Brussell, 30.8.2023

COM(2023) 499 final

2023/0306(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għat-triċiklażol f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jistabbilixxi, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, b’mod partikulari l-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u dispożizzjonijiet armonizzati tal-Unjoni dwar livelli massimi (MRLs) ta’ residwi ta’ pestiċida fi u fuq l-ikel u l-għalf li joriġinaw minn pjanti u annimali. Dan ir-Regolament jirrikonoxxi li għall-ikel u l-għalf prodotti barra mill-Unjoni, jistgħu jiġu applikati b’mod legali prattiki agrikoli differenti fir-rigward tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li xi drabi jirriżultaw f’residwi ta’ pestiċida differenti minn dawk li jirriżultaw mill-użu applikat b’mod legali fl-Unjoni. Għalhekk, jipprevedi l-possibbiltà li ssir applikazzjoni għall-iffissar tal-MRLs għall-prodotti importati (jiġifieri t-tolleranzi tal-importazzjoni) billi tipprovdi fajl xjentifiku komprensiv li jqis dawn l-użi u r-residwi li jirriżultaw u li jiġi evalwat minn Stat Membru u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-MRL li tkun saret applikazzjoni għalih, dment li s-sikurezza għall-Konsumaturi Ewropej tkun intweriet bl-użu tal-istess kriterji bħal fil-prodotti domestiċi.

F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-Italja rċeviet applikazzjoni biex tistabbilixxi tolleranza tal-importazzjoni għas-sustanza attiva triċiklażol fir-ross.

Fis-26 ta’ April 2018, l-Italja bagħtet rapport flimkien mal-evalwazzjoni tagħha ta’ din l-applikazzjoni lill-EFSA.

Fit-18 ta’ Jannar 2023, l-EFSA adottat opinjoni motivata favorevoli dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-MRL modifikat propost għat-triċiklażol fir-ross 1 . Għalhekk, il-Kummissjoni pproponiet abbozz ta’ Regolament lill-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (SCoPAFF) biex jimmodifikaw l-MRL rilevanti tal-Unjoni skont dan.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-approċċ segwit huwa konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi Ġuridika

F’konformità mal-opinjoni motivata favorevoli adottata mill-EFSA u bbażata fuq l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tħejja abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni u ġie ppreżentat lis-SCoPAFF (ara l-Kapitolu 1). Skont l-Artikolu 45(4) ta’ dak ir-Regolament, il-proċedura regolatorja tapplika bi skrutinju skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468.

•Għażla tal-istrument

L-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq li jipproponi l-modifika tal-MRL għat-triċiklażol fir-ross tressaq għal opinjoni quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, fil-11 ta’ Mejju 2023. Il-Kumitat ma tax opinjoni dwar l-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni, peress li ma ntlaħqitx maġġoranza kwalifikata la favur u lanqas kontra l-miżuri proposti.

Konsegwentement, skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, il-Kummissjoni qed tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill relatat mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq il-miżura proposta b’maġġoranza kwalifikata fi żmien xahrejn mid-data ta’ meta din tkun ġiet irriferita lilu. Jekk il-Kunsill jopponi l-miżura b’maġġoranza kwalifikata, il-miżura m’għandhiex tiġi adottata. Jekk il-Kunsill jipprevedi li jadotta l-miżura, huwa għandu jressaqha bla dewmien quddiem il-Parlament Ewropew. Fin-nuqqas ta’ opinjoni tal-Kunsill, ir-Regolament jintbagħat lura lill-Kummissjoni li għandha tippreżentah mingħajr dewmien għall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew. Jekk il-Parlament ma jopponix il-miżura, din tal-aħħar għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Jekk il-Parlament jopponi l-miżura, din ma għandhiex tiġi adottata mill-Kummissjoni.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ma huma previsti l-ebda evalwazzjonijiet ex post, konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u valutazzjonijiet tal-impatt għal dan ir-Regolament fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Ir-Regolament ma għandu l-ebda impatt fuq il-baġit.

5.ELEMENTI OĦRA

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Dan ir-Regolament jipprevedi modifika tal-MRL eżistenti għat-triċiklażol fir-ross, li tgħollih mil-limitu ta’ determinazzjoni stabbilit għal 0,01 mg/kg għal livell ta’ 0,09 mg/kg, abbażi ta’ opinjoni xjentifika mill-EFSA. B’dan il-mod, l-MRLs għat-triċiklażol, li bħalissa huma stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, se jitmexxew għall-Anness II ta’ dak l-istess Regolament.

2023/0306 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għat-triċiklażol f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Għat-triċiklażol, il-livelli massimi ta’ residwu (“MRLs”) ġew stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)Tressqet applikazzjoni għat-tolleranzi tal-importazzjoni skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għat-triċiklażol użat fuq ir-ross fil-Brażil. L-applikant isostni li l-użi awtorizzati ta’ dik is-sustanza fuq għalla bħal din fil-Brażil iwasslu għal residwi ogħla mill-MRL previst fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li jeħtieġ li jkun hemm MRL ogħla biex jiġu evitati l-ostakoli kummerċjali għall-importazzjoni ta’ dik l-għalla.

(3)F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, din l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport ta’ evalwazzjoni ntbagħat lill-Kummissjoni.

(4)L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjoni u r-rapport tal-evalwazzjoni, filwaqt li eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRL propost 3 . L-Awtorità għaddiet dik l-opinjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u ppubblikatha.

(5)L-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kompletezza għat-tressiq tad-data għall-prodott ikkonċernat ġew issodisfati, u li abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi, il-modifika tal-MRL mitluba mill-applikant kienet aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar informazzjoni riċenti dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tas-sustanza, li ma kinitx disponibbli qabel u ġiet ipprovduta biss mal-applikazzjoni kkonċernata. La l-esponiment tul il-ħajja għal dik is-sustanza mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom dik is-sustanza, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba l-konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma wera li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza.

(6)Abbażi tal-opinjoni motivata tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi elenkati fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, jixraq li jiġi konkluż li l-modifika proposta tal-MRL tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu.

(7)Għalhekk, jenħtieġ li ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(8)Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jiġu adottati mill-Kunsill,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

Il-President

(1)    EFSA 2023. Reasoned opinion on the setting of import tolerance for tricyclazole in rice. (Opinjoni motivata dwar l-istabbiliment tat-tolleranza tal-importazzjoni għat-triċiklażol fir-ross.) EFSA Journal 2023;21(1):7757. https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2023.7757  
(2)    ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.
(3)    Reasoned opinion on the setting of import tolerance for tricyclazole in rice. (Opinjoni motivata dwar l-istabbiliment tat-tolleranza tal-importazzjoni għat-triċiklażol fir-ross.) EFSA Journal 2023;21(1):7757.

Brussell, 30.8.2023

COM(2023) 499 final

ANNESS

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għat-triċiklażol f’ċerti prodotti jew fuqhom




ANNESS

L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)Fl-Anness II, tiżdied il-kolonna għat-triċiklażol:

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (f’mg/kg)

Numru 
tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom 
japplikaw l-MRLs (a)

Triċiklażol

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

0,01*

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a) għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b) frawli

 

0153000

(c) frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d) frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (sewda, ħamra u bajda)

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta’ diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a) b’qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta’ Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b) b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c) b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Frott tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

ĦAXIX, FRISK jew IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01*

0211000

(a) patata

 

0212000

(b) ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c) ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta’ Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01*

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,01*

0231000

(a) Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

 

0231020

Bżar ħelu

 

0231030

Brunġiel

 

0231040

Bamja

 

0231990

Oħrajn (2)

 

0232000

(b) kukurbiti b’qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c) kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara’ aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d) qamħirrum ħelu

 

0239000

(e) ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01*

0241000

(a) brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b) kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta’ Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċi kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c) brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d) ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a) ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01*

0251010

Ħass tal-ħaruf/insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b) spinaċi u weraq simili

0,01*

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c) weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01*

0254000

(d) krexxuni

0,01*

0255000

(e) ċikwejra

0,01*

0256000

(f) ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,02*

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

0,01*

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01*

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta’ Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambù

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01*

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01*

0300000

BUS U ĦEMES

0,01*

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,01*

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

 

0401110

Żerriegħa tal-għosfor

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

Qannebusa

 

0401150

Fażola tar-riġnu

 

0401990

Oħrajn (2)

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

 

0500010

Xgħir

0,01*

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,01*

0500030

Qamħirrum

0,01*

0500040

Millieġ komuni

0,01*

0500050

Ħafur

0,01*

0500060

Ross

0,09

0500070

Segala

0,01*

0500080

Sorgu

0,01*

0500090

Qamħ

0,01*

0500990

Oħrajn (2)

0,01*

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05*

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a) mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b) mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c) mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d) minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,05*

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05*

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05*

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05*

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05*

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05*

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05*

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05*

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Ħwawar ta’ qalb il-fjura

0,05*

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05*

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01*

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

0,01*

1011000

(a) mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

 

1011020

Xaħam

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn (2)

 

1012000

(b) mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

 

1012020

Xaħam

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1012990

Oħrajn (2)

 

1013000

(c) min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn (2)

 

1014000

d) mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn (2)

 

1015000

(e) mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

 

1015020

Xaħam

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn (2)

 

1016000

(f) mill-pollam

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g) minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn (2)

 

1020000

Ħalib

0,01*

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,01*

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05*

1050000

Amfibji u Rettili

0,01*

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01*

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01*

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

(*) Jindika l-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika

(a) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I

(2)Fl-Anness V, titħassar il-kolonna għat-triċiklażol.