Brussell, 25.8.2023

COM(2023) 495 final

2023/0304(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 1 jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tas-sajd tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE, kif ukoll jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati diversi drabi matul il-perjodu li fih japplikaw biex jitqiesu l-aħħar pariri u żviluppi xjentifiċi.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-miżuri proposti huma konsistenti mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (“PKS”).

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-miżuri proposti huma konsistenti ma’ politiki oħra tal-UE, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”).

Sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta talloka opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri skont l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd 2 . Skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom jistgħu jiġu allokati lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, f’konformità ma’ ċerti kriterji għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, l-Istati Membri jkollhom il-marġini ta’ diskrezzjoni meħtieġa meta jqassmu l-qabdiet totali permissibbli (“TACs”) allokati, f’konformità mal-mudell soċjali/ekonomiku tal-għażla tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom.

Għażla tal-istrument

Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari permezz tal-Kunsilli Konsultattivi, u mal-Istati Membri dwar l-approċċ tagħha għall-proposti diversi tagħha dwar l-opportunitajiet tas-sajd annwali abbażi tal-Komunikazzjoni annwali tagħha “Lejn sajd aktar sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2023” (COM(2022) 253 final).

Ir-rispons tal-partijiet ikkonċernati għal dik il-Komunikazzjoni annwali wrew il-fehmiet tagħhom dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-qagħda tar-riżorsi u dwar ir-rispons xieraq tal-ġestjoni. Il-Kummissjoni qieset it-tweġibiet meta fasslet din il-proposta.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”) dwar il-metodoloġija li għandha tintuża. Il-parir xjentifiku tal-ICES huwa bbażat fuq qafas żviluppat mill-gruppi ta’ esperti tiegħu u mill-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u jinħareġ f’konformità mal-ftehim qafas tas-sħubija tiegħu mal-Kummissjoni.

Valutazzjoni tal-impatt

L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-proposta.

L-għan ta’ din il-proposta hija li tevita approċċi għal żmien qasir favur is-sostenibbiltà fit-tul. Għalhekk tqis l-inizjattivi tal-partijiet ikkonċernati u tal-Kunsilli Konsultattivi jekk ikunu ġew rieżaminati b’mod pożittiv mill-ICES u/jew mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (“STECF”). Il-proposta ta’ riforma tal-PKS tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt (SEC(2011) 891) skont liema tqies li għalkemm il-kisba tal-objettiv tar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) kienet kundizzjoni meħtieġa għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali, dawk it-tliet objettivi ma jistgħux jinkisbu iżolati minn xulxin.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u b’mod partikolari dawk rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-miżuri proposti ma huma se jkollhom l-ebda implikazzjoni baġitarja.

5.ELEMENTI OĦRA

   Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-għan ta’ din il-proposta hija li timmodifika r-Regolament (UE) 2023/194 kif deskritt hawn taħt.

Ir-Regolament (UE) 2023/194, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1324 3 , jistabbilixxi b’mod proviżorju t-TAC għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES (l-ilmijiet Iberiċi u l-ilmijiet madwar l-Azores) u fl-ilmijiet tal-UE tad-diviżjoni 34.1.1 tal-Kumitat għas-Sajd fl-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (“CECAF”) (fil-Lvant ta’ Madeira u tal-Gżejjer Kanarji) għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2023, sakemm l-ICES jippubblika l-parir xjentifiku tiegħu għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024, u jippermetti li jitkompla s-sajd għal dak l-istokk.

Wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-parir 4 fil-21 ta’ Ġunju 2023, jenħtieġ li tiġi stabbilita t-TAC definittiva għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024. It-TAC jenħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell ta’ 20 555 tunnellata, f’konformità ma’ dak il-parir.

2023/0304 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 5 jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)Ir-Regolament (UE) 2023/194, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1324 6 , jistabbilixxi qabda totali permissibbli (“TAC”) proviżorja għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”) u fid-diviżjoni 34.1 tal-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (“CECAF”).1 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2023, sakemm jinħareġ il-parir xjentifiku tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024, u jippermetti li s-sajd għal dak l-istokk ikompli. Wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-parir 7 fil-21 ta’ Ġunju 2023, jenħtieġ li t-TAC definittiva għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 tiġi stabbilita fil-livell ta’ 20 555 tunnellata, f’konformità ma’ dak il-parir.

(3)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/194 jiġi emendat skont dan.

(4)Minħabba l-urġenza biex tiġi evitata l-interruzzjoni fl-attivitajiet tas-sajd, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)It-TAC għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Lulju 2023. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd inkwistjoni jiżdiedu bl-emenda.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emenda għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.

 
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).
(2)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1324 tad-29 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 166, 30.6.2023, p. 50).
(4)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21907911.v1  
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).
(6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1324 tad-29 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 166, 30.6.2023, p. 50).
(7)     https://doi.org/10.17895/ices.advice.21907911.v1 .

Brussell, 25.8.2023

COM(2023) 495 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond









ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness IA, it-tieni tabella rilevanti hija sostitwita b’dan li ġej:

Speċi:

Inċova

 

 

Żona:

9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1

 

Engraulis encrasicolus

 

 

(ANE/9/3411)

 

Spanja

 

9 831

(1)

TAC prekawzjonarja

 

 

Il-Portugall

10 724

(1)

Unjoni

20 555

(1)

TAC

 

20 555

(1)

 

 

 

 

(1)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024.

”.