Brussell, 28.7.2023

COM(2023) 477 final

2023/0295(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10160/21 INIT; ST 10160/21 ADD 1 REV 2) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Italja


2023/0295 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10160/21 INIT; ST 10160/21 ADD 1 REV 2) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Italja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 1 , u b’mod partikulari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Wara l-preżentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (recovery and resilience plan, “RRP”) mill-Italja fit-30 ta’ April 2021, il-Kummissjoni pproponiet il-valutazzjoni pożittiva tagħha lill-Kunsill. Il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 2 .

(2)Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli għal kull Stat Membru tiġi aġġornata sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-metodoloġija pprovduta fih. Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultati ta’ dak l-aġġornament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emendi bbażati fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament 2021/241

(3)Fil-11 ta’ Lulju 2023, l-Italja għamlet talba motivata lill-Kummissjoni biex tipproponi li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 filwaqt li tqis li l-RRP parzjalment ma għadux jista’ jinkiseb minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Fuq din il-bażi, l-Italja ppreżentat RRP emendat.

(4)L-RRP emendat ippreżentat mill-Italja minħabba ċirkostanzi oġġettivi jaffettwa tmien miżuri.

(5)L-ewwel emenda tikkonċerna l-Investiment 4 Teknoloġija tas-Satelliti u Ekonomija Spazjali tal-Komponent 2, Missjoni 1. L-investiment jikkonsisti fl-iżvilupp ta’ konnessjonijiet tas-satelliti bil-għan tat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika u biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur spazjali, filwaqt li jippermetti servizzi bħal komunikazzjonijiet siguri u infrastruttura ta’ monitoraġġ għal diversi setturi tal-ekonomija. Huwa jinkludi erba’ submiżuri: (i) Satcom, (ii) Osservazzjoni tad-Dinja, (iii) Space Factory u (iv) In-Orbit Economy. L-Italja spjegat li s-submiżura Satcom ma għadhiex tista’ tinkiseb parzjalment meta jitqiesu l-iżviluppi reċenti tas-suq relatati mal-konnessjonijiet bis-satellita. B’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ diversi inizjattivi kummerċjali għall-Internet tal-Oġġetti bbażati fuq satelliti żgħar, fil-livell Ewropew u globali, jiskoraġġixxi investiment pubbliku ta’ riżorsi pubbliċi f’dan il-qasam u jagħmilha neċessarja li jiġi evitat it-trikkib ma’ investimenti privati tal-attivitajiet ippjanati inizjalment. Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa li s-submiżura Satcom tiġi allinjata mal-inizjattiva EU IRIS² “Konnettività Sigura”, li tipprevedi l-iżvilupp ta’ sistema ta’ konnettività bbażata fl-ispazju tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex toffri kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni msaħħa, filwaqt li żżid il-kontribut tal-Italja għal din l-inizjattiva. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li d-deskrizzjoni tas-submiżura Satcom tal-Investiment 4 tat-Teknoloġija tas-Satelliti u l-Ekonomija Spazjali tiġi emendata, biex din tiġi ffokata mill-ġdid fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u sistemi b’użu doppju għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita innovattivi u siguri ħafna għall-użu governattiv u jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.

(6)It-tieni emenda tikkonċerna l-Investiment 3.2 Żvilupp tal-industrija tal-films (il-proġett Cinecittà) taħt il-Komponent 3, Missjoni 1. L-objettivi tal-investiment huma li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur tal-films u awdjoviżiv Taljan, li jittaffa l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi tal-Covid-19 u li jiġu appoġġati t-tkabbir ekonomiku, l-impiegi u l-kompetittività. L-Italja spjegat li l-miżura ma għadhiex tista’ tinkiseb kif oriġinarjament deskritt fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill minħabba li l-entità ta’ implimentazzjoni oriġinali “Istituto Luce” ġiet imsemmija mill-ġdid bħala “Cinecitta’ S.P.A’’ fl-2021. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li l-isem tal-entità ta’ implimentazzjoni tal-proġett ta’ żvilupp tal-industrija tal-films jinbidel mill-isem preċedenti “Istituto Luce” għal “Cinecittà S.p.A fit-titolu tal-miżura u fl-istadju importanti M1C3-20, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.

(7)It-tielet emenda tikkonċerna l-Investiment 3.4 Ittestjar tal-idroġenu għall-mobbiltà ferrovjarja taħt il-Komponent 2, Missjoni 2. L-investiment jikkonsisti fil-bini ta’ mill-inqas 10 stazzjonijiet ta’ riforniment għall-ferroviji bbażati fuq l-idroġenu fuq mill-inqas sitt linji ferrovjarji. Barra minn hekk, l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-ferroviji tal-idroġenu għandhom jitqiegħdu qrib is-siti tal-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku lokali u/jew l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu fuq l-awtostrada. L-Italja spjegat li l-miżura ma għadhiex tista’ tinkiseb parzjalment, b’mod partikolari minħabba r-rispons limitat tal-atturi tas-suq fir-rigward tal-post tal-istazzjonijiet tar-riforniment u li, b’konsegwenza ta’ dan, xi wħud minnhom biss setgħu jitqiegħdu qrib il-post tal-produzzjoni tal-idroġenu. Barra minn hekk, fid-dawl tal-qafas legali rivedut relatat mal-idroġenu u, b’mod partikolari, tal-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1184 tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li “jistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tistipula regoli dettaljati għall-produzzjoni ta’ karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika”, kif ukoll, li jistabbilixxi kriterji speċifiċi li skonthom l-idroġenu jkun jista’ jikkwalifika bħala rinnovabbli, l-awtoritajiet iċċaraw li, f’konformità mad-Direttiva RED II 2018/2021, se jintuża l-idroġenu rinnovabbli peress li joffri qafas aktar ċar għall-implimentazzjoni tal-miżura. Fuq din il-bażi, l-Italja talbet li d-deskrizzjoni tal-miżura fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi mibdula.

(8)Ir-raba’ emenda tikkonċerna l-Investiment 4.3 Installazzjoni ta’ infrastrutturi tal-iċċarġjar taħt il-Komponent 2, Missjoni 2. L-investiment jikkonsisti fi stazzjonijiet tal-iċċarġjar rapidu għall-vetturi elettriċi tul il-freeways u ż-żoni urbani. L-Italja spjegat li parti mill-miżura ma għadhiex tista’ tinkiseb fl-iskeda ta’ żmien indikattiva minħabba li l-espressjoni ta’ interess għas-sejħa għal stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-“freeways” kienet estremament limitata, u dan irriżulta f’użu limitat ħafna tal-investiment f’dak ir-rigward. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li d-deskrizzjoni tal-mira intermedja M2C2-27 tiġi modifikata billi l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar fuq il-freeways tiġi posposta, u b’hekk jitneħħa l-element kostituttiv relatat mal-għoti tal-kuntratti pubbliċi (kollha) għall-installazzjoni ta’ 2500 infrastruttura tal-iċċarġjar rapidu tal-vetturi elettriċi fuq il-freeways, u billi l-għadd ta’ infrastrutturi tal-iċċarġjar f’żoni urbani jiżdied mill-4000 inizjalment previsti għal mill-inqas 4700. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.

(9)Il-ħames emenda tikkonċerna l-Investiment 2.1 Tisħiħ tal-Ecobonus u s-sismabonus għall-effiċjenza enerġetika u s-sikurezza tal-bini taħt il-Komponent 3, Missjoni 2. L-investiment jikkonsisti fil-finanzjament tar-rinnovazzjoni tal-bini għal skopijiet tal-effiċjenza enerġetika u antisismiċi, anki biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-miri tal-iffrankar tal-enerġija u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u jipprovdi appoġġ kontroċikliku għas-settur tal-kostruzzjoni biex jiġu kkumpensati l-effetti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Dan l-appoġġ jingħata permezz ta’ tnaqqis tat-taxxa jew, alternattivament, permezz ta’ trasferiment ta’ kreditu jew skont tal-fattura. L-Italja spjegat li l-mira intermedja ta’ din il-miżura ma għadhiex tista’ tinkiseb parzjalment minħabba l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-interventi tal-effiċjenza enerġetika fil-kuntest ġeopolitiku attwali, li nbidel b’mod sinifikanti meta mqabbel maż-żmien tal-ippjanar inizjali tal-proġett. Għaldaqstant, l-interventi relatati ma’ skopijiet antisismiċi kellhom jitnaqqsu u ma setgħux jitlestew fil-perjodu ta’ żmien mistenni. Barra minn hekk, l-opzjoni tat-trasferiment tal-kreditu u tal-iskont tal-fattura fis-Superbonus tneħħiet fi Frar 2023 minħabba tħassib dwar l-eliġibbiltà u d-domanda aktar għolja milli mistenni li rriżultat f’żieda eċċessiva fin-nefqa tal-gvern. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li d-deskrizzjoni tal-miżura tiġi emendata u li l-mira intermedja M2C3-2 għall-interventi tal-effiċjenza enerġetika tiżdied biex tikkumpensa għat-tneħħija tal-parti relatata mal-interventi antisismiċi. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.

(10)Is-sitt emenda tikkonċerna l-Investiment 1.1 Pjan għal nurseries u preschools u servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal taħt il-Komponent 1, Missjoni 4. L-objettivi tal-investiment huma li tiżdied il-provvista ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal billi jinbnew u jiġu rinnovati in-nurseries u l-preschools u tiġi żgurata s-sikurezza tagħhom, u biex tiġi żgurata żieda fl-offerta edukattiva. L-Italja spjegat li l-istadju importanti M4C1-9 relatat mal-għoti ta’ kuntratti ma għadux jista’ jinkiseb parzjalment minħabba ċirkostanzi oġġettivi. B’mod partikolari, il-problemi relatati mal-adozzjoni tal-proġetti wasslu għall-bżonn ta’ aktar sejħiet għall-offerti biex l-objettivi jintlaħqu fl-iskeda ta’ żmien miftiehma. Minħabba l-eżistenza ta’ dawn iċ-ċirkostanzi oġġettivi, se jkollhom jiġu adottati miżuri addizzjonali bħal sejħiet għall-offerti addizzjonali sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżura u biex tintlaħaq il-mira M4C1-18 fir-raba’ trimestru tal-2025. Fuq din il-bażi, l-Italja talbet li tiġi riveduta d-deskrizzjoni tal-miżura, li inizjalment irreferiet għall-għoti tal-kuntratti kollha għal interventi ammissibbli biex jitnedew sejħiet għall-offerti sussegwenti fl-2023 u fl-2024, u biex jiġi emendat l-istadju importanti M4C1-9 biex jiġi aġġustat l-ewwel sett ta’ interventi eliġibbli fl-għoti ta’ kuntratti għal nurseries u faċilitajiet ta’ qabel l-iskola, kif ukoll servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.

(11)Is-seba’ emenda tikkonċerna r-Riforma 1.7: Riforma tar-regolament dwar l-akkomodazzjoni tal-istudenti u l-investiment fl-akkomodazzjoni tal-istudenti taħt il-Komponent 1 tal-Missjoni 4. L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li tinkoraġġixxi lill-entitajiet privati jistabbilixxu faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni għall-istudenti filwaqt li tiżdied il-provvista ta’ akkomodazzjonijiet għall-istudenti. Minħabba ċirkostanzi oġġettivi, jeħtieġ li jkun hemm sejħiet għall-offerti ġodda biex jintlaħqu l-objettivi tal-miżura fl-iskeda ta’ żmien miftiehma. Fuq din il-bażi u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżura, l-Italja talbet li l-mira M4C1-28 tinbidel fi stadju importanti li jkopri l-ewwel sett ta’ sejħiet għal akkomodazzjoni addizzjonali għall-istudenti u biex tiġi mmodifikata l-mira M4C1-30. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.

(12)It-tmien emenda tikkonċerna l-Investiment 5 Ħolqien ta’ intrapriżi tan-nisa, taħt il-Komponent 1, Missjoni 5. L-objettivi tal-investiment huma li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u, b’mod partikolari, biex tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni tan-nisa f’attivitajiet ta’ negozju. L-Italja spjegat li l-kumpaniji ppreżentaw għadd iżgħar milli mistenni ta’ talbiet għal pagamenti bil-quddiem u li kien hemm tnaqqis fit-talbiet għal pagament mid-ditti, u b’hekk affettwaw l-iskeda tal-iżborż, minħabba l-kuntest ekonomiku mibdul f’termini ta’ kost u disponibbiltà ta’ garanziji bankarji, kif ukoll, żmien itwal meħtieġ għall-akkwist ta’ materja prima u oġġetti kapitali. Fuq din il-bażi, l-Italja talbet li l-isem tal-mira M5C1-18 jinbidel minn “L-intrapriżi rċevew appoġġ finanzjarju permezz tal-Fond Impresa donna” għal “L-appoġġ finanzjarju lill-intrapriżi ġie impenjat”. Din il-bidla hija riflessa wkoll fid-deskrizzjoni tal-mira M5C1-18. Barra minn hekk, l-Italja pproponiet, bħala alternattiva aħjar li ħarġet matul l-implimentazzjoni tal-miżura, li żżomm iż-żewġ strumenti eżistenti (Nito-ON u Smart &Start) u l-fond il-ġdid (Fondo imprese femminili) separati. Għalhekk, il-ħolqien ta’ struttura ta’ finanzjament globali (Fondo impresa donna) tqies bħala mhux meħtieġ, peress li kienet tikkawża piżijiet amministrattivi bla bżonn. Fl-aħħar nett, l-Italja pproponiet li tneħħi speċifikazzjoni inkluża fid-deskrizzjoni tal-mira M5C1-18 relatata mal-kontribut tat-tliet strumenti koperti mill-miżura għall-kisba tal-mira, peress li dawn l-istrumenti huma xprunati mid-domanda u l-fond il-ġdid kien aktar attraenti għas-suq. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.

(13)Il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet imressqa mill-Italja jiġġustifikaw emendi skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2021/241.

Korrezzjonijiet ta’ żbalji klerikali

(14)Ġew identifikati tmien żbalji klerikali fit-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, li jaffettwaw ħames stadji importanti u miri u tmien miżuri. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata biex tikkoreġi dawk l-iżbalji klerikali li ma jirriflettux il-kontenut tal-RRP ippreżentat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ April 2021, kif maqbul bejn il-Kummissjoni u l-Italja. Dawn l-iżbalji klerikali huma relatati mad-deskrizzjoni tal-Investiment 4 “Teknoloġija tas-satelliti u ekonomija spazjali” taħt il-Komponent 2, Missjoni 1; mad-deskrizzjoni tal-Investiment 3.2 “Żvilupp tal-industrija tal-films (il-proġett Cinecittà)” u tal-istadju importanti M1C3-20 taħt il-Komponent 3, Missjoni 1; mad-deskrizzjoni tal-Investiment 3.4 “Ittestjar tal-idroġenu għall-mobbiltà ferrovjarja” taħt il-Komponent 2, Missjoni 2 u tal-istadju importanti M2C2-16; mad-deskrizzjoni tal-Investiment 4.4.2 – “Tiġdid tal-flotta ferrovjarja reġjonali tat-trasport pubbliku b’ferroviji bi fjuwils nodfa u b’servizz universali” u tal-istadju importanti M2C2-33; mad-deskrizzjoni ta’ “Investiment 3.2 - Użu ta’ Idroġenu fl-industrija li diffiċli titnaqqas; mad-deskrizzjoni tal-investiment 2.1 “Tisħiħ tal-Ecobonus u s-sismabonus għall-effiċjenza enerġetika u s-sikurezza tal-bini” taħt il-Komponent 3, Missjoni 2; mad-deskrizzjoni tal-Investiment 1.1: “Pjan għal nurseries u preschools u servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal”; mad-deskrizzjoni tar-Riforma 1.7 “Riforma tar-regolament dwar l-akkomodazzjoni tal-istudenti u l-investiment fl-akkomodazzjoni tal-istudenti” u tal-mira M4C1-30; mad-deskrizzjoni tal-Investiment 3: “Interventi soċjo-edukattivi strutturati għall-ġlieda kontra l-faqar edukattiv fin-Nofsinhar li jappoġġaw it-Tielet Settur” u tal-istadju importanti M5C3-8; u mal-istadju importanti M5C1-18. Dawn il-korrezzjonijiet ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati.

(15)Meta jitqies il-fatt li r-riżultati finali relatati mal-implimentazzjoni tal-ħdax-il miżura soġġetti għall-modifiki msemmija hawn fuq ma jinbidlux, il-Kummissjoni tqis li l-emendi mressqa mill-Italja ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-RRP stabbilita mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Italja fir-rigward tar-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP rigward il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3).

(16)Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fl-Artikolu 19(3), il-punt (e), u tal-kriterju 2.5 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, meta titqies iż-żieda fl-allokazzjoni tal-RRP emendat, il-miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika jammontaw għal 37,5 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat, jiġifieri l-istess sehem bħal fl-RRP inizjali. Dawn iċ-ċifri ġew ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2021/241. Għalhekk, huwa meqjus li l-RRP emendat jibqa’ jinkludi miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew biex jindirizza l-isfidi li jirriżultaw minnha. Fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fl-Artikolu 19(3), il-punt (f), u tal-kriterju 2.6 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, meta jitqiesu ż-żieda fil-kontribuzzjoni finanzjarja massima u l-RRP aġġornat, il-miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jammontaw għal 25,1 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP aġġornat, li huwa l-istess sehem bħal fl-RRP inizjali. Dawk iċ-ċifri ġew ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament VI tar-Regolament (UE) 2021/241. Għalhekk, huwa meqjus li l-RRP emendat jkompli jinkludi miżuri li jikkontribwixxu b’mod effettiv fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha.

(17)Fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fl-Artikolu 19(3), il-punt (h) u tal-kriterju 2.8 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-Italja emendat is-sistema ta’ governanza f’diversi livelli relatata mal-RRP (id-Digriet-Liġi Nru. 13 tal-24 ta’ Frar 2023, li saret il-Liġi Nru 41 of 21 April 2023) inkluż billi saħħet ir-rwol tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri fil-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-RRP. Minħabba n-natura operazzjonali tal-bidliet u tal-preservazzjoni tal-prinċipji li jirfdu s-sistema ta’ governanza, jitqies li l-arranġamenti jibqgħu adegwati (Klassifikazzjoni A) biex jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-RRP, inklużi l-iskeda ta’ żmien, l-istadji importanti u l-miri previsti, u l-indikaturi relatati.

(18)Fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fl-Artikolu 19(3), il-punt (j) u tal-kriterju 2.10 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-emendi tal-qafas ta’ governanza tal-RRP (kif imsemmija fil-premessa preċedenti) ma affettwawx lill-Korp tal-Awditjar inkarigat mill-monitoraġġ tal-RRP u mis-sistema ta’ repożitorju unitarju Regis. L-Italja adottat leġiżlazzjoni dwar il-mandat tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-RRP (id-Digriet-Liġi Nru 44 tat-22 ta’ April 2023, li saret il-Liġi Nru 74 tal-21 ta’ Ġunju 2023). Minħabba li l-verifikazzjonijiet ex ante u ex post għadhom fis-seħħ u ma ġewx affettwati mil-leġiżlazzjoni adottata, jitqies li l-arranġamenti jibqgħu adegwati (Klassifikazzjoni A) biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta jintużaw il-fondi previsti skont dak ir-Regolament, u huma mistennija li jevitaw b’mod effettiv il-finanzjament doppju skont dak ir-Regolament u programmi oħra tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ strumenti u għodod oħra biex jippromwovu u jinfurzaw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni, fosthom biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw il-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess, kif ukoll biex jipproteġu l-baġit tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 .

(19)Fir-rigward tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3), il-punti (a), (b), (c), (d), (g), (i), u (k) tar-Regolament (UE) 2021/241, il-modifiki limitati tal-RRP ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-pjan inizjali.

(20)Wara l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-RRP emendat tal-Italja jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) u mal-Anness V ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-emendi għar-riformi u għall-proġetti ta’ investiment meħtieġa biex jitqies l-RRP emendat.

(21)Lil hinn minn din l-emenda mmirata, l-Italja kkonfermat li biħsiebha titlob modifika komprensiva tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li tinkludi aġġornament f’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2021/241 biex titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 11(2).

(22)Il-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat huma ta’ EUR 191 499 177 889. B’mod partikolari, il-kostijiet stmati tal-miżuri ffinanzjati mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli jammontaw għal EUR 68 897 310 054 u l-kostijiet stmati tal-miżuri ffinanzjati mill-appoġġ għas-self jammontaw għal EUR 122 601 867 835. Peress li l-ammont ta’ kostijiet stmati tal-miżuri fl-RRP emendat iffinanzjati mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni huwa iktar baxx mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata disponibbli għall-Italja, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11 allokata għall-RRP emendat tal-Italja tkun daqs l-ammont ta’ kostijiet stmati tal-miżuri fl-RRP emendat iffinanzjati mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(23)Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 10160/21 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Italja tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Italja hija emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP

Il-valutazzjoni tal-RRP aġġornat tal-Italja fuq il-bażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata. Ir-riformi u l-proġetti ta’ investiment skont l-RRP, l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RRP, inkluż l-istadji importanti u l-miri rilevanti, l-indikaturi rilevanti marbuta mal-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri previsti, u l-arranġamenti biex il-Kummissjoni tagħti aċċess sħiħ għad-data rilevanti sottostanti huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(2) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

1.L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Italja kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ appoġġ li ma jitħallasx lura li jammonta għal EUR 68 897 310 054 4 . Ammont ta’ EUR 47 925 096 762 għandu jkun disponibbli biex jiġi impenjat legalment sal-31 ta’ Diċembru 2022. Ammont ulterjuri ta’ EUR 20 972 213 292 għandu jkun disponibbli biex jiġi impenjat legalment mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

(3) L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a) Taqsima 1: Riformi u Investimenti skont il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza; 1. Deskrizzjoni ta’ riformi u investimenti;

(i) fil-punt B3. Missjoni 1; Komponent 2: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għas-self; Investiment 4 Teknoloġija tas-satelliti u ekonomija spazjali; huwa sostitwit b’dan li ġej:

L-objettiv tal-investiment huwa li jiġu żviluppati konnessjonijiet bis-satellita fid-dawl tat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika u li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur spazjali. L-investiment għandu wkoll l-għan li jippermetti servizzi bħal komunikazzjonijiet siguri u infrastruttura ta’ monitoraġġ għal diversi setturi tal-ekonomija u, għal dan il-għan, jinkludi kemm attivitajiet upstream (servizzi ta’ llanċjar, produzzjoni u operat ta’ satelliti u infrastruttura) kif ukoll downstream (ġenerazzjoni ta’ prodotti u servizzi abilitati). L-investiment jinkludi l-għoti ta’ offerti u jinkludi erba’ proġetti: 1. Satcom, li tikkonsisti f’attivitajiet għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji u sistemi b’użu doppju li għandhom jintużaw għall-forniment ta’ servizzi innovattivi ta’ komunikazzjoni bis-satellita siguri ħafna għal użu governattiv. 2. Osservazzjoni tad-Dinja (EO), li tikkonsisti minn (i) attivitajiet upstream: inklużi l-ispeċifikazzjoni, id-disinn, l-iżvilupp ta’ kostellazzjoni għat-telerilevament (Radar tal-Apertura Sintetika (SAR), iperspettrali) u l-akkwist ta’ illanċjar iffukat fuq il-monitoraġġ tal-art, tal-baħar u tal-atmosfera; (ii) attivitajiet downstream: it-twettiq tal-Proġett CyberItaly li jinkludi l-ħolqien ta’ replika diġitali tal-pajjiż. 3. Space Factory, li tikkonsisti f’żewġ subproġetti: (i) Space Factory 4.0: l-ispeċifikazzjoni, id-disinn u l-bini ta’ faċilitajiet ta’ manifattura, assemblaġġ u ttestjar diġitali għal satelliti żgħar u l-implimentazzjoni ta’ sistema ċiberfiżika ta’ produzzjoni u ġemellaġġ diġitali bis-satellita bil-għan li tiġi stabbilita rabta bidirezzjonali bejn il-mudell diġitali u l-kontraparti fiżika tiegħu; (ii) Aċċess għall-Ispazju: ir-riċerka, l-iżvilupp u l-ħolqien ta’ prototipi għar-realizzazzjoni ta’ teknoloġiji ekoloġiċi għall-ġenerazzjoni futura ta’ propulsuri u lanċaturi, inkluża d-dimostrazzjoni waqt it-titjira ta’ teknoloġiji magħżula. 4. In-Orbit Economy, li tikkonsisti fl-implimentazzjoni ta’ dimostratur għal teknoloġiji ta’ manutenzjoni fl-orbita għall-interoperabbiltà fl-orbita; iż-żieda fil-kapaċità nazzjonali tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (SST) inkluż network ta’ sensuri bbażati fuq l-art għall-osservazzjoni u l-insegwiment tar-residwi spazjali; id-disinn, l-iżvilupp, l-ikkummissjonar ta’ assi għall-akkwist u l-ġestjoni u l-forniment tas-servizz tad-data b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Ġestjoni tat-Traffiku Spazjali.

Huwa previst li l-investiment ma jkollux objettivi u implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.

(ii) fil-punt C3. Missjoni 1; Komponent 3: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għas-self; It-titolu “Investiment 3.1 L-iżvilupp tal-industrija tal-films (il-proġett Cinecittà), huwa sostitwit b’dan li ġej:

Investiment 3.2: L-iżvilupp tal-industrija tal-films (il-proġett Cinecittà)

(iii) fil-punt E1. Missjoni 2; Komponent 2: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura; Investiment 4.4.2 Tiġdid tal-flotta ferrovjarja reġjonali tat-trasport pubbliku b’ferroviji bi fjuwils nodfa u b’servizz universali, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Investiment 4.4.2 Tisħiħ tal-flotta ferrovjarja reġjonali tat-trasport pubbliku b’ferroviji b’emissjonijiet żero u b’servizz universali”. Dan l-investiment jikkonsisti fl-akkwist u d-dħul fis-servizz ta’ mill-inqas 53 ferrovija tal-passiġġieri b’emissjonijiet żero 5 (fejn ferrovija tkun magħmula minn mill-inqas lokomottiva waħda u tkun tinkludi vaguni tal-passiġġieri) u 100 vagun addizzjonali għal servizz universali. B’mod ġenerali, l-investiment għandu jipprovdi mill-inqas total ta’ 471 unità, li minnhom mill-inqas 53 għandhom ikunu lokomottivi.

(iv) fil-punt E1. Missjoni 2; Komponent 2: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura; Investiment 3.4 Ittestjar tal-idroġenu għall-mobbiltà ferrovjarja, huwa sostitwit b’dan li ġej:

Dan l-investiment jikkonsisti fil-bini ta’ mill-inqas għaxar stazzjonijiet ta’ riforniment għall-ferroviji bbażati fuq l-idroġenu rinnovabbli fuq mill-inqas sitt linji ferrovjarji. L-istazzjonijiet tar-riforniment tal-ferroviji tal-idroġenu għandhom preferibbilment jitqiegħdu qrib is-siti tal-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli lokali u/jew l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu fuq l-awtostrada.

(v) fil-punt E3. Missjoni 2; Komponent 2: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għas-self; Investiment 3.2 Użu ta’ Idroġenu f’industrija li diffiċli titnaqqas, huwa sostitwit b’dan li ġej:

Dan l-investiment jikkonsisti fl-appoġġ tar-R&Ż&I għall-proċessi industrijali biex jiġu żviluppati inizjattivi biex jintuża l-idroġenu f’setturi industrijali li jużaw il-metan bħala sors ta’ enerġija għall-enerġija termali (siment, fabbriki tal-karti, industriji taċ-ċeramika, tal-ħġieġ, eċċ.). Fil-kuntest ta’ dan l-investiment, għandha titnieda offerta speċifika biex tappoġġa l-R&Ż&I tal-azzar għall-proċess tal-produzzjoni tal-azzar permezz tal-użu dejjem akbar tal-idroġenu. Il-gass naturali mhux se jintuża għall-produzzjoni tal-idroġenu maħsub biex jintuża fit-tnaqqis dirett tal-ħadid. Din il-miżura għandha tappoġġa l-produzzjoni tal-idroġenu bbażata fuq l-elettroliżi bl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kif definit fid-Direttiva (UE) 2018/2001 (id-Direttiva rinnovabbli) jew l-elettriku mill-grilja.

(vi) fil-punt F1. Missjoni 2; Komponent 3: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura; Investiment 2.1 Tisħiħ tal-Ecobonus u s-sismabonus għall-effiċjenza enerġetika u s-sikurezza tal-bini, huwa sostitwit b’dan li ġej:

Il-miżura Superbonus tiffinanzja r-rinnovazzjoni tal-enerġija u dik sismika tal-bini residenzjali, inkluża l-akkomodazzjoni soċjali kif speċifikat fl-Artikolu 119 tal-hekk imsejjaħ “Decreto Rilancio” adottat biex jindirizza l-effetti ekonomiċi u soċjali negattivi tal-pandemija. L-għan huwa doppju: 1) biex jingħata kontribut sinifikanti għall-kisba tal-miri tal-iffrankar tal-enerġija u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti mill-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima tal-Italja (PNIEC) għall-2030, u 2) biex jiġi pprovdut appoġġ kontroċikliku lis-settur tal-kostruzzjoni u lid-domanda privata biex jiġu kkumpensati l-effetti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. L-appoġġ jingħata fil-forma ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq 5 snin. Sas-16 ta’ Frar 2023, minflok jużaw direttament it-tnaqqis, il-benefiċjarji jistgħu jagħżlu li jużaw strumenti finanzjarji (l-hekk imsejħa “trasferiment ta’ kreditu” u “skont tal-fattura”) bħala alternattiva għall-istrument tat-tnaqqis tat-taxxa biex jindirizzaw il-problema tal-ispejjeż għolja ta’ investiment inizjali. Dawn l-istrumenti alternattivi jipprevedu li t-tnaqqis tat-taxxa akkumulat mill-benefiċjarju jsir għal ammont ugwali għal kif ġej: 1. kontribuzzjoni fil-forma ta’ skont dirett fuq il-fattura mill-fornitur (jiġifieri kumpaniji tal-kostruzzjoni, disinjaturi, jew b’mod aktar ġenerali il-kuntrattur ġenerali) fuq il-prezz ta’ ħlas minn qabel, u rkuprat fil-forma ta’ kreditu ta’ taxxa li jnaqqas l-ispiża tal-investiment inizjali; 2. kreditu ta’ taxxa li għandu jiġi ċedut lil istituzzjoni finanzjarja, li se tħallas bil-quddiem il-kapital meħtieġ. Dan il-mekkaniżmu jikkumpensa għad-diżinċentiv possibbli li r-rinnovazzjoni ma ssirx minħabba l-ispejjeż għolja ta’ investiment inizjali. L-għażla tal-kuntrattur ġenerali jew tal-istituzzjoni finanzjarja se titħalla f’idejn il-benefiċjarju.

Il-kondominji, il-bini b’familja waħda, il-kooperattivi tad-djar mhux maqsuma, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u l-assoċjazzjonijiet volontarji, l-assoċjazzjonijiet sportivi tad-dilettanti u l-klabbs u l-akkomodazzjoni soċjali jistgħu jibbenefikaw minn dan l-inċentiv fiskali. Biex tkun eliġibbli, ir-rinnovazzjoni trid tiġi klassifikata bħala “rinnovazzjoni profonda” (jiġifieri, rinnovazzjoni medja skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/786), li b’hekk tinvolvi titjib ta’ mill-inqas żewġ klassijiet tal-enerġija (li bħala medja jikkorrispondu għal iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 40 %). L-ambitu tal-interventi eliġibbli koperti minn din il-miżura huwa wiesa’, inkluż pereżempju interventi tas-sewqan, interventi rmunkati, iżolament termali ta’ superfiċji opaki, u interventi fuq sistemi tal-arja kundizzjonata (bojlers tal-kondensazzjoni; pompi tas-sħana; konnessjoni ma’ networks effiċjenti ta’ tisħin distrettwali taħt kundizzjonijiet speċifiċi; enerġija solari termali; bojlers tal-bijomassa taħt kundizzjonijiet speċifiċi), sistemi fotovoltajċi b’sistemi ta’ ħżin relatati jew infrastruttura għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi. L-interventi biex jitnaqqas ir-riskju sismiku tal-bini huma wkoll parti minn dan l-istrument u huma mistennija li jammontaw għal madwar 14 % tal-baġit allokat. Żewġ digrieti ministerjali tas-6 ta’ Awwissu 2020 diġà ddefinew ir-rekwiżiti tekniċi tal-interventi u l-proċeduri biex tiġi ċċertifikata l-konformità mar-rekwiżiti u l-ispejjeż massimi speċifiċi. Is-Superbonus ilu attiv mill-1 ta’ Lulju 2020 u għandu jibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2022 (għall-akkomodazzjoni soċjali sal-31 ta’ Diċembru 2022). L-aċċess għall-benefiċċju jista’ jkun meħtieġ għal perjodu ieħor ta’ sitt xhur, fil-każ ta’ xogħlijiet fuq kondominji jew fuq akkomodazzjoni soċjali, meta mill-inqas 60 % tax-xogħlijiet ikunu twettqu qabel id-dati indikati hawn fuq. Biex jingħata aktar żmien għal interventi aktar kumplessi huwa ppjanat li l-applikazzjoni tal-miżura għall-kondominji tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2022 u dik għall-akkomodazzjoni soċjali sat-30 ta’ Ġunju 2023, irrispettivament mit-tlestija ta’ mill-inqas 60 % tax-xogħlijiet. Huwa mistenni li din il-miżura ma tagħmilx ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżura u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01). B’mod partikolari, l-ispiża għall-installazzjoni ta’ bojlers li jaħdmu bil-kondensazzjoni tal-gass għandha tirrappreżenta mhux aktar minn 20% tal-ispiża ġenerali tal-programm ta’ rinnovazzjoni. F’dawk il-każijiet fejn bojlers li jaħdmu bil-kondensazzjoni tal-gass huma installati biex jissostitwixxu bojlers eżistenti ineffiċjenti tal-gass, tal-faħam u taż-żejt, dawn għandhom ikollhom prestazzjoni A. Barra minn hekk, l-installazzjoni ta’ bojlers tal-gass naturali għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).

(vii) fil-punt J1 Missjoni 4 Komponent 1: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura; Investiment 1.1. Pjan għal nurseries u preschools u servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, huwa sostitwit b’dan li ġej:

Il-pjan ta’ investiment għall-grupp ta’ età bejn iż-0 u s-6 snin għandu l-għan li jżid il-provvista ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal billi jibni, jirrinova u jiżgura s-sikurezza ta’ nurseries u preschools, biex jiżgura żieda fl-offerta edukattiva u fl-iskeda disponibbli għall-grupp ta’ età bejn iż-0 u s-6 snin, u b’hekk itejjeb il-kwalità tat-tagħlim. Il-miżura hija mistennija li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u tappoġġja lill-persuni li jindukraw biex jirrikonċiljaw il-ħajja tal-familja u dik professjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għal sejħiet għal proġetti li ġejjin għandhom jeskludu l-lista ta’ attivitajiet li ġejja: (i) attivitajiet relatati mal-karburanti fossili, inkluż l-użu downstream; (ii) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra proġettati li ma jkunux inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti; (iii) attivitajiet relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi u impjanti tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. It-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu wkoll li jintgħażlu biss l-attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u tal-UE rilevanti.

(viii) fil-punt J3 Missjoni 4; Komponent 1: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għas-self; Riforma 1.7 Riforma tar-regolament dwar l-akkomodazzjoni tal-istudenti u l-investiment fl-akkomodazzjoni tal-istudenti, hija sostitwita b’dan li ġej:

Ir-riforma għandha l-għan li tinkoraġġixxi lill-entitajiet privati biex jistabbilixxu faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni għall-istudenti, filwaqt li l-Ministeru tal-Università u r-Riċerka jikkontribwixxi għal parti mid-dħul tal-kiri għall-ewwel tliet snin tal-operat tal-istrutturi. L-għan huwa li sal-2026 jiżdiedu l-postijiet disponibbli għall-istudenti li ma jkunux diġà residenti fil-campus jew fil-belt fejn jistudjaw.

L-investiment previst għandu l-għan li jiżgura aċċess mifrux għall-faċilitajiet tal-akkomodazzjoni sabiex għadd raġonevoli ta’ studenti jkunu jistgħu jaffordjaw edukazzjoni avvanzata fil-qasam u fil-post preferuti tagħhom irrispettivament mill-isfond soċjoekonomiku tagħhom. Ir-riforma għandha l-għan li żżid 60 000 akkomodazzjoni għall-irqad, u b’hekk tnaqqas b’mod sinifikanti d-distakk tal-Italja mal-medja tal-UE rigward is-sehem ta’ studenti pprovduti b’faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni (18 % meta mqabbel ma’ l3 % attwali fl-Italja). L-investiment ma għandux jinkludi l-akkwist ta’ bojlers tal-gass naturali.

L-akkomodazzjonijiet li diġà jintużaw għal skopijiet ta’ akkomodazzjoni għall-istudenti qabel it-tnedija tas-sejħa relattiva għal proġetti ma jistgħux jitqiesu għall-miri. Sabiex tintlaħaq il-mira finali ta’ sodod maħluqa u assenjati, is-sejħiet għall-proġetti għandhom jitnedew bejn l-2021 u l-2025.

(ix) fil-punt N1 Missjoni 5; Komponent 3: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura; Investiment 3 Interventi soċjoedukattivi strutturati għall-ġlieda kontra l-faqar edukattiv fin-Nofsinhar li jappoġġaw it-Tielet Settur, huwa sostitwit b’dan li ġej:

Il-miżura għandha l-għan li trawwem it-tielet settur fir-reġjuni tan-Nofsinhar (Abruzzo, Basilicata, Campania, Calabria, Molise, Puglia, Sardinja u Sqallija) u li tipprovdi servizzi soċjoedukattivi lill-minorenni b’rabta mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 tal-politiki ta’ koeżjoni Ewropej.

L-interventi soċjoedukattivi għall-ġlieda kontra l-faqar edukattiv u l-appoġġ għat-Tielet settur huma mistennija li jseħħu f’wieħed mill-oqsma li ġejjin: - Interventi għat-tfal ta’ età bejn iż-żero u s-sitt snin immirati lejn it-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi ta’ nursery u kindergarten u lejn l-appoġġ tal-paternità; - Interventi għat-tfal ta’ bejn il-ħames u l-għaxar snin immirati biex jiggarantixxu opportunitajiet edukattivi effettivi u prevenzjoni bikrija tat-tluq mill-iskola, tal-bullying u ta’ fenomeni oħra ta’ diffikultà; - Interventi għat-tfal ta’ bejn il-11 u s-17-il sena, li għandhom l-għan li jtejbu l-provvista tal-edukazzjoni u jipprevjenu l-fenomenu tat-tluq bikri mill-iskola. L-interventi għandhom jiżguraw l-elementi ewlenin li ġejjin tal-offerta: - L-avviżi pubbliċi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 50 000 000 kull wieħed; - Il-proġetti tal-entitajiet tat-tielet settur għandhom idumu mill-inqas sena u sa massimu ta’ sentejn.

(x) fil-punt C4. Missjoni 1; Komponent 3: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura, ir-ringiela M1C3-20 hija sostitwita b’dan li ġej:

M1C3-20

Investiment - 3.2 Żvilupp tal-industrija tal-films (il-proġett Cinecittà)

Stadju importanti

L-iffirmar tal-kuntratti bejn l-entità ta’ implimentazzjoni Cinecitta’ SPA u l-kumpaniji fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ disa’ studjos

Iffirmar tal-kuntratti

-

-

-

Q2

2023

L-iffirmar tal-kuntratti bejn il-korp ta’ implimentazzjoni, Cinecitta’ SPA u l-kumpaniji fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ disa’ studjos.

Dan l-intervent jinkludi l-kostruzzjoni ta’ studjos ġodda, l-irkupru ta’ studjos eżistenti, investimenti f’teknoloġiji diġitali ġodda, sistemi u servizzi mmirati lejn it-tisħiħ tal-istudios tal-films Cinecittà ġestiti minn Cinecittà SPA.

Il-kuntratt bejn l-entità ta’ implimentazzjoni, Cinecittà SPA, u l-kumpaniji għandu jkun fih kriterji tal-għażla/eliġibbiltà għall-konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01) ta’ assi/attivitajiet appoġġati u/jew kumpaniji.

Impenn/mira li jsir investiment ta’ 20 % f’assi/attivitajiet u/jew kumpaniji konformi mal-kriterji tal-għażla għall-intraċċar diġitali u ta’ 70 % bil-kriterji tal-għażla għall-intraċċar tal-klima

(xi) fil-punt E2. Missjoni 2; Komponent 2: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura, ir-ringiela M2C2-16 hija sostitwita b’dan li ġej:

M2C2-16

Investiment 3.4 Ittestjar tal-idroġenu għall-mobbiltà ferrovjarja

Stadju importanti

Allokazzjoni ta’ riżorsi għall-ittestjar tal-idroġenu għall-mobbiltà ferrovjarja

Notifika tal-allokazzjoni tar-riżorsi

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Q1

2023

Allokazzjoni ta’ riżorsi skont il-proċeduri u l-kriterji stabbiliti biex jinbnew għaxar stazzjonijiet ta’ riforniment għall-ferroviji bbażati fuq l-idroġenu fuq sitt linji ferrovjarji.

(xii) fil-punt E2. Missjoni 2; Komponent 2: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura, ir-ringiela M2C2-27 hija sostitwita b’dan li ġej:

M2C2-27

Investiment 4.3 Installazzjoni tal-infrastrutturi tal-iċċarġjar

Stadju importanti

Għoti tal-kuntratti pubbliċi kollha għall-installazzjoni tal-infrastrutturi tal-iċċarġjar M1

Notifika tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi kollha għall-installazzjoni ta’ infrastrutturi tal-iċċarġjar

-

-

-

Q2

2023

Notifika tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi kollha għall-bini ta’ mill-inqas 4 700 stazzjon tal-iċċarġjar f’żoni urbani (il-muniċipalitajiet kollha). Il-proġett jista’ jinkludi wkoll stazzjonijiet pilota tal-iċċarġjar li għandhom l-għan li jaħżnu l-enerġija.

(xiii) fil-punt E2. Missjoni 2; Komponent 2: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura, ir-ringiela M2C2-33 hija sostitwita b’dan li ġej:

M2C2-33

Investiment 4.4.2: Tisħiħ tal-flotta ferrovjarja reġjonali tat-trasport pubbliku b’ferroviji b’emissjonijiet żero u b’vaguni b’servizz universali

Stadju importanti

L-għoti tal-kuntratti pubbliċi kollha għat-tisħiħ tal-flotta ferrovjarja tat-trasport pubbliku reġjonali b’ferroviji b’emissjonijiet żero u b’vaguni b’servizz universali

Notifika tal-għoti tal-kuntratti kollha għall-flotta ferrovjarja tat-trasport pubbliku reġjonali b’ferroviji b’emissjonijiet żero u b’servizz universali

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Q2

2023

Notifika tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi kollha għall-akkwist ta’ ferroviji b’emissjonijiet żero 6

(xiv) fil-punt F2. Missjoni 2; Komponent 3: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura, ir-ringiela M2C3-2 hija sostitwita b’dan li ġej:

M2C3-2

Investiment 2.1 - Tisħiħ tal-Ecobonus u s-Sismabonus għall-effiċjenza enerġetika u s-sikurezza tal-bini

Mira

Rinnovazzjoni tal-bini Superbonus u Sismabonus T1

Mhux applikabbli

Numru

0

17 000 000

Q2

2023

Bini komplut

Rinovazzjoni ta’

mill-inqas 17 000 000 metru kwadru

li twassal għall-iffrankar tal-enerġija primarja

ta’ mill-inqas

40 % u żieda ta’ mill-inqas żewġ

kategoriji fiċ-ċertifikat

tal-effiċjenza enerġetika

.

(xv) fil-punt J2. Missjoni 4; Komponent 1: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura, ir-ringiela M4C1-9 hija sostitwita b’dan li ġej:

M4C1-9

Investiment 1.1: Pjan għan-nurseries u preschools u servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal

Stadju importanti

Għoti ta’ kuntratti għall-bini, ir-rinnovazzjoni u l-iżgurar tas-sikurezza ta’ nurseries, preschools u servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal

Notifika mill-awtoritajiet lokali benefiċjarji tal-finanzjament tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi għall-ewwel ewwel sett ta’ interventi eliġibbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Q2

2023

L-għoti ta’ kuntratti u distribuzzjoni territorjali, għal servizzi ta’ kindergartens, preschool, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. L-għotja għandha ssir f’konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.

(xvi) fil-punt J4 Missjoni 4 Komponent 1: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għas-self, ir-ringiela M4C1-28 hija sostitwita b’dan li ġej:

M4C1-28

Riforma 1.7: Riforma tar-regolament dwar l-akkomodazzjoni tal-istudenti u l-investiment fl-akkomodazzjoni tal-istudenti

Stadju importanti

L-għotjiet ta’ kuntratti inizjali għall-ħolqien ta’ unitajiet addizzjonali ta’ akkomodazzjoni għall-irqad (sodod)

Pubblikazzjoni tal-premjijiet fis-sit web tal-Ministeru

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Q2

2023

L-għotjiet ta’ kuntratti inizjali għall-ħolqien ta’ unitajiet addizzjonali ta’ akkomodazzjoni għall-irqad (sodod)

(xvii) fil-punt J4 Missjoni 4 Komponent 1: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għas-self, ir-ringiela M4C1-30 hija sostitwita b’dan li ġej:

M4C1-30

Riforma 1.7: Riforma tar-regolament dwar l-akkomodazzjoni tal-istudenti u l-investiment fl-akkomodazzjoni tal-istudenti

mira

Unitajiet tal-akkomodazzjoni tal-irqad tal-istudenti li nħolqu u ġew assenjati skont l-iskema leġiżlattiva eżistenti jew dik ġdida

Mhux applikabbli

Numru

0

60 000

Q2

2026

Mill-inqas 60 000 unità addizzjonali ta’ akkomodazzjoni għall-irqad (sodod) li nħolqu u ġew assenjati skont il-Liġi Nru. 338/2000, kif riveduta f’Awwissu 2022, jew l-iskema leġiżlattiva l-ġdida li ġiet adottata taħt l-istadju importanti M4C1-29, Riforma 1.7: Riforma tar-regolament dwar l-akkomodazzjoni tal-istudenti u l-investiment fl-akkomodazzjoni tal-istudenti.

(xviii) fil-punt L4 Missjoni 5; Komponent 1: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ tas-self, ir-ringiela M5C1-18 hija sostitwita b’dan li ġej:

M5C1-18

Investiment 5 - Ħolqien ta’ intrapriżi tan-nisa

Mira

Ġie impenjat appoġġ finanzjarju lill-intrapriżi

Mhux applikabbli

Numru

0

700

Q2

2023

Apparagun tax-xenarju ta’ referenza, ġie impenjat appoġġ finanzjarju għal mill-inqas 700 intrapriża addizzjonali.

L-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-intraprenditorija femminili titwettaq permezz ta’ strumenti diġà attivi (nito, smart & start) u tal-fond il-ġdid li ġie stabbilit mil-Liġi tal-Baġit għall-2021. (L-intrapriżi tan-nisa appoġġati sa Novembru 2020 minn strumenti finanzjarji eżistenti bħala l-linja bażi).

(xix) fil-punt N2. Missjoni 5; Komponent 3: Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura, ir-ringiela M5C3-8 hija sostitwita b’dan li ġej:

M5C3-8

Investiment 1.3: Interventi soċjo-edukattivi strutturati għall-ġlieda kontra l-faqar edukattiv fin-Nofsinhar li jappoġġaw it-Tielet Settur

Mira

Appoġġ edukattiv lill-minuri (l-ewwel lott)

Mhux applikabbli

Numru

0

20 000

Q2

2023

Mill-inqas 20 000 minuri sa 17-il sena għandhom jirċievu appoġġ edukattiv. Il-proġetti ta’ appoġġ edukattiv għandhom jiffukaw fuq wieħed mill-oqsma li ġejjin:

• Interventi għat-tfal ta’ bejn iż-żero u s-sitt snin immirati lejn it-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi ta’ nursery u kindergarten u lejn l-appoġġ għall-paternità;

• Interventi għat-tfal ta’ bejn il-ħames u l-għaxar snin immirati biex jiggarantixxu opportunitajiet edukattivi effettivi u l-prevenzjoni bikrija tat-tluq bikri mill-iskola, il-bullying u fenomeni oħra ta’ diffikultà;

• Interventi għat-tfal ta’ bejn il-11 u s-17-il sena, li għandhom l-għan li jtejbu l-provvista tal-edukazzjoni u jipprevjenu l-fenomenu tat-tluq bikri mill-iskola.

Elementi ewlenin tal-offerta:

 
- L-avviżi pubbliċi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 50 000 000 kull wieħed;

  
- Il-proġetti tal-entitajiet tat-tielet settur għandhom idumu mill-inqas sena u sa sentejn.

 
- L-azzjonijiet għandhom isiru fir-reġjuni ta’ Abruzzo, Basilicata, Campania, Calabria, Molise, Puglia, Sardegna u Sicilia.

(b) Taqsima 2: Appoġġ Finanzjarju, il-punt 1. Kontribuzzjoni finanzjarja, hija emendata kif ġej:

(i) fil-punt 1.4 Ir-raba’ ħlas parzjali (appoġġ mhux ripagabbli), l-ammont ta’ ħlas parzjali ta’ “EUR 2 298 850 575” huwa sostitwit bi “EUR 2 315 646 882”

(c) Taqsima 2: Appoġġ Finanzjarju, il-punt 2. Self, huwa emendat kif ġej:

(i) fil-punt 2.3 It-tielet ħlas parzjali (appoġġ għas-self), ir-ringiela M4C1-28 titħassar;

(ii) fil-punt 2.3 It-tielet ħlas parzjali (appoġġ għas-self), l-ammont ta’ ħlas parzjali ta’ “EUR 10 344 827 586” fl-aħħar ringiela u kolonna huwa sostitwit b’“EUR 9 825 328 389”;

(iii) fil-punt 2.4 Ir-raba’ ħlas parzjali (appoġġ għas-self), ir-ringiela l-ġdida li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela M2C4-21;

M4C1-28

Riforma 1.7: Riforma tar-regolament dwar l-akkomodazzjoni tal-istudenti u l-investiment fl-akkomodazzjoni tal-istudenti

Stadju importanti

Akkomodazzjoni ġdida għall-istudenti fl-akkomodazzjoni tal-istudenti

(iv) fil-punt 2.4 Ir-raba’ ħlas parzjali (appoġġ għas-self), l-ammont ta’ ħlas parzjali ta’ “EUR 16 091 954 023” fl-aħħar ringiela u kolonna huwa sostitwit bi “EUR 16 611 453 220”;

(d) Taqsima 3: Arranġamenti addizzjonali hija sostitwita b’dan li ġej:

(1)Arranġamenti għall-monitoraġġ u għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

Il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Italja għandhom isiru skont l-arranġamenti li ġejjin.

Kif previst fid-Digriet-Liġi Nru. 77 tal-31 ta’ Mejju 2021 kif emendata bid-Digriet Liġi Nru. 13 tal-24 ta’ Frar 2023, jinħolqu għadd ta’ strutturi ta’ koordinazzjoni għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan. Dawn jinkludu b’mod partikolari: (i) kumitat ta’ tmexxija ta’ livell għoli (“cabina di regia”) stabbilit mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri, bil-kompitu ewlieni li jmexxi u jikkoordina l-implimentazzjoni tal-pjan; (ii) struttura ta’ missjoni stabbilita fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri, mill-inqas għat-tul tal-pjan, li għandha s-setgħa taġixxi bħala struttura ċentrali ta’ koordinazzjoni għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan; (iii) struttura teknika fil-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi, li twettaq il-monitoraġġ operazzjonali tal-implimentazzjoni tal-pjan, il-kontroll tar-regolarità tal-proċeduri u tal-ispejjeż u tar-rappurtar, u l-appoġġ tekniku u operazzjonali għall-fażi ta’ implimentazzjoni. L-istruttura tal-missjoni fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri taġixxi bħala punt uniku ta’ kuntatt fil-livell nazzjonali għall-Kummissjoni Ewropea. Il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi jiżgura l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-pjan. Is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra jipparteċipaw f’laqgħat iddedikati tal-“cabina di regia” biex jiżguraw l-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni tal-pjan. Barra minn hekk, l-istrutturi ta’ koordinazzjoni jiġu identifikati fil-livell ta’ kull amministrazzjoni ċentrali responsabbli għall-miżuri inklużi fil-pjan, bil-kompitu tal-ġestjoni, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-kontroll fuq l-interventi rilevanti, inkluż fir-rigward tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni u l-progress lejn il-kisba tal-istadji importanti u l-miri. Fl-aħħar nett, il-mekkaniżmi ta’ infurzar f’każ ta’ kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni, inkluż permezz tal-attivazzjoni ta’ setgħat ta’ sostituzzjoni vis-à-vis l-amministrazzjonijiet responsabbli għall-miżuri tal-pjan, huma previsti bil-għan li jiggarantixxu li jiġi stabbilit twettiq f’waqtu u effettiv ta’ proġetti u mekkaniżmi ex ante għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti.

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni, huwa previst ir-reklutaġġ ta’ persunal temporanju, inkluż fir-rigward tal-amministrazzjonijiet ċentrali responsabbli għall-interventi tal-pjan u l-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi (inkluż fir-rigward tal-istruttura ċentrali ta’ koordinazzjoni u d-Dipartiment tal-Kontabbiltà tal-Istat), kif previst skont id-Digriet Liġi tad-9 ta’ Ġunju 2021, Nru 80, kif ukoll fir-rigward tal-amministrazzjonijiet tan-Nofsinhar tal-Italja, li huma mistennija jsaħħu l-kapital uman involut fl-ippjanar u l-infiq tal-fondi tal-UE, kif previst b’mod partikolari skont il-Liġi Nru 178 tal-2020. Barra minn hekk, ir-riżorsi huma allokati għall-istruttura tal-missjoni stabbilita fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tagħha, kif previst fid-Digriet Liġi Nr. 13 tal-24 ta’ Frar 2023. Fl-aħħar nett, huwa previst appoġġ tekniku u operazzjonali għall-amministrazzjonijiet ċentrali u lokali fl-implimentazzjoni tal-proġetti, inkluż permezz tal-użu ta’ kumpaniji b’kapital pubbliku, grupp ta’ esperti għall-assistenza teknika, u l-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal għarfien espert estern. Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati mill-implimentazzjoni ta’ miżuri biex titnaqqas il-burokrazija u jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi, kif previst fid-Digriet-Liġi Nru 77 tal-31 ta’ Mejju 2021 u d-Digriet-Liġi Nru. 13 tal-24 ta’ Frar 2023.

L-arranġamenti jipprevedu wkoll l-użu ta’ sistema integrata tal-IT (“ReGiS”). L-Ispettorat Ġenerali eżistenti tas-servizzi tal-awditjar għar-Relazzjonijiet Finanzjarji mal-Unjoni Ewropea (IGRUE), fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi, għandu l-kompitu li jikkoordina s-sistemi tal-awditjar u jwettaq il-kontrolli bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-Kontijiet Territorjali tal-Istat (RTS). Għandhom jibqgħu fis-seħħ arranġamenti msaħħa mal-Guardia di Finanza u mal-awtoritajiet indipendenti rilevanti bħall-aġenzija nazzjonali kontra l-korruzzjoni ANAC, biex b’hekk jissaħħaħ ir-rwol li s-sistema legali Taljana diġà tagħti lil dawn l-awtoritajiet fir-rigward tal-protezzjoni tal-finanzi pubbliċi, inklużi dawk mill-UE.

(2)Arranġamenti li jippermettu lill-Kummissjoni taċċessa b’mod sħiħ id-data sottostanti

Il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi jaġixxi bħala struttura teknika għall-monitoraġġ, inkluż dwar il-progress imwettaq fir-rigward tal-istadji importanti u l-miri, u, fejn xieraq, jimplimenta attivitajiet ta’ kontroll u awditjar, kif ukoll għall-provvista ta’ rappurtar u ta’ talbiet għal pagamenti. Huwa jikkoordina r-rappurtar tal-istadji importanti u l-miri, l-indikaturi rilevanti, iżda wkoll informazzjoni finanzjarja kwalitattiva u data oħra, bħal dwar ir-riċevituri finali. Il-kodifikazzjoni tad-data qed isseħħ fil-livell tal-amministrazzjonijiet ċentrali responsabbli għall-miżuri tal-pjan, li għandhom jirrapportaw id-data meħtieġa lill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Finanzi. F’konformità mal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, malli jitlestew l-istadji importanti u l-miri rilevanti maqbula fit-Taqsima 2.1 ta’ dan l-Anness, l-Italja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni talba debitament ġustifikata għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn rilevanti, tas-self. L-Italja għandha tiżgura li, fuq talba, il-Kummissjoni jkollha aċċess sħiħ għad-data sottostanti rilevanti li tappoġġa l-ġustifikazzjoni dovuta tat-talba għal pagament, kemm għall-valutazzjoni tat-talba għal pagament skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 kif ukoll għal finijiet ta’ awditjar u ta’ kontroll.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(2)    ST10160/21 u ST 10155/61 ADD 1, għadhom mhumiex ippubblikati.
(3)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 1).
(4)    Dan l-ammont jikkorrispondi għall-allokazzjoni finanzjarja wara t-tnaqqis tas-sehem proporzjonali tal-Italja tal-ispejjeż tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, ikkalkulata f’konformità mal-metodoloġija tal-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament.
(5)    Japplika wkoll għall-ferroviji bimodali, f’konformità mal-qasam ta’ intervent 72 bis tal-Anness VI tar-Regolament dwar l-RRF.
(6)    Dan japplika wkoll għal ferroviji b’żewġ modalitajiet, f’konformità mal-qasam ta’ intervent 72bis tal-Anness VI tar-Regolament dwar l-RRF.