.

2023/0436 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 19 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 20 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri 21 tejbet b’mod sinifikanti l-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru, bil-baħar u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, bix-xarabank u bil-kowċ, u bil-ferrovija meta l-pjanijiet tal-ivvjaġġar tagħhom jiġu interrotti minn dewmien twil u minn kanċellazzjonijiet.

(2)Madankollu, l-implimentazzjoni tad-drittijiet stabbiliti u protetti skont dawk ir-Regolamenti żvelat nuqqasijiet għall-passiġġieri li jwettqu jew li beħsiebhom iwettqu vjaġġ li jinvolvi kombinament ta’ mezzi tat-trasport, u b’hekk ma jkunx jista’ jiġi realizzat il-potenzjal sħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri.

(3)Fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport, huwa importanti li d-drittijiet tal-passiġġieri li jibdlu l-mezzi tat-trasport jiġu ssalvagwardjati sabiex jiġi assistit l-iżvilupp tal-ivvjaġġar multimodali u tittejjeb l-għażla għall-passiġġieri f’termini ta’ għażliet tal-ivvjaġġar.

(4)L-istandards ta’ protezzjoni tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (UE) 2021/782, (UE) Nru 1177/2010 u (UE) Nru 181/2011 għall-ivvjaġġar bl-użu ta’ mezz wieħed ta’ trasport għalhekk jenħtieġ li jiġu estiżi biex ikopru d-drittijiet tal-passiġġieri li jaqilbu bejn mezz u ieħor u biex jiġi żgurat li l-impriżi li huma involuti fi vjaġġ multimodali joperaw skont regoli armonizzati.

(5)Jenħtieġ li tingħata protezzjoni legali għall-passiġġieri li jwettqu vjaġġi multimodali meta ma jkun hemm l-ebda leġiżlazzjoni settorjali speċifika tal-Unjoni dwar il-kwistjoni.

(6)Id-drittijiet għall-passiġġieri li jwettqu vjaġġi multimodali stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementaw il-protezzjoni li dawk l-istess passiġġieri diġà jgawdu skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi skont dik il-leġiżlazzjoni.

(7)Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal kuntratti multimodali uniċi meta dawn ikunu parti minn pakkett u jirriżulta dritt għal rimborż skont id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 . Fid-dawl tal-protezzjoni għall-passiġġieri prevista skont dik id-Direttiva, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax ukoll għall-biljetti multimodali kkombinati meta jkunu kkombinati minn organizzatur bħala parti minn pakkett.

(8)L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tiġi pprojbita d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tal-passiġġier jew tal-post tal-istabbiliment fl-Unjoni tat-trasportatur jew tal-intermedjarju meta t-trasportaturi jew l-intermedjarji joffru kundizzjonijiet kuntrattwali u tariffi għal vjaġġi multimodali lill-pubbliku ġenerali. Jenħtieġ li t-tariffi soċjali ma jiġux ipprojbiti, dment li tali miżuri jkunu proporzjonati u indipendenti min-nazzjonalità tal-passiġġier ikkonċernat. Fid-dawl tal-iżvilupp tal-pjattaformi online li jbigħu biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali biex jiżguraw li ma sseħħ l-ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tal-passiġġier jew tal-post tal-istabbiliment fl-Unjoni tat-trasportatur jew tal-intermedjarju matul il-proċess tal-aċċess għall-interfaċċi online jew tax-xiri tal-biljetti. Barra minn hekk, irrispettivament minn kif jinxtara ċertu tip ta’ biljett, jenħtieġ li l-livell ta’ protezzjoni tal-passiġġier ikun l-istess.

(9)Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-trasportaturi u l-intermedjarji li joffru kuntratti ta’ trasport għall-fini ta’ vjaġġ multimodali jinfurmaw lill-passiġġier dwar it-tip ta’ biljett jew tal-biljetti assoċjati ma’ dak il-vjaġġ u d-drittijiet korrispondenti tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-konnessjonijiet mitlufa.

(10)L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, inkluża d-data f’ħin reali, jiffaċilita l-ivvjaġġar multimodali u jipprovdi lill-passiġġieri b’firxa usa’ ta’ possibbiltajiet ta’ vvjaġġar. F’dan ir-rigward, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 23 jistabbilixxi l-aċċessibbiltà ta’ tali data ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u dwar it-traffiku għall-Punti ta’ Aċċess Nazzjonali, sabiex jiġi żgurat li l-bejjiegħa tal-biljetti jkunu jistgħu jinfurmaw lill-passiġġieri qabel u matul il-vjaġġ tagħhom. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe oneru bla bżonn għat-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament biex jipprovdu informazzjoni dwar l-ivvjaġġar lil trasportaturi u lil intermedjarji oħra li jbigħu s-servizzi tagħhom sa fejn jipprovdu din id-data lil tali Punti ta’ Aċċess Nazzjonali.

(11)It-trasportaturi u l-intermedjarji li huma intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 24 spiss ikollhom riżorsi limitati, li jistgħu jirrestrinġu l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ teknoloġiji ġodda. Għalhekk, tali trasportaturi u intermedjarji jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni f’ħin reali lill-passiġġieri multimodali.

(12)Il-passiġġieri li jkollhom kuntratt multimodali uniku u li jitilfu l-konnessjoni minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta’ servizz preċedenti skont dak il-kuntratt jenħtieġ li jkunu jistgħu jew jiksbu rimborż tal-biljetti tagħhom jew jiksbu ridirezzjonar tar-rotta b’kundizzjonijiet sodisfaċenti, u jenħtieġ li jingħataw il-kura adegwata waqt li jkunu qed jistennew konnessjoni aktar tard.

(13)Meta kuntratt multimodali uniku jiġi bbukkjat permezz ta’ intermedjarju, l-intermedjarju u t-trasportatur kontraenti jenħtieġ li jinfurmaw lill-passiġġier dwar il-proċess ta’ rimborż. B’mod partikolari, it-trasportatur kontraenti jenħtieġ li jiddikjara pubblikament jekk jikkooperax ma’ intermedjarji għall-ipproċessar tar-rimborżi, u jekk iva, ma’ liema.

(14)L-informazzjoni korretta fir-rigward ta’ servizz tat-trasport multimodali hija essenzjali wkoll meta l-passiġġieri jixtru biljetti mingħand intermedjarji. Meta l-intermedjarji jbigħu biljetti separati għal servizzi tat-trasport differenti bħala pakkett fil-forma ta’ biljett multimodali kkombinat, jenħtieġ li jinfurmaw b’mod ċar lill-passiġġier li dawk il-biljetti ma joffrux l-istess livell ta’ protezzjoni bħal kuntratti multimodali uniċi u li dawk il-biljetti ma nħarġux bħala kuntratti multimodali uniċi mit-trasportatur jew mit-trasportaturi li jipprovdu s-servizz. Meta l-intermedjarji jonqsu milli jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit, ir-responsabilità tagħhom jenħtieġ li tinkludi r-rimborż tal-ammont tal-biljett u kumpens addizzjonali ekwivalenti għal 75 % ta’ dak l-ammont.

(15)Fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u biex il-persuni b’diżabilità u l-persuni b’mobilità mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għall-ivvjaġġar multimodali li jkunu komparabbli ma’ dawk ta’ ċittadini oħra, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għan-nondiskriminazzjoni u għall-assistenza waqt il-vjaġġ multimodali tagħhom. B’mod partikolari, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-għoti ta’ informazzjoni lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa rigward l-aċċessibbiltà tas-servizzi tat-trasport, il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-vetturi u l-faċilitajiet abbord meta jaqilbu l-mezzi. Jekk l-informazzjoni lill-persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa tingħata f’formati aċċessibbli, din jenħtieġ li tingħata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli bħar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882 25 . Fid-dawl tal-benefiċċji f’termini ta’ sigurtà, ta’ konvenjenza u ta’ aċċessibbiltà, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-użu tal-kartieri Ewropej tal-identità diġitali għall-identifikazzjoni u għall-awtentikazzjoni f’xenarji tat-trasport multimodali, b’mod partikolari b’għajnuna għall-persuni vulnerabbli jew għall-persuni b’diżabilità.

(16)Jenħtieġ li t-trasportaturi u l-maniġers taċ-ċentri multimodali jikkooperaw attivament mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabilità sabiex tittejjeb il-kwalità tal-aċċessibbiltà tas-servizzi tat-trasport. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-servizzi multimodali tal-passiġġieri għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa, jenħtieġ li l-Istati Membri, it-trasportaturi u l-maniġers tat-terminals jistabbilixxu Punti Uniċi ta’ Kuntatt nazzjonali biex jikkoordinaw l-informazzjoni u l-assistenza f’ċentri multimodali tal-passiġġieri f’ċerti nodi urbani ewlenin.

(17)Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jirrikjedu li t-trasportaturi u l-maniġers tat-terminals jistabbilixxu Punti Uniċi ta’ Kuntatt nazzjonali biex jikkoordinaw l-informazzjoni u l-assistenza f’ċentri multimodali addizzjonali tal-passiġġieri.

(18)It-trasportaturi u l-maniġers tat-terminals jenħtieġ li jiddefinixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizzi għas-servizzi multimodali tal-passiġġieri, jamministrawhom u jimmonitorjawhom. It-trasportaturi jenħtieġ li jagħmlu wkoll pubblikament disponibbli informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom.

(19)Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwawx id-drittijiet tal-passiġġieri biex iressqu lment ma’ korp nazzjonali jew biex ifittxu rimedju legali permezz ta’ proċeduri nazzjonali.

(20)Sabiex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fit-trasport multimodali, jenħtieġ li jkun meħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw korpi nazzjonali tal-infurzar biex isegwu mill-qrib l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex jinfurzawh fil-livell nazzjonali. Dawk il-korpi jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu diversi miżuri ta’ infurzar. Il-passiġġieri jenħtieġ li jkunu jistgħu jilmentaw ma’ dawk il-korpi, jew ma’ kwalunkwe korp ieħor nominat minn Stat Membru għal dan l-għan, dwar allegat ksur tar-Regolament. Ta’ min jinnota li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinnominaw korp nazzjonali tal-infurzar li jkun nominat ukoll bħala l-korp responsabbli għall-infurzar ta’ regoli oħra tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

(21)L-ipproċessar tad-data personali jenħtieġ li jsir skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 26 B’mod partikolari, kwalunkwe proċessar ta’ data personali jrid isir f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament. Ta’ min jinnota wkoll li l-obbligi li tingħata informazzjoni lill-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom huma mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kontrollur li jipprovdi informazzjoni lis-suġġett tad-data skont l-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(22)Sabiex jiġi żgurat li passiġġier jirċievi informazzjoni tal-ivvjaġġar dwar vjaġġ multimodali, kemm qabel kif ukoll waqt dak il-vjaġġ, tista’ tkun meħtieġa l-kondiviżjoni tad-dettalji ta’ kuntatt tal-passiġġier mat-trasportatur. It-trasportatur jista’ juża dawn id-dettalji ta’ kuntatt esklużivament għall-fini li jissodisfa l-obbligu ta’ informazzjoni skont dan ir-Regolament u biex jissodisfa l-obbligi tat-trasportatur skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà. Jenħtieġ li din id-data personali ma tiġi pproċessata għall-ebda fini ieħor u jenħtieġ li titħassar fi żmien 72 siegħa wara t-tlestija tal-kuntratt ta’ ġarr sakemm iż-żamma ulterjuri tad-dettalji ta’ kuntatt ma tkunx ġustifikata biex jiġu ssodisfati l-obbligi fir-rigward tad-dritt tal-passiġġier għar-ridirezzjonar tar-rotta, għal rimborż jew għal kumpens. 

(23)Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(24)Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp tas-suq tal-Unjoni għat-trasport multimodali tal-passiġġieri u l-istabbiliment tad-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest ta’ vjaġġi multimodali, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(25)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 27 Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-formoli komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens.

(26)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 21, 26, 38 u 47 li jikkonċernaw, rispettivament, il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni, l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità, l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust. Dan ir-Regolament irid jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’rispett sħiħ ta’ dawn id-drittijiet u prinċipji,

(27)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u ta l-opinjoni tiegħu fi […].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli applikabbli għat-trasport multimodali fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)in-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport u l-forniment tal-biljetti;

(b)informazzjoni lill-passiġġieri;

(c)id-drittijiet tal-passiġġieri f’każ ta’ interruzzjoni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ konnessjoni mitlufa bejn mezzi differenti ta’ trasport;

(d)in-nondiskriminazzjoni kontra l-persuni b’diżabilità u l-persuni b’mobilità mnaqqsa u l-assistenza għalihom;

(e)id-definizzjoni u l-monitoraġġ tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi;

(f)it-trattament tal-ilmenti;

(g)ir-regoli ġenerali dwar l-infurzar;

(h)il-penali.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġi multimodali, li s-servizzi kollha tat-trasport ikkonċernati tagħhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri 28 , offruti mit-trasportaturi jew mill-intermedjarji lill-passiġġieri fil-forma ta’:

(a)kuntratt multimodali uniku,

(b)biljett multimodali kkombinat,

(c)biljetti multimodali separati.

2.Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasportaturi, għall-intermedjarji u għall-maniġers tat-terminals. Għandu japplika wkoll għall-maniġers taċ-ċentri multimodali li joperaw Punti Uniċi ta’ Kuntatt f’ċentri multimodali tal-passiġġieri fin-nodi urbani elenkati fl-Anness I.

3.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli li ġejjin stabbiliti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola aspetti oħra tal-protezzjoni tal-passiġġieri, u jikkomplementa dik il-protezzjoni:

(a)il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri;

(b)il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta 29 ;

(c)il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur 30 .

4.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal biljetti multimodali kkombinati meta jkunu kkombinati minn organizzatur bħala parti minn pakkett skont id-Direttiva (UE) 2015/2302 31 .

5.L-Artikolu 7(1)(a) għandu japplika għall-passiġġieri li l-kuntratti multimodali uniċi tagħhom jiffurmaw parti minn pakkett, għajr meta jirriżulta f’dritt għal rimborż skont id-Direttiva (UE) 2015/2302 32 .

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 

(1)“vjaġġ multimodali” tfisser vjaġġ ta’ passiġġier minn punt tat-tluq sa destinazzjoni finali li jkopri mill-inqas żewġ servizzi tat-trasport u mill-inqas żewġ mezzi tat-trasport;

(2)“trasportatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, għajr intermedjarju, li toffri servizzi tat-trasport lill-pubbliku ġenerali, inklużi:

(a)trasportaturi tal-ajru li joperaw, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (b) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004;

(b)impriżi ferrovjarji, kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 2021/782;

(c)trasportaturi, kif definit fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010;

(d)trasportaturi, kif definit fl-Artikolu 3(e) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011;

(3)“bejjiegħ tal-biljetti” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, minbarra trasportatur, li taġixxi f’isem trasportatur jew passiġġier għall-konklużjoni ta’ kuntratti tat-trasport;

(4)“intermedjarju” tfisser bejjiegħ tal-biljetti jew organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut kif definit fl-Artikolu 3, il-punti (8) u (9) rispettivament tad-Direttiva (UE) 2015/2302 għajr trasportatur;

(5)“biljett” tfisser evidenza valida, irrispettivament mill-forma tiegħu, tal-konklużjoni ta’ kuntratt tat-trasport;

(6)“kuntratt tat-trasport” tfisser kuntratt ta’ ġarr bejn trasportatur u passiġġier għall-forniment ta’ servizz tat-trasport wieħed jew aktar;

(7)“kuntratt multimodali uniku” tfisser kuntratt tat-trasport għal vjaġġ multimodali li jkun fih servizzi tat-trasport suċċessivi operati minn trasportatur wieħed jew aktar;

(8)“biljett multimodali kkombinat” tfisser biljett jew biljetti għal vjaġġ multimodali li jirrappreżentaw kuntratti tat-trasport separati li huma kkombinati minn trasportatur jew minn intermedjarju fuq inizjattiva tiegħu stess, u li jinxtraw permezz ta’ pagament uniku mill-passiġġier;

(9)“biljetti multimodali separati” tfisser biljetti għal vjaġġ multimodali li jirrappreżentaw kuntratti tat-trasport separati li huma offruti flimkien minn trasportatur jew minn intermedjarju, u li jinxtraw permezz ta’ pagamenti separati mill-passiġġier;

(10)“servizz tat-trasport” tfisser servizz tat-trasport tal-passiġġieri li jopera bejn terminals skont skeda ta’ żmien, inkluż is-servizzi tat-trasport offruti għar-ridirezzjonar tar-rotta;

(11)“korp ta’ tmexxija tal-ajruport” tfisser korp kif definit fil-punt (f) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006;

(12)“ajruport” tfisser ajruport kif definit fil-punt (j) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006;

(13)“amministratur tal-istazzjon ferrovjarju” tfisser amministratur tal-istazzjon kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 2021/782;

(14)“stazzjoni” tfisser stazzjon kif definit fl-Artikolu 3(22) tar-Regolament (UE) Nru 2021/782;

(15)“terminal tal-port” tfisser terminal kif definit fl-Artikolu 3(k) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010;

(16)“operatur tat-terminal tal-port” tfisser operatur tat-terminal kif definit fl-Artikolu 3(s) tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010;

(17)“terminal tax-xarabank jew tal-kowċ” tfisser terminal kif definit fl-Artikolu 3(m) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011;

(18)“korp ta’ tmexxija ta’ terminal tax-xarabank” tfisser entità kif definita fl-Artikolu 3(o) tar-Regolament (UE) Nru 181/2011;

(19)“terminal” tfisser ajruport, stazzjon tal-ferrovija, terminal tal-port jew terminal tax-xarabank jew tal-kowċ;

(20)“maniġer tat-terminal” tfisser korp ta’ tmexxija tal-ajruport, amministratur tal-istazzjon, operatur ta’ terminal tal-port jew korp ta’ tmexxija ta’ terminal tax-xarabank

(21)“ċentru multimodali tal-passiġġieri” tfisser punt ta’ konnessjoni bejn mill-inqas żewġ mezzi tat-trasport għall-passiġġieri, fejn jiġu żgurati l-aċċess għat-trasport pubbliku u t-trasferimenti bejn mezz u ieħor, inklużi l-istazzjonijiet tal-Park and Ride u l-mezzi attivi, u li jaġixxu bħala interfaċċa bejn in-nodi urbani u n-networks tat-trasport fuq distanzi itwal;

(22)“maniġer taċ-ċentru multimodali” tfisser maniġer tat-terminal responsabbli għall-ġestjoni ta’ ċentru multimodali tal-passiġġieri;

(23)“konnessjoni mitlufa waqt vjaġġ multimodali” tfisser sitwazzjoni fejn passiġġier jitlef servizz tat-trasport wieħed jew aktar waqt vjaġġ multimodali, minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta’ servizz tat-trasport preċedenti wieħed jew aktar, jew it-tluq ta’ servizz tat-trasport qabel il-ħin tat-tluq skedat;

(24)“persuna b’diżabilità” u “persuna b’mobilità mnaqqsa” tfisser kwalunkwe persuna li għandha indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorju, permanenti jew temporanju li, meta tiltaqa’ ma’ diversi ostakli, jista’ jxekkilha milli tuża t-trasport b’mod sħiħ u effettiv bħall-passiġġieri l-oħra jew li l-mobilità tagħha meta tuża t-trasport tonqos minħabba l-età;

(25)“intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju” jew “SMEs” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014;

KAPITOLU II

KUNTRATTI TAT-TRASPORT U INFORMAZZJONI

Artikolu 4

Kundizzjonijiet kuntrattwali u tariffi nondiskriminatorji

1.Mingħajr preġudizzju għat-tariffi soċjali, it-trasportaturi jew l-intermedjarji għandhom joffru kundizzjonijiet kuntrattwali u tariffi għal vjaġġi multimodali lill-pubbliku ġenerali mingħajr diskriminazzjoni diretta jew indiretta abbażi tan-nazzjonalità tal-passiġġier jew tal-post tal-istabbiliment fi ħdan l-Unjoni tat-trasportatur jew tal-intermedjarju.  

2.It-tariffi soċjali għandhom ikunu aċċettabbli dment li ma jiddiskriminawx abbażi tan-nazzjonalità tal-passiġġier.

Artikolu 5

Informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għall-passiġġieri

1.It-trasportaturi u l-intermedjarji li joffru kuntratti tat-trasport f’isem trasportatur wieħed jew aktar għandhom jipprovdu lill-passiġġier b’informazzjoni qabel ix-xiri dwar jekk il-biljett jew il-biljetti offruti għal vjaġġ multimodali jikkostitwixxux kuntratt multimodali uniku, biljett multimodali kkombinat jew biljetti multimodali separati, kif ukoll dwar id-drittijiet assoċjati mat-tip ta’ kuntratt jew ta’ biljett. 

2.Qabel ix-xiri, it-trasportaturi u l-intermedjarji li joffru kuntratti tat-trasport f’isem trasportatur wieħed jew aktar għall-fini ta’ vjaġġ multimodali għandhom jipprovdu lill-passiġġier bi gwida ġenerali dwar il-ħinijiet minimi ta’ konnessjoni bejn it-tipi differenti ta’ servizzi tat-trasport offruti fi vjaġġ multimodali.

3.Il-maniġers taċ-ċentri multimodali għandhom jipprovdu wkoll gwida ġenerali dwar il-ħinijiet minimi ta’ konnessjoni bejn it-tipi differenti ta’ servizzi tat-trasport li joperaw fiċ-ċentru multimodali.

4.It-trasportaturi u l-intermedjarji li joffru kuntratti tat-trasport f’isem trasportatur wieħed jew aktar għall-fini ta’ vjaġġ multimodali għandhom jipprovdu lill-passiġġier, bl-informazzjoni li ġejja qabel il-vjaġġ multimodali: 

(a)il-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt 

(b)l-iskedi ta’ żmien u l-kundizzjonijiet għall-vjaġġ l-aktar rapidu għall-vjaġġ multimodali; 

(c)l-iskedi ta’ żmien u l-kundizzjonijiet għat-tariffi kollha disponibbli għall-vjaġġ multimodali, b’enfasi fuq l-irħas tariffi; 

(d)interruzzjonijiet u dewmien li jaffettwaw il-vjaġġ multimodali, ippjanati u f’ħin reali; 

(e)proċeduri għat-tressiq tal-ilmenti skont l-Artikolu 18. 

5.Matul il-vjaġġ, it-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi u biljetti multimodali kkombinati u, fejn possibbli, l-intermedjarji li joffru biljetti multimodali kkombinati għandhom jipprovdu lill-passiġġier bl-informazzjoni li ġejja: 

(a)interruzzjonijiet u dewmien (ippjanati u f’ħin reali) 

(b)servizzi tat-trasport ta’ konnessjoni ewlenin; 

(c)kwistjonijiet ta’ sigurtà u ta’ sikurezza li jseħħu abbord is-servizz tat-trasport u fit-terminals. 

6.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandha tingħata bl-aktar format xieraq, inkluż billi jintużaw teknoloġiji xierqa tal-komunikazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tingħata f’format aċċessibbli.

7.L-informazzjoni lill-passiġġieri għandha tingħata wkoll b’mezzi elettroniċi, fejn ikun teknikament possibbli. Meta l-informazzjoni tingħata b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, it-trasportaturi u l-intermedjarji għandhom jiżguraw li l-passiġġier ikun jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ tali korrispondenza, fuq mezz li jservi għal żmien twil. Il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni għandhom jippermettu lill-passiġġier jikkuntattjahom malajr u jikkomunika b’mod effettiv.

8.Meta l-passiġġier ma jakkwistax kuntratt multimodali uniku direttament mingħand it-trasportatur, iżda permezz ta’ intermedjarju, dan l-intermedjarju għandu jipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-passiġġier u d-dettalji tal-prenotazzjoni lit-trasportaturi kkonċernati. It-trasportatur jista’ juża dawn id-dettalji ta’ kuntatt biss sa fejn ikun meħtieġ biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament biex jipprovdi informazzjoni, għoti ta’ kura, rimborż, ridirezzjonar tar-rotta u kumpens, u biex jissodisfa l-obbligi tat-trasportatur skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-sigurtà. It-trasportatur għandu jħassar id-dettalji ta’ kuntatt fi żmien 72 siegħa wara t-tlestija tal-kuntratt ta’ ġarr sakemm iż-żamma ulterjuri tad-dettalji ta’ kuntatt ma tkunx ġustifikata biex jiġu ssodisfati l-obbligi fir-rigward tad-dritt tal-passiġġier għar-ridirezzjonar tar-rotta, għal rimborż jew għal kumpens.

9.It-trasportaturi u l-intermedjarji li huma SMEs għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni f’ħin reali skont dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Aċċess għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għat-trasportaturi u għall-intermedjarji

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/782, it-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi għandhom jipprovdu lil trasportaturi u intermedjarji oħra li jbigħu l-kuntratti tagħhom b’aċċess għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar stabbilita fl-Artikolu 5(2) sa (5).

2.It-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi għandhom iqassmu din l-informazzjoni u jagħtu l-aċċess għaliha b’mod nondiskriminatorju u mingħajr dewmien żejjed. Talba ta’ darba għandha tkun biżżejjed biex jingħata aċċess kontinwu għall-informazzjoni. It-trasportatur li huwa obbligat jagħmel l-informazzjoni disponibbli f’konformità mal-paragrafu 1 jista’ jitlob il-konklużjoni ta’ kuntratt jew ta’ arranġament ieħor li abbażi tiegħu titqassam l-informazzjoni jew jingħata l-aċċess għaliha. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe kuntratt jew arranġament għall-użu tal-informazzjoni ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid tagħha. It-termini u l-kundizzjonijiet ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni. It-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi jistgħu jirrikjedu mingħand trasportaturi u intermedjarji oħra kumpens finanzjarju ġust, raġonevoli u proporzjonat għall-kostijiet imġarrba fl-għoti tal-aċċess.

3.L-informazzjoni għandha titqassam u l-aċċess għandu jingħata b’mezzi tekniċi xierqa, bħal interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet. Għandu jiġi żgurat li dawn l-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/797.

4.Meta l-informazzjoni koperta mill-paragrafu 1 tingħata f’konformità ma’ atti legali oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari atti delegati adottati skont id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 , l-obbligi korrispondenti skont dan l-Artikolu jiġu ssodisfati bl-istess mod.

KAPITOLU III

KONNESSJONIJIET MITLUFA

Artikolu 7

Rimborż u ridirezzjonar tar-rotta

1.Meta konnessjoni mitlufa ta’ servizz ta’ trasport sussegwenti matul vjaġġ multimodali, konkluż skont kuntratt multimodali uniku, isseħħ jew tkun raġonevolment mistennija li sseħħ minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta’ servizz tat-trasport preċedenti skont dak l-istess kuntratt, it-trasportatur kontraenti għandu immedjatament joffri lill-passiġġier l-għażla bejn waħda mill-għażliet li ġejjin:

(a)rimborż sħiħ ta’ kemm jiswa l-biljett, bil-kundizzjonijiet li bihom ikun tħallas, għall-parti jew għall-partijiet tal-vjaġġ tiegħu li ma għamilx u għall-parti jew għall-partijiet li diġà saru jekk il-vjaġġ ma jkunx għad fadallu fini fir-rigward tal-pjan oriġinali tal-vjaġġ tal-passiġġier, u meta rilevanti jingħata wkoll servizz għar-ritorn lejn l-ewwel punt tat-tluq mal-ewwel opportunità;

(b)tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b’kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, lejn id-destinazzjoni finali mal-ewwel opportunità;

(c)tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b’kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, lejn id-destinazzjoni finali f’data aktar tard skont il-konvenjenza tal-passiġġier.

It-trasportatur kontraenti għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-għażla magħżula mill-passiġġier.

2.Fejn, għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, ir-ridirezzjonar tar-rotta komparabbli jkun operat mill-istess trasportatur jew minn trasportatur ieħor ikkummissjonat biex iwettaq dan ir-ridirezzjonar tar-rotta, dan ma għandux iwassal għal kostijiet addizzjonali għall-passiġġier. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll meta r-ridirezzjonar tar-rotta jinvolvi l-użu ta’ trasport ta’ klassi ta’ servizz ogħla u mezzi tat-trasport alternattivi. It-trasportaturi għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jevitaw konnessjonijiet addizzjonali u biex jiżguraw li d-dewmien fit-tul totali tal-vjaġġ ikun qasir kemm jista’ jkun.

3.Meta joffru servizz alternattiv, il-fornituri tas-servizzi tat-trasport tar-ridirezzjonar tar-rotta għandhom jipprovdu lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa b’livell ta’ assistenza u aċċessibbiltà komparabbli għas-servizz tat-trasport mitluf. Il-fornituri tas-servizzi tat-trasport tar-ridirezzjonar tar-rotta għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jipprovdu lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa b’servizzi alternattivi li jkunu xierqa għall-ħtiġijiet tagħhom u li jkunu differenti minn dawk offruti lill-passiġġieri l-oħra.

4.Ir-rimborż imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jitħallas fi żmien 14-il jum wara li tasal it-talba. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lit-trasportaturi kontraenti jaċċettaw tali talbiet permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni partikolari, dment li r-rikjesta ma toħloqx effetti diskriminatorji. Ir-rimborż jista’ jkun fil-forma ta’ flus, ta’ vouchers jew ta’ forniment ta’ servizzi oħra dment li t-termini ta’ dawk il-vouchers u servizzi jkunu flessibbli biżżejjed, b’mod partikolari fir-rigward tal-perjodu tal-validità u d-destinazzjoni, u li l-passiġġier jaqbel li jaċċetta dawk il-vouchers u servizzi. Ir-rimborż tal-prezz tal-biljett ma għandux jitnaqqas b’kostijiet ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji bħal tariffi, kostijiet tat-telefon jew bolol.

Artikolu 8

Rimborż meta l-kuntratt multimodali uniku jkun ġie bbukkjat permezz ta’ intermedjarju

1.Meta l-passiġġier ikun xtara l-kuntratt multimodali uniku permezz ta’ intermedjarju, it-trasportatur kontraenti jista’ jagħmel ir-rimborż imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) permezz ta’ dak l-intermedjarju f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.L-intermedjarju u t-trasportatur kontraenti għandhom jinfurmaw lill-passiġġier dwar il-proċess ta’ rimborż kif previst f’dan l-Artikolu b’mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli fil-ħin tal-prenotazzjoni u dwar il-konferma tal-prenotazzjoni.

3.Ir-rimborż permezz tal-intermedjarju għandu jkun mingħajr ħlas għall-passiġġieri u għall-partijiet l-oħra kollha kkonċernati.

4.It-trasportatur għandu jiddikjara pubblikament, b’mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli, jekk jaqbilx li jipproċessa r-rimborż permezz ta’ intermedjarji, u ma’ liema intermedjarji jaċċetta li jagħmel dan.

5.Dan li ġej għandu japplika fil-każ ta’ rimborż permezz ta’ intermedjarji li jkunu ħallsu lit-trasportatur kontraenti għall-kuntratt multimodali uniku mill-kontijiet tagħhom stess:

(a)it-trasportatur kontraenti għandu jirrimborża lill-intermedjarju fi żmien 7t ijiem, bi tranżazzjoni waħda permezz tal-istess metodu ta’ ħlas li kien użat fil-ħin tal-prenotazzjoni, u jorbot il-pagament mar-referenza tal-prenotazzjoni oriġinali. Il-perjodu ta’ 7t ijiem għandu jibda mid-data tal-għażla ta’ rimborż tal-passiġġier f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a), ta’ dan ir-Regolament. L-intermedjarju għandu jirrimborża lill-passiġġier permezz tal-metodu tal-ħlas oriġinali, sa mhux aktar tard minn 7t ijiem oħra, u jinforma lill-passiġġier u lit-trasportatur b’dan;

(b)jekk il-passiġġier ma jirċevix ir-rimborż fi żmien 14-il jum mid-data tal-għażla ta’ rimborż f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) ta’ dan ir-Regolament, it-trasportatur kontraenti għandu jikkuntattja lill-passiġġier sa mhux aktar tard mill-jum wara dak tal-iskadenza tal-perjodu ta’ 14-il jum sabiex jirċievi d-dettalji tal-pagament għar-rimborż. Malli jirċievi dawn id-dettalji tal-ħlas, it-trasportatur kontraenti għandu jirrimborża lill-passiġġier fi żmien 14-il jum u jinforma lill-passiġġier u lill-intermedjarju b’dan.

Artikolu 9

Assistenza

1.Fil-każ li konnessjoni mitlufa ta’ servizz tat-trasport sussegwenti matul vjaġġ multimodali konkluż skont kuntratt multimodali uniku, li sseħħ minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta’ servizz tat-trasport preċedenti skont dak l-istess kuntratt, it-trasportatur kontraenti għandu joffri lill-passiġġier dan li ġej mingħajr ħlas:

(a)ikel u xorb b’mod raġonevoli skont il-ħin tal-istennija, jekk ikunu disponibbli fuq is-servizz tat-trasport jew fit-terminal jew jistgħu jiġu pprovduti b’mod raġonevoli, filwaqt li jitqiesu kriterji bħad-distanza mill-fornitur, il-ħin meħtieġ għall-forniment u l-kost;

(b)lukanda jew akkomodazzjoni oħra, u trasport bejn it-terminal u l-post tal-akkomodazzjoni, f’każijiet fejn isiru meħtieġa soġġorn ta’ lejl jew aktar jew soġġorn addizzjonali, fejn u meta jkun fiżikament possibbli. F’każijiet fejn tali soġġorn isir meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 19(10) tar-Regolament (UE) 2021/782, it-trasportatur jista’ jillimita t-tul tal-akkomodazzjoni għal massimu ta’ tlett iljieli. Kull meta jkun possibbli, għandhom jitqiesu l-eżiġenzi tal-aċċess tal-persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa u l-ħtiġijiet tal-klieb ta’ assistenza tagħhom;

2.Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, it-trasportatur li jkun qed jopera għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa, kif ukoll ta’ dawk ta’ kwalunkwe persuna li tkun qed takkumpanjahom u tal-klieb ta’ assistenza tagħhom.

Artikolu 10

Responsabilità għall-biljetti multimodali kkombinati

1.Trasportatur jew intermedjarju li jbigħ biljett multimodali kkombinat għandu jkun responsabbli li jirrimborża l-ammont totali mħallas għal dak il-biljett u, barra minn hekk, li jħallas kumpens ekwivalenti għal 75 % ta’ dak l-ammont jekk il-passiġġier jitlef konnessjoni waħda jew aktar. Id-dritt għal rimborż jew għal kumpens għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli li tagħti kumpens ulterjuri għad-danni lill-passiġġieri.

2.Ir-responsabilità stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika jekk jissemma b’mod espliċitu u ċar fuq il-biljetti, jew fuq xi dokument ieħor jew elettronikament b’tali mod li jippermetti lill-passiġġier jirriproduċi l-informazzjoni għal referenza futura, li l-biljett multimodali kkombinat jikkonsisti f’kuntratti tat-trasport separati bl-ebda dritt skont dan ir-Regolament għal rimborż, ridirezzjonar tar-rotta, assistenza jew kumpens f’każ ta’ konnessjonijiet mitlufa, u jekk il-passiġġier ikun ġie infurmat b’mod ċar dwar dan qabel ix-xiri. L-oneru tal-prova li l-passiġġier ingħata l-informazzjoni għandu jaqa’ fuq it-trasportatur jew l-intermedjarju li biegħ il-biljett multimodali kkombinat.

L-oneru tal-prova li l-passiġġier ingħata l-informazzjoni għandu jaqa’ fuq it-trasportatur jew l-intermedjarju li biegħ il-biljett multimodali kkombinat.

3.It-trasportaturi jew l-intermedjarji li biegħu l-biljett multimodali għandhom ikunu responsabbli biex jittrattaw it-talbiet u l-ilmenti possibbli tal-passiġġier skont il-paragrafu 1.

4.Ir-rimborż u l-kumpens imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum minn meta tasal it-talba.

Artikolu 11

Formola komuni għat-talbiet għal rimborż u għal kumpens

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi formola komuni għat-talbiet għal kumpens u għal rimborż skont dan ir-Regolament. Dik il-formola komuni għandha tiġi stabbilita f’formati aċċessibbli. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

2.Il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jressqu t-talbiet tagħhom permezz tal-formola msemmija fil-paragrafu 1. It-trasportaturi u l-intermedjarji ma għandhomx jirrifjutaw talba għal rimborż jew kumpens sempliċiment għax il-passiġġier ma jkunx uża dik il-formola. Jekk talba ma tkunx preċiża biżżejjed, it-trasportaturi u l-intermedjarji għandhom jitolbu lill-passiġġier biex jiċċara t-talba u għandhom jassistu lill-passiġġier biex jagħmel dan.

3.It-trasportaturi u l-intermedjarji għandhom jipprovdu dettalji fuq is-sit web tagħhom, bħal indirizz tal-posta elettronika li lilu jistgħu jintbagħtu t-talbiet skont il-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi. Dak ir-rekwiżit ma għandux japplika meta jkunu disponibbli mezzi elettroniċi oħra ta’ komunikazzjoni li jippermettu lill-passiġġieri jitolbu rimborż jew kumpens, bħal formola fuq sit web jew applikazzjonijiet mobbli, dment li tali mezzi joffru l-għażla u l-informazzjoni stabbiliti fil-formola komuni u jkunu disponibbli wkoll b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni u bil-lingwa aċċettata internazzjonalment f’dan il-qasam. Meta jużaw dawn il-mezzi, il-passiġġieri ma għandhomx jinżammu milli jipprovdu informazzjoni fi kwalunkwe waħda mil-lingwi tal-Unjoni.

4.Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-formola komuni disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni fuq is-sit web tagħha. Il-korp jew korpi nominati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikoli 20(1) u 21(1) għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jkollhom aċċess għall-formola komuni.

KAPITOLU IV

PERSUNI B’DIŻabilità U PERSUNI B’Mobilità MNAQQSA

Artikolu 12

Dritt għal trasport

1.It-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi u l-maniġers taċ-ċentri multimodali għandhom jistabbilixxu regoli ta’ aċċess nondiskriminatorji għat-trasport ta’ persuni b’diżabilità, u għat-trasport ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa. Dawk ir-regoli għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-limitazzjoni tat-trasport tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa fid-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

2.Ir-riżervazzjonijiet u l-biljetti għal vjaġġi multimodali, kemm jekk fil-forma ta’ kuntratt multimodali uniku, ta’ biljett multimodali kkombinat jew ta’ biljetti multimodali separati, għandhom jiġu offruti lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa mingħajr ebda kost addizzjonali. It-trasportatur jew l-intermedjarju ma jistgħux jirrifjutaw li jaċċettaw riżervazzjoni jew li joħorġu biljett lil persuna b’diżabilità jew lil persuna b’mobilità mnaqqsa, jew jirrikjedu li dik il-persuna tkun akkumpanjata minn persuna oħra, għajr meta dan ikun strettament meħtieġ għal konformità mar-regoli tal-aċċess imsemmija fil-paragrafu 1.

3.Ir-regoli tal-aċċess imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti bl-involviment attiv tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa u, fejn rilevanti, tar-rappreżentanti tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni b’mobilità mnaqqsa.

4.It-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi u l-maniġers taċ-ċentri multimodali għandhom jippubblikaw ir-regoli tal-aċċess imsemmija fil-paragrafu 1 u jipprovduhom, fuq talba, f’format aċċessibbli.

5.Meta trasportatur jirrikjedi li persuna b’diżabilità jew persuna b’mobilità mnaqqsa tkun akkumpanjata minn persuna oħra li tkun kapaċi tipprovdi l-assistenza meħtieġa skont il-paragrafu 2, il-persuna li takkumpanjaha għandha tkun intitolata li tivvjaġġa mingħajr ħlas u li tkun bilqiegħda, fejn prattikabbli, ħdejn il-persuna b’diżabilità jew il-persuna b’mobilità mnaqqsa.

6.Meta trasportatur jew intermedjarju jagħmlu użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 12(2), dawn għandhom, fuq talba, jinfurmaw bil-miktub jew, fejn meħtieġ, bi kwalunkwe format aċċessibbli, lill-persuna b’diżabilità jew lill-persuna b’mobilità mnaqqsa kkonċernata bir-raġuni għalfejn intużat dik id-deroga, fi żmien 5t ijiem tax-xogħol mid-data tar-rifjut li tiġi aċċettata r-riżervazzjoni jew li jinħareġ biljett jew mill-impożizzjoni tal-kundizzjoni li tkun akkumpanjata. It-trasportatur jew l-intermedjarju għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu trasport alternattiv aċċettabbli lill-persuna inkwistjoni filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tagħha.

Artikolu 13

Informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa

It-trasportaturi u l-intermedjarji li joffru kuntratti tat-trasport f’isem trasportatur wieħed jew aktar, u l-maniġers taċ-ċentri multimodali, għandhom jipprovdu lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa b’informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà taċ-ċentru multimodali u tal-faċilitajiet u servizzi assoċjati. Din l-informazzjoni għandha tingħata fuq talba, f’format aċċessibbli.

Artikolu 14

Informazzjoni lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa

Fil-kuntest ta’ kuntratti multimodali uniċi, it-trasportaturi, il-maniġers tat-terminals u l-intermedjarji għandhom jikkooperaw biex jipprovdu assistenza mingħajr ħlas lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa, f’konformità mar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 12(1), u joffru mekkaniżmu ta’ notifika unika, f’konformità ma’ dan li ġej:

(a)l-assistenza għandha tingħata meta t-trasportatur, l-intermedjarju li mingħandu jkun inxtara l-kuntratt multimodali uniku, il-maniġer tat-terminal jew il-Punt Uniku ta’ Kuntatt imsemmi fl-Artikolu 15, fejn applikabbli, jiġi nnotifikat bil-ħtieġa tal-passiġġier għal tali assistenza mill-inqas 48 siegħa qabel ma l-assistenza tkun meħtieġa; notifika waħda għal kull vjaġġ bil-ferrovija għandha tkun biżżejjed; in-notifika għandha tintbagħat lit-trasportaturi, lill-maniġers tat-terminals u lill-Punti Uniċi ta’ Kuntatt kollha involuti fil-vjaġġ;

(b)in-notifika għandha tiġi aċċettata mingħajr kostijiet addizzjonali, irrispettivament mill-mezzi ta’ komunikazzjoni li jintużaw;

(c)it-trasportaturi, il-maniġers tat-terminals u l-intermedjarji għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex in-notifiki jaslu; meta l-bejjiegħa tal-biljetti ma jkunux jistgħu jipproċessaw tali notifiki, huma għandhom jindikaw punti alternattivi ta’ xiri jew mezzi alternattivi biex issir in-notifika;

(d)jekk in-notifika ssir f’konformità mal-punt (a), it-trasportaturi u l-maniġers tat-terminals għandhom jipprovdu assistenza b’tali mod li l-persuna tkun tista’ tieħu s-servizzi tat-trasport li għalihom ikollha riżervazzjoni bħala parti mill-kuntratt multimodali uniku;

(e)jekk in-notifika ma ssirx f’konformità mal-punt (a), jew ma tkun saret ebda tali notifika, it-trasportaturi u l-maniġers tat-terminals għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jipprovdu l-assistenza b’tali mod li l-persuna b’diżabilità jew il-persuna b’mobilità mnaqqsa tkun tista’ tivvjaġġa;

(f)il-kelb ta’ assistenza għandu jitħalla jakkumpanja persuna b’diżabilità jew persuna b’mobilità mnaqqsa f’konformità ma’ kwalunkwe dritt rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni 34 .

Artikolu 15

Punti uniċi ta’ kuntatt għall-assistenza f’ċentri multimodali tal-passiġġieri

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-maniġers tat-terminals u t-trasportaturi fuq it-territorju tagħhom jikkooperaw biex jistabbilixxu u joperaw punti uniċi ta’ kuntatt għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa f’ċentri multimodali tal-passiġġieri fin-nodi urbani msemmija fl-Anness I. It-termini għat-tħaddim tal-punti uniċi ta’ kuntatt għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ aċċess imsemmija fl-Artikolu 12(1). Dawk il-punti uniċi ta’ kuntatt għandhom ir-responsabilità li:

(a)jaċċettaw talbiet għall-assistenza fit-terminals;

(b)jikkomunikaw talbiet individwali għall-assistenza lill-operaturi tat-terminal u lit-trasportaturi.

2.L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-maniġers tat-terminals u t-trasportaturi fit-territorju tagħhom jikkooperaw biex jistabbilixxu u joperaw punti uniċi ta’ kuntatt f’ċentri multimodali tal-passiġġieri differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 16 

Kumpens fir-rigward tat-tagħmir tal-mobilità, tal-apparat ta’ assistenza u tal-klieb ta’ assistenza 

1.Meta l-maniġers tat-terminals u t-trasportaturi li jassistu lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa minn servizz tat-trasport wieħed għal servizz tat-trasport ta’ konnessjoni, jew fil-kuntest ta’ kuntratt multimodali uniku jew f’ċentru multimodali tal-passiġġieri, jikkawżaw it-telf jew il-ħsara fit-tagħmir tal-mobilità, inklużi s-siġġijiet tar-roti, u l-apparat ta’ assistenza, jew it-telf ta’ klieb ta’ assistenza, jew il-korriment ta’ klieb ta’ assistenza użati mill-persuni b’diżabilità u mill-persuni b’mobilità mnaqqsa, dawn għandhom ikunu responsabbli għal dak it-telf, ħsara jew korriment, u jipprovdu kumpens mingħajr dewmien żejjed. Dak il-kumpens għandu jinkludi:

(a)il-kost biex jinbidel jew jissewwa t-tagħmir tal-mobilità jew l-apparat ta’ assistenza mitluf jew li tkun saritlu ħsara;

(b)il-kost għas-sostituzzjoni jew għat-trattament tal-korriment tal-kelb ta’ assistenza mitluf jew korrut;

(c)il-kostijiet raġonevoli ta’ sostituzzjoniijiet temporanji għat-tagħmir tal-mobilità, apparat ta’ assistenza jew klieb ta’ assistenza meta tali sostituzzjoni ma tkunx ipprovduta jew ma tkunx se tiġi pprovduta, mit-trasportatur jew mill-maniġer tat-terminal f’konformità mal-paragrafu 2.

2.Fejn japplika l-paragrafu 1, it-trasportaturi u l-maniġers tat-terminals għandhom malajr jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jipprovdu sostituzzjonijiet temporanji meħtieġa immedjatament għat-tagħmir ta’ mobilità jew għall-apparat ta’ assistenza. Il-persuna b’diżabilità jew il-persuna b’mobilità mnaqqsa għandha titħalla żżomm it-tagħmir jew l-apparat ta’ sostituzzjoni temporanja sakemm jitħallas il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1.

3.Meta t-trasportatur jew il-maniġer tat-terminal iħallas kumpens skont il-paragrafu 1, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tagħhom li jfittxu kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, f’konformità mal-liġi applikabbli.

KAPITOLU V

KWALITÀ TAS-SERVIZZI U LMENTI

Artikolu 17

Standards tal-kwalità tas-servizzi

1.It-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi għandhom jistabbilixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizzi u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex tinżamm il-kwalità tas-servizzi. L-istandards tal-kwalità tas-servizzi għandhom ikopru tal-inqas l-elementi elenkati fl-Anness II.

2.It-trasportaturi li joffru kuntratti multimodali uniċi għandhom jimmonitorjaw il-prestazzjoni tagħhom kif riflessa fl-istandards tal-kwalità tas-servizzi. Huma għandhom jippubblikaw rapport dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom fuq is-sit web tagħhom sa [sentejn wara l-jum tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], u kull sentejn wara dan. Dak ir-rapport ma għandu jkun fih l-ebda data personali.

3.Il-maniġers taċ-ċentri multimodali li jinsabu fl-Istati Membri għandhom jistabbilixxu standards tal-kwalità tas-servizzi abbażi tal-elementi rilevanti elenkati fl-Anness II. Huma għandhom jimmonitorjaw il-prestazzjoni tagħhom skont dawk l-istandards u jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali fuq talba.

Artikolu 18

Ilmenti

1.Kull trasportatur li joffri kuntratti multimodali uniċi jew biljetti multimodali kkombinati, kull intermedjarju li joffri biljetti multimodali kkombinati u kull maniġer ta’ ċentru multimodali għandu jistabbilixxi mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti għad-drittijiet u għall-obbligi koperti minn dan ir-Regolament fl-oqsma ta’ responsabilità rispettivi tagħhom. Dawn għandhom jgħarrfu b’mod wiesa’ lill-passiġġieri bid-dettalji tal-kuntatti tagħhom u bil-lingwa jew lingwi ta’ ħidma tagħhom.

2.Id-dettalji dwar il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku, inkluż għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikunu qed joperaw it-trasportatur, l-intermedjarju jew il-maniġer taċ-ċentru multimodali.

KAPITOLU VI

INFORMAZZJONI U INFURZAR

Artikolu 19

Informazzjoni lill-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom

1.Meta jbigħu l-biljetti għal vjaġġ multimodali, it-trasportaturi u l-intermedjarji għandhom jinfurmaw lill-passiġġieri dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Sabiex ikunu konformi ma’ dak ir-rekwiżit ta’ informazzjoni, dawn jistgħu jużaw sommarju tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ippreparat mill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea magħmula disponibbli għall-pubbliku.

2.It-trasportaturi u l-intermedjarji li joffru vjaġġi multimodali għandhom jinfurmaw ukoll lill-passiġġieri bid-dettalji ta’ kuntatt tal-korp jew korpi nominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 20(1), abbord u fuq is-sit web tagħhom.

3.It-trasportaturi u l-intermedjarji għandhom jipprovdu l-informazzjoni skont dan l-Artikolu, fuq il-karta jew f’format elettroniku, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, inkluż f’formati aċċessibbli. Fil-każ ta’ kanċellazzjoni, konnessjoni mitlufa jew dewmien fit-tul, huma għandhom jispeċifikaw mnejn tista’ tinkiseb it-tali informazzjoni.

Artikolu 20

Korp nazzjonali tal-infurzar

1.Kull Stat Membru għandu jinnomina korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw korp li diġà jkun responsabbli għall-infurzar tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati.

2.L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korp jew bil-korpi nominati skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni u l-korpi nominati għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq is-siti web tagħhom.

3.Sal-1 ta’ Ġunju XXXX [sentejn wara li r-Regolament isir applikabbli] u kull sentejn wara dik id-data, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jippubblikaw rapport fuq is-sit web tagħhom dwar l-attività tagħhom fis-sentejn kalendarji preċedenti, li jkun fih, b’mod partikolari, deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħudin sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament u statistika dwar l-ilmenti u s-sanzjonijiet li jkunu ġew applikati.

Artikolu 21

Trattament tal-ilmenti mill-korpi nazzjonali tal-infurzar u minn korpi oħra

1.L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korp nazzjonali tal-infurzar jew kwalunkwe korp ieħor bħala l-entità responsabbli għat-trattament tal-ilmenti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.Jekk jiġu nnominati korpi differenti skont il-paragrafu 1 u l-Artikolu 20(1), għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi tar-rapportar li jiżguraw l-iskambju tal-informazzjoni bejniethom biex jgħinu lill-korp nazzjonali tal-infurzar iwettaq il-kompiti tiegħu ta’ superviżjoni u ta’ infurzar, u biex il-korp tat-trattament tal-ilmenti nominat skont dan il-paragrafu jkun jista’ jiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex jeżamina lmenti individwali.

3.Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-konsumaturi jfittxu rimedju alternattiv skont id-Direttiva 2013/11/UE, wara li jkunu lmentaw mingħajr suċċess lit-trasportatur, lill-intermedjarju jew lill-maniġer taċ-ċentru multimodali skont l-Artikolu 18, il-passiġġieri jistgħu jilmentaw dwar allegat ksur ta’ dan ir-Regolament mal-korp nominat skont il-paragrafu 1.

4.L-ilmenti tal-passiġġieri dwar inċident fil-kuntest ta’ kuntratt multimodali uniku għandhom jiġu ttrattati mill-korp nominat skont il-paragrafu 1 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur kontraenti.

5.L-ilmenti tal-passiġġieri dwar inċident fil-kuntest ta’ biljett multimodali kkombinat offrut mit-trasportaturi għandhom jiġu ttrattati mill-korp nominat skont il-paragrafu 1 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur li joffri dan il-biljett jew, jekk it-trasportatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, tal-Istat Membru fejn tkun ibbażata l-persuna ġuridika jew fiżika li taġixxi bħala r-rappreżentant legali tiegħu. Jekk it-trasportatur ma jkollux tali rappreżentant, l-ilmenti għandhom jiġu ttrattati mill-korp nominat skont il-paragrafu 2 tal-Istat Membru fejn jibda jew jispiċċa l-vjaġġ.

6.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-ilmenti tal-passiġġieri dwar intermedjarju għandhom jiġu ttrattati mill-korp nominat skont il-paragrafu 1 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-intermedjarju jew, jekk l-intermedjarju jkun stabbilit barra mill-Unjoni, tal-Istat Membru fejn tkun ibbażata l-persuna ġuridika jew fiżika li taġixxi bħala r-rappreżentant legali tiegħu. Jekk l-intermedjarju ma jkollux tali rappreżentant, l-ilmenti għandhom jiġu ttrattati mill-korp nominat skont il-paragrafu 2 tal-Istat Membru fejn jibda jew jispiċċa l-vjaġġ.

7.Meta lment ikun dwar allegat ksur imwettaq mill-maniġers taċ-ċentri multimodali, l-ilment għandu jiġi ttrattat mill-korp nominat skont il-paragrafu 1 ta’ dak l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-inċident.

Artikolu 22

Approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-konformità mad-drittijiet tal-passiġġieri

1.Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżviluppaw programm ta’ monitoraġġ tal-konformità biex jimmonitorjaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Il-programm għandu jippermetti d-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità rikorrenti fl-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri. Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi kampjun rappreżentattiv tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ.

2.Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni fattwali li tqis l-ilmenti magħmula mill-passiġġieri lil dawn il-korpi, fejn disponibbli, is-sejbiet tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ imwettqa minn dawn il-korpi, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) u (3), kif ukoll sorsi oħra ta’ informazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv.

3.Il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sena wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dik id-data.

4.L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju u mwettqa permezz ta’ awditi, ta’ spezzjonijiet, ta’ intervisti, ta’ verifiki u ta’ eżami tad-dokumenti kif xieraq. Dawn għandhom jinkludu kemm attivitajiet imħabbra kif ukoll attivitajiet mhux imħabbra. L-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji identifikati.

5.Il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jiżguraw ir-rettifika rapida tan-nuqqas ta’ konformità mit-trasportaturi u mill-maniġers tat-terminals kif identifikat waqt l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom. Huma għandhom jitolbu lit-trasportaturi jressqu pjan ta’ azzjoni biex jirrimedjaw għan-nuqqas ta’ konformità, kif xieraq.

6.Il-programm ta’ monitoraġġ tal-konformità skont il-paragrafu 1, il-valutazzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 2 kif ukoll is-sejbiet tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju XXXX [sentejn wara li r-Regolament isir applikabbli], u kull sentejn wara dik id-data. Fejn applikabbli, dawn għandhom jiġu inklużi fir-rapporti imsemmija fl-Artikolu 20 (3).

Artikolu 23

Kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-infurzar

1.Il-trasportaturi, l-intermedjarji, il-maniġers tat-terminals u l-maniġers taċ-ċentri multimodali għandhom jipprovdu lill-korpi nazzjonali tal-infurzar b’dokumenti u informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar minn meta jirċievu t-talba.

2.F’każijiet kumplessi, il-korp nazzjonali tal-infurzar jista’ jestendi dan il-perjodu għal massimu ta’ 3 xhur minn meta jirċievi t-talba.

3.Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom iqisu l-informazzjoni mressqa lilhom mill-korp nominat għat-trattament tal-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti.

Artikolu 24

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.L-Istati Membri għandhom jibagħtu regolarment l-informazzjoni relevanti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli f’forma elettronika lill-Istati Membri l-oħra.

2.Fuq talba tal-Kummissjoni, il-korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom jinvestigaw il-prattiki suspettati speċifiċi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament minn trasportatur, minn maniġer tat-terminal jew minn intermedjarju wieħed jew aktar u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-talba.”

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 26

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2021/782.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Rapport

Sa XXX [5 snin wara d-data tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 28], il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ dan ir-Regolament.

Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni li għandha tingħata skont dan ir-Regolament.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [sena wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur”, COM(2020) 789 final, tad-9 ta’ Diċembru 2020.
(2)    Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1); Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1); Ir-Regolament (UE) 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1); Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
(3)    COM(2023)753 final tad-29 ta’ Novembru 2023.
(4)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).
(5)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12912-L-ivvjaggar-multimodali-fl-UE-kollha-specifikazzjonijiet-godda-g%C4%A7as-servizzi-tal-informazzjoni_mt .
(6)    Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport, COM(2021)813 final – 2021/0419 (COD) – (il-PE u l-Kunsill qablu dwar it-test proviżorju f’Ġunju 2023).
(7)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-ħolqien ta’ spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà, COM(2023)751 final tad-29 ta’ Novembru 2023.
(8)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (l-Att dwar id-Data), COM/2023/68 final tat-23 ta’ Frar 2022.
(9)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea, COM(2021)281 tat-3 ta’ Ġunju 2021.
(10)    Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).
(11)    COM(2023)XXX (żid it-titlu u d-data).
(12)     Proposta li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (KE) Nru 1107/2006, (UE) Nru 1177/20, (UE) Nru 181/2011 u (UE) 2021/782 fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni, COM(2023)753 final tad-29 ta’ Novembru 2023.
(13)    Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.
(14)    Għal aktar informazzjoni dwar il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, ara r-Rapport fil-qosor fl-Anness 2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Valutazzjoni tal-Impatt SWD(2023)386.
(15)     https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/f176da6f-d9ca-11e9-9c4e-01aa75ed71a1 .
(16)    Għandhom jiddaħħlu links għall-iskeda tas-sommarju u għall-opinjoni pożittiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju.
(17)    COM(2023)168.
(18)    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) 1315/2013, COM/2021/812 final tal-14 ta’ Diċembru 2021 - 2021/0420(COD).
(19)    ĠU C […], […], p. […].
(20)    ĠU C […], […], p. […].
(21)    Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/261/oj; Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1107/oj; Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni), ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj; Ir-Regolament (UE) 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1177/oj; Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/181/oj.
(22)    Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2302/oj ).
(23)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1926/oj ).
(24)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2014/651/oj ).
(25)    Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/882/oj.
(26)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ).
(27)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj ).
(28)    Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/261/oj; Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1107/oj); Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni), (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/782/oj); Ir-Regolament (UE) 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1177/oj); Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/181/oj.)
(29)    Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2302/oj ).
(30)    Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2394/oj ,); Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali”) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2005/29/oj ); Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2013/11/oj ); Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1 ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2020/1828/oj ,); Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/13/oj).
(31)    Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2302/oj ).
(32)    Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2302/oj ).
(33)    Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2010/40/oj ). 
(34)    Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003, Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

Brussell, 29.11.2023

COM(2023) 752 final

ANNESSI

tal-proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali

{SEC(2023) 392 final} - {SWD(2023) 386 final} - {SWD(2023) 387 final} - {SWD(2023) 389 final}


ANNESS I

Lista ta’ nodi urbani

Il-Belġju

Antwerpen

Arlon

Brugge

Bruxelles/Brussel

Charleroi

Gent

Hasselt

Leuven

Liège

Namur

Ottignies-Louvain-la-Neuve

Il-Bulgarija

Burgas

Plovdiv

Ruse

Sofia

Stara Zagora

Varna

Vidin

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

České Budějovice

Hradec Králové

Liberec

Olomouc

Ostrava

Pardubice

Plzeň

Praha

Ústí nad Labem

Id-Danimarka

Aalborg

Århus

København

Odense

Il-Ġermanja

Aachen

Augsburg

Berlin

Bielefeld

Bochum

Bonn

Bottrop

Braunschweig

Bremen

Bremerhaven

Chemnitz

Darmstadt

Dortmund

Dresden

Duisburg

Düsseldorf

Erfurt

Erlangen

Essen

Frankfurt am Main

Freiburg im Breisgau

Fürth

Gelsenkirchen

Gießen

Göttingen

Gütersloh

Hagen

Halle (Saale)

Hamburg

Hamm

Hannover

Heidelberg

Heilbronn

Herne

Hildesheim

Ingolstadt

Jena

Kaiserslautern

Karlsruhe

Kassel

Kiel

Koblenz

Köln

Krefeld

Landshut

Leipzig

Leverkusen

Lübeck

Ludwigshafen am Rhein

Magdeburg

Mainz

Mannheim

Mönchengladbach

Mülheim an der Ruhr

München

Münster

Neuss

Nürnberg

Oberhausen

Offenbach am Main

Oldenburg (Oldenburg)

Osnabrück

Paderborn

Pforzheim

Potsdam

Recklinghausen

Regensburg

Rostock

Saarbrücken

Siegen

Solingen

Stuttgart

Trier

Ulm

Wiesbaden

Wolfsburg

Wuppertal

Würzburg

L-Estonja

Tallinn

Tartu

L-Irlanda

Corcaigh/Cork

Baile Átha Cliath/Dublin

Gaillimh/Galway

 

Il-Greċja

Alexandroupolis

Athína

Chalkida

Chania

Heraklion

Ioannina

Kerkyra

Kozani

Lamia

Larisa

Mytilini

Patras

Rodos

Syros

Thessaloniki

Volos

Spanja

A Coruña

Albacete

Algeciras

Alicante

Almería

Badajoz

Żona Metropolitana ta’ Barcelona

Żona Metropolitana ta’ Bilbao

Burgos

Caceres

Cádiz

Cartagena

Castellón

Ceuta

Córdoba

Elche

Ferrol

Gijón

Gerona

Granada

Huelva

Jaén

Jerez

Żona Metropolitana ta’ Las Palmas de Gran Canaria

León

Lleida/Lérida

Logroño

Lugo

Żona Metropolitana ta’ Madrid

Málaga

Marbella

Melilla

Murcia

Ourense

Oviedo

Palma de Mallorca

Pamplona

Salamanca

San Sebastián-Donostia

Żona Metropolitana ta’ Santa Cruz de Tenerife

Santander

Santiago de compostela

Żona Metropolitana ta’ Sevilla

Żona Metropolitana ta’ Tarragona-Reus

Valencia

Valladolid

Vigo

Vitoria-Gasteiz

Zaragoza

Franza

Aix-en-Provence

Ajaccio (Corse)

Amiens

Angers

Annecy

Besançon

Bordeaux

Brest

Caen

Cayenne

Clermont-Ferrand

Dijon

Grenoble

Guadeloupe

Le Havre

Le Mans

Lille

Limoges

Żona Metropolitana ta’ Lyon

Martinique

Marseille

Mayotte

Metz

Montpellier

Mulhouse

Nancy

Nantes

Nice

Nimes

Orléans

Żona Metropolitana ta’ Pariġi

Perpignan

Poitiers

Réunion

Reims

Rennes

Rouen

Saint-Étienne

Strasbourg

Toulon

Toulouse

Tours

Il-Kroazja

Osijek

Rijeka

Split

Varaždin

Zagreb

L-Italja

Ancona

Andria

Aosta

Bari

Bergamo

Bologna

Bolzano

Brescia

Cagliari

Campobasso

Catania

Ferrara

Firenze

Foggia

Forlì

Genova

Latina

Lecce

Livorno

Messina

Milano

Modena

Monza

Napoli

Novara

Padova

Palermo

Parma

Perugia

Pescara

Piacenza

Potenza

Prato

Ravenna

Reggio Calabria

Reggio Emilia

Rimini

Roma

Salerno

Sassari

Siracusa

Taranto

Terni

Torino

Trento

Trieste

Udine

Venezia

Verona

Vicenza

Ċipru

Lefkosia

Lemesos

Larnaka

Il-Latvja

Rīga

Il-Litwanja

Kaunas

Klaipėda

Panevėžys

Šiauliai

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Győr

Kecskemét

Miskolc

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Malta

Valletta

In-Netherlands

Alkmaar

Almere

Amersfoort

Amsterdam

Apeldoorn

Arnhem

Breda

Den Bosch

Den Haag

Dordrecht

Eindhoven

Emmen

Enschede

Groningen

Haarlem

Leeuwarden

Leiden

Maastricht

Middelburg

Nijmegen

Rotterdam

Tilburg

Utrecht

Venlo

Zoetermeer

Zwolle

L-Awstrija

Bregenz

Eisenstadt

Graz

Innsbruck

Klagenfurt

Linz-Wels

Salzburg

Sankt Pölten

Wien

Il-Polonja

Białystok

Bielsko-Biała

Bydgoszcz

Częstochowa

Elbląg

Gorzów Wielkopolski

Kalisz

Katowice / Górnośląska Metropolis

Kielce

Koszalin

Kraków

Legnica

Lublin

Łódź

Olsztyn

Opole

Płock

Poznań

Radom

Rybnik

Rzeszów

Szczecin- Świnoujście

Tarnów

Toruń

Tricity

Wałbrzych

Warszawa

Włocławek

Wrocław

Zielona Góra

Il-Portugall

Barcelos

Braga

Coimbra

Évora

Faro-Loulé

Guimarães

Madeira

Leiria

Żona Metropolitana ta’ Lisboa

Ponta Delgada (Açores)

Żona Metropolitana ta’ Porto

Vila Nova de Famalicão

Viseu

Ir-Rumanija

Arad

Bacău

Baia Mare

Botoşani

Brăila

Braşov

Bucureşti

Buzău

Cluj-Napoca

Constanța

Craiova

Galați

Iaşi

Oradea

Piatra Neamt

Piteşti

Ploieşti

Râmnicu Vâlcea

Satu Mare

Sibiu

Târgu Mureş

Timişoara

Is-Slovenja

Ljubljana

Maribor

Is-Slovakkja

Bratislava

Košice

Nitra

Žilina

Il-Finlandja

Helsinki

Jyväskylä

Kuopio

Lahti

Oulu

Tampere

Turku-Naantali

L-Iżvezja

Borås

Eskilstuna

Gävle

Göteborg

Halmstad

Helsingborg

Jönköping

Linköping

Lund

Malmö

Norrköping

Örebro

Södertälje

Stockholm

Sundsvall

Umeå

Uppsala

Västerås

ANNESS II

Standards minimi tal-kwalità tas-servizzi

L-informazzjoni lill-passiġġieri dwar drittijiethom kif meħtieġ minn dan ir-Regolament (b’mod trasparenti, aċċessibbli, mhux diskriminatorju, effettiv u proporzjonat) u dwar il-biljetti

Il-puntwalità tas-servizzi, u l-prinċipji ġenerali għat-trattament tal-interruzzjonijiet tas-servizzi

L-għadd tal-konnessjonijiet mitlufa

Il-perċentwal tal-konnessjonijiet mitlufa

L-indafa tal-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-faċilitajiet tat-terminals (il-kwalità tal-arja u l-kontroll tat-temperatura ġewwa, l-iġjene tal-faċilitajiet sanitarji, eċċ.)

Ir-riżultati tal-istħarriġ(ijiet) dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti

It-trattament tal-ilmenti

i.    l-għadd tal-ilmenti

ii.    it-tipi tal-ilmenti u

iii.    l-eżitu tal-ilmenti,

iv.    ir-rimborżi u

v.    il-kumpens għan-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tal-kwalità tas-servizzi

L-assistenza mogħtija lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa (PMM)

i.    l-għadd tas-servizzi tat-trasport miċħuda għall-PMM, u r-raġuni għal dan;

ii.    il-kelb tal-assistenza rikonoxxut tagħhom jew it-tagħmir tal-mobilità tagħhom u r-raġunijiet għal dan,

iii.    l-għadd tal-każijiet relatati mat-telf jew mal-ħsara tat-tagħmir tal-mobilità u l-eżitu tagħhom,

iv.    l-għadd tal-każijiet fejn it-trasportatur obbliga lill-persuna b’diżabilità jew b’mobilità mnaqqsa li tkun akkumpanjata minn xi ħadd biex tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sikurezza,

v.    id-diskussjonijiet dwar din l-assistenza mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u, fejn rilevanti, mar-rappreżentanti tal-PMM

vi.    l-implimentazzjoni tat-taħriġ fis-sensibilizzazzjoni u fl-assistenza dwar id-diżabilità