IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.10.2023
COM(2023) 553 final
2023/0336(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
–
L-ammont tal-limitu massimu tal-kontribuzzjonijiet għas-sena 2025;
–
L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għas-sena 2024;
–
L-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2024;
–
Previżjoni mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027.
Il-11-il FEŻ u fondi oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħin (id-Disa’ u l-10ar FEŻ) huma ġestiti skont il-ġabra ta’ regoli li ġejja:
(a)il-Ftehim ta’ Sħubija attwali bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) kif emendat l-aħħar;
(b)il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (il-“Ftehim Intern” tal-11-il FEŻ);
(c)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”).
(d)Id-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-21 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE għal estensjoni oħra tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sat-30 ta’ Ġunju 2023, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew sal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehimta’ Sħubija l-ġdid bejn l-Unjoni u l-Istati AKP, skont liema tiġi l-ewwel;
(e)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2233 dwar l-impenn tal-fondi li jirriżultaw mir-rimborżi taħt il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP minn operazzjonijiet taħt id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp;
(f)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1223 dwar l-allokazzjoni ta’ fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jindirizzaw il-kriżi tas-sigurtà tal-ikel u x-xokk ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Id-dokumenti msemmija fil-punti (a) sa (f) fihom impenji pluriennali mill-partijiet biex jappoġġaw finanzjarjament it-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-partijiet għat-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji determinati minn qabel. Il-kontribuzzjonijiet regolari jiskattaw minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.
Uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta' spjegazzjoni għaldaqstant mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
F’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi fuq din il-proposta l-aktar tard sal-15 ta’ Novembru 2023.
2023/0336 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323, u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.
(2)F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(2), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ottubru 2023 li tispeċifika l-ammont tal-limitu massimu tal-kontribuzzjoni għall-2025, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2024 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027.
(3)Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877, għall-BEI u għall-Kummissjoni.
(4)Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-ftehim dwar il-ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti li għadu mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-ftehim dwar il-ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawn il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti, ma għandhomx jerġgħu jintużaw.
(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2242 tistabbilixxi l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2024 għal EUR 1 300 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.
(6)Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-2025 huwa b’dan stabbilit għal EUR 809 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 800 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 9 000 000 għall-BEI.
Artikolu 2
L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-2024 huwa b’dan stabbilit għal EUR 1 500 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 1 200 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.
Artikolu 3
L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala l-ewwel pagament parzjali għall-2024 huwa b’dan stabbilit għal EUR 650 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 550 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 100 000 000 għall-BEI.
Artikolu 4
L-ammont ta’ EUR 7 800 000 minn fondi mhux impenjati jew diżimpenjati mill-proġetti fl-ambitu tad-Disa’ FEŻ għandu jiġi rimborżat permezz ta’ tnaqqis fil-pagament tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 stipulat fl-Artikolu 3.
Artikolu 5
Il-previżjoni indikattiva mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2026 hija b’dan stabbilita għal EUR 600 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 0 għall-BEI. Il-previżjoni indikattiva mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2027 hija b’dan stabbilita għal EUR 500 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 0 għall-BEI.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.10.2023
COM(2023) 553 final
ANNESS
ta'
Proposta għal
DEĊIZJONI TAL-KUNSILL
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027
ANNESS
L-1el pagament parzjali tal-2024 (f’EUR) li għandu jitħallas lill-Kummissjoni u lill-BEI
STATI MEMBRI U R-RENJU UNIT
|
Il-koeffiċjent tad-9a’ FEŻ (%)
|
Il-koeffiċjent tal-11-il FEŻ (%)
|
|
Il-Kummissjoni
|
|
Il-BEI
|
|
Il-Kummissjoni + il-BEI
|
|
|
|
|
Il-11-il FEŻ
|
Rimborż mid-9a’ FEŻ
|
Il-11-il FEŻ bit-tnaqqis tar-rimborż tad-9a’ FEŻ
|
|
Il-11-il FEŻ
|
|
Ammont totali għall-
1el pagament parzjali għall-2024
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
IL-BELĠJU
|
3,92
|
3,24927
|
|
17 870 985
|
305 760
|
17 565 225
|
|
3 249 270
|
|
20 814 495
|
IL-BULGARIJA
|
|
0,21853
|
|
1 201 915
|
0
|
1 201 915
|
|
218 530
|
|
1 420 445
|
IĊ-ĊEKJA
|
|
0.79745
|
|
4 385 975
|
0
|
4 385 975
|
|
797 450
|
|
5 183 425
|
ID-DANIMARKA
|
2.14
|
1.98045
|
|
10 892 475
|
166 920
|
10 725 555
|
|
1 980 450
|
|
12 706 005
|
IL-ĠERMANJA
|
23.36
|
20.57980
|
|
113 188 900
|
1 822 080
|
111 366 820
|
|
20 579 800
|
|
131 946 620
|
L-ESTONJA
|
|
0.08635
|
|
474 925
|
0
|
474 925
|
|
86 350
|
|
561 275
|
L-IRLANDA
|
0.62
|
0.94006
|
|
5 170 330
|
48 360
|
5 121 970
|
|
940 060
|
|
6 062 030
|
IL-GREĊJA
|
1.25
|
1.50735
|
|
8 290 425
|
97 500
|
8 192 925
|
|
1 507 350
|
|
9 700 275
|
SPANJA
|
5.84
|
7.93248
|
|
43 628 640
|
455 520
|
43 173 120
|
|
7 932 480
|
|
51 105 600
|
FRANZA
|
24.30
|
17.81269
|
|
97 969 795
|
1 895 400
|
96 074 395
|
|
17 812 690
|
|
113 887 085
|
IL-KROAZJA
|
|
0.22518
|
|
1 238 490
|
0
|
1 238 490
|
|
225 180
|
|
1 463 670
|
L-ITALJA
|
12.54
|
12.53009
|
|
68 915 495
|
978 120
|
67 937 375
|
|
12 530 090
|
|
80 467 465
|
ĊIPRU
|
|
0.11162
|
|
613 910
|
0
|
613 910
|
|
111 620
|
|
725 530
|
IL-LATVJA
|
|
0.11612
|
|
638 660
|
0
|
638 660
|
|
116 120
|
|
754 780
|
IL-LITWANJA
|
|
0.18077
|
|
994 235
|
0
|
994 235
|
|
180 770
|
|
1 175 005
|
Il-LUSSEMBURGU
|
0.29
|
0.25509
|
|
1 402 995
|
22 620
|
1 380 375
|
|
255 090
|
|
1 635 465
|
L-UNGERIJA
|
|
0.61456
|
|
3 380 080
|
0
|
3 380 080
|
|
614 560
|
|
3 994 640
|
MALTA
|
|
0.03801
|
|
209 055
|
0
|
209 055
|
|
38 010
|
|
247 065
|
IN-NETHERLANDS
|
5.22
|
4.77678
|
|
26 272 290
|
407 160
|
25 865 130
|
|
4 776 780
|
|
30 641 910
|
L-AWSTRIJA
|
2.65
|
2.39757
|
|
13 186 635
|
206 700
|
12 979 935
|
|
2 397 570
|
|
15 377 505
|
IL-POLONJA
|
|
2.00734
|
|
11 040 370
|
0
|
11 040 370
|
|
2 007 340
|
|
13 047 710
|
IL-PORTUGALL
|
0.97
|
1.19679
|
|
6 582 345
|
75 660
|
6 506 685
|
|
1 196 790
|
|
7 703 475
|
IR-RUMANIJA
|
|
0.71815
|
|
3 949 825
|
0
|
3 949 825
|
|
718 150
|
|
4 667 975
|
IS-SLOVENJA
|
|
0.22452
|
|
1 234 860
|
0
|
1 234 860
|
|
224 520
|
|
1 459 380
|
IS-SLOVAKKJA
|
|
0.37616
|
|
2 068 880
|
0
|
2 068 880
|
|
376 160
|
|
2 445 040
|
Il-FINLANDJA
|
1.48
|
1.50909
|
|
8 299 995
|
115 440
|
8 184 555
|
|
1 509 090
|
|
9 693 645
|
L-IŻVEZJA
|
2.73
|
2.93911
|
|
16 165 105
|
212 940
|
15 952 165
|
|
2 939 110
|
|
18 891 275
|
IR-RENJU UNIT*
|
12.69
|
14.67862
|
|
80 732 410
|
989 820
|
79 742 590
|
|
14 678 620
|
|
94 421 210
|
TOTAL TAL-EU-27 U R-RENJU UNIT
|
100.00
|
100.00
|
|
550 000 000
|
7 800 000
|
542 200 000
|
|
100 000 000
|
|
642 200 000
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
* Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit talab formalment f’Marzu 2023 li l-Kummissjoni tirrimborża fl-2023 is-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ, billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tiegħu fil-FEŻ. Din it-tpaċija se tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi.
|
|
|
|
|
|
|