Brussell, 6.9.2023

COM(2023) 512 final

2023/0311(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 305 final} - {SWD(2023) 289 final} - {SWD(2023) 290 final} - {SWD(2023) 291 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-Unjoni Ewropea (UE) hija bbażata fuq il-valuri tad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u hija impenjata li tiġġieled id-diskriminazzjoni, inkluż abbażi tad-diżabilità, kif stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (il-Karta).

Id-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqalqu u jgħixu liberament fl-Unjoni Ewropea huwa wieħed mill-aktar kisbiet apprezzati tal-UE, u xprunatur importanti tal-ekonomija tagħha.

L-UE u l-Istati Membri kollha huma partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD). L-għan tal-UNCRPD huwa li tippromwovi, tipproteġi u tiżgura t-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni kollha b’diżabilità, u li tippromwovi r-rispett għad-dinjità inerenti tagħhom. Il-UNCRPD fiha obbligi għall-Istati Partijiet biex jirrikonoxxu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità għal-libertà tal-moviment fuq bażi ugwali ma’ oħrajn. L-Istati Partijiet huma mitluba wkoll jieħdu miżuri effettivi biex jiżguraw il-mobbiltà personali bl-akbar indipendenza possibbli għall-persuni b’diżabilità, inkluż billi jiffaċilitaw il-mobbiltà personali tal-persuni b’diżabilità bil-manjiera u fil-ħin tal-għażla tagħhom, u bi spiża affordabbli.

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, u l-Kummissjoni Ewropea f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017 1 , jipprovdi li kulħadd, irrispettivament mid-diżabilità, għandu d-dritt għal trattament u għal opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-aċċess għall-prodotti u s-servizzi disponibbli għall-pubbliku (il-prinċipju 3). Barra minn hekk, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jirrikonoxxi li l-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt għal servizzi li jippermettulhom jipparteċipaw fis-soċjetà (il-prinċipju 17). Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jirreferi għal ostakli sinifikanti li l-persuni b’diżabilità għadhom jiffaċċjaw, li huma indirizzati ulterjorment fl-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030.

Persuni b’diżabilità li l-istatus ta’ diżabilità tagħhom huwa vvalutat u rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru spiss jingħataw kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali fl-aċċess għal varjetà ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta dawn jiġu pprovduti mhux bi ħlas f’dak l-Istat Membru, u irrispettivament minn jekk ikunux ipprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn operaturi privati, abbażi ta’ regoli/obbligi legali nazzjonali jew lokali, u spiss ipprovduti fuq bażi volontarja (b’mod partikolari minn operaturi privati).

L-aktar kundizzjonijiet speċjali komuni jew trattament preferenzjali huma offruti jew ipprovduti fir-rigward tat-trasport pubbliku u privat, l-ispazji tal-parkeġġ, l-avvenimenti kulturali (eż. il-mużewijiet), iċ-ċentri jew is-servizzi ta’ divertiment u sportivi, il-parks ta’ divertiment, u t-turiżmu. Dawn jistgħu jikkonsistu f’aċċess liberu, tariffi mnaqqsa, miżati jew ħlasijiet mill-utent mnaqqsa għat-toroq/il-pontijiet/il-mini bin-nollijiet, aċċess prijoritarju, assistenza personali, appoġġ (bħall-aċċess għall-braille, gwidi tal-awdjo), forniment ta’ għajnuniet, parkeġġ estiż jew fi spazji (tal-ipparkjar) riżervati 2 . Fir-rigward tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, l-assistenti personali jew persuni oħra li jakkumpanjaw jew li jassistu lill-persuni b’diżabilità jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas jew jingħataw post bilqiegħda, fejn ikun prattiku ħdejn il-persuna b’diżabilità jew il-persuna b’mobbiltà mnaqqsa 3 . Trattament preferenzjali u kundizzjonijiet speċjali jiġu offruti wkoll meta jiġu aċċessati attivitajiet jew faċilitajiet ipprovduti mingħajr ħlas.

Madankollu, persuni bi status ta’ diżabilità rikonoxxut fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jaċċessaw kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali offruti jew ipprovduti fl-Istat Membru li jkunu qed iżuru, spiss minħabba nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kard jew taċ-ċertifikat tad-diżabilità tagħhom maħruġa mill-Istat Membru ta’ residenza tagħhom.

Flimkien ma’ ostakli fiżiċi u oħrajn fl-aċċess kemm għall-ispazji pubbliċi kif ukoll għal dawk privati, l-ispejjeż għoljin tal-ivvjaġġar huma fattur ewlieni li jiskoraġġixxi lil ħafna persuni b’diżabilità milli jivvjaġġaw 4 , minħabba li għandhom ukoll ħtiġijiet speċifiċi li jagħmlu l-kostijiet tal-ivvjaġġar tagħhom ogħla milli għal persuni mingħajr diżabilità 5 . L-istħarriġ tal-Eurostat dwar persuni li ma jipparteċipawx fit-turiżmu jikkonferma għall-popolazzjoni ġenerali li r-raġunijiet finanzjarji huma argument ewlieni għan-nuqqas ta’ vjaġġar, u jindika li 44,83 % tal-popolazzjoni totali ma pparteċipatx fit-turiżmu “għal raġunijiet finanzjarji” fl-2019 6 . Il-persuni b’diżabilità għandhom riskju ogħla ta’ faqar mill-persuni mingħajr diżabilità. Fil-livell tal-UE, madwar 21,1 % tal-persuni b’diżabilità li għandhom 16-il sena jew aktar kienu f’riskju ta’ faqar fl-2021, meta mqabbla ma’ 14,9 % tal-persuni mingħajr diżabilità. Il-perċentwal għall-persuni kollha li għandhom 16-il sena jew aktar kien ta’ 16,4 %.

Il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-inċertezza legali u l-kostijiet addizzjonali potenzjali tista’ xxekkel il-possibbiltajiet tal-persuni b’diżabilità li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu b’mod sħiħ u effettiv.

Barra minn hekk, għal ħafna persuni b’diżabilità, it-trasport bil-karozza privata huwa l-aħjar jew l-unika possibbiltà li wieħed imur minn post għall-ieħor b’mod indipendenti. Il-possibbiltà li jipparkjaw kemm jista’ jkun qrib id-destinazzjoni tagħhom u d-disponibbiltà ta’ faċilitajiet ta’ parkeġġ riżervat jew estiż għall-persuni b’diżabilità huma kruċjali fl-appoġġ tal-awtonomija tagħhom u jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-moviment liberu. Il-kard għall-parkeġġ tal-UE għall-persuni b’diżabilità nħolqot permezz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi mudell/format standardizzat u komuni tal-UE fl-1998 7 u hija waħda mill-kisbiet l-aktar viżibbli u importanti tal-politika tal-UE dwar id-diżabilità. Din tintuża b’mod mifrux mill-Istati Membri kollha. Madankollu, minkejja dan, id-detenturi tal-kards qed jiffaċċjaw diffikultajiet meta jużaw il-mudell standardizzat tal-kard għall-parkeġġ tal-UE għal persuni b’diżabilità, bħal inċertezzi dwar id-drittijiet mogħtija u rikonoxximent limitat tal-kard meta jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra, kif ukoll li jiġu imposti multi anke meta tintwera l-kard għall-parkeġġ tal-UE jew meta titqiegħed fejn tidher. Barra minn hekk, id-differenzi nazzjonali fil-format u d-disinn kif ukoll l-implimentazzjoni tal-kard għall-parkeġġ tal-UE għall-persuni b’diżabilità jfixklu l-użu tagħha, iżidu l-inċertezza (legali), u jwasslu għal riskji ta’ falsifikazzjoni jew azzjonijiet frawdolenti, kif ukoll għal kwistjonijiet ta’ infurzar 8 .

Għalhekk, din l-inizjattiva tistabbilixxi l-qafas, ir-regoli, u kundizzjonijiet komuni, inkluż mudell standardizzat komuni, għal Kard Ewropea tad-Diżabilità bħala prova ta’ status ta’ diżabilità rikonoxxuta u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, bħala prova tad-dritt rikonoxxut tagħhom għall-kundizzjonijiet tal-parkeġġ u l-faċilitajiet riżervati għall-persuni b’diżabilità (“drittijiet tal-parkeġġ”). L-għan tal-inizjattiva huwa li tappoġġa l-aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali fl-Istati Membri kollha għad-detenturi tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità jew tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilità għal kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas, u rispettivament, għall-kundizzjonijiet u għall-faċilitajiet tal-parkeġġ.

Ir-rikonoxximent reċiproku tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità għandhom jiffaċilitaw u jiggarantixxu l-eżerċizzju minn persuni b’diżabilità, meta jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor jew meta jżuru Stat Membru ieħor, tad-drittijiet tagħhom li jirċievu u li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet speċjali u/jew minn trattament preferenzjali offrut mill-operaturi privati jew mill-awtoritajiet pubbliċi biex jaċċessaw servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas, kif ukoll aċċess għall-kundizzjonijiet u għall-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post ta’ residenza, fuq termini u kundizzjonijiet ugwali għal dawk previsti abbażi ta’ ċertifikati nazzjonali, kards tad-diżabilità jew dokumenti formali oħra li jirrikonoxxu l-istatus ta’ diżabilità tagħhom maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ospitanti.

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ regoli u kundizzjonijiet komuni kemm għall-Kard Ewropea tad-Diżabilità kif ukoll għall-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità se jgħin biex tiġi żgurata parteċipazzjoni u inklużjoni aktar effettivi u inklużivi fis-soċjetà tal-persuni b’diżabilità.

Il-proposta għall-ħolqien ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità hija waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030 9 :

“Il-Kummissjoni se tipproponi l-ħolqien ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità sa tmiem l-2023 bil-għan li din tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha. Din se tibni fuq l-esperjenza tal-proġett pilota tal-Kard tad-Diżabilità tal-UE li għaddej fi tmien Stati Membri u fuq il-kard Ewropea għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità.”

L-intenzjoni li tiġi ppreżentata proposta dwar il-Kard Ewropea tad-Diżabilità ġiet stabbilita wkoll fil-Komunikazzjoni dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa – Naqilbu l-Viżjoni f’Azzjoni Konkreta 10 u ssemmiet mill-President von der Leyen fil-kuntest tad-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2022 11 . L-inizjattiva hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 – Unjoni soda u magħquda 12 .

Il-Parlament Ewropew talab li tiġi stabbilita l-Kard fi tliet riżoluzzjonijiet. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020 13 , huwa talab lill-Kummissjoni tespandi l-proġett pilota eżistenti tal-Kard tad-Diżabilità tal-UE u tiżgura li l-kard għall-parkeġġ tal-UE għall-persuni b’diżabilità tiġi osservata bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha. Il-Parlament Ewropew laqa’ l-pjan li tiġi ppreżentata inizjattiva dwar il-Kard Ewropea tad-Diżabilità li għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha, bil-għan li jiżdiedu l-proġetti pilota għall-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-mudell tal-kard għall-parkeġġ tal-UE għall-persuni b’diżabilità fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar il-protezzjoni tal-persuni b’diżabilità permezz tal-petizzjonijiet 14 . Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2022 lejn drittijiet ugwali għall-persuni b’diżabilità 15 , huwa saħaq favur inizjattiva legalment vinkolanti u ambizzjuża, li tkopri firxa ta’ oqsma differenti lil hinn mill-kultura, id-divertiment u l-isport.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta wkoll opinjoni esploratorja ta’ appoġġ 16 fir-rigward tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità, filwaqt li rrikonoxxa fir-rigward tal-Kard tal-UE għall-Parkeġġ l-importanza li tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni li tarmonizza l-karatteristiċi, il-ħruġ ta’ proċeduri u l-funzjonament tagħha.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din l-inizjattiva tibni fuq żewġ strumenti eżistenti.

Fir-rigward tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità, il-proposta tibni fuq il-proġett pilota relatat li jespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-Istati Membri kollha u li jkopri firxa usa’ ta’ oqsma ta’ politika differenti, mhux biss is-servizzi, iżda wkoll l-attivitajiet u l-faċilitajiet, inkluż meta pprovdut mhux għal remunerazzjoni. Il-proġett pilota twettaq fuq bażi volontarja fi tmien Stati Membri (il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija, u s-Slovenja) fl-2016–2018 u baqa’ fis-seħħ wara t-tmiem tal-proġett. Il-proġett pilota pprovda format komuni għal kard għar-rikonoxximent reċiproku fuq bażi volontarja fost it-tmien Stati Membri parteċipanti tal-istatus ta’ diżabilità (kif stabbilit f’konformità mal-kriterji, ir-regoli, il-prattiki u l-proċeduri nazzjonali rispettivi tagħhom), għall-aċċess għall-benefiċċji u s-servizzi fl-oqsma tal-kultura, id-divertiment, l-isport u, f’xi pajjiżi, it-trasport 17 , meta jivvjaġġaw lejn wieħed mill-pajjiżi parteċipanti. Il-fornituri nazzjonali tas-servizzi f’dawn is-setturi jistgħu jaderixxu volontarjament mal-iskema tal-kard. Il-pakkett ta’ benefiċċji pprovdut f’kull Stat Membru ddependa fuq in-numru u t-tip ta’ fornituri ta’ servizzi parteċipanti. Ladarba jissieħbu fl-iskema tal-kard, il-fornituri tas-servizzi kienu obbligati joffru l-istess benefiċċji li jipprovdu lil ċittadini b’diżabilità wkoll lid-detenturi tal-kards minn Stati Membri parteċipanti oħra. L-Istati Membri kellhom iżommu rekord tas-servizzi li jaderixxu mas-sistema u jaġġornawha regolarment.

Il-Proġett Pilota tal-UE wera b’mod ċar il-vantaġġi għall-persuni b’diżabilità fl-aċċess għas-servizzi fl-oqsma tal-kultura, id-divertiment, l-isport, u, f’xi każijiet it-trasport, u fl-appoġġ tal-moviment transfruntier tagħhom fl-UE għal perjodu qasir. Barra minn hekk, l-istudju tal-2021 li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-azzjoni pilota dwar il-Kard tad-Diżabilità tal-UE u l-benefiċċji assoċjati 18 kkonferma l-valur miżjud tal-UE tal-kard u kkonkluda li hemm potenzjal għal azzjoni fuq skala akbar.

Meta mqabbel mal-proġett pilota (li elenka l-erba’ setturi koperti u inklużi fuq il-listi (nazzjonali) elaborati ta’ “fornituri parteċipanti” f’bażi ta’ data pubblika), ir-raġunament/il-loġika sottostanti ta’ din il-proposta leġiżlattiva huma differenti. Billi tipprevedi r-rikonoxximent reċiproku tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità fl-Istati Membri kollha, din il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li tagħti lid-detenturi tal-kards li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor jew li jkunu qed iżuru Stat Membru ieħor, aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali għall-kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali eżistenti fir-rigward ta’ varjetà kbira ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas. Dan l-approċċ għandu jnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv fil-proġett pilota għall-Istati Membri relatat mal-ħtieġa li jinżammu u jiġu aġġornati bażijiet tad-data tal-fornituri tas-servizzi li jaċċettaw il-Kard Ewropea tad-Diżabilità.

Għall-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, l-inizjattiva se tissostitwixxi s-sistema stabbilita bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE 19 li pprevediet mudell Ewropew volontarju ta’ kard għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità u ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-kard għall-parkeġġ madwar l-Istati Membri. Żidiet jew devjazzjonijiet nazzjonali speċifiċi mill-mudell irrakkomandat wasslu għal proliferazzjoni ta’ kards differenti 20 , li jfixklu r-rikonoxximent transfruntier tagħhom kif ukoll l-aċċess ta’ persuni b’diżabilità għal kundizzjonijiet u faċilitajiet speċjali ta’ parkeġġ riżervati għal persuni b’diżabilità li għandhom kard għall-parkeġġ “lokali”. Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ma ġietx aġġornata biex tirrifletti l-iżviluppi fit-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni, jew biex tgħin lill-Istati Membri li jkunu qed jesperjenzaw problemi ta’ frodi u falsifikazzjoni tal-kards biex jindirizzawhom.

Il-proposta se tipprovdi r-regoli u l-kundizzjonijiet komuni li jirregolaw il-ħruġ tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità u l-mudell komuni tagħha li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri kollha li jissostitwixxi l-kards għall-parkeġġ nazzjonali multipli eżistenti.

Barra minn hekk, bil-ħsieb li jiġi ggarantit trattament ugwali maċ-ċittadini tal-UE, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq att legali separat li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-proposta għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma intitolati li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għall-persuni b’diżabilità, meta jivvjaġġaw lejn jew iżuru Stat Membru ieħor, biex jibbenefikaw minn kundizzjonijiet speċjali u/jew minn trattament preferenzjali disponibbli meta jaċċessaw servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas, taħt kundizzjonijiet ugwali għar-residenti b’diżabilità, biex b’hekk jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu fl-UE.

Fir-rigward tas-servizzi normalment ipprovduti bi ħlas fis-suq intern, din il-proposta tikkomplementa d-Direttiva 2006/123 dwar is-servizzi fis-suq intern 21 . Barra minn hekk, din tikkomplementa l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà (id-Direttiva 2019/882) 22 u d-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web (id-Direttiva (UE) 2016/2102) 23 li għandhom l-għan li jeliminaw u jipprevjenu l-ostakli li jirriżultaw minn rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà diverġenti fl-Istati Membri.

Il-proposta tikkomplementa u tista’ tiffaċilita l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri adottata bejn l-2004 u l-2021 fir-rigward ta’ erba’ modi ta’ trasport: l-avjazzjoni, il-ferroviji, it-trasport bl-ilma, u x-xarabanks u l-kowċis 24 . Din il-leġiżlazzjoni tiggarantixxi lill-passiġġieri b’diżabilità u b’mobbiltà mnaqqsa d-dritt għan-nondiskriminazzjoni fl-aċċess għat-trasport u li jirċievu assistenza mingħajr ħlas u, jekk ikun meħtieġ, l-adattament tas-servizzi tat-trasport għall-ħtiġijiet speċjali tagħhom biex ikunu jistgħu jużaw l-erba’ modi ta’ trasport bħal kwalunkwe ċittadin ieħor.

L-inizjattiva hija wkoll konformi mad-Direttiva reċenti (UE) 2022/362 25 , li tippermetti lill-Istati Membri jipprevedu tariffi jew imposti għall-utenti għat-toroq/pontijiet/mini bin-nollijiet aktar baxxi kif ukoll eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu tali tariffi jew imposti għall-utenti għal kwalunkwe vettura użata minn jew proprjetà ta’ persuni b’diżabilità fir-rigward ta’ toroq soġġetti għal tariffi fuq it-toroq.

Il-proposta se tgħin bl-istess mod biex tiġi appoġġata parteċipazzjoni aktar effettiva u inklużiva fis-soċjetà tal-persuni b’diżabilità kif previst mill-UNCRPD u se tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-2030, peress li l-Għan 8 jinkoraġġixxi politiki li jippromwovu t-turiżmu sostenibbli u l-kultura lokali; L-Għan 10 jimmira li jnaqqas l-inugwaljanzi; u l-għan 11 jimmira li jipprovdi aċċess għal sistemi tat-trasport sikuri, affordabbli, aċċessibbli u sostenibbli għal kulħadd.

Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi element kostitwenti ulterjuri għal infrastruttura Ewropea usa’ taċ-ċertifikazzjoni diġitali, li tibni fuq l-esperjenza taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u se tgħaqqad mal-Portafoll Ewropew tal-Identità Diġitali wara l-adozzjoni tar-Regolament rivedut propost.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta għandha objettivi multipli u interkonnessi li jikkonċernaw diversi oqsma ta’ politika, bħas-servizzi, it-trasport, u d-drittijiet għall-moviment liberu. Għalhekk, l-użu ta’ bażijiet legali differenti huwa l-aktar mod adegwat u xieraq biex ikopri d-diversi objettivi ta’ din l-inizjattiva.

L-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tat-TFUE (dwar is-servizzi normalment ipprovduti bi ħlas fis-suq intern) huma rilevanti, peress li l-proposta se tagħti lid-detenturi tal-kard d-dritt li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet/trattament preferenzjali meta jaċċessaw servizzi fuq bażi ugwali ma’ persuni b’diżabilità fl-Istat Membru li jżuru.

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċjali u t-trattament preferenzjali biex jiġu aċċessati servizzi fil-qasam tat-trasport, inklużi l-faċilitajiet ta’ parkeġġ, l-Artikolu 91 tat-TFUE jipprovdi l-bażi ġuridika meħtieġa. Barra minn hekk, dan l-Artikolu huwa rilevanti wkoll peress li ppermetta l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1998 26 li ħolqot l-iskema volontarja eżistenti tal-kard tal-UE għall-parkeġġ, li se tiġi sostitwita mill-inizjattiva kurrenti.

Sabiex jiġu koperti dawk il-kundizzjonijiet speċjali jew it-trattament preferenzjali pprovdut meta jiġu aċċessati l-attivitajiet u l-faċilitajiet li ma jaqgħux fil-kategoriji ta’ “servizzi” koperti mill-bażijiet legali l-oħra msemmija hawn fuq, b’mod partikolari dawk l-attivitajiet u l-faċilitajiet mhux previsti għar-remunerazzjoni, l-Artikolu 21(2) tat-TFUE, bħala bażi ġuridika residwa, jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni Ewropea taġixxi u tadotta dispożizzjonijiet biex tiffaċilita d-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-membri tal-familja, tkun xi tkun in-nazzjonalità, ta’ ċittadin tal-Unjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu skont ir-regoli tal-Unjoni huma assimilati maċ-ċittadini tal-Unjoni.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

Din il-proposta tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-objettivi differenti u interkonnessi ta’ din il-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri b’mod indipendenti iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE. Għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE.

Il-problemi identifikati għandhom dimensjoni transfruntiera li ma tistax tiġi solvuta mill-Istati Membri waħedhom. Il-ħtieġa għal azzjoni tal-UE hija direttament marbuta mal-ivvjaġġar transfruntier u mal-isfidi relatati li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabilità fl-UE, u għalhekk hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ ikkoordinat fost l-Istati Membri biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għal kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali fuq termini u kundizzjonijiet ugwali mad-detenturi ta’ kard jew ċertifikat tad-diżabilità maħruġa mill-pajjiż li jkunu qed iżuru.

In-nuqqas ta’ azzjoni fil-livell tal-UE x’aktarx jirriżulta fl-adozzjoni ta’ sistemi differenti mill-Istati Membri, li jirriżulta f’diffikultajiet kontinwi bir-rikonoxximent tal-kards u ċ-ċertifikati tad-diżabilità, kif ukoll tal-kard għall-parkeġġ tal-UE, bejn il-fruntieri. Jekk l-UE ma tintervjenix, id-differenzi kurrenti fil-kards u fiċ-ċertifikati nazzjonali tad-diżabilità x’aktarx li jiżdiedu wkoll, u t-trattament differenti ta’ persuni b’diżabilità madwar l-Istati Membri jibqa’ jew ikompli jiżdied, b’effetti negattivi fuq l-aċċess tagħhom għal kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunx previst għal remunerazzjoni, li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu.

L-inizjattiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-kriterji ta’ eliġibbiltà, il-kundizzjonijiet, jew il-proċeduri ta’ valutazzjoni biex jinkiseb status ta’ diżabilità fi Stat Membru, u għal dan, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti. Għalhekk, din il-proposta ma taffettwax il-kompetenzi tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet u l-proċeduri meta jivvalutaw l-istatus ta’ diżabilità għall-finijiet tal-għoti ta’ kard Ewropea tad-diżabilità u fir-rikonoxximent tad-dritt għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità u l-ħruġ ta’ ċertifikat, kard tad-diżabilità jew tal-parkeġġ għal persuni b’diżabilità, jew kwalunkwe dokument formali ieħor, kemm jekk fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali.

Barra minn hekk, il-proposta ma taffettwax il-kompetenzi nazzjonali biex jiġi ddeterminat jekk tagħtix benefiċċji speċjali jew kundizzjonijiet preferenzjali, bħal aċċess mingħajr ħlas, tariffi mnaqqsa, jew trattament preferenzjali għall-persuni b’diżabilità u, fejn applikabbli, il-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom. Il-proposta lanqas ma timponi obbligi fuq l-operaturi privati jew l-awtoritajiet pubbliċi dwar jekk jagħtux kundizzjonijiet preferenzjali. Tiżgura biss li meta jingħataw tali kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali, dawn għandhom ikunu disponibbli fuq termini u kundizzjonijiet ugwali għall-persuni kollha b’diżabilità li huma detenturi ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità jew ta’ Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità u li l-informazzjoni f’dak ir-rigward issir disponibbli f’formati aċċessibbli bl-użu tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti għas-servizzi stabbiliti fl-Anness tad-Direttiva 2019/882.

Proporzjonalità

Fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-forma u l-kontenut tal-proposta ma jaqbżux jew ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħqu l-objettivi varji u interkonnessi tagħha.

Huma stabbiliti regoli ġenerali komuni u format/mudell standardizzat komuni għaż-żewġ kards. Madankollu, filwaqt li jitqiesu d-differenzi, iċ-ċirkostanzi u l-prattiki nazzjonali, il-valutazzjoni tal-istatus tad-diżabilità nnifsu, l-istabbiliment tal-proċeduri meħtieġa għall-ħruġ tal-kards u d-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet speċjali jew tat-trattament preferenzjali għall-persuni b’diżabilità fl-aċċess għas-servizzi, għall-attivitajiet u għall-faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti għal remunerazzjoni, jitħallew f’idejn l-Istati Membri, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mid-dritt tal-Unjoni.

Għażla tal-istrument

F’konformità mal-bażijiet ġuridiċi identifikati, b’mod partikolari l-Artikoli 53(1) u 62, flimkien mal-Artikolu 91 tat-TFUE, u l-Artikolu 21(2) tat-TFUE, Direttiva titqies bħala l-istrument xieraq, proporzjonat, u effettiv biex jintlaħqu l-objettivi differenti u interkonnessi tal-inizjattiva.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F’Lulju 2022 ġie stabbilit grupp ta’ tmexxija interservizz dwar il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u dan kien involut b’mod attiv fit-tħejjija tal-inizjattiva, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt tagħha.

F’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, ġiet ikkonsultata firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati internazzjonali, tal-UE u nazzjonali, jiġifieri (i) dawk b’interess fil-kwistjoni (eż., l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, il-fornituri tas-servizzi, l-NGOs; (ii) benefiċjarji potenzjali tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità jew tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità (eż., persuni b’diżabilità, assistenti personali); u (iii) esperti (eż., riċerkaturi, konsulenzi u konsulenti, organizzazzjonijiet internazzjonali).

Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kienet tinkludi: (a) konsultazzjoni pubblika, (b) intervisti strateġiċi u (c) immirati, (d) stħarriġ online mmirat, (e) tliet workshops online, (f) sitt gruppi fokali ma’ fornituri ta’ servizzi minn Stati Membri magħżula u (g) sitt studji tal-każijiet. Il-partijiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu wkoll kummenti dwar (h) is-sejħa għall-evidenza tal-Kummissjoni 27 .

Il-maġġoranza tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ġew organizzati minn kuntrattur estern bħala parti minn studju li jappoġġa t-tħejjija tal-valutazzjoni tal-impatt. Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabilità, li huma membri tal-Pjattaforma tad-Diżabilità. Id-diskussjonijiet fil-laqgħat tal-Pjattaforma u s-sottogrupp speċifiku tagħha dwar il-Kard Ewropea tad-Diżabilità kienu kruċjali biex jinkiseb feedback ħalli tiġi rfinata l-proposta.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta għal inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-qafas, ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ u l-użu tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità hija akkumpanjata minn rapport tal-valutazzjoni tal-impatt 28 , li abbozz tiegħu ġie ppreżentat lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) fil-21 ta’ Ġunju 2023. L-RSB ta opinjoni pożittiva b’riżervi fid-19 ta’ Lulju 2023. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ġie rivedut f’konformità mas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord. Ġew indirizzati wkoll il-kummenti tekniċi aktar dettaljati tal-RSB.

It-tfassil tal-għażliet u d-deċiżjoni li jiġu mwarrba ċerti għażliet huma bbażati b’mod qawwi fuq l-esperjenza miksuba taħt il-proġett pilota tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u fuq l-esperjenza tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE tal-4 ta’ Ġunju 1998 dwar kard għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, flimkien mal-feedback tal-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri.

L-għażla li l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità jingħaqdu f’kard waħda ġiet ikkunsidrata u mbagħad twarrbet minħabba nuqqas ta’ fattibbiltà prattika u teknika 29 . Iż-żewġ kards għandhom kriterji ta’ eliġibbiltà, proċedura/i ta’ ħruġ, ambitu u użu differenti. Mhux id-detenturi kollha ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità jkunu detenturi ta’ Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità. Il-partijiet ikkonċernati kkonsultati indikaw li t-tagħqid taż-żewġ kards jillimita l-possibbiltà li l-persuni b’diżabilità jużaw iż-żewġ kards simultanjament. Fil-prattika, il-Kard Ewropea għall-Parkeġġ tipikament titħalla u tintwera fil-vettura, filwaqt li l-Kard Ewropea tad-Diżabilità jeħtieġ tibqa’ għand id-detentur tal-kard. Għalhekk il-partijiet ikkonċernati qiesu li għandhom jinżammu bħala żewġ kards distinti.

Il-valutazzjoni qieset l-għażliet ta’ politika li għandhom l-għan li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità fl-UE fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi meta wieħed iżur Stat Membru (A) ieħor, u li jiffaċilitaw l-użu u ċ-ċertezza legali fl-użu tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità (B), li, meħuda flimkien, jindirizzaw l-isfidi identifikati.

Diversi għażliet oħra bħal arranġamenti volontarji 30 , il-kopertura biss ta’ għażla ta’ servizzi 31 , l-armonizzazzjoni tad-definizzjonijiet u l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-valutazzjoni tal-istatus tad-diżabilità 32 jew l-armonizzazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ tal-kards rilevanti fil-livell tal-UE 33 , twarrbu wkoll.

L-għażla ppreferuta hija taħlita tal-għażla ta’ politika A2 (mudell obbligatorju tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità fl-Istati Membri kollha għall-ivvjaġġar li jkopri s-setturi kollha tas-servizzi) mal-għażla B2 (mudell obbligatorju tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità).

L-għażla ta’ politika A2 hija l-aktar effettiva biex tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku tal-istatus tad-diżabilità fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi meta jkunu qed iżuru Stat Membru ieħor, peress li tipprevedi l-ħolqien tal-Kard tad-Diżabilità tal-UE, li għandha tintuża preċiżament għal dak il-għan u li tista’ tiġi rikonoxxuta faċilment madwar l-Istati Membri. Il-Kard telimina l-inċertezza kemm għall-fornituri ta’ servizzi li attwalment iridu jivverifikaw l-istatus ta’ diżabilità tal-klijenti kif ukoll għall-persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw lejn jew li jżuru Stati Membri oħra.

L-għażla ta’ politika B2 hija l-aktar effettiva biex tiffaċilita r-rikonoxximent tal-kard tal-UE għall-parkeġġ. Bħala strument leġiżlattiv vinkolanti, dan jagħmel obbligatorju r-rekwiżiti minimi tal-mudell komuni tal-kard tal-UE għall-parkeġġ u l-format u l-karatteristiċi tas-sigurtà tagħha. Il-format aktar omoġenu u uniformi tal-kards għall-parkeġġ nazzjonali jnaqqas l-inċertezza marbuta mar-rikonoxximent tagħhom għall-persuni b’diżabilità, u jagħmlilhom ħajjithom eħfef meta jivvjaġġaw bil-karozza fl-UE. Dan jippermetti lid-detenturi tal-kards jivvjaġġaw bil-karozza, mingħajr l-inċertezza li l-kard għall-parkeġġ tagħhom tista’ ma tkunx rikonoxxuta barra minn pajjiżhom. Dan iwassal ukoll għal iffrankar tal-kostijiet għall-persuni kkonċernati, minħabba li jkunu jistgħu jużaw slots tal-parkeġġ pubbliċi riżervati għal persuni b’diżabilità.

It-taħlita ppreferuta ta’ għażliet ta’ politika hija mistennija li jkollha impatti soċjali pożittivi u impatti pożittivi qawwija fuq l-iżgurar tad-drittijiet fundamentali fl-UE (b’mod partikolari d-dritt għall-moviment liberu, in-nondiskriminazzjoni u l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità). L-impatt ambjentali tal-għażliet ta’ politika kkombinati x’aktarx li jkun żgħir u insinifikanti fid-daqs, filwaqt li jkun jinvolvi impatti diġitali pożittivi limitati. L-għażliet ta’ politika ppreferuti ma humiex mistennija li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kompetittività u l-SMEs u l-kostijiet amministrattivi mistennija għan-negozji se jkunu marġinali 34 .

Drittijiet fundamentali

Il-proposta se tħalli impatt pożittiv 35 fuq bosta drittijiet rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Billi titnaqqas l-inċertezza dwar ir-rikonoxximent tal-kards tad-diżabilità u tal-kards għall-parkeġġ madwar l-UE, dan se jiffaċilita l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-libertà ta’ moviment minn persuni b’diżabilità meta jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor jew meta jżuru Stat Membru ieħor għajr dak li fih jirrisjedu (l-Artikolu 45 tal-Karta).

Li jkollhom aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali għal kundizzjonijiet speċjali jew għal trattament preferenzjali offrut lil persuni b’diżabilità għal servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għal persuni b’diżabilità waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew iżuru Stat Membru ieħor għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-persuni b’diżabilità, filwaqt li jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali tagħhom, u l-parteċipazzjoni fil-ħajja tal-komunità (l-Artikolu 26 tal-Karta).

Il-proposta tikkontribwixxi għall-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u ugwaljanza fl-aċċess għas-servizzi (l-Artikolu 21 tal-Karta). Li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn kundizzjonijiet speċjali jew minn trattament preferenzjali jew minn kundizzjonijiet u faċilitajiet ta’ parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità fl-Istati Membri kollha fuq bażi ugwali mar-residenti li huma persuni bi status ta’ diżabilità rikonoxxuti f’dak il-pajjiż, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post ta’ residenza, huma fatturi importanti li jiddeterminaw l-għażla tagħhom li jużaw tali servizzi.

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ regoli u kundizzjonijiet komuni kemm għall-Kard Ewropea tad-Diżabilità kif ukoll għall-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità se jgħin ukoll biex jippromwovi, jipproteġi u jiżgura t-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni kollha b’diżabilità, u jippromwovi r-rispett tad-dinjità inerenti tagħhom. Min-naħa tiegħu, dan se jiżgura parteċipazzjoni aktar effettiva u inklużiva fis-soċjetà tal-persuni b’diżabilità kif previst mill-UNCRPD.

Din il-proposta timplika l-ipproċessar ta’ data personali, b’mod partikolari d-data dwar l-istatus ta’ diżabilità tad-detentur tal-kard. L-ipproċessar tad-data personali ta’ individwi, inklużi l-ġbir, l-aċċess għad-data personali u l-użu tagħha, jaffettwa d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8 tal-Karta. L-interferenza ma’ dawn id-drittijiet fundamentali hija meħtieġa u ġenwinament tissodisfa l-objettiv ta’ interess ġenerali rikonoxxut mil-liġi tal-Unjoni.

Fir-rigward tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri li joħorġu l-kards se jkunu l-kontrolluri tad-data. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta jimplimentaw din id-Direttiva, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tipprevedi salvagwardji xierqa applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali, b’mod partikolari data personali li tikkonċerna l-istatus ta’ diżabilità tad-detentur tal-kard, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 . L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw ukoll is-sigurtà, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tad-data personali miġbura u maħżuna għall-fini ta’ dan ir-Regolament. Jistgħu jiġu previsti aktar miżuri ta’ sigurtà għad-data personali permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, meta jiġu stabbiliti l-karatteristiċi diġitali u l-format diġitali. Għall-finijiet tad-Direttiva proposta, id-data personali jeħtieġ li tiġi pprovduta biss fil-kard fiżika u, ladarba l-format u l-ispeċifikazzjonijiet tagħha jkunu ġew stabbiliti, għandha tiġi inkluża fil-kard diġitali maħruġa.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta għandha implikazzjonijiet baġitarji limitati ħafna għall-baġit tal-UE. L-uniċi kostijiet operazzjonali huma relatati mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi ta’ esperti, kif ukoll mal-appoġġ għall-kontrolli tal-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni, jiġifieri approprjazzjoni operazzjonali ta’ EUR 0,62 miljun taħt il-linja baġitarja eżistenti, kif ukoll nefqa amministrattiva ta’ madwar EUR 0,342 miljun fis-sena. Din in-nefqa se tinvolvi riallokazzjoni interna ta’ fondi mingħajr ebda żieda fl-ammont.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

F’każ li l-proposta tiġi approvata, l-Istati Membri se jkollhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha, lill-korp (jew lill-korpi) maħtur(a) biex joħroġ, iġedded u jirtira l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ tali kards jew biex il-kards jiġu ddikjarati invalidi.

L-Istati Membri se jkollhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tfassal ir-rapport regolari tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Il-proposta ma teħtieġ l-ebda dokument ta’ spjegazzjoni għat-traspożizzjoni tagħha fid-dritt nazzjonali.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jiddeskrivi s-suġġett.

L-Artikolu 2 dwar il-kamp ta’ applikazzjoni huwa relatat mal-kamp ta’ applikazzjoni materjali u jiddeskrivi liema servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta pprovduti mhux għal remunerazzjoni, huma koperti. Dan itenni li l-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex jivvalutaw l-istatus tad-diżabilità u joħorġu l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, biex jiddeterminaw il-proċeduri għall-ħruġ tagħhom filwaqt li jiġu rrispettati l-elementi komuni previsti fl-Artikoli 6 u 7, u biex jiddeċiedu jekk jagħtux jew le benefiċċji speċjali jew kundizzjonijiet speċifiċi speċjali jew trattament preferenzjali għal persuni b’diżabilità u, fejn applikabbli, għal persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom. Jiċċara wkoll is-suġġett billi jeskludi l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.

L-Artikolu 3 fih id-definizzjonijiet ewlenin.

L-Artikolu 4 jelenka l-benefiċjarji, filwaqt li l-Artikolu 5 jipprevedi aċċess ugwali għal kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali għad-detenturi tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità u l-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom, inklużi dawk rikonoxxuti bħala assistent(i) personali f’konformità mal-leġiżlazzjoni jew il-prattiki nazzjonali.

L-Artikoli 6 u 7 jistabbilixxu l-format, il-proċeduri u l-formalitajiet amministrattivi għall-Kard Ewropea tad-Diżabilità u għall-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità rispettivament. Dawn huma relatati mal-introduzzjoni u mal-validità tal-kards u jistabbilixxu l-formati rispettivi li huma inklużi fl-Annessi. Iż-żewġ artikoli jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex tistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar id-diġitalizzazzjoni tal-Kards.

L-Artikolu 8 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati speċifikazzjonijiet tekniċi komuni biex jiġi speċifikat ulterjorament il-format tal-kards kif ukoll il-format ta’ elementi diġitali futuri.

L-Artikolu 9 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet rilevanti għas-sorveljanza, il-konformità u l-informazzjoni aċċessibbli fir-rigward tal-użu tal-kard, inkluż fil-każ ta’ riskju ta’ falsifikazzjoni jew frodi.

L-Artikolu 10 jirrikjedi li l-Istati Membri jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti li se joħorġu l-kards.

L-Artikoli 11 u 12 jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri għall-eżerċizzju tad-delega mill-Kummissjoni u l-atti ta’ implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8.

L-Artikoli 13 u 14 huma relatati mal-infurzar u mal-penali, li jippermettu lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b’diżabilità u lil korpi pubbliċi oħra b’interessi leġittimi jieħdu wkoll azzjoni biex jiżguraw il-konformità mad-Direttiva. Il-penali għandhom ikunu akkumpanjati minn azzjoni ta’ rimedju, peress li huwa importanti li jiġu rrimedjati l-problemi li wieħed jiltaqa’ magħhom fl-użu tal-kards u li jittieħdu passi għal titjib futur.

L-Artikolu 15 fih miżuri ta’ akkumpanjament għall-aċċess għall-informazzjoni u għas-sensibilizzazzjoni, inkluża l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni.

L-Artikolu 16 jirrigwarda r-rapportar u r-rieżami u l-obbligi għall-ewwel rapporti u rapporti sussegwenti dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva.

L-Artikolu 17 jistipula li r-rakkomandazzjoni attwali dwar il-Kard Ewropea għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità m’għandhiex tibqa’ valida u ma tibqax tapplika.

L-Artikoli 18 u 19 jipprevedu t-traspożizzjoni u d-dħul fis-seħħ.

L-Annessi I u II jiddeskrivu rispettivament il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, u jistabbilixxu l-format u d-disinn tagħhom.

2023/0311 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u 62, l-Artikolu 91 u l-Artikolu 21 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 37 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 38 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri tad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u hija impenjata li tiġġieled id-diskriminazzjoni, inkluż abbażi tad-diżabilità, kif stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fil- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”).

(2)Fl-Artikolu 26 tal-Karta, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b’diżabilità li jibbenefikaw minn miżuri maħsuba sabiex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità.

(3)Kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt fundamentali li jiċċaqlaq u li jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex jidħlu fis-seħħ.

(4)Skont il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija destinata li tkun l-istatus fundamentali taċ-ċittadini tal-Istati Membri meta jeżerċitaw id-dritt ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri, biex dawk li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni jkunu jistgħu jgawdu, fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tat-TFUE, l-istess trattament fil-liġi irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, soġġett għal tali eċċezzjonijiet li huma previsti b’mod espliċitu.

(5)L-Unjoni hija Parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) 39 , u hija marbuta bid-dispożizzjonijiet tagħha li huma parti integrali mill-ordni ġuridiku tal-Unjoni sal-firxa tal-kompetenzi tagħha. L-Istati Membri kollha huma Partijiet għall-UNCRPD u huma marbuta minnha wkoll sal-firxa tal-kompetenzi tagħhom.

(6)L-għan tal-UNCRPD huwa li tippromwovi, tipproteġi u tiżgura t-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha mill-persuni kollha b’diżabilità, u li tippromwovi r-rispett għad-dinjità inerenti tagħhom, u b’hekk tiżgura l-parteċipazzjoni u l-inklużjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ oħrajn. Il-UNCRPD tirrikonoxxi wkoll l-importanza tal-ħtieġa li jittieħdu miżuri xierqa biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità.

(7)Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, u l-Kummissjoni Ewropea f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017 40 , jipprovdi li kulħadd, inter alia irrispettivament mid-diżabilità, għandu d-dritt għal trattament u opportunitajiet indaqs fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-aċċess għall-prodotti u s-servizzi disponibbli għall-pubbliku (il-prinċipju 3). Barra minn hekk, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jirrikonoxxi li l-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt għal servizzi li jippermettulhom jipparteċipaw fis-soċjetà (il-prinċipju 17).

(8)Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 (l-“Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà”) għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi billi telimina u tipprevjeni l-ostakli li jirriżultaw minn rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà diverġenti fl-Istati Membri, b’hekk tikkontribwixxi għaż-żieda fid-disponibbiltà ta’ prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern, inkluż l-aċċess għal siti web u għal servizz ibbażat fuq apparat mobbli ta’ ċerti servizzi pubbliċi 42 , u li ttejjeb l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, id-dritt tal-Unjoni jiggarantixxi wkoll id-drittijiet għan-nondiskriminazzjoni fl-aċċess għat-trasport u drittijiet oħra bħad-dritt li wieħed jirċievi l-assistenza mingħajr ħlas għall-passiġġieri b’diżabilità u b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġa bl-ajru 43 , bil-ferrovija 44 , bil-mezzi tat-trasport marittimi 45 , jew bix-xarabank u bil-kowċ 46 . Id-dritt tal-Unjoni jippermetti wkoll lill-Istati Membri jipprevedu tariffi jew pedaġġi mnaqqsa tat-toroq/pontijiet/mini kif ukoll eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu tali tariffi jew imposti għall-utenti għal kwalunkwe vettura użata minn jew proprjetà ta’ persuni b’diżabilità fir-rigward ta’ toroq soġġetti għal tariffi fuq it-toroq 47 .

(9)Il-persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih jirrisjedu għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ diżabilità peress li din hija kwistjoni fil-kompetenza tagħhom. Kull Stat Membru u l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tiegħu għandhom proċedura ta’ valutazzjoni tad-diżabilità li tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu l-istatus ta’ diżabilità ta’ applikant, huma joħorġu ċertifikat tad-diżabilità, kard tad-diżabilità jew dokument formali ieħor li jirrikonoxxi l-istatus ta’ diżabilità tal-applikant.

(10)Minħabba n-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-istatus ta’ diżabilità bejn l-Istati Membri, il-persuni b’diżabilità jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet speċifiċi meta jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom ta’ moviment liberu.

(11)Il-persuni b’diżabilità li jiċċaqilqu għal perjodi itwal lejn Stati Membri oħra għal raġunijiet ta’ impjieg, studju jew skopijiet oħra, ħlief fejn previst mod ieħor mid-dritt jew kif miftiehem bejn l-Istati Membri, jista’ jkollhom l-istatus ta’ diżabilità tagħhom ivvalutat u rikonoxxut formalment mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor u jistgħu jirċievu ċertifikat tad-diżabilità, kard tad-diżabilità jew kwalunkwe dokument formali ieħor li jirrikonoxxi l-istatus ta’ diżabilità tagħhom f’konformità mar-regoli applikabbli ta’ dak l-Istat Membru.

(12)Madankollu, persuni bi status ta’ diżabilità rikonoxxut li jivvjaġġaw lejn jew li jżuru Stat Membru għajr l-Istat Membru li fih jirrisjedu għal perjodu qasir ta’ żmien jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet sinifikanti jekk l-istatus ta’ diżabilità tagħhom ma jkunx rikonoxxut fl-Istat Membru li jivvjaġġaw lejh jew li iżuru, u jekk ma jkollhomx ċertifikat, kard tad-diżabilità jew kwalunkwe dokument formali ieħor li jirrikonoxxi l-istatus ta’ diżabilità tagħhom fl-Istat Membru ospitanti, sabiex jibbenefikaw minn kundizzjonijiet speċjali u/jew minn trattament preferenzjali offrut hemmhekk.

(13)F’dan il-każ, il-persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw lejn jew li jżuru Stat Membru ieħor jitqiegħdu fi żvantaġġ meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu meta mqabbla ma’ persuni b’diżabilità li għandhom ċertifikat ta’ diżabilità, kard tad-diżabilità jew kwalunkwe dokument formali ieħor li jirrikonoxxi l-istatus tad-diżabilità tagħhom fl-Istat Membru li jivvjaġġaw lejh jew iżuruh.

(14)Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ għarfien dwar jekk u, jekk iva, sa liema punt l-istatus tad-diżabilità u d-dokumenti formali tagħhom li jirrikonoxxu dan l-istatus jistgħu jkunu rikonoxxuti meta jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor jew meta jżuru Stat Membru ieħor, joħloq inċertezza għalihom. Fl-aħħar mill-aħħar, il-persuni b’diżabilità jistgħu jiġu skoraġġuti milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu.

(15)Flimkien ma’ ostakli fiżiċi u oħrajn fl-aċċess kemm għall-ispazji pubbliċi kif ukoll għal dawk privati, l-ispejjeż għoljin huma fattur ewlieni li jiskoraġġixxi lil ħafna persuni b’diżabilità milli jivvjaġġaw 48 , minħabba li għandhom ħtiġijiet speċifiċi u jistgħu jirrikjedu wkoll persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jassistuhom inklużi dawk rikonoxxuti bħala assistent(i) personali f’konformità mal-leġiżlazzjoni jew il-prattiki nazzjonali, u dan jagħmel il-kostijiet tal-ivvjaġġar tagħhom ogħla minn dawk għall-persuni mingħajr diżabilità 49 . In-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-istatus ta’ diżabilità fi Stati Membri oħra jista’ jillimita l-aċċess tagħhom għal kundizzjonijiet speċjali, bħal aċċess liberu jew tariffi mnaqqsa, jew trattament preferenzjali u dan għandu impatt fuq il-kostijiet, il-ħajja u l-għażliet tal-ivvjaġġar tagħhom.

(16)It-trattament preferenzjali (bħall-għajnuna personali, l-aċċess prijoritarju, eċċ.) offrut bi ħlas jew mingħajru jista’ jkun importanti għall-persuni b’diżabilità biex ikunu jistgħu jaċċessaw diversi servizzi, attivitajiet jew faċilitajiet u biex ikunu jistgħu jesperjenzawhom aħjar. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ rikonoxximent, fl-Istat Membru li huma jżuru jew jivvjaġġaw lejh, l-istatus ta’ diżabilità tagħhom u ta’ dokumenti formali li jirrikonoxxu dan l-istatus maħruġa fi Stati Membri oħra, il-persuni b’diżabilità jistgħu ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet speċjali jew mit-trattament preferenzjali offrut mill-operaturi privati jew mill-awtoritajiet pubbliċi f’dak l-Istat Membru lid-detenturi ta’ ċertifikat tad-diżabilità, ta’ kard tad-diżabilità jew ta’ kwalunkwe dokument formali ieħor li jirrikonoxxi l-istatus ta’ diżabilità tagħhom maħruġ hemmhekk.

(17)Il-Proġett Pilota dwar il-Kard tad-Diżabilità tal-UE mniedi fl-2016 u li twettaq fi tmien Stat Membri wera b’mod ċar il-vantaġġi għall-persuni b’diżabilità fl-aċċess għas-servizzi fl-oqsma tal-kultura, id-divertiment, l-isport, u f’xi każijiet it-trasport, u fl-appoġġ tal-moviment transfruntier tagħhom fl-UE għal perjodu qasir 50 . Barra minn hekk, dan inkluda eżempji oħra ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet li joffru kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali lil persuni b’diżabilità.

(18)Abbażi tal-istatus tad-diżabilità tagħhom, il-persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw għal kard għall-parkeġġ mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih jirrisjedu għall-ħruġ ta’ kard għall-parkeġġ għall-persuna b’diżabilità li tirrikonoxxi d-dritt għal ċerti kundizzjonijiet ta’ parkeġġ u faċilitajiet riżervati għall-persuni b’diżabilità. Kull Stat Membru għandu fis-seħħ proċedura ta’ applikazzjoni, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali, biex tinkiseb kard għall-parkeġġ minn persuna b’diżabilità (jew il-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinunhom inklużi l-assistent(i) personali) u kriterji li jridu jiġu ssodisfati sabiex ikunu eliġibbli.

(19)Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE 51 pprevediet mudell Ewropew ta’ kard għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, li ffaċilita r-rikonoxximent tal-kard għall-parkeġġ madwar l-Istati Membri. Madankollu, l-implimentazzjoni tagħha u l-inklużjoni ta’ żidiet jew devjazzjonijiet speċifiċi nazzjonali mill-mudell irrakkomandat wasslu għal varjetà ta’ kards differenti. Dan ifixkel ir-rikonoxximent transfruntier tal-kards madwar l-Istati Membri, u jxekkel l-aċċess ta’ persuni b’diżabilità għall-kundizzjonijiet tal-parkeġġ ipprovduti u l-faċilitajiet riżervati għall-persuni b’diżabilità li huma detenturi ta’ kard għall-parkeġġ fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ma ġietx aġġornata biex tirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi u ta’ diġitalizzazzjoni li qegħdin isiru bħalissa. L-Istati Membri jesperjenzaw ukoll problemi ta’ frodi u falsifikazzjoni tal-kards, peress li l-format normalment huwa pjuttost sempliċi u faċilment falsifikat u fil-prattika differenti f’kull Stat Membru, u dan jagħmilha diffiċli li jiġi vverifikat.

(20)Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess minn persuni b’diżabilità għal kundizzjonijiet speċjali jew għal trattament preferenzjali relatati ma’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas, fi Stati Membri oħra, l-ostakli u d-diffikultajiet li jifdal fl-ivvjaġġar lejn Stat Membru ieħor jew fiż-żjara tiegħu minħabba n-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-istatus ta’ diżabilità tagħhom u ta’ dokumenti formali li jirrikonoxxu dan l-istatus maħruġ fi Stati Membri oħra u d-drittijiet tal-parkeġġ jenħtieġ li jitneħħew.

(21)Għalhekk, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju minn persuni b’diżabilità, meta jivvjaġġaw lejn jew meta jżuru Stat Membru ieħor għal perjodu qasir, tad-drittijiet ta’ aċċess għal kundizzjonijiet speċjali jew għal trattament preferenzjali offruti mill-operaturi privati jew l-awtoritajiet pubbliċi mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità fuq l-istess bażi bħall-persuni b’diżabilità f’dak l-Istat Membru, u bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-użu tat-trasport u li jinkiseb benefiċċju mill-kundizzjonijiet tal-parkeġġ u mill-faċilitajiet riżervati għall-persuni b’diżabilità fuq l-istess bażi bħal f’dak l-Istat Membru, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-qafas, ir-regoli u l-kundizzjonijiet komuni, inkluż mudell standardizzat komuni, għal Kard Ewropea tad-Diżabilità bħala prova tal-istatus rikonoxxut tad-diżabilità u għal Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, bħala prova tad-dritt rikonoxxut tagħhom għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità.

(22)Ir-rikonoxximent reċiproku tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità jenħtieġ li jiffaċilita u jiggarantixxi lill-persuni bi status ta’ diżabilità rikonoxxut fi Stat Membru, aċċess għal kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali offrut minn operaturi privati jew awtoritajiet pubbliċi f’varjetà ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas, kif ukoll aċċess għall-kundizzjonijiet tal-parkeġġ u faċilitajiet riżervati għall-persuni b’diżabilità, fuq termini u kundizzjonijiet ugwali bħal dawk previsti abbażi ta’ ċertifikati nazzjonali, kards tad-diżabilità jew dokumenti formali oħra li jirrikonoxxu l-istatus tad-diżabilità u l-kards għall-parkeġġ għal persuni b’diżabilità maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ospitanti.

(23)Minbarra l-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet ta’ parkeġġ, is-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet koperti minn din id-Direttiva jikkonċernaw varjetà wiesgħa ta’ attivitajiet li dejjem jinbidlu, inklużi attivitajiet li ma jkunux ipprovduti b’remunerazzjoni, mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-operaturi privati, jew fuq bażi obbligatorja (abbażi ta’ regoli nazzjonali/lokali jew obbligi legali) iżda ta’ spiss ukoll fuq bażi volontarja (b’mod partikolari minn operaturi privati) f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika, bħall-kultura, id-divertiment, it-turiżmu, l-isport, it-trasport pubbliku u privat, l-edukazzjoni.

(24)Eżempji ta’ kundizzjonijiet speċjali jew ta’ trattament preferenzjali jinkludu aċċess mingħajr ħlas, tariffi jew pedaġġi mnaqqsa tat-/pontijiet/mini, aċċess prijoritarju, siġġijiet deżinjati f’parks u żoni pubbliċi oħra, siġġijiet aċċessibbli f’avvenimenti kulturali jew pubbliċi, assistenza personali, annimali ta’ assistenza, assistenza fil-bajjiet biex jinżlu fl-ilma, appoġġ (bħall-aċċess għall-braille, gwidi awdjo, interpretar bil-lingwa tas-sinjali), għotjiet ta’ għajnuna jew assistenza, self ta’ siġġu tar-roti, self ta’ siġġu tar-roti li jżomm f’wiċċ l-ilma, il-ksib ta’ informazzjoni turistika f’formati aċċessibbli, l-użu ta’ skuter għall-mobbiltà fit-toroq jew ta’ siġġu tar-roti fil-korsiji għaċ-ċiklisti mingħajr ma jingħataw multa, eċċ. Il-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ jinkludu parkeġġ estiż jew parkeġġ riżervat. Fir-rigward tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, minbarra l-kundizzjonijiet speċjali jew it-trattament preferenzjali offrut lill-persuni b’diżabilità, f’konformità mal-leġiżlazzjoni jew il-prattiki nazzjonali, l-annimali tal-għajnuna, l-assistenti personali jew persuni oħra li jakkumpanjaw jew li jgħinu lill-persuni b’diżabilità (jew b’mobbiltà mnaqqsa) jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas jew ipoġġu, fejn ikun prattiku, ħdejn il-persuna b’diżabilità.

(25)Il-ħruġ tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità fi Stat Membru għandu jiġi ddeterminat minn din id-Direttiva flimkien mal-proċeduri u l-kompetenzi applikabbli ta’ dak l-Istat Membru għall-valutazzjoni u r-rikonoxximent tal-istatus tad-diżabilità u d-drittijiet tal-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità.

(26)Minbarra l-format fiżiku, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu kard diġitali meta l-format u l-ispeċifikazzjonijiet ikunu ġew stabbiliti permezz ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni. Tali proposta jenħtieġ li tibni fuq l-esperjenza tal-ħidma fil-passat u li għaddejja fil-livell Ewropew dwar id-diġitalizzazzjoni taċ-ċertifikati u tad-dokumenti, bħaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/953 u tippermetti l-użu tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità permezz tal-Wallets tal-Identità Diġitali tal-UE 52 . Il-persuni b’diżabilità jenħtieġ li jingħataw l-għażla li jużaw jew dik diġitali jew dik fiżika, jew it-tnejn li huma.

(27)Il-ħruġ tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali, inkluż b’mod partikolari d-data dwar l-istatus ta’ diżabilità tad-detentur tal-kard, li tikkostitwixxi “data dwar is-saħħa” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(15) tar-Regolament (UE) 2016/679 53 u hija kategorija speċjali ta’ data personali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679. Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tinkludi salvagwardji xierqa applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali, b’mod partikolari kategoriji speċjali ta’ data personali. L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw ukoll is-sigurtà, l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tad-data miġbura u maħżuna għall-fini ta’ din id-Direttiva.

(28)L-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità jew tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità jenħtieġ li jkun dak fejn il-persuna hija abitwalment residenti skont it-tifsira tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54  u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 u rċeviet il-valutazzjoni tal-istatus ta’ diżabilità tiegħu. Id-detenturi ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità jew ta’ Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw il-kards matul iż-żjara tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

(29)Sabiex jiġi garantit li l-ħaddiema b’diżabilità jkunu jistgħu jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom għal moviment liberu bis-sħiħ u jgawdu wkoll servizzi, attivitajiet u faċilitajiet offruti mill-Istati Membri, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas, il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll għall-ħaddiema li jivvjaġġaw lejn jew li jżuru Stat Membru ieħor għal skopijiet relatati max-xogħol.

(30)Il-qafas previst għar-rikonoxximent reċiproku tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità ma jaffettwax il-kompetenzi ta’ Stat Membru li jivvaluta u li jirrikonoxxi l-istatus tad-diżabilità u jagħti kundizzjonijiet speċjali, bħal aċċess mingħajr ħlas, tariffi mnaqqsa jew trattament preferenzjali lil persuni b’diżabilità u/jew persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom inklużi assistent(i) personali. Dan ma jkoprix il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, il-protezzjoni soċjali jew l-assistenza soċjali koperti mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 .

(31)Sabiex titqajjem kuxjenza u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal kundizzjonijiet speċjali jew għal trattament preferenzjali, waqt l-ivvjaġġar lejn Stat Membru ieħor jew waqt żjara fih, l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-kundizzjonijiet, ir-regoli, il-prattiki, u l-proċeduri applikabbli biex tinkiseb il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u/jew il-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità u l-użu sussegwenti tagħha jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku f’dokument ċar, komprensiv, faċli għall-utent u b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità li jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà rilevanti għas-servizzi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882. L-operaturi privati jew l-awtoritajiet pubbliċi li jagħtu kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali lil persuni b’diżabilità jenħtieġ li jagħmlu tali informazzjoni disponibbli għall-pubbliku b’mod ċar, komprensiv, faċli għall-utent u b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità li jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà rilevanti għas-servizzi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882.

(32)L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jevitaw kwalunkwe riskju ta’ falsifikazzjoni jew frodi meta joħorġu l-Kard Ewropea tad-Diżabilità jew il-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità u jenħtieġ li jiġġieldu b’mod attiv l-użu frawdolenti u l-falsifikazzjoni ta’ dawn il-kards.

(33)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tissupplimenta d-Direttiva biex tistabbilixxi l-format diġitali tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, u biex jiġu emendati l-Annessi I u l-Anness II sabiex jiġu mmodifikati l-karatteristiċi komuni tal-format standardizzat, jiġi adattat il-format għall-iżviluppi tekniċi, jiġu evitati l-falsifikazzjoni u l-frodi u tiġi żgurata l-interoperabbiltà.

(34)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni li jispeċifikaw ulterjorament il-formati rispettivi tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, il-karatteristiċi tas-sigurtà u diġitali rispettivi tagħhom, kif ukoll kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 .

(35)L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi biex jiżguraw il-konformità ma’ din id-Direttiva u għalhekk jenħtieġ li jistabbilixxu rimedji xierqa, inklużi kontrolli dwar il-konformità u l-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji, biex jiggarantixxu li l-persuni b’diżabilità, il-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom inklużi l-assistent(i) personali, kif ukoll il-korpi pubbliċi jew l-assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali privati oħra li għandhom interess leġittimu jkunu jistgħu jieħdu azzjoni f’isem persuna b’diżabilità skont id-dritt nazzjonali.

(36)L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa u jipprevedu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta’ ksur jew nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva u li huma relatati mad-drittijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Tali penali jistgħu jinkludu sanzjonijiet amministrattivi u finanzjarji, bħal multi jew il-ħlas ta’ kumpens, kif ukoll tipi oħra ta’ penali.

(37)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità biex jibbenefikaw minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u professjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Karta.

(38)Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jittejbu l-possibbiltajiet għall-persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw lejn jew li jżuru Stati Membri oħra, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni li tistabbilixxi qafas b’regoli u kundizzjonijiet komuni, tista’ tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq dak l-objettiv.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi:

(a)ir-regoli li jirregolaw il-ħruġ tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità bħala prova, rispettivament, ta’ status ta’ diżabilità jew ta’ dritt għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati s-soġġorni qosra ta’ persuni b’diżabilità fi Stat Membru għajr dak li tiegħu huma residenti, billi jingħataw aċċess għal kwalunkwe kundizzjoni speċjali jew trattament preferenzjali fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet jew faċilitajiet, inkluż meta ma jkunux ipprovduti bi ħlas, jew il-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ offruti lil persuni b’diżabilità jew lil persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jassistuhom inklużi l-assistent(i) personali tagħhom, jew riżervati għalihom;

(b)mudelli komuni għall-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità.

Artikolu 2

Ambitu

1.Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ u għas-sitwazzjonijiet kollha fejn jiġu offruti kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali minn operaturi privati jew awtoritajiet pubbliċi lil persuni b’diżabilità fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet li ġejjin:

servizzi skont it-tifsira tal-Artikolu 57 TFUE,

servizzi tat-trasport tal-passiġġieri,

attivitajiet u faċilitajiet oħra, inkluż fejn ma jkunux ipprovduti għal remunerazzjoni.

2.Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)benefiċċji fil-qasam tas-sigurtà soċjali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009;

(b)benefiċċji speċjali kontributorji jew mhux kontributorji fi flus kontanti jew beneifiċċji in natura fil-qasam tas-sigurtà soċjali, tal-protezzjoni soċjali jew tal-impjieg;

(c)assistenza soċjali koperta mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38/KE.

3.Din id-Direttiva ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni u r-rikonoxximent tal-istatus tad-diżabilità, jew għall-għoti tad-dritt għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità. Ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri li joħorġu wkoll fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, ċertifikat, kard tad-diżabilità jew kwalunkwe dokument formali ieħor għall-persuni b’diżabilità.

4.Din id-Direttiva ma taffettwax il-kompetenzi nazzjonali li jingħataw jew li jkunu meħtieġa li jingħataw benefiċċji speċjali jew kundizzjonijiet preferenzjali speċifiċi, bħal aċċess mingħajr ħlas, tariffi mnaqqsa, jew trattament preferenzjali għall-persuni b’diżabilità u, fejn previst, għall-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom inklużi l-assistent(i) personali tagħhom.

5.Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li l-persuni b’diżabilità jew il-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom, inklużi l-assistent(i) personali tagħhom, jistgħu jirriżultaw minn dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Unjoni, inklużi dawk li jagħtu benefiċċji speċifiċi, kundizzjonijiet speċjali, jew trattament preferenzjali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“ċittadin tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru;

(b)“membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni” tfisser membru tal-familja, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tiegħu, ta’ ċittadin tal-Unjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu skont ir-regoli tal-Unjoni;

(c)“persuni b’diżabbiltà” tfisser persuni li jkollhom indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorju fit-tul li, meta jinteraġixxi ma’ diversi ostakli, jista’ jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq l-istess livell ma’ ħaddieħor;

(d)“assistent personali” huwa persuna li takkumpanja jew li tgħin lil persuni b’diżabilità li hija rikonoxxuta f’konformità mal-leġiżlazzjoni jew prattiki nazzjonali bħala tali;

(e)“kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali” tfisser kundizzjonijiet speċifiċi, inklużi dawk relatati mal-kundizzjonijiet finanzjarji, jew trattament differenzjat relatat mal-assistenza u l-appoġġ bħall-aċċess mingħajr ħlas, it-tariffi mnaqqsa, u l-aċċess prijoritarju, offruti lill-persuni b’diżabilità u/jew, fejn applikabbli, lill-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom, inklużi l-assistent(i) personali jew l-annimali tal-għajnuna rikonoxxuti f’konformità mal-leġiżlazzjoni jew il-prattiki nazzjonali bħala tali, irrispettivament minn jekk ikunux ipprovduti fuq bażi volontarja jew imposti minn obbligi legali;

(f)“kundizzjonijiet u faċilitajiet ta’ parkeġġ” tfisser kwalunkwe spazju ta’ parkeġġ riżervat għall-persuni b’diżabilità b’mod ġenerali kif ukoll benefiċċji assoċjati ta’ parkeġġ għal, jew kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija lil, persuni b’diżabilità, bħal parkeġġ bla ħlas, tariffi mnaqqsa, miżati jew imposti tal-utenti mnaqqsa għal toroq/pontijiet/mini bin-nollijiet jew spazji ta’ parkeġġ estiżi irrispettivament minn jekk ikunux ipprovduti fuq bażi volontarja jew imposti minn obbligi legali.

Artikolu 4

Benefiċjarji

Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(a)Ċittadini tal-Unjoni u membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li l-istatus ta’ diżabilità tagħhom ikun rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom permezz ta’ ċertifikat, kard jew kwalunkwe dokument formali ieħor maħruġ f’konformità mal-kompetenzi, il-prattiki, u l-proċeduri nazzjonali, kif ukoll, fejn applikabbli, lill-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jassistuhom inklużi l-assistent(i) personali(i),

(b)Ċittadini tal-Unjoni u membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li d-drittijiet tagħhom għal kundizzjonijiet u faċilitajiet ta’ parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità ikunu rikonxxuti fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom permezz ta’ kard għall-parkeġġ jew dokument ieħor maħruġ f’konformità mal-kompetenzi, il-prattiki, u l-proċeduri nazzjonali, kif ukoll, fejn applikabbli, lill-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jassistuhom inklużi l-assistent(i) personali(i).

Artikolu 5

Aċċess ugwali għal kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali u għal kundizzjonijiet u faċilitajiet ta’ parkeġġ għall-persuni b’diżabilità

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità, waqt li jivvjaġġaw lejn jew iżuru Stat Membru differenti minn dak li tiegħu huma residenti, jingħataw aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali bħal dawk ipprovduti lil persuni b’diżabilità li huma detenturi ta’ ċertifikat tad-diżabilità, kard tad-diżabilità jew kwalunkwe dokument formali ieħor li jirrikonoxxi l-istatus ta’ diżabilità tagħhom f’dak l-Istat Membru, għal kwalunkwe kundizzjoni speċjali jew trattament preferenzjali offrut fir-rigward tas-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1).

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi ta’ Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew iżuru Stat Membru differenti minn dak li tiegħu huma residenti, jingħataw aċċess għall-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ riżervati għall-persuni b’diżabilità fuq termini u kundizzjonijiet ugwali għal dawk previsti f’dak l-Istat Membru għad-detenturi ta’ kards tal-parkeġġ maħruġa f’dak l-Istat Membru.

3.Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva jew fi dritt ieħor tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a)meta l-kundizzjonijiet speċjali jew it-trattament preferenzjali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jinkludu kundizzjonijiet favorevoli għall-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom inklużi assistent(i) personali jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-annimali tal-għajnuna, dawn il-kundizzjonijiet favorevoli jew speċifiċi jingħataw fuq termini u kundizzjonijiet ugwali lill-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom, inklużi l-assistent(i) personali jew l-annimali ta’ għajnuna tad-detentur ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità;

(b)meta l-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jinkludu kundizzjonijiet favorevoli għall-persuna(i) li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom, inklużi l-assistent(i) personali, dawn il-kundizzjonijiet favorevoli jingħataw fuq termini u kundizzjonijiet ugwali lill-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom, inklużi l-assistent(i) personali tad-detentur tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità.

KAPITOLU II

IL-KARD EWROPEA TAD-DIŻABILITÀ U L-KARD EWROPEA GĦALL-PARKEĠĠ GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ

Artikolu 6

Il-format, ir-rikonoxximent reċiproku, il-ħruġ u l-validità tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità

1.Kull Stat Membru għandu jintroduċi l-Kard Ewropea tad-Diżabilità skont il-format standardizzat komuni stabbilit fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jintroduċu karatteristiċi diġitali f’kards fiżiċi bl-użu ta’ mezzi elettroniċi li jindirizzaw il-prevenzjoni tal-frodi bħala parti mill-Kard Ewropea tad-Diżabilità, hekk kif ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-karatteristiċi diġitali msemmija fl-Anness I jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 8. Il-mezz ta’ ħżin diġitali ma għandux ikun fih aktar data personali mid-data prevista għall-Kard Ewropea tad-Diżabilità fl-Anness I.

2.Il-Kards Ewropej tad-Diżabilità maħruġa mill-Istati Membri għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod reċiproku fl-Istati Membri kollha.

3.L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom joħorġu, iġeddu jew jirtiraw il-Kard Ewropea tad-Diżabilità f’konformità mar-regoli, il-proċeduri u l-prattiki nazzjonali tagħhom. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà, l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tad-data miġbura u maħżuna għall-fini ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità għandha titqies bħala l-kontrollur imsemmi fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandu jkollha r-responsabbiltà għall-ipproċessar ta’ data personali. Il-kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi esterni ma għandha teskludi l-ebda responsabbiltà min-naħa ta’ Stat Membru li tista’ tirriżulta taħt id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali dwar ksur ta’ obbligi fir-rigward tad-data personali.

4.Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità għandha tinħareġ jew tiġġedded mill-Istat Membru ta’ residenza direttament jew wara applikazzjoni mill-persuna b’diżabilità. Din għandha tinħareġ u tiġġedded fl-istess perjodu stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ diżabilità, kards ta’ diżabilità jew kwalunkwe dokument formali ieħor li jirrikonoxxi l-istatus ta’ diżabilità ta’ persuna b’diżabilità.

5.Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità għandha tinħareġ bħala kard fiżika u għandha tiġi kkomplementata minn format diġitali mal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 7. Il-persuni b’diżabilità għandhom jingħataw l-għażla li jużaw jew il-kard diġitali jew dik fiżika, jew it-tnejn li huma.

6.Il-validità tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità maħruġa minn Stat Membru għandha tkun tal-anqas għall-istess durata bħal dik taċ-ċertifikat tad-diżabilità, il-kard tad-diżabilità jew kwalunkwe dokument formali ieħor bl-itwal durata għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ diżabilità tagħhom maħruġ lill-persuna kkonċernata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fit-territorju tiegħu.

7.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11 biex tissupplimenta din id-Direttiva sabiex tistabbilixxi l-format diġitali tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u tiżgura l-interoperabbiltà, u li temenda l-Anness I sabiex jiġu mmodifikati l-karatteristiċi komuni tal-format standardizzat, jiġi adattat il-format għall-iżviluppi tekniċi, jiġu introdotti karatteristiċi diġitali sabiex jiġu evitati l-falsifikazzjoni u l-frodi, jiġi indirizzat l-abbuż jew l-użu ħażin u tiġi żgurata l-interoperabbiltà.

Artikolu 7

Il-format, ir-rikonoxximent reċiproku, il-ħruġ u l-validità tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità

1.Kull Stat Membru għandu jintroduċi l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità skont il-format standardizzat komuni stabbilit fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jintroduċu karatteristiċi diġitali f’kards fiżiċi bl-użu ta’ mezzi elettroniċi li jindirizzaw il-prevenzjoni tal-frodi bħala parti mill-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, hekk kif ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-karatteristiċi diġitali msemmija fl-Anness II jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 8. Il-mezz ta’ ħżin diġitali ma għandux ikun fih aktar data personali mid-data prevista għall-Kard Ewropea tad-Diżabilità fl-Anness II.

2.Il-Kards Ewropej għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità maħruġa mill-Istati Membri għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod reċiproku fl-Istati Membri kollha.

3.L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom joħorġu, iġeddu jew jirtiraw il-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità f’konformità mar-regoli, il-proċeduri u l-prattiki nazzjonali tagħhom. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tad-data personali miġbura u maħżuna għall-fini ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità għandha titqies bħala l-kontrollur imsemmi fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandu jkollha r-responsabbiltà għall-ipproċessar ta’ data personali. Il-kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi esterni ma għandha teskludi l-ebda responsabbiltà min-naħa ta’ Stat Membru li tista’ tirriżulta taħt id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali dwar ksur ta’ obbligi fir-rigward tad-data personali.

4.Il-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità għandha tinħareġ jew tiġġedded mill-Istat Membru ta’ residenza wara applikazzjoni mill-persuna b’diżabilità. Din għandha tinħareġ jew tiġġedded f’perjodu raġonevoli mid-data tal-applikazzjoni li ma għandux jaqbeż is-60 jum.

5.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità tissostitwixxi l-kards għall-parkeġġ validi eżistenti kollha, maħruġa f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kards għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità 58 fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali sa mhux aktar tard minn jj/xx/ss [id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva].

6.Il-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità għandha tinħareġ jew tiġġedded bħala kard fiżika u għandha tiġi kkomplementata minn format diġitali mal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 7. Il-persuni b’diżabilità għandhom jingħataw l-għażla li jużaw jew il-kard diġitali jew dik fiżika, jew it-tnejn li huma.

7.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11 biex tissupplimenta din id-Direttiva sabiex tistabbilixxi l-format diġitali tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità u tiżgura l-interoperabbiltà, inkluż permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodod diġitali, u li temenda l-Anness II sabiex jiġu mmodifikati l-karatteristiċi komuni tal-format standardizzat, jiġi adattat il-format għall-iżviluppi tekniċi, jiġu evitati l-falsifikazzjoni u l-frodi, jiġi indirizzat l-abbuż jew l-użu ħażin u tiġi żgurata l-interoperabbiltà, inkluż permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodod diġitali.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 8

Speċifikazzjonijiet tekniċi komuni

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni biex tispeċifika ulterjorament il-formati tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità, is-sigurtà u l-karatteristiċi diġitali tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rispettivi tagħhom inkluż il-format speċifiku tagħhom u, id-data li tinsab fihom, inklużi l-miżuri tas-sigurtà xierqa għad-data personali, kif ukoll kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà, bħal applikazzjonijiet komuni tal-UE għall-qari tad-data li tinsab fil-karatteristiċi diġitali fil-kards fiżiċi bl-użu ta’ mezzi elettroniċi li jindirizzaw il-prevenzjoni tal-frodi, kif ukoll għad-definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-mezz ta’ ħżin tal-kards diġitali, għal kwistjonijiet bħall-verifika tal-validità tal-kards u n-numru tagħhom, għall-kontroll tal-awtentiċità tagħhom, għall-prevenzjoni tal-falsifikazzjoni u l-frodi, għall-qari tal-kard/s bejn l-Istati Membri, għall-użu tagħhom fil-Portafoll tal-Identità Diġitali tal-UE kif ukoll għall-iżgurar tal-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità għal kwalunkwe data fil-kards.

2.Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 9

Is-sorveljanza, il-konformità, l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-kundizzjonijiet u r-regoli, il-prattiki u l-proċeduri għall-ħruġ, għat-tiġdid jew għall-irtirar ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità u ta’ Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità disponibbli għall-pubbliku f’formati aċċessibbli, inkluż f’formati diġitali, u fuq talba f’formati ta’ assistenza mitluba minn persuni b’diżabilità.

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iqajmu kuxjenza fost il-pubbliku u jinfurmaw lill-persuni b’diżabilità, inkluż b’modi aċċessibbli, dwar l-eżistenza u l-kundizzjonijiet biex jiksbu, jużaw, jew iġeddu l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità.

3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jevitaw ir-riskju ta’ falsifikazzjoni jew frodi u għandhom jiġġieldu b’mod attiv l-użu frawdolenti u l-falsifikazzjoni tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità.

4.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità jew ta’ Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità jirritornaw il-kards tagħhom lill-awtorità kompetenti ladarba l-kundizzjonijiet li taħthom ikunu nħarġu ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

5.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li f’każ li jiltaqgħu ma’ każijiet ta’ abbuż jew użu ħażin tal-kards maħruġa minn Stat Membru ieħor fit-territorju tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-Kard Ewropea tad-Diżabilità jew il-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità jiġu informati. L-Istat Membru tal-ħruġ għandu jiżgura segwitu xieraq f’konformità mal-liġi jew il-prattika nazzjonali.

6.L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli dwar il-konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-Kard Ewropea tad-Diżabilità jew mill-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità u mad-drittijiet korrispondenti tal-persuni b’diżabilità li jkollhom dawk il-kards u l-persuna/i li jakkumpanjawhom jew li jgħinuhom inklużi l-assistent(i) personali tagħhom.

7.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas b’mod ċar, komprensiv, faċli għall-utent u faċilment aċċessibbli, inkluż permezz tas-sit web uffiċjali tal-operaturi privati jew tal-awtoritajiet pubbliċi fejn disponibbli, jew b’mezzi xierqa oħra, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti għas-servizzi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882.

Artikolu 10

Awtoritajiet kompetenti

Sa jj/xx/ss [fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti maħtura biex joħorġu, iġeddu u jirtiraw il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità.

KAPITOLU IV

SETGĦAT DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(7) u fl-Artikolu 7(7) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(7) u l-Artikolu 7(7) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(7) u l-Artikolu 7(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw.. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’ [xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Infurzar

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma’ din id-Direttiva.

2.Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)dispożizzjonijiet li bihom il-persuni b’diżabilità jistgħu jieħdu azzjoni skont id-dritt nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti f’każ ta’ ksur tad-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva;

(b)dispożizzjonijiet li permezz tagħhom korpi pubbliċi jew assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali privati oħra li għandhom interess leġittimu biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu rrispettati jistgħu jieħdu azzjoni f’konformità mad-dritt u l-proċeduri nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti f’isem il-persuna b’diżabilità jew b’appoġġ għaliha, bl-approvazzjoni tagħha, fi kwalunkwe proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva prevista għall-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva.

Artikolu 14

Penali

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li dawn ikunu implementati.

2.Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jridu jkunu akkumpanjati minn azzjoni ta’ rimedju effettiva.

3.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn jj/xx/ss [id-data tat-traspożizzjoni] u mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 15

Aċċess għall-informazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi privati jew l-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu informazzjoni dwar kwalunkwe kundizzjoni speċjali jew trattament preferenzjali skont l-Artikolu 5 disponibbli għall-pubbliku f’formati aċċessibbli.

2.L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-operaturi privati jew lill-awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdu b’mod volontarju kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali għall-persuni b’diżabilità.

3.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas b’mod ċar, komprensiv, faċli għall-utent u faċilment aċċessibbli, inkluż permezz tas-sit web uffiċjali tal-fornituri tas-servizzi, tal-operaturi privati jew tal-awtoritajiet pubbliċi fejn disponibbli, jew b’mezzi xierqa oħra, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti għas-servizzi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882.

Artikolu 16

Rapportar u rieżami

1.Sa jj/xx/ss [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.Ir-rapport għandu jindirizza, inter alia, fid-dawl tal-iżviluppi soċjali u ekonomiċi, l-użu tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità u tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità bil-għan li tiġi vvalutata l-ħtieġa li din id-Direttiva tiġi rieżaminata.

3.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha u fi żmien xieraq, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex tfassal rapport bħal dan.

4.Ir-rapporti tal-Kummissjoni għandhom iqisu l-fehmiet tal-persuni b’diżabilità, tal-partijiet ekonomiċi kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b’diżabilità.

Artikolu 17

Obsolexxenza tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE għandha ssir obsoleta b’effett minn jj/xx/ss [id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva] u ma għandhiex tibqa’ tiġi applikata minn dik id-data.

Artikolu 18

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa jj/xx/ss 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

2.Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn jj/xx/ss [30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3.Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

Artikolu 19

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Werrej

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Proporzjonalità

Għażla tal-istrument

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Valutazzjoni tal-impatt

Drittijiet fundamentali

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità 

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà

L-aċċess għas-servizzi, għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, għall-attivitajiet u għall-faċilitajiet tal-persuni b’diżabilità

Il-moviment liberu tal-persuni b’diżabilità

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 59  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-proposta huwa li tiffaċilita l-moviment liberu tad-detenturi ta’ Kard Ewropea tad-Diżabilità u/jew ta’ Kard Ewropea għall-Parkeġġ meta jżuru jew jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor permezz tar-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità tagħhom u tagħti aċċess għas-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet jew il-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità fl-UE fuq termini u kundizzjonijiet ugwali bħal dawk ipprovduti lill-persuni b’diżabilità f’dak l-Istat Membru.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku 1: Il-proposta għandha l-għan li tipprovdi lid-detenturi tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità b’aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali fl-Istat Membru li jżuru jew li jivvjaġġaw lejh għal kwalunkwe kundizzjoni preferenzjali speċjali jew trattament preferenzjali fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet offruti lil persuni b’diżabilità.

Objettiv speċifiku 2: Il-proposta għandha l-għan li tipprovdi lid-detenturi tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità b’aċċess fuq termini u kundizzjonijiet ugwali fl-Istat Membru li jżuru jew li jivvjaġġaw lejh għal kwalunkwe kundizzjoni u faċilità tal-parkeġġ offruti lil jew riżervati għal persuni b’diżabilità.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Żieda fl-għadd ta’ persuni b’diżabilità li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet speċjali u/jew trattament preferenzjali offrut lil persuni b’diżabilità fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet u faċilitajiet meta jkunu qed iżuru jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra;

Żieda fl-għadd ta’ persuni b’diżabilità li jibbenefikaw minn kwalunkwe kundizzjoni u faċilità ta’ parkeġġ offruti lil persuni b’diżabilità jew riżervati għalihom meta jkunu qed iżuru jew jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra;

Żieda fl-għadd ta’ persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw lejn jew li jżuru Stati Membri oħra

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-għadd ta’ Stati Membri li ttrasponew id-Direttiva sal-lum

L-għadd ta’ Kards Ewropej tad-Diżabilità maħruġa mill-Istati Membri

L-għadd ta’ Kards Ewropej għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità maħruġa mill-Istati Membri

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Ir-rekwiżit ewlieni li jrid jiġi ssodisfat fuq terminu qasir huwa li jintlaħaq ftehim dwar il-proposta leġiżlattiva mill-koleġiżlaturi, matul l-2024. Il-proposta fiha [skadenza ta’ 18-il xahar] għat-traspożizzjoni tal-att legali adottat mill-Istati Membri.

Il-proposta tipprevedi wkoll l-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

L-azzjoni tal-UE hija meħtieġa u ġġustifikata biex tiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni b’diżabilità biex jaċċessaw kundizzjonijiet speċjali u/jew trattament preferenzjali għas-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet tal-parkeġġ madwar l-Istati Membri kollha fuq bażi ugwali mar-residenti tal-pajjiż li jkunu qed iżuru, u, billi tagħmel dan, ittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku għas-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet fil-livell tal-UE.

Il-problema identifikata għandha dimensjoni transfruntiera li ma tistax tiġi solvuta mill-Istati Membri waħedhom. Mill-introduzzjoni tal-kard tal-UE għall-parkeġġ fl-1998, l-Istati Membri inkludew żidiet jew devjazzjonijiet speċifiċi nazzjonali mill-mudell tal-kard tal-UE għall-parkeġġ, li wasslu għal varjetà ta’ kards madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Istati Membri esperjenzaw problemi bi frodi u b’falsifikazzjoni tal-kards. Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ma ġietx aġġornata biex tirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi u ta’ diġitalizzazzjoni li qegħdin isiru bħalissa.

Filwaqt li l-proġett pilota tal-Kard tad-Diżabilità tal-UE ħadem fost it-8 Stati Membri parteċipanti, ma kellux dimensjoni usa’ mal-UE kollha, u b’hekk ħoloq inċertezza sinifikanti u trattament mhux ugwali tal-persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw lejn u jżuru Stati Membri differenti. Peress li l-kard tal-proġett pilota u l-mudell tagħha huma volontarji, l-istess problemi ta’ diverġenza bħal fil-każ tal-kard għall-parkeġġ x’aktarx li jiżviluppaw maż-żmien.

Il-ħtieġa ta’ azzjoni tal-UE hija direttament marbuta man-natura transfruntiera tal-ivvjaġġar u l-isfidi relatati li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw fl-UE, għalhekk il-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ ikkoordinat adegwat fost l-Istati Membri fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-kundizzjonijiet preferenzjali offruti mis-servizzi fuq bażi ugwali għar-residenti f’pajjiżhom. Bħala tali, jekk l-UE ma tintervjenix, id-differenzi kurrenti fil-kards nazzjonali tad-diżabilità se jiżdiedu, u b’hekk it-trattament differenti ta’ persuni b’diżabilità madwar l-Istati Membri u l-inċertezza inerenti (inkluża l-inċertezza legali) jibqgħu, b’effetti negattivi fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu.

L-azzjoni tal-UE żżid il-valur billi tintroduċi strument rikonoxxut b’mod reċiproku (il-Kard Ewropea tad-Diżabilità), tiffaċilita l-moviment liberu għall-persuni b’diżabilità fl-UE u t-trattament ugwali tagħhom meta jaċċessaw servizzi, attivitajiet u faċilitajiet meta mqabbla ma’ residenti b’diżabilità madwar l-Istati Membri. L-istudju ta’ evalwazzjoni dwar il-Kard tad-Diżabilità tal-UE pilota dwar id-diżabilità wera li fit-tmien Stati Membri li jipparteċipaw fil-proġett, l-azzjoni tal-UE ppermettiet ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità li ma kienx jintlaħaq mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. F’dan id-dawl, l-intervent tal-Kummissjoni Ewropea kkontribwixxa għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010–2020.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità tibni fuq żewġ strumenti diġà fis-seħħ: il-kard għall-parkeġġ tal-UE u l-Kard tad-Diżabilità tal-UE pilota. Il-kard għall-parkeġġ tal-UE għall-persuni b’diżabilità nħolqot bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE u ġiet emendata fl-2008. Din tipprevedi mudell standardizzat tal-kard għall-parkeġġ tal-UE bil-għan li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tagħha madwar l-Istati Membri, u b’hekk jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni b’diżabilità bil-karozza. Minkejja r-rwol pożittiv tagħha, l-utenti qed jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu tal-kard għall-parkeġġ tal-UE. Mill-2018 sal-2022, ġew sottomessi madwar 260 mistoqsija dwar il-kard għall-parkeġġ tal-UE fuq il-pjattaforma SOLVIT. Ilmenti bħal dawn qiesu prinċipalment inċertezzi fir-rigward tad-drittijiet mogħtija mill-kard lill-persuni b’diżabilità meta jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra (madwar 30 % tal-każijiet), ir-rikonoxximent reċiproku tal-kards għall-parkeġġ nazzjonali, maħruġa abbażi tal-mudell tal-UE (madwar 25 % tal-każijiet), kif ukoll il-ġustifikazzjoni għall-multi riċevuti anke meta tintwera l-kard għall-parkeġġ tal-UE (madwar 12 % tal-każijiet).

Il-proġett pilota tal-Kard tad-Diżabilità tal-UE, ittestjat wara r-Rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, twettaq fi tmien Stati Membri (il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja) fl-2016–2018 u baqa’ fis-seħħ wara t-tmiem tal-proġett. Il-proġett pilota jipprovdi format komuni għal kard għar-rikonoxximent reċiproku volontarju fost l-Istati Membri parteċipanti tal-istatus ta’ diżabilità, kif stabbilit f’konformità mal-kriterji jew mar-regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà, għall-aċċess għall-benefiċċji u s-servizzi fl-oqsma tal-kultura, tad-divertiment, tal-isport u, f’xi pajjiżi, tat-trasport. F’każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni, ir-rikonoxximent tal-kards u ċ-ċertifikati nazzjonali tad-diżabilità tagħhom se jibqa’ volontarju u limitat fir-rigward tal-kundizzjonijiet preferenzjali meta jiġu aċċessati s-servizzi, l-attivitajiet u l-faċilitajiet.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hija kompatibbli mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, mal-Istrateġija għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Hija kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

L-implimentazzjoni ta’ din il-proposta leġiżlattiva tirrikjedi l-organizzazzjoni ta’ laqgħat mal-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni tagħha, kif ukoll laqgħat mal-Istati Membri dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni. In-nefqa meħtieġa għall-organizzazzjoni tal-laqgħat, jiġifieri il-kostijiet tal-ivvjaġġar tad-delegati, hija koperta mill-Fond Soċjali Ewropew Plus – il-fergħa EaSI (ġestjoni diretta).

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

X durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2023 sal-2027,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 60   

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

L-impatt baġitarju tal-proposta huwa limitat u jista’ jkun kopert bis-sħiħ mir-riżorsi diġà disponibbli fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027, kemm għall-persunal kif ukoll għall-krediti, peress li ġew identifikati opportunitajiet ta’ riallokazzjoni.

Wara l-2027, huwa mistenni wkoll impatt limitat ħafna, li jitqies meta jiġi elaborat il-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ wara l-2027.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux aktar tard minn [3 snin wara d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva], u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-ġestjoni diretta, skont l-Artik olu 62.1(a) tar-Regolament Finanzjarju, hija l-modalità preferibbli peress li l-azzjonijiet se jiġu implimentati mill-Kummissjoni Ewropea, b’mod partikolari mid-DĠ EMPL, li se jiżgura l-koordinazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati differenti.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-kontrolli huma parti mis-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ EMPL. Dawn l-attivitajiet il-ġodda se jkunu koperti mill-istess approċċ għall-identifikazzjoni tar-riskji u għall-mitigazzjoni tagħhom.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-kontrolli huma parti mis-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ EMPL. Dawn l-attivitajiet ġodda se jiġġeneraw kostijiet addizzjonali mhux sinifikanti ta’ kontroll fil-livell tad-DĠ.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, b’penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-Kummissjoni hija awtorizzata twettaq spezzjonijiet u verifiki in situ skont din id-Deċiżjoni, b’mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħrajn. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jitwettqu investigazzjonijiet mill-Uffiċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u dawn għandhom ikunu regolati mir-Regolament (KE) 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru 2b

  

Diff./mhux diff 61 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 62

minn pajjiżi kandidati jew minn kandidati potenzjali 63

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

07 02 04 00 – Fergħa tal-EaSI tal-ESF+

Diff.

IVA/

IVA

IVA

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

Numru

2b

DĠ: EMPL

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 64 07 02 04 00

Impenji

(1a)

0,560

0,060

0,620

Pagamenti

(2a)

0,060

0,310

0,250

0,620

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 65  

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ EMPL

Impenji

=1a+1b +3

0,560

0,060

0,620

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,060

0,310

0,250

0,620

 



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA 2b 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,560

0,060

0,620

Pagamenti

=5+ 6

0,060

0,310

0,250

0,620

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

0,560

0,060

0,620

Pagamenti

=5+ 6

0,060

0,310

0,250

0,620





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2023

Sena 
2024

2025

2026

2027

TOTAL

DĠ: EMPL

• Riżorsi umani

0,342

0,342

0,342

0,342

0,342

1,710

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ EMPL

Approprjazzjonijiet

0,342

0,342

0,342

0,342

0,342

1,710

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,342

0,342

0,342

0,342

0,342

1,710

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,342

0,342

0,902

0,402

0,342

2,330

Pagamenti

0,342

0,342

0,402

0,652

0,592

2,330

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

OUTPUTS

Tip 66

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIVI SPEĊIFIĊI Nru 1 u Nru 2 67

- Output

Laqgħat mal-Istati Membri

4

0,060

4

0,060

8

0,120

- Output

Verifika tal-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni

1

0,250

1

0,250

2

0,500

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

TOTALI

4

0,060

5

0,310

1

0,250

10

0,620

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,342

0,342

0,342

0,342

0,342

1,710

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,342

0,342

0,342

0,342

0,342

1,710

Barra mill-INTESTATURA 7 68  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal 
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

TOTAL

0,342

0,342

0,342

0,342

0,342

1,710

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

2

2

2

2

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 69

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   70

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

2

2

2

2

2

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

2 AD se jappoġġaw in-negozjati fil-proċess tal-adozzjoni, jorganizzaw il-laqgħat mal-Istati Membri u jipproduċi atti leġiżlattivi ta’ implimentazzjoni u delegati kif meħtieġ.

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

L-approprjazzjonijiet meħtieġa jistgħu jiġu pprogrammati taħt il-linja ta’ ġestjoni diretta tal-FSE+ għall-2025–2027.

    teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

X    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2025

2026

2027

Total

Pajjiżi tal-EEA 

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

 

3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 71

Sena 
L

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10).
(2)    Ara għal aktar eżempji l-Anness 6.4 Immappjar tas-servizzi li jipprovdu kundizzjonijiet preferenzjali fl-UE, Valutazzjoni tal-Impatt, SWD(2023) 289.
(3)    Ara pereżempju l-Artikolu 23(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1).
(4)    Sejbiet mir-Rapport Finali bbażati fuq Stħarriġ immirat lejn l-OSĊ fil-livell tal-UE; Shaw u Coles, “Disability, holiday making and the tourism industry in the UK: a preliminary survey”, 25(3) Tourism Management (2004) 397-403; Eugénia Lima Devile u Andreia Antunes Moura (2021), Travel by People With Physical Disabilities: Constraints and Influences in the Decision-Making Process.
(5)    McKercher u Darcy (2018), Re-conceptualizing barriers to travel by people with disabilities, Tourism Management Perspectives, 59-66.
(6)    Il-bażi tad-data tal-Eurostat, tour_dem_npsex. Disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/tour_dem_npsex/default/table?lang=mt. L-2019 kienet l-aħħar sena disponibbli għal din l-informazzjoni.
(7)    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ġunju 1998 dwar kard għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità (98/376/KE), ĠU L167/25, 12.6.1998, kif adattata mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 63/43,7.3.2008).
(8)    Ara għal aktar informazzjoni l-Anness 6.3 “Analiżi tal-implimentazzjoni tal-Karta tal-UE għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità” tal-Valutazzjoni tal-Impatt, SWD(2023) 289.
(9)    COM (2021) 101
(10)    COM(2022) 404 final, 17.6.2022, Anness, pt. 5 Valuri u drittijiet, stat tad-dritt u sigurtà.
(11)    L-Istat tal-Unjoni Ewropea 2022, Ittra ta’ Intenzjoni, 14 ta’ Settembru 2022
(12)    COM (2022) 548 final, 18.10.2022, Anness 1 pt. 43 taħt l-intestatura “Spinta ġdida għad-demokrazija Ewropea”
(13)     https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0156_MT.html
(14)     https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2021-0414_MT.pdf
(15)     https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2022-0435_MT.html
(16)    SOC/765, 27/04/2024
(17)    Trasport privat (CY, FI u MT) jew trasport pubbliku (FI u SI)
(18)     https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/4adbe538-0a02-11ec-b5d3-01aa75ed71a1/language-mt
(19)    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-4 ta’ Ġunju 1998 dwar kard għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità (98/376/KE), ĠU L167/25, 12.6.1998, kif adattata mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2008/205/KE minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, ĠU L 63/43, 7.3.2008.
(20)    Ara għal aktar informazzjoni l-Anness 6.3 “Analiżi tal-implimentazzjoni tal-Karta tal-UE għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità” tal-Valutazzjoni tal-Impatt, SWD(2023) 289.
(21)    ĠU L376/36, 27.12.2006.
(22)    Id-Direttiva (UE) 2019/882 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi, ĠU L 150/70, 7.6.2019.
(23)    Id-Direttiva (UE) 2016/2102 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku.
(24)    Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 150/70, 7.6.2019; Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004; Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004; ir-Regolament (UE) 2021/782 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni). []
(25)    Id-Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, ĠU L 69/1, 4.3.2022.
(26)    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-4 ta’ Ġunju 1998 dwar kard għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità (98/376/KE), ĠU L167/25, 12.6.1998, kif adattata mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2008/205/KE minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, ĠU L 63/43, 7.3.2008.
(27)    Għal aktar dettalji ara: ir-Rapport sommarju tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, l-Anness 2 tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-impatt, SWD (2023) 289.
(28)    SWD (2023) 289.
(29)    Dwar l-għażla li l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ tingħaqad mal-Karta Ewropea l-ġdida tad-Diżabilità, l-opinjonijiet ivarjaw. Hemm kunsens qawwi fost l-Istati Membri u anke l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw persuni b’diżabilità li l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ ma għandhiex tingħaqad mal-KED il-ġdida. B’kuntrast għal dan, ir-rispondenti individwali fil-konsultazzjoni pubblika qablu li l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għandha tiġi inkorporata fil-KED il-ġdida, fejn possibbilment gerfxu “karta waħda” ma’ “strument legali uniku”.
(30)    Dan jimplika li jiddaħħlu devjazzjonijiet addizzjonali fil-format standard (fiżiku u/jew diġitali) tal-Karta maż-żmien u diffikultajiet assoċjati għar-rikonoxximent u l-użu tagħha, kif ukoll inċertezza għolja għall-persuni b’diżabilità.
(31)    Dan jinvolvi piż amministrattiv kbir u ma jindirizzax il-kwistjoni ewlenija tat-trattament ugwali tal-persuni b’diżabilità, irrispettivament minn fejn tiġi vvalutata d-diżabilità tagħhom,
(32)    Dan imur lil hinn mill-kompetenza tal-UE.
(33)    Idem.
(34)    Għal aktar dettalji ara: Kapitolu 6 “X’inhuma l-impatti tal-għażliet ta’ politika?” u l-Anness 5: Verifika tal-kompetittività tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt, SWD(2023) 289.
(35)    Minħabba n-nuqqas ta’ data diżaggregata, sfortunatament ma huwiex possibbli f’dan l-istadju li jitkejjel kwalunkwe impatt fuq il-ġeneru.
(36)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(37)    ĠU C , , p. .
(38)    ĠU C , , p. .
(39)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(40)    Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.
(41)    Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 70).
(42)    Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2016/2102 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku għandha l-għan li ttejjeb l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku u tal-apps mobbli tagħhom.
(43)    Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 204, 26.7.2006. p. 1.
(44)        Ir-Regolament (UE) Nru 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1.
(45)    Ir-Regolament (UE) 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1.
(46)    Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
(47)    Id-Direttiva (UE 1999/62/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2022/362 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi.
(48)    Sejbiet mir-Rapport Finali bbażati fuq Stħarriġ immirat lejn l-OSĊ fil-livell tal-UE; Shaw u Coles, “Disability, holiday making and the tourism industry in the UK: a preliminary survey”, 25(3) Tourism Management (2004) 397-403; Eugénia Lima Devile u Andreia Antunes Moura (2021), Travel by People With Physical Disabilities: Constraints and Influences in the Decision-Making Process.
(49)    McKercher u Darcy (2018), Re-conceptualizing barriers to travel by people with disabilities, Tourism Management Perspectives, 59-66. [Aktar għall-Memorandum ta’ Spjegazzjoni?]
(50)    Ara wkoll ir-Rapport Finali tal-Istudju li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-azzjoni pilota dwar il-Karta tad-Diżabilità tal-UE u l-benefiċċji assoċjati, ippubblikat f’Mejju 2021, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/4adbe538-0a02-11ec-b5d3-01aa75ed71a1/language-mt .
(51)    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-4 ta’ Ġunju 1998 dwar kard għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità (ĠU L 167, 12.6.1998, p. 25), kif adattata mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 63/43, 7.3.2008).
(52)    COM(2021) 281final
(53)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(54)    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1)
(55)    Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).
(56)    Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jmorru minn post għal ieħor u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(57)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(58)    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ġunju 1998 (98/376/KE), ĠU L 167/25, 12.6.1998, kif adattata mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tar-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 63/43,7.3.2008).
(59)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(60)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(61)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(62)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(63)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(64)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(65)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(66)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(67)    L-attivitajiet ippjanati se jappoġġaw l-ilħuq taż-żewġ objettivi speċifiċi.
(68)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(69)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(70)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(71)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 6.9.2023

COM(2023) 512 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità

{SEC(2023) 305 final} - {SWD(2023) 289 final} - {SWD(2023) 290 final} - {SWD(2023) 291 final}


ANNESS I

FORMAT TAL-KARD EWROPEA TAD-DIŻABILITÀ

IN-NAĦA TA” QUDDIEM test tal-Kard tad-Diżabilità tal-UE bl-Ingliż

IN-NAĦA TA’ WARA Informazzjoni nazzjonali bil-lingwa nazzjonali jew bil-lingwi nazzjonali li għandha tiġi deċiża mill-Istat Membru emittenti.

1.Id-daqs tal-Kard tad-Diżabilità tal-UE għandu jkun b’konformità mal-ISO 7810.

2.Il-format għandu jkun ID-1 u d-Dimensjonijiet 85.6 x 53.98 mm

3.Il-kard għandu jkollha:

·ritratt tad-detentur tal-kard;

·l-isem u l-kunjom tad-detentur tal-kard;

·id-data tat-twelid tad-detentur tal-kard;

·in-numru tas-serje tal-kard;

4.Il-kulur tal-kard għandu jkun blu ċar u skur, kif stabbilit fl-istampa u bir-referenzi

·Blu skur: CMYK 100, 90, 10, 0    

RGB 0, 68, 148

·Blu ċar: CMYK 94, 63, 7, 1

RGB 0, 110, 183

5.Il-kard għandha tindika d-data tal-iskadenza.

6.Il-kard għandu jkun fiha kodiċi tal-pajjiż biċ-ċirku blu madwarha

7.L-ittri għandhom ikunu tat-tipa ARIAL Regular.

8.Il-kliem Kard tad-Diżabilità tal-UE għandu jintwera bl-użu tat-tipa Arial u bil-braille bl-użu tad-dimensjonijiet tal-kodiċi Marburg.

9.L-ittra fakultattiva “A” (+sinjal bil-braille) tista’ tiżdied meta l-kard tintitola l-akkumpanjament ta’ assistent personali.

10.Karatteristika diġitali/karatteristiċi diġitali li jużaw mezzi elettroniċi li jindirizzaw il-prevenzjoni tal-frodi għandhom jiżdiedu wara l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 6(1).

ANNESS II

KARD EWROPEA GĦALL-PARKEĠĠ GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ

QUDDIEM

WARA

1.Id-daqs tal-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabbiltà għandu jkun:

·għoli: 106 mm

·wisa’: 148 mm

2.Il-kulur tal-kard għandu jkun blu skur u isfar, kif stabbilit fl-istampa ta’ hawn fuq u bir-referenzi:

·Blu skur: CMYK 100, 90, 10, 0

RGB 0, 68, 148

·Isfar: CMYK 94, 63, 7, 1

RGB 255, 237, 0

3.Il-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità għandha tinqasam vertikalment f’żewġ partijiet kemm fuq quddiem kif ukoll fuq wara.

(a) In-naħa tax-xellug ta’ quddiem għandu jkun fiha:

·is-simbolu tal-utent tas-siġġu tar-roti bi blu skur fuq sfond isfar;

·id-data tal-iskadenza tal-kard għall-parkeġġ;

·in-numru tas-serje tal-kard għall-parkeġġ;

·l-isem u t-timbru tal-awtorità/organizzazzjoni emittenti;

·meta l-kard tkun assoċjata ma’ vettura, in-numru tal-pjanċa tagħha għandu jkun viżibbli.

(b) In-naħa tal-lemin ta’ quddiem għandu jkun fiha:

·b’ittri kbar, il-kliem “Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità” bil-lingwa/i tal-Istat Membru li joħroġ il-karta; wara spazju xieraq, dan għandu jidher b’tipa żgħira bil-lingwi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea;

·bħala sfond, il-kodiċi ta’ distinzjoni tal-Istat Membru li joħroġ il-kard għall-parkeġġ imdawwar biċ-ċirku ta’ stilel li jissimbolizzaw l-Unjoni Ewropea.

(c) In-naħa tax-xellug tan-naħa ta’ wara għandu jkun fiha:

·il-kunjom tad-detentur tal-kard;

·l-isem/ismijiet tad-detentur tal-kard;

·id-data tat-twelid tad-detentur tal-kard;

·Id-data tal-iskadenza tal-kard;

·ritratt tad-detentur tal-kard;

·in-numru tas-serje tal-kard għall-parkeġġ;

·il-firma tad-detentur tal-kard jew marka awtorizzata oħra, jekk dan ikun permess skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(d) In-naħa tal-lemin ta’ wara għandu jkun fiha:

·id-dikjarazzjoni: “Din il-kard tintitola lid-detentur għal kundizzjonijiet ta’ parkeġġ lokali u faċilitajiet riżervati għal persuni b’diżabilità disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat”;

·id-dikjarazzjoni: “Meta tintuża, il-kard għandha titpoġġa fejn tidher fuq quddiem tal-vettura b’tali mod li l-parti ta’ quddiem tal-kard tkun viżibbli b’mod ċar għall-finijiet ta’ ċċekkjar”.

4.Bl-eċċezzjoni tan-naħa tal-lemin ta’ quddiem, l-entrati għandhom jintwerew bil-lingwa jew lingwi tal-Istat Membru li joħroġ il-karta għall-parkeġġ. Jekk xi Stat Membru jixtieq jagħmel l-iskrizzjonijiet b’xi lingwa nazzjonali għajr waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, in-Netherlandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol jew l-Iżvediż, dan għandu jifformola verżjoni tal-kard b’żewġ lingwi u għandu juża waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness. Jekk Stat Membru jixtieq jagħmel entrati bil-Bulgaru jew bil-Grieg, huwa għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-karta bl-użu ta’ waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, li tuża karattri Latini.

5.Karatteristika diġitali/karatteristiċi diġitali li jużaw mezzi elettroniċi li jindirizzaw il-prevenzjoni tal-frodi għandhom jiżdiedu wara l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(1).