IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.10.2023
COM(2023) 658 final
2023/0377(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
(Spezzjonijiet tal-vapuri)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Suġġett tal-proposta
Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE b’rabta mal-adozzjoni prevista tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt dwar emenda tal-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
2.Kuntest tal-proposta
2.1.Il-Ftehim ŻEE
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘‘il-Ftehim ŻEE’’) jiggarantixxi drittijiet u obbligi ugwali fi ħdan is-Suq Intern għaċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi fiż-ŻEE. Huwa jipprevedi l-inklużjoni ta' leġiżlazzjoni tal-UE li tkopri l-erba’ libertajiet fit-30 Stat taż-ŻEE li jinkludu l-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein. Barra minn hekk, il-Ftehim ŻEE jkopri l-kooperazzjoni f’oqsma importanti oħra bħar-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni, il-politika soċjali, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-turiżmu u l-kultura, li kollettivament huma magħrufa bħala l-politiki “ta’ appoġġ u orizzontali”. Il-Ftehim ŻEE daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. L-Unjoni flimkien mal-Istati Membri tagħha hija parti fil-Ftehim ŻEE.
2.2.Il-Kumitat Kongunt taż-ŻEE
Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-Ftehim ŻEE. Huwa forum għall-iskambju ta’ fehmiet marbuta mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Id-deċiżjonijiet tiegħu jittieħdu b’kunsens u huma vinkolanti fuq il-Partijiet. Ir-responsabbiltà għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet taż-ŻEE fuq in-naħa tal-UE hija tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea.
2.3.L-att previst tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mistenni jadotta d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (“l-att previst”) rigward l-emenda tal-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE.
L-għan tal-att previst huwa li jinkorpora r-Regolament dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri, kif ukoll 14-il att legali relatat, fil-Ftehim ŻEE.
L-att previst isir vinkolanti għall-partijiet f’konformità mal-Artikoli 103 u 104 tal-Ftehim ŻEE.
3.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni
Il-Kummissjoni tippreżenta l-abbozz ta’ Deċiżjoni anness tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Ladarba tiġi adottata, jenħtieġ li l-pożizzjoni tiġi ppreżentata fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mal-ewwel opportunità.
L-abbozz anness tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jintroduċi adattamenti fir-rigward tal-prerogattivi tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li jmorru lil hinn minn dak li jista’ jitqies bħala sempliċi adattamenti tekniċi fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2894/94. Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill.
4.Bażi legali
4.1.Bażi legali proċedurali
4.1.1.Prinċipji
L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”
Il-kunċett tal-“atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregola l-korp inkwistjoni. Jinkludi wkoll strumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li jkunu ‘‘jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mill-leġiżlatur tal-Unjoni’’.
4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ
Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa korp imwaqqaf permezz ta' ftehim, jiġifieri l-Ftehim ŻEE. L-att li l-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa mitlub jadotta, jikkostitwixxi att b’effetti legali. L-att previst se jkun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikoli 103 u 104 tal-Ftehim ŻEE.
L-att previst ma jissupplimentax jew ma jemendax il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim. Għalhekk, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) TFUE flimkien mal-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2894/94 f’dak li jirrigwarda l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.
4.2.Bażi legali sostantiva
4.2.1.Prinċipji
Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE flimkien mal-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2894/94 tiddependi primarjament fuq il-bażi legali sostantiva tal-att legali tal-UE li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
Jekk l-att previst isegwi żewġ għanijiet jew ikollu żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew komponenti jkun jista' jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE trid tissejjes fuq bażi legali sostantiva waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.
4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ
Billi d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (Riformulazzjoni), (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11), kif ukoll 14-il att legali relatat, fil-Ftehim ŻEE, huwa xieraq li din id-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi bbażata fuq l-istess bażi legali sostantiva bħall-att li huwa inkorporat. Għalhekk, il-bażi legali sostantiva għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 100(2) tat-TFUE.
4.3.Konklużjoni
Il-bażi legali tad-deċiżjoni proposta jenħtieġ li tkun l-Artikolu 100(2) TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) TFUE u l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ŻEE.
5.Pubblikazzjoni tal-att previst
Billi l-att tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE se jemenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE, huwa xieraq li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tiegħu.
2023/0377 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
(Spezzjonijiet tal-vapuri)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9),
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘‘il-Ftehim ŻEE’’) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.
(2)Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE.
(3)Jenħtieġ li r-Regolament dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri relatati, kif ukoll 14-il att legali relatat, jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE.
(4)Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan.
(5)Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.10.2023
COM(2023) 658 final
ANNESS
ta'
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
(Spezzjonijiet tal-vapuri)
ANNESS
ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru […]
ta’ […]
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1)Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (Riformulazzjoni), kif ikkoreġut mill-ĠU L 74, 22.3.2010, p. 1, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(2)Ir-Regolament (UE) 2019/492 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(3)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta’ multi u ta’ ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikolu 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ikkoreġut mill-ĠU L 234, 7.8.2014, p. 15, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.
(4)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f'ċerti konvenzjonijiet u protokolli għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(5)Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Tfassil-mill-ġdid) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(6)Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/15/KE fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(7)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/728/KE tat-30 ta’ Settembru 2009 l-estensjoni mingħajr limitazzjonijiet tar-rikonoxximent Komunitarju tar-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(8)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/669 tal-24 ta’ April 2015 li tħassar id-Deċiżjoni 2007/421/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(9)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/765/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 li temenda r-rikonoxximent ta’ Det Norske Veritas skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(10)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/281/UE tal-14 ta’ Mejju 2014 li tagħti rikonoxximent mill-UE tar-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(11)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/668 tal-24 ta’ April 2015 dwar l-emendar tar-rikonoxximenti ta’ ċerti organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(12)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1327 tal-1 ta’ Awwissu 2016 li tagħti rikonoxximent mill-UE tar-Reġistru tat-Tbaħħir Indjan f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(13)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24.3.2017 li temenda r-rikonoxximent tal-Bureau Veritas SA – Registre international de classification de navires et d’aeronefs (BV) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (C (2017) 1881 final) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(14)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29.6.2020 li temenda r-rikonoxximent tal-Bureau Veritas Marine & Offshore SAS f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C (2020) 4226 final) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(15)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1227 tas-27 ta’ Lulju 2021 li temenda r-rikonoxximenti ta’ DNV GL AS f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(16)Lista ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri 2022/C 466/07 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.
(17)Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 jistabbilixxi l-kriterji ta' rikonoxximent u l-obbligi tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, inkluż dispożizzjonijiet dwar multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.
(18)Minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali, jiġifieri li huwa f’idejn il-Kummissjoni li tagħti rikonoxximent lill-organizzazzjonijiet, li l-ksur jaffettwa lill-Unjoni u l-interessi tagħha, u n-natura kumplessa u teknika tal-proċeduri ta’ valutazzjoni u ksur, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni u tistenna l-valutazzjoni u l-proposta tal-Kummissjoni għal azzjoni qabel ma tieħu deċiżjoni rigward l-applikazzjoni ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali lil organizzazzjonijiet rikonoxxuti abbażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA u li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA.
(19)Xejn f’din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat li jirrestrinġi jew jillimita b’xi mod it-twettiq tal-obbligi tal-Kummissjoni skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dmirijiet tagħha ta' rikonoxximent, valutazzjoni u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ miżuri korrettivi jew sanzjonijiet fuq organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ma ġewx rikonoxxuti abbażi ta' talba minn Stat tal-EFTA u li ma jkollhomxil-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA.
(20)Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1.It-test fil-punt 55b (id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“32009 L 0015: Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47), kif emendata bi:
-32014 L 0111: Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 83).”
2.Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 55d (id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
‘55e. 32009 R 0391: Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (Riformulazzjoni) (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11), kif ikkoreġut mill-ĠU L 74, 22.3.2010, p. 1, kif emendat bi:
-32014 R 1355: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 82).
-32019 R 0492: Ir-Regolament (UE) 2019/492 tal-25 ta’ Marzu 2019 (ĠU L 85, I, 27.3.2019, p. 5).
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Fl-Artikolu 3:
(i)fil-paragrafu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-Istati tal-EFTA li jixtiequ jagħtu awtorizzazzjoni lil kwalunkwe organizzazzjoni li għadha mhix rikonoxxuta għandhom iressqu talba għar-rikonoxximent lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA flimkien ma’ informazzjoni sħiħa u evidenza dwar il-konformità tal-organizzazzjoni mal-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I u dwar ir-rekwiżit u l-impenn tagħha li għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(4), 9, 10 u 11. L-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha mbagħad tressaq it-talba lill-Kummissjoni.”
(ii)fil-paragrafu 2 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Jekk it-talba tkun tressqet minn Stat tal-EFTA, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istat tal-EFTA rispettiv, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, għandha twettaq valutazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet li għalihom tkun waslet it-talba għar-rikonoxximent sabiex tivverifika li l-organizzazzjonijiet jissodisfaw u jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.”
(b)Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 5:
“Fil-każ ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA, il-kompiti ta’ hawn fuq assenjati lill-Kummissjoni għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Kwalunkwe azzjoni preventiva u ta’ rimedju fil-konfront ta' organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li jkunu ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA għandha tittieħed mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-valutazzjoni tagħha u proposta dwar kif għandha taġixxi.”
(c)Fl-Artikolu 6:
(i)fil-paragrafi 1 u 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Fil-każ ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA, il-kompiti ta’ hawn fuq assenjati lill-Kummissjoni għandhom jitwettqu mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-valutazzjoni tagħha u proposta dwar kif għandha taġixxi.”; kif ukoll
(ii)fil-paragrafu 4, il-kliem “jew, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-Qorti tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej”.
(d)Fl-Artikolu 7:
(i)fil-paragrafu 1(c), il-kliem “u, fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li jkunu ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA, il-valutazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “mill-Kummissjoni”.
(ii)fil-paragrafu 2(a), il-kliem “u, fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li jkunu ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA, il-valutazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “tal-valutazzjoni tagħha stess”.
(iii)fil-paragrafu 3, il-kliem “, fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li jkunu ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “fuq inizjattiva tagħha stess”.
(e)Fl-Artikolu 8:
(i)fil-paragrafi 1 u 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Fil-każ ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li jkunu ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, flimkien mal-Istat tal-EFTA rispettiv, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandha twettaq il-valutazzjonijiet.”
(ii)fil-paragrafu 3, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Fil-każ ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li jkunu ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA, il-kompiti ta’ hawn fuq assenjati lill-Kummissjoni għandhom jitwettqu mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni.”
(f)Fl-Artikolu 10:
(i)fil-paragrafu 1, il-kliem “, jew fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “lill-Kummissjoni”.
(ii)fil-paragrafu 4, il-kliem “u tal-Istati tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “tal-Istati Membri kollha”, u l-kliem “u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “lill-Kummissjoni”.
(g)Fl-Artikolu 11:
(i)fil-paragrafu 5, il-kliem “, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “Stati tal-Bandiera”.
(ii)fil-paragrafu 7, il-kliem “u lill-Istati tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “lill-Istati Membri”.
(h)Fl-Artikolu 16, il-kliem “u l-Istati tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Istati Membri”.
55ea.32009 D 0728: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/728/KE tat-30 ta’ Settembru 2009 l-estensjoni mingħajr limitazzjonijiet tar-rikonoxximent Komunitarju tar-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti, ĠU L 258, 1.10.2009, p. 34.
55eb.32013 D 0765: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/765/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 li temenda r-rikonoxximent ta’ Det Norske Veritas skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 107), kif emendata bi:
-Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1881 tal-24.3.2017,
-Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4226 tal-29.6.2020,
-Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1227 tas-27 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 269, 28.7.2021, p. 143).
55ec.32014 D 0281: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/281/UE tal-14 ta’ Mejju 2014 li tagħti rikonoxximent mill-UE lir-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 145, 16.5.2014, p. 43).
55ed.32015 D 0668: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/668 tal-24 ta’ April 2015 dwar l-emendar tar-rikonoxximenti ta’ ċerti organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 22).
55ee.32015 D 0669: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/669 tal-24 ta’ April 2015 li tħassar id-Deċiżjoni 2007/421/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 24).
55ef.32016 D 1327: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1327 tal-1 ta’ Awwissu 2016 li tagħti rikonoxximent mill-UE tar-Reġistru tat-Tbaħħir Indjan f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 209, 3.8.2016, p. 15).
55eg.52022XC1207(01): Lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (2022/C 466/07) (ĠU C 466, 7.12.2022, p. 24).
55f.32014 R 0788: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta’ multi u ta’ ħlasijiet perjodiċi ta’ penali u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 214, 19.7.2014, p. 12), kif ikkoreġut mill-ĠU L 234, 7.8.2014, p. 15.
Għall finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a)Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, il-kelma “il-Kummissjoni” għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-każ ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li jkunu ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA”.
(b)Fl-Artikolu 10(1), il-kliem “, fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-każ ta’ organizzazzjonijiet li jkollhomm il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “inizjattiva tagħha stess”.
(c)Fl-Artikolu 11:
(i)is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:
“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-talba għandha titressaq lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, flimkien mal-provi bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 3. L-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tgħaddi t-talba u l-provi bil-miktub lill-Kummissjoni.”
(ii)Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' paragrafu 7:
“Meta t-talba tkun saret minn Stat Membru tal-UE u tikkonċerna organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat tal-EFTA u li jkunu ġew rikonoxxuti fuq il-bażi ta’ talba minn Stat tal-EFTA, il-Kummissjoni għandha tgħaddi wkoll it-talba u l-evidenza li takkumpanjaha lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”
(d)Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 16:
“6.L-aċċess għal dokumenti u evidenza oħra miġbura mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandu jkun irregolat mir-regoli applikabbli tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”
(e)Fl-Artikolu 22(4), il-kliem “jew il-Qorti tal-EFTA fil-każ ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”.
(f)Fl-Artikolu 23(4)(b), il-kliem “jew tal-Qorti tal-EFTA fil-każ ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”.’
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, kif ikkoreġut bil-ĠU L 74, 22.3.2010, p. 1, tar-Regolament (UE) Nru 788/2014, kif ikkoreġut bil-ĠU L 234, 7.8.2014, p. 15 u tar-Regolament (UE) 2019/492, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1355/2014, tad-Direttiva 2009/15/KE, tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/111/UE, tad-Deċiżjonijiet 2009/728/KE u (UE) 2015/669, tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/765/UE, 2014/281/UE, (UE) 2016/1327, (UE) 2021/1227 u (UE) 2015/688 u tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni C(2017) 1881 tal-24.3.2017 u C(2020) 4226 tad-29.6.2020, u tal-Lista 2022/C 466/07 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, […].
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
[…]
Is-Segretarji
tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
[…]