Brussell, 4.10.2023

COM(2023) 565 final

2023/0340(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

(Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq u l-Konformità tal-Prodotti)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE b’rabta mal-adozzjoni prevista tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt dwar emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Ftehim ŻEE

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) jiggarantixxi drittijiet u obbligi ugwali fl-ambitu tas-Suq Intern għaċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi fiż-ŻEE. Jipprevedi l-inklużjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tkopri l-erba’ libertajiet fit-30 Stat taż-ŻEE li jinkludu l-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein. Barra minn hekk, il-Ftehim ŻEE jkopri l-kooperazzjoni f’oqsma importanti oħra bħar-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni, il-politika soċjali, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-turiżmu u l-kultura, kollettivament magħrufin bħala l-politiki “ta’ appoġġ u orizzontali”. Il-Ftehim ŻEE daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. L-Unjoni flimkien mal-Istati Membri tagħha hija parti għall-Ftehim ŻEE.

2.2.Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-Ftehim ŻEE. Huwa forum għall-iskambju ta’ fehmiet b’rabta mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Id-deċiżjonijiet tiegħu jittieħdu b’konsensus u huma vinkolanti fuq il-Partijiet. Ir-responsabbiltà għall-koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet taż-ŻEE min-naħa tal-UE hija tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. 

2.3.L-att previst tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mistenni jadotta d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (“l-att previst”) rigward l-emenda tal-Anness II (Regolamenti Tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE.

L-iskop tal-att previst huwa li jinkorpora r-Regolament dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti, 1 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jispeċifika d-dettalji tad-data statistika li għandha tiġi ppreżentata mill-Istati Membri fir-rigward tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti, 2 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jispeċifika l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u l-verifika tal-konformità tal-prodotti 3  fil-Ftehim ŻEE.

L-att previst isir vinkolanti għall-partijiet f’konformità mal-Artikoli 103 u 104 tal-Ftehim ŻEE.

3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

Il-Kummissjoni tippreżenta l-abbozz ta’ Deċiżjoni anness tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-pożizzjoni, ladarba adottata, tiġi ppreżentata fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kemm jista’ jkun malajr.

L-abbozz ta’ Deċiżjoni anness tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jintroduċi adattamenti għall-Istati taż-ŻEE-EFTA, li jmorru lil hinn minn dawk li jistgħu jitqiesu bħala sempliċi adattamenti tekniċi fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2894/94. Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill.

4.Bażi legali

4.1.Bażi legali proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu ‘‘l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ ‘‘atti li jkollhom effetti legali’’ jinkludi atti li jkollhom effetti legali permezz tar-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw il-korp inkwistjoni. Jinkludi wkoll strumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li jistgħu “jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni” 4 .

4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa korp stabbilit minn ftehim, jiġifieri l-Ftehim ŻEE. L-att, li l-Kumitat Konġunt taż-ŻEE huwa mitlub jadotta, jikkostitwixxi att li jkollu effetti legali. L-att previst isir vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikoli 103 u 104 tal-Ftehim ŻEE.

L-att previst ma jissupplimentax jew ma jemendax il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim. Għaldaqstant, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) TFUE flimkien mal-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

4.2.Bażi legali sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE flimkien mal-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2894/94 tiddependi primarjament fuq il-bażi legali sostantiva tal-att legali tal-UE li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew ikollu żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawn l-għanijiet jew komponenti jkun identifikabbli bħala l-għan ewlieni, billi l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE trid tkun ibbażata fuq bażi legali sostantiva unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew il-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

Billi d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tinkorpora r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1) fil-Ftehim ŻEE, huwa xieraq li din id-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi bbażata fuq l-istess bażi legali sostantiva bħall-att li huwa inkorporat. Għalhekk, il-bażi legali sostantiva tad-deċiżjoni proposta huma l-Artikoli 33 u 114 tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Il-bażi legali tad-deċiżjoni proposta jenħtieġ li tkun l-Artikoli 33 u 114 TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) TFUE u l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ŻEE.

5.Pubblikazzjoni tal-att previst

Billi l-att tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE se jemenda l-Anness II (Regolamenti Tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE, huwa xieraq li, wara l-adozzjoni tiegħu, jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2023/0340 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

(Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq u l-Konformità tal-Prodotti)


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 5 , u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 6 (‘‘il-Ftehim ŻEE’’) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE.

(3)Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1121 8 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 9 jenħtieġ li jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE.

(4)Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan.

(5)Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011, ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.
(2)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1121 tat-8 ta’ Lulju 2021 li jispeċifika d-dettalji tad-data statistika li għandha tiġi sottomessa mill-Istati Membri fir-rigward tal-kontrolli tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti, ĠU L 243, 9.7.2021, p. 37.
(3)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jispeċifika l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika tal-konformità tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 192, 21.7.2022, p. 21.
(4)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-punti 61 sa 64.
(5)    ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(6)    ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.
(7)    Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011, ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.
(8)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1121 tat-8 ta’ Lulju 2021 li jispeċifika d-dettalji tad-data statistika li għandha tiġi sottomessa mill-Istati Membri fir-rigward tal-kontrolli tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti, ĠU L 243, 9.7.2021, p. 37.
(9)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jispeċifika l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika tal-konformità tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 192, 21.7.2022, p. 21.

Brussell, 4.10.2023

COM(2023) 565 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

















(Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq u l-Konformità tal-Prodotti)


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru […]

ta’ […]

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 1 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1121 tat-8 ta’ Lulju 2021 li jispeċifika d-dettalji tad-data statistika li għandha tiġi sottomessa mill-Istati Membri fir-rigward tal-kontrolli tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti 2 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jispeċifika l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika tal-konformità tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9 (id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVII:

“-32019 R 1020: Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”

2.Il-punt 3b (ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIX huwa emendat kif ġej:

(i)Jiżdied dan li ġej:

“, kif emendat minn:

 -32019 R 1020: Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”;

(ii)L-adattament (b) jitħassar.

3.Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 3u (ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIX:

“3v.32019 R 1020: Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)    Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-referenzi għad-dritt tal-Unjoni għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għall-Ftehim ŻEE.

(b)    L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)    fil-paragrafu 24, il-kliem ‘jew l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati tal-EFTA responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u kwalunkwe awtorità oħra tal-Istati tal-EFTA bis-setgħa taħt il-liġi nazzjonali li tapplika ċerta leġiżlazzjoni doganali’ għandu jiżdied wara r-referenza għar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(ii)    fil-paragrafu 25, il-kliem ‘jew, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-proċeduri korrispondenti skont il-leġiżlazzjoni doganali nazzjonali rispettiva tagħhom’ għandu jiżdied wara r-referenza għar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(iii)    fil-paragrafu 26, il-kliem ‘jew fit-territorji doganali tal-Istati tal-EFTA’ għandu jiżdied wara l-kliem ‘it-territorju doganali tal-Unjoni’.

(c)    Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2, il-kliem ‘inklużi l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea’ ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(d)    Fl-Artikolu 25, il-paragrafi 3 u 4, u fl-Artikolu 28(4), it-tieni subparagrafu, ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, jinftiehmu li jirreferu għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi doganali nazzjonali.

(e)    Fir-rigward tal-Liechtenstein, l-obbligi fuq l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali.

(f)    Il-prodotti esportati mil-Liechtenstein lejn il-Partijiet Kontraenti l-oħra jistgħu jkunu soġġetti għal kontrolli skont l-Artikoli 25 sa 28 meta jidħlu fiż-ŻEE.

(g)    L-Artikoli 25(2), (4), u (6) u 34(6) ma għandhomx japplikaw għal-Liechtenstein.

(h)    L-Artikolu 26(4) ma għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(i)    Fl-Artikolu 28, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘ [f]is-sistema ta’ pproċessar ta’ data doganali’ għandu jinqara ‘kwalunkwe notifika maħruġa lill-partijiet affettwati skont il-proċeduri nazzjonali’.

(j)    L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fin-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti f’konformità mal-Artikoli 29-31. L-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tipparteċipa bħala osservatur.

3va.32021 R 1121: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1121 tat-8 ta’ Lulju 2021 li jispeċifika d-dettalji tad-data statistika li għandha tiġi sottomessa mill-Istati Membri fir-rigward tal-kontrolli tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 37).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)Fl-Artikolu 1, il-paragrafi 1(c) u (4), ir-referenzi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 għandhom, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, jinftiehmu li jirreferu għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-liġi doganali nazzjonali.

(b)Fl-Artikolu 1, fil-punt (c)(ix), il-kliem ‘il-leġiżlazzjoni [ewlenija miksura] tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwiti bil-kliem ‘id-dispożizzjonijiet [ewlenija miksura] tal-Ftehim ŻEE’.

3vb.32022 R 1267: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jispeċifika l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika tal-konformità tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 192, 21.7.2022, p. 21).”

4.L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1 (ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXI:

“-32019 R 1020: Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2019/1020 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1121 u (UE) 2022/1267 bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE 4*.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, […].

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President

   […]

   Is-Segretarji

   tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   […]

(1)    ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.
(2)    ĠU L 243, 9.7.2021, p. 37.
(3)    ĠU L 192, 21.7.2022, p. 21.
(4) *    [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]